title
stringlengths
25
130
text
stringlengths
263
11.7k
label
class label
2 classes
Birkirkara jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva
Birkirkara………………….3 Tarxien R………………….0 Birkirkara : A. Guarnone, L. Montebello, R. Briffa (N. Friggieri 90'), K. Zammit, Y. Yankam, F. Falcone (F. Verde 84'), C. Attard, C. Bonanni, C. Prado, M. Carniello, A. Da Paixao (P. Mbong 84') Tarxien R. : D. Fernandes, C. Anderson do Nascimento, B. Muscat, D. Falzon, M. Spiteri (K. Pulo 84'), V. Plut, J. Debono (M. Miranda 59'), C. Vanger (D. Tabone 89'), E. Rosado, K. Gatt (K. Attard 84'), M. Tabone Referee : E. Grech Assitenti referees : D. Sultana, R. Vella Birkirkara kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva minn meta rritronaw mill-waqfa li kellhom minħabba l-każijiet tal-coronavirus meta fil-Hibernians Stadium f'waħda mill-partiti li kellhom jirkupraw għelbu lil Tarxien Rainbows 3-0. Tarxien minn naħa tagħhom kienu għadhom ġejjin minn rebħa sorpriża ta' 3-1 fuq Valletta. Birkirkara ħarġu fuq l-offensiva u fetħu l-iskor wara disa' minuti meta minn cross minfuq il-lemin ta' Luke Montebello kien FEDERICO FALCONE li kkonkluda għal wara Fernandes. Fit-tieni taqsima, it-tim imexxi minn Andre Paus kompla fuq l-ewwel taqsima u wara ħdax –il minuta għamluhom 2-0. Kien LUKE MONTEBELLO li aprofitta minn konfużjoni fid-difiża ta' Tarxien fejn ikontrolla tajjeb qabel xeħet fir-roka tax-xibka. Fis-76 minuta Birkirkara aċċeertaw mit-tliet punti meta minn pass tajjeb fit-tul ta' Carniello, kien għal darb'oħra LUKE MONTEBELLO li wara li daħal fil-kaxxa kkonkluda għal 3-0. B'din ir-rebħa b'hekk Birkirkara telgħu b'10 punti fil-ħdax il-post tal-klassifika b'partita anqas filwaqt li Tarxien baqgħu bi tmien punti fit-13 –il post. Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
L-UEFA tiddeċiedi fejn se jintlagħbu r-rawnds li jmiss tal-kompetizzjonijiet tagħha
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 5:59pm Wara li l-ġimgħa l-oħra l-kowċ taljan Giovanni Tedesco kellu l-kuntratt tiegħu mġedded b'sena illum l-istess Tedesco kkonferma li uffiċjalment m'għadux kowċ ta' Valletta. Tedesco qal li filwaqt li jirringrazzja l-President Sciriha tal-fiduċja li wera' fih hu ma kienx qed jaqbel mal-proġett tekniku tal-Club u għaldaqstant iddeċida li jieħu pass lura u jirrinunzja mill-kuntratt li kien offrut għal staġun ieħor. Minn informazzjoni li għandu TVM Sport jidher li minkejja li Tedesco kien kuntent li jaħdem ma' Gilbert Agius bħala assistant coach mhux l-istess kien se jiġri b'xi persuni tekniċi li kienu se jkunu impjegati biex jiffurmaw parti mill-coaching staff tiegħu. Valletta għadhom kif ħatru lil Drasko Braunovic bħala Direttur Tekniku li issa se tkun qed taqa' f'idejh ir-responsabilita' tal-għażla tal-kowċ ġdid ta' Valletta.
0not_entailment
Il-Kampjonat Premier skedat li jibda bil-kbir: Floriana v Gżira u Valletta v Birkirkara fl-ewwel ġurnata
Il-Kampjonat Premier tal-istaġun 2020/21 hu skedat li jibda bil-kbir hekk kif telgħu l-poloz tal-kampjonati tal-MFA fis-Centenary Hall f'Ta' Qali. Il-konfronti bejn iċ-champions Floriana u Gżira United kif ukoll Valletta v Birkirkara huma fost l-aktar mistennija mill-ewwel ġurnata. Jekk dejjem jibda minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 li kontinwament tiżviluppa, il-Kampjonat Premier hu skedat li jibda fil-11 ta' Settembru 2020 u jintemm fil-25 ta' April 2021. Dan ifisser madwar sitt xhur mill-aħħar partita li ntlagħbet f'pajjiżna, hekk kif il-Kampjonat Premier fl-istaġun li għadda waqaf sal-20 ġurnata, b'sitt logħbiet għat-tmiem. Il-konfront bejn Floriana u Gżira United se jġedded rivalità li nibtet aktar kmieni din is-sena. Wara l-partita bejn iż-żewġ timijiet li ntemmet 2-2 fit-tieni rawnd, iż-żewġ timijiet kienu għamlu protest fuq nuqqas ta' eliġibbiltà ta' plejers liema protesti kienu miċħuda t-tnejn. Wara li l-kampjonat waqaf, iż-żewġ timijiet kellhom opinjoni differenti dwar il-kontinwazzjoni tal-kampjonat, b'Floriana jastjenu fil-vot li ttieħed waqt il-Premier League Standing Committee filwaqt li Gżira United ivvutaw favur li l-kampjonat ikompli. Iż-żewġ konfronti tal-istaġun li għadda bejn Floriana u Gżira United intemmu fi draw. Valletta u Birkirkara se jġeddu r-rivalità ta' bejniethom f'konfront bejn tnejn li mistennija jissieltu għar-rebħ tal-kampjonat. Iż-żewġ timijiet kellhom pożizzjoni simili meta waqaf il-kampjonat f'Marzu li għadda, hekk kif it-tnejn kienu favur li l-kampjonat jitkompla għalkemm kienu f'minoranza. Dan il-konfront se jara r-ritorn ta' Jesmond Zerafa bħala kowċ fil-Kampjonat Premier filwaqt li għal darba oħra Andrè Paus se jkun kontra l-eks tim li rebaħ il-kampjonat miegħu fl-2014. Fl-istaġun li għadda, fl-ewwel rawnd il-konfront intemm 2-2 filwaqt li fit-tieni rawnd Birkirkara għelbu lil Valletta 4-1 liema riżultat wassal għat-tneħħija ta' Darren Abdilla minn kowċ ta' Valletta. L-ewwel ġurnata tal-Kampjonat Premier Ħamrun Spartans v Sirens Żejtun Corinthians v Santa Lucia Sliema Wanderers v Hibernians Lija Athletic v Senglea Athletic Floriana v Gżira United Mosta v Gudja United Tarxien Rainbows v Balzan Valletta v Birkirkara Tags Kampjonat Premier 20/21 //= $special ?>
1entailment
Snooker: Ding Junhui jirtira mit-Tour Championship
Thomas Bach għandu jerġa' jkun elett President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali mingħajr oppożizzjoni s-sena d-dieħla wara li l-Moviment Olimpiku kkonfermah bħala l-uniku kandidat għar-rwol. Bach, li sar President tal-Kumitat Olimpiku internazzjonali fl-2013, kien ikkonferma li lest joqgħod għat-tieni mandat matul is-Sessjoni virtwali li saret f'Lulju. Kif kien mistenni b'approvazzjoni unanima li Bach jibqa' mhux ikkontestat u dak kien konfermat wara li sal-ġurnata tal-għeluq tal-kandidaturi huwa kien l-uniku uffiċjal li ressaq in-nomina tiegħu. Bach se jingħata t-tieni u l-aħħar mandat fit-tmexxija tal-KOI fis-137 Sessjoni li għandha ssir f'Ateni, mill-10 sat-12 ta 'Marzu 2021. Is-Sessjoni fil-kapitali Griega huwa ttamat li għaliha jkunu jistgħu jattendu id-delegati iżda Bach u l-KOI ammettew li tista 'ssir virtwalment skond l-iżvilupp tal-pandemija tal-coronavirus . Thomas Bach, id-disa ' President tal-KOI, se jtemm il-mandat tiegħu fl-2025 u se jibda l-aħħar perijodu ta' erba 'snin fit-tmexxija tal-organizzazzjoni wara l-għeluq tal-Logħob Olimpiku Tokyo 2020 pospost fit-8 ta' Awwissu 2021. Bach li għandu 66 sena rebaħ medalja olimpika fil-fencing meta kellu 37 u serva f'bosta rwoli, inkluż 11-il sena bħala viċi-president, qabel ma gie elett President wara l-Belgjan Jacques Rogge fis-Sessjoni li kienet saret seba' snin ilu fi Buenos Aires.
0not_entailment
Medvedev jirkupra tajjeb biex jegħleb lil Thiem u jirbaħ l-ATP Finals
Il-kowċ ta' Bologna Sinisa Mihajlovic irriżulta pożittiv għall-coronaviurs wara t-test li sarlu nhar l-Ġimgħa hekk kif Bologna rritornaw għat-taħriġ. Il-klabb iddikjara li l-kowċ huwa kompletament asintomatiku u se jkun qiegħed jiġi iżolat għall-ġimgħatejn li ġejjin skond il-protokoll mediku. Is-sajf li għadda Mihajlovic tile fil-pre season kollu tiegħu ma' Bologna wara li kien għaddej mill-kura kontra l-leukaemia. Din l-aħbar tqajjem biża' dwar saħħet il-kowċ ta' 51 sena minħabba li jitqies bħala persuna vulnerabbli. Għada se jkunu qed jiġu ttestjati l-plejers u l-membri tal-istaff tat-tim kollu ta' Bologna.
0not_entailment
Tasal l-Ewwel Rebħa Għal Malta Fil-UEFA Nations League
L-eks gowlkiper ta' Manchester City Joe Hart inqagħad ma' Tottenham wara li temm il-kuntratt tiegħu l-istaġun li għadda ma' Burnley. Huwa se jikkompeti ma' Hugo Lloris u Paulo Gazzaniga għall-post mall-ewwel ħdax mat-tim ta' Jose Mourinho. Il-plejer ta' 33 sena spiċċa bla tim wara sena biss ma' Burnley, fejn lagħab tliet logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha. Hart kien it-tieni gowlkiper tat-tim, wara Nick Pope. Il-plejer internazzjonali Ingliż rebaħ il-Premier League u l-League Cup darbtejn u FA Cup waħda ma' Machester City. Wara li ħalla t-tim Ingliż, huwa sabha diffiċli ħafna jerġa jsib il-forma tiegħu. Hart huwa t-tieni akkwist ta' Tottenham das-sajf wara l-wasla ta' Pierre-Emile Hojbjerg mingħand Southampton.
0not_entailment
Tasal l-ewwel telfa għal Ħamrun Spartans
Napoli ħabbru l-akkwist tal-attakkant Niġerjan Victor Osimhen mingħand Lille għas-somma ta' €70 miljun flimkien ma' xi bonus. L-internazzjonali Niġerjan ta' 21 sena ffirma kuntratt ta' ħames snin. Fl-istaġun li għadda, Osimhen skorja 18-il gowl fil-kompetizzjonijiet kollha, b'Lille jispiċċaw ir-raba' f'Ligue 1 li ma tkompliex minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Osimhen kien għamel id-debutt fl-2017 ma' Wolfsburg fil-Bundesliga u wara żewġ staġuni kif ingħaqad mal-klabb Belġjan Charleroi fejn skorja 20 gowl. Mat-tim nazzjonali Niġerjan skorja erba' gowls fi tmien logħbiet. Fl-2015 rebaħ it-Tazza tad-Dinja ta' taħt is-17-il sena u spiċċa bħala l-aqwa skorer b'10 gowls.
0not_entailment
Ir-Regatta ta' Jum il-Vitorja se ssir iżda b'diversi restrizzjonijiet li dawk involuti jridu jsegwu
Aħbar pożittiva għad-dilettanti tar-Regatta hekk kif il-President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor Stephen Paris ħabbar li r-Regatta ta' Jum il-Vitorja se ssir iżda b'xi miżuri ta' restrizzjoni. Din is-sena kienet diffiċli ħafna għal dan l-isport minħabba li kawża tal-Covid-19 kellha titħassar ir-Regatta tal-31 ta' Marzu filwaqt li tul dawn l-aħħar xhur kien hemm inċertezza dwar l-edizzjoni tat-8 ta' Settembru. Għal Paris li għalih se tkun l-aħħar Regatta bħala President tal-Għaqda, hu mument ta' sodisfazzjon wara ħidma bla waqfien biex jikseb il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet tas-Saħħa. Għal din l-attività nħoloq protokoll mediku apposta, bit-talba tal-President hi li kulħadd isegwi dawn il-miżuri biex ir-Regatta ssir kif mixtieq. Dakinhar tar-Regatta, mhu se jitħalla ħadd jidħol fuq il-mollijiet ta' Pinto 4 u 5, fi kliem ieħor ir-Regatta se ssir mingħajr spettaturi fuq il-moll tal-Belt Valletta. Il-klabbs kollha se jmorru għat-tlielaq mill-klabbs rispettivi tagħhom u fit-technical area, l-ammont ta' nies se jkun ridott għal 15-il persuna biex ikunu konformi mal-liġi. Il-poloz se jitilgħu l-Ħamis 3 ta' Settembru fil-Kumpless tal-Kottonera f'Bormla fit-3.00pm. Dawn se jitilgħu bil-bibien magħluqa u l-poloz se jixxandru b'mod dirett fuq facebook. Ir-Regatta ta' Jum il-Vitorja se tixxandar b'mod dirett fuq l-istazzjon nazzjonali, b'netnews.com.mt se jkun qed iżomm lid-dilettanti tar-regatta b'mod aġġornat tul it-tlielaq.
1entailment
Hamilton pożittiv għall-Covid-19 u se jitlef il-GP li jmiss
Is-sewwieq ta' Mercedes Lewis Hamilton se jitlef il-Grand Prix li jmiss minħabba li ttestja pożittiv għall-Coronavirus. Bħalissa, is-7 darbiet champion tad-dinja jinsab f'iżolament. It-tim ħabbar li se jsib sewwieq li jkun qed joħodlu postu għat-tellieqa tal-Bahrain.
1entailment
Id-deċiżjoni dwar l-appell ta' Manchester City fil-CAS titħabbar f'Lulju
Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport se jħabbar id-deċiżjoni tal-appell ta' Manchester City kontra s-sospensjoni Ewropea fl-ewwel nofs ta' Lulju. Is-smigħ sar fuq tlett ijiem permezz ta' video conference, biż-żewġ partijiet jaqblu li l-proċedura kienet sodisfaċenti għalihom. Iċ-champions Ingliżi appellaw id-deċiżjoni maħruġa fi Frar li għadda. Il-UEFA imponiet sospensjoni ta' sentejn mill-kompetizzjonijiet Ewropej fuq Manchester City u mmultathom madwar €28 miljun minħabba ksur serju tar-regoli tal-Financial Fair Play bejn l-2012 u l-2016. Il-Bord tal-Kontroll Finanzjarju tal-Klabbs tal-UEFA qal ukoll li Manchester City naqsu li jikkoperaw mal-investigazzjoni. Jekk l-appell ma jintlaqax mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport u Manchester City jispiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-Premier League, il-post fiċ-Champions League staġun ieħor jittieħed mit-tim li jispiċċa l-kampjonat Ingliż fil-ħames post.
1entailment
Brescia se jieħdu azzjoni legali kontra l-attakkant tagħhom Mario Balotelli u l-aġent tiegħu Mino Raiola
Imtella' Ġunju 14, 2020 Il-klabb Taljan tas-Serie A, Brescia, qalu li se jkunu qed jieħdu azzjoni legali kontra l-attakkant tagħhom Mario Balotelli u l-aġent tiegħu Mino Raiola. Balotelli u Raiola kienu qalu li l-klabb kien iddiskrimina meta l-istess plejer ma ġiex ittesjtat għal kontra l-coronavirus kif kien sar mal-kumplament tal-plejers kollha fl-iskwadra. Raiola qal dawn l-akkużi lill-ġurnalisti Taljani filwaqt li Balotelli kiteb dwar dan il-każ fuq il-profil tiegħu personali ta' Instagram. Stqarrija tal-klabb ta' Brescia qed tgħid li taw permess lill-Avukati tal-klabb biex jibdew proċeduri legali kontra dawn l-akkużi foloz.
1entailment
Arsenal u Chelsea jikkwalifikaw għar-raba' rawnd
Arsenal kwalifikaw għar-raba' rawnd wara li barra minn darhom kisbu rebħa ta' 2-0 kontra Leicester City. Il-gowls tal-partita wasal fit-tieni taqsima fejn minn cross ta' Nicolas Pepe kien CHRISTIAN FUCHS li tefa' fix-xibka tiegħu stess wara konfużjoni fil-kaxxa ta' Leicester. Arsenal rduppjaw tard fil-partita permezz ta' EDDIE NKETIAH. Chelsea kisbu post fir-rawnd li jmiss tal-Carabao Cup wara li f'darhom kisbu rebħa faċli kontra Barnsley ta' 5-0. L-eroj għall-Blues kien l-akkwist il-ġdid KAI HAVERTZ li skorja tliet gowls, biż-żewġ gowls l-oħra jaslu mingħand TAMMY ABRAHAM, ROSS BARKLEY u OLIVIER GIROUD. It-tielet rawnd Ilbieraħ : Leyton Orient v Tottenham posp., Newport v Watford 3-1, WBA v Brentford 2-2 (4-5), West Ham v Hull 5-1, Luton v Man Utd 0-3, Illejla : Fulham v Sheff. Wed 2-0, Milwall v Burnley 0-2, Preston v Brighton 0-2, Stoke v Gillingham 1-0, Chelsea v Barnsley 6-0, Fleetwood v Everton 2-5, Leicester v Arsenal 0-2, Morecambe v Newcastle 0-7 Għada : Bristol v Aston Villa 8.00pm, Lincoln v Liverpool 8.45pm, Man City v Bournemouth 8.45pm Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Ikkanċellati t-tlielaq tal-Formula 1 tal-Ażerbajġan, Singapore u l-Ġappun
It-tlielaq tal-Ażerbajġan, Singapore u l-Ġappun ġew ikkanċellati għal dan l-istaġun minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Aktar kmieni dan ix-xahar, tħabbru l-ewwel tmien tlielaq għal dan l-istaġun, bil-kampjonat mistenni jibda fil-5 ta' Lulju bil-Grand Prix tal-Awstrija. Minn dakinhar, it-tmexxija tal-Formula 1 kompliet taħdem biex tiffinalizza l-kalendarju għal dan l-istaġun. Huma jinsabu kunfidenti li f'dan l-istaġun isiru bejn 15 u 18-il tellieqa, bil-kampjonat jintemm f'Abu Dhabi f'Diċembru. Stqarrija tal-Formula 1 qalet li d-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-isfidi differenti li kellhom l-organizzaturi f'dawn il-pajjiżi. B'mod partikolari fil-Ġappun, ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar kienet ir-raġuni prinċipali. It-tmexxija tal-Formula 1 kompliet tgħid li dawn iż-żminijiet għadhom ta' inċertezza u huma se jibqgħu jimxu b'kawtela, filwaqt li jżommu l-pjan ta' sigurtà biex jassiguraw l-akbar sigurtà.
