title
stringlengths
25
130
text
stringlengths
263
11.7k
label
class label
2 classes
Nadal u Federer eletti fil-kunsill tal-plejers ATP
Il-leġġendi tat-tennis Rafael Nadal u Roger Federer, rispettivament ikklassifikati fit-tieni u l-ħames post fid-dinja ġew eletti mill-ġdid fil-kunsill tal-plejers tal-ATP, li t-terminu tiegħu jibqa 'sejjer sa Ġunju 2022. Il-kunsill, kif ivvutat mill-membri tal-plejers tal-ATP, ra wkoll l-elezzjoni mill-ġdid tal-Kanadiż Felix Auger-Aliassime, l-Awstraljan John Millman, l-Afrikan t'Isfel Kevin Anderson, il-Brittaniku Andy Murray u l-Brażiljan Bruno Soares. Barra minn hekk, il-Franċiż Gilles Simon irritorna fil-kunsill wara li serva fil-Kunsill ta' qabel . Eletti wkoll Pablo Andujar ta' Spanja u Marcus Daniell ta' New Zealand se jkunu fl-ewwel mandat tagħhom. Il-Brittaniku Colin Dowdeswell u l-Venezwelan Daniel Vallverdu ġew eletti bħala rappreżentanti ta 'plejers irtirati u kowċis rispettivament Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Arjen Robben se jirritorna ma' FC Groningen
Wara li rtira fi tmiem l-istaġun li għadda l-Olandiż Arjen Robben, ħabbar li se jkun qiegħed jirritorna fil-grawnd mat-tim li beda l-karriera tiegħu miegħu FC Groningen. F'vidjo fuq is-sit uffiċjali tal-klabb Olandiż, Robben qal li se jkun qiegħed jirritorna fil-post li sejjaħ bħala "daru". Qal li f'dan il-mument ta' kriżi għad-dinja u anke għal FC Groningen, huwa kien lest jagħmel minn kollox biex jgħin lill-klabb Olandiż. Robben qal li ma ħasibiex darbtejn għat-talba ta' FC Groningen. Arjen Robben lagħab 96 darba għal pajjiżu u kien ma' FC Groningen bejn is-sena 2000 u 2002 qabel ma' mar ma' PSV. Hu lagħab ukoll għal Chelsea, Real Madrid u Bayern Munich.
1entailment
Mill-Kunsill tal-MFA: it-2 u t-3 Diviżjoni amalgamati f'kampjonat wieħed "Amateur"
Ġunju 9, 2020 Aġġornata 9 Ta' Ġunju, 2020 9:08pm Wara d-deċiżjoni storika meħuda fil-kunsill tal-MFA ilbieraħ li jitneħħew darba għal dejjem il-parametri fit-trasferimenti tal-players, illum beda l-istaġun amministrattiv ġdid għall-assoċjazzjoni li għandu jwassal għall-bidu tal-istaġun ġdid ta' logħob fil-11 ta' Settembru. It-tneħħija għal kollox tal-parametri tasal wara proċess twil ta' negozjati li nbeda fl-2012 bejn l-imsieħba kollha fil-football Malti, u wara diversi riformi gradwali. Bażikament, id-deċiżjoni tfisser li players professjonali m'għadhomx marbuta bil-parametri meta jispiċċalhom il-kuntratt: waqt li players amateur fosthom tan-nurseries ukoll huma ħielsa li jiċċaqalqu fi tmiem il-kuntratt. Dan kollu jġib ix-xena lokali tal-football konformi ma' regolamenti tal-FIFA u ma' dak li ilu snin jiġri fil-qasam internazzjonali. F'intervista esklussiva ma' TVMSport, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo spjega t-tibdil li se jseħħ mill-istaġun 2020/21. Il-kampjonat Premier għal sena waħda biss se jintlagħab b'16-il team: b'erba' timijiet relegati direttament ghall-1 Diviżjoni u tnejn promossi biex mill-istaġun ta' wara jirritorna għal erbatax-il team. L-1 Diviżjoni li se tibda tissejjaħ Challenge League se jkollha 15-il team. It-2 u t-3 Diviżjoni se jiġu amalgamati f'Amateur League wieħed bi tliet gruppi, bl-għażla tat-timijiet issir bis-seeding. Il-ħsieb huwa li t-tliet rebbieħa tal-gruppi jitilgħu direttament fiċ-Challenge League: u jkun hemm sistema ta' playoffs għar-raba' post tal-promozzjoni, Anke l-FA Trophy se tkun riformata u mill-istaġun li ġej se tkun riservata għat-timijijet tal-Premier, iċ-Challenge League u l-1 Diviżjoni tal-GFA. It-timijiet l-oħrajn kollha jilagħbu fit-Tazza tad-Dilettanti: bl-erba' semifinalisti b'danakollu jirbħu d-dritt li jgħaddu għall-FA Trophy. Ic-champions tal-MAFA, SWAN, GIDA u IASC min-naħa l-oħra jirbħu aċċess għat-Tazza tad-Dilettanti. Isma' l-intervista sħiħa ma' Bjorn Vassallo hawnhekk.
1entailment
Il-FIFA tagħti permess biex is-suq tat-trasferimenti jiftaħ waqt li l-istaġun ikun għadu għaddej
Ġunju 9, 2020 Aġġornata 9 Ta' Ġunju, 2020 12:07pm Wara li l-bieraħ il-player ta' Manchester City qal li bħalissa l-unika pandemija li hawn fid-Dinja hi r-razziżmu issa l-player tenna li sabiex jibda jitnaqqas ir-razziżmu hemm bżonn ta' iktar coaches u managers suwed fil-football Ingliż. Din id-dikjarazzjoni saret minn Sterling waqt intervista fuq il-BBC tard il-bieraħ filgħaxija. F'intervista relatata mal-mewt tar-raġel iswed George Floyd fl-Istati Uniti, Sterling ġab bħala eżempju xi coaches ingliżi fejn semma erba' eks players nazzjonali tal-Ingilterra fosthom lil Frank Lampard u lil Steven Gerrard li qal li t-tnejn li huma ingħataw impjieg mill-ewwel ma' teams prominenti fosthom ma' Chelsea u Rangers rispettivament. Dan skond Sterling jikkuntrasta sew mal-impjieg fil-coaching li ingħataw Sol Campbell u Ashley Cole it-tnejn li huma suwed b'Campbell jikkowċja teams żgħar bħal Macclesfield u Southend, filwaqt li Cole spiċa jikkowċja t-team ta' taħt il-15 -il sena.
0not_entailment
Norman Darmanin Demajo jikser is-silenzju
Meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers ta' kull żmien, Diego Maradona twieled fit-30 ta' Ottubru tal-1960 fi Buenos Aires fl-Arġentina. Maradona jibqa' mfakkar għall-abbiltà li kellu fuq il-ballun kif ukoll għal numru ta' gowls li skorja kemm fuq livell ta' klabb kif ukoll ma' pajjiżu. Hu beda l-karriera tiegħu ma' Argentinos Juniors fejn wara mexa ma' Boca Juniors. Fl-istaġun 1982 hu ssieħeb lil Barcelona fejn wara sentejn biex mar fl-Italja fejn inaqgħad ma' Napoli. Ma' Napoli, Maradona wera l-kapaċitajiet tiegħu b'gowls mill-isbaħ fejn irnexxielu jirbaħ żewġ kampjonati u sar ikona fil-belt ta' Napli. Maradona kien il-captian tal-Arġentina meta rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-1986 li saret fil-Messiku fejn jibqa' mfakkar għall-gowl li kien skorja b'idu fil-kwartifinali kontra l-Ingilterra. Wara li temm il-karrier tigħu fil-futbol, Maradona mexxa numru ta' klabbs madwar id-dinja kif ukoll lil Arġentina bejn l-2008 u l-2010.
0not_entailment
Espargaro ta' KTM se jibda għall-ewwel darba fuq quddiem fil-MotoGP
Mariano Diaz instab pożittiv għall-coronavirus u b'hekk jinsab dubjuż għall-konfront importanti li Real Madrid għandhom kontra Manchester City mill-UEFA Champions League. Real Madrid qalu li saru testijiet lill-persuni li jiffurmaw l-iskwadra kollha u minkejja li l-plejer ta' 26 sena jinsab f'saħħtu, se jkun qiegħed iżolat f'daru. Il-Madrileni tilfu 2-1 l-ewwel leg mill-fażi tal-aħħar 16 kontra Manchester City. Friski mir-rebħ tal-kampjonat Spanjol, it-tim immexxi minn Zinedine Zidane se jkollu moral għoli għal din il-logħba importanti fis-7 ta' Awwissu fl-Etihad Stadium. Diaz ma kienx mistenni li jilgħab kontra City wara li ftit kien regolari f'dan l-istaġun. Hu lagħab seba' logħbiet, ħamsa minnhom bħala sostitut f'La Liga. Fil-UEFA Champions League għadu ma ffurmax parti minn skwadra.
0not_entailment
Daqqa ta' ħarta għall-Beltin fid-decider kontra Hiberians
L-istennija kważi spiċċat. Fl-Iskippers Briefing tal-Ġimgħa filgħaxija, ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) ikkonferma li kollox qiegħed f'postu biex ir-Rolex Middle Sea Race 2020 tibda għada s-Sibt 17 ta' Ottubru, kif skedat. Minkejja l-konvinzjoni tal-klabb li t-tellieqa setgħat issir, kienet stennija twila u nċerta. Il-50 dgħajsa rreġistrati biex jitilqu fuq il-korsa ta' 606 mil nawtiku huma prova il-konvinzjoni kienet xierqa. L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Peter Dimech stqarr " Hija ta' su ċċ ess , fi ċ – ċ irkostanzi pre ż enti, li g ħ ada jkollok flotta ta' 50 dg ħ ajsa li tibda mill-Port il-Kbir . Probabbilment ir-Rolex Middle Sea Race ser tkun l-aħħar tellieqa internazzjonali tal-2020, sena ta ' kan ċ ellazzjonijiet . Il-fatt li aħna rrnexxilna huwa su ċċ ess fi ħ innifsu ". Il-flotta se tinqasam f'seba' gruppi tal-bidu bl-iżgħar jottijiet skedati li jibdew fil-11.10am. L-aħħar żewġ tluq huma riservati għall-akbar jottijiet segwiti mill-kategorija tal-multihulls. Ir-rekord ta' 47 siegħa, 55 minuta u 3 sekondi tal-monohull tal-2007, irreġġistrat mill-jott Rambler ta' 30m / 90 pied, jidher sigur għal sena oħra minħabba n-nuqqas ta' jott tad-daqs tagħha. Xi 39 mill-50 flotta tad-dgħajjes qed jikkompetu taħt l-IRC għall-premju ġenerali. Fosthom hemm ir-rebbieħ tas-sena l-oħra, id-dgħajsa lokali Elusive 2, misjuqa mill-aħwa Podesta, Maya, Christoph u Aaron. "Kull t ellieqa hija definittivament differenti," qal Aaron. "Li ddur ma' postijiet familjari bħal vulkani li qed ji ż broffa huwa straordinarju. Jag ħ ti lit-tellieqa dik is-sensazzjoni spe ċ jali " Għal Maya, " Ż gur li hemm sens ta' kburija li l-RMYC bħala organizzaturi tar-Rolex Middle Sea Race rnexxilhom jorganizzaw tellieqa sikura għal kulħadd." Elusive 2 se jkollha biċċa xogħol iebsa biex tiddefendi t-titlu tagħha. L-ebda jott ma kiseb rebħiet dahar ma' dahar ħlief Nita IV fl-1979 u fl-1980. L-eqreb ekwipaġġ Malti, kien Artie li rebaħ fl-2011 u fl-2014. It-tim immexxi minn Lee Satariano reġa' qiegħed jikkompeti din is-sena bl-aħħar jott tiegħu l-HH42 Artie III, li ddebutta s-sena l-oħra. Il-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race hija skedata li tibda fl-11am nhar is-Sibt 17 ta 'Ottubru. Il-bidu tat-tellieqa jixxandar dirett fuq TVM2, u jibda fl-1030am b'kummentarju bil-Malti. Se jkun hemm xandira Facebook Live fuq il-paġna Rolex Middle Sea Race, bl-Ingliż li tibda fl-10.30am.
0not_entailment
Aidan Tanti u Tara Abdilla jirbħu l-unuri tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series
Aktar kmieni din il-ġimgħa ġiet fi tmiem it-tielet u l-aħħar tellieqa tal- Eurosport BSJ 5k Road Running Series li saret fil-Bypass tal-Imtarfa. F'din it-tellieqa, irritorna Andrew Grech wara nuqqas ta' 5 xhur. Grech ħa vantaġġ komdu u ħalla numru ta' atleti warajh. Wara l-ewwel dwara, Grech xorta żamm il-vantaġġ fejn żamm lil Matthew Cutajar u Matthew Xuereb. Ir-riżultat finali kien xorta oħra, meta lejn it-tmiem, Cutajar inqabeż minn Xuereb biex kiseb it-tieni post. Alan Camilleri li wkoll kien ilu ma jtellaq, irnexxielu jaqbeż lil Cutajar fejn kiseb it-tielet post. Fil-kategorija femminili, Tara Abdilla temmet it-tellieqa fl-ewwel post b'Francesca Arrigo u Carmen Hili jtemmu fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Klassifika Finali Il-Klassifika Finali li hi bbażata fuq ir-riżultati rreġistrati fit-tlielaq kollha, Aidan Tanti rebaħ l-ewwel tellieqa u kien ir-rebbieħ ġenerali tas-Serje u kien segwit minn Imed Ben Moussa. Fit-tielet post temm Geroge Vella. Fil-kategorija femminili, Tara Abdilla żammet it-titlu tas-Serje mis-sena l-oħra. Francesca Arrigo temmet fit-tieni post filwaqt li l-veterana Carmen Hili temmet fit-tielet pożizzjoni. It-trofejn ġew preżentati minn Joseph Farrugia u Maria Vella- Galea rappreżentanti tal-Klabb u saru b'konformità mal-protokolli tad-distanza soċjali.
1entailment
Tliet akkwisti minn Exiles u Philip Paris iġedded il-kuntratt
Għalkemm l-istaġun tas-sajf intemm ftit ġimgħat ilu, Exiles jinsabu għaddejjin b'ħidma kontinwa biex isaħħu l-iskwadra tagħhom għas-sena d-dieħla u jerġgħu jikkonfermaw il-pożizzjoni tagħhom fil-Kampjonat Premier. Exiles taħt it-tmexxija tal-eks plejer tagħhom Aurelien Cousin, ħabbru li Philip Paris ġedded il-kuntratt mal-klabb filwaqt li akkwistaw lil David Fenech, Max Aquilina u Niall Saliba li kollha ffirmaw kuntratt ta' erba' snin. Philip Paris ilu parti mit-tim ta' Exiles għal dawn l-aħħar tliet staġuni u l-konsistenza fil-logħob tiegħu żammet lilu parti mit-tim taħt it-tmexxija ta' Marko Cuk u Igor Vukanovic. David Fenech lagħab ma' Exiles din is-sena b'self mingħand Sliema. Minbarra Exiles, fl-aħħar ħames snin, Fenech lagħab ukoll darbtejn ma' Ta' Xbiex, staġun ma' Valletta u staġun ma' Sliema. Niall Saliba ngħaqad ma' Exiles b'mod permanenti mingħand Sliema. Fl-aħħar erba' snin, il-plejer ta' 20 sena lagħab fl-Ewwel Diviżjoni ma' Ta' Xbiex u magħhom kien plejer regolari fejn kiseb il-minuti neċessarji fl-ilma biex għenuh itejjeb il-logħba tiegħu. Max Aquilina se jibda esperjenza ġdida fil-karriera wara li ntlaħaq ftehim ma' Marsaskala. Il-plejer ta' 22 sena li hu prodott ta' Sliema, lagħab l-aħħar żewġ staġuni ma' Marsaskala u magħhom rebaħ il-Kampjonat u n-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni s-sena l-oħra. F'dawn is-sentejn, Aquilina stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-plejers importanti ta' Marsaskala u anki beda jsib ix-xibka b'mod regolari.
