title
stringlengths
25
130
text
stringlengths
263
11.7k
label
class label
2 classes
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal b'sejħa għall-klabbs ġodda
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal qegħda ssejjaħ għal dawk il-klabbs kollha li huma interessati biex jipparteċipaw fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Futsal fl-istaġun li ġej. Il-futsal hija logħba simili għall-futbol bid-differenza li tintlagħab fi grawnds 5 a-side. Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Futsal bħas-sena li għaddiet se jkunu maqsuma fi tnejn, dawk Elite u dawk Amateur. Il-Kampjonat Elite huwa l-għola kampjonat fuq livell lokali fejn fih jipparteċipaw l-aħjar timijiet fil-pajjiż, b'ċans tajjeb biex il-plejers juru t-talenti tagħhom f'dan l-isport. Il-logħba tal-futsal titlob abbiltà teknika u li plejer ikun fiżikament tajjeb minħabba l-intensità tal-istess logħba. Il-Kampjonat Amateur huwa l-kampjonat minn fejn jiżviluppaw numru ta' plejers ġodda u jkun hemm numru ta' plejers veteran wkoll li jingħaqdu flimkien bħala tim biex jieħdu pjaċir. Dawk il-klabbs jew timijiet li għandhom interess li fl-istaġun li ġej jipparteċipaw f'wieħed minn dawn il-kampjopnati għandu jsib l-informazzjoni fuq is-sit ta' Futsal Malta bl-applikazzjonijiet jagħlqu fit-28 ta' Awwissu fil-5.00pm.
1entailment
Stedina lill-pubbliku biex jipparteċipa fi kwestjonarju dwar ir-riforma fil-liċenzjar tal-klabbs tal-MFA
It-team tan-nisa tal-handball ta' Kavallieri reġa kien fl-azzjoni fit-tieni leg tat-tielet round tat-Tazza tal-Ewropa kontra PAOK champions tal-Greċja. F'partita oħra mill-aktar diffiċli, Kavallieri wara li fl-ewwel leg tilfu 16 – 46 il-bieraħ filgħaxija fil-Kumpless tal-Isport f'Tal-Qroqq, sfaw megħluba 36 – 8 It-Tazza tal-Ewropa hija l-kompetizzjoni ewlenija fi ħdan il- Federazzjoni Ewropeja tal-Hockey li fiha qed jippartecipaw wieħed u erbgħin club minn tmintax-il pajjiż Ewropew. Għal kuntrarju tal-ewwel leg, Kavallieri kienu deċiżi li ma jħallux l-iniżjattiva f'idejn PAOK tant li wara li sal-ewwel minuti kienu 3 – 3 kien biss fl-14 il-minuta li PAOK fetħu vantaġġ taż ħames gowls 9 – 4 , sal-24 minuta d-distakk żdied għal-14 – 5 bl-ewwel taqsima tintemm Kavallieri 6 PAOK 17 It-tieni taqsima kienet fuq l-istess andament b'PAOK jiddettaw għal ħinijiet twal tant li s-seba' gowl minn Kavallieri wasal biss fl-għaxar minuta bl-iskor 24 – 7 . Ir-reazzjoni minn Kavallieri ma waslitx b'PAOK imorru 30 – 8 sal-21 minuta biex man-nofs siegħa u tmiem il-partita għalqu 8 – 36 . PAOK b'hekk għaddew għal mal-grupp tal-aħħar 16 fuq aggregate ta' 24 – 82 L-aħjar skorer fil-partita kienet Evgenia Samolada għal PAOK bi 12 il-gowl bil-gowls ta' Kavallieri skurjati erba' minn Irena Drugovic, tnejn minn Gabriella Xuereb u gowl kull wieħed minn Emma Xuereb u Daryl Azzopardi.
0not_entailment
Santa Luċija jaħsdu liċ-champions renjanti Floriana
Drako Stankovic, Duncan Spencer. Wara Gżira Utd. u Mosta, fl-Istadium Ċentinarju kien imiss lil Sta. Luċija u Floriana biex jirritornaw għal-logħob mill-Kampjonat Premier wara l-waqfa Internazzjonali. Il-partita ntemmet f'riżultat li ħadd ma stenna meta Sta. Luċija għelbu lil Floriana bl-iskor ta' 2-1. Fil-5 minuta kellna l-ewwel azzjoni tal-partita meta Ante ra x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa imblukkat minn Ruiz. Floriana rrispondew minuta wara meta d-daqqa ta' ras ta' Ruiz mill-korner spiċċat ftit għoli mill-lasti ta' Vella. Fit-13-il minuta, Camenzuli rebaħ il-ballun viċin il-kaxxa avversarja, bil-konklużjoni tiegħu tispiċċa ferm għoli mill-lasti ta' Sta. Luċija. Fil-15 il-minuta azzjoni perikoluża minn Sta. Luċija fejn De Arujo daħal tajjeb fil-kaxxa pero ma żamx sew biex il-ballun spiċċa f'gowl kick għal Floriana. Fit-22 minuta freekick minn tarf il-kaxxa għall-Floriana minn Venanzio spiċċa ferm għoli. Fit-32 minuta kross tajjeb ta' Dias lejn nofs il-kaxxa li deher jaħsad lill-Camenzuli bil-ballun jispiċċa faċilment f'idejn Vella. Fis-37 minuta kross tajjeb minn freekick f'nofs il-ground wasal għand Jamie Zerafa, bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata b'mod tajjeb minn Spiteri. Fit-42 minuta konklużjoni mid-distanza ta' Tachikawa kienet kompletament żbaljata. Fl-44 minuta CHEVERSAN ħarab tajjeb wara id-difensuri ta' Sta. Luċija, daħal fil-kaxxa u kkonkluda, bil-balluna jispiċċa fix-xibka għal 0-1. Fis-47 minuta Tachikawa rċieva fil-kaxxa mingħand Da Silva Souza, bil-konklużjoni tiegħu tispiċċa f'idejn Spiteri mingħajr wisq diffikultà. Fit-53 minuta Sta. Luċija jagħmluhom 1-1 meta ANTE b'xutt stupend minn freekick perikoluż skorja fir-rokna ta' taħt tax-xibka. Ma' laħqitx għaddiet minuta meta Sta. Luċija marru fil-vantaġġ b'kontra attakk veloċi fejn TACKIKAWA għamilhom tnejn f'azzjoni ta' wieħed kontra wieħed. Fit-63 xutt tajjeb ta' Da Silva Souza minn tarf il-kaxxa kien salvat tajjeb minn Spiteri. Fis-67 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta' Camenzuli spiċċa salvat faċilment minn Vella. Fis-77 minuta, Keqi qabeż żewġ plejers, daħal fil-kaxxa u l-kross-shot tiegħu kien salvat minn Vella. B'hekk il-partita ntemmet favur Sta. Luċija li ħarġu mill-grawnd bi 3 punti wara li dawru telfa f'rebħa ta' 2-1 fuq iċ-ċhampions renjanti, Floriana, biex b'hekk issa jitilgħu b'4 punti.
1entailment
Paul Zammit maħtur President tal-Malta Handball Association
Waqt il-laqgħa ġenerali annwali li saret nhar l-Erbgħa, Paul Zammit ġie maħtur b'mod unanimu bħala l-President tal-Malta Handball Association. Fl-għeluq tal-25 sena minn meta twaqqfet l-assoċjazzjoni, l-Malta Handball Association irringrazzjat lill-fundatur u President is-Sur Louis Borg hekk irriżenja mill-kariga ta' President. Zammit għandu esperjenza vasta fil-amministrazzjoni sportiva minkejja li ġej mill-kamp tal-futbol. Fil-passat hu serva bħala l-President tal-Melita FC kif ukoll kien involtu fl-MFA u fil-YFA. Is-Sur Ian Psaila ġie maħtur bħala Viċi-President. Psaila ilu nvolut fil-handball sa mill-1999, l-ewwel bħala plejer ta' La Salle HandBall Club u wara bħala kowċ fejn rnexxielu jirbaħ l-unuri kolloa possibli. Psaila kien involute ukoll fit-tim nazzjonali tal-handball bħala assistant kowċ u aktar riċenti bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-Beach Handball. L-assoċjazzjoni se tkun qed timmira biex tippromovi u tagħti spinta 'l quddiem lill-logħba tal-handball f'pajjiżna kif ukoll tattirà numru ta' plejers ġodda.
1entailment
De Ligt jista' jdum nieqes mill-azzjoni sa Novembru
Id-difensur ta' Juventus Matthijs De Ligt se jkun operat fi spalltu u hemm ċans li jdum nieqes mill-azzjoni sa Novembru. De Ligt kien sofra injury f'Novembru tas-sena li għaddiet fil-partita kontra Atalanta. L-operazzjoni ila tiġi posposta minħabba diversi raġunijiet iżda wara li tkompla l-kampjonat tas-Serie A wara l-pandemija tal-coronavirus l-uġigħ fi spalltu reġa feġġ. Fl-ewwel staġun tiegħu fl-Italja De Ligt kien involut f'39 partita u skorja erba' gowls.
1entailment
Tkompli l-kritika għall-protokoll mediku tal-Open tal-Istati Uniti
minn Colin Schembri Hibernians 80 Starlites GIG 82 (8-21)(17-34)(29-14)(26-23) Starlites GIG u Hibernians offrew partita mill-isbaħ fejn kienet ħasra li partita bħal din tintlagħab mingħajr pubbliku. Fl-aħħar erba' attakki, l-vantaġġ bidel l-idejn erba' darbiet fi ftit inqas minn minuta u kienet l-aħħar trippla ta' Alec Felice Pace li ddeċidiet il-partita fl-aħħar sekonda. Starlites deheru li qiegħdin jikkontrollaw il-partita meta kienu 21 punt minn fuq fil-ftuħ tat-tieni sessjoni però sofrew ir-rimonta tal-Pawlisti li reġgħu fetħu l-partita beraħ fl-aħħar taqsima, bir-riżultat inċert sal-aħħar sekondi. Starlites mal-ewwel fetħu tajjeb u bil-punti ta' Felice Pace, Robert Bonnici u Travis Mcconico marru 8-2 minn fuq. Wara li Hibs kellhom risposta minn Ivan Demcesen u David Bugeja, Starlites temmew is-sessjoni bi break ta' 9-0 bil-punti ta' Robert Ahearn, Matthew Scerri u Jack Zammit fost l-oħrajn għal skor ta' 21-8. Starlites komplew bl-istess andament fit-tieni taqsima hekk kif fetħu b'run oħra ta' 14-4 bi trippla ta' Mcconico. Hibs wieġbu b'żewġ baskets ta' Demcesen però punti ta' Bonnici u trippla ta' Ian Felice Pace ħallew lil Starlites fuq quddiem 42-18. Hibs kellhom mument tajjeb b'seba' punti mingħajr risposta però kienu Starlites li għalqu l-perjodu bi trippla ta' Scerri għal skor ta' 45-25. Fit-tielet perjodu, Scerri fetaħ bil-punti għal Starlites għal vantaġġ ta' 21 punt 50-29. Hawn Hibs bdew ir-rimonta tagħhom fejn approfittaw mill-fatt li Mcconico kkometta r-raba' foul u kellhu jinbidel. Hibs għamlu break ta' 14-0 bil-punti ta' Demcesen, Bugeja u trippla ta' Nikola Vasovic. B'Mcconico lura fuq il-court, Starlites reġgħu sabu l-basket però Hibs komplew jersqu viċin bil-punti ta' Marco Matijevic u waslu sa' tlett punti 'l bogħod 54-57. Starlites għalqu l-perjodu bil-punti ta' Mcconico għal skor ta' 59-54. Fl-aħħar taqsima Hibs irnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs 61-61 wara punti minn Anton Axiaq u Bugeja. Run ta' 10-4 minn Starlites tathom ftit tan-nifs hekk kif reġgħu fetħu vantaġġ ta' sitt punti 71-65. Għal darbtejn, Hibs naqqsu d-distakk għal basket u minuta mit-tmiem marru għall-ewwel darba minn fuq 77-76 wara basket ta' Axiaq. Scerri poġġa lul Starlits minn fuq bi trippla però Vasovic ukoll għamel trippla fl-attakk ta wara biex Hibs reġgħu marru minn fuq. Kien għad fadal ftit sekondi u Starlites kellhom il-pusess u wara li dawwru l-ballun, Alec Felice Pace għamel l-aħħar three pointer li rregalha r-rebħa lil Starlites fuq skor ta' 82-80. Hibernians: P. Attard, D. Bugeja 10, K. Caruana 2, L. Farrugia, K. Dimech 5, N. Cassar, N. Vasovic 21, A. Axiaq 8, M. Matijevic 14, M. Attard, I. Demcesen 26. Starlites GIG: A. Felice Pace 17, J. Zammit 2, R. Bonnici 9, I. Felice Pace 8, M. Fabri, M. Vella, M. Scerri 13, R. Carabott 2, M. Formosa, T. McConico 20, A. Xuereb, R. Ahearn 11 Referees : Luke Camilleri, Kamil Dworniczak, Vladimir Nikolic Riżultati ta' llum BOV Irġiel KO Kwarti Final : Hibs 81 BUPA Luxol 84 MAPFRE MSV Life Nisa KO S/Final Hibs 68 -Caffe Moak Luxol 60, ARMS Depiro 34 Starlites Naxxar GiG 70 Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Haley Bugeja tirbaħ l-unur tal-Atlas Żagħżugħa tax-Xahar għal Ottubru
Haley Bugeja ta' US Sassuolo Calcio Femminile kif ukoll plejer tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol rebħet l-unur tal-Atlas Żagħżugħa tax-Xahar ta' Ottubru 2020. Bugeja għandna biss 16-il sena u diġa stabillixxiet ruħha bħala waħda mill-aqwa plejers barranin fis-Serie A. Hi ddebuttat ma' Sassuolo fil-5 ta' Settembru kontra Napoli, fejn id-doppjetta tagħha rebħet lit-tim bl-iskor ta' 3-1. Fir-rebħa ta' 3-1 kontra Fiorentina, hi poġġiet isimha mal-lista tal-iskorers għal darb'oħra. L-aħħar partita li skorjat fiha kienet ġimgħa ilu kontra Hellas Verona b'gowl wieħed fir-rebħa ta' 4-1. Buġeja ssejħet mat-tim nazzjonali tan-nisa mmexxi mill-kowċ Mark Gatt għal-logħob mill-UEFA Women's EURO Qualifiers kontra l-Ġorġja fis-26 ta' Novembru u l-Iżrael fil-1 ta' Diċembru. Dan it-trofew se jingħata lil Bugeja fil-jiem li ġejjin hekk kif Bugeja mistennija tivjaġġja lejn Malta ġurnata qabel ma' taqbad it-titjira mal-iskwadra tat-tim Nazzjonali Malti lejn il-Ġorġja. Dan kien l-għaxar unur li ngħata lill-atleta żagħżugħ lokali f'din l-inizjattiva bejn Atlas Insurance u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. Kull xahar, huma jistiednu lill-atleti ta' taħt il-21 sena flimkien mal-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet tagħhom sabiex idaħħlu nominazzjoni għal dan l-unur. L-aħħar rebbieħa ta' dan l-unur kienu dawn; Kayden Lagana (Tenpin Bowling) Settembru 2020, Sacha Gatt (Għawm) Awwissu 2020, Richard Shulthies (Ibburdjar) Lulju 2020, Matthew Magro (Tenpin Bowling) Ġunju 2020, Thomas Borg (Għawm Paralimpiku) Mejju 2020, Jake Vella (Għawm) April 2020, Tenishia Thornton (Weightlifting) Marzu 2020, Dejan Grech (Pool) Frar 2020, Rachela Pace (Atletika) Jannar 2020.
1entailment
Il-Formula 1 tirritorna mill-5 ta' Lulju
Fit-tielet partita tal-League A Grupp 2 tal-UEFA Nations League, L-Ingilterra ħarġu rebbieħa 2-1 kontra l-Belġju. Il-Belġju ngħataw penalty fis-16-il minuta, wara li Eric Dier waqqa lil Romelu Lukaku fil-kaxxa, bl-istess LUKAKU nkwadra mill-11-il metru. Fid-39 minuta, l-Ingilterra rebħu penalty wara li Jordan Henderson inġibed waqt korner, b'Marcus RASHFORD iġib il-partita fi draw. Il-gowl tar-rebħa wasal fl-64 minuta, meta xutt ta' Mason MOUNT ġie devjat bil-ballun spiċċa fix-xibka. Dan ir-riżultat ipoġġi lill-Ingilterra fil-quċċata tal-grupp, b'seba' punti segwiti mill-Belġju b'sitt punti. Fil-partiti l-oħra tal-ġurnata, l-Kroazja rebħu 2-1 kontra Sweden, li jagħmlu parti mil-League A Grupp 3. Nikola VLASIC poġġa lill-Kroati fuq quddiem, b'Marcus BERG iġib il-logħba ndaqs. Andrej KRAMARIC skorja l-gowl tar-rebħa fl-aħħar minuti tal-partita. B'hekk il-Kroazja kisbu l-ewwel tliet punti ta' dan il-grupp wara telfiet kontra l-Portugall u Franza, filwaqt li l-Iżvezja jibqaw l-aħħar bla punti. L-Olanda kienu miżmuma fi draw ta' mingħajr gowls kontra l-Bosnja. Erling HAALAND ta' Borrusia Dortmund għamel hattrick u ta r-rebħa lin-Norveġja kontra r-Rumanija. HAALAND fetaħ l-iskor fit-13-il minuta, segwit minn gowl ta' Alexander SORLOTH. HAALAND kompla kabbar il-vantaġġ fl-64 minuta u fl-74 minuta.
0not_entailment
L-awtopsja tikkonkludi li mart Mayweather kienet mietet minħabba overdose
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 11:50am Fis-sigħat li għaddew, l-awtopsja fuq il-kadavru ta' Josie Harris, ikkonkludiet li l-mara kienet mietet minħabba overdose. F'Marzu li għadda, Harris kienet instabet mejta fil-karozza tagħha f'Valencia, f'Kalifornja. Hi kellha 40 sena. Wara kważi tliet xhur, ir-rapporti fl-Istati Uniti qed jgħidu li ngħataw ir-riżultat tal-awtopsja li l-konklużjoni tagħha tgħid li kien overdose aċċidentali. Josie u Floyd għexu flimkien għal 15-il sena u kellhom tlett itfal, Jirah, Sion u Koraun.
1entailment
Jammetti li seraq mutur f'Għawdex
Ritratti: Arkivji Ġuvni ta' 19-il sena minn Santa Venera, ammetta li fl-20 ta' Ġunju seraq mutur minn Triq Qasam San Ġorġ, f'Kerċem f'Għawdex. Huwa tressaq il-Qorti ta' Għawdex fejn ammetta l-akkużi kontrih. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Mario Xiberras u Bernard Charles Spiteri qalu li l-investigazzjonijiet tal-pulizija bdew malli ġew infurmati bis-serqa tal-mutur u li mill-istħarriġ li sar, identifikaw lill-allegat ħalliel u arrestawh. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech tat lill-akkużat il-libertà bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.
1entailment
Illejla fid-9pm fuq il-paġna ta' Replay fuq Facebook | Intervista esklussiva mal-imprenditur Joseph Portelli
Ilejla fid-9pm fuq il-paġna ta' Replay fuq Facebook, se tixxandar intervista esklussiva u interessanti ma' wieħed mill-imprendituri ewlieni f'Malta, Joseph Portelli li hu Għawdxi. Portelli hu l-President ta' Nadur Youngsters f'Għawdex iżda fil-jiem li għaddew tħabbar li se jkun qed jinvesti direttament fil-klabb ta' Ħamrun Spartans, b'mira li jerġa' jġib lill-klabb Ħamruniż lura għas-snin tal-glorja. F'din l-intervista ta' Christian Micallef ma' Portelli, se jsiru d-domandi diretti lill-imprenditur bl-għan li wieħed jifhem l-objettivi ta' Portelli fil-futbol Malti u l-viżjoni fuq livell kummerċjali li hu għandu għall-klabb ta' Ħamrun.
1entailment
Protagonisti tal-2020 li kienu fi SPORT EXTRA
Il-programm numru 11 mis-serje SPORT EXTRA, l-ewwel wieħed għas-sena 2021 ser jiġbor fiħ uħud mill-mistiedna ewlenin , protagonisti matul l-2020 u li kienu ntervistati fil-programm. Intervisti esklussivi ma personalitajiet ta' fama internazzjonali li matul l-2020 għamlu aktar minn qabel il-programm SPORT EXTRA bħala l-programm ewlieni multi-sport. Fl-ewwel parti tal-programm ta' llum Ahmed Ragab u Aly Badawy li fl- ibburdjar il-mira tagħhom huma l-Olimpijadi ta' Tokjo . Silta mill-intervista ma' Joe Caruana – il-bniedem li beda il-judo hawn Malta kif wkoll ma' Kenneth Schunken – Direttur Generali ta' Taekwondo Europe. Fit-tieni parti tal-programm l-ewwel intervista hija ma' Gianni Merlo – President tal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-isport A.I.P.S kif wkoll ma' Agnes Kovacs – Champion Olimpika tal-għawm għall-Ungerija, rebbieħa ta'midalja tad-deheb f'Sydney fl-2000 u dik tal-bronż f'Atlanta fl-1996. L-aħħar parti tal-programm ma' tlett protagonisti Maltin : Neil Agius li qasam bl-għawm bejn Sqallija u Malta , Fabio Spiteri – atleta ta' endurance jissupera lilu nnifsu kif wkoll il-boxer Haithem Laamuz – champion tal-Ewropa Super featherweight .SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Charles Camenzuli b'muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri.
1entailment
MAAA torganizza l-Kampjonati Nazzjonali taż-Żgħażagħ fi tmiem il-ġimgħa
Tmiem il-ġimgħa se jkun ċelebrazzjoni ta' atletika għal kull età fil-Matthew Micallef St John Athletics Stadium fil-Marsa hekk kif l-istaġun ikompli riesaq lejn tmiemu. Għall-atleti żgħażagħ, il-Kampjonati Nazzjonali se jkunu l-qofol tal-istaġun filwaqt li għall-kbar, permezz tat-tieni Challenge tal-istaġun, se tkun l-aħħar opportunità biex jiffinalizzaw il-preparamenti tagħhom għall-Kampjonati Nazzjonali li se jsiru fit-22 u t-23 ta' Awwissu. Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru 45 avveniment, 22 is-Sibt u 23 il-Ħadd. L-Open Challenge se timmarka r-ritorn fuq it-trakka tal-atleti li jispeċjalizzaw fuq distanzi itwal għal tellieqa ta' 5000m. Numru ta' atleti lokali kellhom prestazzjonijiet mill-aqwa fl-ewwel tlielaq fit-toroq li saru fl-aħħar jiem u b'hekk se jkun interessanti li wieħed jara jekk dawn il-prestazzjonijiet hux se jkunu replikati fuq it-trakka. Fost l-atleti żgħażagħ, l-avvenimenti tal-aħħar ġimgħat taw diversi indikazzjonijiet tal-favoriti għal post fuq il-podju. Fost l-Under 16s, Matthew Galea Soler, Gabriel Petroni (La Salle) u Yan Vella ta' Pembroke Athleta huma l-favoriti fl-isprint filwaqt li Julian Zarb (La Salle), Matthew Curmi (Savio) u Noah Portelli mill-Iskola Sekondarja tal-Mosta qed jimmiraw għal riżultati importanti fuq distanzi itwal. Juliette Spina minn San Anton u Jade Borg u Kay Lee Testa ta' Pembroke huma l-ismijiet l-aktar mistennija fil-kategorija tat-tfajliet. Fost l-Under 14s, id-duo Thomas Grech u Lyon Falzon ta' La Salle u t-twins Shoemake (Starmax) jibdew bħala favoriti għad-deheb fl-isprints. Mireya Bugeja, li ftit ġranet ilu rreġistrat l-aqwa prestazzjoni f'pajjiżna f'din il-kategorija fl-1,200 metru hija l-għażla naturali għal pretazzjoni oħra b'saħħitha. Fost is-subien U12, l-atleti ta' Pembroke Elai Borg u Jamie Azzopardi jibdew bħala favoriti fil-ġlieda għad-deheb filwaqt li jikkonfermaw is-supremazija tagħhom f'din il-kategorija. Thea Grech (La Salle) u Kristina Azzopardi (Pembroke Athleta) huma l-favoriti fost il-bniet. Iċ-ċerimonja ta' premjazzjoni ssir it-Tnejn 3 ta' Awwissu fis-6 ta' filgħaxija fil-Matthew Micallef St John Atlethics Stadium.