1entailment
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia pożittiv għall-coronavirus
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia rriżulta pożittiv għall-coronavirus wara test li sarlu. Mangia kien f'kuntatt ma' persuna li rriżultat pożittiv għall-coronavirus. Mangia kien fi kwarantina sakemm sarlu t-test u ħariġlu r-riżultat fl-aħħar sigħat. Il-kowċ Taljan għandu sintomi ħfief u jinsab fi kwarantina filwaqt li qed isegwi l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
1entailment
Virgil Van Dijk operat b'suċċess f'irkopptu
L-operazzjoni fuq id-difensur ta' Liverpool Virgil Van Dijk kienet waħda ta' suċċess. Van Dijk kien operat fil-ligament tal-curciate wara injury li sofra fis-17 t' Ottubru fil-konfront kontra Everton wara daħla kerha minn Jordan Pickford. Bħalissa Liverpool għandha bosta plejers neqsin fid-difiża bl-uniku difensur ċentrali għad-dispożizzjoni ta' Jurgen Klopp huwa Joe Gomez wara li Fabinho sofra injury fil-partita tal-UEFA Champions League kontra FC Midtylland.
1entailment
Draw ġust bejn Lija u Mosta
Lija A……………….1 Mosta……………….1 Lija A : L. Bonnici, L. Gusso, L. Muscat, I. Borg, D. Scerri, E. Beu, H. Wood, M. Jimenez, C. Giordimaina, N. Mc Laren, V. Alhinho (N. Micallef 82') Mosta : H. Mafoumbi, N. Braunovic (J. Bezzina 71'), D. Debono (L. Portelli 46'), S. Martinez (G. Sciberras 61'), C. Ememe, C. Faila, T. Farrugia, R. Morisco, Z. Brincat, B. Kaljevic, K. Tulimieri Referee: T. Farrugia Cann Assistenti refrees : A. Camilleri, P. Apap Lija Athletic u Mosta temmew fi draw ta' 1-1, riżultat li kien ġust għaż-żewġ timijiet. Mosta kienu għadhom ġejjin minn serje ta' riżultati pożittivi fosthom ir-rebħa kontra c-champions Floriana u d-draw ta' 2-2 kontra Valletta. Lija minkejja li l-prestazzjonijiet tagħhom kienu qed ikunu tajbin, ir-riżultati baqgħu ma waslux, kif ġara fl-aħħar partita kontra Żejtun Corinthians hekk kif sofre żewġ gowls f'żewġ minuti. L-ewwel taqsima, kienet mingħajr azzjonijiet denji ta' nota u ta' periklu. It-tieni taqsima li ntlagħbet f'xita kontinwa kienet aħjar u fl-54 minuta, Erjon Beu seta' fetaħ l-iskor għal Lija meta minn pass fit-tul daħal fil-kaxxa iżda minn pożizzjoni angolata ra lil Mafoumbi jsalva. Lija fetħu l-iskor mas-siegħa logħob meta minn cross minfuq il-lemin, kien ERJON BEU li b'daqqa ta' ras b'saħħitha xeħet fir-rokna ta' fuq tax-xibka. Mosta rreaġixxew fl-74 minuta ġabu l-iskor indaqs meta minn pass tajjeb ta' Ememe, kien ZACHARY BRINCAT li kkonkluda fil-baxx għal wara Bonnici.
1entailment
Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jista' jiddixiplina atleti li jinżlu għarkubtejhom
Il-FIFA ħabbret id-deċiżjoni li se tħalli l-assoċjazzjonijiet biex jiftħu s-suq tat-trasferimenti waqt li l-istaġun ikun għadu għaddej kif ukoll li plejer se jkun jista' jiffrima ma' tliet klabbs fi staġun wieħed. Dan wara li l-FIFA biddlet xi regoli b'mod temporanju minħabba l-pandemija tal-coronavirus bil-FIFA tinsab disponibbli li toffri kull għajnuna lill-assoċjazzjonijiet. F'pajjiżna s-suq tat-trasferimenti jinsab miftuħ u mistenni jagħlaq fil-31 ta' Lulju. Jidher iżda, li fl-Ingilterra l-FA Ingliża qed tipproponi biex is-suq tat-trasferimenti jinfetaħ bejn Awwissu u Settembru filwaqt li fl-Italja ġie deċiż li s-suq tat-trasferimenti se jinfetaħ bejn l-1 ta' Settembru u l-5 ta' Ottubru.
0not_entailment
Filmat: Minflok l-Innu Malti daqqewlhom 'Numb' ta' Linkin Park
Tard is-Sibt filgħaxija, Valletta Football Club ħabbru li waslu fi ftehim mal-kowċ taljan Giovanni Tedesco biex għal staġun ieħor jmexxi lit-tim mill-kapitali. Tedesco kien ħa f'idu t-tmexxija ta' Valletta FC matul ix-xahar ta' Frar fejn kien ħa post Darren Abdilla liema esperjenza damet biss ftit ġimgħat wara li l-Kampjonat Premier twaqqaf minħabba l-Covid-19. Tedesco għandu esperjenza vasta fil-Kampjonat Premier Malti wara esperjenzi ma' Floriana FC, Ħamrun Spartans Football Club, Birkirkara F.C. u Gżira United F.C. Valletta mistennija li jibdew bil-pre-season tagħhom fl-1 ta' Lulju b'preparazzjoni għal loghbiet ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League.
0not_entailment
Tripletta ta' Degabriele ddawwar telfa f'rebħa
Gżira U…………………0 Hibernians……………….1 G żira U .: J. Haber, G. Bohrer, S. Borg, N. Muscat, C. Escobar, D. Xuereb (N. Portelli 45'), M. Davis (O. Elouni 75'), J. Mendoza, R. Correa, A. Samb, J. De Assis Hibernians : M. Calleja Cremona, F. Apap, L. Almeida, A. Attard, J. Grech, B. Kristensen, G. Izquier, S. Shodija, A. Agius (E. Uzeh 66'), W. Texeira (J. Degabriele 73'), K. Laukzemis Referee: E. Grech Assistent referees : D. Sultana, R. Vella Hibernians telgħu fil-quċċata tal-klassifika punt aktar minn Sliema Wanderers u Ħamrun Spartans meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Gżira United 1-0 li minn naħa tagħhom din kienet it-tieni telfa konsekuttiva wara dik fi tmiem il-ġimgħa kontra Sirens. Wara 35 minuta mingħajr azzjonijiet ta' periklu, kienu Hibenrians li fetħu l-iskor bl-ewwel xutt lejn il-lasti ta' Haber meta minn pass minn fuq il-lemin ta' Texeira, kien JAKE GRECH li minn pożizzjoni tajba kkonkluda fir-rokna tax-xibka. It-tieni taqsima kompliet fuq l-ewwel taqsima bi ftit azzjonijiet perikolużi, bl-ewwel ċans li setgħa ġab l-iskor indaqs wasal fit-68 minuta meta minn pożizzjoni tajba, Jefferson De Assis spara għoli. Żewġ minuta wara, Hibernians resqu viċin li jirduppjaw meta minn freekick minn bara l-kaxxa Gabriel Izquier ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-mimduda.
0not_entailment
Cyber attack fuq is-sistemi elettroniċi ta' Manchester United
Il-klabb tal-football Ingliż Manchester United ħabbar li sofra attakk fuq is-sistemi elettroniċi tiegħu. Uffiċjali tal-klabb ikkonfermaw dan is- cyber attack u qalu li ttieħdet azzjoni pronta sabiex tkun ikkontrollata l-ħsara li saret. Esperti tekniċi qed ikomplu jinvestigaw il-każ u jaħdmu biex is-sistemi jerġgħu lura għan-normal. L-uffiċjali ddeskrivew dan l-attakk bħala wieħed sofistikat ħafna mwettaq minn kriminali esperti, madankollu fakkru li l-klabb għandu protokolli estensivi u proċeduri fissi għal eventwalitajiet bħal dawn, u kienu preparati għal attakki ta' dan it-tip. Huma spjegaw li d-difiżi li kellhom imħejjija għal cyber attacks bħal dawn ħadmu billi identifikaw l-attakk u awtomatikament għalqu s-sistemi biex ġiet illimitata l-ħsara u biex ġiet protetta d-data tal-klabb. Il- media channels l-oħra tal-klabb, inkluż il- website u l- app ma ġewx effettwati u skont l-uffiċjali tal-klabb lanqas ma ġiet minsusa data personali ta' fans jew klijenti. Dan l-attakk mhux mistenni jeffettwa bl-ebda mod il-partita ta' għada f'Old Trafford kontra West Bromwich Albion. elettroniċi
1entailment
Ftuħ uffiċjali tal-klabb tas-Subbateo tan-Naxxar
Wara l-aħbar li l-kowċ ta' Bologna Sinisa Mihajlovic huwa pożittiv għall-coronavirus, Fiorentina ħabbru li Erick Pulgar u Simone Ghidotti huma pożittiv għal dan il-virus u wara li sarilhom it-test ilbieraħ waranofsinhar. Iż-żewġ plejers ta' Fiorentina huma asintomatiċi u tpoġġew f'iżolament filwaqt li qed ikomplu jsegwu l-protokoll mediku. Ilbieraħ il-Professur Gianni Nanni poġġa dubju dwar il-bidu tas-Serie A wara li fl-aħħar jiem kienu reġistrati numru ta' plejers pożittivi għall-coronavirus. Is-Serie A huwa pjanat li jibda fid-19 ta' Settembru Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Naomi Osaka mhux se tikkompeti fl-Open ta' Franza minħabba li weġġat
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 4:38pm Il-klabb Ingliż ta' Newcastle lesti jħallsu ċifra rekord għal Ciro Immobile ta' €130,000,000. Din l-aħbar ħarġu biha diversi gazzetti Ingliżi u Taljani matul il-ġurnata. Immobile, ta' 30 sena, hu t-top scorer attwali tas-Serie A. Hu skurja aktar minn 100 gowl ma' Lazio fl-aħħar erba' staġuni. Newcastle jinsabu f'tarf li jidlu s-sidien tagħhom għall-konsorzju mill-Arabja Sawdija. Jekk dan it-transfer iseħħ, Immobile se jkun qed idaħħal mat-€80,000,000 b'kuntratt ta' ħames snin li jiġu mat-€300,000 fil-ġimgħa.
0not_entailment
Jinżel is-separju fuq il-Bundesliga
Mal-medda tas-snin il-qasam diġitali għamel passi ta' ġgant. Bla dubju, biddel bil-bosta l-mod ta' kif ilkoll ngħixu. Fost l-oħrajn, dak li jkun sar juża l-mezzi soċjali kif ukoll l-internet biex b'mod regolari tinżamm kull xorta ta' informazzjoni, fosthom data personali u dettalji tal-kont tal-bank għal meta tiġi bżonn biex tagħmel xi xirja tajba onlajn. Spiss, tisma' li password tajba tmur fin-nofs u barra bid-daqq. Iżda, dan kemm hu minnu? F'filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, ġie spjegat li kultant passwords siguri mhumiex biżżejjed. Intqal, li prattiċi ta' sigurtà bħat-two-factor authentication joffru aktar sigurtà u serħan il-moħħ. Fi ftit kliem, lil hinn mill-password, bit-two-factor authentication biex wieħed jaċċessa l-informazzjoni jkollu bżonn idaħħal kodiċi li jasallu jew li jkun iġġenerat fuq apps apposta minnufih. Kodiċi t'aċċess, li b'mod ġenerali jiskadi wara ftit tal-ħin. Cyber Security Malta saħqet li l-kodiċi t'aċċess m'għandu jingħata lil ħadd fl-ebda ċirkostanza. Tat parir, biex f'każ li wieħed jirċievi notifika biex jiddaħħal dan il-kodiċi bla wieħed ikun saqsa għalih dak li jkun għandu jbiddel il-password tiegħu mill-aktar fis peress li l-password tkun ġiet żvelta u xi ħadd b'intenzjoni qarrieqa jista' jipprova jaċċessa l-informazzjoni mistura.
0not_entailment
Jitilgħu l-poloz tal-istaġun 2020/21 tal-Premier League
Fl-Ingilterra llum ittelgħu l-poloz tal-istaġun 2020/21 tal-Premier League li se jibda fit-12 ta' Settembru. Fl-ewwel ġurnata, ċ-ċhampions Liverpool jilgħabu kontra Leeds United li fl-istaġun li fl-istaġun li għadda rebħu iċ-Championship. Il-partiti tal-ewwel ġurnata huma: Crystal Palace v Southampton Fulham v Arsenal Liverpool v Leeds United Tottenham Hotspur v Everton West Bromwich Albion v Leicester City West Ham United v Newcastle United Brighton v Chelsea Sheffield United v Wolves Burnley v Manchester United Manchester City v Aston Villa Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Higuain u Bonucci mistennija jibdlu l-klabb
Imtella' Ġunju 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Ġunju, 2020 4:10pm Ġiet inawgurata trakka ġdida tal-go cart f'Ħal Far mifruxa fuq 22,000 metru kwadru. Id-dilettanti tal-motorsport qalu li kienu ilhom is-snin jistennew li jkollhom trakka tal-go carts bi standards internazzjonali. Ġiet inawgurata f'Ħal Far trakka tal-go carts b'tul ta' 937 metru mifruxa fuq 22,000 metru kwadru ta' art. It-trakka saret b'investiment ta' aktar min nofs miljun ewro, il-maġġoranza tagħhom thallsu minn Infrastructure Malta u parti minnhom mill-klabb tal-carting. Kif spjega l-President tal-Island Carting Club, Jason Mangion, din it-trakka toffri opportunitajiet ġodda għat-taħriġ u t-tlielaq b'mod sigur. Spjega li se jkunu jistgħu jinstaqu numru kbir ta' carts fl-istess ħin u se jiżdiedu l-kategoriji ta' carts li se jieħdu sehem. It-trakka tista' tintuża wkoll minn mimimotos u scooters. "Konna ilna snin twal nistennewha. Dejjem imxew pass u waqaf ix-xogħol. Naħseb ilna għaddejjin issa 'l fuq minn 20 sena fiha li beda l-proċess sakemm wasalna hawnhekk illum. Fl-aħħar għandna xi ħaġa lesta." Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Ian Borg, qal li b'din it-trakka ġdida ħafna tfal, żgħażagħ u adulti se jkunu jistgħu jipprattikaw l-isport tal-go-carts. Dr Borg qal li it-trakka tista' tintuża għat-testing mill-istudenti li jiżviluppaw carts bħala parti mill-esperjenza tagħhom fl-Università. Qal li l-impenn tal-Gvern għal faċilitajiet sportivi huwa impenn sħiħ. Il-Ministru Borg qal li f'Malta hawn nies kapaċi u għalhekk tajjeb li jkollna faċilitajiet adegwati fejn jitħarrġu u jikkompetu. "Konvint li anke minħabba d-disinn u anke l-approvazzjoni tal-FIA, jistgħu jkunu utli għal diversi dixxiplini tal-motorsports, nafu kemm hawn dilettanti, u ma jiddispjaċina xejn li għamilna dan l-investiment." Il-Ministru Borg qal li dan mhux l-ewwel proġett li l-Gvern għen fil-qasam sportiv. Semma l-Mtaħleb, grounds, u klabbs tal-football f'Marsaskala, is-Siġġiewi, ix-Xgħajra u l-Kalkara. Qal li sar ukoll investiment fil-pixxina f'Marsaskala u f'diversi klabbs tat-tennis u tal-boċċi.
0not_entailment
Draw ġust bejn Lija u Mosta
Ħamrun Spartans u Żejtun Corinthians ħabbru li għal jiem li ġejjin se jkunu qed iwaqqfu t-taħriġ tagħhom wara li fil-partita ta' ħbiberija li kellhom nhar il-Ġimgħa, wieħed mill-uffiċjali tal-partita rriżulta pożittiv għall-coronaviurs. Iż-żewġ klabbs ħabbru li t-taħriġ se jibqa' sospiż sakemm il-plejers u l-istaff kollu jiġi ttestjat filwaqt li għamluha ċara li l-ebda plejer jew staff ma għandu sintomi. Ħamrun ħabbru li huma qed jieħdu l-prekawzzjonijiet kollha neċessarji u ffumigaw l-grawnd fejn nlagħbet il-partita u anke d-dressing rooms. Fil-konferenza tal-aħbarijiet li saret illum mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Dr. Charmaine Gauci fejn tħabbru numru ta' miżuri restrittivi, il-Ministru Fearne qal li jinsab f'diskussjonijiet kontinwi mal-MFA u qal li hemm protokoll li qiegħed ikun segwit.
0not_entailment
Jitħassru l-akbar festivals internazzjonali li kienu se jsiru f'Malta dan is-sajf
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 6:55pm L-organizzaturi ta' erba' festivals internazzjonali kbar ħabbru li l-attivitajiet tal-massa li kienu se jagħmlu f'Malta matul Awwissu u Settembru u li għalihom kienu mistennija li jattendu eluf ta' nies, tħassru. Dawn huma Escape 2 The Island li kien se jsir bejn it-28 u t-30 ta' Awwissu, Rhythm and Waves li kien se jsir bejn l-4 u s-6 ta' Settembru, The BPM Festival li kien se jsir bejn il-11 u t-13 ta' Settembru u Mi Casa Festival li kien se jsir bejn it-18 u l-21 ta' Settembru. Ftit qabel is-6 p.m. huma ħabbru fuq il-mezzi soċjali tal-media li ġew informati mill-imsieħba tagħhom fi ħdan l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, li minħabba ż-żieda fil-każijiet ta' coronavirus fil-gżejjer Maltin, huma m'għadx jistgħu jorganizzaw l-avvenimenti tagħhom.