1entailment
Il-futbol Ingliż sospiż sal-aħħar ta' April
F'laqgħa li saret b'mod virtwali mal-55 assoċjazzjoni, il-UEFA ddiskutiet il-possibilità li l-partitarji jirritornaw fl-istadiums waqt il-pandemija tal-coronavirus. Din il-laqgħa kienet parti minn proċess ta' konsultazzjoni li bħalissa l-UEFA għaddeja bih biex tanalizza l-mod ta' kif il-partitarji jistgħu jirritornaw isegwu l-partiti mill-istadiums filwaqt li jkun hemm l-inqas riskju possibli li wieħed jinfetta ruħu bil-virus. Il-maġġoranza ta' dawk li kienu nvolut f'din il-laqgħa qablu li jrid ikun hemm regoli stretti dwar l-indafa tal-istadiums. Il-UEFA qalet li jkun kmieni wisq li l-partitarji jirritornaw għall-partiti internazzjonali ta' Settembru li ġej u qalet li se tkun qed tuża xi partiti bħala prova bl-istess UEFA tissuġerixxi l-finali tas-Super Cup li se tintlagħab fl-24 ta' Settembru f'Budapest. Matul din il-laqgħa kienet ukoll diskussa l-kwistjoni tal-kwarantina u b'referenza partikolari għall-partiti internazzjonali minħabba li xi plejers li jkunu ġejjin minn pajjiżi li fihom hemm r-restrizzjonijiet ikollhom jinżammu fi kwarantina. Għal dan, il-UEFA nkoraġġiet lill-assoċjazzjonijiet biex jiddiskutu din is-sitwazzjoni mal-Gverninjiet u l-awtoritajiet ripsettivi tagħhom.
0not_entailment
Jurgen Degabriele jiffirma kuntratt ġdid ma' Hibernians FC
Andrea Debrincat ta' Kerċem Ajax huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020. Debrincat, li għandu 24 sena ngħaqad ma' Kerċem matul l-istaġun 2018/2019 minn Victoria Hotspurs fejn kien jifforma parti mit-tim li rebaħ il-Kampjonat BOV GFA għal żewġ staġuni konsekuttivi. Il-karriera tal-futbol ta' Andrea bdiet fin-nursery tal-Oratory Youths fejn iddistingwa ruħu bħala attakkant prolifiku u prattikament rebaħ l-unuri kollha fil-livell junior. Minn meta ngħaqad ma' Kerċem, Debrincat beda juri livell ogħla ta' kunfidenza fil-logħob tiegħu u huwa fost l-aqwa skorers Għawdxin fil-kampjonat. Żewġ rebħiet ta' Kerċem Ajax matul ix-xahar ta' Jannar kienu importanti ħafna għalihom biex jinqalgħu miż-żona tar-relegazzjoni. Debrincat skorja żewġ gowls importanti ħafna fir-rebħa ta' Kerċem fuq Għajnsielem bl-iskor ta' 3-2 u kellu logħba pożittiva ħafna fir-rebħa ta' 2-0 tagħhom fuq Xagħra. Huwa skorja wkoll gowl fit-telfa tagħhom kontra Victoria Hotspurs. Andrea ġie ppreżentat bit-trofew tal-BOV GFA Player of the Month għal Jannar 2020 minn Horace Laudi, Uffiċjal Kap fil-Bank of Valletta. Il-plejer għażel Fondazzjoni Arka biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma' dan l-unur.
0not_entailment
Mercedes jirritornaw f'ċirkwit wara nuqqas ta' madwar tliet xhur u nofs
Iċ-champions tad-dinja Mercedes irritornaw f'ċirkwit wara nuqqas ta' madwar tliet xhur u nofs għal jumejn ta' testijiet f'Silverstone. Bi preparazzjoni għall-bidu tal-istaġun fl-Awstrija x-xahar, Mercedes qed jużaw dan il-perjodu biex ikunu familjari mal-protokoll tas-saħħa u s-sigurtà li se jkunu imposti fiċ-ċirkwit ta' Red Bull Ring. Fl-ewwel ritratti ppubblikati, is-sewwieq Valtteri Bottas kien liebes maskra fil-garaxx, l-istess bħal Kap tat-Tim Toto Wolff. Mercedes ikkonfermaw li kull membru tat-tim preżenti huma negattivi għal Covid-19. Iċ-champion tad-dinja Lewis Hamilton ikun fl-azzjoni għada. It-timijiet tal-Formula 1 ma jistgħux isuqu karozzi preżenti waqt testijiet matul l-istaġun iżda r-regolamenti jippermettu sessjonijiet għal karozzi li huma tal-anqas ilhom sentejn. Mercedes użaw il-karozza W09 li ntużat fl-istaġun tal-2018. Il-karozzi ilhom ma jkunu fiċ-ċirkwit mill-aħħar ġurnata ta' testijiet tax-xitwa f'Barcelona fit-28 ta' Frar. Il-fabbriki tat-timijiet reġgħu nfetħu wara disa' ġimgħat magħluqin. Ferrari wkoll huma mistennija li jagħmlu testijiet simili hekk kif it-timijiet għandhom madwar xahar biex jippreparaw għall-bidu tal-istaġun li se jibda kważi erba' xhur wara. Sa issa l-Formula 1 ippubblikat l-iskeda tal-ewwel tmien tlielaq tal-istaġun.
1entailment
ARA: Real Madrid jirbħu kontra Eibar 3-1 fl-Alfredo di Stefano Stadium
Malta U/21 : R. Al Tumi, Z. Grech, N. Pulis, C. Lonardelli, G. Camilleri (8' M. Ellul), M. Beerman, J. Zerafa (75' D. Xuereb), M. Grima (70' B. Sciberras), J. Busuttil (75' J. Scicluna), A. Friggieri, O. Elouni (75' A. Zammit) Finlandja U/21: V. Sinisalo, M. Haukioja, M. Vainionpaa, A. Halme, R. Tihi, L. Lingman, N. Skytta ( 87' E. Vertainen), N. Maenpaa (71' M. Virtanen), J. Assehnoun (79' E. Banza), B. Kallman, T. Stavitski (87' T. Fagerstrom) Referee: N. Popov Imwissija: 58' L. Lingman (F), 64' M. Grima (M), 79' A. Friggieri (M) Skorjaw: 28' B. Kallman (F) Fis-Centenary Stadium, it-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena safa' megħlub 1-0 kontra l-Finlandja. Din kienet l-aħħar partita mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej minn Grupp 8 fejn temmew fl-aħħar post b'punt wieħed biss minn dro li kisbu kontra l-Irlanda ta' Fuq. Din kienet ukoll l-aħħar partita għal diversi plejers li s-sena d-dieħla mhux se jkunu eliġibli li jilgħabu minħabba li jkunu qabżu l-eta' massima. Kien bidu sfortunat għat-tim nazzjonali Malti hekk kif fis-seba' minuta, Gary Camilleri sofra injury f'saqajh, u kellhu jiġi sostitwiet ma' Matthew Ellul. Fis-18-il minuta wasal il-gowl deċiżiv tal-Fillandja. Minn korner ta' Lucas Lingman, kien Benjamin KALLMAN li b'daqqa ta' ras għeleb lil gowlkiper Al-Tumi. Żball fi throw-in ta' Myles Beerman fis-26 minuta rriżulta f'kontra attakk għall-avversarji, iżda l-awtur tal-ewwel gowl Kallman avvanza fil-kaxxa u xeħet barra. L-ewwel attakk denju ta' nota għall-Maltin wasal fil-51 minuta, meta Aiden Friggieri dawwar lejn Jan Busuttil bix-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa ġie mblukkat. Fis-66 minuta, Carlo Zammit Lonardelli ttanta xortieh b'xutt minn distanza konsiderevoli però l-attentat mar ftit ogħli mill-minduda. Fit-78 minuta, l-ikbar opportunità ta' gowl għat-tim Malti, meta l-Fillandja tilfu l-ballun fid-difiża, u James Scicluna attakka mil-linja leminija u ċċentra ruħu fil-kaxxa iżda x-xutt tiegħu kien wisq dgħajjef biex jgħeleb lil Viljami Sinisalo. Il-Maltin komplew jittamaw għall-gowl tad-dro, u erba' minuti wara, Scicluna offra opportunità oħra meta tefa' kross tajjeb lejn Friggieri bid-daqqa ta' ras tiegħu tkun milqugħa.
0not_entailment
Emma Lipman tiskorja għal Lazio fil-Coppa Italia
Il-plejer tat-tim nazzjonali Malti u ta' Lazio, Emma Lipman skorjat fi draw ta' 3-3 li Lazio kisbu kontra Inter fil-Coppa Italia Femminile li ntlagħbet ilbieraħ, b'Inter jikkwalifikaw għall-kwartifinali wara l-għoti tal-penalties. Fl-istess partita mal-ewwel ħdax kien hemm ukoll il-plejer Maltija Rachel Cuschieri. Kailey Willis kienet mal-ewwel ħdax li bdew il-partita mill-istess kompetizzjoni li t-tim tagħha Hellas Verona lagħab kontra Florentia San Gimignano, b'Verona jkunu eliminati f'telfa ta' 1-0. Hayley Bugeja daħlet bħala sostituta fil-partita mill-Coppa Italia li Sassuolo lagħbu kontra Napoli, bil-partita tintemm fi draw ta' 1-1, kienu Sassuolo li kwalifikaw wara l-għoti tal-penalties.
1entailment
"In-nuqqas ta' responsabilità hija periklu għas-saħħa daqs il-virus" – l-Arċisqof
Kenneth Vella Meta l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret il-31 laqgħa tal-istaġun fuq ħdax -il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott kienu magħrufa l-finalisti tal-kompetizzjoni prestiġjuża tat-Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-klassi Premier. Dan wara li saru t-tliet semifinali fuq distanza twila ta' 2640m u li minnhom tnax -il żiemel għaddew għall-finali. Għal darba ohra din is-sena, it-Tazza l-Kbira qiegħed tkun organizzata bl-appoġġ tal-Bank Of Valletta. Fl-ewwel semifinali, Jefferson Dotcom (Michael Ellul), li kien l-aktar żiemel veloċi wara l-karozza tat-tluq, ċeda kollox madwar 100m mil-linja finali. Dan inqabeż minn Vichenko Chef (Noel BaldaccĦino) li akkwista t-tieni rebħa konsekuttiva minn Big Match (Charles Degiorgio). Paparazzi (Mark Bonnici) temm it-tielet minn Output Pressure (Clint Vassallo). Vivaldi Du Vivrot (Anton Cassar) irreġistra t-tielet rebħa konsekuttiva fit-tieni semifinali. Cassar poġġa lill-dan il-Franciz quddiem madwar 400m mit-tmiem biex qasam il-linja finali bla tbatija b'distakk ta' sitt tulijiet minn Vasco De Viette (Cliferty Calleja). Glenn Boko (Rodney Gatt) u Xceed G.T, (Nathaniel Barbara) kellhom ukoll wirja pożittiva. Fit-tielet semifinali kien hemm dwell eċitanti fl-aħħar metri bejn il-favorit Vanderlov (Melvin Farrugia) u Alf De Melandre (Rodney Gatt). Kien iż-żiemel ta' Gatt li ħa l-ewwel rebħa staġjonali b'R.G.'s Thunderbolt (Mario Fenech) u Andante (Clint Vassallo) ikunu l-aħħar żewġ żwiemel li jagħmluha għall-finali. Saret ukoll tiġrija normali tal-ogħla klassi fuq distanza qasira ta' 2140m. Kien Digital Performer (Ludvic Ghigo) li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna wara li kien kontinwament quddiem. Dan qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b'tul minn Caid De Bengale (Ivan Stivala), Baron Du Chene (J. Gafa') u d-debuttant Skandinavu Liam Dana (Charles Camilleri). Ir-rebbieħa kollha I Tiġrija . Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Frisquette Snob (R. Schembri) Ħin – 2.43.2" (1.16.2") 2. Eole De Mahey (M. Fenech) 3. Friend (J. Azoopardi) 4. Eclat Du Jas (J. Zahra) II Tiġrija . Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Dream Team Story (C. Gerada) Ħin – 2.44.6" (1.16.9") 2. Vasco d'Agamis (P. Galea) 3. Drakkar Cleville (K. Saliba) 4. Trazom (W. Cutajar) III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Beauvron (C. Vassallo) Ħin – 2.42.1" (1.15.8") 2. Top Di Girifalco (R. Gatt) 3. Bolero Du Vivien (H. McKay) 4. Sabacan Savage (Sh. Portelli) IV Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Charm Blou (R. Gatt) Ħin – 2.45.8" (1.17.5") 2. Daytrader U.M. (J. Vassallo) 3. Alexia Des Mires (P. Galea) 4. Vieux Lille (E. Bezzina) V Tiġrija . Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Digital Performer (L. Ghigo) Ħin – 2.40.3" (1.14.9") 2. Caid De Bengale (I. Stivala) 3. Baron Du Chene (J. Gafa') 4. Liam Dana (C. Camilleri) VI Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Sono Di Pa (P. Galea) Ħin – 2.44.5" (1.16.9") 2. Valjean Wild (J. Carabott) 4. Dewey Luvs Britt (C. Bonello) 4. Uranium Jiel (K. Saliba) VII Tiġrija . Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vichenko Chef (N. BaldaccĦino) Ħin – 3.18" (1.15") 2. Big Match (C. Degiorgio) 3. Paparazzi (M. Bonnici) 4. Output Pressure (C. Vassallo) VIII Tiġrija . Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vivaldi Du Vivrot (A. Cassar) Ħin – 3.14.6" (1.13.7") 2. Vasco De Viette (C. Calleja) 3. Glenn Boko (R. Gatt) 4. Xceed G.T. (N. Barbara) IX Tiġrija . Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Alf De Melandre (R. Gatt) Ħin – 3.17.3" (1.14.7") 2. Vanderlov (M. Farrugia) 3. R.G.'s Thunderbolt (M. Fenech) 4. Andante (C. Vassallo) X Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Boko Won (C. Calleja) Ħin – 2.42.7" (1.16") 2. Bonbon Bleu (J. C. Pace) 3. Nontoxic (R. Gatt) 4. Coucou Mon Neveu (N. BaldaccĦino) XI -il Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Mightiness (P. Galea) Ħin – 2.44.8" (1.16.9") 2. Bacchus (C. Vassallo) 3. Gringo Boko (C. Camilleri) 4. Arche De Malbereaux (N. Barbara) Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Jibqa' arrestat wara li seraq fanal ta' mutur mill-Belt