1entailment
Tazza tad-Dinja tar-Rugby: Magħruf il-proċess ta' kwalifikazzjoni għall-edizzjoni tas-sena 2023
Andrea Coleiro MOSTA………………..2 HIBERNIANS……….3 Mosta: S. Bitseki, E. Ememe, J. Bezzina (73 M. Attard), D. Bonnici (63 Spiteri), C. Failla, T. Farrugia, M. Muchardi, R. Morisco, B. Kaljevic, K. Tulimieri (73 Z. Brincat), R. Ekani Hibernians: M. Calleja, F. Apap, L. Da Silva, J. Grech, J. Degabriele, B. Kristensen, D. Vella, G. Izquier, S. Shola, A. Aguis, W. Teixeira Imwissija : R. Morisco 10′ (M), S. Shodiya 12′ (H), B. Kristensen 49′ (H), A. Spiteri 78′ (M), F. Apap 78′ (H) Skorjaw: B. Kaljevic 7′ (M), J. Degabriele 15′ (H), B. Kaljevic 43′ (M), J. Degabriele 44′ (H),J. Degabriele 69′ (H) Referee: G. Tonna Assistent Referee: E. Spiteri, D. Stankovic Hibernians ħarġu rebbieħa fil-konfronta ma' Mosta permezz ta' tripletta ta' Jurgen Degabriele fis-Centenary Stadium. Mosta fetħu l-iskor wara biss sitt minuti, meta wara żball fid-difiża ta' Hibernians, kien Bojan KALJEVIC li nterċetta l-ballun u b'xutt b'saħħtu minn barra l-kaxxa għeleb Calleja Cremona. Żewġ minuti wara, u Hibernians ingħataw penalty. Dan wara korner ta' Hibernians ħabat ma' id wieħed mid-difensuri ta' Mosta, b'Jake Grech inkariga ruħu mill-11-il metru iżda x-xutt ħabat mal-wieqfa. Fil-kwarta logħob, Hibernians skorjaw il-gowl tad-dro. Attakk minn fuq il-lemin ra l-kross ta' Grech jasal għand Jose Texeira li bir-ras niżżel lil DEGABRIELE u minn taħt il-lasta ma żbaljax. Mosta reġaw marru fil-vantaġġ ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Kienu Hibernians li għal darb'oħra żbaljaw fuq wara b'pass ħażin ta' Grech, b'KALJEVIC intervjena u waħdu mal-gowlkiper għamel id-doppjetta. Risposta immedjata ta' Hibernians qabel il-mistrieħ. Kien Grech li tefa' kross preċiż fil-kaxxa b'DEGABRIELE f'pożizzjoni komda tefa' faċilment fix-xibka. Fil-51 minuta, Hibernians marru viċin għal gowl wara li rabuxxata ta' Andre Aguis ġiet milqugħa minn Yves Moto. Fid-69 minuta, Hibernians marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ. Pass preċiż ta' Dunstan Vella bejn id-difiża ta' Mosta ġab lil DEGABRIELE waħdu li b'xutt tajjeb ikkonkluda u għaqqad it-tripletta Kwarta qabel tmiem il-partita, xutt minn barra ta' Andrei Spiteri ta' Mosta kien dgħajjef bil-ballun wasal għand Tyrone Farrugia u bid-dawra kkonkluda, iżda l-linesman immarkaħ f'pożizzjoni rregolari. Zachary Brincat mar viċin li jġib id-dro għal Mosta, wara li xutt minn barra ġie devjat, bil-gowlkiper Calleja Cremona nqabad barra iżda xorta waħda salva tajjeb.
0not_entailment
Eric Dier iġedded ma' Tottenham sal-2024
Rapport: Andrea Rossitto Ritratti: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa L-istaġun tal-festi miżgħud b'kull xorta ta' tradizzjonijiet u partikolaritajiet. Uħud minnhom jinżlu għasel ma' kulħadd bla xkiel, oħrajn jaf ma jintlaqgħux daqstant tajjeb minn dak li jkun kif ġieb u laħaq. Fost l-għadd ta' tradizzjonijiet b'rabta mal-festi Maltin li spiċċaw aktar minn darba fuq fomm bosta, spettaklu bl-għasafar li ta' kull sena jagħti l-ħajja lill-festa ta' San Lawrenz fil-Birgu. Liema spettaklu, f'għajnejn bosta spiss tqies bħala moħqrija tal-annimali. Mistoqsi x'isir fuq fuq fit-tali attività, f'kummenti lil tvm.com.mt is-Segretarju tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz, Simon Farrugia qal li f'jum il-festa hekk kif il-Banda Vittoriosana San Lawrenz iddoqq l-Innu Popolari ta' San Lawrenz jinfetaħ bħal ballun maqsum fi flieli li mad-daqqa t'għajn tistħajlu fjura. Fil-qalba tiegħu, jispikkaw statwa ta' Santa Paċenzja, omm San Lawrenz u oħra tal-Patrun tal-Belt Vittoriosa. Is-Sur Farrugia qal li għal bosta snin fil-ballun kienu jitpoġġew għadd ta' għasafar bil-għan li jittellqu ftit wara bħala espressjoni ta' ferħ għall-glorja ta' San Lawrenz. Is-Sur Farrugia żied jgħid li għalkemm il-Kumitat Festi Esterni dejjem ra li jimxi mal-liġi, mis-sena l-oħra l-ispettaklu beda jsir bil-ħamiem minflok bl-għasafar ġaladarba kienu bosta dawk li ħaduha qatta' bla ħabel kontra l-involviment tal-għasafar f'din it-tradizzjoni. Sors: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa Sors: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa Sors: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa Sors: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa Sors: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa
0not_entailment
Liverpool viċin l-ewwel akkwist tagħhom f'dan is-suq tat-trasferimenti
Kenneth Vella L-edizzjoni 2020 tat-Tazza tal-President għall-aqwa żwiemel tal-klassi Premier intrebħet minn Julio De Luxe u Rodney Gatt. Dan wara li t-Tlieta filgħaxija fil-korsa tal-Marsa saret il-finali ta' dan il-kampjonat fuq distanza qasira ta' 2140m u li għamlet parti mill-51 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Rodney Gatt kien l-aħjar sewwieq tas-serata b'ħames rebħiet. Għaxar żwiemel ħadu sehem fil-finali Premier li din is-sena ġiet organizzata bl-għajnuna ta' Universal Cement. Output Pressure (Clint Vassallo) kien l-aktar żiemel li beda b'saħħtu wara l-bidu uffiċjali u kien minnufih segwit minn Navaj Brodda (Charles Camilleri) u Joe Hoo Lee (Tony Demanuele). Madankollu 400m mit-tmiem beda jżid fil-ġiri fuq in-naħa ta' barra Julio De Luxe (Rodney Gatt) li mar quddiem meta ż-żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dan qasam il-linja finali l-ewwel faċilment bi tliet tulijiet minn Baltahazar Maza (Caillin Borg) u Eagle B Butcher (Jesmar Gafa'). Eurythmic Sisu (Kevin Sciberras) kellu wkoll wirja tajba meta temm fir-raba' post minn Corky Ramirez (Paul Galea). Fi tmiem din il-finali, Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club ippremja lil Josef u Malvina Cassar u Rodney Gatt, is-sidien u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. Għal Julio De Luxe din kienet it-tielet rebħa tas-sena. Il-laqgħa tat-Tlieta nkludiet ukoll żewġ tiġrijiet normali tal-klassi Premier fuq distanza ta' 2140m. Fl-ewwel waħda, Ulysse Du Bouchet (Paul Galea) ha t-tielet rebħa tas-sena wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta' Crack Du Tillet (Andrew Farrugia). Vakato (Chris Grech) temm it-tielet minn Amour Du Loup (Rodney Gatt). Fit-tieni waħda, Bara Min (Redent Magro) kienet il-ħin kollu quddiem u ħadet l-ewwel rebħa fi xtutna faċilment minn Castle Rose (Marco Debono) u d-debuttant Albanien (Ian Galea). Sangria Knight (Mario Falzon) daħal warajhom f'dik l-ordni. Ir-riżultati kollha I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Frimeur Pipol (D. C. Galea) Ħin – NTR 2. Echo De Chanteins (N. Baldacchino) 3. Zenit Karsk (C. Vassallo) 4. Dakota Atout (J. Gafa') II Tiġrija . Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Exquise d'Eurvad (R. Gatt) Ħin – 2.48.7" (1.18.8") 2. Alsace In (J. Zammit) 3. Trazom (W. Cutajar) 4. Rasputin LG (P. Galea) III Tiġrija . Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Espoir De Fleury (R. Gatt) Ħin – 2.48.3" (1.18.6") 2. Mr Planner (J.P. Polidano) 3. All Cash (L. Tanti) 4. Gathania (C. Mercieca) IV Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Collins De Bucy (R. Gatt) Ħin – 2.47.2" (1.18.1") 2. Amour De Feline (N. Baldacchino) 3. Coucou Mon Neveu (J. Gafa') 4. Henrik Ibsen A.T. (P. Bonello) V Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Duc d'Haufor (R. Magro) Ħin – 2.43" (1.16.3") 2. Ellipsis AM (R. Gatt) 3. Cedar Keryvon (Sh. Portelli) 4. Blue Night (R. Schembri) VI Tiġrija . Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Ulysse Du Bouchet (P. Galea) Ħin – 2.42.4" (1.15.9") 2. Crack Du Tillet (A. Farrugia) 3. Vakato (Ch. Grech) 4. Amour Du Loup (R. Gatt) VII Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cesar Du Buillon (R. Gatt) Ħin – 2.46.4" (1.17.7") 2. Black Sky (P. Galea) 3. Veaulnes (N. Baldacchino) 4. Secret Avenue (M. Fenech) VIII Tiġrija . Finali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Julio De Luxe (R. Gatt) Ħin – 2.41.6" (1.15.5") 2. Balthazar Maza (C. Borg) 3. Eagle B Butcher (J. Gafa') 4. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 5. Corky Ramirez (P. Galea) IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Bara Min (R. Magro) Ħin – 2.44.8" (1.17") 2. Castle Rose (M. Debono) 3. Albanien (I. Galea) 4. Sangria Knight (M. Falzon) X Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. New Moon Pellini (J. Gafa') Ħin – 2.47" (1.18") 2. Paradox (N. Baldacchino) 3. Vieux Lille (E. Bezzina) 4. Cadumroc (C. Degiorgio) Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Tasal l-ewwel telfa ta' Aston Villa
Il-midfielder Sean Cipriott se jġedded l-esperjenza tiegħu ma' Balzan meta ffirma kuntratt tliet snin. Matul l-istaġun li għadda Cipriott kien plejer importanti għat-tim ta' Senglea Athletic fejn kien misluf mingħand l-istess Balzan. Cipriott għażel li jiffirma ma' Balzan minkejja l-interess minn numru ta' klabbs oħra tal-Kampjonat Premier. Il-midfielder ta' 23 sena kien intagħżel minn Replay bħala l-aqwa plejer tax-xahar ta' taħt it-23 sena għal Ottubru-Novembru.
0not_entailment
Flavio Cheveresan jingħaqad maċ-champions Floriana
Iċ-champions Floriana ħabbru l-akkwist tal-attakkant Flavio Cheveresan. Dan hu l-ewwel akkwist tal-Furjaniżi minn kemm ilhom li ġew iddikjarati champions madwar ġimagħtejn ilu mill-Kunsill tal-MFA. Għal Cheveresan li għandu 31 sena, din mhux se tkun l-ewwel esperjenza f'pajjiżna wara li l-istaġun li għadda lagħab ma' Sirens. Hu kien plejer regolari fit-tim ta' Steve D'Amato li spiċċa fir-raba' post fil-kampjonat u kkwalifika għall-ewwel darba biex jilgħab fil-UEFA Europa League. Fl-ewwel staġun tiegħu ma' Sirens, Cheveresan skorja ħames gowls fil-kampjonat. Il-Brażiljan hu plejer li kapaċi jirbaħ ballun fl-arja u jżomm il-ballun fl-attakk, karatteristiċi li se jagħtu aktar għażliet lill-kowċ Vincenzo Potenza. Floriana se jkunu fl-azzjoni fil-UEFA Champions League, kompetizzjoni li għalissa għadu mhux magħruf meta se tibda. Qabel kompla l-karriera f'pajjiżna, Cheveresan lagħab ma' diversi klabbs f'pajjiżu fosthom Velo Clube-SP, EC Agua Santa, Taubate-SP, America-RN, Cuiaba-MT, Nova Iguacu, AA Anapolina and Campinense-PB.
1entailment
Armand Duplantis jikser ir-rekord dinji tal-pole vault
Fi Stadio Olimpico ta' Ruma f'ġurnata oħra mid-Diamond League, rekord tad-dinja fil-pole vault minn Armand Duplantis. L-atleta Żvediż ta' 20 sena mwieled fl-Istati Uniti ma' ddiżappuntax fejn qabeż xejn anqas minn 6.15 metri. Kien biżżejjed biex jikser ir-record tad-dinja li kien dak ta' 6.14 metri miksub mill-leġġendarju Sergej Bubka fl-1994. Duplantis li fix-xhur li għaddew qabel ma feġġet il-pandemija tal-coronavirus kien għeleb l-isfida tal-Franċiż Renaul Lavillenie, għandu wkoll ir-record tad-dinja tal-pole vault indoor li huwa dak ta' 6.18 metri. Din is-sena l-Kampjonat tal-Ewropa fejn Duplantis seta' jkun protagonista ġew posposti minħabba l-Covid 19. L-aħħar ġurnata tad-Diamond League se tkun il-Ġimgħa 25 ta' Settembru.
1entailment
Il-Bank of Valletta jistma li l-pandemija swietu madwar €25 miljun
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 5:36pm Il-Bank of Valletta jistma li l-pandemija tal-COVID swietu madwar €25 miljun f'nuqqas fil-qligħ fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, li jammonta għal tnaqqis ta' 75%. Waqt li ħabbar ir-riżultati finanzjarji għall-ewwel nofs tas-sena, il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Rick Hunkin qal li bejn Jannar u Ġunju li għadda, il-bank għamel qligħ ta' €13.8 miljun, tnaqqis ta' €41 miljun meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet. Irrapporta żieda fid-depożiti u s-self. Fil-preżentazzjoni tar-riżultati finanzjarji b'mod virtwali, is-Sur Hunkin qal li l-COVID affettwat is-setturi ekonomiċi lokali kollha u l-impatt fuq il-Grupp BOV kien inevitabbli. Il-bank irrapporta li d-dħul nett mill-imgħax, li jibqa is-sors ewlieni tad-dħul għall-bank ammonta għal €72.3 miljun, €5.3 miljun inqas mid-dħul reġistrat tul l-istess perjodu fl-2019. Il-qligħ mill-kummissjonijiet u mill-kummerċ ammontaw għal €37.0 miljun, 19% inqas mill-ewwel sitt xhur tal-2019. L-ispejjeż totali tal-operat fl-ewwel nofs tas-sena żdiedu bi €8.2 miljun għal kważi disgħin miljun ewro (€89.50). Iċ-Chairperson interim tal-grupp BOV, is-Sur Alfred Lupi, qal li waqt li qed iħarsu lejn il-ġejjieni b'ottimiżmu kawt, moħħhom mistrieħ li l-likwidità u l-kapital għadhom f'livelli b'saħħithom ħafna. Ġie spjegat li mill-bidu tas-sena finanzjarja, id-depożiti tal-klijenti żdiedu b'aktar minn €500 miljun u laħqu l-€11.1 biljun sa tmiem Ġunju 2020, waqt li s-self żdied b'€91 miljun minn Diċembru 2019 u issa jammonta għal €4.7 biljun.
1entailment
Bertrand jagħti indikazzjoni li se jirtira kmieni iżda jrid jibqa' involut
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 11:27am Il-plejer internazzjonali tal-Ingilterra u ta' Southampton Ryan Bertrand qal li wara li jirtira mill-karriera tal-plejer jixtieq jibqa' involut fil-futbol iżda mhux fil-kowċing jew fil-media. Bertrand qal li dan iż-żmien mhux fil-bogħod ħafna iżda għaż-żmien li ġej se jibqa' jikkonċentra fuq il-karriera ta' plejer ma' Southampton. Bertrand għandu 30 sena qal li l-aktar kariga li jippreferi hi dik li jkun Direttur ta' xi klabb.
1entailment
Sussidju ta' €300,000 fuq kirjiet lil 160 għaqda sportiva
Imtella' Awwissu 5, 2020 - Aġġornata 5 Ta' Awwissu, 2020 6:08pm Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima ħabbar għajnuna ta' €300,000 li se jitqassmu bejn 130 għaqda sportiva bħala sussidju fuq il-kirjiet tal-artijiet. "Din qed issa sabiex nassiguraw li l-clubs jibqgħu bil-kotba kif suppost imma anke naraw li l-clubs ma jitqegħdux f'sitwazzjoni diffiċli fejn ikollhom riskju għall-eżistenza tagħhom, kulħadd jaf ir-realtà tagħna u llum nedejna dan il-fond ta' €310,000 li minnu se jibbenefikaw 130 għaqda" Huwa spjega li l-għaqdiet sportivi kellhom nuqqas ta' dħul matul il-pandemija tal-Covid-19 li kellha riperkussjonijiet fuq dawn l-għaqdiet. Għalhekk SportMalta qiegħda tgħin lil 130 għaqda sportiva sabiex dawn ikunu jistgħu jkopru l-kirjiet tal-art u jerġgħu iqumu fuq saqajhom. Is-Segretarju Parlamentari qal li SportMalta mill-bidu nett tal-pandemija kienet minn ta quddiem sabiex tagħti l-għajnuna meħtieġa lil dawn l-għaqdiet. Fost dawn kien hemm l-iskema tal-Covid Wage Supplement, l-Online Helpdesk u wkoll ikkummisjonat protokolli mediċi. Iċ-chairperson ta' SportMalta, Luciano Busuttil qal li l-imxija tal-COVID-19 laqtet ħażin ħafna wkoll lill-klabbs u għaqdiet sportivi li kellhom jagħlqu l-impjanti u faċilitajiet tagħhom b'konsegwenza li sofrew daqqa finanzjarja. Huwa qal li l-maġġoranza tal-klabbs u għaqdiet sportivi jistrieħu fuq il-ftit introjtu li kapaċi jagħmlu mill-faċilitajiet tagħhom u mill-assistenzi ta' SportMalta.
1entailment
Sevilla jeliminaw lil Wolves b'gowl lejn it-tmiem
Illejla saru magħrufa s-semifinalisti tal-Europa League wara li kellna żewġ kwartifinali oħra fejn flimkien ma' Manchester United u Inter issa ngħaqdu wkoll Shaktar Donetsk u Sevilla. Fil-Veltins Arena, Shaktar Dontesk għelbu lil Basel 4-1. L-Ukreni fetħu tajjeb u wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor permezz ta' JUNIOR MORAES wara li rċieva cross tajjeb minn corner ta' Morlos. Shaktar ma damux ma rduppjaw u fit-22 minuta TAISON għamilhom 2-0 wara li rċieva mingħand Morlos bil-konklużjoni tiegħu tkun mxellfa għal wara Nikolic. It-tim ta' Luis Castro setgħa mar 3-0 fil-vantaġġ meta x-xutt ta' Bahia stampa mal-mimduda. Minkejja li fit-tieni taqsima Basel ħarġu aħjar, kienu Shaktar Donetsk li skorjaw it-tielet gpwl meta Taison kien iffawljat fil-kaxxa minn Marchand. ALAN PATRICK ingariga ruħu mill-penalty u aċċerta mill-kwalifikazzjoni. Shaktar żiedu ieħor fit-88 minuta permezz ta' DODO wara li rċieva mingħand Tete. Basel naqsu l-iskor tard fil-partita permezz ta' RICKY VAN WOLFSWINKEL. Sevilla tħabtu sew biex għelbu lil Wolves 1-0 b'gowl lejn it-tmiem fil-Schauinsland-Reisen-Arena. Wara 11 –il minuta Wolves ingħataw penalty meta Diego Carlos waqqa' lil Adama Traore fil-kaxxar wara ġirja tajba. Minn 11 –il metru Raul Jimenez ra lil Bono isalva t-tentattiv tiegħu. Fit-tieni taqsima Sevilla ħarġu aħjar u ħolqu bosta okkażjonijiet ta' skor. Fis-66 minuta minn corss ta' Suso, Kounde għola waħdu bir-ras iżda naqas milli jimpenja lil Patricio. Fis-76 minuta freekick tajjeb ta' Ever Banega mpenja b'diffikultà lil Patricio. Sevilla marru fil-vantaġġ fis-87 minuta meta minn corss preċiż ta' Ever banega kien LUCAS OCAMPOS li għola fuq kulħadd u għeleb lil Patricio b'daqqa' ta' ras fil-baxx biex ta post fis-semifinali lit-tim ta' Julian Lopetegui. B'hekk fis-semifinali, Shaktar Donetsk jilgħabu kontra Inter filwaqt li Manchester United jisfidaw lil Sevilla. UEFA EUROPA LEAGUE Kwartifinali: Ilbieraħ: Inter v B. L'kusen 2-1, Man Utd v Copenhagen 1-0 (aet), Illum: S. Donetsk v Basel 4-1, Wolves v Sevilla 0-1, Semifinali: Il-Ħadd : Sevilla v Man Utd 9.00pm, It-Tnejn: S.Donetsk v Inter 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Il-Maltco tagħti €50,000 lill-Fondazzjoni Logħob Responsabbli
Burnley komplew jitilgħu fil-klassifika wara rebħa ta' 1-0 f'Selhurst Park kontra Crystal Palace. Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għat-tim ta' Sean Dyche filwaqt li Palace sofrew it-tieni telfa konsekuttiva wara li kienu megħluba 4-0 minn Liverpool. Qabel din il-logħba, Crystal Palace kienu rebħu l-aħħar erba' logħbiet fil-Premier League kontra Burnley. Burnley skorjaw l-uniku gowl tal-logħba fit-62 minuta meta minn free-kick ta' Ashley Westwood, id-difensur Ben Mee tar minn tulu biex b'daqqa ta' ras għeleb lil Vicente Guaita, bil-gowlkiper imiss il-ballun qabel ħabat mal-wieqfa u daħal fix-xibka. Wara dan il-gowl, it-tim ta' Roy Hodgson żied l-isforzi biex jevita t-telfa iżda ftit kienu diretti u perikolużi lejn il-lasta ta' Nick Pope. B'din ir-rebħa, Burnley laħqu lil Tottenham b'45 punt għalkemm b'logħba aktar filwaqt li Crystal Palace baqgħu fil-11-il post bi 42 punt.