1entailment
Espargaro ta' KTM se jibda għall-ewwel darba fuq quddiem fil-MotoGP
Għat-tmien darba l- Malta Pool Association ser torganizza l-European Eight Ball Pool Championships Malta 2020 f'pajjiżna li se jsiru bejn is-16 u l-21 ta' Frar fid-Dolmen Hotel, il-Qawra. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima, filwaqt li awgura lid-49 plejer li ser jieħdu sehem f'dan il-kampjonat, saħaq li huwa ta' unur għal Malta li qed tospita avveniment kbir bħal dan. Kompla jgħid li din l-assoċjazzjoni, u anke dan l-isport, dejjem kiteb paġni tad-deheb fix-xena internazzjonali. Malta ser tkun irrappreżentata minn għaxar timijiet; Irġiel A, Irġiel B, Irġiel Ċ, żewġ timijiet A u B fil-kategorija taż-żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena, żewġ timijiet A u B fil-kategorija taż-żgħażagħ taħt it-23 sena, żewġ timijiet A u B fil-kategorija tat-timijiet ta' plejers akbar minn 50 sena u tim fil-kategorija ta' plejers akbar minn 60 sena. Il-kampjonat ser jinkludi tmien kategoriji li huma tal-Irġiel A, Irġiel B, Irġiel Ċ, Nisa, Żgħażagħ taħt it-18-il sena, Żgħażagħ taħt it-23 sena, kategorija għall-plejers akbar minn 50 sena u kategorija għall-plejers akbar minn 60 sena. Barra l-kampjonati tat-timijiet, fl-istess perjodu ser jintlagħbu l-kampjonati individwali Ewropej għall-kategoriji tal-Irġiel, Nisa, Żgħażagħ taħt it-18-il sena, Żgħażagħ taħt it-23 sena u għall-kategorija ta' plejers akbar minn 50 sena. F'dawn il-kampjonati ser jieħdu sehem mhux anqas minn 11-il pajjiż fosthom il-Belġju, Ċipru, Franza, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Irlanda ta' Fuq, Malta, Portugall, Skozja, Wales u l-Marokk bħala mistiedna speċjali. L-aqwa plejers Ewropej, li jinkludu diversi plejers professjonisti, ser ikunu f'pajjiżna. Id-direttur tal-kampjonati Ewropej ser ikun Vincent Degiorgio li huwa s-segretarju tal-Malta Pool Association kif ukoll teżorier tal-European Eight Ball Pool Federation u l-World Eight Ball Pool Federation. Il-ftuħ tal-kampjonati ser issir nhar il-Ħadd 16 ta' Frar biċ-ċeremonja tal-ftuħ tibda fl-10:30 ta' filgħodu. Il-logħob tal-kampjonati jibda l-Ħadd f'nofsinhar u jibqa' sejjer sal-Ġimgħa meta jintlagħbu l-finali tal-kategoriji kollha. Il-preżentazzjoni tal-unuri ser issir il-Ġimgħa 21 ta' Frar filgħaxija. Il-kampjonati ser ikollhom fond ta' premjijiet ta' mhux anqas minn € 24,000. Id-dħul għall-kampjonati ser ikun b'xejn.
0not_entailment
Melvin Theuma jibqa' f'qagħda stabbli
It-tennist Ġappuniż Kei Nishikori nstab pożittiv għat-tieni darba, bit-tama li jikkompeti fl-Open tal-Istati Uniti tinstab ftit li xejn diffiċli. In-numru erbgħa tad-dinja kellhu jikkanċella l-impenji tiegħu fl-Open tal-Western u Southern wara li nstab pożittiv il-ġimgħa l-oħra. Hu ħa test ieħor ftit jiem ilu iżda kien għadu ma fieqx mill-virus, u għalhekk ikkonferma li minkejja għandu ftit sintomi, jinsab f'iżolament fi Florida. It-test li jmiss se jieħdu fil-bidu tal-ġimgħa li ġejja, bit-tama li jkun jista' jirkupra malajr biex jikkompeti fl-Open. Dan it-tennista ta' 30 sena kellhu diversi suċċessi fl-Open tal-Istati Uniti fejn wasal sas-semi finali fl-2016 u fl-2018 kif ukoll tilef il-finali tal-2014 kontra Marin Cilic. Serena Williams, il-favorita li tirbaħ il-kategorija tan-nisa qalet li minkejja li ħafna tennista mhux se jikkompetu, mhux se jneħħu l-importanza ta'dan it-turnament u l-possibilità li tiċċelebra l-24 titlu tagħha. Dan għaliex sitta mill-aqwa għaxra tad-dinja kkanċellaw l-impenji tagħhom f'din il-kompetizzjoni, li b'hekk saħħaħ il-possibilità li Serena Williams tirbaħ it-trofej. Din il-kompetizzjoni se tibda fil-31 ta' Awwissu minkejja diversi tennisti kbar mhux se jieħdu sehem fosthom Rafa Nadal u Bianca Andreescu kif ukoll in-numru wieħed tan-nisa Ash Barty.
0not_entailment
Draw mingħajr gowls f'derby ta' Manchester mingħajr storja
Manchester United u Manchester City spiċċaw fi draw mingħajr gowls f'derby li kien nieqes mis-soltu eċċitament u azzjonijiet fuq iż-żewġ lasti. Il-logħba kienet anki nieqsa mill-kwalità, biż-żewġ difiżi jiddominaw fuq l-attakkanti rispettivi u bl-ebda naħa ma jirnexxilha toħloq azzjoni denja ta' nota f'loghba li żgur mhix se tissemma fost il-konfronti memorabbli tal-aħħar staġuni. L-aħjar opportunitajiet għal City kienu moħlija min Gabriel Jesus u Riyad Mahrez waqt li Scott McTominay kien qrib li jagħti l-vantaġġ lil United b'daqqa ta' ras li falliet il-bersall bi ftit. Fit-tieni taqsima, United kellhom għajta għal penalty wara li Kyle Walker ikkommetta fawl fuq Marcus Rashford fil-kaxxa iżda d-deċiżjoni oriġinali kienet annullata fuq konsultazzjoni mal-VAR li żvela li l-attakkant ta' United kien offside waqt l-azzjoni. It-tmiem tal-logħba rat lil City fuq l-attakk iżda l-iskor,0-0, kien wieħed ġust fiċ-ċirkustanzi. Dan ifisser li United, bħalissa, qegħdin jokkupaw is-seba' post fil-klassifika u meta City jinsabu punt biss warajhom. Everton kisbu rebħa importanti ta' 1-0 fuq Chelsea f'Goodison Park. Il-gowl deċiżiv għal Everton wasal fit-22 minuta permezz ta' penalty mogħti u skurjat minn GLYFI SIGURDSSON. Fl-ewwel partita li kellna lbieraħ, Aston Villa għelbu lil Wolves 1-0 bil-gowl deċiżiv ikun skorjat fl-94 minuta permezz ta' ANWAR EL-GHAZI minn penalty. Iż-żewġ timijiet temmew il-konfront jilgħabu b'għaxar pelejrs meta l-ewwel tkeċċa DOUGLAS LUIZ għal Aston Villa fil-85 minuta biex fil-ħin mogħti żejjed fit-tieni taqsima, tkeċċa Joao Moutinho għal Wolves. Newcaslte kisbu rebħa importanti ta' 2-1 fuq West Browich Albion. MIGUEL ALMIRON fetaħ l-iskor għal Newscastle wara anqas minn 20 sekonda, biex DARNELL FURLONG ġab l-iskor indaqs fil-50 minuta. DWIGHT GAYLE skorja l-gowl deċiżiv u dak li ta rebħa lil Newcastle fit-82 minuta permezz ta' daqqa ta' ras. PREMIER LEAGUE Ilbieraħ : Leeds v West Ham 2-1 Illum : Wolves v Aston Villa 0-1 ,Newcastle v WBA 2-1, Man Utd v Man City 0-0, Everton v Chelsea 1-0 Għada: Southampton v Sheff. Utd 1.00pm, C. Palace v Tottenham 3.15pm, Fulham v Liverpool 5.30pm, Arsenal v Burnley 8.15pm, Leicester v Brighton 8.15pm Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Kaljevic jħalli lil Valletta FC
Elusive 2 rebaħ il-Yachting Malta Coastal Race li saret ilbieraħ qabel ma' nhar is-Sibt jingħata bidu għall-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Il-Principal Race Officer Peter Dimech qal li il-flotta li ħadet sehem f'din it-tellieqa kellhom tbaħħir mill-aqwa f'riħ bejn 12-15 -il mil nawtiku mil-Lbiċ li żiew għal 18 -il mil nawtiku. Elusive 2 ħadu l-vantaġġ fit-tieni bidu wara li fl-ewwel bidu kien ir-Russu JPK 10.80 li kellu l-aħjar bidu. Ir-Rolex Middle Sea Race mistennija tibda nhar is-Sibt fil-11.00 am bit-tluq isir mill-Port il-Kbir bl-organizzaturi jappellaw biex daw li jixtiequ jsegwu t-tluq mix-xatt tal-Port il-Kbir għandhom isegwu l-istruzzjonijiet maġruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa filwaqt li jekk sa nhar is-Sibt jinħarġu aktar notifikamenti dawn se jkun fuq is-sit tat-tellieqa.
0not_entailment
Higuain u Bonucci mistennija jibdlu l-klabb
Jordi Farrugia GŻIRA UTD……….4 SENGLEA………….0 Gżira U: J. Haber, G. Bohrer (K. Pulo 77'), S. Borg, N. Muscat, M. Davis, N. Portelli (D. Xureb 63'), M. Maia (A. Cohen 77'), J. Mendoza (C. Borg 69'), R. Correa, S. Borg, J. De Assis (O. Elouni 63') Senglea A: M. Farrugia (A. Zammit 77'), S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela, I. Misan (D. Fava 70'), C. Riascos (D. Xuereb 70'), D. Abela (F. Aboulezz 55'), A. Scicluna, J. Dibola, D. Kukic (J. Tanti 46'), W. Gomes Skorjaw: 3′ M. Maia (G), 37′ R. Correa (G), 38′ M. Jefferson (G), 65′ M. Davis – pen (G) Imwissija: 25′ L. Riascos (S), 45′ Z. Cassar (S) Referee: D.Portelli Assistenti Referees: A.Camilleri, T.Debono Gżira United kisbu rebħa kbira ta' 4-0 fuq it-tim tal-qiegħ Senglea Athletic fejn dan l-istaġun għadhom ma' rebħux partita. Għat-tim ta' Senglea ddebuttaw numru ta' plejers li akkwistaw fl-ewwel jiem tas-suq tat-trasferimenti ta' dan ix-xahar fejn daħlu bħala sostituti l-gowlkiper eks-Rabat Ajax Andrew Zammit u l-midfielder eks-San Ġwann Dion Fava. Għal Gżira kien qed jiddebutta mill-bidu nett l-eks plejer ta' Sirens Maxuell Maia fejn saħansitra niżżel ismu fost l-iskorers. Din kienet is-seba' rebħa dan l-istaġun għal Gżira filwaqt li għal Senglea din kienet il-ħdax –il telfa. Gżira kienu l-aħjar tim mill-bidu u marru fil-vantaġġ fit-tieni minuta meta minn corner min fuq il lemin ta' Correa kien MAXUELL MAIA li ħalla mpatt immedjat ma' Gżira li għola fuq kulħadd biex tefgħa għal ġewwa. Gzira reġgħu kienu perikolużi fit-12 –il minuta meta min cross fuq ix-xellu ta' De Assis, Nicholas Muscat ra l-volley tiegħu jgħaddi għoli. Gzira jirduppjaw fis-36 minuta permezz ta' xutt mill-isbaħ mid-distanza tal-Urugwajan RICARDO CORREA. Inqas minn minuta wara Gzira għamluhom tlieta' meta min pass fuq il-lemin ta' Martin Davis kien JEFFERSON DE ASSIS li xeħet wara Farrugia għal 3-0. Fit-tieni taqsima, Gżira komplew fejn ħallew u kien fil-65 minuta li għamluhom 4-0 premezz ta' peanlty ta' MARTIN DAVIS, wara li s-sostitut Omar Eloni kien mwaqqa' fil-kaxxa bir-referee Daniel Portelli jordna penalty favur Gżira. Lejn it-tmiem Senglea kellhom ċans tajjeb li jiskorja l-gowl ta' konsolazzjoni meta x-xutt ta' Wilkerson Gomes kien mdawwar f'corner b'mod tajjeb minn Justin Haber. B'hekk b'din ir-rebħa Gżira United telgħu b'25 punt fir-raba' post tal-klassifika u resqu eqreb taż-żewġ timijiet li jinsabu fl-ewwel post Ħamrun Spartans u Sliema Wanderers.
0not_entailment
Il-plejer ta' Real Madrid Mariano Diaz pożittiv għall-coronavirus
Crystal Palace offrew €20 miljun lil Liverpool għaż-żagħżugħ Rhian Brewster, inkluż €7 miljun oħra fuq add-ons. Fil-ftehim hemm ukoll l-għażla li t-tim Ingliż jistgħu jerġaw jixtru l-plejer lura għas-somma ta' €40 miljun. Liverpool jeħtieġu jbiegħu xi plejer, hekk kif iridu jirkupraw il-flus li ntefqu fuq Thiago Alcantara u Diego Jota b'total ta' €76 miljun. Brewster skorja 10 gowls f'20 partita fl-istaġun li għadda meta kien fuq self ma' Swansea fiċ-Championship Ingliż. Il-futur tal-plejer ta' Tottenham Dele Alli jinsab f'dubju, hekk kif Paris Saint-Germain jinsabu nteressati li jakkwistaw lil midfielder. Dan wara li Alli tħalla barra mill-iskwadra għal żewġ partiti konsekuttivi, dawk kontra Lokomotiv Plovdiv fl-Europa League u kontra Southampton fl-istaġun Ingliż. Minkejja dan, jidher li Tottenham lesti li jħalluh jitlaq iżda fuq self u mhux fuq trasferiment permanenti. Mid-dinja tat-trasferimenti, Wolves offrew €32 miljun għal Nelson Semedo ta' Barcelona filwaqt li l-istess Barcelona jridu lil Hector Bellerin ta' Arsenal.
0not_entailment
Alex Borg ikkwalifika biex jikkompeti ma' l-aqwa plejers tad-dinja fl-isnooker
Skond numru ta' ġurnali brittaniċi, l- manager tat-tim nazzjonali ta' Wales Ryan Giggs ġie arrestat nhar il-Ħadd li għadda wara allegat diżgwit mas-sieħba tiegħu fir-residenza privata tagħhom. L-ex captain ta' Manchester United qed jiċħad dawn l-akkużi u fil-fatt ġie liberat sakemm issir aktar investigazzjoni. L-assoċjazzjoni tal-futbol ta' Wales ikkanċelat il-konferenza tal-aħbarijiet li kellha isir llum fejn kienet ser titħabbar l-iskwadra tat-tim nazzjonali ta' Wales għall-partiti internazzjonali li jmiss. Kelliema għal Giggs qalu li huwa qed jikkopera mal-pulizija u ser jibqgħu jagħtu l-assitenza meħtieġa kollha.
0not_entailment
Spezia għall-ewwel darba promossi fis-Serie A
It-tim minn Liguria, Spezia ġew promossi għall-ewwel darba fis-Serie A f'aktar minn 114 –il sena storja. Fil-finali tal-playoffs li ntlagħbet fuq żewġ legs Spezia rebħu l-ewwel leg bl-iskor ta' 1-0 b'gowl ta' Emmanuel Gyasi filwaqt li fit-tieni leg, Frosinone rebħu da nil-konfront bl-istess riżultat b'gowl ta' Marcus Rohden. Spezia b'hekk ġew promossi wara li fil-klassifika finali tas-Serie B, huma temmew fit-tielet post b'61 punt filwaqt li Frosinone temmew fit-8 post b'54 punt. B'hekk huma se jissieħbu ma' Benevento u Crotone fis-Serie fl-istaġun li ġej.
1entailment
ARA: Real Madrid jirbħu kontra Eibar 3-1 fl-Alfredo di Stefano Stadium
Imtella' Ġunju 15, 2020 Fi Spanja, ilbieraħ Real Madrid fil-Liga għelbu lil Eibar 3-1 biex żammew il-pass ma' Barcelona fin-naħa ta' fuq tal-klassifika. Real Madrid 3 goals minn fuq. Wara 4 minuti logħob Toni Kroos għamilhom 1 – 0. Fit-30 minuta Sergio Ramos għamilhom 2 – 0 u fis-37 minuta Marcelo għamel l-iskor 3-0. Fit-tieni taqsima fil-61 minuta Pedro Bigas għamel l-iskor finali 3-1. F'riżultati oħra l-bieraħ: Fil-Ġermanja, mill-Bundesliga draw għal Bayer Leverkusen barra minn darhom kontra Schalke.
1entailment
Gilbert Agius mill-ġdid ikkonfermat bħala assistent kowċ ta' Valletta FC
Gilbert Agius ġie ikkonfermat fl-rwol ta' assistent kowċ tat-tim ta' Valletta Football Club. Agius, ikona fit-tim belti tul il-karriera tiegħu, rebaħ bosta unuri kemm bħala plejer, kowċ u anke bħala assistent kowċ u huwa fost l-aktar persuni popolari mas-supporters ta' Valletta FC. Agius ser ikun qed jassisti lill-kowċ taljan Giovanni Tedesco li nhar il-Ħadd li għadda wkoll ġie ikkonfermat fl-rwol tiegħu bħala kowċ tat-tim mill-kapitali.
1entailment
Magħrufa t-timijiet ikkwalifikati u l-logħbiet tas-semifinali tal-FA Cup
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 10:05am Waslu f'Malta dal-lejl 30 magna tan-nifs, magħrufa bħala 'respiratory health devices' li ngħataw bla ħlas miċ-Ċina lis-Sur Reno Calleja, President tal-Għaqda ta' Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Fi stqarrija l-għaqda qalet li dawn il-magni twasslu dritt fl-imħażen tal-Minsteru tas-Saħħa biex jekk ikun hemm bżonn jintużaw għal pazjenti morda bil-Covid-19. Intqal li barra l-magni nġiebu wkoll ukoll 40,000 maskra li ngħataw ukoll lill-Ministeru. L-għaqda rringrazzjat lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u lill-Ambaxxatur ta' Malta fiċ-Ċina John Aquilina, kif ukoll lil dawk kollha li kkoperaw biex din l-għotja setgħet isseħħ. L-Għaqda ta' Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina ġġib 20 ventilator b'xejn
0not_entailment
L-imprenditur Joseph Portelli ma' Hamrun Spartans FC: "Era ġdida li se twassal għall-isbaħ żminijiet"
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 8:02pm Merħba kbira illum wara nofsinhar mill-partitarji ta' Ħamrun Sparatans lill-investitur il-ġdid tagħhom l-imprenditur Għawdxi Joseph Portelli hekk kif dan illum żar il-kumpless tal-Victor Tedesco Stadium. Portelli kien imdawwar mal-kumpless mill-membri tal-kumitat ta' Ħamrun Spartans fejn wara dan sab jistennewh fuq l-istands mal-mitejn partitarju li mill-ewwel urewħ li laqgħuh fost il-familja Ħamruniża.