Fi Grupp A, Bayern Munich umiljaw lil Atletico Madrid 4-0. Il-Ġermaniżi fetħu l-iskor wara nofsiegħa logħob permezz ta' Kingsley COMAN, u rdoppjaw għaxar minuti wara minn gowl ta' Leon GORETZKA. Fis-66 minuta, Bayern komplew id-dominju tal-partita b'xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa ta' Corentin TOLISSO. Sitt minuti wara, COMAN għamel id-doppjetta u kabbar id-distakk għal-erbgħa. Liverpool kellhom rebħa minima kontra Ajax fi Grupp D, bil-gowl deċiviż wasal fil-35 minuta minn awtogowl ta' Nicolas TAGLIAFICO. Fl-istess grupp, Atalanta bdew it-tieni staġun tagħhom fiċ-Champions League b'rebħa komda ta' 4-0 fuq Midtjylland . Tista' tgħid li huma għalqu l-logħba fl-ewwel taqsima hekk kif permezz ta' Duvan ZAPATA, Alejandro GOMEZ u Luis MURIEL kienu diġa 3-0 minn fuq. Aleksey MIRANCHUK poġġa ismu mall-iskorers fl-aħħar minuti tal-partita. Manchester City għelbu lil Porto 3-1 fi Grupp C. Porto fetħu l-iskor wara kwarta logħob minn gowl personali ta' Luis DIAZ. L-Ingliżi ngħataw penalty sitt minuti wara, fejn Sergio AGUERO ma żbaljax. City komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tieni taqsima minn gowls ta' Ilkay GUNDOGAN u Ferran TORRES. Fil-partita l-oħra tal-grupp, Ahmed HASSAN KOKA ddeċieda l-partita għal Olympiacos b'gowl fid-90 minuta kontra Marseille . Fi Grupp B, Inter kienu miżmuma fi dro ta' 2-2 minn Borussia Moenchengladbach . Romelu LUKAKU poġġa lit-Taljani fil-vantaġġ wara 49 minuta. Kwarta wara, l-Ġermaniżi rebħu penalty u Ramy BENSEBAINI ma falliex. Fl-84 minuta, Inter marru minn taħt b'gowl ta' Jonas HOFMANN. Inter derhu destinati għat-telfa, iżda fl-aħħar sekondi tal-partita kienu Romelu LUKAKU li rebbaħ punt lil Inter. UEFA CHAMPIONS LEAGUE ILLUM: Salzburg v L. Moskow 2-2, Real Madrid v Shakhtar 2-3, B. Munich v A. Madrid 4-0, Olympiakos v Marseille 1-0, Inter v B. Monchengladbach 2-2, Ajax v Liverpool 0-1, Midtjylland v Atalanta 0-4, Man. City v Porto 3-1 Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
George Russell se jieħu post Lewis Hamilton għall-Grand Prix tal-Bahrain
Is-sewwieq ta' Williams George Russell se jkun qiegħed isuq għal Mercedes fi tmiem il-ġimgħa wara li s-seba' darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1 Lewis Hamilton irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Mercedes laħqu ftehim ma' Williams sabiex Russell ikun jista' jsuq minflok Lewis Hamilton fit-tieni tellieqa li se ssir fil-Bahrain bis-sewwieq tal-Formula 2 Jack Aitken se jkun qiegħed isuq minflok Russell għal Williams. Is-sewwieq ta' 22 sena diġa kien saq bħala xufier riserva għal Mercedes u kien iddebutta fil-Formula 1 is-sena li għaddiet ma' Williams. F'messaġġ fuq il-midja soċjali, Russell qal li jħossu iffortunat li ġietu l-opportunità li fi staġun wieħed se jkun saq għal żewġ timijiet differenti fil-Formula 1. Romain Grosejan joħroġ mill-isptar Is-sewwieq ta' Haas Romain Grosjean ħareġ mill-isptar aktar kmieni wara l-ħruq li sofra f'partijiet minn ġismu kawża tal-inċident li kellhu nhar il-Ħadd waqt l-ewwel Grand Prix minn tnejn li qed isiru fil-Bahrain. F'dik li setgħat kienet l-aħħar tellieqa għal Grosjean fil-Formula 1, minħabba li Haas aktar kmieni kkonfermaw li se jibdlu s-sewwieqa ftit qabel tmiem l-ewwel dawra Grosejan kellu impatt ma' karozza oħra fejn tilef il-kontroll u ħabat mal-barrikati b'konsegwenza li l-karozza tiegħu ħadet in-nar b'postu fi tmiem din il-ġimgħa se jkun qed jimtela' mis-sewwieq riserva ta' Haas Pietro Fittipaldi. Mick Schumacher se jsuq għal Haas fl-istaġun li ġej It-tifel tal-leġġenda tal-Formula 1 Michael Schumacher, Mick Schumacher se jkun qiegħed isuq għal Haas fl-istaġun li ġej fil-Formula 1. Schuamcher li għad għandu 21 sena bħalissa jinsab fuq quddiem nett fil-klassifika tas-sewwieqa tal-Formula 2 fejn irnexxielu jtemm għaxar darbiet fuq il-podju. Haas ħabbru wkoll li flimkien ma' Schumacher fit-tim, fl-istaġun li ġej se jkun qiegħed jingħaqad ukoll Nikita Mazepin li se jkunu qed jieħdu post Romain Grosjean u Kevin Magnussen Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Udjenza kbira ssegwi l-intervista sħiħa ta' Devis Mangia ma' Replay fuq Facebook
Nhar il-Ħadd li għadda, il-programm popolari dwar il-futbol Malti fuq Net Television, Replay wassal intervista esklussiva mal-kowċ nazzjonali Malti, Devis Mangia. Din l-intervista, b'mistoqsijiet diretti u interessanti, tmexxiet mill-Kap ta' Net Sports u presentatur tal-programmi Replay, Christian Micallef u saret f'ambjentazzjoni mhux tas-soltu, fid- dressing room mill-isbaħ tat-tim nazzjonali Malti f'Ta'Qali. Mingħajr dubju, sal-lum din kienet l-aktar intervista ta' Mangia bħala kowċ ta' Malta, li fiha tat l-opportunità lill-istess kowċ Taljan, jispjega l-viżjoni tiegħu u jidħol fil-fond tal-proġett tiegħu mal-MFA. Permezz tal-istil tiegħu, fil-mod ta' kif jistaqsi l-mistoqsijiet f'intervisti ta' dan it-tip, Micallef staqsa lil Mangia biex jgħidlu x'kienu dawk id-dubji li hu kellu fil-bidu nett ta' dan l-impjieg tiegħu mal-MFA u li llum tawħ risposta bl-oppost ta' kif kien qed jaħsibha kif ukoll sabiex jispjega fil-prattika u b'sempliċitá li jifhmu kulħadd, l-istil filosofiku u tattiku li hu qed jimplimenta fil-ħidma tiegħu bħala kowċ nazzjonali, mhux biss mat-tim tal-kbar iżda mat-timijiet kollha nazzjonali fil-kategoriji kollha, inkluż fit-tim nazzjonali tan-nisa. Quddiem il-cameras ta' Replay, Mangia tkellem għall-ewwel darba dwar it-tim tekniku tiegħu, li hu kompost minn xejn inqas minn għaxar persuni tekniċi Taljani, li kollha kemm huma ġew impjegati mill-MFA bħala parti mill-proġett ħolistiku ta' Mangia f'Ta'Qali. Bosta minn dawn l-individwi huma persuni b'CV kalċistiku mill-aktar interessanti, bħal fil-każ taż-żewġ assistant kowċis tiegħu, Davide Mazzotta u Guillermo Giacomazzi. Mangia tkellem ukoll dwar ir-relazzjoni kbira li għandu mal-eks kowċ nazzjonali Taljan, Arrigo Sacchi kif ukoll dwar temi partikolari u li jolqtu direttament lill-klabbs lokali, bħal fil-każ tan-numru ta' timijiet ta' klabbs fil-Kampjonat Premier u dwar l-ammont ta' plejers barranin fl-ogħla diviżjoni ta' pajjiżna. F'din l-intervista, Mangia stqarr għall-ewwel darba li hu favur Kampjonat Premier b'għaxar timijiet u jixtieq jara restrizzjonijiet fl-ammont ta' plejers barranin li jilgħabu fil-Kampjonat Premier. L-ewwel verżjoni ta' din l-intervista xxandret il-Ħadd, u kienet verżjoni qasira ta' madwar 35 minuta. L-intervista kienet segwita minn ħafna fuq it-televiżjoni u kien għalhekk li l-għada t-Tnejn, Replay xxandar edizzjoni Premiere tal-intervista kollha, b'tul ta' siegħa fuq il-paġna tal-programm fuq Facebook. Fl-ewwel xandira, permezz ta' statistika uffiċjali li jipprovdi Facebook, din l-intervista kellha aktar minn 2,500 views. Sintendi, wara l-ewwel xandira, il-filmat kollu tal-intervista baqa' fuq il-paġna ta' Facebook, u sal-lum, it-Tlieta fil-5pm, l-intervista diġa' ssuperat l-ammont ta' 4,500 views. F'termini ta' programmi sportivi lokali u meta mqabbel ma' statistika li kulħadd jista' jaċċessa faċilment permezz ta' Facebook, mal-programmi l-oħra sportivi, inkluż dawk tal-futbol f'pajjiżna, dawn in-numru huma konferma ċara li l-programmi Replay li jixxandru fuq Net Television huma l-aktar popolari u bl-akbar udjenza fuq il-midja soċjali. In-numri li jipprovdi Facebook huma fattwali, għal kontra ta' surveys oħra li jsiru f'pajjiżna bit-telephone. Sabiex isegwi din l-intervista u risposti għal ħafna mit-temi li semmejna aktar qabel f'dan l-istess artiklu, agħfas hawn .
1entailment
Jitħabbru l-finalist tal-'Isport Malta Awards' – Għażliet Sportivi Nazzjonali
Dalgħodu fil-Mużew Marittimu l-Birgu tħabbru l-finalisti tal-Isport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Ħames finalisti f'kull kategorija barra fit-tim tas-sena fejn ħa jkunu sitta peress li kien hemm żewġ finalisti li ġabu l-istess ammont ta' punti wara l-votazzjoni tal-ġurnalisti. Dan it-tħabbir sar waqt iċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikati lis-semi finalisti tat-tmien kategoriji. Din iċ-ċerimonja kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onorevoli Clifton Grima, iċ-Chairman ta' Sport Malta Dr Luciano Busuttil u l-President ta' l-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef. Finalisti Kategorija Żagħżugħa tas-Sena: Mya Azzopardi – Għawm Finalisti Kategorija Żagħżugħ tas-Sena: Il-Finalisti Kategorija Uffiċjal tas-Sena: John Zammit – Ċikliżmu Il-Finalisti tal-Kategorija Kowċ tas-Sena: Edward Caruana Dingli – Sport Paralimpiku Il-Finalisti Tim tas-Sena: Tim tal-Luxol – futsal Tim Kampjonat Ewropew kompost minn: Tony Drago u Duncan Bezzina – Snooker Tim tan-Nisa Kampjonat tal-Mediterran kompost minn: Sue Abela u Sara Xuereb – Ten Pin Bowling Tim Nazzjonali tal-Irġiel – Waterpolo Il-Finalisti tal-People's Choice Award: Rodney Gatt – Tiġrijiet taż-Żwiemel Il-Finalisti Kategorija Sportiva tas-Sena: Mya Azzopardi – Għawm Il-Finalisti fil-Kategorija Sportiv tas-Sena: Rodney Gatt – Tiġrijiet taż-Żwiemel
1entailment
FILMAT: Sejjer mal-Ħamrun biex nieħu pjaċir, għażilt il-klabb ħabba l-partitarji – Joseph Portelli
L-imprenditur Joseph Portelli kkonferma li ngħaqad bħala sponsor ma' Ħamrun Spartans minħabba l-partitarji. Hu qal dan f'intervista li kellu ma' Christian Micallef fuq il-paġna ta' Replay fuq facebook. Portelli stqarr li l-ambizzjoni prinċipali tiegħu hi li xi darba jkollu tim li jilgħab fil-UEFA Champions League. Minħabba din il-mira, it-tim li jkun involut fih irid jirbaħ il-kampjonat minħabba li hu biss ir-rebbieħ tal-kampjonat Malti li jilgħab fil-kompetizzjoni. Hu għandu pjan ta' tliet snin biex ix-xewqa tiegħu ssir realtà u sostna li bniedem bħalu ma jafx jidħol għal xi ħaġa kemm isalva. L-Għawdxi mexxa lil Nadur Youngsters għar-rebħ tal-Ewwel Diviżjoni f'Għawdex l-istaġun li għadda u għalkemm se jibqa' President tal-klabb, se jkun qed jgħin lil Ħamrun Spartans bħala sponsor bl-għan li jgħinhom jikkumerċjalizzaw iż-żona tal-Victor Tedesco Stadium. Hu ġie avviċinat minn xi nies ta' Ħamrun biex jibdilhom dan il-proġett. Aċċetta li jissieħeb lil Ħamrun meta urewh filmati tas-sapport li kellhom fis-snin 80 u l-bidu tas-snin 90. Meta kien iżgħar, Portelli qal li kien isegwi lil Valletta iżda minħabba l-unuri li rebħu speċjalment fl-aħħar snin, ikkonkluda li ma jistax jagħmel differenza lil Valletta, kuntrarju għal Ħamrun. "Jien sejjer biex nieħu pjaċir. Ovvjament se nonfoq il-flus imma dak hu d-delizzju tiegħi." Portelli se jkun responsabbli biex isaħħaħ it-tim ta' Ħamrun Spartans. Sa issa Mark Buttigieg inħatar kowċ ta' Ħamrun u miegħu se jkollu lil Emerson Marcelina, Marcelo Barbosa u Predrag Djordjevic, plejers barranin li kellu miegħu ma' Nadur Youngsters l-istaġun li għadda. Joseph Portelli qal li mhux se jħalli li jkun hemm problemi ta' finanzi fit-tim u għalhekk mistennija li l-plejers ta' Ħamrun jitħallsu kull xahar. Il-proġett tal-Victor Tedesco Stadium Joseph Portelli qal li l-proġett għadu fil-bidu mal-awtoritajiet u żied li hi ħasra li art ta' dik il-kobor mhix qed tintuża bl-aħjar mod. Hu kompla li l-parkeġġ irid isir bilfors biex anki tibbenefika l-komunità tal-Ħamrun u kkonferma li mhux se jsir stabbiliment ta' ħwienet. Fuq in-naħa l-oħra stqarr li se jkun hemm involut aktar sport fil-kumpless fosthom attenzjoni għall-klabb tal-boċċi ta' Ħamrun kif ukoll pixxina u ħarsa lejn il-basketball. Portelli li hu midħla sew tan-negozju, qal li hemm tliet bnadi minn fejn se jaslu l-fondi għal dan il-proġett fejn semma li jiksbu xi self jew bond biex jiffinanzjaw il-proġett. Hu għamel referenza li l-kumpless ikun mikri għal 10 snin bil-quddiem u jagħti garanzija ta' dħul lill-klabb. Hu saħaq li f'dawn is-snin l-introjtu jkun anqas ikkumparat wara l-ewwel għaxar snin minħabba li jkun irid jitħallas is-self. "Jien minix sejjer il-Ħamrun nagħmel il-proġett biex ndaħħal ċenteżmu. Ma jinteressanix naqla' l-flus mill-klabb. Jien fil-klabb sejjer biex noħroġ il-flus, allavolja ħa nagħmel proġett li jiswa ħafna miljuni." Joseph Portelli kkonferma li mhux veru li se jagħmel tajjeb għad-dejn li għandu l-klabb iżda b'ħidma mill-President attwali Nunzio Antignani, jittama li sa tliet snin li ġejjin, jinqata' d-dejn tal-klabb. Joseph Portelli temm l-intervista b'messaġġ lill-partitarji ta' Ħamrun fejn qal; "Nixtieq li l-Ħamrun jerġa' jingħaqad, il-Ħamruniżi jgħaqqdu t-tajjeb u ma jarawx kbir. Jien se nagħmel l-almu tiegħi." Ħamrun Spartans ilhom ma jirbħu l-kampjonat mill-istaġun 1990/91 u l-FA Trophy mill-istaġun 1991/92.