0not_entailment
Luxol jirbħu wkoll il-finali tan-Knock Out
Luxol għalqu l-istaġun bl-aħjar mod possibli, hekk kif wara li rebħu l-kampjonat tal-Elite, rebħu wkoll il-Finali tan-Knock Out għal darb'oħra kontra Valletta bl-iskor ta' 6-2. Logħba li fil-bidu kienet bilanċjata u li baqgħet eċċitanti u interessanti sal-aħħar. Kienu li l-Beltin li fit-tielet minuta fetħu l-iskor permezz ta' Dylan Musu u f'inqas minn minuta Andy Mangion għamilhom 1-1. Żewġ minuti mit-tmiem Leanderson Sant' Anna Coriolano poġġa lil Luxol fil-vantaġġ u hekk intemmet l-ewwel taqsima. Wara seba' minuti milgħuba tat-tieni taqsima Luxol għamluhom 3-1 hekk kif il-ballun ġie mxellef ma' idejn Musu u daħal ħelu ħelu fix-xibka. 40 sekonda biss wara kien imiss lil Nicola Del Re, li lbieraħ kellu l-faxxa ta' captain li skurja r-raba' gowl għal Luxol. Meta kien fadal 7 minuti u 52 sekonda Celino Alves għamilhom ħamsa u 36 sekonda wara Leanderson għaqqad doppjetta personali u għamilhom 6-1. Madwar ħames minuti wara Mohamed Abdussalam Elamari skurja t-tieni gowl ta' Valletta, biex għamel l-iskor finali ta' 6-2. Wara tmiem il-logħba il-Viċi President tal-MFA Dr Matthew Paris flimkien ma' Mireille Vella ippreżentaw il-midalji u t-tazza lil Nicola Del Re u Mark Zammit għollew flimkien fost il-briju ta' sħabhom. Matul din il-ġimgħa wkoll fl-aħħar Promotion Play Off Tarxien Rainbows għelbu lil Pietà Hotspurs bl-iskor ta' 4-0. B'hekk ġie fi tmiemu staġun ieħor ta' futsal lokali, bl-impenn li jmiss ikun is-sehem ta' Luxol fir-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Champions League.
1entailment
Qormi Daikin u Gree Sliema fil-finali taċ-Challenge Cup tal-Hockey
Hekk kif nhar il-Ħamis li ġej jibda l-logħob tat-Tazza tad-Dinja, tnediet il-kanzunetta The World is Ours, b'Ira Losco bħala waħda mill-protagonisti. Il-kanzunetta The World is Ours tnediet bl-inizjattiva tal-Coca Cola. Ira Losco ngħaqdet mal-eks stilla tal-X Factor David Correy The World is Ours inkitbet minn Rock Mafia u l-filmat inġibed f'diversi postijiet f'Malta. Il-filmat għandu direzzjoni u muntaġġ ta' Ruby Grima u Gianluca Pace.
0not_entailment
Udjenza kbira ssegwi l-intervista sħiħa ta' Devis Mangia ma' Replay fuq Facebook
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 7:22pm Juventus huma l-ewwel finalisti tal-finali tal-Coppa Italia ta' dan l-istaġun 2019/20 hekk kif il-bieraħ fl-Allianz Stadium ta' Turin huma ġew draw ta' 0-0 kontra Milan u għaddew permezz tal-aggregate ta' 1-1 li kien ir-riżultat tal-ewwel leg ta' din is-semi finali. L-ewwel leg kien intlgħab fit-13 ta' Frar. Quddiem Stadium vojt Juventus setgħu marru minn fuq kmienu fil-logħba meta huma ingħataw penalty li kien mogħti minn Cristiano Ronaldo li jolqot il-lasta b'Donnarumma li kien viċin il-ballun. Wara kienu Milan li sfaw b'10 players wara li tkeċċa Ante Rebic għal foul fuq Danilo. Illejla fid-9pm Napoli kontra Inter fejn fl-ewwel leg kienu Napoli li rebħu 1-0.
0not_entailment
Partizan Belgrade fil-finali tat-Tazza Serba
Judd Trump ikkonferma li huwa n-numru wieħed fid-dinja tas-snooker meta għal ħames darbiet f'sitt frames għamel breaks ta' aktar minn mija. Trump għeleb lil David Gilbert b'6 frames għal 3 f'partita minn Grupp 2 fit-Tournament Champion of Champions li qed isir fil-Marshall Arena f'Milton Keynes. Ġranet qabel kien għamel wkoll break ta' 119 kontra Stuart Bingham. Kontra David Gilbert għamel breaks ta' 103 ; 117 ; 112 ; 107 u 138 sabiex issa nhar is-Sibt jilgħab fit-tieni semi finali kontra c-Champion tad-Dinja Ronnie O'Sullivan għal post fil-finali. Trump li f'sentejn rebaħ għaxar ranking tournaments kif wkoll il-Masters, fl-2014 kien tilef fil-finali tac-Champion of Champions 10 – 7 kontra Ronnie O'Sullivan kif wkoll sena ilu 10 – 9 kontra Neil Robertson.
0not_entailment
Armand Duplantis jikser ir-rekord dinji tal-pole vault
Sliema b'punti massimi fi Grupp B Stewart Said Ebda diffikultà għal Sliema Frank Salt u Exiles Ferrett i biex kisbu t-tliet punti f'logħbiet li kienu mistennija li joħorġu rebbieħa. Sliema ġabu fix-xejn lil Valletta IZIBET fejn komplew jikkonfermaw il-potenzjal tagħhom f'dan l-istaġun. Is-Slimiżi qatt ma dehru li setgħu jfallu milli jirbħu l-logħba u permezz ta' Jerome Gabarretta, Liam Galea, Nicholas Bugelli u Zach Mizzi fetħu vantaġġ meritat ta' erba' gowls. Valletta kienu statiċi wisq fil-logħob tagħhom u qatt ma dehru li setgħu jaħsdu lil Sliema b'xi rimonta, bin-nuqqas ta' Niki Lanzon ma jgħinx lit-tim biex iżomm ftit il-livell mal-avversarji. Sliema daħlu jistrieħu 10-1 minn fuq, bis-centre Jerome Gabarretta jiskorja tlieta mis-sitt gowls f'din is-sessjoni. Il-logħba naqqset mir-ritmu tagħha, bil-kowċ Sergio Afric jagħmel aktar rotazzjoni fit-tim Slimiż. Valletta rnexxielhom jirbħu t-tielet sessjoni biex ipposponew id-distakk milli jkompli jikber u qasmu l-logħba mal-avversarji fl-aħħar sessjoni, b'Sliema xorta jirbħu l-aħħar tmien minuti u temmew b'rebħa aktar milli komda ta' 14-6. Exiles għelbu lil Otters Nivea 17-5 bix-xellugi Mark Fenech protagonist b'ħames gowls. Gowls ta' Fenech, Kurt Griscti u Jake Bajada fl-ewwel sessjoni taw vantaġġ komdu lil Exiles li setgħu jikkontrollaw il-logħba mingħajr problemi. Id-differenza bejn iż-żewġ timijiet hi evidenti, b'Otters iħallu d-distakk darbtejn għal tliet gowls sakemm Fenech u Griscti daħħlu lit-tim ta' Igor Vukanovic jistrieħu 7-2. It-tielet sessjoni kienet identika għall-ewwel perjodu hekk kif Exiles skorjaw erba' gowls mingħajr risposta permezz ta' Sean Xerri de Caro, Nicky Paris, Mark Fenech u Jake Bajada. Bil-partita kienet diġà tilfet l-interess, Exiles komplew jiddominaw u finalment ħarġu rebbieħa b'distakk kbir ta' 12-il gowl. OTTERS NIVEA…………….. 5 EXILES FERRETTI……….. 17 (0-3), (2-4), (0-4), (3-6) Otters: M. Xerri, M. Lanzon (1), R. Caruana, A. Dimech, E. Meli (4), G. Vella, K. Scicluna, M. Farrugia, D. Dimech, D. Zahra, D. Tully, S. Xerri, D. Spiteri, M. Caruana Baluci Exiles: M. Castillo, J. Bajada (3), A. Magri, P. Paris, T. Sullivan, S. Xerri de Caro (2), M. Fenech (5), K. Griscti (2), N. Paris (2), A. Cousin (1), S. Apap (2), D. Fenech, I. Schembri Referees: Peter Balzan, Alessandro Chimenti SLIEMA FRANK SALT….. 14 VALLETTA IZIBET………… 6 (4-0), (6-1), (1-3), (3-2) Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (5), L. Galea (1), J. Sciberras, M. Meli, B. Cachia, M. Spiteri Staines (1), J. Cutajar, J. Brownrigg (3), J. Gambin (1), Z. Mizzi (1), N. Bugelli (2), A. Teuma, C. Cutajar, E. Schembri Valletta: R. Sciortino, P. Borg (1), E. Aquilina, M. Stellini (2), A. Agius (1), R. Mock, D. Paolella, A. Bianchi (1), N. Farrugia, M. Zammit, K. Galea (1), N. Lanzon, T. Micallef Referees: Mirko Schiavo, Mario Dalli Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Mario Muscat u Simon Grech ma' Mosta FC
Kif ħabbret din il-paġna ftit tal-ġimgħat ilu, Mario Muscat ġie maħtur Direttur Tekniku fi ħdan Mosta FC, filwaqt li Simon Grech ser ikun l-kowċ tal-goalkeepers tal-istess klabb. Dan kien l-aħħar kolp ta' Mosta FC fl-aħħar sigħat, wara li aktar kmieni ħabbru li Jason Vella ġie maħtur team manager filwaqt li Davor Filipovic kien ġie maħtur bħala kowċ tat-tim Mosti. Matul l-ewwel parti tal-istaġun li għadda Muscat mexxa lill- Senglea Athletic F.C. filwaqt li fl-istaġun ta' qabel l-ex goalkeeper internazzzjonali Malti mexxa lill-Qormi F.C.
1entailment
L-Open ta' Madrid f'dubju minħabba l-coronavirus
L-Open ta' Madrid jinsab taħt theddida hekk kif l-organizzaturi ngħataw il-parir mill-Ministeru tas-Saħħa fi Spanja biex ma jorganizzaw l-ebda avveniment minħabba li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 fil-belt qed tkompli tmur għall-agħar. It-tournament hu skedat li jibda fit-12 ta' Settembru. L-organizzaturi qalu li qed janalizzaw is-sitwazzjoni u qed iħallu l-għażliet kollha miftuħa. In-numru tnejn tad-dinja Rafael Nadal hu fost it-tennisti li għażlu li jipparteċipaw. Mill-bidu tal-pandemija, Spanja kellha aktar min 288,000 każ ta' coronavirus u mietu aktar minn 28,000 persuna. It-tournament kien mistenni jservi ta' preparazzjoni għall-Open ta' Franza.
1entailment
Iġbed... Itlaq ! Tedesco ma jaqbilx mal-proġett tekniku ta' Valletta u jitlaq
Inter se jilgħabu fil-finali tal-UEFA Europa League ta' nhar il-Ġimgħa kontra Sevilla wara li lbieraħ għelbu lill-Ukreni ta' Shaktar Donetsk 5-0. Inter fetħu l-iskor wara 19 –il minuta meta minn clearance ħażina tal-gowlkiper ta' Shaktar, il-ballun spiċċa f'saqajn Barella li bi cross preċiż sab lil LAUTARO MARTINEZ li b'daqqa ta' ras fil-baxx għeleb lil Pyatov biex b'hekk skorja l-20 gowl tiegħu dan l-istaġun. Shaktar resqu viċin il-gowl tad-draw man-nofsiegħa logħob meta minn pass tajjeb ta' Dodo, l-konklużjoni ta' Moraes kienet devjata għall-corner. It-tim ta' Antonio Conte setgħa rdoppja fl-34 minuta meta l-konklużjoni ta' Barella kienet salvata b'diffikultà minn Pyatov. Fit-tieni taqsima, Inter ħarġu biex isibu t-tieni gowl u wara li rebaħ il-ballun f'nofs il-grawnd, Lautaro Martinez prova konklużjoni mill-bogħod fejn sab lil Pyatov attent biex dawwar f'corner. Fit-62 minuta, it-tim ta' Luis Castro seta' ġab id-draw meta minn cross ta' Matvyenko, kien Moraes li waħdu fil-kaxxa bir-ras ġie mċaħħad minn Handanovic. Inter kisbu l-gowl ta' kwalifikazzjoni fl-64 minuta meta minn corner għal fuq it-tieni lasta, kien DANILO D'AMBROSIO li bir-ras għeleb lil Pyatov. Fil-71 minuta Inter resqu viċin li jiskorjaw it-tielet gowl iżda l-konklużjoni fjakka ta' Romelu Lukaku kienet salvata faċilment minn Pyatov. MARTINEZ għamilhom 3-0 żewġ minuti wara meta approfitta minn inċertezza fid-difiża ta' Shaktar u kkonkluda b'xutt lejn ir-rokna tax-xibka. ROMELU LUKAKU kompla l-istaġun pożittiv tiegħu meta minn pass ta' Martinez ikkonkluda fil-baxx għal wara Pyatov. LUKAKU skorja t-tieni gowl personali meta wara ġirja tajba kkonkluda minn taħt Pyatov. Lejn it-tmiem iż-żagħżugħ Espostio kellu ċans jagħmilhom 6-0 iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet ftit barra. Din se tkun l-ewwel finali Ewropeja ta' Inter sa mill-2010 meta dakinhar kienu waslu sal-finali tal-UEFA Champions League u għelbu lil Bayern Munich 2-0 biex aċċertaw mit-treble. UEFA EUROPA LEAGUE Semifinali: Ilbieraħ: Sevilla v Man Utd 2-1, Illejla: Inter v Shaktar Donetsk 5-0, Finali: il-Ġimgħa : Sevilla v Inter 9.00 pm Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Skont l'Equipe Thiago Silva se jħalli lil Paris-Saint Germain
Ftit wara li ġew umiljati minn Bayern Munich fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League, numru ta' rapporti internazzjonali qed jgħidu li Barcelona keċċew lill-kowċ Quique Setien. Setien sar kowċ ta' Barcelona f'Jannar li għadda wara li kienu keċċew lil Ernesto Valverde wara sensiela ta' riżultati negattivi. Minkejja li kellu vantaġġ komdu ta' punti fuq Real Madrid fil-La Liga, Setien naqas mill jwassal lil Barcelona għar-rebħ tal-kampjonat. Wara t-telfa umiljanti kontra Bayern Munich, Barcelona bdew it-tfittxija għal kowċ ġdid bil-favoriti jkunu Xavi, Arsene Wenger u Mauricio Pochettino.
0not_entailment
Tħabbret il-mewt ta' Willie Thorne- ikona tal-isnooker
F'Carrow Road Manchester United kwalifkaw għar-rawnd li jmiss tal-FA Cup wara li wara l-ħin barrani għelbu lil Norwich 2-1. Minkejja li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika tal-Premier League, Norwich xorta waħda kellhom prestazzjoni piżittiva. It-tim ta' Daniel Farke kien l-aktar perikoluż matul l-ewwel taqsima fejn ħolqu numru ta' okkażjonijiet fejn setgħu marru fil-vantaġġ. Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima resqu viċin li jagħmlu dan meta wara xogħol tajjeb fuq ix-xellug minn Cantwell, kien Rupp li ra x-xutt tiegħu mblukkat minn Harry Maguire. Manchester United marru fil-vantaġġ fil-50 minuta meta minn cross ta' Luke Shaw sab lil Mata li għadda lejn ODION IGHALO li b'xutt b'saħħtu għeleb lil Tim Krul. Norwich setgħu ġabu d-draw fit-68 minuta meta x-xutt ta' Buendia kien milqugħ minn fuq il-linja minn sieħbu stess Godfrey. Norwich ġabu d-draw fil-75 minuta wara xutt tajjeb minn barra l-kaxxa taż-żagħżugħ TODD CANTWELL. Fit-89 minuta Norwich spiċċaw jilagħbu b'għaxar plejer wara li Timm Klose tkeċċa għal fawl fuq Odion Ighalo. Il-partita marret għall-ħin barrani u kien HARRY MAGUIRE li tliet minuti mit-tmiem tefgħa lil Manchester United fil-vantaġġ.
0not_entailment
Bayern Munich fil-finali taċ-Champions League kontra Paris-Saint Germain
Bayern Munich ikkonfermaw post fil-finali tal-UEFA Champions League wara li għelbu lil Lyon 3-0 permezz ta' doppjetta minn Gnarby u Lewandowski. It-tim Ġermaniż se jaffaċja lil Paris-Saint Germain fil-finali nhar il-Ħadd 23 ta' Awwissu fid-21.00. F'bidu pożittiv ħafna għal Lyon, kienu huma li kellhom l-ewwel opportunità fejn Maxence Caqaerret tefa' ballun fit-tul għal Memphis Depay li waħdu mal-gowlkiper ixxuttja barra. Fl-10 minuta, Bayern Munich kellhom ċans jiftħu l-iskor meta pass minn Robert Lewandowski poġġa lil Leon Goretza waħdu iżda spiċċa laqat il-ballun ħazin u tefa' barra. Mal-kwarta logħob, it-tim Franċiż tilfu ċans ieħor permezz ta' Toko Ekambi fejn wara li ħarab lil Alphonso Davies kellhu x-xutt li ħabat mal-lasta. Fit-18-il minuta, Bayern Munich fetħu l-iskor permezz ta' Serge GNARBY wara li rċieva pass minn Joshua Kimmich, għamel ġirja lejn in-nofs u kkonkluda b'xutt b'saħħtu fir-rokna tax-xibka. It-tim ta' Hans-Dieter Flick ħa iżjed kontroll tal-partita, u wara żball fid-difiża, Gnarby kellhu xutt milqugħ minn Anthony Lopes. Bayern Munich kabbru l-vantaġġ fit-32 minuta wara pass fil-kaxxa minn Ivan Perisic sab lil Lewandowski li falla milli kkonkluda bil-ballun spiċċa għand GNARBY u għamel id-doppjetta. L-aħħar opportunità fl-ewwel taqsima waslet minn Lewandowski hekk kif falla ċans ieħor wara cross tajjeb minn Gnarby. Lyon irrispondew immedjatament wara daqqa ta' ras ta' Marcelo kienet milqugħa minn Manuel Nueur. It-tim ta' Rudi Garcia baqa' jipprova jsib il-gowl wara li pass tajjeb minn Houssem Aouar sab lil Ekambi waħdu iżda Nueur imblokka tajjeb ix-xutt. VAR ħassret gowl ta' Bayern Munich meta cross minn Muller kien imxellef minn Goretzka b'Coutinho kkonkluda iżda kien f'pożizzjoni rregolari. Bayern Munich ikkonfermaw ir-rebħa permezz ta' LEWANDOWSKI li b'daqqa ta' ras ma falliex wara free kick preċiż minn Kimmich, biex assiguraw post fil-finali.
1entailment
Valletta mhux se jgħaġġlu fid-deċiżjoni ta' kowċ ġdid, b'Gilbert Agius għalissa se jkun responsabbli
Wara t-telfa fil-finali tal-UEFA Champions League, il-pulizija Franċiża arrestat 148 partitarju ta' PSG wara numru ta' rvellijiet li seħħew f'Pariġi matul il-lejl li għadda. Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li l-irvellijiet seħħew f'Champ-Elysees madwar l-istadium ta' PSG fejn numru ta' partitarji nġabru biex isegwu l-finali kontra Bayern Munich. Kelliem għall-pulizija qal li numru ta' karozzi ġew maħruqa kif ukoll tkissru numru ta' twieqi tal-ħwienet li jinsabu fil-madwar. Il-Ministru tal-Intern Franċiż qal li minn tal-inqas 16 –il pulizija weġgħu f'dawn l-inċidenti, bil-pulizija jkollha tuża l-gas tad-dmugħ biex tikkalma s-sitwazzjoni.
0not_entailment
Il-Gvern taljan irid ixandar xi logħbiet tas-Serie A fuq il-pjattaforma bla ħlas
Nhar il-Ħadd 6 ta' Ottubru se jiġu ppruvati l-karozzi li se jie ħ du sehem fl-iMdina Grand Prix 2013. Tim ta' speċjalisti bejn id-9 am u l-4 pm se jiċċekjaw il-magni u s-sigurta' ta' dawn il-karozzi. Din l-attivita' se ssir fil-parkeġġ ta' SmartCity Malta. Il-pubbliku b'mod speċjali d-dilettanti tal-karozzi huma m ħ eġġa li jattendu. 'Le Concours d'Elegance' se ssir il-Ġimgha 11 ta' Ottubru. Is-Sibt 12 ta' Ottubru, se jkun hemm provi u kwalifiki bil- ħ in. Il-Ħadd 13 ta' Ottubru jkun hemm it-tlielaq b'kategoriji differenti.
0not_entailment
ARA: Protesta kontra l-immigrazzjoni illegali u n-nuqqas ta' sigurtà fil-Ħamrun
Fi protesta kontra l-immigrazzjoni illegali u n-nuqqas ta' sigurtà fil-Ħamrun u l-inħawi tal-madwar – inkluż il-Marsa u Santa Venera – l-attivist Raymond Ambrogio qal li l-Prim Ministru hu obbligat iħares is-sigurtà nazzjonali, li fi kliemu diġà hija mhedda. Qal li l-Gvern għandu jsaħħaħ s-sigurtà u juża s-suldati jekk ikun hemm aktar immigranti li jaħarbu miċ-ċentri ta' dettenzjoni. B'referenza għall-65 immigrant minn 94 li nstabu pożittivi għall-COVID-19, is-Sur Ambrogio qal li l-Prim Ministru hu obbligat iħares saħħet il-poplu u qal li għandu jagħlaq il-portijiet b'mod immedjat għall-immigranti illegali. Fi protesta t-Tlieta filgħaxija, organizzata mill-grupp ta' Facebook Ħamrun għall-Ħamruniżi Maltin, qal li kull barrani li jinstab ħati ta' reat kriminali u jeħel il-ħabs għandu jkun deportat. Skont is-Sur Ambrogio l-ħaddiema barranin qed jiġu preferuti mill-Maltin. F'dan ir-rigward qal li għandha tinbidel il-Kostituzzjoni biex bil-liġi l-ewwel jintgħażlu l-Maltin u mbagħad l-barranin. Appella lill-patrijotti biex ma jqumux biss għall-protesti imma biex jagħtu leħen lill-patrijotti fil-Parlament.
1entailment
Miami Heat jirbħu t-tielet logħba kontra LA Lakers
Il-futbol Malti jinsab f'luttu hekk kif tħabbret il-mewt ta' Paul Falzon fl-età ta' 73 sena, persuna sinonima mal-klabb ta' St. Andrews. Flimkien mal-eks President tal-MFA Norman Darmanin Demajo kienu fost il-persuni li ħolqu l-klabb ta' St. Andrews u baqa' involut fil-klabb sal-aħħar jiem ta' ħajtu. St. Andrews ġew promossi għall-Kampjonat Premier għall-ewwel darba fl-istaġun 1990/91. Falzon kien ukoll involut sew fl-amalgamazzjoni ta' St. Andrews ma' Birkirkara f'nofs is-snin disgħin, idea li għalkemm ma ħallietx il-frott mixtieq, salvat lil St. Andrews mill-possibbiltà li l-klabb jispiċċa. Hu baqa' jżomm l-irwol ta' chairman għal numru kbir ta' snin u fl-aħħar snin il-klabb kien reġa' rritorna fl-ogħla diviżjoni u dam erba' staġuni, bl-istaġun li għadda mmilitaw fl-Ewwel Diviżjoni. Legat li żgur se jħalli Falzon hi l-istruttura tal-klabb speċjalment fis-settur taż-żgħażagħ hekk kif illum in-nursery ta' St. Andrews probabbilment tilqa' fiha l-akbar numru ta' tfal li jilagħbu l-futbol. Minbarra l-involviment attiv fil-klabb ta' St. Andrews, Paul Falzon kien ukoll Membru tal-Kunsill kif ukoll tal-Eżekuttiv tal-MFA għal diversi snin. Falzon kien ukoll gowlkiper prominenti fix-xena tal-waterpolo fis-snin 60 u 70 ma' Valletta kif ukoll mat-tim nazzjonali. Hu kien persuna popolari fiċ-ċrieki tal-futbol u jibqa' mfakkar għall-karattru ċajtier li kellu. Kondoljanzi lill-familja kollha u dawk viċin tiegħu
0not_entailment
Iktar każijiet ta' coronavirus fil-futbol
Il-pandemija tal-coronavirus qed tkompli tippersisti u l-każijiet dejjem jiżdiedu. Dan jidher evidenti anke fil-futbol, fejn f'din il-waqfa ta' ġimgħatejn mill-kampjonati lokali minħabba l-logħob internazzjonali, qed jinstabu iżjed plejers pożittivi. Il-plejer ta' Inter Ashley Young tħabbar mill-klabb li nstab pożittiv, hekk kif din l-aħbar tpoġġi iżjed f'dubju d-derby ta' bejn Inter u Milan. Dan wara li fit-tim ta' Conte nstabu każijiet oħra ta' plejers, li huma Alessandro Bastoni, Milan Skriniar, Radja Nainggolan, Roberto Gagliardini u Ionut Radu. Milan sabu wkoll lil Matteo Gabbia li jinsab f'iżolament, filwaqt li Zlatan Ibrahimovic fieq mill-virus. Iżjed każijiet mill-kampjonat Taljan huma Koray Gunter u Antonin Barak ta' Hellas Verona, filwaqt li Udinese ħabbru ukoll każ imma ma kienx plejer. Barak instab pożittiv waqt l-impenji tiegħu mar-Republika Ċeka, fejn lagħab ukoll il-partita kontra Ċipru nhar l-Erbgħa li għadda. Il-plejer ta' Liverpool Naby Keita wkoll instab pożittiv waqt li jinsab mat-tim nazzjonali tal-Guinea. It-tim tal-Irlanda sabu plejers pożittiv ftit siegħat qabel il-partita kontra Wales. Dan sforża erba' plejers oħra li kellhom kuntatt dirett ma' dan il-plejer biex imorru f'iżolament u ma jieħdux sehem fil-logħba. Nir Bitton tal-Iżrael u ta' Celtic ukoll instab pożittiv. Fuq aħbarijiet oħra, Marcus Rashford ta' Manchester United ingħata l-MBE award mingħand ir-reġina tal-Ingilterra għas-serviżż tiegħu mat-tfal vulnerabbli fl-Ingilterra waqt il-pandemija tal-coronavirus. Hu assigura li t-tfal jirċievu ikel b'xejn tul is-sajf kollu.