0not_entailment
Posposta l-maratona ta' Londra
Il-maratona ta' Londra wkoll ġiet posposta minħabba l-coronavirus. Tħabbar li l-maratona se tkun qed issir nhar il-Ħadd 4 ta' Ottubru ta' din is-sena minflok. L-40 edizzjoni ta' din il-maratona storika kellha ssir fis-26 ta' April. Sfortunatament minħabba l-pandemija li laqtet lid-dinja, il-maratona kellha titmexxa għal aktar tard din is-sena stess. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li numru ta' avvenimenti oħra sportivi, inkluż il-maratona f'Pariġi u Boston, tħassru minħabba l-epidemija tal-COVID-19. Fost l-atleti li rreġistraw għal din il-maratona hemm Eliud Kipchoge li kiser ir-rekord dinji, Kenenisa Bekele u l-atleta femminili li għandha r-rekord tan-nisa f'idha, Brigid Kosgei. We genuinely appreciate your remarkable understanding on what's been a difficult day. We're signing off for the night but will be back tomorrow to answer your questions. Thanks, VMLM ❤️ #LondonMarathon — Virgin Money London Marathon (@LondonMarathon) March 13, 2020 Il-kompetizzjonijiet tal-futbol sospiżi sat-3 ta' April fl-Ingilterra 10 ijiem bla futbol u futsal f'Malta
1entailment
Johann Bezzina jingħaqad ma' Mosta
Mosta kisbu lill-midfielder internazzjonali Malti Johann Bezzina b'self mingħand Birkirkara. Bezzina huwa prodott ta' Hibernians, is-sena li għaddiet kien issieħeb ma' Birkirkara. Matul il-karriera tiegħu Bezzina qatta' wkoll staġun b'self għand Sliema Wanderers.
1entailment
Cheptegei jikser ir-rekord tal-5000m
Il-kumpanija Maltco tat €50,000 lill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli. Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali, Clayton Bartolo, qal li l-gvern irid isib bilanċ bejn it-tkattir tal-industrija tal-logħob fl-istess waqt li jindirizza l-eċċessivita' fil-logħob tal-azzard. Qal li huwa kruċjali li tkun l-industrija stess li tirrregola lilha nnifisha. Żied li l-gvern se jkompli jsaħħaħ il-leġislazzjoni b'ġurisdizzjoni kredibbli u tenna li l-ħarsien tal-aħjar ġid taċ-ċittadini ma jistax ikun kkwantifikat f'termini monetarji. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Lotteries, Vasileios Kasiotakis, qal li apparti din l-għotja l-kumpanija tagħti mas-€600,000 lill-Fond għall-Kawżi Ġusti amministrat mill-Ministeru għall-Finanzi. Dawn il-flus jirrappreżentaw premijiet li ma jinġabrux u li mbagħad jitqassmu bejn individwi u għaqdiet mhux governattivi għal diversi proġetti fil-komunità. Fost l-inizjattivi tal-Fondazzjoni Logħob Responsabbli, hemm il-helpline 1777 li toffri għajnuna u appoġġ lil dawk li għandhom problemi biex irażżnu l-vizzju tal-logħob. Ara l-intervisti sħaħ mas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali, Clayton Bartolo u mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Lotteries, Vasileios Kasiotakis hawn.
0not_entailment
Luxol jikkwalifikaw għar-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League
Fil-UEFA Futsal Champions League, ic-champions lokali tal-futsal Luxol St. Andrew's kisbu rebħa komda ta' 6-2 fuq Allstars Wiener Neustadt biex b'hekk kwalifika għar-rawnd prinċipali ta' din il-kompetizzjoni. Din kienet ir-raba' darba li Luxol ħadu sehem f'din il-kompetizzjoni. L-ewwel taqsima ntemmet 2-1 favur Luxol. Kienu Allsatrs li fetħu l-iskor permezz ta' Lokovsek. Luxol irrispondew u f'temp ta' żewġ minuti dawwru r-riżultat, b'gowls skorjati minn Nikvashvili u Celino Alves. Fit-tieni taqsima Luxol ħarġu fuq l-offensiva u skorjaw it-tielet gowl permezz ta' Maikinho biex Veve għamilhom 4-1. Ftit tas-sekondi wara Celino Alves skorja l-ħames gowl għal Luxol. Yoruk naqqas l-iskor għal Allstars biex Nikvashvili ftit sekondi l-bogħod mit-tisfira finali għamilhom 6-2.
1entailment
Juventus jinsabu pass bogħod mir-rebħ tad-disa' kampjonat konsekuttiv
Illejla l-Ħadd, fid-9:15pm fuq Net Television, se tixxandar l-aħħar edizzjoni ta' Replay għal din l-iskeda. L-edizzjoni tal-lejla se tkun waħda speċjali għaliex se tkun dedikata lil Floriana, fl-okkażjoni tar-rebħ tas-26 Kampjonat fl-istorja tal-klabb. Replay tal-lejla se jerġa' jirritorna fl-istudio ta' Net Television, u bi preżentazzjoni ta' Christian Micallef, flimkien mal-mistieden residenti tal-programm Konrad Sultana, il-mistiedna tal-lum se jkunu l-kowċ ta' Floriana, Enzo Potenza kif ukoll il-plejers tal-Greens, Jurgen Pisani u Ryan Camenzuli. Fil-programm tal-lejla, it-tim ta' Replay, ħejja diversi servizzi interessanti li juru l-atmosfera li kien hemm ilbieraħ fil-Floriana, partikolarment fi Triq Sant Anna u l-Fosos. B'intervisti mal-plejers, membri tal-kumitat u partitarji ta' Floriana, minn George Cassar, filmati ta' Joe Sultana u muntaġġ ta' Vanessa Mizzi, illejla t-telespettaturi se jkunu jistgħu ssegwu dak li kellhom xi jgħidu l-Furjaniżi waqt l-ewforija tagħhom fil-mument taċ-ċelebrazzjoni tar-rebħ tal-Kampjonat. F'Replay tal-lejla se tkunu tistgħu ssegwu ukoll il-gowls kollha ta' Floriana matul l-istaġun li ntlagħab. Il-programm tal-lejla jixxandar fid-9:15pm fuq Net Television.
0not_entailment
Tmut Ekaterina Alexandrovskaya, skater Awstraljana
Tħabbret il-mewt tal-iskater Awstraljana Ekaterina Alexandrovskaya fl-età ta' 20 sena bil-kawża tal-mewt għadha mhix magħrufa. Alexandrovskaya li hi mwielda r-Russja kisbet iċ-ċittadinanza tal-Awstralja fl-2018 biex irrappreżentat lill-istess pajjiż fl-Olimpjadi tax-xitwa tal-2018 flimkien ma' Harley Windsor. Windsor qal li jinsab devastat ħafna bl-aħbar tal-mewt ta' Alexandrovskaya bil-kowċ Andrei Khekalo jgħid li aktar kmieni din is-sena Alexandrovskaya kellha epilessija.
1entailment
L-UEFA tiddeċiedi fejn se jintlagħbu r-rawnds li jmiss tal-kompetizzjonijiet tagħha
Fl-aħħar siegħat jidher li l-UEFA ddeċidiet dwar fejn se jintlagħbu l-aħħar rawnd tal-partiti mill-UEFA Champions League u UEFA Europa League. Ġie deċiż ukoll li l-finali tas-Super Cup issir f'Budapest Wara li jintlagħbu l-partiti mir-rawnd tal-aħħar 16, il-UEFA ddeċidiet li l-kwartifinali tal-UEFA Champions League isiru kollha f'Lisbona fil-Portugall filwaqt li dawk tal-UEFA Europa League isiru fil-Ġermanja. Dawn il-kompetizzjonijiet se jieħdu l-forma ta' turnament simili għal dak li jseħħ waqt il-Kampjonati Ewropej tal-futbol. Il-partiti mir-rawnd tal-aħħar sittax li għad irid jiġi deċiż ir-riżultat se jsiru kif kien programmat. Juventus se jilqgħu lil Olympique Lyon f'Turin bil-Franiżi għandhom vantaġġ ta' 1-0. Napoli jilagħbu t-tieni leg barra minn darhom għand Barcelona bl-ewwel leg fis-Sao Paolo kien intemm fi draw ta' 1-1. Chelsea jmorru għand Bayern Munich bi żvantaġġ kbir ta' 3-0 filwaqt li Manchester City jospitaw lil Real Madrid fl-Etihad, bit-tim ta' Pep Guardiola jinsab 2-1 minn fuq. Atalanta, RB Leipzig, PSG u Atletico Madrid diġa kwalifikaw għal mal-aħħar tmienja wara li kienu laħqu lagħbu ż-żewġ rawnds.
1entailment
Ħamrun jilħqu ftehim għal Iriberri u Andreas Vella qrib Santa Lucia
Ħamrun Spartans se jsaħħu l-attakk tagħhom hekk kif illum laħqu ftehim biex jakkwistaw lil Imanol Iriberri. L-attakkant Arġentin lagħab l-istaġun li għadda ma' Hibernians u kellu staġun pożittiv fiċ-ċentru tal-attakk Pawlist. Ftit jiem ilu, il-paġna ta' Replay fuq facebook kienet irrappurtat li Ħamrun kienu bdew negozjati ma' attakkant Arġentin li lagħab ma' klabbs importanti. Iriberri li għandu 33 sena, skorja tmien gowls fil-Kampjonat Premier f'16-il logħba qabel kellu jieqaf minħabba l-Covid-19. Hu skorja wkoll darbtejn fl-FA Trophy. Intant, Ħamrun jidher li laħqu ftehim mal-winger Ailton Soares magħruf aħjar bħala Dodo. Fl-istaġun li għadda, Soares ifforma parti mit-tim Ħamruniż u skorja tliet gowls fil-kampjonat. Andreas Vella qrib Santa Lucia Il-paġna ta' Replay fuq facebook żvelat li Andreas Vella se jingħaqad ma' Santa Lucia. Jidher li l-ftehim bejn iż-żewġ partijiet intlaħaq fl-aħħar sigħat u l-plejer mistenni jkun ippreżentat fil-jiem li ġejjin. Minkejja li għad għandu 21 sena, Vella għamel id-debutt ma' Qormi fl-istaġun 2015/16 u fl-aħħar erba' staġuni lagħab ma' Mosta.
1entailment
Vidal se jiffirma ma' Inter
Posposti l-logħbiet kollha L-ASA ħadet deċiżjoni li tipposponi l-partita mill-Kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo li kellha tintalagħab illejla bejn San Ġiljan u B'Bugia fit 8.10. Dan wara li fl-aħħar ħinijiet il-klabb ta' San Ġiljan irapporta li wieħed mill-plejers tiegħu rrizulta pożittiv għall-Covid-19. Din il-partita kienet se tixxandar live fuq NET TV iżda issa mhux se tkun qed tixxandar hekk kif l-ASA flimkien mal-Awtorijtatijet tas-Saħħa bdew il-contact tracing. Minn informazzjoni li għandha l-paġna ta' Man Up+, il-plejer ma jilgħabx mat-tim tal-kbar ta' San Ġiljan iżda jifforma parti mit-tim ta' taħt l-20 sena tal-istess tim u fil-livell tal-kbar, hu rreġistrat b'self ma' Otters ASC (peress li fil-waterpolo teżisti regola li tippermetti li plejers taħt l-20 sena, filwaqt li jistgħu jilgħabu mat-tim tagħhom fil-livell tal-juniors, jistgħu jilgħabu ma' klabb ieħor fl-istess żmien fil-livell tal-kbar). Dan il-każ jaħsad lill-isport lokali fid-dawl tal-fatt li l-plejer qed jilgħab f'kampjonat li bħalissa jinsab għaddej u li diġà beda tard minħabba l-imxija tal-Covid-19. Wieħed irid jara x'se jkun qed jiġri u x'impatt se jkollu dan il- każ fuq it tkomplija tal-kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo. Intant l-ASA se tkompli għaddejja bi programm ta' partit fejn hemm involuti t-timijiet l-oħra hekk kif waqt li sar magħruf li hemm dan il-każ pożittiv, kiienet diġà qed tintlagħab il-partita bejn Ta' Xbiex u Valletta u l-logħba Neptunes kontra Exiles li se tinltagħab fis-7, se tintlagħab normali. Il-logħob kollu li kellu jintlagħab sa nhar il-Ħadd li ġej huwa pospost.
0not_entailment
Higuain u Bonucci mistennija jibdlu l-klabb
Huwa kważi ċert li l-attakant Arġentin Gonzalo Higuain mistenni jħalli Juventus biex jingħaqad ma' Milan b'self għal staġun, iżda fl-istaġun ta' wara isir għal kollox plejer ta' Milan. Higuain mistenni jiswa lir-rossoneri €55 miljun. Huwa kien ingħaqad ma' Juventus sentejn ilu mingħand Napoli. It-trasferiment ta' Higuain mhux se jkun l-ewwel wieħed bejn iż-żewg klabbs matul dan is-sajf hekk kif huwa kważi ċert ukoll li Leanordo Bonucci se jerġa' jirritorna lura ma' Juventus. Jidher li kemm Juventus u anke Milan waslu fi ftehim sabiex Leonardo Bonucci jerġa' jilbes il-flok Juventin filwaqt li Mattia Caldara jħalli lil Juventus biex ukoll jingħaqad ma' Milan
1entailment
Suċċess għat-tim Malti tal-Cricket
Il-Ġimgħa filgħaxija, Sevilla rebħu l-UEFA Europa League għas-sitt darba fl-istorja tagħhom, meta huma għelbu lil Inter bl-iskor ta' 3-2. Il-finali ta' din il-kompetizzjoni Ewropea ntlagħbet ġewwa Cologne, il-Ġermanja. Kien it-tim Taljan ta' Inter li mar fuq quddiem wara biss ħames minuti hekk kif il-Belġjan Romelu Lukaku skurja minn penalty . Fit-tnax-il minuta, it-tim Spanjol ġab id-draw permezz ta' Luuk De Jong. Imbagħad fit-tlieta u tletin minuta, Sevilla marru fil-vantaġġ meta Luuk De Jong skurja t-tieni gowl tal-partita. Tliet minuti wara, Inter skurjaw permezz ta' Diego Godin li bis-saħħa tiegħu t-tim Taljan ġab l-iskor indaqs. Imbagħad fit-tieni taqsima, Sevilla reġgħu marru fil-vantaġġ, fl-erbgħa u sebgħin minuta wara li Diego Carlos għamel rovexxjata, bil-ballun ħabat ma' sieq Lukaku u l-ballun daħal fix-xibka. Ir-referee tal-partita kien l-Olandiż Danny Desmond Makkelie. Wara l-logħba, il-plejers ta' Sevilla għollew it-tazza li issa rebħuha rekord ta' sitt darbiet f'erbatax-il sena u l-kowċ tat-tim Julen Lopetegui nfaqa' jibki f'emozzjoni kbira ta' ferħ.
0not_entailment
Tibdil fil-ħinijiet għal-logħob tat-tmiem il-ġimgħa fosthom id-decider tal-Premier
Matthias Mizzi Sirens. ………………0 Santa Lucia………. 2 Sirens: M. Montfort, R. Grech ('82 R. Scicluna), R. Dos Anjos, M. Maia, W. Domoraud, J. Walker ('60 L. Grech), A. Borg, S. Tounkara, T. Agius, M. Bustos (R. Menezes), T. Espindola Santa Lucia: C. Farrugia, T. Tabone, A. Prates Rodrigues, K. Correia, A. Magri, L. Motta ('88 L. McKay), A. Da Silva, K. Ante, L. Filho, J. Vella Critien (M . Camilleri), K. Xuereb Imwissija: SIR : '77 R. Grech STL : '90 M. Camilleri Skorjaw: SIR: '85A. Magri Overend, '90 +1 K. Ante Rosero Referee: Slobodan Petrovic Assistenti Referees: Christopher Francalanza & Mark Ciantar Raba' Uffiċjal: Malcolm Spiteri Santa Lucia jirritornaw għar-rebħ b'żewġ goals fl-aħħar ħinijiet tal-partita, filwaqt li tintemm is-serje ta' riżultati pożittivi għal Sirens. Tlett ijiem biss wara li kienu impenjati fi tmiem il-ġimgħa, iż-żewġ timijiet kellhom l-istess ammont ta' punti fil-klassifika qabel dan il-konfront, madankollu Sirens b'logħba inqas. It-tim immexxi minn Stephen D' Amato kien ġej minn rebħa konvinċenti fuq Gżira United filwaqt li s-Saints tilfu kontra l-ġirien Hibernians. F'bidu kwiet u bbilanċjat, azzjoni personali minn Maia Maxuell ħolqot periklu kbir fil-kaxxa opposta, bil-konklużjoni ġiet iddevjata f'corner. Man-nofs siegħa logħob Sirens ġew imċaħħda milli marru fil-vantaġġ wara li t-terna arbitrali ħassret il-goal għal offside. Fil-kumplament tal-ewwel taqsima l-azzjonijiet perikolużi miż-żewġ timijiet kienu minimi sabiex wara 45 minuta logħob l-iskor kien għadu ma nfetaħx. Ftuħ it-tieni taqsima u Farrugia ddevja żewġ azzjonijiet f'corner, daqqa ta' ras b'saħħitha minn Wilfred Domoraud u xutt minn Ryan Grech rispettivament. Ir-ritmu tal-partita kompla f'wieħed kajman biż-żewġ timijiet sabuha diffiċli biex ikkreaw l-ispazju. Madankollu kellhom ikunu ħames minuti mit-tmiem, biex Rosero ddefenda tajjeb il-ballun b' Adam Magri Overend daħal tajjeb u fetaħ l-iskor. St. Lucia għamlu biċ-ċert bir-rebħa tagħhom fil-ħin barrani meta fuq kontrattakk, Rosero xxutja fil-baxx u għamel ir-riżultati finali tal-partita 2-0.
0not_entailment
Floriana jirritornaw għar-rebħ
Floriana…………..3 Sirens……………..2 Floriana : J. Spiteri, E. Ruiz, D. Venancio, N. Leone, K. Keqi (D. Agius 76'), B. Paiber (M. Beye 83'), J. Pisani, M. Dias, J. Busuttil (A. Cini 87'), R. Camenzuli, T. Fonseca Sirens: D. Cassar, J. Pearson, R. Grech, W. De Oliveira (J. Walker 60'), R. Dos Anjos, M. Da Silva, S. Tounkara (M. Mifsud 78'), R. Scicluna, T. Agius (W. Domoraud 69'), M. Bustos, R. Romao Referee: G. Tonna Assistant referees: E. Spiteri, M. Scerri Floriana rritornaw għar-rebħ wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom tilfu 3-1 kontra Hibernians meta għelbu lil Sirens 3-2. Kienu Floriana li fetħu b'mod tajjeb u wara azzjoni maħduma bejn numru ta' plejers kien il-cross minfuq ix-xellug ta' Camenzuli li sab lil JAN BUSUTTIL żmarkat li kkonkluda mal-ewwel. Minkejja li Floriana komplew jiddominaw l-pusses tal-ballun kienu Sirens li ġabu d-draw fit-18 –il minuta bi ġmiel ta' gowl minn barra l-kaxxa ta' SAMBA TOUNKARA. Floriana resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ fit-28 minuta meta minn pass ta' Busuttil, Fonseca minn pożizzjoni angolata xxutja f'idejn Cassar. Florirna resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ minuta minn tmiem l-ewwel taqsima meta l-freekick ta' Venancio kien parzjalment salvat minn Cassar li reġa' salva t-tieni tentattiv ta' Pisani. Floriana ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u marru fil-vantaġġ fid-49 minuta meta minn cross ta' Leone d-daqqa ta' ras ta' Pisani kienet parzjalment salvata minn Cassar, bil-ballun jispiċċa f'saqajn KRISTIAN KEQI li mill-viċin spara fis-saqaf tax-xibka. Floriana għamluhom 3-0 meta minn pass ta' Paiber, il-cross fil-baxx ta' JAN BUSUTTIL kien devjat għal ġewwa minn Ryan Grech. Sirens reġgħu daħlu fil-partita fis-77 permezz ta' gowl ta' ANGEL MANUEL BUSTOS. Floriana temmew il-konfront jilgħabu b'għaxra meta fil-ħin addizzjonal Nicola Leone ntwera' t-tieni karta safra.
