title
stringlengths
25
130
text
stringlengths
263
11.7k
label
class label
2 classes
Hamilton u Bottas jibdew jitħarrġu f'Silverstone
Ġunju 11, 2020 Is-sewwieqa tal-Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas irritornaw fuq iċ-ċirkwit ta' Silverstone għall-ewwel darba minn Frar li għadda meta bdew it-taħriġ taħt protokolli ġodda. Is-sewwieqa bdew jitħarrġu b'restrizzjonijiet minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u bi preparazzjoni għall-kampjonat li mistenni jibda fil-5 ta' Lulju bil-Grand Prix tal-Awstrija. Filwaqt li Valtteri Bottas ittestja l-karozza matul il-ġurnata tat-Tlieta, Lewis Hamilton kien fl-azzjoni l-Erbgħa. Huma saqu l-karozza tal-2018 għaliex skont ir-regolamenti tal-FIA għalissa ma jistax isir ittestjar ta' parts ġodda tal-karozza. Fil-garaxx tat-tim seta' jiġi nnutat kif kulħadd kien liebes il-maskra tal-wiċċ, bi preparazzjoni għal staġun li s'issa għadu mhuwiex ikkonfermat kollu. S'issa l-FIA ppubblikat kalendarju ta' tmint itlielaq f'10 ġimgħat, filwaqt li hu mistenni li sal-aħħar tax-xahar ikun ippubblikat il-kalendarju komplut għall-2020.
1entailment
Il-Clubhouses kollha tal-Assoċjazzjonijiet jistgħu jiftħu għall-membri tagħhom
Fir-Rapport Amministrattiv li ġie approvat, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti elenka s-sena impenjattiva li kellha l-assoċjazzjoni. L-istaġun 2019/2020 kien importanti minħabba li fisser il-bidu tal-ħidma tal-President Bjorn Vassallo. "Hu normali li President ġdid iġib miegħu ideat ġodda," b'Chetcuti jsemmi kif anki internament kien hemm numru ta' ċaqliq. Hu għamel lista ta' diversi prijoritajiet matul l-aħħar sena fosthom l-aspett tekniku tal-logħba, il-grassroots, l-amministrazzjoni u s-sistemi diġitali. Fuq l-aspett tekniku, Angelo Chetcuti semma ż-żieda tal-istaff tekniku fiċ-Ċentru Tekniku u fosthom l-introduzzjoni ta' kordinatur tekniku. Dwar il-grassroots intqal li fil-passat forsi kienet tittieħed ovvja li t-tfal jilagħbu l-futbol u saħaq dwar l-importanza li għandha tingħata f'dan is-settur. Fl-aspett tekniku wkoll, issemma li bħalissa għaddej it-tieni edizzjoni tal-UEFA Pro. Dan għandu jwassal biex issir qabża fir-rekwiżiti tal-kowċis għall-istaġun li ġej. Il-ħidma fis-settur amministrattiv kompliet taġġorna ruħha b'sistemi diġitali ġodda bħal Iterpro, Instat u t-tisħiħ tal-COMET. Dawn is-sistemi diġitali għandhom jgħinu kemm lill-MFA kif ukoll lill-klabbs biex itejbu l-ħidma tagħhom f'dan l-aspett. Chetcuti tkellem ukoll dwar il-proġett ta' sit elettroniku ġdid, l-iskemi tal-MFA li se jerġgħu jkunu disponibbli kif ukoll li l-MFA saret Organizzazzjoni Volontarja. Angelo Chetcuti ħabbar ukoll li l-MFA ssottomettiet l-applikazzjoni tagħha biex torganizza l-Kampjonat Ewropew ta' taħt id-19-il sena fl-2024. Dwar il-Football Social Responsibility, is-Segretarju Ġenerali qal li attiraw mas-€600,000 fondi mill-Unjoni Ewropea li tqassmu f'diversi organizzazzjonijiet.