1entailment
Harry Maguire arrestat fil-Greċja
Ġunju 12, 2020 Il-Grand Prix's tal-Ġappun, Singapore u l-Ażerbajġan ġew ikkanċellati minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Il-Formula 1 pruvaw sal-aħħar biex iżommu dawn it-tliet tappi fil-kalendarju għal dan l-istaġun iżda ftit ilu tħabbar li dan ma mhux se jkun possibbli minħabba l-inċertezza li għadha teżisti fil-pajjiżi. Il-Grand Prix ta' Suzuka ġiet ikkanċellata minħabba li fil-Ġappun, l-ivjaġġar mhux se jkun possibbli. Iċ-ċirkwieti ta' Singapore u Baku mhux se jkunu jistgħu jsiru tlielaq fihom għax mhux possibbli li jkunu attrezzati għal kontra l-virus.
0not_entailment
Xahrejn wara mill-inċident ikrah fi Siena
Xahrejn wara l-inċident ikrah li kellu bil-handbike tiegħu fi Siena, l-atleta paralimpiku Alex Zanardi għamel titjib sostanzjali fil-qagħda klinika tiegħu. Dan qalu l-Isptar San Raffaele di Milano fejn jinsab rikoverat l-istess Zanardi. Huma żiedu li bħalissa qiegħed jiġi trattat f'kura semi-intensiva. Zanardi sofra inċident ikrah bil-handbike tiegħu waqt tellieqa fis-Siena fid-19 ta' Ġunju fejn għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-handbike tiegħu u baqa' dieħel fi trakk li kien ġej mid-direzzjoni opposta. Wara kważi xahrejn jirċievi kura intensiva u anke sarulu żewġ interventi mediċi, issa jidher li l-kundizzjoni medika tiegħu qed titjieb. Alex Zanardi huew eks sewwieq tal-Formula 1 fejn wara inċident li kien sofra kien tilef saqajh it-tnejn u minn dakinhar wara li rkupra beda jeħu sehem fi tlielaq permezz tal-handbike.
1entailment
Hamilton u Bottas jibdew jitħarrġu f'Silverstone
L-eks plejer ta' Ajax Abdelhak Nouri, li lura f'Lulju tal-2017 kien waqa' f'nofs logħba, irnexxielu jirkupra minn koma wara kważi tliet snin. L-inċident kien seħħ waqt logħba ta' ħbiberija kontra Weder Bremen. Hu kien sarlu intervent fil-grawnd stess biex ireġġgħulu lura t-taħbita tal-qalb u wara ftit tal-ħin ittieħed lejn l-isptar. Minħabba l-inċident spiċċa biex affetwalu ħażin lil moħħu. Kellu jkun propju sentejn u disa' xhur wara li seħħ l-inċident li Nouri rnexxielu jirkupra. After 2 years, 8 months and 19 days, Abdelhak Nouri has woken from a coma. He can now eat and sit in a wheelchair. The Ajax midfielder collapsed in a match vs Werder Bremen on July 8th 2017. Such good news to hear 💪 pic.twitter.com/A3SnzqfFLI — talkSPORT (@talkSPORT) March 26, 2020 Ħuh Abderrahim waqt intervista qal li m'ilux wisq id-dar u b'hekk se jkunu jistgħu jieħdu ħsiebu mid-dar stess. Ħuh stqarr li għadu fraġli ħafna iżda hu konxju li jinsab id-dar ma' familtu.
0not_entailment
Sliema jbatu biex jegħlbu lil Sirens
Stewart Said SIRENS MECCA MARIN ………. 3 SLIEMA FRANK SALT………….. 5 (2-3), (0-1), (1-0), (0-1) Kellu jkun gowl lejn it-tmiem li aċċerta ritorn għar-rebħ għal Sliema wara t-telfa ftit kontroversjali kontra San Ġiljan. Sliema li kienu mingħajr Jamie Gambin, ma kellhomx prestazzjoni mill-aqwa iżda għamlu biżżejjed biex jiksbu t-tliet punti. Sirens ma kellhomx prestazzjoni negattiva iżda n-nuqqas ta' plejer li jiskorja b'mod frekwenti qalb tim mimli żgħażagħ, qed ikun detrimentali għat-tim ta' Marko Orlovic. Kien Matthias Azzopardi li poġġa lil Sirens fil-vantaġġ b'xutt sabiħ għar-rokna ta' fuq iżda doppjetta ta' Michael Spiteri Staines poġġiet lil Sliema fil-vantaġġ. Ken Erodgan ġab id-draw għal Sirens sakemm Liam Galea daħħal lil Sliema 3-2 minn fuq b'gowl fl-aħħar ħames sekondi tas-sessjoni. Spiteri Staines għaqqad it-tripletta personali bl-uniku gowl fit-tieni sessjoni iżda s-Slimiżi naqsu li jimponu s-superjorità tagħhom u daħlu jistrieħu biss b'vantaġġ ta' 4-2. Dan id-distakk għen lil Sirens biex jibqgħu fil-logħba u fit-tielet sessjoni poġġew aktar pressjoni fuq id-difiża ta' Sliema minkejja li skorjaw biss f'azzjoni mill-isbaħ permezz ta' Lucas Falzon. Sliema ma żammewx il-livell ta' logħob u f'din is-sessjoni ftit kienu ta' periklu għal Joseph Parnis. Iż-żewġ timijiet bdew ifittxu l-gowls importanti fl-aħħar tmien minuti tal-logħba. Sirens kienu qed jimmiraw li jġibu d-draw f'perjodu fejn kienu kompetittivi daqs l-avversarji filwaqt li Sliema riedu jiftħu distakk. Il-gowl ta' Jacob Sciberras żewġ minuti u 19-il sekonda mit-tmiem, qatel it-tamiet ta' Sirens, proprju ftit sekondi wara li laqtu l-lasta. Sirens: J. Parnis, J. Ciantar, K. Erdogan (1), G. Melillo, J. Zerafa Gregory, T. Said, L. Falzon (1), I. Riolo, J. Napier, M. Cutajar, M. Sciberras, M. Azzopardi (1), O. Gauci, G. Farrugia, G. Sammut Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (1), J. Sciberras (1), M. Meli, B. Cachia, M. Spiteri Staines (3), J. Cutajar, J. Brownrigg, Z. Mizzi, N. Bugelli, Z. Sciberras, C. Cutajar, E. Schembri Referees: Alex De Raffaele, Raffaele Colombo OTTERS NIVEA …………………….. 6 MARSAXLOKK BROWN'S……. 10 (1-3), (0-2), (1-2), (4-3) Marsaxlokk Brown's Pharma bdew it-tieni fażi tal-istaġun fuq nota pożittiva b'rebħa komda fuq Otters Nivea. Konfront li fih Marsaxlokk qatt ma kienu minn taħt u kkontrollaw mingħajr wisq diffikultà. It-tim ta' Otters seta' kellu prestazzjoni ferm aħjar hekk kif żbalja f'diversi passaġġi fl-attakk. Ix-Xlukkajri fetħu vantaġġ ta' tliet gowls fl-ewwel sessjoni permezz ta' Matteo Martellacci, Stephen Micallef u Timmy Agius, b'Dominique Zahra jnaqqas id-distakk. Dan il-vantaġġ kompla jikber b'żewġ gowls mingħajr risposta fit-tieni sessjoni. B'distakk ta' erba' gowls, il-kowċ ta' Marsaxlokk Joe Cremona seta' jamministra l-logħba aħjar. Wara li Zahra għamel l-iskor 5-2, Martellacci u Micallef kabbru d-distakk għal 7-2. Bil-partita deċiża, iż-żewġ kowċis għamlu użu mill-iskwadra tagħhom, liema deċiżjonijiet wasslu biex il-logħba kienet aktar miftuħa, b'Otters jirnexxilhom jirbħu l-aħħar sessjoni. Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (1), R. Caruana, M. Lanzon, E. Meli (1), L. Gialanze (1), K. Scicluna, I. Azzopardi, D. Dimech, D. Zahra (3), M. Farrugia, S. Xerri, D. Spiteri, M. Caruana Baluci, L. Dimech Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, M. Martellacci (2), J. Portelli, T. Agius (3), L. Saliba, J. Galea, K. Cremona (1), S. Micallef (2), M. Pace, M. Cacici, O. Zammit, B. Lanzon (2) Referees: Peter Balzan, Aldo Rovandi Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
UEFA Ewropa League: Valletta FC eliminati minn HSK Zrinkski Mostar
Is-sewwieq ta' KTM Miguel Oliveira rebaħ il-Grand Prix ta' Stryia f'wieħed mill-isbaħ Grand Prix ta' dan l-istaġun. Warajh temmew Jack Miller ta' Ducati u Pol Espargaro ta' KTM fejn minkejja li beda fuq quddiem rnexxielu jtemm biss fit-tielet post. Tnax il-dawra mit-tmiem it-tellieqa, Vinales kellu jirtira mit-tellieqa wara li żviluppatlu ħsara fil-brejkijiet u spiċċa biex tile fil-kontroll tal-mutur b'konsegwenza li għal xi ħin ukoll kellha titwaqqaf it-tellieqa. Fir-raba' post daħal Joan Mir filwaqt li fil-ħames post temm ir-rebbieħa tal-ġimgħa li għaddiet Andrea Dovizioso Fuq Suzuki, fis-sitt post temm Alex Rins u warajh daħal is-sewwieq ta' Honda Takaaki Nakagami. Fit-tmien post daħal is-sewwieq ta' KTM Brad Binder u warajh temm it-Taljan Valentino Rossi biex fl-għaxar pożizzjoni temm l-Ispanjol Iker Lecuona. Marc Marquez mistenni jdum minn tal-inqas nieqes xahrejn oħra Honda ħabbru li s-sewwieq tagħhom Marc Marquez mistenni jdum barra mill-azzjoni għal minn tal-inqas bejn xahrejn u tliet xhur oħra wara li fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun kiser idu. Hu prova jirritorna għat-tieni Grand Prix, ġimgħa wara l-inċident iżda kellu jirtira fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni b'konsegwenza li kompla jiggrava l-injury tiegħu. Din l-aħbar tnaqqas it-tamiet ta' Marquez li f'dan l-istaġun jirbaħ il-kampjonat tal-MOTO GP. MOTOGP Kif spiċċaw: 1 M. Oliveira 16:56.025, 2 J. Miller +0.316, 3 P. Espargaro +0.540, 4 J. Mir +0.641, 5 A. Dovizioso +1.414, 6 A. Rins +1.450, 7 T. Nakagami +1.864, 8 B. Binder +4.150, 9 V. Rossi +4.517, 10 I. Lecuona +5.068, 11 D. Petrucci +5.918, 12 A. Espargaro +6.411, 13 F. Quartararo +7.406, 14 J. Zarco +7.454, 15 F. Morbidelli +10.191, 16 A. Marquez +10.524, 17 C. Crutchlow +11.447, 18 S. Bradl +11.447, 19 B. Smith +12.732, 20 M. Pirro +14.349, 21 T. Rabat +14.548, Ma spiċċawx: M. Vinales Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Bundesliga: Bayern Munich jirbħu l-kampjonat, Paderborn relegati
Din id-darba hi deċiżjoni definita. Is-semifinali tan-knock-out tal-Ħamis li għadda kienet l-aħħar logħba fil-karriera mill-aqwa ta' Aurelien Cousin, bil-klabb tiegħu Exiles jaħtru bħala kowċ tat-tim minflok Igor Vukanovic. Hu se jkun ukoll il-kowċ tat-timijiet ta' taħt it-13 u l-15-il sena filwaqt li se jsegwi l-iżvilupp tekniku kollu tal-klabb. Il-plejer naturalizzat Malti li għandu 40 sena, kien inġieb f'pajjiżna minn Exiles fl-2007 bħala plejer barrani u wara ħames staġuni konsekuttivi, irtira u nħatar bħala kowċ tat-tim fl-2011. Cousin bidel il-fehma tiegħu u rritorna jilgħab din id-darba ma' San Ġiljan fejn fosthom bejn l-2015 u l-2017 rebaħ darbtejn il-Kampjonat tas-Sajf u tliet darbiet in-knock-out. Cousin irritorna ma' Exiles u fl-aħħar tliet staġuni baqa' fost l-aqwa plejers fit-tim minkejja l-età tiegħu. Cousin li twieled Franza, ġie naturalizzat bħala Malti u kien parti importanti mit-tim nazzjonali Malti li lagħab fil-fażi finali tal-aħħar tliet edizzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew. F'kuntatt li għamel dan is-sit, Aurelien Cousin qal li kien ilu jaħseb li jirtira għal dawn l-aħħar sentejn iżda żied li hu dejjem ried li jonora l-kuntratt li ntemm ix-xahar li għadda. "Dejjem ridt nieqaf meta xtaqt jien u mhux għax inkun sfurzat li nieqaf. Nemmen li għamilt żmieni bħala plejer u minkejja li ħadt gost fil-logħbiet li lgħabt sal-aħħar logħba, kien wasal iż-żmien li nirtira." Mistoqsi dwar id-deċiżjoni għaliex aċċetta l-kariga l-ġdida, Cousin jemmen li għandu ħafna x'jgħallem u l-għażla ġiet naturali għalih meta saret l-offerta mingħand il-President ta' Exiles Andrew Paris. "Il-waterpolo hu parti minn ħajti minn meta kelli disa' snin u meta tiġik opportunità li tkun kowċ wara li tirtira, trid teħodha."
0not_entailment
Coppa Italia: Napoli jeliminaw lil Inter; finali kontra Juventus, l-Erbgħa fid-21.00
Tħabbar li d-difensur ċentrali Arġentin Enzo Ruiz estenda l-kuntratt tiegħu ma' Floriana F.C. sa sentejn oħra. Dan ifisser li hu jibqa' jilgħab mal-klabb sal-aħħar tal-istaġun 2021/2022. Il-plejer ta' 31 sena beda jilgħab mal-Floriana fl-2016 u lagħab f'uħud mill-aqwa partiti tal-Floriana fil-kampjonati tal-FA Trophy, Super Cup 2016/17 u l-kampjonat Malti. Fl-istaġun tal-2018/2019, Ruin ġie magħżul bħala l-aqwa plejer tal-klabb waqt li proprju dan l-aħħar huwa għaqqad il-100 preżenza mat-tim. Ritratt: Facebook/FlorianaFC Filwaqt li l-istaġun li jmiss se jkun il-ħames wieħed għal Ruiz mal-Floriana, l-istess staġun se jkun l-ewwel wieħed għall-midfielder Taljan ta' 27 sena Nicola Leone li ffirma mal-Floriana fil-jiem li gaħddew. Ritratt: Facebook/FlorianaFC Leone kien inġieb f'Malta fil-bidu tal-istaġun li għadda minn Ħamrun Spartans. Għall-Floriana l-akkwist ta' Leone hwua t-tielet wieħed għall-istaġun li jmiss wara li fil-jiem ta' qabel kien tħabbar li l-klabb iffirma miegħu lil Siraj Eddin Arab u Flavio Cheveresan.
0not_entailment
Lewandowski u Swiatek jirbħu l-aqwa unuri fl-AIPS Awards
Il-Malta Handball Association fl-aħħar laqgħa tal-istaġun, appuntat tmexxija ġdida għall-erba' snin li ġejjin. F'din il-laqgħa taħt il-gwida tal-President il-ġdid tal-assoċjazzjoni Paul Zammit ġie preżentat u approvat l-bord tat-tmexxija l-ġdid. F'mumenti fejn qed ngħixu f'era moderna u fi żminijiet ta' sfida, l-amministrazzjoni l-ġdida kella temenda u twettaq titjib fil-mod ta' kif topera biex ikompli jikber l-isport tal-handball f'pajjiżna. Kienet ukoll preżentata l-emblema l-ġdida tal-assoċjazzjoni. L-għan tal-MHA huwa li fi żmien li ġej ssir waħda mit-tliet assoċjazzjonijiet ewlenin f'pajjiżna u għalhekk huwa importanti li jkollha struttura ta' tmexxija b'saħħita li tkun kapaċi tlaħħaq mal-kompetizzjonijiet u l-klabbs rispettivi. L-assoċjazzjoni se tkun qed tinvesti fiżmien li ġej fi programme biex itejjeb l-iżvilupp taż-żagħżagħ f'dan l-isport. Il-President Paul Zammit qal li l-handball f'pajjiżna, għandu l-potenzjal li jkompli jikber u ammetta li l-assoċjazzjoni trid tippromovi aktar dan l-isport. Dwar il-pandemija tal-coronavirus, l-MHA qalet li qed ssegwi fid-dettal is-sitwazzjoni u bħalissa qed issegwi id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa u ta' SportMalta.
0not_entailment
Tasal l-Ewwel Rebħa Għal Malta Fil-UEFA Nations League
Steve Borg kien l-eroj tat-Tim Nazzjonali Malti t-Tlieta filgħaxija meta f'Riga l-Latvja, Malta rebħet l-ewwel partita f'din l-edizzjoni tal-UEFA Nations League 1 – 0. Il-partita dehret mill-bidu li ser tkun waħda eċċitanti bl-azzjonijiet jalternaw fuq iż-żewġ lasti. Kien propju lejn tmiem il-partita li d-difensur ta' Gzira United Steve Borg b'daqqa ta' ras xeħet il-ballun fix-xibka avversarja biex ta l-ewwel tlett punti lill-Malta f'Grupp D1. Din kienet l-ewwel rebħa tal-kowċ tat-Tim Nazzjonali Malti Devis Mangia f'partita kompetittiva wara li l-ġimgħa li għaddiet Malta rebħet 2 – 0 kontra Ġibilta f'partita ta' ħbiberija. It-tim Malti jerġa' jkun impenjat fil-UEFA Nations League fl-14 u fil-17 ta' Novembru kontra Andorra u l-Gżejjer Faroe, żewġ logħbiet li ser jintlagħbu fl-istadium nazzjonali f'Ta' Qali. tim nazzjonali malti
1entailment
Newman ta' NASCAR f'qagħda kritika
Il-player internazzjonali Ingliż u ta' Manchester United, Marcus Rashford, permezz t'ittra ħeġġeġ lill-gvern biex jikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu li ma jestendix l-iskema tal- vouchers tal-ikel. Fl-ittra indirizzata lill-membri parlamentari, l-istilla ta' United jitkellem dwar l-esperjenzi tiegħu stess bħala tifel u jistieden lill-ministri biex "isibu l-umanità" u "jagħmlu l-U-turn". Is-sistema tal-vawċers nazzjonali ġiet introdotta f'Marzu biex tgħin lill-familji bi dħul baxx biex jitimgħu lil uliedhom meta l-iskejjel ingħalqu minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Kienu qed jibbenefikaw minn din is-sitema 1.3 miljun tifel u tifla fl-Ingilterra. Rashford diġà ta £20m għall-karità u wiegħed li se "jkompli jiġġieled" biex jindirizza din il-kwistjoni "sakemm ma jkun hemm ebda adoloxxenti fir-Renju Unit li jinkwieta minn fejn ġejja l-ikla tagħhom ". Hu talab lill-Gvern biex jipproteġi lit-tfal vulnerabbli. An Open Letter to all MPs in Parliament... #maketheUturn
0not_entailment
Organizzat il-kwart ta' mil ta' bil-lejl
Bejn il-Ħamis 11 u is-Sibt 13 ta' Lulju, ġewwa it-trakka tal-kwart ta' mil ġie organizzat it-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing . Dan ir-rawnd ġie organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija Għad- Drag Racing . Bħalma jiġri kull sena dan ir-rawnd jkun differenti mill-4 l-oħra peress illi isir matul il-lejl hu b'hekk huwa magħruf mad-dilettanti bħala il-kwart ta mil ta' bil-lejl. Il- Brackets intrebħu minn Neil Gauci, Felix Zarb, Billy Lowhing, Conrad Vella, Daniel Micallef, Chris Gauci, Christian Azzopardi, Semira Galea, Dennis Desira u John Martin. Index Class 1 intrebħet minn Luke Mercieca segwit minn Charlton Zammit u Clinton Degiorgio. Index Class 2 intrebħet minn Kevin Gauci, Neil Gauci u Semira Galea. Bracket tal-Muturi intrebħet minn Franklyn Borg. Open Class 3 u Extreme 2 Class intrebħu minn Clint Fenech, Front Wheel Drive Open Class intrebħet minn Chris Gauci. CA6 Class intrebħet minn Anthony Vella. Escort Class 2 u Class 3 intrebħu minn Christian Pace. Mario Borg rebaħ l-Open 6 Class filwaqt li il-klassi SM3 intrebħet minn Glenn Caruana. Id-diversi Klassijiet tad-dragsters intrebħu kif ġej; Tyson Debono rebaħ il-klassijiet D4 u D5 filwaqt li Mario Borg rebaħ id-D6, Alan Muscat rebaħ id-DTF Class u Luca Mangion rebaħ il-Junior Dragster. L-aqwa reazzjoni fuq id-dawl kienet dik ta Neil Gauci. Ir-4 rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali Enemed Drag Racing ser jittella' bejn il-Ġimgħa 27 u il-Ħadd 29 ta' Settembru.
1entailment
Il-ftuħ tal-Ligue 1 fi Franza pospost minħabba l-coronavirus
Fi Franza l-partita tal-ftuħ tal-istaġun 2020-21 ġiet posposta wara li Marseille spiċċaw b'erba' plejers li rrizultaw pożittivi għall-koronavirus. Marseille kellhom jilgħabu kontra Saint-Etienne nhar il-Ġimgħa fl-ewwel minn tmien partiti ta' tmiem il-ġimgħa fil-Kampjonat Nazzjonali Franċiż. Il-Kampjonat 2019-20 fi Franza kien wieħed minn tal-bidu li f'April twaqqaf minħabba l-pandemija Covid-19, b'Paris St-Germain jingħataw it-titlu meta kellhom 12-il punt vantaġġ. Marseille kontra Saint-Etienne issa se tintlagħab fis-16 jew fis-17 ta 'Settembru. Kelliem għaIl-kampjonat Franċiż il-ġimgħa li għaddiet informa lill-klabbs li skont il-protokoll tiegħu għal Covid-19 meta jkun hemm aktar minn tliet każijiet pożittivi fi club dan iwassal għal posponiment. L-ex difensur ta ' Aston Villa , Jordan Amavi ttestja l-pożittiv il-ġimgħa li għaddiet, bi tliet plejers oħra jkunu wkoll pożittivi. Marseille ħassru wkoll il-partita ta' ħbiberija li kellhom jilgħabu kontra Stuttgart wara t-test pożittiv ta' Amavi. Marseille, li huma mmexxija mill-ex kowċ ta 'Chelsea u Tottenham Andre Villas-Boas, spiċċaw fit-tieni post fl-istagun li għadda.