1entailment
Illum mistennija d-deċiżjoni dwar jekk hux se tingħata t-tazza tal-kampjonat Malti
Arsenal, Chelsea u Manchester City ingħaqdu ma' Manchester United fis-semifinali tal-FA Cup. Arsenal għelbu lil Sheffield United 2-1 b'mod drammatiku. Il-Gunners fetħu l-iskor fil-25 minuta minn penalty ta' Nicolas Pepe wara fawl fuq Alexandre Lacazette. Sheffield United ġabu d-draw fis-87 minuta permezz ta' David McGoldrick wara żball fid-difiża tat-tim ta' Arteta. Iżda l-gowl tar-rebħa għal Arsenal wasal b'xutt fil-baxx ta' Dani Ceballos. Chelsea rebħu 1-0 fil-King Power Stadium kontra Leicester . Ross Barkley skorja l-gowl tar-rebħa fit-63 minuta b'xutt mill-ewwel wara kross ta' Willian. Manchester City eliminaw lil Newcastle b'rebħa ta' 2-0 f'St. James' Park. Kevin de Bruyne fetaħ l-iskor fis-37 minuta minn penalty biex Raheem Sterling irdoppja fit-68 minuta b'xutt minn barra l-kaxxa li spiċċa fir-rokna. Fis-semifinali Manchester United telgħu biex jilagħbu kontra Chelsea filwaqt li Arsenal se jilagħbu kontra Manchester United. Il-logħbiet huma skedati għat-18 jew fid-19 ta' Lulju u se jintlagħbu f'Wembley Stadium bil-bibien magħluqa. Il-finali tintlagħab fl-1 ta' Awwissu.
0not_entailment
L-Ingilterra vs l-Isvezja: X'se jiġri llejla?
BALZAN YOUTHS…………1 SENGLEA ATHLETIC…….1 Balzan: V. Vranes, S. Arab, S. Bezzina (A. Effiong 68'), S. Dimic, P. Fenech, M. Johnson (S. Cipriott 27'), M. Kamara, U. Ljubomirac, A. Loof, E. McWoods, S. Pisani Senglea: M. Farrugia, A. Abela, K. Atkinson (A. Martin 58'), Z. Cassar, D. Dibola, W. Gomes, D. Kukic, I. Misan, A. Scicluna, J. Tanti (N. Terzin 91'), D. Xuereb Skorjaw: E. McWoods 74′ (B), D. Dibola (S) Ammoniti: E. McWoods 40' (B), U. Ljubomirac 70' (B), S. Arab 79' (B), V. Vranes 86' (B), M. Kamara 99' (B) Referee: A. Scriha Assistenti Referees: J. Spiteri, D. Spencer BOV Plejer tal-logħba: S. Dimic Balzan Youths kienu miżmuma fi dro ta' 1-1 minn Senglea Athletic ġewwa l-iStadium Nazzjonali ta' Ta' Qali, fejn iż-żewġ gowls saru permezz ta' penalties mgħotija fl-aħħar għoxrin minuta. Senglea akkwistaw l-ewwel punt wara sitt telfiet konsekuttivi, filwaqt li Balzan ilhom mingħajr rebħa għal dawn l-aħħar ħames logħbiet. Wara li l-ewwel taqsima kienet nieqsa mill-gowls, Balzan marru fil-vantaġġ fit-73 minuta meta ngħataw penalty. Stefan Dimic twaqqa' fil-kaxxa minn Andre Scicluna, b'ERIC LEMOND MCWOODS ma falliex mill-11-il metru. Fil-85 minuta, Senglea rebħu penalty ukoll wara li Samir Arab miss il-ballun b'idu fil-kaxxa. Vukasin Vranes laqa' tajjeb il-penalty ta' Diwoto Dibola kif ukoll ir-rebound tiegħu, iżda r-referee ordna li jerġa jingħata l-penalty, din id-darba DIBOLA inkwadra tajjeb.
0not_entailment
Floriana se jkunu ppreżentati bit-trofew ta' Champions is-Sibt 4 ta' Lulju
Il-Ġimgħa 3 ta' Lulju u s-Sibt 4 ta' Lulju, l-MFA ser tkun qed tippreżenta t-trofej liċ-champions ta' kull Kampjonat Malti. Dan ifisser liċ-champions tal-Kampjonat Premier Malti Floriana FC ser ikunu ppreżentati bit-trofew tar-rebħ tal-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta' Lulju. Minn informazzjoni li għanda din il-paġna Floriana FC ser ikunu preżentati bit-trofew is-Sibt 4 ta' Lulju fejn mistennija li jsir numru ta' attivitajiet sabiex jiġi ċċelebrat dan l-unur. Żejtun Corinthians, Marsa FC kif ukoll Attard FC ser ikunu ppreżentati bit-trofew fl-stess tmiem il-ġimgħa. Anke r-rebbieħa tal-Kampjonati l-oħra fosthom tal-Kampjonat Femminili u tal-Futsal ser jingħataw it-trofew f'waħda minn dawn iż-żewġ dati. Aktar dettalji tal-ġranet u l-ħinijiet preċiżi tal-preżentazzjoni ta' kull tim ser jitħabbru fil-jiem li ġejjin. Id-deċiżjoni dwar ir-rebbieħa ta' kull kampjonat kienet it-tieħdet mill-Kunsill tal-MFA t-Tnejn 25 ta' Mejju hekk kif il-Kampjonati kollha ġew it-terminati minħabba l-pandemija Covid-19.
1entailment
Inter miżmuma fi dro mingħajr gowls
Erba' gowls firdu l-qawwa Ingliża minn dik tal- Iżlanda , hekk kif sofrew telfa ta' 4-0. Minkejja dan, l-Ingliżi xorta temmew fit-tielet post ta' League A Grupp 2, bl-istess punti mad-Daniżi. Wara għoxrin minuta, Declan RICE fetaħ l-iskor b'daqqa ta' ras, u erba' minuti wara Mason MOUNT skorja minn pożizzjoni ideali. Fl-54 minuta, l-Iżlanda spiċċaw b'raġel inqas wara li tkeċċa Birkir Saevarsson. Doppjetta ta' Philip FODEN fl-aħħar għaxar minuti tal-partita kkonfermaw it-tliet punti għall-Ingliżi. Il- Belġju kkonfermaw l-ewwel post ta' dan il-grupp b'rebħa komda ta' 4-2 fuq id- Danimarka. Youri TIELEMANS fetaħ l-iskor wara tliet minuti biss għal Belġju b'xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa. L-avversarji ġabu d-dro b'daqqa ta' ras ta' Jonas WIND. Romelu LUKAKU għamel id-doppjetta personali fis-57 u fid-69 minuta. Nacer CHADLI għamel awtogowl għad-Daniżi, iżda l-Belġju rrispondew minnufiħ bir-raba' gowl b'konkluzjoni mill-viċin. L- Italja rebħu League A Grupp 1 b'rebħa importani ta' 2-0 kontra l- Bosnja . Andrea BELOTTI poġġa lit-Taljani fil-vantaġġ wara li rċieva pass eċċellenti mingħand Lorenzo Insigne. It-tieni gowl wasal fit-68 minuta meta kross ta' Manuel Locatelli sab lil Domenico BERARDI li mill-viċin ma falliex. Dan fisser ukoll li l-Bosnja ġew relegati. Fl-istess grupp, il- Polonja sfaw megħluba 2-1 kontra l- Olanda . Kamil JOZWIAK skorja wara ħames minuti biss, iżda l-Olanda dawru l-iskor favurihom permezz ta' penalty ta' Memphis DEPAY u gowl ta' Georginio WIJNALDUM.
0not_entailment
Tewmin Maltin jikkwalifikaw għas-Semi Finali f'kampjonat atletiku fl-Ungerija
It-Tewmin Omar u Jacob El Aida impressjonaw lill-ġurija fi Gyor l-Ungerija tant li kkwalifikaw għas-Semifinali tal-Kampjonat Atletiku Ewropew ta' taħt it-tmintax -il sena. Fl-ewwel round Jacob El Aida kklassifika fir-raba' post u kien meqjus bħala s-sittax -il persuna l-iktar veloċi minn tmienja u tletin persuna. Filwaqt li Omar El Aida kklassifika fit-tielet post u kklassifika fis-sbatax -il post fir-rigward ta' overall time . Fis-Semi Finali t-tewmin tejbu l-prestazzjoni tagħhom. Jacob kklassifika fil-ħames post b'ħin impressjonanti filwaqt li fi sfida oħra, Omar ukoll ikklassifika fil-ħames post iżda apparti dan, Omar irnexxielu jikseb l-aħjar riżultat ta' kull żmien fl-isfida tal-mitejn metru fil-kategorija ta' taħt it-tmintax -il sena.
1entailment
Balzan isalvaw punt f'logħba kumbattuta sal-aħħar
Ġunju 10, 2020 Roger Federer se jkun qed jitlef il-kumplament tal-istaġun wara li kellu t-tieni operazzjoni f'irkoptu, ftit tal-ġimgħat ilu. Ir-rebbieħ ta' 20 tournament Grand Slam fil-karriera kellu injury fl-Open tal-Australia ta' din is-sena fejn kellu jirtira fis-semifinali kontra Novak Djokovic. Minn dakinhar, baqa' ma lagħab qatt. Federer kien opera ruħu fi Frar li għadda iżda kellu bżonn intervent ieħor wara li reġa' ħass uġigħ waqt it-taħriġ.
0not_entailment
Ħa nagħmel dak kollu possibbli biex il-klabb jibqa' ma' ta' fuq – Jurgen Degabriele, attakkant ta' Hibernians
L-assoċjazzjoni Maltija tal-Handball ħabbret li l-bidu tal-kompetizzjonijiet 2020/2021 ġew posposti wara ż-żieda ta' każijiet ta' coronavirus f'Malta. Id-data l-ġdida tal-logħob se tkun imħabbra iżjed il-quddiem. Din id-deċiżżjoni ttieħdet flimkien mal-klabbs fl-interess tas-saħħa pubblika, tal-plejers u ta' dawk kollha involuti fil-handball.
0not_entailment
Ir-Royal Malta Yacht Club jospita l-ewwel tellieqa offshore għas-sena
Id-difensur ta' Mġarr United Alexandra Gatt fis-sigħat li ġejjin mistennija tibda esperjenza ġdida ma' Barking Abbey College Football Academy fl-Ingilterra. Gatt se tkun qed tkompli tistudja fl-Ingilterra filwaqt li se tirrapreżenta lil Barking fil-college league. Gatt kienet parti mit-tim Nazzjonali Malti fejn rrapreżentat lil pajjiżna fil-UEFA Development Tournament u fil-UEFA European Championships. F'dan l-istaġun ma' Mġarr hi lagħbet 22 partita mat-tim prinċipali u kienet strumentali fit-tim ta' taħt id-19 –il sena fejn rnexxilha tirabħ il-kampjonat. Gatt se tkun qed timxi fuq il-passi ta' Maria Farrugia u Emma Ciantar Piccinino li t-tnejn li huma se jkunu qed jilagħbu ma' Sunderland.
0not_entailment
Naomi Osaka mhux se tikkompeti fl-Open ta' Franza minħabba li weġġat
Naomi Osaka, r-rebbieħa tal-Open tal-Istati Uniti mhux se tikkompeti fl-Open ta' Franza, hekk kif ħabbret li soffriet injury. Hija qalet li l-kompetizzjonijiet ta' Istati Uniti u ta' Franza ġew wisq viċin, u għalhekk m'għandiex biżżejjed żmien biex tirkupra fil-ħin. Ftit ġimgħat ilu, in-numru wieħed tad-dinja Ashleigh Barty ħabbret li mhux se tieħu sehem fl-Open, minħabba r-restrizzjonijiet imposti fi Franza. Hi rebħet it-titlu tas-sena l-oħra. Mill-kategorija tal-irġiel, l-għoxrin darba rebbieħ Roger Federer lanqas mhu ħa jikkompeti wara li soffra injury f'irkuptejh. Ir-rebħa fl-Istati Uniti mmarkat it-tieni titlu fl-Open u t-tielet Grand Slam għall-Ġappuniża, fejn għelbet lil Victoria Azarenka 1-6 6-3 6-3. Il-Ħamis li għadda, l-organiżżaturi ħabbru li naqqsu l-ammont ta' spettaturi li jistaw jidħlu fil-grawnd, għall-5000 persuna, minħabba ż-żieda qawwija ta' każijiet ġewwa Franza. L-Open ta' Franza huwa skedat li jibda fis-27 ta' Settembru. Huwa kien skedat għall-24 ta' Mejju, iżda ġie pospost minħabba l-pandemija.
1entailment
ARA: Mourinho jitlaq 'il barra wara t-telfa tal-bieraħ
Ġimgħatejn wara li sar champion tad-dinja tal-Forumla 1 għas-seba' darba, Lewis Hamilton ta' Mercedes kiseb il-Pole Position fil-Bahrain International Circuit biex b'hekk se jibda minn quddiem nett fit-tellieqa ta' għada. Wara Hamilton, temm sieħbu fit-tim Valtteri Bottas li se jibda mit-tieni post filwaqt li s-sewwieq ta' Red Bull Max Verstappen se jibda mit-tielet post. Alexander Albon ta' Red Bull ukoll, se jibda mir-raba' post u se jkun segwit mis-sewwieq ta' Racing Point Sergio Perez. L-Awstraljan Daniel Ricciardo se jkun qed jibda mis-sitt post filwaqt li l-Franċiż Esteban Ocon se jibda mis-seba' post. Pierre Gasly ta' Alpha Tauri se jkun qiegħed jitlaq mit-tmien post segwit minn Lando Norris ta' Mc Laren. Fl-għaxar post se jibda Daniil Kvyat ta' Alpha Tauri. It-tellieqa għada fil-Bahrain se tibda fit-3.10pm ħin lokali. Kif se jibdew 1 L. Hamilton, 2 V. Bottas, 3 M. Verstappen, 4 A. Albon, 5 S. Perez, 6 D. Ricciardo, 7 E. Ocon, 8 P. Gasly, 9 L. Norris, 10 D. Kvyat, 11 S. Vettel, 12 C. Leclerc, 13 L. Stroll, 14 G. Russell, 15 C. Sainz, 16 A. Giovinazzi, 17 K. Raikkonen, 18 K. Magnussen, 19 R. Grosjean, 20 N. Latifi Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Data ġdida għall-partita bejn Birkirkara kontra Tarxien
Fl-aħħar sigħat l-MFA ħabbret f'komunikazzjoni li l-partita li kienet posposta fi tmiem il-ġimgħa bejn Birkirkara u Tarxien Rainbows se tintlagħab nhar l-Erbgħa 2 ta' Diċembru fis-7.00pm fil-Hibernians Stadium. Din il-partita kienet pospost minħabba li Birkirkara ntemmilhom il-perjodu ta' kwarantina ftit jiem qabel il-konfront kontra Tarxien wara li kellhom għadd ta' każijiet pożittivi ta' coronavirus.
1entailment
Illum mistennija d-deċiżjoni dwar jekk hux se tingħata t-tazza tal-kampjonat Malti
Mil-lejla jingħata bidu għall-kwartifinali tal-UEFA Champions League bil-partiti kollha qed isiru fil-Portugall u se jintlagħabu fuq rawnd wieħed. L-aktar partita li tispikka hi bejn iż-żewġ ġganti tal-futbol Barcelona u Bayern Munich . Fil-bidu ta' kull tal-istaġun, iż-żewġ timijiet ipoġġu din il-kompetizzjoni bħala prijorità, b' Bayern Munich jibdew xi ftit aktar favoriti minħabba l-prestazzjonijiet impressjonanti fl-aħħar partiti. Manchester City jittamaw li dan l-istaġun jirnexxilhom jirbħu l-ewwel kompetizzjoni Ewropeja tagħhom meta fil-kwartifinali jisfidaw lil Olympique Lyon . Fl-aħħar ħarġiet tagħhom f'din il-kompetizzjoni, Man City eliminaw lill-ġganti Spanjoli Real Madrid filwaqt li Lyon eliminaw liċ-champions Taljani Juventus. Illejla, Atalanta jilgħabu kontra PSG f'Estadio da Luz. Għal Atalanta din ser tkun l-ewwel esperjenza fil-kwartifinali taċ-Champions League u wara l-istaġun sorprendenti li kellhom żgur se jkunu qed iħarsu li jiksbu kwalifkazzjoni kontra l-Franċiżi. Għal PSG din mhux se tkun l-ewwel esperjenza fi kwartifinali Ewropeja u żgur li l-esperjenza tagħhom se tiswijhom kontra l-aktar tim li skorja fl-Italja dan l-istaġun. Għada, RB Leipzig jisfidaw lil Atletico Madrid . F'partita li tista' tmur fuq kull naħa, Atletico Madrid xorta jibdew bħala favoriti minħabba l-esperjenza tagħhom fl-Ewropa. Għall-Ispanjoli se jkunu neqsin Angel Correa u Sime Vrsaljko wara li rriżultaw pożittiv għall-coronavirus. Għal RB Leipzig din se tkun it-tieni esperjenza fi kwartifinali Ewropeja wara li fl-istaġun 2017/18 irnexxielhom jaslu sal-kwartifinali tal-Europa League. UEFA CHAMPIONS LEAGUE Kwartifinali: Illejla: Atalanta v PSG 9.00pm, Għada: RB Leipzig v Atletico Madrid 9.00pm, Il-Ġimgħa: Barcelona v Bayern Munich 9.00pm, Is-Sibt: Man City v Lyon 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Liverpool viċin l-ewwel akkwist tagħhom f'dan is-suq tat-trasferimenti
L-għada li Jesmond Zerafa ħabbar fuq Replay (Net Television) li kien qiegħed jirreżenja minn kowċ ta' Valletta Football Club , matul il-ġurnata tal-lum ma waqfux l-ispekulazzjonijiet b'ismijiet ta' kowċis li jistgħu jassumu l-kariga ta' kowċ ta' dan it-tim. Madankollu kelliem għall-kumitat ta' Valletta, li tkellem ma' Replay, qal li m'hemm ebda persuna favorita jew li qed tiġi kkonsidrata fil-mument, biex tieħu t-tmexxija teknika tat-tim, għaliex il-klabb mhux se jkun qed jgħaġġel biex jieħu din id-deċiżjoni. Il-kumitat ta' Valletta se jkun qed jiltaqa' għata t-Tlieta, biex fost l-oħrajn jiddiskuti din il-kwistjoni, pero jidher ċar li l-ħsieb hu li l-assistant kowċ tat-tim, Gilbert Agius għalissa jieħu r-responsabiltá kollha bħala kowċ. Dan ifisser li għall-partita tant mistennija ta' nhar il-Ħadd li ġej, bejn Valletta u ċ-champions Floriana FC , il-Beltin se jitmexxew mill-eks plejer internazzjonali Malti, li lagħab viċin il-500 partita ma' Valletta u rebaħ fost l-oħrajn tmien Kampjonati mat-tim tal-Belt Kapitali. Hu mifhum ukoll li għalkemm f'sezzjoni oħra tal-media, bdew jissemmew diġa' diversi ismijiet ta' kowċis prospettivi, għar-rwol ta' kowċ ta' Valletta, fil-veritá l-għażla numru wieħed tal-klabb fil-mument hi li Agius jibqa' fit-tmexxija, kemm il-darba l-istess Agius jaċċetta. Għalkemm f'ċirkostanzi differenti, dan ix-xenarju diġa' seħħ fil-klann Belti, meta lejn l-aħħar tal-istaġun 2018/19 kien spiċċa Danilo Doncic minn kowċ u Agius assuma l-kariga għall-aħħar ftit partiti tal-Kampjonat. Dak in-nhar, Agius kien promoss minn assistant kowċ għal kowċ ta' Valletta, u Stefan Giglio kien inħatar bħala assistant kowċ. Valletta kienu waslu biex rebħu l-Kampjonat Premier b'decider kontra Hibernians F.C. , li kien deċiż bil-penalties.