1entailment
Team Ineos jirtira mill-Kampjonati Nazzjonali tal-Italja bħala prekawzzjoni
Il-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa sar programm ta' tiġrijiet bl-aktar tiġrija mportanti tkun il-Condition Race għall-Klassi Premier. Din intrebħet miż-żiemel pjuttost ġdid I won't Dance misjuq minn Clint Vassallo. Wara t-tiġrija ic-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg ippreżenta tifkira ta' l-okkażjoni lis-sid Dunstan Bugeja. Charles Camilleri irnexxielu jirbaħ tliet tiġrijiet – Uveo de Maza fi Klassi Gold ħa it-tielet rebħa tas-sena, fi Klassi Silver id-debba Trytocatchme ħadet it-tieni rebħa tagħha f'dan l-istaġun u Concerto Cehere ħa r-raba' rebħa tiegħu fi klassi Bronze. Rodney Gatt żied żewġ rebħiet oħra meta fi klassi Silver iż-żiemel Carat Darby ħa l-ħames rebħa tiegħu u fi klassi Bronze Cesar du Bouillon irnexxielu jirbaħ għad-disa' darba din is-sena. Un Amour du Pont ukoll irnexxielu jieħu l-ħames rebħa tiegħu f'dan l-istaġun meta misjuq minn Andrew Farrugia rebaħ tiġrija tal-klassi Gold. Fi Klassi Silver Veulnes ħareġ rebbieħ għall-ewwel darba misjuq minn Noel Baldacchino filwaqt li għal Sillon du Breuil fi Klassi Bronze irnexxielu jirbaħ l-ewwel tiġrija f'dan l-istaġun. Il-programm fetaħ b'tiġrija tal-klassi Copper li intrebħet mid-debba Cherie de Noyelles misjuqa minn Cliferty Calleja u għaliha din kienet it-tielet rebħa tas-sena. Il-programm li jmiss ikun nhar il-Ħadd wara nofsinhar bl-aktar tiġrija mportanti tkun il-finali tat-Tazza Johnnie Walker għall-klassi Gold. Ritatt: Alex Azzopardi
0not_entailment
Formula 1: Il-Grand Prix's tal-Ġappun, Singapore u l-Ażerbajġan ikkanċellati
Din is-sena ċ-ċiklisti tal-Fondazzjoni LifeCycle se jkunu qed jagħmlu din l-isfida fl-Asja. L-isfida se ssir bejn id-9 ta' Settembru u t-23 ta' Settembru. F'dan il-jiem, se jkunu qed jgħaddu mill-Kambodja, Laos u l-Vietnam. Il-Fondazzjoni torganizza din l-isfida kull sena biex tiġbor il-flus li jingħataw biex tkompli ssir riċerka dwar il-mard tal-kliewi. Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa' mas-27 parteċipant ta' din is-sena f'Kastilja. B'kollox se jagħmlu 2,000Km f'għaxart ijiem. Jekk tixtieq tgħin tista' tibgħat messaġġ fuq dawn in-numri: 5061 7370 għal donazzjoni ta' €2.33 5061 8920 għal donazzjoni ta' €6.99 5061 9229 għal donazzjoni ta' €11.65 DOI: Jason Borg
0not_entailment
Kampjonati Ewropej U19: Dro importanti għall-Maltin
Tliet gowls ta' Patrick Bamford wasslu għall-ewwel telfa ta' Aston Villa meta f'Villa Park sfaw megħluba 3-0 minn Leeds United. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta Leeds fetħu l-iskor fl-53 minuta meta Martinez salva parzjalment konklużjoni ta' Rodrigo, b'PATRICK BAMFORD ikun l-ewwel fuq il-ballun biex xeħet ġewwa mill-viċin. It-tim ta' Marcelo Bielsa rdoppja fis-66 minuta meta reġa' kien BAMFORD li b'konklużjoni min barra l-kaxxa ma' ta l-ebda ċans lil Martinez. BAMFORD għaqqad il-hatrick fit-73 minuta b'konklużjoni fir-rokna tax-xibka. PREMIER LEAGUE Illum : Aston Villa v Leeds 0-3 Għada : West Ham v Man City 1.30pm, Fulham v C. Palace 4.00pm, Man Utd v Chelsea 6.30pm, Liverpool v Sheff. Utd 9.00pm Il-Ħadd : Southampton v Everton 4.00pm, Wolves v Newcastle 6.30pm, Arsenal v Leicester 9.15pm It-Tnejn : Brighton v WBA 6.30pm, Burnley v Tottenham 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Gowl ta' Son kwarta mit-tmiem jagħti rebħa lil Tottenham
Everton irritornaw għar-rebħ kontra Fulham fi Craven Cottage, u wara li t-tim immexxi minn Carlo Ancelotti kien sofra tliet telfiet konsekuttivi t fil-kampjonat. L-eroj f'din ir-rebħa kien l-attakkant prolifiku, Dominic CALVERT-LEWIN li skorja żewġ gowls — bix-xorti żgur mhix qed tidħak lil Fulham li f'din il-logħba kellhom jitilfu t-tielet penalty mogħti lilhom f'dan l-istaġun. It-Toffees marru fil-vantaġġ wara biss 42 sekonda meta Calvert-Lewin xeħet ġewwa fuq l-assist ta' Richarlison. Bobby DECORDOVA-REID (15) kiseb id-dro momentarju għal Fulham iżda Everton, wara, fetħu vantaġġ komdu b'żewġ gowls oħra minn Calvert-Lewin u Abdoulaye DOUCOURE (35). Fulham fallew milli jnaqqsu d-distakk meta ngħataw penalty għall-fawl ta' Ben Godfrey fuq Ruben Loftus-Cheek, b'Ivan Cavaleiro jiżloq fil-ħin tax-xutt mill-ħdax il-metru – bil-ballun jgħaddi dritt minn fuq il-mimduda. LOFTUS-CHEEK u Ademola Lookman imbagħad ikkombinaw għat-tieni gowl ta' Fulham, 20 minuta mit-tmiem iżda dan il-gowl kien ftit wisq u tard wisq għall-Cottagers. Gowl mill-isbaħ skurjat minn Sebastien HALLER fi Bramall Lane kien biżżejjed biex jagħti t-tliet punti lil West Ham United għall-ispejjeż ta' Sheffield United — li b'din it-telfa jibqgħu ankrati f'qigħ il-Premier League b'punt wieħed biss minn disa' logħbiet. Haller sab is-saqaf tax-xibka b'xutt imprendibbli fis-56 minuta, b'West Ham ifallu bi ftit milli jirduppjaw meta Declan Rice ra l-header tiegħu jistampa mal-miduda. L-aktar azzjoni perikoluża tal-Blades waslet tard fit-tieni taqsima meta Oli McBurnie ra l-kanunata tiegħu taħbat mal-lasta, bil-gowlkiper Fabianski megħlub. Id-difiża tal-Hammers, minn dak il-ħin, ikkontrollat tajjeb l-attakki tal-avversarji għal riżultat utli ieħor. Leeds United iddominaw lil Arsenal għal ħafna ħinijiet tal-konfront f'Elland Road, iżda kellhom jikkuntentaw bi dro (0-0) wara li ħlew kwantità ta' ċansijiet minkejja li kienu qed jilgħabu kontra għaxar plejers għall-parti kbira mit-tieni taqsima. Arsenal kellhom wirja mill-aktar diżappuntanti u l-logħba għalihom ġiet aktar għat-telgħa bit-tkeċċija ta' Nicolas Pepe (51) għal daqqa ta' ras lil Ezgjan Alioski (bit-tkeċċija tkun ikkonfermata bil-VAR). Il-Gunners, imbagħad, għażlu li jixħtu kollox fuq id-difiża, b'Leeds itellgħu attakk wara l-ieħor u mingħajr ma rnexxielhom jisfruttaw is-sitwazzjoni favorevoli. Filwaqt li Leeds kienu superjuri għall-avversarji anki fl-ewwel taqsima, it-tim ta' Marcelo Bielsa wettaq assedju fuq il-lasta ta' Bernd Leno fit-tieni 45 minuta – u fejn laqtu l-lasta u l-mimduda tliet darbiet mis-sostitut Rodrigo, Patrick Bamford u Raphinha. Intant, iż-żewġ tims spiċċaw ħadu punt kull wieħed wara li t-tnejn kienu sofrew tliet telfiet fl-erba' konfronti tal-league preċedenti.
0not_entailment
Haley Bugeja fost plejers li l-UEFA tirrakkomanda li jiġu segwiti fl-2021
Haley Bugeja ta' 16-il sena hija fost 10 tfajliet imsemmija mill-assoċjazzjoni sportiva UEFA f'lista ta' dawk li mistennija jagħmlu suċċess din is-sena. Haley Bugeja ssemmiet f'din il-lista wara li fis-26 ta' Novembru li għadda rnexxielha tikser ir-rekord ta' Julie Fleeting li sar fl-1997 u saret l-iżgħar plejer li għamlet hat-trick f'logħba ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew EURO 2022 bejn Malta u l-Ġorġja. Aqra iżjed Haley Bugeja tikser rekord Ewropew Il-UEFA semmiet kif Haley Bugeja skurjat fit-tliet logħbiet ta' kwalifikazzjoni għat-tim nazzjonali Malti u li bħalissa qiegħda tilgħab bħala attakkanta mat-tim tas-Seria A Sassuolo fl-Italja u li fid-debutt tagħha ma' dan il-klabb irnexxielha tiskurja darbtejn kontra Napli. Ma' Haley f'din il-lista hemm tfajliet minn diversi pajjiżi differenti madwar l-Ewropa fosthom Franza, Norveġja, Danimarka, Żvezja, Ġermanja, Ingilterra, Islanda u Spanja.
1entailment
Sane se jingħaqad ma' Bayern Munich
Bayern Munich laħqu ftehim ma' Manchester City biex jakkwistaw lil Leroy Sane għal somma totali ta' €60 miljun, bil-Ġermaniż mistenni jiffirma kuntratt ta' ħames snin. Iċ-champions Ġermaniżi se jħallsu €49 miljun, bil-kumplament tal-flus jaslu biex diversi klawsoli relatati mal-prestazzjonijiet tiegħu. Manchester City se jieħdu 10% ta' kull profitt li jagħmlu Bayern Munich jekk ma jibqax mal-klabb fil-futur. Il-plejer ta' 24 sena kien suġġett għal spekulazzjoni wara li t-tim Ingliż kien qata' qalbu minħabba li naqas isib ftehim mal-plejer għal kuntratt ġdid. Rapport fil-media internazzjonali qed jgħidu li Sane se jirdoppja s-salarju tiegħu ma' Bayern Munich hekk kif hu mistenni li se jkollu salarju ta' madwar €22 miljun fis-sena. Sane ġej minn staġun sfortunat hekk kif weġġa' fil-Community Shield f'Awwissu li għadda. Hu kien ingħaqad ma' Manchester City mingħand Schalke fl-2016 għal €40 miljun.
1entailment
Ikomplu jiżdiedu l-każi posittivi fis-Serie A
West Ham United salvaw dro inkredibbli, 3-3, kontra Tottenham Hotspur wara rimonta stupenda fejn irnexxielhom jiskurjaw tliet darbiet, bejn it-82 u l-94 minuta, f'waħda mill-aktar derbies ta' Londra eċċitanti għal ħafna snin. Tottenham niżlu għal din il-logħba f'The New White Hart Lane bħala wieħed mill-aktar tims li kienu qegħdin juru forma tajba qabel il-waqfa tal-Premier League għal-logħob internazzjonali. Intant, huma ma setgħux ikollhom bidu aħjar meta fl-ewwel minuta, SON HEUNG-MIN irċieva mingħand Harry Kane biex sab ir-rokna tax-xibka b'xutt qawwi. Il-gowl ħasad bil-kbir lil West Ham u Spurs irduppjaw erba' minuti wara meta Son bidel il-ballun ma' HARRY KANE li mill-ġdid għeleb lil Fabianski fil-lasta tal-Hammers. It-tielet gowl għal Tottenham kien fl-ajru u fis-16-il minuta, Sergio Reguilon għadda ballun perfett lil KANE li mill-ġdid ma żbaljax b'daqqa ta' ras mill-viċin. Il-logħba minn dak il-ħin dehret mirbuħa u mitlufa, b'Tottenham jamministraw il-vantaġġ għall-kumplament tal-ewwel taqsima u fejn waslu wkoll viċin li jżidu l-iskor fit-tieni 45 minuta,b'tentattiv ieħor ta' Kane iħakkek mal-lista. L-impossibbli imbagħad sar possibbli, bir-rimonta twila tal-Hammers tibda fit-82 minuta meta FABIAN BALBUENA naqqas id-distakk bir-ras fuq il-kross ta' Aaron Cresswell. Il-gowl ta nifs ġdid lil West Ham u tliet minuti wara Davinson Sanchez ikkommetta awtogol klassiku biex fetaħ il-logħba beraħ u bil-Hammers jixħtu kollox fuq l-attakk fl-aħħar minuti prezzjużi. Intant – u wara li s-sostitut Gareth Bale falla li jagħmilhom erba' għal Spurs b'azzjoni personali – wasal il-mument maġiku għall-Hammers, meta – wara taħwida waqt sitwazzjoni ta' set-piece – il-ballun spiċċa f'saqajn MANUEL LANZINI li minn barra l-kaxxa venven ġmiel ta' xutt fis-saqaf tax-xibka minkejja t-tentattiv iddisprat ta' Lloris biex isalva. Sheffield United u Fulham spiċċaw fi dro ieħor, 1-1, fi Bramall Lane – bis-sostitut tal-Blades, BILLY SHARP, isalva punt għat-tim tiegħu wara li kkonverta penalty, tard fil-logħba. Fulham, sa dak il-ħin, kienu qed jidhru aktar avventurużi u kienu huma li fetħu l-iskor fis-77 minuta, b'ADEMOLA LOOKMAN — li kien qed jiddebutta għall-Cottagers — isib ix-xibka ta' Ramsdale wara azzjoni personali. Aktar qabel, Aleksandar Mitrovic kien tilef penalty għal Fulham u l-istess attakkant ta' Fulham, fil-85 minuta, spiċċa jikkommetti fawl fil-kaxxa fuq Jack Robinson — bir-referi isaffar il-penalty fuq deċiżjoni tal-VAR u li kien skurjat minn Sharp għall-1-1 finali. Id-dro ifisser li Sheffield United u Fulham it-tnejn kisbu l-ewwel punt tal-istaġun wara li kienu tilfu l-ewwel erba' konfronti tal-kampjonat. Crystal Palace u Brighton kienu involuti fit-tielet dro, 1-1, tal-ġurnata f'Selhurst Park, bl-Eagles jiksbu vantaġġ bikri wara għaxar minuti meta WILFRIED ZAHA skorja mill-ħdax il-metru – bil-penalty jingħata għall-fawl fil-kaxxa ta' Tariq Lamptey fuq Michy Batshuayi. Minn dak il-ħin, il-logħba kienet kważi kollha ta' marka 'Brighton' iżda s-Seagulls kellhom jistennew sad-90 minuta għall-gowl tad-dro meta s-sostitut ALEXIS MacALLISTER skorja b'first-timer fuq is-suġġeriment ta' Aaron Connolly. Intant, Brighton spiċċaw din il-logħba b'għaxar plejers wara t-tkeċċija tad-difensur Lewis Dunk fil-ħin miżjud.