1entailment
Qbil bejn Anthony Joshua u Tyson Fury għal żewġ ġlidiet boxing probabbilment fl-2021
Il-promotur Eddie Hearn ikkonferma li Anthony Joshua u Tyson Fury laħqu ftehim finanzjarju għal żewġ ġlidiet. Id-dwell bejn dawn it-tnejn ilu jissemma għal diversi snin iżda għal xi raġuni din il-ġlieda naqset milli sseħħ. Dawn iż-żewġ ġlidiet għandhom itemmu d-dibattitu dwar liema hu l-aqwa Britanniku minn żmien Lennox Lewis. Joshua għandu t-titli heavyweight IBF, WBA u WBO wara li għeleb lil Andy Ruiz Junior fl-Arabja Sawdija f'Diċembru li għadda, f'dik li kienet it-tieni ġlieda bejniethom. Fuq in-naħa l-oħra, Fury għeleb lil Deontay Wilder fi Frar li għadda biex rebaħ it-titlu dinji WBC. "Qed nimxu fid-direzzjoni t-tajba. Ninsab kunfidenti li ż-żewġ irġiel approvaw biex il-ġlieda sseħħ." Hearn kompla li għad fadal dettalji biex kollox jiġi konkluż, fosthom id-dati u l-postijiet tal-ġlidiet. Hu kkonferma li qabel ma jseħħu dawn il-ġlidiet, Joshua għad irid jiġġieled kontra Dillian Whyte u għalhekk mistenni li l-ġlidiet kontra Fury se jseħħu fl-2021.
1entailment
Tħassib mill-voluntiera tal-Olimpjadi
Verona u Roma kisbu l-ewwel punti tal-istaġun meta temmew fi draw ta' mingħajr gowls. F'partita nieqsa minn azzjonijiet denji ta' nota, kienu Roma li lejn it-tmiem resqu viċin li jiftħu l-iskor meta x-xutt ta' Spinazzola stampa mal-mimduda bil-partita tintemm 0-0.
0not_entailment
Draw bejn Sassuolo u Torino
Fi Stadio Mapei, Sassuolo u Torino qasmu bejnithom sitt gowls fi draw ta' 3-3. Kienu Torino li fetħu l-iskor fit-33 permezz ta' LINETTY. DJURICIC ġab id-draw għal Sassuolo fil-71 minuta. ANDREA BELLOTTI reġa tefħga lil Torino fil-vantaġġ seba' minuti wara biex LUKIC għamilhom 3-1 fid-79 minuta. CHRICHES reġa daħħal lil Sassuolo fil-partita sitt minuti mit-tmiem, biex fis-86 minuta CAPUTO ġab id-draw għal Sssuolo. SERIE A Illum : Sassuolo v Torino 3-3 Għada: Atalanta v Sampdoria 3.00pm, Genoa v Inter 6.00pm, Lazio Bologna 8.45pm Il-Ħadd: Cagliari v Crotone 12.30pm, Benevento v Napoli 3.00pm, Parma v Spezia 6.00pm, Fiorentina v Udinese 7.00pm, Juventus v Verona 8.45pm It-Tnejn: Milan v Roma 8.45pm Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
L-ewwel kutrumbajsa b'lura fl-iskatepark ta' Birżebbuġa
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 12:16pm Fl-aħħar sena u nofs li ilu miftuħ l-iskatepark ta' Birżebbuġa, l-isport tal-BMX ħa spinta fost iż-żgħażagħ tal-lokal u dawk tal-madwar. Anki jekk l-iskatepark kien kemm-il darba sors ta' kontroversja minħabba aspetti ta' sigurtà u l-ilma tax-xita li jinġabar fih, tista' tgħid li fis-sajf dan il-post ikun mimli kuljum bid-dilettanti li qed jibdew jipprattikaw dan l-isport jew qed itejbu l-ħiliet tagħhom. Fost dawn hemm Dailin Zammit, li rnexxielu jagħmel l-ewwel kutrumbajsa b'lura (back flip) f'dan l-iskatepark. Din hija ħila li jiksbu atleti professjonali wara żmien twil ta' taħriġ u ħafna waqgħat! Iżda Dailin ma jżommx dawn il-ħiliet għalih biss, u spiss issibu jgħallem dak li jaf lit-tfal, li huwa ta' ispirazzjoni għalihom.
1entailment
AĠĠORNATA: L-MFA applikat biex torganizza l-Kampjonat Ewropew U19 fl-2024
6.20pm – Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo awgura lit-timijiet Maltin li se jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Hu sellem lil dawk il-persuni li ħallew din id-dinja fl-aħħar sena kif ukoll lill-persuni li ma baqgħux parti mill-familja tal-futbol. Hu rringrazzjahom għall-ħidma sfieqa li taw lejn il-futbol Malti. 6.30pm – Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti għamel il-verifika tal-Membri u d-Delegati u r-Rapport Amministrattiv ġie approvat. 6.40pm – Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti elenka l-ħidma tal-assoċjazzjoni fl-aħħar sena. "Hu normali li President ġdid iġib miegħu ideat ġodda," b'Chetcuti jsemmi kif anki internament kien hemm numru ta' ċaqliq. Hu għamel lista ta' diversi prijoritajiet matul l-aħħar sena fosthom l-aspett tekniku tal-logħba, il-grassroots, l-amministrazzjoni u s-sistemi diġitali. Chetcuti tkellem ukoll dwar il-proġett ta' sit elettroniku ġdid, l-iskemi tal-MFA li se jerġgħu jkunu disponibbli kif ukoll li l-MFA saret Organizzazzjoni Volontarja. Angelo Chetcuti ħabbar ukoll li l-MFA ssottomettiet l-applikazzjoni tagħha biex torganizza l-Kampjonat Ewropew ta' taħt id-19-il sena fl-2024. 7.15pm – Matul is-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta' Marzu, l-MFA kellha dħul ta' €8,903,681 u ħruġ ta' €9,611,587. Dan ifisser telf ta' €707,906. It-Teżorier tal-MFA Ivan Mizzi qal li l-akbar dħul wasal mid-drittijiet tat-televiżjoni u l-programm annwali ta' solidarjetà UEFA Hat-Trick li ammontaw għal €4,224,928 jiġifieri 47.4% tad-dħul totali. Fl-ispejjeż tal-MFA, l-akbar żidiet seħħew fl-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tal-logħbiet tat-timijiet nazzjonali li ddependa wkoll mill-pajjiżi li t-timijiet lagħbu fihom. Dawn ammontaw għal 17% tal-ispiża totali.
1entailment
Każ stramb fil-Kampjonat tat-Turkija
Fil-Vodafone Park ta' Istanbul, każ stramb li wassal għal tkeċċija seħħ fil-partita mill-Kampjonat tat-Turkija, Super Liga bejn Besiktas u Sivasspor. Besiktas kienu marru fil-vantagg kmieni fil-partita permezz ta' Guven Yalcin bil-ballun minn cross seta' qabeż il-linja. Ir-referee Arda Kardesler iżda kkonvalida l-gowl. F'mument meta Hakan Arslan kien ammonit minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, mal-protesti kiseb telefon cellulari fejn wera lir-referee li l-ewwel gowl kien qabeż il-linja. Mal-protesti li tkomplew Kardesler ma kellu ebda alternattiva ħlief li jkecci lil Arslan captain ta' Sivasspor. Eventwalment il-partita intrebħet bl-iskor ta' 3 – 0 għal Besiktas.
1entailment
Illejla partita deċiżiva għal Manchester United u Paris Saint-Germain fil-UEFA Champions League
Illejla tintemm il-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League bis-sitt ġurnata kif ukoll taf tkun l-aħħar partita f'din il-kompetizzjoni għal diversi klabbs. Mill-partiti tal-lejla, Grupp E u Grupp G huma diġa magħluqa, b'Chelsea, Sevilla, Barcelona u Juventus ikkonfermaw post mal-aħħar sittax. Minkejja dan, partita li żgur se tinteressa lil ħafna hija dik bejn Barcelona u Juventus, fejn se tirritorna r-rivalita bejn Lionel Messi u Cristiano Ronaldo. Grupp H huma l-iktar wieħed kumpless, hekk kif it-tliet timijiet fil-quċċata b'disa' punti kollha kapaċi jaħtfu post fil-fażi li jmiss. Manchester United għandhom konfront dirett kontra Leipzig, bir-rebbieħ jieħu t-tliet punti meħtieġa biex jipprogressa. Mill-banda l-oħra, għal PSG se tkun kemmxejn iżjed faċli hekk kif se jilgħabu kontra Basaksehir li diġa huma eliminati. Borussia Dortmund ukoll diġa aċċertaw post mall-aħħar sittax fejn jinsabu l-ewwel fi Grupp F b'għaxar punti iżda għadhom ma rebġux il-grupp. Lazio kif ukoll Club Brugge għadhom fiċ-ċans, u dan se jiġi deċiż fil-konfront dirett ġewwa Ruma. Lazio jinsabu kemmxejn vantaġjati hekk kif għandhom żewġ punti iżjed mit-tim Belġjan, u anke draw tkun biżżejjed. Dan ikun mument storiku għaż-żewġ timijiet, hekk kif Lazio ilhom ma jgħaddu mill-gruppi mill-istaġun tal-1999-2000, filwaqt li għal Club Brugge, dan ikun l-ewwel darba fl-istorja li jkunu daħlu fil-fażi tan-knockout.
1entailment
Dele Alli sospiż partita wara kitba fil-media soċjali dwar il-coronavirus
Imtella' Ġunju 14, 2020 La Liga qalu li se jkunu qed jieħdu azzjoni legali kontra partitarju li lbieraħ filgħaxija irnexxielu jidħol fil-pitch waqt il-partita kontra Mallorca biex jieħu selfie ma' Lionel Messi. Minkejja li l-partita kienet qed tintlagħab fi stadium vojt u magħluq mingħajr partitarji, il-persuna xorta rnexxielha tidħol fl-istadium liebes flokk tal-Arġentina bin-numru 10 ta' Messi. Il-plejer daħal b'xi mod li s'issa għadu misterjuż, fil-bidu tat-tieni taqsima u rnexxielu jippoża fi ftit sekondi ma' Messi u ġibed ritratt qabel ma nħataf mill-membri tas-sigurtà. La Liga qalu li qed jikkunsidraw dan l-inċident bħala att kriminali.
0not_entailment
Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tas-70 anniversarju tal-ewwel Formula 1
Is-sewwieq ta' Red Bull, Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix tas-70 anniversarju li għat-tieni ġimgħa konsekuttiva sar fiċ-ċirkwit ta' Silverstone fl-Ingilterra. Verstappen għeleb l-isfida taż-żewġ sewwieqa ta' Mercedes, Valtteri Bottas u Lewis Hamilton fejn minkejja li bdew fl-ewwel żewġ pożizzjonijiet huma ma rnexxielhomx itemmu fl-ewwel post. Lewis Hamilton temm fit-tieni post wara li rebaħ il-Grand Prix tal-ġimgħa li għaddiet filwaqt li Valtteri Bottas temm fit-tielet post. Is-sewwieq ta' Ferrari Charles Leclerc irnexxielu jtemm fir-raba' post wara li beda mit-tmien pożizzjoni. Sebastian Vettel reġa' għal ġimgħa oħra ddiżappunta meta temm fit-12 –il post. Alex Albon ta' Red Bull temm fil-ħames post filwaqt li Lance Stroll temm fis-sitt post. Nico Hulkenberg fuq Racing Point fin-nuqqas ta' Sergio Perez temm fis-seba' post wara li beda mit-tielet post filwaqt li Esteban Ocon daħal fit-tmien post. Lando Norris daħal fid-disa' pożizzjoni filwaqt li Daniil Kvyat rnexxielu jtemm mal-ewwel għaxar sewwieqa. Formula 1 Kif Spiccaw : 1 M. Verstappen 1:19.41, 2 L. Hamilton +11.326, 3 V. Bottas +19.231, 4 C. Leclerc +29.289, 5 A. Albon +39.146, 6 L. Stroll +42.538, 7 N. Hulkenberg +55.951, 8 E. Ocon +1:04.773, 9 L. Norris +1:05.544, 10 D. Kvyat +1:09.669, 11 P. Gasly +1:10.642, 12 S. Vettel +1:13.370, 13 C. Sainz +1:13.370, 14 D. Ricciardo +dawra, 15 K. Raikkonen +dawra, 16 R. Grosjean +dawra, 17 A. Giovinazzi + dawra, 18 G. Russell +dawra, 19 N. Latifi +dawra, Ma spiċċax: K. Magnussen Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Żewġ gowls fl-ewwel taqsima biżejjed għal Wolves
Fil-Molineux Stadium, Wolves għelbu lil Crystal Palace 2-0. Kien RAYAN AIT NOURI li fetaħ l-iskor wara 18-il minuta wara żball fid-difiża ta' Crystal Palace. DANIEL PODENCE rdoppja fis-27 minuta meta kkonkluda fuq cross ta' Pedro Neto. Crystal Palace temmew il-partita b'għaxar plejers meta Luka Milivojevic tkeċċa għal daħla kerha fuq Moutinho. Fil-partiti li għandna fi tmiem il-ġimgħa jispikka l-konfront ta' għada f'Old Trafford bejn Manchester United u Arsenal, konfront li se jkun importanti għaż-żewġ timijiet biex iżommu l-pass mat-timijiet fin-naħa ta' fuq tal-klassifika. Manchester United għadhom ġejjin minn rebħa kbira ta' 5-0 f'nofs il-ġimgħa fil-UEFA Champions League kontra RB Leipzig. Arsenal ukoll rebħu 3-0 fil-UEFA Europa League, kontra Dundlak. F'Anfield, Liverpool jilgħabu kontra West Ham United f'partita li tista' tkun diffiċli għat-tim imexxi minn Jurgen Klopp. Fl-aħħar partiti tagħhom West Ham urew titjieb fil-logħob u kisbu żewġ draws kontra Tottenham u kontra Manchester City. Livepool komplew fejn ħallew fl-istaġun li għadda u minkejja li l-prestazzjonijiet mhux dejjem qed ikunu tajbin xorta waħda jinsabu jaqsmu l-ewwel post ma' Everton. Chelsea jilgħabu kontra Burnley f'partita li t-tim ta' Frank Lampard se jkun qiegħed jittama li jirritorna għar-rebħ sabiex iżomm il-pass mat-timijiet li jinsabu fl-ewwel erba' postijiet tal-klassifika. PREMIER LEAGUE Illum : Wolves v C. Palace 2-0 Għada : Sheff. Utd v Man City 1.30pm, Burnley v Chelsea 4.00pm, Liverpool v West Ham 6.30pm Il-Ħadd : Aston Villa v Southampton 1.00pm, Newcastle v Everton 3.00pm, Man Utd v Arsenal 5.30pm, Tottenham v Brighton 8.15pm It-Tnejn : Fulham v WBA 6.30pm, Leeds v Leicester 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Alex Borg ikkwalifika biex jikkompeti ma' l-aqwa plejers tad-dinja fl-isnooker
Fl-ewwel messaġġ tiegħu fuq il-midja soċjali wara li ġie mħabbar bħala l-kowċ il-ġdid ta' Juventus, Andrea Pirlo qal li jħossu onorat u kuntent li d-diriġenti ta' Juventus urew tant fiduċja fl-abbiltajiet tiegħu bħala kowċ. Pirlo nħatar kowċ ta' Juventus ilbieraħ filgħaxija wara li aktar kmieni fl-istess ġunrnata huma keċċew lil Maurizio Sarri wara l-eliminazzjoni mill-fażi tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League. Aktar kmieni dan ix-xahar Pirlo nħatar bħala kowċ tal-iskwadra ta' taħt it-23 sena ta' Juventus u minkejja li m'għandu l-ebda esperjeza bħala kowċ hu temm jgħid li jinsab lest u preparat għal din l-opportunità.
0not_entailment
Haley Bugeja terġa tiskorja għal darb' oħra
Haley Bugeja reġgħat għal darb'oħra kienet fl-azzjoni ma' Sassuolo meta skorjat il-ħames gowl tagħha tal-istaġun f'partita kontra Hellas Verona Bugeja ma bdietx il-partita u daħlet fit-73 minuta fejn it-tim tagħha kien qiegħed jirbaħ 3-1. Ftit minuta wara d-dħul tagħha fil-grawnd, Bugeja rebħet penalty, bl-istess Bugeja minn ħdax -il metru ma tiżbaljax biex għamlithom 4-1. Fl-istess partitia ma' Hellas Verona ddebuttat il-Maltija Kailey Willis li ssieħbet magħhom aktar kmieni din il-ġimgħa.
1entailment
Melvin Theuma jibqa' f'qagħda stabbli
Lewis Hamilton ta' Mercedes rebaħ il-11-il titlu tal-Grand Prix fil-Bahrain, minkejja li diġa huwa kkonfermat bħala r-rebbieħ tal-istaġun tal-Formula 1 ta' din is-sena. It-tellieqa kellha terġa tibda mill-bidu, hekk kif Romain Grosjean kellhu accident ikraħ fl-ewwel dawra bir-riżultat li l-karozza saret ħuġġieġa nar wara li nqasmet min-nofs mad-daqqa. Fortunatament, Grosjean ħareġ qawwi u sħiħ mit-tifrik, iżda deher li qed isofri minn ħruq f'idejħ u fl-għaksa kif ukoll ksur fil-kustilji. Huwa kien assistit mill-mediċi fuq il-post, fejn tawh l-ewwel għajnuna, u iżjed tard ttieħed l-isptar fuq helikopter għal kura. It-tellieqa damet iżjed minn siegħa wieqfa, biex imbagħad kompliet bid-dominju assolut ta' Hamilton. Max Verstappen ta' Red Bull daħal fit-tieni post segwit minn sieħbu Alex Albon. Fir-raba' post temm Lando Norris u warajh kien hemm Carlos Sainz, it-tnejn sewwieqa ta' McLaren. Fis-sitt u s-seba' post daħlu Pierre Gasly ta' AlphaTauri u Daniel Ricciardo ta' Renault rispettivament. Vallteri Bottas ta' Mercedes, Esteban Ocon ta' Renault u Charles Leclerc ta' Ferrari għalqu l-aħħar tliet postijiet tal-ewwel għaxra.
0not_entailment
Cristiano Ronaldo jirbaħ l-unur tal-'Plejer tas-Seklu'
Imtella' Ġunju 16, 2020 Werder Bremen qed jiġġieldu mar-relegazzjoni imma l-logħba tat-Tlieta filgħaxija ser tkun test diffiċli ħafna meta jilagħbu kontra l-leaders tal-klassifika Bayern Munich. It-tim mill-Bavarja qiegħed iħares lejn ir-rebħ tat-tmien staġun konsekuttiv, u t-30 wieħed fl-istorja tiegħu. Jekk kemm-il darba Bayern Munich jirbħu kontra Werder Bremen, allura jirbħu l-kampjonat meta fil-preżent għandhom 7 punti vantaġġ fuq Borussia Dortmund meta fadal biss 9 punti x'jistgħu jintrebħu. Fil-passat il-logħbiet bejn Bayern Munich u Werder Bremen kienu jkunu jaħarqu, speċjalment meta t-tnejn li huma kienu jkunu qed jisfidaw għall-kampjonat. Għal-logħba tal-lejla Bayern ser ikollhom lil Robert Lewnadowski u Thomas Mueller lura wara li kienu sospiżi għall-aħħar logħba. Il-logħob kollu tal-lejla hu dan:
0not_entailment
Spezia għall-ewwel darba promossi fis-Serie A
Fl-okkażjoni tas-96 anniversarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-ġurnalisti tal-isport u biex ikun imfakkar il-Jum Dinji tal-Ġurnalisti tal-Isport, l-AIPS ser tniedi l-ewwel Konferenza Dinjija b'mod virtwali. It-tema ewlenija ser tkun "il-Covid-19 affettwa l-indipendenza u l-futur tal-ġurnaliżmu tal-isport." F'mument daqstant difficli fejn il-programm ta' sport fl-aħħar xhur inbidel għal kollox, l-għan ta' din il-konferenza virtwali hu li ssir analiżi tas-sitwazzjoni. Imwaqqfa fit-2 ta' Lulju tal-1924 qabel il-ftuħ tal-Olimpjadi ta' Pariġi, mill-ftit ġurnalisti preżenti f'dik l-okkażjoni għal Franz Reichel bħala l-ewwel President. Minn dik l-ewwel laqgħa li saħansitra saret f'ring tal-boxing għas-sitwazzjoni attwali b'aktar minn 130 pajjiż affiljat. Għal din il-konferenza virtwali ser jiehdu sehem għadd ta' personalitajiet ta' fama internazzjonali fil-qasam tal-ġurnaliżmu tal-isport u li jirreflettu dak li minħabba l-Covid-19 seħħ fil-kontinenti. B'kollox aktar minn 500 parteċipant minn 129 pajjiż ser jieħdu sehem u filwaqt li ser ikunu indirizzati mill-President tal-AIPS Gianni Merlo, fil-ftuħ ser ikun hemm messaġġ mill-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach fejn huwa fakkar ir-rabta li teżisti bejn il-Moviment Olimpiku u l-AIPS, bi Pierre de Coubertin innifsu kien membru tal-AIPS fit-twaqqif tagħha 96 sena ilu.
0not_entailment
Plejer Ta' Neptunes Jirriżulta Pożittiv Għall-Covid-19…
Skont il-paġna ta' facebook tal-programm Swim Up ta' TVM Sport, plejer ta' Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu ma' ġiex ippublikat minħabba l-etika u l-privatezza tal-individwu kellu s-sintomi u għamel test qabel il-logħba. Il-plejer lagħab fit-tieni logħba tal- playoff semi finali tal-bieraħ li fiha il-plejer ta' Neptunes skorja wkoll fil-konfront. Neptunes rebħu 11-7 kontra Sliema u allura peress li rebħu żewġ logħbiet minn tlieta tal- playoffs , issa qatgħu passaġġ għall-finali kontra Sliema ukoll fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. L-Ewwel logħba tal-finali hi skedata għal nhar it-Tlieta 29 ta' Settembru. TVM Sport għandu informazzjoni li l-plejers ta' Neptunes intalbu joqogħdu fi kwarantina u allura l-ewwel logħba tal-finali ma tistax tintlagħab għaliex l-14-il ġurnata kwarantina jintemmu l-Ħadd 4 ta' Ottubru.
1entailment
Il-Gvern b' abbozz ta' liġi dwar twaqqif ta' awtorità ġdida mingħajr konsultazzjoni mal-għaqdiet kollha nvoluti
Fil-Parlament il-Gvern ressaq abbozz ta' liġi li se jkun qed iwaqqaf awtorità ġdida bl-isem ta' EquestriMalta biex tirregola l-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Minkejja li l-isem tal-awtorità huwa EquestriMalta, il-Gvern naqas milli jikkonsulta mal-għaqdiet tal-Equestrian. Fil-proċess tat-twaqqif ta' din l-awtorità, il-Gvern naqas milli jikkonsulta mal-federazzjonijiet involuti fosthom il-Malta Equestrian Federation u l-Malta Polo Club. Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, qal li din l-awtorità se tkun responsabbli mill-kalendarju tat-tlielaq taż-żwiemel, kif ukoll mill-azzjonijiet dixxiplinarji u miżuri ta' sigurtà. EquestriMalta se tkun ukoll responsabbli mill-prezzijiet tad-dħul għas-segwaċi taż-żwiemel f'pajjiżna. B'reazzjoni għal dan, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Robert Cutajar appella lill-Gvern biex jagħmel konsultazzjoni ma' kull min huwa involut fl-isport taż-żwiemel f'pajjiżna b'referenza għall-assoċjazzjonijiet kollha nvoluti. Cutajar qal ukoll li din il-liġi tressqet bl-għaġla u għall-oppożizzjoni din m'hijiex aċċettabli. Robert Cutajar ressaq numru ta' emendi fejn talab lill-Gvern biex jikkunsidra dawn l-emendi biex tiġi mwaqqfa' awtorità denja u li tixraq lill-isport kollu li jmiss maż-żwiemel wara li tkun saret konsultazzjoni xierqa ma' kull min hu involut. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport wiegħed li jekk issir din il-konsultazzjoni serja, l-oppożizzjoni ma tiddejaq xejn li tappoġja t-twaqqif ta' din l-awtorità bit-tama li l-Gvern ikompli jiddiskuti ma' dawk kollha nvoluti f'dan l-istess abbozz matul ix-xhur tas-sajf biex meta jerġgħa jiltaqa' l-parlament f'Ottubru li ġej din il-ligi tkun tista' tigi approvata bi qbil unanimu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. L-isports taż-żwiemel f'pajjiżna jixraqlu li jkollu awtorità denja li tkompli tgħolli l-livell ta' dan l-isport u r-rispett tad-dilettanti kollha taż-żwiemel.