0not_entailment
Emma Ciantar Piccinino tissieħeb mal-akkademja ta' Sunderland
Emma Ciantar Piccinino ssieħbet mal-klabb ta' Sunderland fl-Ingilterra fejn ġiet offruta scholarship ta' sentejn. Hi ssieħbet mal-klabb fil-bidu ta' dan ix-xahar fejn se tkun qed titħarreġ ma' tfajliet oħra bi tħejjija għal numru ta' kompetizzjonijiet. Hi għamlet id-debutt tagħha fil-Kampjonat Lokali tan-nisa ma' Għargħur Raiders fejn lagħbet magħhom għal dawn l-aħħar sentejn. Fl-2019 hu kienet ukoll mistiedna f'numru ta' turnaments fl-Iżvezja fejn ma' AIK Solna ħadet sehem ma' Solversborgcupen u l-Gothia Cup. Piccinino kienet parti mill-iskwadri nazzjonali fil-kategoriji ta' taħt is-16 u s-17 –il sena u rrapreżentat lil Malta fil-UEFA Development Tournament. Piccinino m'hijiex l-ewwel tfajla li lgħabet ma' Sunderland hekk kif hemm ukoll Maria Farrugia.
1entailment
Sevilla jeliminaw lil Wolves b'gowl lejn it-tmiem
Wara tliet xhur sopsiż minħabba l-pandemija tal-coronavirus, illejla irritorna l-La Liga bid-derby ta' Seville bejn Sevilla u Real Betis. Sevilla dehru ferm aktar preparati mill-avversarji u fetħu tajjeb tant li wara għaxar minuti resqu viċin li jiftħu l-iskor meta xutt angolat ta' Ocampos stampa mal-lasta. Sevilla komplew jersqu viċin meta daqqa ta' ras ta' Kounde għaddiet ftit barra. It-tim ta' Julen Lopetegui iżda mar fil-vantaġġ fit-tieni taqsima. Fl-54 minuta Marc Bartra deher jiffawlja lil De Jong fil-kaxxa bir-referee jordna penalty favur Sevilla. LUCAS OCAMPOS ma żbaljax u tefa' lil Sevilla fil-vantaġġ. Tmien minuti wara Sevilla żiedu ieħor meta minn corner, il-ballun waqa f'saqajn FERNANDO li mill-viċin ma żbaljax biex għamilhom 2-0. Real Betis pruvaw iwettqu reazzjoni u kellhom opportunità permezz ta' Emerson fis-77 minuta biex xutt tiegħu jgħaddi ftit barra. Ftit tal-minuti wara Joaquin ukoll resaq viċin li jnaqqas id-distakk iżda x-xutt tiegħu kien imblukkat. B'din ir-rebħa Sevilla saħħew posthom fit-tielet post tal-klassifika, fejn għandhom 50 punt, erba' punti aktar minn Real Sociedad li jinsabu fir-raba' post. Ilbieraħ Għada Il-Ħadd
0not_entailment
Rafael Nadal jirbaħ it-13-il titlu tar-Roland Garros
Fl-Open ta' Franza magħruf ukoll bħala r-Roland Garros, Rafael Nadal rebaħ il-finali kontra Novak Djokovic biex b'hekk rebaħ it-13-il titlu ta' din il-kompetizzjoni. Nadal laħaq ir-rekord ta' Roger Federer dak ta' 20 titlu ta' Grand Slam, kif ukoll sar l-ewwel li rebaħ mitt partita fir-Roland Garros. Djokovic, li huwa n-numru wieħed tad-dinja safa' megħlub 6-0 6-2 7-5 kontra n-numru tnejn tad-dinja. Il-partita damet sagħtejn u 41 minuta. Djokovic tilef għall-ewwel darba din is-sena. Hu kien qed jiġġieled biex ilaħħaq ma' Federer u Nadal li kienu jinsabu b'20 u 19-il titlu rispettivament, iżda din it-telfa fissret li hu baqa' bi 18-il titlu taħt ismu filwaqt li l-avversarji tiegħu qed jiġġieldu biex jieħdu l-post tal-iktar tennist li rebaħ titli ta' Grand Slams.
1entailment
L-istaġun tal-atletika jilħaq il-qofol bejn għada u l-Ħadd
Bejn għada u l-Ħadd jilħaq il-qofol tiegħu l-istaġun tal-atletika bil-Kampjonati Nazzjonali Cavalieri Art Hotel organizzati mill-Malta Amateur Athletics Association. F'din il-kompetizzjoni se jkun hemm 34 avveniment u se jipparteċipaw uħud mill-aqwa atleti f'pajjiżna li se jkunu qed ifittxu li jniżżlu isimhom fl-istorja billi jiksru rekords nazzjonali jew tal-kategorija differenti. L-attrazzjoni prinċipali se tkun it-tellieqa fuq 5,000m fejn mistenni dwell eċitanti bejn Charlton Debono u Dillion Cassar. L-isprint tal-100m tibqa' tkun fost id-dixxiplini ewlenin f'kull avveniment b'Luke Bezzina u Jacob El Aida Chaffey jirreġistraw l-aqwa ħinijiet dan l-istaġun. Fil-kategorija kemm Claire Azzopardi kif ukoll Carla Scicluna se jkunu qed ifittxu li jniżżlu l-ħinijiet tagħhom taħt it-12 –il sekonda. Il-midalja li se tingħata lir-rebbieħa L-MAAA, fid-dawl tal-aħħar żviluppi mal-pandemija tal-coronavirus, ħadet id-deċiżjoni li torganizza dan l-avveniment wara bibien magħluqa filwaqt li se tkunn qed ixxandar b'mod dirett dan l-avveniment. Il-Presdient tal-MAAA qa li minkejja l-ostakli kollha li ġabet magħha din is-sena, l-assoċjazzjoni hija kbruija li se tkun qed tipprovdi esperjenza memorabbli għall-atleti u dawn il-kampjonati se jkunu ċelebrazzjoni tat-tenaċità u d-dedikazzjoni tagħhom.
1entailment
Magħrufa t-timijiet ikkwalifikati u l-logħbiet tas-semifinali tal-FA Cup
Skond rapporti fil-midja internazzjonli jidher li Barcelona għażlu lill-kowċ Olandiż Ronald Koeman biex jieħu post Quique Setien li mistenni jkun imkeċċi formalment fis-siegħat li ġejjin. Fil-preżent, Koeman jinsab kowċ tat-tim nazzjonali Olandiż u fis-siegħat li ġejjin mistenni jirriżenja biex ikun jista' jsir kowċ ta' Barcelona. Koeman li għandu esperjenza kbira fejn mexxa bosta timijiet, f'Mejju li għadda kellu jiddaħħal l-isptar wara li sofra problemi f'sidru. Il-midja Spanjola qed tgħid li wara li nżammew diskussjonijiet ma' Mauricio Pochettino u Xavi, Barcelona waslu għall-konklużjoni li jagħżlu lil Ronald Koeman biex imexxi lil Barcelona f'dan l-istaġun li qed jitiqies bħala wieħed ta' transizzjoni biex warajh jinħatar l-eks plejer ta' Barcelona stess Xavi.
0not_entailment
Disa' gowls f'logħba spettakolari
F'messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu, il-gowlkiper ta' Roma Antonio Mirante kkonferma li huwa rriżulta pożittiv għall-coronavirus. Il-każ ta' Mirante ħareġ ftit jiem wara li Roma kkonfermaw żewġ każi pożittivi ta' żewġ plejers li jilgħabu mat-tim tal-Primavera. Mirante kiteb li hu jinsab f'kundizzjoni ta' saħħa tajba u huwa asintomatiku. Hu kompla li jinsab f'iżolament u jittama li jfieq malajr kemm jista' jkun biex ikun jista' jissieħeb ma' sħabu fit-tim fit-tħejjija għall-istaġun li ġej.
0not_entailment
It-timijiet tal-Premier League jaqblu dwar il-protokoll mediku għal waqt il-partiti
F'laqgħa li saret ilbieraħ, it-timijiet kollha tal-Premier League qablu dwar il-protokoll mediku għal waqt il-partiti. Il-kampjonat Ingliż se jirritorna nhar l-Erbgħa b'żewġ partiti. Din kienet l-aħħar deċiżjoni minn tlieta li ttieħdu fl-aħħar ġimgħat biex ikun komplut u approvat il-Project Restart. Dan il-protokoll, jinkludi kull aspett fil-grawnd u jillimita n-numru ta' nies eliġibbli kemm ġewwa kif ukoll fil-madwar. F'kull grawnd se jkunu eliġibbli 300 persuna bejn membri tat-timijiet, ġurnalisti, scouts u uffiċjali oħra. Sa issa jidher li l-unika partita li se tkun milgħuba f'stadium newtrali hija dik bejn Manchester City u Liverpool, b'deċiżjoni uffiċjali għadha trid tittieħed. Il-Premier League ġie sospiż fit-13 ta' Marzu minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Dele Ali ta' Tottenham sospiż għall-partita kontra Man. Utd Il-midfielder ta' Tottenham Hotspur Dele Ali, ġie sospiż mill-FA Ingliża u mmultat €55,000 wara li nstab ħati li kiser r-regola E3 tal-FA. Ali jidher f'filmat fuq il-midja soċjali jiċċajta bil-coronavirus. F'kummenti wara d-deċiżjoni tal-FA, Ali skuża ruħu u qal li qatt ma' ħaseb li din iċ-ċajta kienet se twassal għal konsegwenzi bħal dawn.
1entailment
Żewġ presidenti ġodda għal M.D.A u l-M.B&S.A
Fis-seba' programm SPORT EXTRA fl-iskeda fuq NetTelevision li ser jixxandar illum fl-4.00 pm tkompli s-serje ta' presidenti ġodda li minn din is-sena ħadu t-tmexxija tal-assoċjazzjoni rispettiva. Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli ltaqa' mal-president il-ġdid tal-Malta Darts Association – RODERICK ZAMMIT li ftit tal-ġimgħat ilu kien elett flok Edward Bonnici li ma kompliex fil-kariga wara snin twal bħala President. Ġranet wara li kien elett bħala President tal-Malta Billiards & Snooker Association, IVAN BRINCAT huwa l-mistieden fit-tieni parti tal-programm . Fl-istess waqt flimkien mal-cameraperson Joe Sultana wieħed jista' jara wkoll l-ambjent professjonali kemm fi ħdan il-Malta Darts Association kif wkoll fis-settur tal-billiards u snooker. SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Charles Camenzuli b'muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.
1entailment
Lazio lura għar-rebħ biex iżommu t-tamiet għar-rebħ tal-kampjonat ħajjin
Wara li nhar l-Erbgħa tilfu kontra Atalant, Lazio fi Stadio Olimpico rebħu 2-1 kontra Fiorentina biex b'hekk żammew il-pass ma' Juventus fit-tellieqa għar-rebħ tal-kampjonat. Fiorentina fetħu tajjeb u wara 25 minuta marru fil-vantaġġ permezz tal-veteran Franċiż FRANCK RIBERY. Fit-tieni taqsima Lazio ħarġu aħjar u fis-66 minuta ngħataw penalty wara li Dragowski waqqa' lil Caicedo fil-kaxxa, b'CIRO IMMOBILE minn ħdax –il metru ma żbaljax biex ġieb id-draw. Lazio komplew jiddettaw il-partita u seba' minuti mit-tmiem marru fil-vantaġġ permezz ta' LUIS ALBERTO li b'xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Strakosha. Fiorentina spiċċaw il-partita bi plejer anqas wara li tkeċċa Dusan Vlahovic.
1entailment
Il-Klabb tal-boċċi Għaxqi jirbaħ il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni
Il-klabb tal-boċċi ta' Ħal Għaxaq rebaħ il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni. Hekk kif il-bieraħ filgħaxija intlagħbet l-aħħar ġurnata tal-kampjonat Għaxaq għelbu lit-tim ta' Ħamrun bl-iskor ta' 21 għal 4 biex b' hekk temmew l-istaġun fl-ewwel post b'total ta' 20 punt. Fit tieni post spiċċaw Zebbuġ b' 16 -il punt u St. Peters Zabbar it-tielet b' 14 -il punt. Għaxaq kellhom staġun kbir hekk kif minn total ta' 22 logħba rebħu 20. Ċelebrazzjonijuet kbar fi tmiem il-loghba kontra Ħamrun bil-klabb Għaxqi jiġi pprezentat bit-tazza bħala champions tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-federazzjoni Maltija boċċi.
1entailment
Inter sorpriżi minn Bologna u Napoli jagħtu t-tielet telfa konsekuttiva lil Roma
It-Tim Nazzjonali tar-Rugby rebaħ kontra Slovenja bl-iskor ta' 42-14. Din kienet logħba mill-European Rugby Conference 1 South. Iż-żewġ timijiet kienu ilhom mill-2001 ma jiltaqgħu. Il-Maltin għamlu dak li setgħu biex ġrew bil-ballun sa mill-bidu tal-logħba u dan ħalla l-frott. Sal-ewwel 20 minuta il-Maltin marru fuq quddiem b'21 punt. Slovenja sabuha diffiċli biex jaqbżu n-nofs tal-grawnd u fid-drabi li rnexxielhom, spiċċaw biex żelqilhom il-ballun minħabba l-kundizzjonijiet tal-grawnd. Il-grawnd kien xi ftit jew wisq bit-tajn u kienet diffiċli ferm biex wieħed jiġri. L-iskor sal-ewwel taqsima kien ta' 28-7 għal Malta. George Zammit Montebello It-tieni nofs kien xi ftit jew wisq aktar kwiet u f'punt minnhom kien hemm 20minuta bejn gowl u ieħor. L-iskor finali spiċċa dak ta' 42-14 favur Malta. Il-logħba li jmiss għall-Maltin se tkun kontra Ċipru. Din se tintlagħab fit-23 ta' Novembru ġewwa l-Hibernians Stadium.
0not_entailment
Correa jqaxxar xagħru b'rispett lejn ommu
Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, baqa' f'qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta' Lulju 2020, Theuma nstab bi ġrieħi serji fil-kamra tas-sodda ta' daru, fejn huwa mifhum li pprova jneħħi ħajtu.