0not_entailment
Il-Brażil jirtira l-applikazzjoni biex jorganizza t-Tazza tad-Dinja tan-nisa tal-2023
Ġunju 10, 2020 Il-Brażil irtiraw l-applikazzjoni tagħhom biex jospitaw it-Tazza tad-Dinja tal-2023 bil-Federazzjoni tal-futbol tgħid li ħadet din id-deċiżjoni minħabba li l-Gvern ma jaħsibx li hu l-aħjar żmien biex wieħed jorganizza avveniment hekk kbir minħabba l-problemi tal-finanzi tal-pajjiż li ħafna minnhom marru biex tissolva l-pandemija tal-COVID-19. Fi stqarrija, is-CBF qalet li ma tistax tieħu garanziji finanzjarji mingħand il-Gvern u għaldaqstant ikun aħjar li tirtira l-applikazzjoni. Fl-aħħar snin, il-Brażil organizza avvenimenti sportivi kbar bħat-Tazza tad-Dinja 2014, l-Olimpjadi fl-2016 u l-Copa America fl-2019. L-applikanti għat-Tazza tad-Dinja tan-nisa tal-2023 issa huma l-Kolombja, il-Ġappun u l-Awstrlja u New Zeland li flimkien għamlu bid konġunta.
1entailment
AĠĠORNATA: Ħamrun Spartans jħabbru li jinsabu qrib ftehim importanti
Il-klabb tal-Kampjonat Premier, Ħamrun Spartans ħabbru li jinsabu qrib ftehim importanti mal-imprenditur Għawdxi Joseph Portelli. Dan ġie żvelat mill-programm Replay b'sorsi qrib il-programm jgħidu li permezz ta' dan il-ftehim mistennija tinkiteb paġna ġdida fl-istorja tal-klabb. Hu mifhum li Nunzio Antignani se jibqa' President tal-klabb. L-irwol ta' Portelli se jkun fil-kummerċjalizzazzjoni taż-żona tal-grawnd, dan se jgħin biex il-klabb ikun jista' jegħleb id-diffikultajiet finanzjarji tal-aħħar snin biex b'hekk il-klabb jerġa' jsir sostenibbli. Portelli se kollu wkoll sehem fl-għażliet tekiniċi tal-klabb u jidher li l-kowċ ta' Nadur youngsters Mark Buttigieg se jieħu f'idejh it-tmexxija tal-Ispartans. Ħamrun mistennija wkoll iħabbru l-ewwel akkwist tagħhom, bil-gowlkiper Steve Sultana mistenni jirritorna mal-klabb. Ħamrun żiedu li l-Kumitat hu kommess li jferraħ it-toroq tal-Ħamrun kif jixraq lil wieħed mill-klabbs li kitbu l-istoja tal-futbol Malti. Dan l-istaġun Ħamrun temmew fid-disa' post tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier b'25 punt.
1entailment
Brescia u Genoa jtemmu fi draw u Cagliari jirbħu
Brescia u Genoa temmew fi draw ta' 2-2 f'partita diretta bejn żewġ timijiet li jinsabu fil-ġlieda kontra r-relefazzjoni. Kienu Brescia li fetħu l-iskor wara biss għaxar minuti permezz ta' ALFREDO DONNARUMMA wara li rċieva cross tajjeb mingħand Stefano Sabelli. Tliet minuti biss wara huma rdoppjaw permezz ta' ALESSANDRO SEMPRINI wara pass preċiż ta' Birkir Bjarnason. Genoa ngħataw penalty fis-36 minuta wara fawl ta' Papetti fuq Cristian Romero. IAGO FALQUE nkariga ruħu minn ħdax –il metru li ma żbaljax. Fit-tieni taqsima, Genoa komplew iżidu l-pressjoni u fid-69 minuta huma ngħataw penalty ieħor wara li Daniele Dessena deher imiss il-ballun b'idu. Din id-darba kien ANDREA PINAMONTI li b'penalty preċiż għeleb lil Joronen. Cagliari żammew it-tamiet tagħhom li jiksbu post fl-Ewropa s-sena d-dieħla ħajjin u tefgħu lil Torino f'aktar inkwiet meta f'darhom rebħu 4-2. Cagliari fetħu tajjeb u wara 13 –il minuta marru fil-vantaġġ permezz ta' xutt sabiħ ta' NAHITAN NANDEZ wara żball ta' Izzo. Ħames minuti wara huma żiedu l-iskor permezz ta' GIOVANNI SIMEONE wara cross ta' Lykogiannis bir-referee jikkonsulta mal-VAR qabel ikkonvalida l-gowl. Minuta minn ftuħ it-tieni taqsima, it-tim minn Sardegna għamilhom tlieta wara li x-xutt ta' NIANGGOLAN kien devjat għal ġox-xibka. Torino naqsu d-distakk mas-siegħa logħob permezz ta' GLEISON BREMER. Ħames minuti wara l-captain ta' Torino ANDREA BELOTTI għamilhon 3-2 biex JOAO PEDRO minn penalty reġa' fetaħ vantaġġ doppju. Serie A : Il-Ġimgħa : Juventus v Lecce 4-0, Ilbieraħ : Brescia v Genoa 2-2, Cagliari v Torino 4-2, Lazio v Fiorentina tard, Illum : Milan v Roma 5.15pm, Napoli v SPAL 7.30pm, Sampdoria v Bologna 7.30pm, Sassuolo v Verona 7.30pm, Udinese v Atalanta 7.30pm, Parma v Inter 9.45pm Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Floriana jestendu l-kuntratt tal-kowċ Enzo Potenza
Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta' €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta' €5,000 bit-titlu tal-proġett 'Sizzling fastpitch international tournament'; The Scout Association of Xagħra, li ngħataw is-somma ta' €5,000 bit-titlu tal-proġett 'Canoeing through Crystal Cear Water'; Gozo Cycling Club, li se ngħataw is-somma ta' €3,950 bit-titlu tal-proġett 'Gozo Cycling National Race Festival 2020'; Athelitx AC, li ngħataw is-somma ta' €1,800 bit-titlu tal-proġett 'Triangular League Gozo Leg 2020'; SK Victoria Wanderers, li ngħataw is-somma ta' €5,000 għall-proġett 'Next Level Football'. F'ċerimonja organizzata mill-Ministeru għal Għawdex u li matulha l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ta l-grant agreements, qal li l-isport huwa ħolqa importanti fil-kwalità tal-ħajja: "Irridu li kull tifel u tifla f'pajjiżna jkollhom l-opportunità li jipprattikaw l-isport li jixtiequ. Irridu nrawmu u nsaħħu kultura sportiva sa mill-etajiet bikrin." Huwa temm jgħid li l-għan ewlieni tal-Ministeru għal Għawdex huwa li nippromwovu aktar l-isport u nattiraw aktar parteċipazzjoni fl-isport għal ħajja aktar sana. Din hija r-raba' darba li l-Ministeru ħareġ l-isports scheme, li għandha l-iskop li tgħin lill-għaqdiet sportivi Għawdxin fit-twettiq ta' proġetti varji.
0not_entailment
Polza diffiċli għal Birkirkakra fl-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League
Aktar kmieni ttellgħu l-poloz tal-ewwel rawnd ta'kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League tan-Nisa fejn pajjiżna din is-sena se jkun rappreżentat minn Birkirkara fejn se jkunu qed jaffaċċjaw lil Olimpia Cluj tar-Rumanija. Il-partita se tintlagħab bejn t-3 u l-4 ta' Novembru wara li l-iskeda tal-partiti kellha tinbidel minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Din mhix l-ewwel partita bejn iż-żewġ timijiet, bir-Rumeni joħorġu rebbieħa fiż-żewġ konfornti preċedenti.
1entailment
Dro oħra għal Juventus kontra Verona
Juventus kienu miżmuma fi dro ta' 1-1 kontra Verona, b'din tkun it-tielet dro tal-istaġun wara Crotone u Roma. Juventus marru viċin li jiftħu l-iskor f'żewġ tentattivi fl-ewwel taqsima, wara li ballun ta' Juan Cuadrado ħabat mal-lasta, filwaqt li fil-45 minuta, gowl ta' Alvaro Morata tħassar wara li kien f'pożizzjoni rregolari. Verona skorjaw fis-60 minuta permezz ta' Andrea FAVALLI, filwaqt li Juventus sabu l-gowl tad-dro mis-sostitut Dejan KULUSEVSKI, b'din id-dro tqajjem iżjed ħsieb jekk Andrea Pirlo huwiex il-kowċ it-tajjeb biex imexxi tim bħal Juventus. Napoli rebħu r-raba' partita tal-istaġun 2-1 kontra Benevento, fejn rat żewġ eks plejers tal-Milan jaffaċjaw lil xulxin issa bħala kowċis; Gennaro Gattuso u Filippo Inzaghi. Benevento fetħu l-iskor fit-tletin minuta permezz ta' Roberto INSIGNE. Napoli dawru l-logħba favurihom fit-tieni taqsima fi tmiem minuti minn gowls ta' Lorenzo INSIGNE u Andrea PETAGNA. Fiorentina ħarġu rebbieħa fil-konfront kontra Udinese, meta ġewwa darhom rebħu 3-2. Wara għaxar minuti biss, Gaetano CASTROVILLI poġġa lil Viola fil-vantaġġ. Huma kabbru d-distakk fil-21 minuta minn gowl ta' Nikola MILENKOVIC. Qabel tmiem il-mistrieħ, Udinese daħlu bit-tama ta' rimonta wara li Stefano OKAKA għamel l-iskor 2-1. CASTROVILLI għamel id-doppjetta personali fil-51 minuta, b'OKAKA jagħmel l-istess fis-86 minuta. Cagliari għelbu lil Crotone 4-2. Crotone marru fuq quddiem fil-21 minuta b'gowl ta' Junior MESSIAS. L-oppożizzjoni rrispondiet minnufih erba' minuti wara permezz ta' Charalampos LYKOGIANNIS. Wara n-nofsija logħob, Giovanni SIMEONE poġġa lil Cagliari fuq quddiem. Fit-43 minuta, Salvatore MOLINA ġab id-dro għal Crotone. Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima, Cagliari reġaw minn fuq minn gowl ta' Riccardo SOTTIL. Fit-48 minuta, Luca Cigarini ntwera t-tieni karta ħamra, Crotone spiċċaw jilgħabu b'għaxar plejers. Joao PEDRO kkonferma r-rebħa bir-raba' gowl fl-aħħar minuti. Parma kienu miżmuma fi dro ta' 2-2 minn Spezia. Spezia fetħu vantaġġ komdu ta' żewġ gowls wara li Julian CHABOT u Kevin AGUDELO sabu x-xibka fi tlett minuti biss. Parma għamlu rimonta tajba permezz ta' Riccardo GAGLIOLO u penalty ta' Juraj KUCKA.
1entailment
Sevilla għelbu lil Inter sabiex rebħu l-UEFA Europa League
Fl-aħħar jiem il-Malta Volleyball Association organizzat it-tieni edizzjoni tal-Gatorade Beach Volleyball Open, liema edizzjoni saret fil-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuġa. Tmien timijiet ipparteċipaw fit-tournament mixed bil-koppja Cheviron u Rabuazzo ħarġu rebbieħa mingħajr telfa. Fil-finali għelbu lill-koppja Lutkus (Latvja) u Lupi (Malta) 2-0 meta rebħu 25-23 fl-ewwel set u 25-14 fit-tieni set. Lupi flimkien ma' Lutkus kienu għaddew għall-finali wara li għelbu lil Reynaud minn Franza u Sebok mill-Ungerija. Huma tilfu l-ewwel set 21-16 iżda rebħu t-tieni set 23-21 qabel kisbu post fil-finali bir-rebħ tat-tielet set 17-15. Ir-rebbieħa tas-social tournament kienu t-tim magħmul minn Coris, Zammit u Galea li rebħu kull logħba 2-0. Cassar, Fenech, Micallef u Ellul rebħu l-midalja tal-fidda u t-tim magħmul miż-żgħażagħ Siscar, Neiminen, Nishida u Scicluna rebaħ il-midalja tal-bronż.
0not_entailment
Serena Williams "tixtieq tilgħab" fl-Open tal-Istati Uniti
Imtella' Ġunju 16, 2020 It-tennista Serena Williams "tixtieq tilgħab" fl-Open tal-Istati Uniti. Dan qalu l-kowċ tagħha stess Patrick Mouratoglou. Williams, ta' 38 sena, kellha injury serja s-sena l-oħra iżda rkuprat biex waslet sal-finali tat-tournament ta' New York. L-Open tal-Istati Uniti mistenni jibda fil-31 ta' Awwissu b'diversi ristrezzjonijiet minħabba l-coronavirus. F'intervista ma' BBC Radio, Mourtoglou qal li Williams tinsab f'kundizzjoni tajba u lesta biex terġa' tibda tirbaħ it-tournaments Grand Slams.
1entailment
Bil-Filmat: It-Tim Ta' Naxxar Lions FC B'Kit Rikk U Klassiku
It-tim ta' Naxxar Lions għadu kif tefa' filmat dwar il-kit ġdid u oriġinali tiegħu; bil-kuluri tad-deheb u l-iswed. Dan huwa kulur pjuttost klassiku fejn ix-xewqa kienet li jirrappreżenta l-anima tan-Naxxar: il-festa u l-antik bi preparazzjoni għall-futur. Il-filmat inġibed ġo Palazzo Parisio. Jidher li dan huwa wieħed mill-ewwel filmati li qed isir minn klabb tal-futbol biex jillonċja l-kit tiegħu. Dan qed isir ukoll bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-100 sena anniversarju tat-tim Naxxari.