0not_entailment
Haithem Laamouz u Joe Caruana Curran fi SPORT EXTRA
Inter sofrew telfa mhux mistennija f'darhom kontra Bologna biex mhux biss ma ħadux vantaġġ mit-telfa ta' Lazio iżda issa għandhom vantaġġ biss ta' punt fuq Atalanta. Roma sofrew it-tielet telfa konsekuttiva filwaqt li Brescia, Sampdoria u Genoa kisbu punti importanti fit-taqtigħa kontra r-relegazzjoni. BRESCIA – Rebħa fondamentali għal Brescia fit-tama li jevitaw ir-relgazzjoni. Huma għelbu lil Verona 2-0. Iż-żagħżugħ ANDREA PAPETTI fetaħ l-iskor fit-52 minuta b'daqqa ta' ras biex lejn it-tmiem ALFREDO DONNARUMMA għalaq il-logħba minn kontrattakk. CAGLIARI – Atalanta komplew il-mument pożittiv meta din id-darba għelbu barra minn darhom lil Cagliari 1-0 fis-Sardegna Arena. Wara li Cagliari kellhom gowl imħassar ta' Giovanni Simeone imbagħad lil Andrea Carboni mkeċċi fis-27 minuta, Atalanta skorjaw il-gowl importanti minn penalty ta' LUIS MURIEL. MILAN – Inter komplew jitilfu aktar punti u saħansitra qed jissugraw li jitilfu wkoll it-tielet post wara li kienu megħluba minn Bologna f'darhom bl-iskor ta' 2-1. ROMELU LUKAKU fetaħ l-iskor fit-22 minuta wara li daqqa ta' ras ta' Lautaro Martinez ħabtet mal-wieqfa. L-istess Martinez falla penalty fit-62 minuta wara li Roberto Soriano tkeċċa għal Bologna. MUSA JUWARA ġab id-draw fl-74 minuta b'xutt fil-baxx, biex wara li tkeċċa Alessandro Bastoni għal Inter, MUSA BARROW skorja l-gowl tar-rebħa fil-81 minuta minn kontrattakk. NAPLI – Napoli rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Roma 2-1 fi Stadio San Paolo, f'dik li kienet it-tielet telfa konsekuttiva għat-tim ta' Paulo Fonseca. Napoli marru fil-vantaġġ fil-55 minuta bi kross ta' Mario Rui jsib lil JOSE CALLEJON li daħal tajjeb biex għeleb lil Pau Lopez. Roma ġabu d-draw ħames minuti wara b'xutt fil-baxx u minn barra l-kaxxa ta' HENRIKH MKHITARYAN iżda LORENZO INSIGNE kellu ħsibijiet oħra fit-82 minuta meta skorja l-gowl tar-rebħa bi ġmiel ta' xutt minn tarf il-kaxxa. PARMA – Ftit tan-nifs għal Fiorentina li barra minn darhom għelbu lil Parma 2-1 f'logħba dominata mill-penalties. Fiorentina fetħu l-iskor fid-19-il minuta wara li ngħataw penalty għal fawl fuq Lorenzo Venuti, b'ERICK PULGAR ma żbaljax. Imbagħad kien l-istess ERICK PULGAR li rdoppja fil-31 minuta minn penalty mogħti b'mod identiku. Parma naqqsu d-distakk fid-49 minuta għal fawl ta' German Pezzella fuq JURAJ KUCKA, bl-istess plejer ma jiżbaljax mill-11-il metru. ĠENOVA – Tliet gowls fl-ewwel taqsima kienu biżżejjed biex Sampdoria għelbu lil Spal 3-0 fi Stadio Marassi. KAROL LINETTY fetaħ l-iskor wara 12-il minuta b'xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa. MANOLO GABBIADINI rdoppja fil-45 minuta bi free-kick li ħabat mal-wieqfa qabel daħal fix-xibka biex qabel tmiem l-ewwel taqsima reġa' kien KAROL LINETTY li kabbar il-vantaġġ b'xutt fil-baxx mill-kaxxa. UDINE – Genoa rkupraw minn żewġ gowls minn taħt u salvaw punt fi draw ta' 2-2 kontra Udinese fid-Dacia Arena. SEKO FOFANA fetaħ l-iskor b'daqqa ta' ras fl-44 minuta biex is-solitu KEVIN LASAGNA rdoppja fit-73 minuta b'xutt b'saħħtu mil-kaxxa. Genoa naqqsu d-distakk fil-81 minuta b'gowl tal-veteran GORAN PANDEV minn barra l-kaxxa biex fis-97 minuta ANDREA PINAMONTI ġab id-draw wara li Juan Musso kien salvalu l-ewwel xutt minn penalty. Serie A Is-Sibt: Juventus v Torino 4-1, Lazio v Milan 0-3, Sassuolo v Lecce 4-2 Illum: Brescia v Verona 2-0, Cagliari v Atalanta 0-1, Inter v Bologna 1-2, Napoli v Roma 2-1, Parma v Fiorentina 1-2, Sampdoria v Spal 3-0, Udinese v Genoa 2-2 Ikkummenta
0not_entailment
Sevilla champions għas-sitt darba
Id-darbtejn Champion Nazzjonali tat-Tiġrijiet tat-Triq u ċiklist mat-tim The Cyclist Christian Formosa, kien involut f'inċident waqt it-taħriġ tiegħu fi Triq Tul il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq ftit tal-ġranet ilu. Il-Federezzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fi stqarrija wriet id-dispjaċir tagħha filwaqt li awgurat lil Formosa fejqan ta'malajr sabiex jerġa jirritorna ma' sħabu ċ-ċiklisti. Christian Formosa li huwa wkoll għażla awtomatika fit-tim Nazzjonali Malti wera l-apprezzament tiegġu u rringrazzja lil kull min esprima messaġġi ta' kuraġġ u simpatija filwaqt li qal li se jagħmel ħiltu kollha biex jerpa jirritorna lura ma' sħabu fuq ir-rota.