0not_entailment
Kollox lest biex jingħata bidu għall-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race
Inter wieġbu għar-rebħiet tat-timjiet ta' fuq b'rebħa lejn it-tmiem kontra Parma. Roma komplew jinqatgħu minn post fil-UEFA Champions League wara li kienu megħluba minn Milan filwaqt li Napoli rebħu u jinsabu tliet punti biss taħt Roma. Fin-naħa ta' isfel tal-klassifika Udinese u Sampdoria sofrew telfiet f'darhom li ħallew f'sitwazzjoni diffiċli kontra r-relegazzjoni. MILAN – Milan kisbu rebħa importanti ta' 2-0 f'darhom kontra Roma biex saħħew it-tamiet li jiksbu post fl-Europa League staġun ieħor. Din kienet l-ewwel darba mill-2004 li Milan rebħu ż-żewġ logħbiet kontra Roma fi staġun wieħed. ANTE REBIC fetaħ l-iskor fis-76 minuta meta wara li Antonio Mirante salvalu x-xutt bl-għajnuna tal-wieqfa, l-istess Kroat skorja b'konklużjoni mill-viċin. Milan għalqu l-logħba fid-89 minuta meta ngħataw penalty għal fawl fil-kaxxa ta' Chris Smalling fuq Theo Hernandez. Mill-11-il metru HAKAN CALHANOGLU għeleb lil Mirante. PARMA – Inter dawru telfa f'rebħa lejn it-tmiem biex għelbu lil Parma 2-1 f'konfront diffiċli fi Stadio Tardini. Parma fetħu l-iskor wara kwarta b'passaġġ fit-tul preċiż ta' Juraj Kucka lejn GERVINHO li kkontrolla u wara li evita d-daħla tal-avversarju, għeleb lil Samir Handanovic b'xutt minn qagħda ideali. Inter żiedu l-pressjoni fit-tieni taqsima għalkemm ftit kienu preċiżi fil-konklużjonijiet u l-attakki tagħhom. Kien fl-84 minuta li ġabu d-draw meta minn korner mil-lemin, id-daqqa ta' ras ta' Lautaro Martinez spiċċat fid-direzzjoni ta' STEFAN DE VRIJ li b'daqqa ta' ras oħra għeleb lil Luigi Sepe. Wara li tkeċċa Kucka għal Parma, Inter skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-87 minuta bi kross ta' Victor Moses isib lill-iżmarkat ALESSANDRO BASTONI li skorja mill-qrib b'daqqa ta' ras oħra. NAPLI – Napoli saħħew is-sitt post wara li għelbu lil Spal 3-1 fi Stadio San Paolo. DRIES MERTENS fetaħ l-iskor wara erba' minuti wara li rċieva passaġġ vertikali mingħand Fabian Ruiz. Spal ġabu d-draw fid-29 minuta b'xutt mill-ewwel ta' ANDREA PETAGNA iżda Napoli reġgħu marru minn fuq seba' minuti wara b'xutt fil-baxx ta' JOSE CALLEJON. In-Naplitani għalqu l-logħba fit-78 minuta b'daqqa ta' ras ta' AMIN YOUNES. ĠENOVA – Ikomplu l-problemi għal Sampdoria hekk kif kienu megħluba fi Stadio Marassi minn Bologna bl-iskor ta' 2-1. MUSA BARROW fetaħ l-iskor fit-72 minuta minn penalty u RICCARDO ORSOLINI rdoppja b'daqqa ta' ras mill-viċin tliet minuti wara. FEDERICO BONAZZOLI naqqas id-distakk fit-88 minuta b'daqqa ta' ras iżda ma kienx fadal ħin biżżejjed biex jevitaw it-telfa. UDINE – Atalanta jkomplu bis-serje ta' rebħ meta din id-darba għelbu lil Udinese 3-2 fid-Dacia Arena. DUVAN ZAPATA poġġa lil Atalanta fil-vantaġġ wara disa' minuti minn qagħda ideali iżda KEVIN LASAGNA ġab id-draw fil-31 minuta minn kontrattakk. LUIS MURIEL reġa' poġġa lit-tim ta' Gianpiero Gasperini fil-vantaġġ bi ġmiel ta' free-kick fil-71 minuta, bl-istess LUIS MURIEL jagħmel l-iskor 3-1 b'xutt sabiħ minn barra l-kaxxa. KEVIN LASAGNA naqqas id-distakk fis-87 minuta b'daqqa ta' ras. SASSUOLO – Fil-Mapei Stadium Sassuolo u Verona qasmu sitt gowls. DARKO LAZOVIC poġġa lil Verona fil-vantaġġ b'xutt b'saħħtu fil-51 minuta iżda JEREMIE BOGA ġab id-draw żewġ minuti wara. MARIUSZ STEPINSKI reġa' poġġa lil Verona fil-vantaġġ fis-57 minuta u MATTEO PESSINA rdoppja l-vantaġġ tnax-il minuta wara. JEREMIE BOGA naqqas id-distakk fis-77 minuta bi ġmiel ta' gowl għar-rokna ta' fuq biex ROGERIO salva punt fid-90 minuta b'xutt sabiħ minn barra l-kaxxa. Serie A Il-Ġimgħa: Juventus v Lecce 4-0 Ilbieraħ: Brescia v Genoa 2-2, Cagliari v Torino 4-2, Lazio v Fiorentina 2-1 Illum: Milan v Roma 2-0, Parma v Inter 1-2, Napoli v Spal 3-1, Sampdoria v Bologna 1-2, Sassuolo v Verona 3-3, Udinese v Atalanta 2-3 Ikkummenta
0not_entailment
Formula 1: Il-Grand Prix's tal-Ġappun, Singapore u l-Ażerbajġan ikkanċellati
Il-kumpanija Enteractive b'kollaborazzjoni ma' Padel Malta se tkun qed tniedi l-iGaming Padel League f'pajjiżna, bis-settur tal-iGaming kull ma jmur dejjem qiegħed jikber f'pajjiżna. Padel Malta fetħet il-bibien tagħha għall-ewwel darba fi Frar li għadda u minn dakinhar irnexxila tattira bosta ta' interess. Is-sens ta' komunità u għaqda kkontribuxxew għas-suċċess ta' dan il-klabb. Il-Padel huwa sport milgħub permezz ta' racquet f'court terz tal-kobor ta' court tat-tennis u jintlagħab f'koppji. Fi kliem aktar sempliċi dan l-isport huwa simili kemm għat-tenni kif ukoll għall-isquash. Dan il-kampjonat se jdum tliet xhur u se jibda fis-7 ta' Settembru kull nhar ta' Tnejn. Dan l-isport kull ma jmur qiegħed jikber madwar dinja u huwa rikonoxxut b'mod internazzjonali permezz tal-World Padel Tour, b'numru ta' pajjiżi qed iwaqqfu assoċjazzjoni dedikata għal dan l-isport. Is-CEO u fundatur ta' Enteractive Mikael Hansson, qal li dan l-isport sar popolari fil-komunità tal-iGaming u b'hekk ħadu l-opportunità biex jospitaw l-Enteractive Padel League f'pajjiżna. Iż-żewġ fundaturi ta' Padel Malta, Karl u Janika Wijkmark qalu li jinsabu kuntenti li qed jikkollaboraw ma' Enteractive biex iniedu l-ewwel Padel League f'pajjiżna.
0not_entailment
AĠĠORNATA: Ħamrun Spartans jħabbru li jinsabu qrib ftehim importanti
Għaddew ftit aktar minn 54 sena minn meta grupp ta' plejers irnexxielu jikteb l-istorja għall-Ingilterra hekk kif rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-1966. Din is-sena mis-sajf li għadda sa llum mietu żewġ plejers, Nobby Stiles u Jack Charlton. B'kollox minn dan it-tim ħames plejers qabdithom id-dimensja b'erba' minnhom imutu fosthom Stiles u Charlton. L-ewwel plejer li qabditu d-dimensja kien Ray Wilson fl-2018. It-tifel ta' wieħed mill-vittmi, Jack Stiles bħalissa qiegħed imexxi kampanja sabiex iħeġġeġ l-awtoritajiet tal-futbol fl-Ingilterra biex isir studju fid-dettall bejn li wieħed jagħti bir-ras waqt logħba futbol u d-dimensja. Fl-2019, l-Università ta' Glasgow għamlet studju fejn uriet li l-plejers tal-futbol huma tliet darbiet u nofs aktar f'riskju li jiżviluppaw id-dimensja minn dawk li ma jilgħabux futbol. Studju ieħor li sar minn waħda mill-aġenzji ewlenin tal-midja fl-Ingilterra fejn ikkumparaw it-timijiet kollha li l-Ingilterra lagħbet sal-finali tal-1966 wera, li l-Urugwaj, Franza u l-Arġentina ma' għandhom l-ebda plejer li qabditu d-dimensja filwaqt li l-Ġermanja tal-Punent, il-Portugall u l-Messiku kellhom każ wieħed biss bit-tim Ingliż ikollu ħames plejers. L-FA Ingliża qalet li tinsab kontiwament f'diskussjonijiet ma' esperti mediċi dwar din il-kwistjoni.
0not_entailment
Andrea Pirlo jinħatar kowċ ta' Juventus
L-eks plejer ta' Juventus, Milan u t-tim nazzjonali Taljan, Andrea Pirlo nħatar kowċ tal-klabb Taljan ta' Juventus. Pirlo, ta' 41 sena nħatar kowċ uffiċjalment is-Sibt filgħaxija, ftit sigħat wara t-tkeċċija ta' Maurizio Sarri minn kowċ tal-Bianconeri. Andrea Pirlo nħatar kowċ ta' Juventus, disat'ijiem wara li nħatar kowċ tat-tim ta' Juventus ta' taħt it-23 sena. Huwa ffirma kuntratt ta' sentejn mat-tim Taljan, sa Ġunju 2022.
1entailment
Murray ma jaqbilx mal-kalendarju aġġornat tal-ATP
Fi stqarrija uffiċjali t-tim tal-futsal ta' Mrieħel ESS ħabbru li ngħaqdu mat-tim ta' Gżira United u saħansitra bidlu isimhom għal Gzira United Futsal sabiex mill-istaġun li ġej jikkompettu fil-kampjonat tal-futsal taħt l-isem il-ġdid. Dan seta' jsir biss wara xhur ta' negozjati twal bejn iż-żewġ klabbs. Matul il-jiem li ġejjin ser tkun qed titħabbar l-iskwadra kif ukoll l-akkwisti l-ġodda għall-istaġun 2018 / 2019.
0not_entailment
Floriana eliminati minkejja prestazzjoni tajba
Chris Cassar SWIEQI……………5 PIETA………………4 Swieqi: E. Gatt, M. Attard (I. Micallef 65'), J. Magri Overand (S. Elfarsi 80'), J. Micallef, S. Ibrahim (KW Micallef 80'), AD. Schembri Wismayer, M. Ivanovic, A. Shaw (K. Muscat 65'), C. Cutajar, F. Temile (J. Willy 58'), J. Azzopardi Pieta: J. Chircop St. John, S. Okoh, L. Cassar Jackson, JJ Pace, N. Pace Cocks, J. Ghio (G. Borg 77'), D. Segura (S. Pisani 77'), C. Bouvet, N. Pisani, J. Lucas Caetano, J. Scicluna Referee: Emanuel Grech Skorers: Neil Pace Cocks 2' (P), Diego Segura 20' (P), A. Shaw 29' (S), A. Schembri Wismayer 42' pen (2), S. Ibrahim 50' (S), J. Scicluna 53' (P), S. Ibrahim 64' pen (S), K. Muscat 69' (S), J. Scicluna 83' (P) Karti sofor: J. Azzopardi 15', JL Caetano 43', S. Ibrahim 57', Neil Pace Cocks 63' Karta ħamra: Neil Pace Cocks 65' Wara li kienu żewġ gowls minn taħt fil-bidu tal-ewwel taqsima, Swieqi rnexxilhom idawwru l-logħba biex kisbu tlett punti f'logħba ferm missielta, mimlija azzjonijiet, li rat xejn anqas minn 9 gowls u tkeċċija. Kienu Pieta' fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti logħob grazzi għal freekick mill-isbaħ ta' Neil Pace Cocks minn barra l-kaxxa l-kbira, u għalkemm il-gowlkiper Gatt deher jinxteħet fuq in-naħa t-tajba, ix-xutt kien b'saħħtu wisq biex jilqgħu. Pieta' rduppjaw il-vantaġġ tagħhom fl-20 minuta, meta minn freekick angolat minn barra l-kaxxa l-kbira ta' James Scicluna, Diego Segura sab ir-rokna tax-xibka f'xutt fil-baxx li ma ta l-ebda ċans lil gowlkiper Gatt. Swieqi daħlu fil-partita fid-29 minuta, meta Andrew Shaw ittanta xortieh minn distanza konsiderevoli b'xutt mill-isbaħ, li għadda minn fuq il-gowlkiper Chircop St John li nqabad barra minn postu u spiċċa fir-rokna tax-xibka. Huma rnexxielhom jiksbu l-gowl tad-draw tlett minuti qabel il-mistrieħ, meta Ibrahim Salis deher jitwaqqa' fil-kaxxa minn Scicluna, bir-referee jsaffar għal penalty. Mill-ħdax-il metru, Alan David Schembri Wismayer ma falliex. Swieqi marru fil-vantaġġ ftit minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima, b'daqqa ta' ras ta' Salis Ibrahim fuq kross ta' Jeremy Micallef, li ma tat l-ebda ċans lid-difiża ta' Pieta'. Swieqi ma tantx damu jgawdu dan il-vantaġġ, għaliex tlett minuti biss wara, James Scicluna seraq ballun minn barra l-kaxxa, għadda tajjeb minn qalb id-difiża avversarja u kkonkluda fir-rokna tax-xibka. Fit-62 minuta, Lesley Cassar Jackson deher jgħolli saqajh b'mod perikoluż fil-kaxxa u jolqot lil Joseph Willy, bir-referee jsaffar għal penalty. Mill-ħdax-il metru, Salis Ibrahim xeħet fix-xibka. Neil Pace Cocks deher jipprotesta mar-referee kemm qabel l-għoti tal-penalty u anke wara, u fi spazju ta' ftit minuti, intwera żewġ karti sofor. Deher jitkeċċa wkoll uffiċjal minn fuq il-bank ta' Pieta. Fid-69 minuta, Swieqi komplew kabbru l-vantaġġ b'daqqa ta' ras tas-sostitut Kurt Muscat fuq korner ta' Schembri Wismayer. Pieta naqqsu d-distakk seba' minuti mit-tmiem permezz ta' James Scicluna, li qabeż lid-difensuri ta' Swieqi, inkluż il-gowlkiper, u kkonkluda fix-xibka minn angolatura ferm diffiċli. Dan il-gowl ġie tard wisq u ma kienx biżżejjed biex Pieta jirnexxielhom jiksbu punt minn din il-partita.
0not_entailment
Sewqan diġitali: issir l-ewwel tellieqa uffiċjali GT
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 8:24pm Daniel Vella rebaħ l-ewwel tellieqa virtwali uffiċjali ta' Gran Turismo organizzata għal sewwieqa lokali f'inizjattiva bi sħab bejn World Pro Racing u l-Malta Motorsport Federation. Tlettax-il sewwieq ħadu sehem fit-tellieqa ta' 15-il dawra fuq it-trakka virtwali ta' Francorchamps. Daniel Vella li beda mal-favoriti wera konsistenza sa mill-provi u anke fil-kwalifikazzjoni fejn spiċċa l-ewwel. Fit-tellieqa propja ddomina mit-tluq u rebaħ b'distakk ta' kważi 20 sekonda fuq it-tieni klassifikat Dean Vella. Għat-tielet post żviluppat taqtigħa eċċitanti bejn tliet sewwieqa qabel finalment kien Dean Farrugia li ddħal 0.1 ta' sekonda biss quddiem it-tnejn ta' warajh. It-tellieqa li jmiss f'din is-serje se ssir nhar l-Erbgħa li ġej u l-istess bħal l-ewwel waħda se tintwera diretta fuq tvm.com.mt/sport mit-20:30 'il quddiem.
1entailment
Grosjean u Magnussen se jħallu lil Haas fi tmiem l-istaġun
Haas ħabbru li s-sewwieqa tagħhom Romain Grosjean u Kevin Magnussen se jkunu qed iħallu lit-tim fi tmiem l-istaġun. Dan huwa d-disa' staġun ta' Grosjean fil-Formula 1 u ssieħeb ma' Haas fl-2016. Magnussen minn naħa tiegħu għamel id-debutt tiegħu fil-Formula 1 fl-2014 ma' McLaren u ssieħeb ma' Haas fl-2015 fejn flimkien ma' Grosjean irnexxielhom jiksbu l-ħames post fil-klassfika tal-kostrutturi fl-2018. Għad irid ikun magħruf minn se jieħu post dawn iż-żewġ sewwieqa fl-istaġun li ġej u ma min se jkunu qed isuqu dawn is-sewwieqa bil-probabilità tkun li wieħed minn dawn is-sewwieqa jispiċċa mingħajr tim fl-istaġun li jmiss.
1entailment
Team Ineos jirtira mill-Kampjonati Nazzjonali tal-Italja bħala prekawzzjoni
Team Ineos iritira mill-Kampjonati Nazzjonali tal-Italja taċ-ċikliżmu wara li ċiklist mit-tim irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Fi stqarrija, Team Ineos qal li ċ-ċiklist Leonardo Basso rriżulta pożittiv għall-coronavirus iżda huwa asintomatiku. Iċ-ċiklisti l-oħra li kienu qegħdin jitħarrġu ma' Basso wkoll se jkunu qed jiżolaw lilhom nfushom għall-14 –il jum flimkien ma' membri oħra tal-istaff. Dan qed jagħmluh bħala prekawzzjoni minkejja li waqt it-taħriġ, iċ-ċiklisti kollha kienu qed josservaw id-distanza soċjali kif ukoll il-protokolla meħtieġa. Team Ineos kjarifika li l-ebda mill-atleti nvoluti f'dan il-każ speċifiku ma kienu se jkunu nvoluti fl-edizzjoni tat-Tour de France ta' din is-sena li se tibda fid-29 ta' Awwissu f'Nice, fejn b'sorpriża se jkun asssenti l-erba darbiet rebbieħ ta' dan it-Tour Chris Froome.
1entailment
Il-plejers veterani jpoġġu lil Valletta rebħa bogħod mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni
Fi tmiem il-ġimgħa ġie organizzat ir-Ranking Snooker Shoot-Out fl-Akkademja tal-Isnooker fil-Ħamrun mill-MBSA, turnamnet li sar b'risq l-Istrina, bid-dħul kollhu se jingħaata bħala donazzjoni waqt il-maratona ġbir ta' fondi. Fl-edizzjoni ta' din is-sena kien hemm 49 parteċipant li ħadu sehem. Il-finali kienet bejn Brian Cini u Arthur Cachia. Cini fetaħ tajjeb u ħa l-kontroll tal-partita mill-bidu nett u ġab biżejjed punti biex kien iddikjarat rebbieħ tax-Shoot- Out, bil-logħba tkun ikkontrollata mir-referee internazzjonali Malti, is-Sur Terry Camilleri L-Assoċjazzjoni tieħu din l-opportunita' ukoll biex tirringrazzja lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem f'dan it-tournament.