1entailment
Is-sitt rebħa konsekuttiva għal Marsa
Chris Cassar MARSAXLOKK ……………….1 MARSA ………………………….2 Marsaxlokk : A. Chetcuti, C. Degabriele, J.P. Morales, G. Barone, D. Cartella, J.P. Mifsud Triganza, I. Paz, J. Spiteri, B. Sciberras, C. Brincat, P. Xuereb. Marsa: N. Vella, P. Chircop, J. Bondin, A. Monticelli, M. Mocallef, J. De Lima, C. Gatt Baldacchino, D. Grima, P. Teixeira Maia, L. Grech, L. Micallef. Referee: Ishmael Barbara Marsa komplew bil-mixja tagħhom lejn il-promozzjoni b'rebħa oħra, is-sitt waħda konsekuttiva, din id-darba kontra marsaxlokk bl-iskor ta' 2-1, bil-gowls kollha fl-ewwel nofs siegħa tal-logħba. Kienu Marsaxlokk li fetħu tajjeb u marru fil-vantaġġ, iżda Marsa dawwru r-riżultat b'żewġ gowls fi spazju ta' tliet minuti biex kisbu rebħa meritata. Marsaxlokk kellhom bidu mill-aqwa fejn wara biss ħames minuti fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta' korner id-difiża ta' Marsa ma rnexxielix tbieghed il-periklu u Joseuel Spiteri minn qagħda ideali spara fix-xibka. Marsa mill-ewwel wettqu reazzjoni u ħadu l-kontroll tal-logħba f'idejhom u bdew dejjem iżidu fil-pressjoni tagħhom fuq id-difiża Xlukkajra. Fl-24 minuta Marsa kisbu l-gowl tad-draw, gowl spettakolari skorjat minn Jackson Lima li minn distanza notevoli spara xutt li spiċċa fir-rokna ta' fuq tax-xibka. Tliet minuti wara Marsa dwaru għal kollox ir-riżultat meta minn azzjoni ta' korner kien hemm id-daqqa ta' ras ta' Teiexeira Maia u Lydon Micallef mill-viċin kompla għal ġewwa. Wara dan il-gowl Marsa naqqsu xi ftit mir-ritmu iżda xorta waħda baqgħu jippressaw lid-difiża Xlukkajra, bit-tim ta' Degabriele ma jwettaqx reazzjoni. Fil-bidu tat-tieni taqsima ċans f'saqajn Dennis Cartella li qabeż anki lill-goalkeeper iżda difensur ta' Marsa mblokka fil-ħin. Fl-64 minuta xutt ta' Lima ftit għoli u ftit wara kien Micallef li kellu xutt imur barra. Fl-aħħar ħinijiet Marsaxlokk ippressaw biex jiksbu l-gowl tad-draw iżda Marsa kkontrollaw tajjeb u qatt ma kienu fil-periklu li jaraw il-logħba taħrab minn idejhom. ST. GEORGE'S ………………0 PEMBROKE A. ……………… 1 St.George's: M. Bartolo, M. Caruana, L. Bonett, D. Caruana, G. Dos Reis, L.J. Agius, A. Gili, D. Serna, R. Tanti, O. Magro, J. Grech. Pembroke A: P. Schranz, K. Farrugia, D. Sant, K. Frendo, J. Oliveira, A. Abdeen, T. Fenech, N. Grech, M.A. Borg, K. Aquilina, J. Etim. Referee: Sandro Spiteri Pembroke saħħew l-ewwel post tal-klassifika b'rebħa mqanżħa kontra St. George's, li minkejja li kellhom prestazzjoni oħra qalbiena, spiċċaw biex ħarġu mill-grawnd b'idejhom vojta. L-ewwel taqsima li ntlagħbet taħt xita qawwija, kienet ferm bilanċjata bit-tim ta' pembroke kif kien mistenni jkollu iktar pussess ta' ballun iżda perikli lejn il-lasta ftit kien hemm. L-isbaħ azzjonijiet waslu lejn tmiem it-taqsima bil-Bormliżi jonqsu li jisfruttaw azzoni tajba ta' kontrattakk, u bit-tim ta' Pembroke jersaq qrib darbtejn permezz ta' Abdul Abdeen bil-ballun jgħaddi ftit barra. Għat-tieni taqsima Pembroke għamlu tliet bidliet u dehru iktar determinati li jiftħu l-iskor iżda kienu St. George's li fallew ċans tad-deheb mas-siegħa logħob meta Caruana żmarka lil Magro li minn qagħda tajba spara għoli. Ta dan pattew qares għaliex fit-62 minuta kien is-sostitut Chiedozie li skorja b'xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa. St. George's attakkaw biex jippruvaw jiksbu l-gowl tad-draw u Dylan Caruana kellu xutt jgħaddi ftit barra. BOV CHALLENGE LEAGUE Illum : Marsaxlokk v Marsa 1-2, St. George's v Pembroke A. 0-1 Għada: Centenary Stadium: Fgura U. v Qormi 11.00am, Mqabba v Swieqi U. 3.15pm, Qrendi v Pietà H. 7.30pm Victor Tedesco Stadium: St. Andrews v Żebbuġ R. 2.00pm, Vittoriosa S. v Naxxar L. 6.15pm Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Winston Muscat jinħatar kowċ ta' Tarxien Rainbows FC
Ġunju 12, 2020 Winston Muscat inħatar kowċ ta' Tarxien Rainbows FC. F'kitba fuq il-paġna tagħhom, il-klabb ikkonferma li Muscat iffirma kuntratt ta' sentejn. Dan mhux l-ewwel klabb ta' Muscat fil-futbol Malti. L-aħħar esperjenza tiegħu kienet mal-Malta Football Association fejn fl-aħħar snin mexxa l-iskwadra nazzjonali ta' taħt id-19-il sena.
1entailment
Jirritorna l-futbol fl-Italja permezz tal-Coppa Italia
Wara waqfa ta' tliet xhur minħabba l-pandemija tal-coronavirus, bejn illejla u għada jirritorna l-futbol Taljan permezz tat-tieni leg tas-semifinali tal-Coppa Italia. Illejla fl-Allianz Stadium, Juventus jilqgħu lil Milan fl-ewwel semifinali. Fl-ewwel leg f'San Siro, Juventus kienu salvaw il-partita fl-aħħar minuti permezz ta' penalty skorjat minn Cristiano Ronaldo wara li fil-61 minuta Ante Rebic kien tefgħa lil Milan fil-vantaġġ. Fit-tieni semifinali ta' għada, Napoli jibdew b'vantaġġ minimu f'darhom wara li fl-ewwel leg għelbu lil Inter 1-0 permezz ta' gowl tal-Ispanjol Fabian Ruiz. Il-futbol Taljan kien ġie sospiż fid-9 ta' Marzu wara li fl-Italja bdiet tgħolli rasha l-pandemija tal-coronavirus. Il-logħbiet kollha se jintlagħbu mingħajr partitarji filwaqt li se jkunu qegħdin jiġu segwiti l-istruzzjonijiet mediċi. Il-finali tal-Coppa Italia se ssir nhar l-Erbgħa fi Stadio Olimpico f'Ruma.
1entailment
Motorsport: Programm online ta' taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ
Ġunju 12, 2020 Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f'dan iż-żmienijiet ta' impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta' taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara li l-MMF kienet proattiva u ħa din l-inizjattiva ġdida li se tikkumplimenta n-normalita li qed ngħixu llum. Il-programm huwa bbażat fuq Search Talent mill-FIA biex issibu sewwieqa tal-isport ġodda fil-Gżejjer Maltin li huwa kofinanzjat 80% mill-FIA. Il-programm se jkun miftuħ għall-persuni kollha irrispettivament jekk m'għandhomx esperjenza jew le fl-isport u għandhom bejn 8 snin sa 25 sena. Se jkun hemm tariffa nominali u l-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mit-Tnejn 30 ta 'Ġunju 2020. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima, filwaqt li rringrazzja lill-Malta Motorsport Federation għall-ħidma tagħhom, qal li dan il-programm huwa inizjattiva kbira li se jkun utli għall-futur. Huwa saħaq li programm bħal dan se jagħti lis-sewwieqa Maltin l-ħiliet meħtieġa fosthom, Career Management u Nutrition and Lifestyle li huma bżonnjużi f'din l-industrija. Huwa kkonkluda li qiegħed jistenna bil-ħerqa li jara t-tieni fażi ladarba l-pandemija tal-Covid-19 tintemm. Mistoqsi minn TVMSport dwar il-mod kif kiber dan l-isport fl-aħħar snin f'pajjiżna, Grima qal li jħossu kburi li Assoċjazzjonijiet bħal dik tal-motorsport f'pajjiżna qed ikollha tant suċċessi u qed tidher professjonali minn kull aspett. Grima qal li l-Gvern hu kommess li jibqa' jgħin l-assoċjazzjonijiet żgħar ħafna bħal dik tal-motorsport. Kate Robson, Kap tal-Programmi tal-Isport u l-Akkreditazzjoni għall-FIA, faħħret l-isforzi tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, u qalet li dan il-programm se jkun qed jiftaħ opportunitajiet ġodda għas-Sewwieqa Maltin kif għamel għal pajjiżi oħra. Il-Koordinatur tal-Proġett Khalili Beschir qal li l-YDP online se jinqasam f'żewġ fażijiet, bhal kif sar ma' pajjiżi oħra u se jaħdem perfettament ma' Malta. L-ewwel fażi se tkun valutazzjoni online li tagħti wkoll lill-kowċis, min iħarreġ u t-tim tal-RTP iktar ħin biex issiru jafu lis-sewwieqa Maltin, jevalwahom għal żmien itwal u jagħtuhom aktar xogħol x'jagħmlu sakemm il-kowċis tal-FIA jkunu jistgħu jivvjaġġaw lejn Malta bit-tama li f'Settembru jevalwahom f'Malta stess u jaraw min hu verament huwa sewwieq impenjat u jaħdem ħafna għall-Isport. L-aqwa sewwieq ser jingħata ġimgħa ta' taħriġ imħallsa bis-sħiħ ma' timijiet tat-tlielaq internazzjonali bħal ROTAX jew ma' tim F4. Il-process se jkun: 1- 12 ta 'Ġunju 2020 – Tnedija tal-ewwel fażi tal-proġett. 3- Ir-reġistrazzjoni tas-sewwieqa tagħlaq it-30 ta 'Ġunju 2020. 5 ta' Lulju – Tnedija tal-programm online b'sensiela ta' valutazzjoni u taħriġ It-taħriġ onlajn se jsir via Zoom u se jkollu: • Welcome Sessjoni mal-ASN u s-sewwieqa • Klassijiet / Workshops għas-sewwieqa fil-ġestjoni tal-Motorsport, Nutrizzjoni, Saħħa, midja soċjali u sponsors. (Kollettiv) • Sessjonijiet ta 'taħriġ tal-fitness, apposta għal sewwieq li jkun jista jaghmilhom id-dar (Kollettiv) • Valutazzjoni personali mal-kowċis • Preżentazzjonijiet kummerċjali / ta 'sponsorizzazzjoni li għandhom jiġu ppreparati minn kull sewwieq, għal meta t-taħriġ iseħħ fiżikament. • Korsijiet tal-Midja / tal-Midja Soċjali
1entailment
Gowl kull taqsima jagħtu rebħa meritata lil Sirens
Ġunju 10, 2020 Id-derby ta' Merseyside se jkun jista' jsir f'Goodison Park Stadium, filwaqt li Liverpool se jkunu jistgħu jilagħbu l-partiti li fadlilhom f'darhom f'Anfield stess. Id-derby ta' Liverpool jintlagħab fil-21 ta' Ġunju u r-Reds qegħdin 25 punt fuq kulħadd f'ras il-klassifika tal-Premier League Ingliż. Il-partita kienet waħda meqjusa riskju kbir għall-imxija kontra l-coronavirus peress li jinġabru eluf ta' nies fil-viċinanzi tal-istadium. Sadanittant, l-istadium St Mary's ta' Southampton mistenni jkun wieħed minn dawk newtrali fejn jintlagħbu l-partiti li fadal mill-kampjonat Ingliż.
0not_entailment
Hulkenberg jieħu post Perez għall-Grand Prix tar-Renju Unit
Nico Hulkenberg se jikkompeti ma' Racing Point flok Sergio Perez wara li l-Messaġġ instab pożittiv għall-coronavirus. Perez ġie kkonfermat li għandu l-Covid-19 il-Ħamis u żvela li kien mar lura l-Messiku wara l-Grand Prix tal-Ungerija biex iżur lill-ommu li kienet l-isptar. Hu tal-anqas se jitlef iż-żewġ tlielaq f'Silverstone iżda Hulkenberg għadu jrid ikun ikkonfermat għat-tellieqa tal-ġimgħa d-dieħla fl-okkażjoni tas-70 aniversarju mill-ewwel Grand Prix. Perez sejjaħ dan il-perjodu bħala l-aktar jiem tad-dwejjaq fil-karriera tiegħu. Hu qal li dan juri kemm huma vulnerabbli għal dan il-virus. Sergio Perez ikkonferma li ma jafx minn fejn ħa l-virus u għalkemm ammetta li hu mument iebes għalih, jinsab kunfidenti li jirritorna aktar b'saħħtu. Hulkenberg li spiċċa bla tim wara li ma nżammx fi tmiem l-istaġun li għadda, se jirritorna mat-tim li tellaq miegħu fl-2012 u bejn l-2014 u l-2016.
1entailment
Winston Muscat maħtur kowċ ta' Tarxien Rainbows
Tarxien Rainbows bdew jiffurmaw l-istaff tekniku tagħhom hekk kif ħatru lil Winston Muscat bħala l-kowċ tagħhom b'kuntratt ta' sentejn. Din l-aħbar issegwi dik ta' ftit jiem ilu li l-eks plejer Denni Rocha dos Santos inħatar Direttur Tekniku tal-klabb. Muscat li għandu l-liċenzja UEFA Pro ġej minn esperjenza ta' sentejn bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena. Din mhux se tkun l-ewwel esperjenza għal Muscat fl-ogħla diviżjoni wara esperjenzi ma' Vittoriosa Stars, Marsaxlokk, Naxxar Lions u Pembroke Athleta. Hu se jkun qed jieħu post Demis Scerri wara li ntlaħaq ftehim mal-klabb biex ma jibqax imexxi lit-tim. Winston Muscat se jkollu biċċa xogħol diffiċli biex iżomm lil Tarxien Rainbows fl-ogħla diviżjoni. Fl-istaġun li għadda, Tarxien Rainbows kellhom staġun iebes hekk kif kisbu biss erba' punti minn 20 logħba. Madankollu minkejja li kienu matematikament relegati, b'vot fil-Kunsill tal-MFA fil-25 ta' Mejju li għadda, ġie deċiż li t-Tarxiniżi jibqgħu fil-Kampjonat Premier. Tarxien ilhom fl-ogħla diviżjoni mill-istaġun 2008/09.
1entailment
35 Gowl Fi 8 Logħbiet Mill-UEFA Champions League
Rebħa kbira għal Bayern Munich barra minn darhom fl-Awstrija kontra Salzburg hekk kif f'temp ta 90 minuta ġabu fix-xejn li t-tim Awstrijak b' riżultat finali ikun ta' 6-2. Salzburg imorru fil-vantaġġ wara biss 4 minuti permezz ta' Berisha biex minn hemm 'il quddiem Bayern Munich iddominaw u ġabu il-gowl tad-draw minn penalty permezz ta' Lewandowsi fil-21 minuta biex eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima auto goal ta' Kristensen tefa' lil Bayern fil-vantaġġ. Salzburg ġabu draw minn Okugawa fis-66 minuta bil-Ġermanizi jirrispondu permezz ta' Boateng fid-79 minuta, Sane fit-83 minuta, Lewandowski fi 82 Minuta bis-6 goal jasal minn Hernandez fil-ħin miżjud. Punt kull wiehed għal Lokomotiv Moscow u Atletico Madrid hekk kif spiċċaw fi draw ta' 1-1. Atletico imorru fil-vantaġġ b'gowl ta' Gimenez wara 18-il minuta logħob bir-risposta ta Lokomotiv Moscow tasal fil-25 minuta meta minn penalty Miranchuk tefa' fix-xibka. Rebħa kbira ukoll għal tim Ġermaniż ieħor fl-Ukrajna it-team ta Borussia Moenchengladbach gheleb lil Shaktar Donetsk 6-0 bill goals jaslu permezz ta Plea fit-8 minuta, auto goal ta' Bondar fis-17-il minuta Plea fi 26 minuta u Bensebaini minuta qabel it tmiem ta lewwel taqsima, Fit-tieni taqsima komplew jiddominaw b'laħħar żewġ gowls jaslu permezz ta' Stindl fil-65 minuta u Plea jgħaqqad il-hat trick personali fit-78 minuta. Telfa ghat team ta Antonio Conte hekk kif kontra it-team Spanjol Real Madrid sfaw melghuba 3-2. Real Madrid marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Benzema wara 25 minuta loghob bi tieni goal jasal permezz tal kaptian Sergio Ramos ma 33 minuta. Inter inaqqsu id distakk b'gowl ta' Martinez żewġ minuti wara, fi tieni taqsima Interi jġibu l-gowl tad-draw permezz ta Perisic liema draw wasal fit-68 minuta biss 10 minuti min tmiem il-partita Real Madrid isibu x-xibka għat- tielet darba fil-partita minn Rodrygo. Rebħa faċli għal Manchester City bi skor ta' 3-0 kontra Olympiacos. City fil-vantaġġ wara 12-il minuta logħob permezz ta Ferran Torres bi tieni u tielet goal jaslu permezz ta' Gabriel Jesus fil-81 minuta u Cancelo fid-90 minuta. Porto 3–0 Marseille Porto ġewwa darhom jakkwistaw 3 punti importanti wara li għelbu lil Marseille bi skor ta' 3-0. Porto fil-vantaġġ wara biss 4 minuti permezz ta' Marega bit-tieni goal jasal fit-28 minuta minn penalty ta' Sergio Oliveira bil-Portugiżi jassiguraw it 3 punti permezz ta' Luiz Diaz fid-69 minuta. It –team Olandiz ta' Ajax joħroġ rebbieħ barra min daru kontra Mitylland bi skor ta' 2-1. Antony tefa' fil-vantaġġ lil Ajax wara ftit sekondi tal-partita b' Tadic jirdoppja fit-13-il minuta. Id-Daniżi naqqsu id-distakk b'gowl ta' Dreyer fit-18-il minuta. Liverpool barra minn darhom ġabu fi xejn lit-tim Taljan ta' Atalanta b'rebħa kbira ta' 5-0. Diego Jota jiftaħ l-iskor wara 16-il minuta biex mat-33 minuta l-istess plejer jirdoppja. Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Salah għalaq il-logħba bIr-Reds ikomplu jkabbru il-vantaġġ bir-raba' goal jasal permezz ta' Mane fid-49 minuta biex fil-55 minuta Jota jagħmilhom 5.
1entailment
Kaljevic jħalli lil Valletta FC
Wara parir professjonali mediku, il-President tal-Malta Billiards & Snooker Assocoiation is-Sur Frans Buġeja, wara aktar minn 50 sena ta' servizz lil din l-assoċjazzjoni, mhux ser jerġa jikkontesta għall-kariga. Taħt il-Presidenza tas-Sur Buġeja l-MBSA għamel suċċessi kbar fosthom: 1) Ġew organizzati żewġ European Snooker tournaments, Teams, Masters u U/21 Championships. 2) Ġiet organizzata l-Ewwel World Snooker Federation Championship. 3) B'għajnuna tal-kooperazzjoni mill-Onor. Chris Agius, Clifton Grima u CEO ta' SportMalta, Mark Cutajar, seħħet realtà l-ħolma li għall-ewwel darba, il-MBSA għanda Akkademja 'state of the art' li tinsab il-Ħamrun. 4) Saret qabża kbira finanzjarja eċċellenti, ġrazzi għal SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti. Is-Sur Buġeja huwa ukoll l-uniku Snooker Referee Examiner f'Malta u kien l-ewwel referee Internazzjonali Malti li irrefja l-Ewwel World Billiards Championship li ntlagħbet f'Malta fl-1970/71, fejn fost oħrajn irrefja plejers kbar bħal John Higgins u Mark Williams, filwaqt li fil-Billiards lil Michael Ferreria, Geet Sejti u diversi oħrajn.
0not_entailment
Steve Borg jirbaħ l-unur tal-aqwa plejer tas-sena tal-MFA
Id-difensur internazzjonali Malti Steve Borg huwa r-rebbieħ tal-unur tal-plejer tas-sena tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol. Dan ħabbrietu l-istess assoċjazzjoni kmieni wara nofsinhar. Borg spikka matul l-istaġun 2019/2020 bil-flok ta' Valletta FC u kien għalhekk li dawk eleġibli jivvutaw għażlu lill-plejer li issa ingħaqad ma' Gzira United F.C. Eleġibli jivvutaw kien hemm kowċis u captains tat-timijiet mill-Kampjonat Premier flimkien ma' diversi uffiċjali u ġurnalisti li jsegwu l-stess Kampjonat. Iż-żewġ finalisti l-oħra kienu l-captain taċ-ċampjins Floriana FC Jurgen Pisani u l-goalkeeper ta' Valletta Football Club Henry Bonello. Jan Busuttil rebaħ l-unur tal-Best Young Player filwaqt li kowċ ta' Floriana FC Enzo Potenza ġie ivvuttat bħala l-aħjar kowċ tas-sena. L-unur tal-aqwa plejer barranin intrebaħ mill-aqwa skorer tal-Kampjonat Kristian Keqi. Illum wara nofsinhar ukoll l-MFA ħabbret ukoll ir-rebbieħa tal-unuri kollha tad-Diviżjonijiet inferjuri. L-unur tal-aħjar plejer tal-Ewwel Diviżjoni intrebaħ minn Erjon Beu ta' Lija Athletic F.C. filwaqt li l-aħjar plejer tat-Tieni Diviżjoni intrebaħ minn Ryan Micallef ta' Marsaxlokk FC. Nicholas Schembri rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tat-Tielet Diviżjoni filwaqt li Haley Bugeja rebħet l-unur tal-aqwa plejer femminili kif ukoll l-aqwa plejer ta' taħt il-19 il-sena. Zak Grech rebaħ l-Best Young Player filwaqt li Celino Alves rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tal-Futsal.