0not_entailment
Floriana jestendu l-kuntratt tal-kowċ Enzo Potenza
Iċ-Champions Floriana ħabbru li laħqu ftehim mal-kowċ Taljan Enzo Potenza biex jestendi l-kuntratt tiegħu għall-istaġun 2020/2021. Floriana esprimew is-sodissfazzjon tagħhom għal din l-aħbar, bl-istqarrija maħruġa mill-klabb tiddeskrivi l-kowċ Taljan bħala l-moħħ wara r-rebħ tas-26 kampjonat u l-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League. Enzo Potenza ngieb f'pajjiżna minn Senglea Athletic biex fis-sajf li għadda issieħeb ma' Floriana fejn flimkien man-numru ta' akkwisti li wettqu għen biex jirbħu l-kampjonat. F'dan l-istaġun, Floriana kienu l-aktar tim konsistenti fil-kampjonat fejn kellhom l-inqas telf, l-iktar tim li skorja u l-inqas tim li sofra gowls.
1entailment
Jintlaħaq ftehim biex Mbong isir plejer ta' Ħamrun Spartans
Dikjarazzjoni oħra minn Ħamrun Spartans li jridu jitjiebu hekk kif finalment laħqu ftehim ma' Hibernians biex jakkwistaw lill-plejer internazzjonali Malti Joseph Mbong b'kuntratt ta' ħames snin. Il-Ħamruniżi kellhom ftehim ma' Mbong għal diversi jiem iżda kienu għadhom qed ifittxu li jilħqu l-ftehim mal-Pawlisti li għamlu dak li setgħu biex iżommu l-plejer li għalihom kien importanti. Mbong li għandu 23 sena, ilu jifforma parti mit-tim ewlieni ta' Hibernians għal dawn l-aħħar sitt staġuni. Ma' Hibernians, Mbong rebaħ darbtejn il-kampjonat u lagħab aktar minn 100 partita fil-Kampjonat Premier. Dan se jkun l-ewwel trasferiment għalih fix-xena lokali hekk kif dejjem lagħab ma' Hibernians b'eċċezzjoni għal erba' xhur li lagħab ma' Inter Zapresic fil-Kroazja. Mbong se jagħti għażla importanti lill-kowċ Mark Buttigieg. Hu kapaċi jilgħab kemm fuq il-lemin kif ukoll fix-xellug tad-difiża u nofs il-grawnd u sa issa lagħab 18-il logħba mat-tim nazzjonali. Hu se jingħaqad mat-tim il-ġdid tiegħu li bħalissa jinsab f'Għawdex għal kamp ta' taħriġ. Dan hu t-tieni akkwist ta' plejer lokali għal Ħamrun f'dan is-sajf wara l-akkwist ta' Juan Corbalan mingħand Gżira United.