1entailment
Ir-Royal Malta Yacht Club jospita l-ewwel tellieqa offshore għas-sena
Ir-Royal Malta Yacht Club organizzat l-ewwel tellieqa offshore minn meta reġgħu bdew isiru t-tlielaq. Din kienet it-tellieqa lejn Marina di Ragusa. L-avveniment seħħ wara li sar possibbli t-tbaħħir lejn Sqallija. Minkejja l-avviż qasir it-tellieqa attirat flotta mdaqqsa. Taħt id-direzzjoni tal-Uffiċjal tat-Tlielaq Peter Dimech u t-tim ta' voluntiera tiegħu, il-flotta telqet lejn Sqallija, il-Ġimgħa filgħodu. Minkejja l-flotta kienet maqsuma fi tliet klassijiet – IRC, Club Cruiser u Multihull, Dimech iddeċieda jagħmel bidu wieħed għal kulħadd, bil-flotta titlaq minn Marsamxett fit-8.00am. Il-kundizzjoni tar-riħ kienu madwar ħames mil nawtiku. Malta – Ragusa Għalkemm it-tbassir tar-riħ ħafif ma tantx kien inkoraġġanti, iż-żiffa kienet aħjar milli mistennija u kostanti biżżejjed biex tippermetti lid-dgħajjes jagħmlu progress pjuttost tajjeb mingħajr waqfien. Id-dgħajjes aktar veloċi waslu f'Ragusa kmieni filgħaxija, bil-jott Xpresso ta' Sean Borg jasal l-ewwel. Huwa kien segwit ftit tal-ħin wara minn Maltese Falcon ta' Jonathan Camilleri Bowman. Minkejja bidu tajjeb, Comanche Raider kellu xi sfidi tekniċi li rriżulta bl-irtirar tiegħu. Inspiration ta' Godwin Zammit spiċċa 12-il sekonda biss wara l-iskadenza tal-ħin stabbilit, filwaqt li d-dgħajjes li fadal kellhom rtiraw. Ragusa – Malta Il-kundizzjoni tat-temp kienu mistennija li jkunu aħjar għar-ritorn lejn Malta. Ir-riħ kostanti mit-Tramuntana għen sabiex il-flotta jkollha ritmu mgħaġġel minkejja perjodu qasir li fih ir-riħ naqas. Ladarba ż-żiffa reġgħet qabdet, it-tellieqa kienet waħda spettakolari li mal-wasla tal-jottijiet ħdejn Tigne Point, ngħata spettaklu lill-għawwiema li kienu fl-inħawi l-Ħadd waranofsinhar. Wara li sarulha t-tiswijiet meħtieġa f'Ragusa, Comanche Raider III kienet l-ewwel tad-dgħajsa li waslet Malta. Hi kellha battalja mill-qrib matul l-aħħar mili ma' Xpresso. Comanche Raider III ħadet line honours fuq Xpresso bi tlettax-il sekonda vantaġġ. Madankollu, fl-aħħar kien Time Out ta' Mario Sant li rebaħ it-tellieqa fuq il-ħin korrett. Mario Sant wara t-tellieqa ikkummenta dwar il-ħeġġa li l-ekwipaġġ ta' Time Out kellhom biex jtellqu. Għalkemm kellhom bidu tajjeb, Time Out eventwalment ġew megħluba mid-dgħajjes ikbar – Xpresso & Comanche. Madankollu, huma baqgħu jissieltu sal-aħħar sekonda sabiex jiksbu riżultat tajjeb. Sadanittant, kien hemm battalja mill-qrib bejn Maltese Falcon u Inspiration għal ħafna ħin matul it-tellieqa. Din spiċċat b'mod spettakolari b'Inspiration tispiċċa fuq quddiem. It-tattika ta' Zammit uriet l-esperjenza tiegħu. Dan irriżulta wkoll li Inspiration kien l-unika jott li spiċċa fil-Klassi Cruiser. "Dan it-tmiem il-ġimgħa kien bidu tajjeb għall-programm tat-tlielaq. Ringrazzjament imur lejn il-Porto Touristico ta' Marina di Ragusa għall-ospitalità tagħhom, iċ-Circolo Velico Kaukana u l-Capitaneria di Porto ta' Marina di Ragusa għall-għajnuna tagħhom, kif ukoll għall-kumitat tat-tellieqa tal-RMYC u kull min ta l-kontribut lejn l-organizzazzjoni ġenerali." – Godwin Zammit, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club. L-avveniment li jmiss fil-kalendarju tat-tlielaq tal-klabb hu s-60 Edizzjoni tal-Malta-Syracuse Race li hija skedata li ssir nhar is-Sibt 1 ta 'Awwissu. It-tellieqa se tibda minn Malta u numru tajjeb ta' dgħajjes Sqallin huma mistennija jieħdu sehem flimkien mal-flotta Maltija. Flimkien mal-Lega Navale Italia, ir-Royal Malta Yacht Club qed jorganizza wkoll it-tieni tellieqa minn Siracusa sa Taormina li se ssir nhar it-Tnejn 3 ta 'Awwissu. Iktar informazzjoni tinstab fuq is-sit elettroniku www.rmyc.org .
1entailment
Miċħud l-appell ta' Qormi fil-konfront ta' deċiżjoni mill-Bord tal-Kontroll u d-Dixxiplina
Juventus għamlu l-pass deċiżiv lejn ir-rebħ tad-disa' kampjonat konsekuttiv. Huma għelbu 2-1 lil Lazio f'konfront dirett u fetħu distakk ta' tmien punti meta għad fadal erba' logħbiet biss għal tmiem il-kampjonat. Din kienet l-ewwel rebħa ta' Juventus wara tliet logħbiet filwaqt li Lazio komplew bis-serje negattiva ta' kemm ilu li tkompla l-kampjonat. Fl-ewwel taqsima ż-żewġ timijiet laqtu l-lasta darba kull wieħed. L-ewwel kien Alex Sandro li fil-11-il minuta laqta l-lasta fil-11-il minuta biex fl-44 minuta Ciro Immobile sammar il-ballun mal-wieqfa. Juventus fetħu l-iskor fil-50 minuta meta ngħataw penalty wara li x-xutt ta' Cristiano Ronaldo ħabat ma' id Bastos, b'id il-plejer tkun fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu s-solitu CRISTIANO RONALDO li għeleb lil Thomas Strakosha b'xutt preċiż. Għaddew tliet minuti u t-tim ta' Maurizio Sarri rdoppja. Minn żball ta' Luiz Felipe f'nofs il-grawnd, Paulo Dybala avvanza waħdu flimkien ma' CRISTIANO RONALDO, b'tal-aħħar jirċievi l-ballun u xeħet f'lasta vojta. Fis-66 minuta l-Portugiż mar qrib it-tripletta iżda d-daqqa ta' ras ħabtet mal-mimduda. Lazio daħlu fil-logħba fit-83 minuta għal fawl ta' Leonardo Bonucci fil-kaxxa fuq CIRO IMMOBILE. L-istess plejer għeleb lil Wojciech Szczesny mill-11-il metru biex skorja t-30 gowl fil-kampjonat u laħaq lil Cristiano Ronaldo. Juventus kienu kostretti jiddefendu l-aħħar minuti iżda ddefendew b'għaqal għal rebħa importanti.
0not_entailment
​Hockey: Floriana Young Stars u Qormi fil-finali
Mill-kumpless tal-Hockey f'Kordin kellna żewġ logħbiet ferm eċċitanti fis-semifinali taċ-Challenge Cup. Floriana Young Stars u Qormi għelbu lil Sliema Hotsticks u Rabat, bl-iskor identiku ta' 2-1. Sliema mill-ewwel resqu viċin biex jiftħu l-iskor u wara kwarta logħob, Silas Plaehn skurja mill-viċin għal Sliema, wara azzjoni kollettiva sabiħa ħafna. Young Stars irreaġixxew mill-ewwel u fl-20 minuta rebħu short corner li minnu ġabu l-gowl tad-dro permezz ta' Ivan Magro Dingli. Wara dan il-gowl il-Young Stars iddominaw il-kumplament tal-ewwel taqsima. Hotsticks rebħu l-ewwel short corner tagħhom fi tmiem l-ewwel taqsima iżda l-iskor baqa' 1-1. Sliema Hotsticks bdew it-tieni taqsima fuq l-attakk b'attakki kontinwi fuq iż-żewġ lasti. Fit-52 minuta, James Mizzi żamm lil Floriana Young Stars fil-logħba meta għamel salvataġġ doppju u minuta wara reġa' kien fl-azzjoni meta tajjar tajjeb il-ballun. Seba' minuti mit-tmiem, wasal il-gowl deċiżiv ta' Mark Camilleri minn wara azzjoni ta' short corner. Floriana għal ftit ma skurjawx it-tielet gowl, meta x-xutt ta' Luke Borg Costanzi għadda ftit barra. Hotsticks marru viċin diversi drabi biex jiksbu l-gowl tad-draw iżda Young Stars żammew sod biex ħarġu rebbieħa u kisbu post fil-finali. Fis-semifinali l-oħra bejn Qormi u Rabat, l-ewwel taqsima kienet mimlija attakki kontinwi ta' Qormi, bir-Rabtin jiddefendu b'ħafna plejers, bl-iskop li jaħarbu fuq il-kontrattakk. Tliet minuti wara l-ftuħ tat-tieni taqsima, Qormi fetħu l-iskor meta Juan Sarcia skurja wara azzjoni ta' short coner. Minkejja l-attakki ta' Qormi, id-difiża Rabtija kienet soda u xejnet kull attakk. Azzopardi reġa' laqa' tajjeb fil-54 minuta u meta kollox deher li l-logħba se tispiċċa 1-0, Shawn Falzon skurja l-gowl tad-dro għal Rabat wara azzjoni ta' short corner. Qormi resqu viċin li jagħlqu l-logħba permezz ta' Jonathan Borg iżda l-logħba ntemmet 1-1 biex kellha tmur għall-ħin barrani. Qormi marru minn fuq kmieni fl-ewwel taqsima tal-ħin barrani meta Joseph Cuschieri skurja b'xutt minn tarf id-D. Żewġ minuti minn tmiem il-ħin barrani Rabat kienu mċaħħda l-gowl tad-dro mill-gowlkiper ta' Qormi Ramon Chircop bil-logħba tispiċċa 2-1 favur Qormi.
1entailment
Ftuħ uffiċjali tal-klabb tas-Subbateo tan-Naxxar
Mal-wasla tiegħu lura mar-Rossoneri, l-Isvediż qal li jrid li San Siro jerġa' jibda jaqbeż bil-ferħ. Zlatan Ibrahimovic deher ferħan ferm li reġa mar "f'daru". Hu wasal aktar kmieni llum biex jagħmel it-testijiet mediċi qabel ma jkun jista' jibda t-taħriġ mall-bqija tat-tim. Ibrahimovic mistenni jiffirma kuntratt ta' 6 xhur bil-possibiltà li jġeddu għal sena oħra. Hu wasal ġewwa l-Ajruport ta' Linate f'Milan aktar kmieni llum. FB: Bleacher Report Football L-attakkant ta' 38 sena kien bla klabb wara li ddeċieda li jieqaf jilgħab ma' LA Galaxy fil-league Amerikan. Zlatan lura għal ma' Milan?
0not_entailment
Għada jirritorna l-football fl-Italja
Matthias Mizzi Mosta……………..1 Santa Lucia……….0 Mosta: H. Mafoumbi, E. Ememe, J. Bezzina ('88 M. Attard), C. Failla, T. Farrugia, T. Yokochin ('67 D. Debono), M. Muchardi, L. Portelli ('67 D. Bonnici), R. Morisco, B. Kaljevic, K. Tulimieri ('79 G. Sciberras) St. Lucia. : A. Vella, T. Tabone ('85 J. Delmar), F. Prates Rodrigues, J. Duarte, K. Correia, M.Camilleri ('70 A. Magri), A. Da Silva, K. Ante, L. Prestes, R. Tachikawa, K. Xuereb ('70 R. Camilleri). Imwissija : '28 M. Muchardi (MST), '57 R. Tachikawa (STL) '77 D. Debobo (MST), '86 L. Pretes (STL) Skorjaw: MST: '9 B.Kaljevic Referee: Trustin Farrugia Cann Assistenti Referees: Luke Portelli & Jurgen Spiteri Raba' Uffiċjal: Fyodor Zammit BOV Plejer tal-Logħba: Bojan Kaljevic (MST) F'logħba kkontrollata minn Trustin Farrugia Cann, Mosta rritornaw għar-rebħ wara nuqqas ta' tliet logħbiet. Minkejja r-rebħa minima favur Mosta, St. Lucia kienu sfortunati li ma ħadu xejn minn din il-partita. Il-maġġoranza tal-partita kollha kienet ibbilanċjata miż-żewġ naħat. St. Lucia marru viċin mar-raba' minuta fejn pass laterali ta' Da Silva ra lil Tachiwaka waħdu iżda dan ikkonkluda għoli. Kienu ħames minuti wara li Mosta fetħu l-iskor permezz ta' Kaljevic wara li approfitta minn ħarġa ħażina ta' Vella. Mal-bidu tat-tieni taqsima Kevin Tulimieri kien sfortunat milli jagħmel l-iskor 2-0 favur Mosta wara li l-konklużjoni tiegħu għaddiet viċin tal-lasta. Kwarta wara u l-goalkeeper Vella dawwar tajjeb f'korner free-kick inkarigat minnu Kevin Tulimieri. Fl-aħħar ftit minuti tal-partita Mosta marru viċin għal darb' oħra din id-darba minn xutt fil-baxx tas-sostitut Gianluca Sciberras. Minuta fuq il-ħin barrani u Farrugia kien fundamentali fid-difiża b'tackle b'saħħitha minn mal-art biex ċaħħad lil St. Lucia milli jakkwistaw xi punti minn din il-partita. Għaldaqstant l-iskor finali spiċċa 1-0 favur Mosta.
0not_entailment
Brian Galea jirbaħ l-ewwel kompetizzjoni tat-trap fir-ritorn tal-isparar
It-tiratur Brian Galea rebaħ ir-raba' stadju tat-tournament tat-trap li ġie organizzat fix-Shooting Range Nazzjonali. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni tal-Federazzjoni Maltija wara nuqqas ta' 17-il ġimgħa. Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, Brian Galea kkwalifika l-ewwel b'49/50 segwit minn Emmanuel Bugeja b'48/50 u James Galea Jr. b'45/50. Biex ikunu deċiżi t-tiraturi l-oħra fil-finali kien hemm bżonn shoot-off bejn erba' tiraturi wara li kollha spiċċaw b'44/50. Nazzareno Attard u Nico Sciberras ikkwalifikaw fl-ewwel shoot-off u wara t-tielet shoot-off, kien Charles Grech li elimina lil Gianluca Chetcuti. B'kollox ġew reġistrati żewġ straights wara li Brian Galea u Emmanuel Bugeja laqtu l-25 plattina minn 25 plattina. Inċidentalment, l-aħħar tliet tiraturi li kkwalifikaw kienu l-ewwel tliet tiraturi li ġew eliminati fil-fażi finali. Charles Grech laqat 15/25, Nico Sciberras temm il-ħames wara riżultat finali ta' 21/30 u Nazzareno Attard ikklassifika fir-raba' post hekk kif kien eliminat fit-tielet rawnd b'riżultat finali ta' 27/35. Minħabba li l-ewwel rawnd ma kienx tajjeb daqs il-kompetituri l-oħra, b'rawnd li laqat żewġ plattini minn ħamsa, James Galea Jr. naqas li jagħmilha għall-finali. Il-finali kienet ikkontestata bejn Brian Galea u Emmanuel Bugeja, b'tal-aħħar kellu vantaġġ ta' plattina qabel il-finali. Iżda fl-aħħar għaxar plattini, Brian Galea laqat disgħa u Bugeja laqat sebgħa, b'Galea joħroġ rebbieħ b'vantaġġ ta' plattina. L-ewwel tliet tiraturi fil-klassijiet rispettivi tagħhom għalqu l-ewwel żewġ rawnds ta' kwalifikazzjoni b'dawn ir-riżultati: Klassi A: Brian Galea (49/50), Emmanuel Bugeja (48/50), James Galea Jr. (45/50) Klassi B: Michael Grech (42/50), Noel Attard (41/50) (Countback Rule) , Anġlu Ciappara (41/50) Klassi Ċ: Joseph Cardona (42/50), Ryan Bugeja (41/50), Andrew Briffa (39/50) Il-Programm tat-trap tal-Federazzjoni Maltija tal-Isparar ikompli s-Sibt u l-Ħadd li ġej fil-Qormi Clay Shooting Club bil-kompetizzjoni Ġorġ Bugeja Memorial Grand Prix.
1entailment
Taqtiegħa bejn Ħamrun u Sliema għar-rebħ tal-kampjonat ?