0not_entailment
Investiment min-negozjant Joseph Portelli f'Ħamrun Spartans
Wara ġimgħat ta' negozjati, Ħamrun Spartans Football Club jinsabu viċin ħafna li jħabbru proġetti kbar li jista' jagħti nifs ġdid lill-dan il-klabb. It-tmexxija preżenti ta' Ħamrun Spartans f'dawn l-aħħar jiem kellha diversi laqgħat man-negozjant Għawdxi Joseph Portelli u fil-jiem li ġejjin mistennija jħabbru proġett kbir li jinkludi bini ta' kumpless sportiv li eventwalment ħa jwassal għal tibdil radikali fl-infrastrutura tal-Victor Tedesco Stadium. Fil-fatt Ħamrun Spartans ikkonfermaw dawn it-taħdidiet mas-Sur Portelli. Portelli huwa persuna magħrufa fil-fubol Għawdxi partikolarment maċ-ċampjins Nadur Youngsters F.C. hekk kif għal numru ta' snin okkupa l-kariga ta' President tal-klabb. Nifhmu li f'dan l-istadju Portelli mhux ser ikun involut direttament fil-kumitat ta' Ħamrun iżda mhux eskluż li fix-xhur li ġejjin ikun membru tal-kumitat u saħansitra President tal-istess tim. Jidher li hemm qbil u relazzjoni tajba bejn Portelli u l-President tal-klabb Nunzio Antignani bit-tnejn lesti li jaħdmu flimkien għall-ġid tat-tim. Minn informazzjoni li għandu ONE Sports Joseph Portelli u t-tmexxija ta' Ħamrun Spartans iridu jerġgħu jaraw lil dan il-klabb jissielet għal unuri maġġuri u fil-jiem li ġejjin ser tibda kampanja akkwisti b'saħħitha sabiex it-tim ikun preparat b'sħiħ għal staġun li ġej
1entailment
Draw bejn iż-żewġ timijiet fil-quċċata tal-klassifika
Il-lejla ntlagħbu għadd ta' partiti mill-UEFA Champions League, bl-aktar grupp li kien għadu miftuħ kien Grupp H, dak ta' Manchester United, RB Leipzig, PSG u Istanbul Basaksehir. Il-partita bejn PSG u Istanbul Basaksehir li ntlagħbet fil-Parc des Princes kien sospiża fit-23 minuta wara li r-referee Ovidiu Hategan tar-Rumanija u r-raba' uffiċjal nstemgħu jgħaddu kummenti razzista fil-konfront ta' uffiċjal ta' Istanbul Basaksehir bil-plejers taż-żewġ timijiet jiddeċiedu li joħorġu mill-granwd, bl-iskor sakemm twaqqfet il-partita kien dak ta' 0-0. Wara qbil bejn iż-żewġ timijiet, l-UEFA ddeċidiet li l-partita titkompla għada b'terna arbitrali differenti filwaqt li fetħet investigazzjoni dwar il-każ. Fil-partita l-oħra mill-istess grupp, RB Leipzig għelbu u b'hekk eliminaw lil Manchester United 3-2. ANGELINO fetaħ l-iskor għall-Ġermaniżi wara 2-0, b'AMADOU HAIDARA jagħmilhom 2-0 fit-13 -il minuta. JUSTIN KLUIVERT skorja t-tielet gowl fid-69 minuta. Manchester United skorjaw darbtejn f'żewġ minuti meta fit-80 minuta BRUNO FERNANDES skorja permezz ta' penalty u żewġ minuta wara Paul Pogba għamilhom 3-2. F'partita oħra minn Grupp G, Juventus umiljaw lil Barcelona f'rebħa ta' 3-0 fil-Camp Nou. CRISTIANO RONALDO fetaħ l-iskor wara 13 -il minuta permezz ta' penalty, bl-Amerikan WESTON MCKENNIE jirdoppja fl-20 minuta. RONALDO aċċerta mit-tliet punti u mir-rebħ tal-grupp għal Juventus fit-52 minuta meta minn penalty ieħor għamilhom 3-0. UEFA CHAMPIONS LEAGUE Illejla: Grupp E: Chelsea v Krasnodar 1-1, Rennes v Sevilla 1-3 Grupp F: Lazio v Brugge 2-2, Zenit v B. Dortmund 1-2 Grupp G: Barcelona v Juventus 0-3, D. Kiev v Ferencvaros 1-0 Grupp H: PSG v I. Basaksehir sosp., RB Leipzig v Man Utd 3-2 Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
L-MFA tapplika sabiex Pepe u Samb jingħataw iċ-ċittadinanza Maltija
Ġunju 11, 2020 TVM Sport jinsab infurmat li l-Malta Football Association tinsab viċin li jkollha risposta finali dwar l-applikazzjoni li għamlet fuq iż-żewġ players Enrico Pepe u Amadou Samb sabiex dawn jingħataw iċ-ċittadinanza Maltija sabiex ikunu eleġibbli biex jilagħbu mat-team Nazzjonali Malti. Kważi sentejn ilu l-MFA kienet ressqet applikazzjoni simili lejn l-Awtoritajiet kompetenti għal żewġ players barranin biex jingħataw iċ-ċittadinanza iżda kien hemm intopp għaliex filwaqt li l-Ligi ta' Malta dwar iċ-ċittadinanza bil-mertu li ddaħlet fis-sena 2017 kienet titlob li atleta jrid ikun residenti Malta għal tal-inqas tmiem xhur il-FIFA għandha regolament li biex player barrani jkun eleġibbli jilgħab għal pajjiż ieħor dak il-player irid ikun ilu residenti f'dan il-pajjiż għal ħames snin. Iż-żewġ applikazzjonijiet tal-MFA li kienu ineleġġibli kienu tal-players Ellinton Costa Morais u ta' Alex de Paixo Alves fi żmien il-kowċ Nazzjonali Ray Farrugia. Enrico Pepe hu Taljan u għandu 30 sena fejn fl-istaġun li għadda lagħab ma' Birkirkara. Amadou Samb min naħa tiegħu għandu 32 sena hu mis-Senegal u l-istaġun li għadda lagħab ma' Gżira Utd.
1entailment
Bertrand jagħti indikazzjoni li se jirtira kmieni iżda jrid jibqa' involut
Il-plejer Malti tal-isnooker Alex Borg kien eliminat mill-Open tal-Irlanda ta' Fuq wara li fl-ewwel rawnd ta' din il-kompetizzjoni f'partita bilanċjata tilef 4-2 kontra s-seed numru 9 Stephen Maguire. Borg tilef l-ewwel tliet frames iżda rebaħ it-tnejn ta' wara 14-1 u 53-1 biex kien is-sitt frame li ddeċieda l-konfront. Aktar qabel ic-champion tad-dinja tal-isnooker Ronnie O'Sullivan għadda għar-rawnd li jmiss meta faċilment għeleb lil Jamie O'Neill 4-1.
0not_entailment
Danilo Petrucci jirbaħ il-Grand Prix ta' Franza
Danilo Petrucci ta' Ducati rebaħ il-Grand Prix ta' Franza fejn xita qalila qabel il-bidu sfurzat t-tellieqa tibda kemmxejn tard. Petrucci sar is-seba' sewwieq differenti li rebaħ dan l-istaġun. Hu kien segwit minn Alex Marquez ta' Repsol u Pol Espargaro ta' KTM. Marquez ta lil Repsol għall-ewwel darba din is-sena post fuq il-podju. Fir-raba' post daħal Andrea Dovizioso ta' Ducati u warajh Johann Zarco ta' Esponsorama. Huma kienu segwiti minn Miguel Olivera ta' KTM u Takaaki Nakagami ta' LCR. Fit-tmien u d-disa' post daħlu Stefan Bradl ta' Repsol u Fabio Quartararo ta' Yamaha. Maverick Vinales ta' Monster Yamaha u Joan Mir ta' Suzuki temmew fl-10 u fit-11-il post rispettivament. Fil-quċċata tal-kassifika ġenerali, Quartararo għadu fl-ewwel post għaxar punti fuq Mir, bi tmien punti taħtu nsibu lil Dovizioso fit-tielet post. Valentino Rossi ta' Yamaha ħareġ mit-tellieqa mal-ewwel dawra wara li ħabat, bil-waqa' tiegħu toħloq xi ftit tal-konfużjoni. Ma spiċċawx ukoll huma Jack Miller ta' Pramac, Franco Morbidelli ta' Yamaha, Cal Crutchlow ta' Honda, Tito Rabat ta' Esponsorama u Bradley Smith ta' Aprilia. Kif spiċċaw: 1. D. Petrucci 45.54.736, 2. A. Marquez +1.273, 3. P. Espargaro +1.711, 4. A. Dovizioso +3.911, 5. J. Zarco +4.310, 6. M. Oliveira +4.466, 7. T. Nakagami +5.921, 8. S. Bradl +15.597, 9. F. Quartararo +16.687, 10. M. Vinales +16.895, 11. J. Mir, 12. B. Binder, 13. F. Bagnaia, 14. A. Espargaro, 15. I. Lecuona, 16. A. Rins. Ma spiċċawx: J. Miller, F. Morbidelli, C. Cruthlow, T. Rabat, B. Smith, V. Rossi Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Napoli kontra Milan l-aktar li tispikka
Fi Stadio Sao Paolo, Napoli se jkunu qed jittamawa li jagħtu l-ewwel telfa tal-istaġun fis-Serie A lil Milan u jilħquwhom fl-ewwel post tal-klassifika bl-istess ammont ta' punti. Milan se jkunu mingħajr il-kowċ Stefano Pioli u l-assistent tiegħu wara li t-tnejn irriżultaw pożittivi għall-coronavirus bl-eks plejer ta' Milan u l-kowċ attwali ta' Napoli, Gennaro Gattuso se jkun qiegħed ifittex li jikseb t-tliet punti minn dan il-konfront. Juventus se jkunu qed jilgħabu għand Cagliari, bil-kowċ Andrea Pirlo se jkun qiegħed ifittex li t-tim tiegħu jikseb it-tliet punti minn dan il-konfront wara l-bidu bi prestazzjonijiet mhux tal-istess livell li kienu fl-istaġuni li għaddew. Inter se jittamaw li jżommu l-pass mat-timijiet fil-quċċata tal-klassifika meta jilgħabu kontra Torino, liema konfront jista' jkun diffiċli għat-tim ta' Antonio Conte hekk kif l-avversarji jinsabu fis-17 –il post tal-klassifika u se jkunu qed iħarsu li jitbiegħdu minn dik iż-żona. Fi Stadio Olimpico, Roma jilgħabu kontra Parma fejn it-tim ta' Paolo Fonseca se jkun qiegħed ifittex li jkompli fuq il-bidu pożittiv li sa issa kellu dan l-istaġun. SERIE A Illum : Crotone v Lazio 3.00pm, Spezia v Atalanta 6.00pm, Juventus v Cagliari 8.45pm, Għada: Fiorentina v Benevento 12.30pm, Verona v Sassuolo 3.00pm, Inter v Torino 3.00pm, Roma v Parma 3.00pm, Sampdoria v Bologna 3.00pm, Udinese v Genoa 6.00pm, Napoli v Milan 8.45pm Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
L-investituri mill-Arabja Sawdija jtemmu l-interess tagħhom f'Newcastle
Il-UEFA ppubblikat l-iskeda aġġornata tal-logħbiet tal-UEFA Nations League u kkonfermat li l-logħbiet se jintlagħbu bejn Settembru u Novembru. Dan wara diskussjoni li saret mill-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA aktar kmieni dan ix-xahar fid-dawl tat-tibdil sfurzat minħabba l-Covid-19. L-uniċi bidliet ta' Malta fil-Grupp D1 seħħew f'Ottubru hekk kif issa l-logħbiet kontra l-Andorra u l-Latvja se jseħħu fl-10 u t-13 ta' Ottubru, ġurnata wara d-dati oriġinali. Malta tibda l-impenji fit-3 ta' Settembru kontra l-Gżejjer Faroe qabel impenn f'pajjiżna kontra l-Latvja tlett ijiem wara. It-tim nazzjonali jagħlaq l-impenji b'żewġ logħbiet fl-Istadium Nazzjonali kontra l-Andorra fl-14 ta' Novembru u l-Gżejjer Faroe fis-17 ta' Novembru. Bi preparazzjoni għal dawn il-partiti, ftit jiem ilu l-kowċ nazzjonali Devis Mangia sejjaħ skwadra ta' 31 plejer għal ġimagħtejn ta' taħriġ li jibdew fil-5 ta' Lulju, programm li se jfisser ritorn għat-taħriġ tat-tim nazzjonali. Intant il-UEFA ħabbret li fil-perjodi ta' logħob f'Ottubru u Novembru, se jkun hemm tliet logħbiet minflok tnejn biex ikunu jistgħu jintlagħbu l-play-offs għall-Kampjonat Ewropew. Il-partiti ta' ħbiberija jistgħu jintlagħbu fis-7 jew 8 ta' Ottubru kif ukoll fil-11 jew it-12 ta' Novembru. Il-logħbiet ta' Malta fil-UEFA Nations League 3 ta' Settembru: Gżejjer Faroe v Malta 8.45pm 6 ta' Settembru: Malta v Latvja 8.45pm 10 ta' Ottubru: Andorra v Malta 8.45pm 13 ta' Ottubru: Latvja v Malta 8.45pm 14 ta' Novembru: Malta v Andorra 8.45pm 17 ta' Novembru: Malta v Gżejjer Faroe 8.45pm Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
"Stadium bil-partitarji, jgħolli l-livell u l-prestazzjoni ta' referee" – Alan Mario Sant, Chairman tar-Referees Committee tal-MFA
Id-dilettanti tal-futbol, anke dawk lokali, qed jistennew bil-ħerqa l-awtoritajiet jerġgħu jagħtu aċċess sabiex il-partitarji jerġgħu jitħallew isegwu lit-tim favorit tagħhom, fiżikament minn ġewwa l-istadia differenti li għadna f'Malta. Kulħadd jitkellem dwar l-effett li ħalla l-COVID-19 fuq il-futbol, partikolarment dwar il-livell u l-kwalitá ta' futbol li qed ikolna, anke għaliex f'Malta (bħal ħafna pajjiżi), il-partiti kollha qed jintlagħbu wara bibien magħluqa. Hemm min qed jgħid li l-pressjoni fuq dawn il-protagonisti tal-logħba naqset, iżda hemm min jargumenta l-fatt li mingħajr l-atmosfera ta' partitarji, l-entużjażmu u l-adrenalina li kwalunkwé plejer ifittex li jkollu waqt partita, naqset bil-kbir u dan mhux qed jgħin biex naraw futbol tal-għola livell. Madankollu l-maġġoranza qed jinsew jistaqsu dwar l-effett li dan il-fatt, ċioé li qed nilgħabu mingħajr partitarji u f'stadia kważi għal kollox vojta, qed ikollu fuq ir-referees. Inqas pressjoni jew le? Alan Mario Sant, li llum hu eks referee tal-FIFA, u qed jokkupa l-kariga ta' Chairman tar-Referees Committee tal-MFA, jemmen li stadium bil-partitarji, jgħolli mill-ġdid il-livell u l-prestazzjoni ta' kwalunkwé referee, anke jekk dan il-fatt jerġa' jibda jnissel pressjoni fuq ir-referees waqt il-partita. Sant kien il-mistieden speċjali ta' Christian Micallef, fl-intervista li saret nhar il-Ħadd li għadda, fir-rubrika 'Replay Drive' fil-programm Replay li jixxandar fuq Net Television. Sant wieġeb għad-domandi ta' Micallef meta kien fil-vettura Seat Ibiza, ġentilment mogħtija lil Replay minn Continental Cars. Hu wieġeb inkluż dwar temi li huma kontroversjali u kurrenti fir-refereeing f'pajjiżna, fosthom jekk l-appointments tar-referees f'Malta, għandhomx jibdew jitħabbru fil-pubbliku minn qabel. Sabiex issegwi din l-intervista kollha, agħfas hawn .
1entailment
Iż-żagħżugħ Kyle Gatt jissieħeb ma' Tarxien Rainbows
Tarxien Rainbows kisbu liż-żagħżugħ Kyle Gatt b'self mingħand Mosta għall-istaġun li ġej. Gatt għamel id-debutt tiegħu fil-Kampjonat Premier f'April tal-2016 fil-partita kontra Floriana. Hu kellu bosta esperjenzi l-bogħod minn Mosta fejn mar b'self ma' San Ġwann għal żewġ staġuni. Hu kien ukoll jifforma parti mill-iskwadri nazzjonali ta' taħt is-17, 19 u 21 sena.
1entailment
Table football: Il-Belġjan Christophe Dheur jiffirma ma' Valletta Subbuteo Club
Ġunju 12, 2020 Wara staġun eċċellenti li kellhom Valletta Subbuteo Club, fejn rebħu bosta titli fosthom Champions u 'knock out' tal-kampjonat Malti u l-aħħar rebħa presiġjuża meta kien l-ewwel tim Malti li rebaħ l-Major internazzjonali ta' Frameries ġewwa il- Belġju, issa sar akkwist importani għall-istaġun li ġej. Christophe Dheur għadu kemm iffirma ma' Valletta Subbuteo Club, wara li spiċċa l-istaġun tiegħu minn mat-tim Belġjan SC Charleroi. Dheur kien jilgħab ukoll mat-timijiet Belġjani ST Stembert u SC Rochefort. Dheur rebaħ bosta unuri internazzjonali u kien Champion tal-Belġjum għall-erba' darbiet 2012/2014/2015/2018. Bħalissa jinsab fin-numru 5 tar-rankings tad-dinja. Wara ħafna stennija għal dan l-akkwist issa mistenni ferm iktar id-debut ta' dan il-plejer ta' livell għoli.
1entailment
Napoli kontra Milan l-aktar li tispikka
Manchester City se jilagħbu fiċ-Champions League l-istaġun li ġej wara li l-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) neħħiet il-projbizzjoni ta' sentejn mill-futbol ewropew li kienet imponiet fuq il-klabb Ingliż. City kienu ngħataw is-sospensjoni għal "ksur serju" tal-liċenzjar tal-klabbs u tar-regolamenti finanzjarji ta' fair play. Il-klabb tal-Premier League ċaħad kwalunkwe ksur ta' regoli u appella mid-deċiżjoni tas-CAS ix-xahar li għadda, wara li ddeskriva l-proċess dixxiplinarju tal-UEFA bħala "preġudizzjarju". Wara li sema' il-provi fuq tliet ijiem separati, CAS dawwar id-deċiżjoni u anke naqqas il-multa inizjali tat-team Ingliż minn €30 miljun għal €10 miljun.
0not_entailment
Għada jirritorna l-football fl-Italja
Ġunju 11, 2020 Għada l-Ġimgħa jirritorna l-football kompetittiv fl-Italja bil-logħba fl-Allianz Stadium ta' Turin bejn Juventus u Milan mit-tieni leg tas-semi finali tal-Coppa Italia staġunn 2019/20. Il-football fl-Italja ilu wieqaf minħabba l-pandemija COVID-19 għal dawn l-aħħar tliet xhur. Il-logħba bejn Juventus u Milan tibda fid-9pm u se tkun bil-bibien magħluq. Fl-ewwel leg f'Milan ir-riżultat kien draw ta' 1-1. L-Għada s-Sibt fi Stadio San Paolo ukoll fid-9pm jilagħbu Napoli kontra Inter ukoll fit-tieni leg tas-semi finali ta' din il-kompetizzjoni. Fl-ewwel leg hawn rebħa għal Napoli ta' 1-0. Intant fl-okażjoni tal-finali li se tintlagħab fis-17 ta' Ġunju f'Ruma, l-Lega Serie A se tkun qed tħabbar li minn staġun ieħor din il-kompetizzjoni se tibda tisejjaħ Coppa Italia Coca Cola hekk kif kien iffirmat ftehim għal sentejn ma' din il-kumpanija bħala Title sponor.
1entailment
Ivan Zammit u Mano Micallef ma' Marsa FC
Ġunju 11, 2020 Il-holders Partizan Belgrade għadhom biċ-ċans li jżommu t-Tazza Serba wara li fis-semifinali għelbu lil Red Star 1-0. Għal din il-logħba l-partitarji setgħu jidħlu fl-istadium mingħajr restrizzjonijiet għall-ewwel darba minn meta l-isport ġie sospiż fil-pajjiż Balkani f'nofs Marzu minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Madwar 25,000 ruħ attendew għal-logħba taħraq bejn dawn iż-żewġ timijiet ta' stoffa fis-Serbja. Il-gowl tar-rebħa għal Partizan Belgrade wasal fit-58 minuta minn Bibras Natcho. Partizan Belgrade ser jilagħbu fil-finali kontra Vojvodina Novi Sad fl-24 ta' Ġunju wara li għelbu lil Cukaricki Belgrade 1-0 aktar kmieni.
0not_entailment

Dataset Card for "maltese-news-nli-sports"

More Information needed

Downloads last month
0
Edit dataset card