1entailment
Bejn illum u għada tirritorna l-UEFA Champions League
Bejn illum u għada tirritorna l-UEFA Champions League bir-raba' ġurnata mill-fażi tal-gruppi. L-aktar konfront li jispikka minn din il-ġurnata jkun dak fi Grupp B bejn Inter u Real Madrid. Dawn iż-żewġ timijiet diġa ltaqgħu kontra xulxin fit-tielet ġurnata, b'Real Madrid joħroġu rebbieħa 3-2. Inter iridu jirbħu kważi bilfors biex iżommu t-tamiet tagħhom li jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss ħajjin. Mill-istess Grupp, Borussia Moenchengladbach jilgħabu kontra Shaktar Donetsk bil-Ġermaniżi jinsabu fl-ewwel post b'ħames punti, punt aktar mill-avversarji tagħhom fil-partita ta' għada. Konfront ieħor interessant mistenni jkun dak minn Grupp D bejn Liverpool u Atalanta. Fl-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet, Liverpool ħarġu rebbieħa 5-0 f'Bergamo, bit-tim ta' Jurgen Klopp jonqsu biss rebħa waħda biex jikkwalifika. Mill-istess grupp, Ajax jilgħabu kontra FC Midtjylland. Minn Grupp H, Manchester United jilqgħu f'Old Trafford lil Istanbul Basaksehir, fejn it-Torok rebħu l-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet biex b'hekk fetħu dan il-grupp beraħ. PSG se jkunu qed jilgħabu barra minn darhom kontra RB Leipzig mill-istess grupp bl-istess Leipzig jirbħu l-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet. Fi Grupp G, Juventus jilgħabu kontra Ferencvaros f'partita fejn Juventus rebħu l-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet. Mill-istess grupp jilgħabu kontra Dynamo Kyiv f'partita bit-tim Spanjol jirbaħ l-ewwel konfront 2-1. Chelsea jilgħabu barra minn darhom kontra Rennes fi Grupp E, bl-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet jintemm fi draw ta' mingħajr gowls. Sevilla jilgħabu kontra Krasnodar fil-partita l-oħra mill-istess grupp. Minn Grupp F, Lazio jilgħabu kontra Zenit bl-ewwel partita tintemm fi draw ta' 1-1, filwaqt li Borussia Dortmund jilgħabu kontra Club Brugge. Manchester City jilgħabu kontra Olympiacos f'partita fejn Manchester City rebħu l-ewwel konfront 3-0. Mill-istess grupp, Marseille jilgħabu kontra FC Porto. Minn Grupp A, Bayern Munich jilgħabu kontra Slazburg, bil-Ġermaniżi s'issa jiddominaw dan il-grupp, bil-partita l-oħra tkun bejn Atletico Madrid u Lokomotiv Moscow. UEFA CHAMPIONS LEAGUE Illum: Grupp E : Krasnodar v Sevilla 6.55pm, Rennes v Chelsea 6.55pm Grupp F : B. Dortmund v Brugge 9.00pm, Lazio v Zenit 9.00pm Grupp G : D. Kyiv v Barcelona 9.00pm, Juventus v Ferencvaros 9.00pm Grupp H : Man Utd v I. Basaksehir 9.00pm, PSG v RB Leipzig 9.00pm Għada : Grupp A : A.Madrid v L. Moscow 9.00pm, B. Munich v Salzburg 9.00pm Grupp B : B. Moen'g'bach v S. Donetsk 6.55pm, Inter v R. Madrid 9.00pm Grupp Ċ : Olympiacos v Man City 6.55pm, Marseille v Porto 9.00pm Grupp D : Ajax v Midtjylland 9.00pm, Liverpool v Atalanta 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Cheptegei jikser ir-rekord tal-5000m
Ritorn tal-atletika internazzjonali fis-serata tad-Diamond League fi Stade Louis II f'Montecarlo, rekord tad-dinja ġdid fid-distanza tal-5000 metru. Wara sittax – il sena kien Joshua Cheptegei ta' 23 sena mill-Uganda li għamel id-distanza fi 12:35.36 sekondi sabiex b'hekk tejjeb bi kważi żewġ sekondi ir-record li sittax il-sena ilu kien kiseb Kenenisa Bekele tal-Etjopja li kien ta' 12 il-minuta 37.35 sekondi. Rebbieħ tal-midalja tad-deheb fl-aħħar Kampjonati tad-Dinja li saru f'Doha sena ilu, f'Monaco ma kien hemm ebda dubju li Cheptegei jirbaħ il-5000 metru u f'kundizzjoni ta' temp mill-aqwa irnexxielu jikser ir-rekord tad-dinja. Għal Golden League f'Montecarlo ingħata permess li jattendu mhux aktar minn 5000 spettatur li iżda b' mod dixxiplinat żammew id-distanza socjali bejniethom minħabba l-Covid 19.
1entailment
Johann Bezzina jingħaqad ma' Mosta
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 6:51pm Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jaf ikollu jirrevedi regola numru 50 fiċ-Charter Internazzjonali tiegħu tar-regolamenti hekk kif bdiet tasal l-ewwel kritika uffċjali għal dan ir-regolament. Filfatt f'Jannar li għadda l-KOI kien daħħal regola fiċ-Charter tiegħu fejn din tispeċifika li atleti m'għandhomx jinżlu għarkubtejhom waqt kompetizzjonijiet internazzjonali biex iwasslu messaġġ politiku, reliġjuż jew ta' propoganda razzista. Il-KOI kien saħansitra approva li atleti jistgħu ikunu sospiżi jekk din l-azzjoni ssir u d-dixxiplina tkun iktar riġida jekk il-ġest isir waqt innu nazzjonali. Il-Moviment Global Athlete sejjaħ dan ir-regolament bħala wieħed li jikser id-drittijiet umani b'diversi atleti lesti li jibdew kampanja biex dan ir-regolament jitneħħa jew jiġi emendat.
0not_entailment