1entailment
It-tieni rebħa konsekuttiva għal Fabio Quartararo
Fiċ-ċirkwit ta' Jerez f'Andalusia, is-sewweiq ta' Yamaha Fabio Quartararo kiseb it-tieni rebħa tiegħu fejn iddomina mill-bidu tat-tellieqa. F'temperatura li tlaħħaq s-60 grad celcius fiċ-ċirkwit, bosta sewwieqa żviluppawlhom numru ta' ħsarat tekniċi li wasslu biex xi sewweiqa kellhom jirtiraw mit-tellieqa. Fuq il-podju flimkien ma' Quartararo temm Maverick Viñales u warajh daħal it-Taljan Valentino Rossi fuq Yamaha, b'Viñales irnexxielu jaqbeż lill-istess Rossi żewġ dawriet mit-tmiem. Fir-raba' u fil-ħames post temmew Takaaki Nakagami u l-Ispnajol Joan Mir fuq Suzuki. Andrea Dovizioso rnexxielu jidħol fis-sitt post u warajh temm Aleix Espargaró. Fit-tmien u d-disa' post temm Álex Márquez fuq Repsol Honda u Johann Zarco fuq Ducati filwaqt li fl-għaxar post temm l-Ispanjol Álex Rins. Iċ-Champion Marc Márquez ma rnexxielux jikkompeti f'din it-tellieqa wara l-inċident li kellu l-ġimgħa l-oħra u kellu jagħmel operezzjoni fi spalltu MOTOGP Kif spiċċaw : 1 F. Quartararo 41:22.666, 2 M. V iñales +4.495, 3 V. Rossi +5.546, 4 T. Nakagami +6.113, 5 J. Mir +7.693, 6 A. Dovizioso +12.554, 7 P. Espargaro' +17.488, 8 A. Márquez +19.357, 9 J. Zarco +23.523, 10 A. Rins +27.091, 11 T. Rabat +33.628, 12 B. Smith +36.306, 13 C. Crutchlow +dawra, Ma temmewx : F. Bagnaia, F. Morbidelli, B. Binder, D. Petrucci, J. Miller, A. Espargaro', I. Lecuona, Miguel Oliveira Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Rugby – Konfront deċiżiv nhar is-sibt li ġej
Barcelona ħabbru li keċċew lil Eric Abidal minn direttur sportiv tal-klabb, ġurnata biss wara li tkeċċa l-kowċ Quique Setien. It-tibdil ikompli fil-klabb wara l-umiljazzjoni li soffrew kontra Bayern Munich fiċ-Champions League fejn tilfu 8-2. Il-klabb Spanjol irringrazzja lid-direttur tas-servizz tiegħu tul is-snin. Abidal lagħab ma' Barcelona bejn l-2007 u l-2013, fejn rebaħ erba' kampjonati ta' Spanja u żewġ Champions League. Meta rtira fl-2018, hu rritorna mal-klabb bħala direttur flok Roberto Fernandez. Huwa kien ir-raġuni ewlenija għala Setien sar kowċ ta' Barcelona, wara li kien tkeċċa Ernesto Valverde, fejn l-istess direttur waħħal fil-plejers minħabba l-falliment tal-kowċ. Ronald Koeman huwa l-favorit li jieħu post Setien bħala kowċ, filwaqt li għadu mhux magħruf minn se jieħu post Abidal.
0not_entailment
Parma jkeċċu lill-kowċ Roberto D'Aversa
Parma keċċew lill-kowċ tagħhom Roberto D'Aversa wara li ħassew li kien hemm nuqqas ta' għaqda fil-klabb. D'Aversa rnexxielu jwassal lil Parma lura fis-Serie A wara li kienu relegati għas-Serie C1. Parma qalu li t-tkeċċija ta' D'Aversa hija bbażata fuq in-nuqqas ta' għaqda li teżisti fil-klabb tas-Serie A, li fl-istess stqarrija qalu li kienet strumentali biex it-tim wasal fejn jinsab illum. Lura fl-2015 Parma kienu relegate għas-Serie C2 bil-klabb ikun dikjarat fallut. Dan l-istaġun huma temmew fil-11 –il post tal-klassifika u f'xi mumenti tal-istaġun kienu qed jiġġieldu biex jiksbu post fl-Europa League. Post D'Aversa mistenni jieħdu l-kowċ ta' Lecce Fabio Liverani.
1entailment
Haley Bugeja terġa tiskorja għal darb' oħra
Milan għandhom ikomplu jsaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika hekk kif fi tmiem il-ħimgħa jilgħabu kontra Parma. Milan dan l-istaġun fis-Serie A għadhom bla telfa u jinsabu fl-ewwel post ħames punti fuq Inter li jisnabu fit-tieni post. Inter minn naħa tagħhom wara l-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League f'nofs il-ġimgħa se jkunu qed jilgħabu f'Sardenja kontra Cagliari, partita li tista' tkun diffiċli għall-Inter. Juventus ukoll għandhom konfront diffiċli barra minn darhom kontra Genoa iżda żgur ir-rebħa kontra Barcelona f'nofs il-ġimgħa se tkun t'għajnun għall-moral fit-tim imexxi minn Andrea Pirlo. Napoli jilgħabu kontra Sampdoria f'partita importanti għal Napoli biex iżommu l-post ma' Milan u Inter fil-quċċata tal-klassifika. Roma jilgħabu barra minn darhom kontra Bologna. SERIE A Illum: Sassuolo v Benevento 8.45pm Għada: Crotone v Spezia 3.00pm, Torino v Udinese 6.00pm, Lazio v Verona 8.45pm Il-Ħadd: Cagliari v Inter 12.30pm, Atalanta v Fiorentina 3.00pm, Bologna v Roma 3.00pm, Napoli v Sampdoria 3.00pm, Genoa v Juventus 6.00pm, Milan v Parma 8.45pm Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Alex Borg ikkwalifika biex jikkompeti ma' l-aqwa plejers tad-dinja fl-isnooker
Alex Borg ikkwalifika għall-main tour sabiex ikun jista' jikkompeti mal-aqwa plejers tad-dinja fl-isnooker b'wild card. Borg ikkwalifika mit-tielet tournament tal Q-School li sar f'Wigan, l-Ingilterra. Wara li għadda l-ewwel tliet rounds, Alex Borg lagħab kontra Patrick Whelan fir-round tat-32 u rebaħ 4-2, u fir-round tas-16 għeleb l-isfida t'Alan Taylor 4-3. Fl-aħħar logħba Borg rebaħ kontra Billy Joe Castle 4-3 biex b'hekk rebaħ il-wild card sabiex jikkompeti ma l'aqwa plejers professjonali tas-snooker. Barra minn hekk, iċ-champion Malti Duncan Bezzina wasal sal-kwartifinali tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker li qed jintghlab f'Belgrad is-Serbja. Bezzina spiċċa eliminat meta tilef kontra Shachar Lubeg ta' Iżrael 4-2. F'dan l'istess kampjonat qed jikkompetu ukoll 4 players Maltin fil-kategorija ta' timijiet, tal- Masters u tal- Men. Fil-kategorija tal-Masters it-tim kompost min Arthur Cachia u Ivan Attard għelbu lit-tim ta' Serbia 4 bil-punteġġ ta' 5-0,u għelbu lit-tim ta' Irlanda2, bil punteġġ ta'3-2. Fil-kategorija tal-Men, it-tim Malti kompost min Duncan Bezzina u Tony Drago , għelbu lil Serbia 5, bil punteġġ ta'5-0 u għelbu ukoll lit-tim tal Germanja bil-puntegg ta'4-1.
1entailment
Ritratti: Riżultat pożittiv għat-tim tar-Rugby Malti
Imtella' Ġunju 14, 2020 Napoli eliminaw lil Inter fit-tieni semifinali li ntlagħbet ilbieraħ filgħaxija fi Stadio San Paolo. Minkejja d-draw ta' 1-1 sad-90 minuta, Napoli kienu rebħu l-ewwel leg f'San Siro bi skor ta' 1-0. Fil-partita tal-bieraħ filgħaxija, kienu Inter li marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Eriksen wara żewġ minuti, dirett minn corner. Iżda Napoli ġabu l-gowl tad-draw minn Mertens fil-41 minuta biex sar l-aktar plejer li skurja fl-Istorja tal-klabb. Il-finali tal-Coppa Italia kontra Juventus tintlagħab l-Erbgħa li ġej fid-21.00.
0not_entailment
Lazio lura għar-rebħ biex iżommu t-tamiet għar-rebħ tal-kampjonat ħajjin
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 6:51pm Valletta din il-ġimgħa mistennija jintensifikaw in-negozjati u t-taħdidiet tagħhom ma' xi kowċis lokali u barranin sabiex jaslu fi ftehim sabiex ikun ingaġġat kowċ għall-istaġun 2020/21 wara li Giovanni Tedesco ma' ffirmax il-kuntratt għal estensjoni ta' staġun ieħor. Fost dawk li din il-ġimgħa mistennija jkollhom laqgħat ma' Victor Scririha, Alex Fenech u Gerald Ellul li qed imexxu d-diskussjonijiet hemm l-eks player u eks kowċ tagħhom Jesmond Zerafa li jista' jagħmel ir-ritorn tiegħu fil-Premier. Hu rraportat li Zerafa kellu u għandu relazzjoni tajba ħafna kemm mad-Direttur Tekniku l-ġdid Drasko Braunovic kif ukoll mal-Assistent kowċ Gilbert Agius. Fil-passat Zerafa rebaħ żewġ kampjonati ma' Valletta bħala kowċ. Intant wara t-tluq ta' Steve Borg Valletta jidher li huma interessati li jakkwistaw lid-difensur internazzjonali żagħżugħ Dejan Debono.
0not_entailment
Vettel juri x-xewqa li jibqa' fil-Formula 1 s-sena d-dieħla
Malta 1 Gżejjer Faroe 1 Id-diżappunt li nħass mat-tmiem tal-partita mill-Maltin, ma kienx sentiment instigat minn prestazzjoni negattiva, iżda għaliex kontra l-Gżejjer Faroe tassew konna sfortunati. Din kienet lejla unika għall-futbol Malti, fejn anke dawk mhux dilettanti tal-futbol lokali, segwew b'interess id-90 minuta sħaħ tal-Maltin, u li fihom bqajna nittamaw sal-aħħar għal promozzjoni storika f'Diviżjoni C. It-tim Malti li beda l-partita kontra l-Gżejjer Faroe (Ritratt ta' Domenic Aquilina) Fl-aħħar mill-aħħar, jista' jagħti l-każ li dro kien l-aktar riżultat ġust għaliex iż-żewġ naħat kellhom il-mument tagħhom fil-partita, iżda meta tara lil Malta tilgħab aħjar mill-avversarji fit-tieni taqsima, konna aggressivi, morna fil-vantaġġ u saħansitra konna viċin gowl ieħor, biex imbgħad soffrejna gowl tad-dro li għarraq il-ħolma l-ħolm tal-Maltin, bilfors tgħid li stajna ħriġna b'rebħa minn din il-partita. Kieku erbaħna konna niksbu promozzjoni storika għal Diviżjoni C tal-UEFA Nations League. Fl-ewwel taqsima l-Faroe kienu aħjar, iżda l-Maltin konna dixxiplinati. Wara l-mistrieħ għarafna ntejbu fuq in-nuqqasijiet tal-ewwel 45 minuta u ħriġna b'saħħitna u determinati li niskorjaw u niksbu rebħa, tant li wara disa' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, morna fil-vantaġġ grazzi għall-gowl sabiħ ta' Matthew Guillaumier, li kien l-ewwel wieħed tiegħu ma' Malta. Joseph Mbong f'kuntrast ma' Solvi Vatnhamar (Ritratt ta' Trevor Sollars) Sentejn ilu ż-żewġ pajjiżi lagħbu kontra xulxin għall-aħħar post fil-grupp Ironikament Malta u l-Gżejjer Faroe kienu qed jerġgħu jilgħabu kontra xuxlin fl-aħħar partita tal-grupp ta' din il-kompetizzjoni l-istess bħal m'għamlu sentejn ilu fl-ewwel edizzjoni tal-UEFA Nations League. F'Novembru tal-2018, f'Ta'Qali ukoll, Malta u l-Gżejjer Faroe kienu temmew dro ta' 1-1, f'partita li dak in-nhar iddeċidiet min kien se jispiċċa l-aħħar fil-grupp. Din id-darba, id-dwell dirett bejn dawn iż-żewġ pajjiżi kellu jiddeċidi r-rebbieħ tal-grupp. Steve Borg l-unika bidla ta' Mangia Mir-rebħa ta' kontra Andorra, kowċ Mangia wettaq biss bidla waħda fil-formazzjoni inizjali tal-Maltin, hekk kif id-difensur ta' 32 sena, Steve Borg irritorna fl-iskwadra wara li skonta sospensjoni ta' partita, u ħa post Karl Micallef, b'dan tal-aħħar kellu 90 minuta tajbin kontra Andorra. Mill-bqija, it-Taljan ħalla kollox l-istess, b'sistema ta' 3-4-2-1. Borg kien wieħed mit-tliet ċentrali ta' wara, flimkien ma' captain Andrei Agius u ż-żagħżugħ Slimiz Kurt Shaw. F'nofs il-grawnd, it-tnejn ċentrali reġgħu kienu Teddy Teuma u Matthew Guillaumier, b'Ryan Camenzuli u Joseph Mbong mal-faxxex tax-xellug u l-lemin rispettivament. Fil-fażi offensiva ta' Malta, l-iskorer fl-aħħar partita, Jurgen Degabriele żamm postu, flimkien mal-efikaċi ta' Colchester United, Luke Gambin. Dawn it-tnejn kienu ta' appoġġ għall-punta ewlenija tal-Maltin, Luke Montebello. Il-gowlkiper Malti, Henry Bonello joħroġ jagħlaq tajjeb f'azzjoni fl-ewwel taqsima (Ritratt ta' Domenic Aquilina) Bidu tal-partita: il-Faroe jibdew b'saħħithom Erba' minuti mill-ftuħ tal-partita u l-Maltin irriskjajna penalty kontra tagħna meta Meinhard Olsen xeħet kross fil-baxx minn fuq ix-xellug ta' Henry Bonello, Viljormur Davidsen mar għall-ballun, iżda l-markatura ta' Joseph Mbong telfitu l-bilanċ, bil-gowlkiper Malti ħareġ jagħlaq tajjeb. Ir-ripetizzjonijiet ta' din l-azzjoni fuq it-televiżjoni, jitfgħu dubju jekk il-kuntatt ta' Mbong fuq l-avversarju kienx wieħed ta' fawl. Kien x'kien pero, l-importanti għal Malta li r-referee ħalla l-logħob għaddej. Kontra dak li rajna mill-Maltin fil-partiti preċidenti, sa mill-bidu tal-konfront kienu l-avversarji li beda' jkollhom aktar pusses tal-ballun f'saqajhom iżda l-plejers tagħna ma kienux passivi. Bdejna nikkontrollaw tajjeb is-saħħa tal-Gżejjer Faroe, nassorbu l-pressjoni tagħhom fl-attakk u mingħajr ma nipprendu lill-avversarju, bdejna nkunu kreattivi fil-fażi offensiva. Il-Maltin nassorbu l-pressjoni u bqajna dixxiplinati Fl-34 minuta, il-Faroe resqu viċin il-gowl iżda konklużżjoni ta' Brandur Hendriksson kienet salvata b'mod spettakolari minn Bonello, li kien attent biex dawwar f'corner. Lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima, l-avversarji tagħna komplew iżidu l-pressjoni tagħhom fl-attakk, madankollu l-Maltin bqajna kompatti, u b'mod kollettiv għalaqna kull spazju possibli lill-Faroe. Jóannes Bjartalíð f'tliet okkazzjonijiet differenti inkwieta lill-Maltin, b'konklużżjonijiet mid-distanza. Vatnhamar f'azzjoni oħra ma' Mbong (Ritratt ta' Trevor Solars) Fl-ewwel 45 minuta, Malta kelna 49 fil-mija tal-pusses bil-ballun, filwaqt li kkonkludejna tliet darbiet lejn il-lasta kontra s-sitt okkażżjonijiet li kellhom il-Faroe. L-avversarji kienu aħjar iżda l-Maltin kellna l-merti tagħna, b'dixxiplina tattika fil-fażi difensiva u ma ddejaqnix nippruvaw nilgħabu l-ballun u nfittxu li noħolqu l-azzjonijiet tagħna. Madankollu konna batuti fil-mument ta' transazzjoni bil-ballun. Malta aħjar mal-bidu tat-tieni taqsima Malta żammet l-istess formazzjoni mal-bidu tat-tieni taqsima u sa mill-ewwel sekondi dehrna aktar aggressivi u bl-għatx għall-gowl. Ma nafx qalhom Mangia lill-plejers fid-dressing room, iżda kien x'kien id-diskors, il-Maltin ħarġu b'motivazzjoni akbar. Jgħaddu sitt minuti logħob, u Mbong daħal lejn in-nofs, għadda ballun tajjeb fil-kaxxa lejn Gambin, li f'posizzjoni regolari u mhux ta' offside, xeħet wara l-gowlkiper Teitur Gestsson. Gowl, iżda le. L-assistant referee deher jgħolli l-bandiera għal offside u ċaħħad lill-Maltin minn gowl leġittimu. Vera li kienet deċiżjoni millimetrika, speċjalment meta terġa' tara r-ripetizzjoni tal-azzjoni, iżda żgur li Gambin ma kienx wara d-difensur avversarju. Ritratt ta' Trevor Sollars li juri l-mument meta Matthew Guillaumier ikkonkluda lejn il-lasta għall-gowl Malti tal-1-0 L-ewwel gowl ta' Guillaumier ma' Malta Iżda tliet minuti wara pattejna għal din l-inġustizzja u b'mod meritat skorjajna l-gowl tal-vantaġġ, u din id-darba kkonvalidat mir-referee mill-Estonja. Kienet azzjoni ta' free-kick mogħti minn Teuma, Davidsen naqas milli jtajjar il-ballun 'il bogħod mill-periklu, il- clearance avversarja ġiet f'saqajn GUILLAUMIER li kien f'tarf il-kaxxa 'l kbira, u b'kordinazzjoni perfetta xxutja dirett lejn il-lasta, bil-ballun jibqa' dieħel ġewwa għall-gowl tal-vantaġġ ta' Malta. Kien gowl li nissel ewforija kbira mill-ftit Maltin f'stadium vojt. Kieku l-COVID-19 qatt ma eżista, min jaf x'għajta kienet tkun f'Ta' Qali. Vantaġġ li gawdejniħ biss għal kwarta Ġara iżda li dommna ngawdu t-tomgħa tal-promozzjoni għal diviżjoni oħra għal kwarta biss għaliex fid-69 minuta l-Faroe skorjaw il-gowl tad-dro meta Sølvi Vatnhamar għadda pass tajjeb lejn in-nofs tad-difiża Maltija, u s-sostitut ARI MOHR JONSSON, li kien ilu biss disa' minuti fil-grawnd, daħal tajjeb biex tefa' il-ballun wara Bonello. Il-Faroe jiskorjaw id-dro u f'Ta' Qali waqa' skiet perfett. Żewġ minuti wara dan il-gowl, Bonello reġa' kien deċiżiv għall-Maltin, meta salva konklużżjoni minn barra ta' Olsen. Fil-75 minuta, Mbong kien viċin il-gowl tal-vantaġġ Malti, iżda Gestsson ħareġ jagħlaq tajjeb fuq il-plejer ta' Ħamrun Spartans. Henry Bonello megħlub fid-69 minuta b'konklużżjoni ta' Ári Mohr Jónsson (Ritratt ta' Trevor Sollars) Minkejja li soffrejna l-gowl…il-Maltin bqajna l-aħjar M'hemmx dubju li fit-tieni 45 minuta, il-Maltin konna l-aħjar u għal dak li rnexxilna nagħmlu kien jistħoqilna nirbħu. Konna proattivi, avventurużi, aggressive u kreattivi ukoll. Ħames minuti mid-90 minuta, Guillaumier kellu xutt ieħor minn barra li iżda l-gowlkiper tal-Faroe, bi bravura dawwar f'corner. Il-Maltin bqajna l-aħjar, sal-aħħar sekonda tal-partita. Bqajna motivati għall-gowl iżda f'ċirkostanzi bħal dawn, l-urġenża u l-ħin ikunu fatturi li ma jgħinux. Il-Faroe kienu biss reattivi għal dak li konna qed nagħmlu aħna. L-avversarji ddefendew tajjeb u żammewna milli niskorjaw. Il-plejers tagħna ppruvaw minn kollox iżda l-gowl baqa' ma wasalx u meta r-raba' uffiċjal tal-partita, mad-90 minuta beda' juri li se jagħti tliet minuti ta' ħin miżjud, Mangia deher irrabjat u bir-raġun. Wara l-partita, Devis Mangia feraħ u rringrazzja lill-plejers Maltin iżda meta mistoqsi dwar il-kontrol tar-referee mill-Estonja, u deher li ma kien kuntent xejn. Mangia deher mhux kuntent bid-deċiżjonijiet tar-referee Wara l-partita, l-istess Mangia kien attent kif jitkellem dwar il-kontrol tar-referee mill-Estonja, iżda kien evidenti li ma kien sodisfatt xejn mid-deċizjonijiet li ħa. Wara li fallejna bi ftit il-promozzjoni, wieħed jibqa' xettiku dwar kemm kienu ġusti d-deċiżjonijiet tal-gowl li tħassar lil Gambin, u żewġ azzjonijiet ta' penalties li ma kienux mogħtija lil Malta. Agħfas hawn biex issegwi l-konferenza stampa ta' Mangia ta' wara l-partita. Il-Faroe jiksbu promozzjoni storika Tmiem il-partita ta bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-plejers u l-istaff tekniku tal-Faroe li bid-dro ta' kontra Malta, huma temmew il-grupp mingħajr telfa u promozzjoni għal Diviżjoni C. Għalkemm ma ksibnix il-promozzjoni, hu fatt li d-disa' punti miksuba f'dan il-grupp juru biċ-ċar li f'din il-kompetizzjoni, it-tim nazzjonali tagħna beda' juri sinjali ta' progress u l-klassifika finali f'dan il-grupp tal-UEFA Nations League, tagħtina kuraġġ għall-futur. Malta kelna 55 fil-mija tal-pusses L-istatistika ma tigdibx, iżda turi l-veritá ta' dak li seħħ fil-ġurnata. Malta tant kemm konna aħjar fit-tieni taqsima, talli wara li l-Gżejjer Faroe kellhom pusses bi ftit aktar minn Malta fl-ewwel taqsima, sat-tmiem tal-logħba konna aħna li kelna l-akbar peresentaġġ ta' ballun f'saqajna tul id-90 minuta; 55 fil-mija kontra l-45% tal-avversarji Faroe. Aktar minn hekk, fit-tieni 45 minuta ħloqna aktar, u komplessivament kelna seba' konklużżjonijiet lejn il-lasti tal-Faroe filwaqt li huma kellhom għaxra. Minkejja li ma ksibnix ir-riżultat mixtieq, għas-seba' partita konsekuttiva Malta baqgħet bla telfa u li minnhom erbaħna f'erba' logħbiet. Din kienet it-tmien partita ta' Mangia minn kemm ilu li ħa t-tmexxija tal-iskwadra nazzjonali f'idejħ u li matulhom tilef biss partita waħda. M'hemmx dubju li l-proġett ta' Mangia qed jagħti l-frott u r-riżultati mixtieqa, iżda wieħed ukoll irid ikun ġust fl-analiżi tiegħu billi jirrikonoxxi li t-Taljan għaraf jagħmel użu tajjeb mit-tajjeb li sab f'dan it-tim partikolarment billi bħal predeċessur tiegħu, Ray Farrugia kompla jagħti fiduċja u spazju lit-talent żagħżugħ Malti. Dan hu aspett ieħor importanti li qed ikun effettiv, u li f'din il-kompetizzjoni tal-UEFA Nations League kien evidenti. Din id-darba ma ksibnix il-promozzjoni għal Diviżjoni C, iżda żgur li ksibna l-aqwa ħaġa; kunfidenza u tama għall-futur li għandha tagħtina fiduċja li nħarsu lejn dak li jmiss b'aktar personalitá u pożittivitá. Il-ħolma Maltija li għexna f'dawn il-jiem mhux talli ma waqfitx hawn talli għadha biss fil-bidu nett tagħha. Malta 1 | 1 Henry Bonello; 3 Ryan Camenzuli; 4 Steve Borg; 5 Andrei Agius (84 min 21 Shaun Dimech); 6 Matthew Guillaumier; 7 Joseph Mbong; 9 Luke Montebello (75 min 14 Kyrian Nwoko); 13 Kurt Shaw; 17 Teddy Teuma (78 min Stephen Pisani); 18 Jurgen Degabriele (84 min 22 Alexander Satariano); 20 Luke Gambin Gżejjer Faroe 1 | 12 Teitur Gestsson; 3 Viljormur Davidsen; 6 Hallur Hansson (87 min 4 Bartal Wardum); 7 Jóannes Bjartalíð (61 min 19 Ári Mohr Jónsson); 8 Brandur Hendriksson; 9 Gilli Rólantsson; 10 Sølvi Vatnhamar; 11 Klæmint Olsen (81 min 14 Magnus Jacobsen); 15 Odmar Faerø; 16 Gunnar Vatnhamar; 18 Meinhard Olsen (88 min 21 Hedin Hansen) Karti sofor | Kurt Shaw (Malta); Hallur Hansson (Gżejjer Faroe) Skorjaw | 54 min Matthew Guillaumier (Malta); 69 min Ári Mohr Jónsson (Gżejjer Faroe) Referee | Kristo Tohver (Estonja) Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Bayern Munich fil-finali taċ-Champions League kontra Paris-Saint Germain
All Wheel Drive Club Malta organizza l-ewwel Trails tiegħu nhar il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2020 fil-Barriera tal-Ahrax, fil-Mellieħa. 30 parteċipant ħadu sehem f'erba' klassijiet distinti, is-sewwieqa kienu jinkludu lil Megan Abdilla ta' 15-il sena fuq Land Rover u lill-Bradley Aquilina ta' 17-il sena li saq Buggy mibni minnu nnifsu. 4×4 offroad Trial hija tellieqa ta' sewqan teknikament intensiv, mhux kontra l-ħin iżda skond l-abbiltà li tgħaddi mill-korsa b'penali minimi. It-terren, kien ġdid għal kulħadd, wara li l-ġimgħa ta' qabel ġie mibdul. Il-klassi Standards, għall-parteċipanti ta' karozzi standard u b'modifiċi minimi, kienet iddominata minn Shaun Pulis, mgħejun minn Larkin Butler b'Suzuki li spiċċaw b'21 punt ta' penalità. Pulis kien segwit mill-qrib mill-għajjutant tiegħu stess Larkin b'Suzuki oħra li ġie penalizzat biss 24 punt. Nikki Pace u Piertro Vencin ikklassifikaw fit-tielet post. B'16-il kompetitur, din il-klassi kienet l-akbar klassi tal-ġurnata. Thomas Galea mgħejun minn Brandon Cassar f 'Land Rover 90, iddominaw l-Advance Class, li tippermetti aktar modifiki fil-karozza. Thomas skorja massimu ta '26 punt. Jason Cassar u Hector Gatt ikklassifikaw fit-tieni post b'44 punt. it-tielet post mar għand Dorian Micallef u Jean Azzopradi, li kien qed isuq Suzuki. Fil-Klassi Extreme, Glenn Cardona u Christian Zampa, li kienu qed jirkbu fuq Mazda modifikata, ġew l-ewwel b'406 punti ta' penalità. Dale Spiteri u Matthew Casssar segwew mill-qrib b'410 punti, fuq Land Rover 90. Il-klassi modifikata, miftuħa għal karozzi mibnija apposta għat-tlielaq ultra-modifikati kienet dominate minn Brandon Cassar u Thomas Galea, fuq Range Rover immodifikat. Cassar u Galea spiċċaw b'105 punti ta' penalità. Cassar u Galea ġew segwiti minn Owen Borg u Nicholas Borg. /*<![CDATA[*/ Dan it-tagħrif twassal minn motorsmt.