Qabel il-logħba ta' ħbiberija kontra s-Slovakkja, minflok l-Innu Malti, instemgħu l-ewwel noti tal-kanzunetta Numb ta' Linkin Park. Dan l-iżball ċkejken wassal biex il-plejers bdew il-logħba bit-tbissima. Fl-Islovakkja, it-tim nazzjonali Malti tilef bl-iskor ta' 1-0. Filmat: Dominik Sarik
0not_entailment
AĠĠORNATA: Sergio Perez pożittiv għall-coronavirus
Is-sewwieq tal-Formula 1 Sergio Prerez jinsab f'iżolament wara li l-aħħar test tal-coronavirus irriżulta pożittiv. Dan wara li aktar kmieni l-ewwel test li sarlu kien inkonklussiv. Kelliem għat-tim ta' Racing Point qal li Perez ilu ma jirritorna pajjiża sa mill-aħħar Grand Prix li sar l-Ungerija. Is-sewwieqa u l-membri tat-tim jitħallew jidħlu fiċ-ċirkwit biss wara li jkunu rriżultaw pożittiv għall-coronavirus. S'issa kien hemm żewġ riżultati biss pożittivi mill-Formula 1. Aktar tard mal-jum sarlu t-tieni test fejn issa qiegħed jistenna r-riżultat għal dan it-test. Sergio Perez jinsab fis-sitt post fil-klassifika tas-sewwieqa, wara li fl-ewwel tliet tlielaq tal-istaġun temm darbtejn fis-sitt post u darba fis-seba' post. Fi tmiem il-ġimgħa jkompli l-istaġun tal-Formula 1 bil-Grand Prix ta' Silverstone fl-Ingilterra. Il-Formula 1 ħabbru li Perez mhux se jkun qiegħed jieħu sehem fil-Grand Prix ta' Silverstone filwaqt li awgurawli fejqan ta' malajr.
1entailment
Il-plejers veterani jpoġġu lil Valletta rebħa bogħod mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni
Stewart Said VALLETTA IZIBET……………………… 12 MARSASKALA FISH AND FISH…… 5 (4-3), (2-1), (3-0), (3-1) Valletta IZIBET jinsabu rebħa bogħod milli jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għall-ewwel darba mill-2013. Determinanti kienu t-tliet akkwisti veterani ta' Valletta din is-sena, jiġifieri Niki Lanzon, Michele Stellini u Edward Aquilina li bil-gowls tagħhom xaqilbu l-miżien favur it-tim tagħhom. Għalkemm Valletta bdew favoriti qabel il-konfront, Marsaskala taw daqs kemm qalgħu fl-ewwel parti. Iżda l-preċiżjoni ta' plejer bħal Niki Lanzon għenet lil Valletta biex jiftħu distakk li minnu Marsaskala ma rkuprawx. Valletta rnexxielhom jiksbu vantaġġ ta' 3-1 fl-ewwel sessjoni permezz ta' doppjetta minn Michele Stellini u Niki Lanzon, b'Luca Felice jġib id-draw parzjalment. Marsaskala rkupraw l-iżvantaġġ doppju permezz ta' Paul Privitera u Felice, sakemm Edward Aquilina daħħal lil Valletta 4-3 minn fuq Fit-tieni sessjoni, Paul Privitera ġab id-draw mill-viċin fl-ewwel man-up tal-partita. Iżda Niki Lanzon wera l-kwalitajiet tiegħu b'żewġ gowls intelliġenti (it-tieni wieħed minn man-up) b'Valletta jibdew it-tielet sessjoni 6-4. Dan il-vantaġġ saħħaħ il-konvinzjoni ta' Valletta, bit-tim ta' Srdjan Lazarevic jaċċerta mir-rebħa wara l-mistrieħ. Lanzon skorja ġmiel ta' gowl, Aquilina għamilhom 8-4 u Lanzon kabbar id-distakk għal ħames gowls minn penalty. L-andament tal-logħba baqa' l-istess fl-aħħar sessjoni, b'Valletta jibqgħu xorta jilagħbu l-logħba tagħhom u anki kellhom iċ-ċans li jkabbru l-vantaġġ. Marsaskala lagħbu l-aħħar minuti mingħajr il-kowċ Arpad Babay li ġie muri t-tieni karta safra. Valletta: R. Sciortino, P. Borg, E. Aquilina (2), M. Stellini (4), A. Agius, R. Mock, A. Bianchi, N. Farrugia (1), M. Zammit, K. Galea, N. Lanzon (5), T. Micallef Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, P. Privitera (2), M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro, M. Manara, L. Felice (2), G. Galea, R. Attard, D. Camilleri, A. Muscat Referees: Massimo Angileri, Peter Balzan Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Joe Micallef mhux se jibqa' Segretarju Ġenerali tal-YFA
Illum mistenni jiltaqa' l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA biex jiddeċiedi jekk il-Kampjonat Malti 2019-2020, għandux jintrebaħ minn Floriana li jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika jew jekk għandux jiġi ddikjarat null. Fost il-klabbs tal-kampjonat Premier teżisti stennija dwar id-deċiżjoni wara li l-kampjonat kien waqaf ħesrem minħabba l-imxija tal-Coronavirus, meta kien fadal sitt logħbiet x'jintlagħbu. Bħal-lum ġimgħa l-eżekuttiv tal-MFA ddeċieda li jittermina l-kampjonat Premier. Fil-Kunsill tal-MFA hemm mat-tmenin membru fosthom membri tal-eżekuttiv tal-MFA u rappreżentanti tar-referees li diġà ddikjaraw li se jastjenu. F'dan il-Kunsill imbagħad għandek ir-rappreżentanti tal-klabbs li mistennija jiddeterminaw x'se tkun id-deċiżjoni. Preżentament, Floriana jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b'41 punt u kienu resqin li jieħdu kampjonat ieħor wara nuqqas ta' 27 sena. Warajhom hemm ir-rivali Valletta, li jinsabu tliet punti taħt Floriana. Sal-lum l-MFA trid tinforma lill-UEFA liema klabbs se jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej taċ-Champions League u l-Europa League. Intant hemm iżjed deċiżjonijiet x'jittieħdu fosthom jekk hux se jintrebħu l-kampjonati tad-diviżjonijiet l-oħra, jekk hux se jipu promossi xi timijiet u relegati oħrajn.
0not_entailment
Finali mill-isbaħ tal-European Masters tas-Snooker
Mark Selby għeleb lil Martin Gould 9 frames għal 8 sabiex rebaħ l-għaxar ranking tournament konsekuttiv u l-ewwel wieħed fl-istaġun 2020-2021 Selby li fis-semi finali elimina lil Shaun Murphy 6 – 3 filwaqt li Gould elimina lil Judd Trump wkoll 6 – 3 , fil-finali għamel breaks ta' 130 , 96, 59, 56, 113 u 72 filwaqt li Gould irrisponda bi breaks ta' 70, 131, 94, 65, 107 u 96 Selby deher riesaq għal rebħa facli meta fetaħ vantaġġ ta' 4 frames għal xejn. Madankollu reazzjoni immedjata minn Gould li rebaħ l-erba' frames ta' wara biex mar 4 – 4 . Minn dak il-ħin fil-finali l-frames bdew jintrebħu wieħed fuq kull naħa sal punteġġ ta' 8 – 8 Fl-aħħar frame, break ta' 72 minn Mark Selby kien biżżejjed biex jirbaħ it-18 ir-ranking tournament tal-karriera apparti it-80,000 lira Sterlina mill-fond ta' premjijiet fil-European Masters.
1entailment
Illum mistennija d-deċiżjoni dwar jekk hux se tingħata t-tazza tal-kampjonat Malti
Paris Saint-Germain għelbu faċilment lil RB Leipzig bl-iskor ta' 3-0 biex kisbu post fil-finali tal-UEFA Champions League nhar il-Ħadd 23 ta' Awwissu kontra minn jirbaħ bejn Lyon u Bayern Munich. Il-logħba ntlagħbet fl-Estàdio da Luz fil-Portugall, partita ddominata mit-tim Franċiż. PSG kellhom ċans imorru fil-vantaġġ mall-ewwwel ftit minuti meta Kylian Mbappe qassam fit-tul lil Neymar li ixxutja fil-baxx iżda l-ballun ħabat mal-lasta u mar barra. Ftit wara, huma kellhom gowl imħassar wara li Gulasci żbalja fejn ixxutja ġo Neymar stess bil-ballun spiċċa fix-xibka, iżda tħassar minħabba li l-ballun ħabat ma' id l-istess plejer. L-ewwel gowl tal-partita wasal fit-13-il minuta meta free kick ta' Angel Di Maria sab lil MARQUINHOS li bir-ras ma' żbaljax. Dan kien il-ħames gowl tiegħu tal-istaġun. PSG reġgħu kellhom opportunità oħra meta żball fid-difiża ta' Leipzig tilfu l-ballun b'Di Maria xeħet lil Mbappe li ra x-xut tiegħu milqugħ mill-gowlkiper. Neymar kellhu t-tieni xut tiegħu li ħabat mal-lasta minn free kick prużuntuż u minn angolu diffiċli. It-tieni gowl tal-logħba wasal ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta pass ħażin tal-gowlkiper spiċċa f'saqajn Leandro Paredes li tefa' lil Neymar u bit-takkuna xeħet lil DI MARIA li ma falliex. Fil-50 minuta, attakk personali mis-sostitut ta' Leipzig Emil Fornsberg kellhu x-xut tiegħu minn barra l-kaxxa spiċċa ftit għoli. Fis-56 minuta wasal it-tielet gowl għal PSG, meta Nordi Mukiele żelaq b'Di Maria ħadlu l-ballun u tefa' cross lil BERNAT li bir-ras żied il-vantaġġ. Mbappe prova jżid l-iskor meta minn cross ta' Di Maria xellef ftit bir-ras li mar ftit barra. Immedjatament wara, l-istess plejer qabeż lil Upamecano iżda kellhu x-xut milqugħ minn Gulasci bil-ballun spiċċa għand Paredes li prova xutt minn barra imma reġa laqgħu l-istess gowlkiper. Il-gowlkiper ta' Leipzig kompla bil-prestazzjoni pożittiva fit-tieni taqsima wara li reġgħa laqa' xut ieħor b'saħħtu ta' Paredes minn barra l-kaxxa. Fl-aħħar minuti tal-partita, Leipzig kienu viċin gowl ta' konsolidazzjoni wara li cross minn Mukiele spiċċa għand Schick bix-xut blukkat minn Thiago Silva, b'Fornsberg ħa ċans ukoll iżda Thilo Kehrer jagħlaq tajjeb. PSG żammew il-pussess tal-ballun sal-aħħar, biex iċċelebraw post fil-finali tal-UEFA Champions League b'opportunità li jirbħu dan it-trofej għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb. Għall-ewwel darba wkoll f'14 -il sena, f'dawn is-semi finali mhux se naraw la lil Messi u lanqas lil Ronaldo. UEFA CHAMPIONS LEAGUE Semifinali: Illejla: RB Leipzig v PSG 3-0, Għada: Lyon vs Bayern Munich Ikkummenta //= $special ?>
0not_entailment
Il-futbol Ingliż sospiż sal-aħħar ta' April
Il-futbol Ingliż ġie sospiż sat-30 ta' April minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Din is-sopenzjoni se tkun qed tolqot lill-kampjonati kollha li jintlagħbu fl-Ingilterra, jiġifieri l-Premier League, il-Football League u l-FA Cup, flimkien mal-kampjonat domestiku tan-nisa. Waqt laqgħa bejn il-klabbs il-kbar tal-futbol Ingliż ġie deċiż li se jagħmlu l-almu kollu tagħhom sabiex dan l-istaġun jintemm, b'din il-possibilità issa tista' ssir ukoll hekk kif il-UEFA ssospendiet il-Kampjonati Ewropew li kellhom isiru dan is-sajf, għall-2021.
1entailment
Dominju ieħor minn Mercedes fil-provi uffiċjali f'Silverstone
Ftit jiem wara l-mewt ta' Diego Armando Maradona, matul il-lejl li għadda tħabbret il-mewt tal-leġġenda tal-futbol Taljan Paolo Rossi fl-età ta' 64 sena wara li kien marid b'marda terminali. L-aħbar tħabbret fuq il-mezzi soċjali tal-Viċi Direttur ta' RaiSport Enrico Varriale fejn ftit wara kienet ikkonfermata mill-mara tiegħu Federica Cappelletti. Rossi jibqa' mfakkar għall-prestazzjonijiet mill-aqwa tiegħu fit-Tazza tad-Dinja tal-1982 fejn kien temm bħala l-aqwa skorer f'dik l-edizzjoni u l-Italja rebbieħa tat-tielet Tazza tad-Dinja. Paolo Rossi twieled fid-9 ta' Settembru tal-1956 fi Prato l-Italja. Hu għamel l-ewwel passi tiegħu fil-futbol ma' Santa Lucia, klabb fir-reġjun ta' Toscana qabel ma' fl-1972 issieħeb ma' Juventus fejn għamel id-debutt tiegħu f'partita tal-Coppa Italia fl-1973. Il-perjodu tiegħu ma' Juventus kien iddominat minn bosta injuries fejn wara li kien operat tliet darbiet f'irkopptejh issieħeb ma' Como fejn għamel id-debutt tiegħu fis-Serie A. Il-karriera tiegħu ħadet żvolta meta Lanerossi Vicenza ħaduh b'self fejn hemmhekk beda jilgħab bħala attakkant fejn fi tliet staġun skorja 60 gowl f'94 partita fejn fl-istess perjodu ssejjaħ mill-kowċ nazzjonali Taljan Enzo Bearzot sabiex jifforma parti mill-iskwadra tal-Italja għat-Tazza tad-Dinja tal-1978. Ma' Vicenza, Rossi kien skorja 60 gowl f'94 partita Fl-1979/80 ingħaqad ma' Perugia fejn fi 28 partita skorja 13 –il gowl fejn fl-istess staġun kien ħareġ l-iskandlu ta' każijiet ta' mħatri lleglai fil-futbol Taljan magħruf bħala 'Totonero', bl-istess Rossi jkun sospiż għal sentejn fejn kien tilef il-Kampjonati Ewropej tal-1980. Minkejja li kien għadu sospiż, Rossi kien ingħaqad għat-tieni darba ma' Juventus fl-1981 fejn kien kiseb post regolari fit-tim lejn tmiem l-istaġun biex kiseb post fl-iskwadra tal-Italja għat-Tazza tad-Dinja tal-1982 fejn temm bħala l-aqwa skorer u għen lill-Italja tirbaħ it-tielet Tazza tad-Dinja. Paolo Rossi kien issieħeb ma' Juventus għat-tieni darba fl-1981 Wara din it-Tazza tad-Dinja Rossi kompla jilgħab ma' Juventus fejn fl-istaġun tal-1985 issieħeb ma' Milan fejn temm il-karriera tiegħu ma' Hellas Verona fl-istaġun 1986/87. Matul il-karriera tiegħu, Rossi rebaħ l-unuri kollha possibli fejn rebaħ it-Tazza tad-Dinja, ċ-Champions League, darbtejn is-Serie A, l-Coppa Italia u s-Super Cup apparti l-unuri li rebaħ dartejn l-aqwa skorer tas-Serie A u s-Serie B, il-Ballun tal-Fidda fit-Tazza tad-Dinja tal-1978 u ż-Żarbun tad-Deheb u l-Ballun tad-Deheb fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1982. Il-funeral ta' Rossi se jsir għada f'Vicenza b'bosta juru s-sobgħa għall-mewt tiegħu fosthom il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte fejn iddeskriva lil Rossi bħala simbolu tal-futbol Taljan
0not_entailment
Lazio ffrustrati wara li Silva ngħaqad ma' Real Sociedad
Skond il-paġna ta' Repaly fuq Facebook, Gżira United, Valletta u Birkirkara rtiraw mill-Premier Division Standing Comittee. Jidher li d-diżgwid bejn ir-rappreżentanti tal-klabbs ilu għaddej għall-aħħar ġimgħat u laħaq il-qofol tiegħu meta t-tliet klabbs riedu li l-istaġun ikompli ladarba tintemm l-pandemija tal-coronavirus. Wara l-vot fil-PDSC kellu l-maġġoranza ta' dawk li riedu l-istaġun jintemm ħesrem, r-rakkomandazzjoni mingħajr il-firma ta' dawn il-klabbs għaddiet għand l-MFA u finalment intlaqgħet. Il-PDSC ilu snin twal imwaqqaf u l-għan prinċipali tiegħu hu li l-klabbs tal-Premier jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jolqtuhom kif ukoll dawn ġenerali reletati mal-futbol lokali. Għad irid ikun magħruf x'se jkunu r-riperkussjonijiet fuq l-effettività tal-pressjoni tal-PDSC ladarba tliet klabbs ewlenin għażlu li ma jibqgħux jifformaw parti minnu.