0not_entailment
Filmat: Rudolph Agius, Hannah Cutajar rebbieħa tal-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon
Rudolph Agius u Hannah Cutajar rebħu it-titlu ta' Champion Nazzjonali tat-Triathlon 2020, nhar il-Ħadd, meta l-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon ospitat it-Tacx National Triathlon Championships ġewwa s-Salina. Ir-rebħa ta' Agius pattiet għad-diżappunt tiegħu meta l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kampjonati Dinjija tal-Ironman f'Kona, Hawaii, ġiet posposta għall-2021. Sadanittant għal Cutajar, din ir-rebħa kienet ritorn għat-titlu, minħabba li s-sena l-oħra Cutajar ma setatx tiddefendi t-titlu tagħha minħabba inċident serju fuq ir-rota ftit jiem qabel it-tellieqa. It-tellieqa tal-Ħadd kienet battalja kontinwa, ippjanar strateġiku u wirjiet determinati. Ma kienx ser jkun hemm rebħa faċli għal xi wieħed mir-rebbieħa. It-tellieqa tad-Distanza Standard kienet tikkonsisti f'għawma ta '1500m, 40km bir-rota u ġirja ta'10km. Il-kundizzjonijiet kalmi fl-għawma kienu ta' kuntrast għar-riħ qawwi li kien hemm fil-korsa tar-rota. L-ewwel li ħareġ mill-għawma ta' 1500m kien Rudolph Agius. Agius u Joseph Galea kisbu il-vantaġġ iżda bil-mod il-mod Agius kiseb distakk fuq Galea biex joħroġ mill-ilma b'vantaġġ komdu. Warajhom kien hemm Malcolm Vassallo segwit minn Steve Chetcuti u Josef Bonavia. Agius kompla jżomm il-vantaġġ matul it-tellieqa kollha, b'Galea jisfida l-pożizzjoni tiegħu u jnaqqas id-distakk. Sfortunatament, panċer fir-raba dawra ġagħlu lil Galea jirtira mit-tellieqa. B'Galea barra mit-tellieqa, Josef Bonavia kompla jisfida d-dominanza ta'Agius. Bonavia, li kellu staġun ta' suċċess kbir kien meqjus bħala kontendent ieħor possibbli iżda żball bikri fl-għawma, meta ħa żvolta ħażina, swielhu ħin prezzjuż. Minkejja li rreġistra l-iktar ħin veloċi fit-taqsima tar-roti, Bonavia kellu jikkuntenta bit-tieni post wara Agius. Agius ċċelebra l-ewwel titlu tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon. Fit-tielet post kien hemm Kersten Theuma li wettaq prestazzjoni solida li kisbitlu l-ewwel podju tal-kampjonat. Ma kien hemm l-ebda dubju li t-tellieqa tan-nisa tkun waħda miġġielda ħafna. Danica Bonello Spiteri li kienet bla telfa fl-istaġun Sprint Series kienet qeda tiġġieled għal rebħa tal-kampjonat iżda ma kienitx ser tkun faċili b'Hannah Cutajar ittellaq ukoll. Cutajar irreġistrat l-aħjar ħin fit-taqsima tal-għawm, u daħlet fit-transizzjoni b' ħamsin sekonda vantaġġ fuq Bonello Spiteri. It-tielet mara barra mill-ilma kienet Margaret Seguna. Fuq il-korsa tar-rota, madankollu Bonello Spiteri qabdet trieqta quddiem Cutajar, u żammet vantaġġ minimu matul is-sitt dawriet tal-korsa. Bi ftit sekondi jisseparawhom kif daħlu fit-tieni tranżizzjoni, Bonello Spiteri ħarġet qabel Cutajar. Il-ġirja ta '10km kienet ser tkun il-fattur deċiżiv bejn it-tnejn. Cutajar marret fuq l-attakk biex għaddiet lil Bonello Spiteri fil-fażijiet bikrija tal-ġirja u baqgħet timbotta sal-aħħar biex tirbaħ ir-raba titlu tal-Kampjonat Nazzjonali tagħha. Cutajar irreġistrat ħin ta' sagħtejn 12-il minuta u 2 sekondi. Fit-tielet post daħlet Lara Buttigieg. "Minkejja l-isfidi biex torganizza avvenimenti bħal dawn, il-Federazzjoni rnexxiela torganizza avveniment ta'suċċess, minkejja ż-żieda fil-miżuri u l-protokolli li kellhom jiġu implimentati biex jiġi żgurat ambjent sikur" – spjega John Vella, President, Federazzjoni Maltija tat-Triathlon . "Għalkemm l-ispirtu kompetittiv kien għoli, l-istess kien il-grad ta 'fair play u l-integrità murija mill-atleti – anke meta l-iżbalji kellhom prezz għoli. Dan huwa l-ispirtu veru tat-triathlon u l-attitudni li l-Federazzjoni trid iddaħħal fl-atleti tagħha" Il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon hija grata għall-appoġġ ta'Medcomms Malta, aġenti ta' Tacx Indoor Bikes and Trainers, Protein Malta, Magri Cycles kif ukoll Transport Malta u l-klabbs lokali kollha tat-triathlon għall-appoġġ tagħhom. Dan it-tagħrif hu mwassal minn emvigee pr & marketing.
1entailment
Disa' gowls f'logħba spettakolari
F'messaġġ waqt il-prestenazzjoni tas-sewwieqa ta' Honda għall-istaġun li ġej, Marc Marquez qal li s-sena d-dieħla se jkun qiegħed jirritorna b'saħħtu u aktar matur. Marquez qal li wkoll li dan kien staġun differenti anke minħabba l-pandemija tal-coronavirus filwaqt li rringrazzja lil kull min viċin tiegħu f'mument daqsekk diffiċli għalieh personalment. Marquez kien weġġa' spalltu fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun fejn ġie operat tliet darbiet minn dakinhar.
0not_entailment
Approvata l-mozzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-kampjonati għall-istaġun 2020/2021
Miami Heat rebħu t-tielet logħba minn sebgħa kontra Los Angeles Lakers fil-finali tal-play-offs tal-NBA li qed isiru f'Orlando fl-Istati Uniti. L-eroj għal Miami Heat kien Jimmy Butler fejn minkejja li kellhom numru ta' plejers neqsin minħabba injuries irnexxielhom jirbħu t-tielet partita wara li tilfu l-ewwel tnejn. Fi tmiem il-partita Le Bron James faħħar lill-istess Butler u ddeskrivieh bħala pelejr fenomenali. Ir-raba' partita bejn iż-żewġ timijiet tintlagħab matul il-lejl ta' bejn għada u nhar l-Erbgħa.
0not_entailment
ARA: Karozzi jieħdu n-nar f'Birżebbuġa
Il-ġimgħa d-dieħla ċ-Champions Maltin tal-Futsal Valletta jibdew bl-avventura tagħhom fil-Maċedonja fir-Round Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League fi grupp li jinkludi ukoll liċ-Champions tal-Estonia, tal-Irlanda u dawk tal-Maċedonja. F'konferenza stampa qabel it-tluq tal-kontinġent lejn il-Maċedonja nhar it-Tnejn, il-kowċ ta' Valletta FC Futsal Xavier Saliba, akkumpanjat mill-assistant tiegħu Josef Borg, qal li t-team ilu diversi ġimgħat jipprepara għal din l-esperjenza. Il-bidu ma kienx faċli bi players barranin ġodda sakemm jambjentaw ruħhom f'Malta, iżda llum jemmen li l-iskwadra hija kompettitiva biżżejjed u li kapaċi taqta' figura tajba f'dan l-impenn triplu lil hinn minn xtutna. Apparti nukleju ta' Maltin t'esperjenza u oħrajn żgħażagħ, l-iskwadra Beltija tinkludi tmien players barranin, tlieta mill-Ġorġja, Taljan, Spanjol, Kolumbjan, Serb u Libjan. Xavier Saliba qal li jinsab ottimist li jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed, il-players jibqgħu konċentrati u bi ftit fortuna ukoll, Valletta jaqtgħu figura tajba u jisfidaw għall-ewwel post u l-kwalifikazzjoni minn dawn it-tliet logħbiet. Min-naħa tiegħu ċ-Chairman ta' Valletta FC Futsal Edward Bartolo tkellem dwar il-ħidma fl-aħħar ġimgħat biex il-klabb jonora bl-aħjar mod dan l-impenn barra l-pajjiż u jintlaħaq l-objettiv tal-kwalifikazzjoni. Dwar il-Kampjonat li dan l-istaġun se jintlgħab bejn għaxar teamijiet biss, flimkien mal-President Chris McKay, Bartolo tenna li l-livell dejjem jogħla tal-Futsal f'Malta seta' wassal biex xi teamijiet għażlu li ma jappikawx. "Spiċċa dak iż-żmien li jkollok ħafna teamijiet, barranin ta' livell inqas u li jkunu diġa jgħixu Malta, illum player barrani jinġieb bħala player professjonali biex jilgħab Futsal biss u jkun ta' livell għoli ħafna", tennew Bartolo u McKay. Valletta intant jibdew bl-impenji fil-Jane Sandanski Arena ta' Skopje minn Grupp E nhar l-Erbgħa li ġej fil-ħamsa u nofs ta' wara nofsinhar kontra ċ-Champions tal-Estonja Cosmos. L-għada l-Ħamis jiltaqgħu kontra l-Irlandiżi ta' Futsamba Naas, qabel l-aħħar impenn, is-Sibt l-ewwel ta' Settembru kontra t-team ospitu, Veles, Champions tal-Maċedonja. Valletta jridu jirbħu dan il-Grupp biex jikkwalifikaw għal Main Round tal-UEFA Futsal Champions League, liema grupp eventwalment jintlgħab fl-ewwel ġimgħa ta' Ottubru.
0not_entailment
Liverpool jirbħu u jitfgħu lil Aston Villa f'aktar inkwiet ... Manchester City megħluba
Rowen Camilleri BALZAN……………2 ĦAMRUN S………..2 Balzan : S. Mintoff (V. Vranes 22'), A. Loof, S. Arab, P. Fenech, E. Mc Woods, S. Pisani, S. Bezzina (J. William 84'), M. Johnson, U. Ljubomirac, S. Jalu, W. Souza (A. Effiong 72') Ħamrun S: J. Debono, M. Guillaumier, J. Mbong, F. Sassere (I. Iriberri 63'), S. Valero, J. Corbalan, P. Djordjevic (I. Adeshina 79'), K. Micallef, M. Barbosa (J. Soares 66'), E. Marcelina, D. Borg Imwissija: E. Marcelina 20', J. Debono 77', S. Valero 85' (Ħ) Skorjaw: P. Djordjevic 15', P. Djordjevic 67' (Ħ), M. Johnson 41', A. Loof 86' (B) Referee: Philip Farrugia Assistenti Referees: Christopher Francalanza u Mark Ciantar In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Predrag Djordjevic (Ħamrun Spartans) BOV Plejer tal-logħba: Predrag Djordjevic (Ħamrun Spartans) Ħamrun Spartans u Balzan spiċċaw fi dro ta' 2-2 f'partita kumbattuta li setgħet marret kull naħa. Sas-86 minuta Ħamrun dehru li ser jirritornaw għar-rebħ meta kienu qedin 2-1 minn fuq iżda Balzan salvaw punt meta ingħataw penalty li nkariga ruħu minnu Augustin Loof li mill 11-il metro ma' falliex. Wara kwarta logħob Ħamrun Spartans fetħu l-iskor meta Sassere niżżel il-ballun tajjeb bir-ras lejn PREDRAG DJORDJEVIC li mingħar ma qagħad jaħsiba xuttja fil-baxx u għeleb lil Mintoff. Fis-27 minuta Mc Woods għal Balzan ħarab tajjeb fuq il-lemin u saħansitra daħal fil-kaxxa iżda l-cross shot tiegħu ma' sab lil ħadd u baqa' sejjer fi throw in. Fil-41 minuta Balzan ġabu d-dro meta l-korner preċiż ta' Steve Pisani sab lil MICHEAL JOHNSON li għola tajjeb u bir-ras tefa' wara Debono. Minuta qabel tmiem il-ħin regolamentari l-Ispartans marru ferm viċin. Kien kross mix-xellug ta' Joseph Mbong li sab lil Barbosa li wara li qabeż difensur ra l-konklużżjoi tiegħu tiġi milqugħa minn fuq il-linja bil-ballun jiġi għand Djordjevic li tefa' inkredibilment barra minn taħt il-lasti. Fit-tieni taqsima Balzan ħarġu fuq l-offensiva u wara ħames minuti logħob il- captain Steve Pisani ittanta xortiħ minn barra l-kaxxa, bil-gowlkiper ta' Ħamrun iwettaq save brillanti qabel id-difiża begħdet il-periklu. Fis-57 minuta kien Barbosa għal Ħamrun li tefa' kross fid-direzzjoni taħ Djordjevic li xxuttja mill-ewwel u l-gowlkiper sostitut Vukasir Vranes wettaq save tajjeb u dawwar f'korner. Ħamrun marru fil-vantaġġ fis-67 minuta. Kien il-plejer Matthew Guillaumier li mil-lemin tefa' kross li sab lil plejer tal-logħba PREDRAG DJORDJEVIC żmarkat għal kollox li bir-ras faċilment għeleb lil Vranes. Ħamrun komplew jattakkaw u fit-72 minuta minn azzjoni personali is-sostitut Imanol Iriberri ttanta xortih minn barra l- kaxxa u b'diffikultà Vranes dawwar f'korner. Fid-79 minuta Ħamrun fallew ċans tad-deheb meta s-sostitut Jorge Soares ġab waħdu lil Mbong iżda dan tal-aħħar minn quddiem Vranes tefa' barra. Fl-84 minuta, meta t-tliet punti dehru ddestinati lejn Ħamrun, korner ta' Steve Pisani sab lil Arab li xxuttja mill-ewwel bil-ballun deher jaħbat ma' jdejn Adeshina u r-referee Philip Farrugia saffar għal penalty. Mill-11-il metru AUGUSTINE LOOF ma' żbaljax. Il-logħba baqat kumbattuta sal- aħħar iżda l-iskor ma' nbidilx biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.
0not_entailment
Organizzata t-tieni edizzjoni tal-Open tal-Beach Volley f'Birżebbuġa
It-tim Malti tal-Cricket kiseb suċċess internazzjonali meta kkompeta fit-T20i Cup fil-Bulgarija. Dan it-tour kkonsista f'erba' partiti ICC T20i fejn minkejja li l-avversarji kienu kwotati aktar mit-tim Malti ħareġ rebbieħ fil-partiti kollha fejn dan kien grazzi għall-preparamenti tal-iskwadra u dawk kollha nvoluti.
0not_entailment
Iktar każijiet ta' coronavirus fil-futbol
Tard ilbieraħ filgħaxija Tarxien Rainbows FC ħabbru li Denni Santos irritorna lura mal-klabb din id-darba fl-rwol ta' Direttur Tekniku. Il-brażiljan kien inġieb Malta mill-stess Tarxien lura fl-2009 fejn minn hemm hekk il-quddiem stabbillixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa barranin li qadd lagħbu f'pajjiżna. Wara Tarxien Rainbows F.C. huwa kellu esperjenzi ma' Valletta FC, Hibernians F.C. u Sliema Wanderers FC fejn b'kollox skorja xejn anqas minn 81 gowl.
0not_entailment
Hamilton jirbaħ il-Pole Position fil-Bahrain
Fabio Spiteri temm l-esperjenza tiegħu fi Sqallija fejn hu rnexxielu jaqdef madwar l-iżola tagħha f'jumejn u tmien sigħat. L-għan ta' din il-maratona kien sabiex jinġabru fondi għall-shelters tal-annimali fejn anke wara din l-avventura wieħed xorta waħda jista' jibqa' jagħti d-donazzjoni tiegħu.
0not_entailment
Jesmond Zammit se jinħatar kowċ ta' Gudja United
Imtella' Ġunju 16, 2020 Jesmond Zammit se jinħatar kowċ ta' Gudja United fis-sigħat li ġejjin. Wara kważi erba' snin fil-futbol Għawdxi ma' Xewkija Tigers, Zammit se jkun qed jirritorna fil-Kampjonat BOV Premier wara li fil-passat kien diġà ma' Dingli Swallows, Hamrun Spartans u Zebbug Rangers. Hu se jkun qed jibdel lil Josef Mansueto. Zammit se jkun qed jiffirma kuntratt ta' sena l-Erbgħa li ġej. Hu se jkun assistiet minn Vince Carbonaro.
1entailment
XOKK FID-DINJA SPORTIVA: Imut Diego Armando Maradona
Id-dinja tal-futbol tinsab maħsuda bl-aħbar xokkanti dwar il-mewt ta' Diego Armando Maradona, l-ikonu għal ġenerazzjonijiet ta' plejers u partitarji u li rebaħ kull unur li joffri l-futbol. Maradona jibqa' imsemmi għal kif, bħala plejer tat-tim ta' Serie A Napoli, kien strumentali biex it-tim min-naħa t'isfel tal-Italja rebaħ l-ewwel kampjonat nazzjonali lejn l-aħħar tas-snin tmenin ( bin-Naplitani jirrepetu s-suċċess fl-1990). Maradona kien ukoll pedina importanti fit-tim ta' Napli li rebaħ it-Tazza UEFA fl-istaġun 1988-89 u għadu sallum meqjum bħala leġġenda għan-Naplitani. Iżda l-leġġenda ta' Maradona saret indiskutibbli wara l-wirjiet kbar li hu kien ta fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1986….Hawnhekk kienu spikkaw b'mod partikulari ż-żewġ gowls ta' Maradona kontra l-Ingilterra waqt il-kwarti-finali u fejn ma naqasx is-soltu element ta' kontroversja li kien ukoll sinonimu ma' dan il-plejer brillanti. Fil-fatt, Maradona kien mexxa lill-Arġentina lejn suċċess f'dik il-kompetizzjoni — fejn it-tim tiegħu għeleb lill-Ġermanja fil-finali kumbattuta biex b'hekk aċċerta minn tieni Tazza tad-Dinja fl-istorja ta' dan il-pajjiż Latin Amerikan. Ftit tal-jiem ilu, Maradona kien operat b'suċċess għal trombożi. Dan meta hu, fl-aħħar snin ta' ħajtu kien qed ibati bl-obeżità u minn diversi problemi tas-saħħa, għalkemm l-istatus tiegħu ta' leġġenda ma battiet qatt mad-dilettanti tal-futbol madwar id-dinja. Diego Armando Maradona, li dan ix-xahar għalaq 60 sena, baqa' sal-aħħar involut fil-futbol u meta l-aħħar impenn tiegħu kien bħala l-kowċ tal-klabb Arġentin Gimnasia de La Plata.
1entailment
Arteta jgħid li fiduċjuż dwar kuntratt ġdid għal Aubameyang
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 10:51am Il-manager ta' Arsenal Mikel Arteta qal li jinsab fiduċjuż dwar ftehim ta' kuntratt ġdid bejn ill-klabb u l-attakkant Pierre-Emerick Aubameyang. Il-kuntratt ta' Aubameyang jiskadi f'Ġunju 2021 u Arteta qal li l-klabb irid jikkonvinċi lill-plejer għalfejn għandu jibqa'. L-attakkant mill-Gabon qal li jekk jiffirmax kuntratt ġdid jew le hi wisq probabbli l-aktar deċiżjoni importanti ta' ħajtu. Hu skurja 61 gowl f'97 partita ma' Arsenal.
1entailment
Valletta b'disa' plejers jiksbu dro kontra Sirens
Tliet persuni li kienu qegħdin jaħdmu waqt il-funeral tal-plejer tal-futbol Diego Armando Maradona tkeċċew wara li ħadu stessi mal-katavru tiegħu. Huma għamlu apoloġija. Ir-ritratti li ħadu dawn il-persuni xxerrdu fuq l-internet u qajmu rabja kbira fost l-ammiraturi ta' Maradona. Wieħed minnhom, Claudio Fernandez, qal li tilef xogħlu fil-kumpanija tal-funerali Sepelios Pinier, flimkien ma' ibnu Ismael u raġel ieħor. Huma rċivew ukoll theddid minħabba dak li għamlu. Maradona miet erbat ijiem ilu fl-età ta' 60 sena minħabba problemi respiratorji wara li kellu attakk tal-qalb. Aktar tagħrif Tfittxijiet fid-dar tat-tabib ta' Maradona fuq suspett ta' negliġenza
0not_entailment