0not_entailment
Starlites GIG b'punti massimi wara rebħa konvinċenti
Colin Schembri STARLITES GIG…….76 HIBERNIANS………. 37 (23-10)(21-6)(19-9)(13-12) Starlites Gig: M. Zammit Cordina 6, C. Cilia, A. Micallef 2, S. Farrugia 2, M. Bonett 9, S. De Martino 15, C. Curmi 5, J. Diaby 9, P. Arguello 8, N. Schembri 5, S. Davies 6, K. Mifsud 9 Hibernians: I. Agius 7, Y. Bonett 5, J. Dabic, S. Brincat 2, B. Agius 3, J. Abela 3, Ch. Camilleri, Cl. Camilleri 2, N. Farrugia 3, K. Calleja, K. Caruana 5, M. Buhagiar 7. Referees: Luke Camilleri, Gordon Barbara, Kamil Dworniczak Starlites GIG kienu totalment superjuri għat-team żagħżugħ ta' Hibernians u kif juri l-iskor finali, huma spiċċaw b'rebħa faċli 76-37. Kien biss fl-aħħar taqsima li Hibs żammew il-pass mal-avversarji però r-rebħa kienet diġa aċċertata għat-team ta' David Baudot. Starlites iddominaw taħt il-boards fejn it-tul tagħhom kien superjuri għal dak tal-Pawlisti. Fl-attakk Hibs iridu juru aktar kalma però se jkun staġun ta' transizzjoni diffiċli għal team li dera jirbaħ unuri matul l-istaġuni li għaddew. Starlites fetħu l-partita bl-ewwel ħames punti minn Josephine Diaby u Maria Bonett. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bil-Hibs ikollhom trippla ta' Naomi Farrugia però Starlites baqgħu fuq quddiem 11-3. Starlites komplew b'run ta' 10-0 bi trippla ta' Patricia Arguello flimkien ma' Michela Zammit Cordina u Christina Curmi qabel ma Hibs waqqfuhom bil-punti ta' Ylenia Bonett. Starlites għalqu t-taqsima bil-freethrows ta' Nicole Schembri għal skor ta' 23-10. Fit-tieni taqsima, Hibs sabuha diffiċli biex jagħmlu l-punti u Starlites komplew jinqatgħu fuq quddiem. Huma fetħu bi break qawwi ta' 13-2 fejn fost l-oħrajn kellhom il-punti ta' Steffi De Martino, Kaya Mifsud, Anthea Micallef u trippla oħra ta' Arguello. Wara li Hibs kellhom basket minn Iona Agius, Starlites wieġbu bi trippla ta' Bonett u basket ta' Zammit Cordina biex is-sessjoni għalqet bi trippla minn Marie Buhagiar għal Hibs għal skor ta' 44-16. It-tielet taqsima kienet kważi identika għat-tieni waħda fejn minkejja li Hibs fetħu bil-punti ta' Agius u trippla ta' Jasmine Abela, kienu Starlites li reġgħu għafsu u għaqqdu break ieħor ta' 17-4. De Martino kellha żewġ trippli flimkien m'oħra ta' Bonett bi Stephanie Davies u Curmi jagħmlu l-kumplament tal-punti għal skor ta' 63-25. L-aħħar taqsima kienet biss formalita hekk kif id-distakk kien wieħed sostanzjali. Hibs fetħu bil-punti ta' Claudia Camilleri u trippla ta' Britney Agius b'Diaby twieġeb għal Starlites. Sa' tmiem il-partita kien hemm aktar punti fejn għal Hibs kisbet punti konskeuttivi Buhagiar, l-istess kif għamlet Kaya Mifsud għal Starlites li għalqet il-partita bi trippla għal skor finali ta' 76-37. CAFFÈ MOAK LUXOL……….68 ARMS DEPIRO…………………62 (15-15)(17-11)(15-17)(21-18) Luxol: A. Mifsud 2, P. Ellul 11, N. Vella 7, M. Pollaco 5, L. Caruana Montaldo, C. Sollami 5, K. Portelli 4, A. Borg 12, J. Schembri, H. Galea, M. Grech, K. Koenig 22. ARMS Depiro: No. Agius, M. Caruana 12, Ni. Agius 10, T. Mifsud, L. Duncan 3, J. Borg 6, C. Ciantar8, J. Xerri, N. Hili 2, H. Johnson 19, D. Galea, N. Borg 2. Referees: Gordon Barbara, Ivica Simic, Vladimir Nikolic. Din il-partita kienet missielta aktar mill-ewwel waħda fejn iż-żewġ timijiet kienu qiegħdin ifittxu l-ewwel rebħa tal-istaġun. Luxol kellhom team mibdul mill-ewwel ħarġa tagħhom fejn ġew lura players t'esperjenza bħal Paula Ellul, Kay Portelli u Nicole Vella u fuq kollox inkludew għall-ewwel darba lil player Amerikana Kali Koenig li spiċċat bi 22 punt fosthom 4 three pointers. Huma kellhom nieqsa lil Sharon Vella. Depiro kellhom l-istess formazzjoni tal-ewwel partita u fetħu tajjeb bil-punti tal-Amerikana Hannah Johnson u marru 7-1 minn fuq. Luxol bdew jirrispodu u żewġ trippli ta' Koenig u baskets ta' Ellul u Marie Elise Pollacco poġġewjom rawhom jaqilbu r-riżultat favurhom. Trippla ta' Monique Caruana poġġiet lil Depiro fuq quddiem mill-ġdid però Luxol irnexxielhom jippareġjaw sa' tmiem is-sessjoni 15-15 bil-punti ta' Koenig u Cristina Sollami. Fit-tieni taqsima kienu Luxol li marru fuq quddiem permezz ta' Vella u Sollami però Johnson malajr wieġbet għal Depiro u t-tieni trippla ta' Caruana tathom vantaġġ ta' erba' punti 26-22. Dawn però kienu l-aħħar punti ta' Depiro għaliex sa' tmiem is-sessjoni Luxol għamlu run ta' 10-0 li bdewha bi trippla ta' Koenig u daħlu jistrieħu 32-26 minn fuq. Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Luxol żammew vantaġġ t'erba' punti 38-34. Depiro għamlu l-iskor indaqs wara l-punti ta' Agius u Johnson segiti minn trippla fuq kull naħa qabel ma Luxol għamlu l-aħħar punti bi trippla ta' Antoinette Borg flimkien ma' Andrea Mifsud għal skor ta' 47-43. Fl-aħħar sessjoni kien hemm botta u risposta kontinwa u għal ħin twil basket biss kien jifred liż-żewġ timijiet. Mument tajjeb minn Luxol fosthom bi trippli ta' Koenig u Ellul rawhom jiftħu vantaġġ ta' 5 punti u kien biżżejjed għalijhom li jikkontrollaw l-aħħar sforzi ta' Depiro biex ħarġu rebbieħa 68-62.
1entailment
Matthew Magro u Sue Abela rebbieħa tal-MTBA Memorial
Matthew Magro u Sue Abela rebħu l-kategoriji tal-irġiel u n-nisa rispettivament fit-tournament MTBA Memorial 2020 b'tifkira ta' Silvio Anastasi u Sammy Borg. Magro li għad għandu 18-il sena, żamm l-ewwel post b'serje b'saħħitha ta' 1307 u medja ta' 217.8 biex għeleb liż-żagħżugħ ta' 15-il sena Nicholas Muscat b'disa' pin biss. B'kollox ħadu sehem 23 parteċipant fil-kategorija tal-irġiel. Mark Spiteri spiċċa fit-tielet post segwit mill-qrib minn Neil Sullivan, Mauro Anastasi, Rankin Camilleri. Iż-żagħżugħ ta' 13-il sena Chris Fenech spiċċa fis-seba' post, 72 pin wara Magro. Fil-kategorija tan-nisa, Sue Abela ddominat prattikament mill-bidu sal-aħħar. Dan minħabba li kienet l-uniku waħda mit-12-il kompetitriċi femminili li lagħbet b'medja ta' aktar minn 200 punt. Cynthia Duca u Liliana Spiteri temmew it-tieni u t-tielet post. Spiteri spiċċat indaqs ma' Tiziana Carannante iżda spiċċat qabilha minħabba li kellha l-ogħla punteġġ fl-aħħar logħba. Il-premijiet ġew ippreżentati mill-President tal-MTBA Paul Baldacchino, flimkien mal-familja ta' Sammy Borg filwaqt li mart il-mibki Silvio Anastasi, Melissa, kienet preżenti għall-kompetizzjoni. Din kienet it-tieni edizzjoni ta' dan it-tournament.
1entailment
Zanardi se jibqa' f'coma artifiċjali sa mill-anqas il-ġimgħa d-dieħla
Illejla f'Cologne il-Ġermanja, tintlagħab il-finali tal-UEFA Europa League bejn Sevilla u Inter, bl-Ispnajoli se jkunu qed ifittxu li jkabbru r-rekord ta' rebħ tagħhom f'din il-kompetizzjoni fejn sa issa rebħuha ħames darbiet. Inter se jkunu qed jirritornaw f'finali Ewropeja wara nuqqas ta' għaxar snin u se jkunu qed ifitxxu li jirbħu din il-kompetizzjomi għar-raba' darba. Sevilla kellhom triq twila biex waslu s'hawn u fit-tieni fażi kellhom jaffaċjaw timijiet ta' stoffa, huma eliminaw lil Cluj, Roma, Wolves u Manchester United. Inter bdew l-avventura Ewropeja għal dan l-istaġun fil-UEFA Champions League, fejn wara li temmew fit-tielet post fil-grupp tagħhom huwa ġew relegati għall-UEFA Europa League. Fit-triq tagħhom sal-finali huma eliminaw lil Ludogorets, Getafe, Bayer Leverkusen u lil Shaktar Donetsk. Il-partita se tintlagħab mingħajr partitarji u tibda fid-9.00pm.
0not_entailment
Ħa nagħmel dak kollu possibbli biex il-klabb jibqa' ma' ta' fuq – Jurgen Degabriele, attakkant ta' Hibernians
L-attakkant Jurgen Degabriele temm spekulazzjoni li seta' jħalli lil Hibernians wara li laħaq ftehim fuq kuntratt ta' tliet snin mat-tim minn Raħal Ġdid. Din l-aħbar hi konferma li Degabriele għadu parti integrali mit-tim ta' Hibernians u żgur li din l-aħbar intlaqgħet tajjeb mill-kowċ Stefano Sanderra. "Kuntent li ffirmajt ma' Hibernians għal tliet snin oħra. Ninsab ħerqan għall-istaġuni li ġejjin u ħa nagħmel dak kollu possibbli mat-tim kollu biex il-klabb jibqa' dejjem ma' ta' fuq," qal Degabriele f'kuntatt li sar minn netnews.com.mt. Minkejja li għad għandu 23 sena, Degabriele ilu jilgħab fil-Kampjonat Premier għal seba' staġuni u sar għażla awtomatika fit-tim Pawlist. Hu għamel id-debutt fl-istaġun 2013/14 u minn dakinhar skorja 47 gowl fil-Kampjonat Premier, bl-aħjar staġun ikun l-2016/17 meta skorja 16-il gowl u spiċċa fit-tieni post fil-klassifika tal-aqwa skorers. Degabriele ġej minn xhur diffiċli għalih wara li fi Frar tas-sena l-oħra kien weġġa' kontra St. Andrews u kellhom jgħaddu madwar tmien xhur biex reġa' kien mat-18-il plejer waqt logħba tal-kampjonat. Wara li ftit ftit reġa' beda jidħol fit-tim, Degabriele weġġa' fit-2 ta' Frar li għadda fit-telfa kontra Sirens u issa li qed ikompli jirkupra, jittama li l-istaġun il-ġdid ikun ir-rinaxximent tiegħu.
1entailment
Possibilità li s-Serie A ma tibdiex fid-data skedata jekk il-każijiet jiżdiedu
Rapporti fil-media fi Franza qed jgħidu li l-captain ta' Paris Saint-Germain Thiago Silva mhux se jkun offrut kuntratt ġdid meta dak eżistenti jiġi fi tmiemu f'dan l-istaġun. Id-difensur ta' 35 sena, lagħab aktar minn 300 logħba maċ-champions Franċiżi minn meta ngħaqad magħhom mingħand Milan fl-2012. Skont il-gazzetta nfluwenti Franċiż L'Equipe, ġie mgħarraf mid-Direttur Sportiv tal-klabb Leonardo li l-kuntratt mhux se jkun imġedded. Dan wassal għal spekulazzjoni li Silva jista' jirritorna ma' Milan jew jingħaqad ma' Everton fil-Premier League biex jerġa' jkun immexxi minn Carlo Ancelotti. It-tnejn ħadmu flimkien ma' Milan u PSG. F'intervista li kien ta' fl-2013, Silva qal li ħadem ma' ħafna kowċis fil-karriera iżda semma lil Carlo Ancelotti bħala wieħed li jispikka. Hu semma b'mod partikolari li minkejja li ma lagħbx fl-ewwel sitt xhur ma' Milan, Silva jqis li dawn kienu l-aktar importanti għalih għaliex biddlulu ħajtu. Jekk l-aħbar tkun konfermata, Silva jilgħab ma' PSG fil-UEFA Champions League f'Awwissu qabel iħalli l-klabb.
0not_entailment
Viñales se jibda fuq quddiem fil-Grand Prix tal-Awstrija
Maverick Viñales se jibda fuq quddiem fil-Grand Prix tal-Awstrija li qed isir fiċ-ċirkwit ta' Spielberg. Hu temm qabel Jack Miller ta' Parmac Racing u Fabio Quartararo ta' Yamaha. Andrea Dovizioso frisk minn kuntratt ġdid ma' Ducati temm fir-raba' pożizzjoni filwaqt li Pol Espargaro temm fil-ħames post. Joan Mir ta' Team Suzuki temm fis-sitt pożizzjoni filwaqt li Franco Morbidelli temm fis-seba' post. Álex Rins ta' Suzuki temm fit-tmien pożizzjoni filwaqt li Johann Zarco temm fid-disa' pożizzjoni filwaqt li l-Ġappuniż Takaaki Nakagami temm fl-għaxar pożizzjoni. Valentino Rossi kellu xi problem tekniċi u se jibda mit-12 –il post. Għal ġimgħa oħra Marc Marquez se jkun nieqes wara l-inċident li sofra fi spalltu kif ukoll Francesco Bagnaia wara li sofra injury f'irkopptu fl-aħħar Grand Prix. It-tellieqa fiċ-ċirkwit ta' Spielberg tibda fis-2.00pm. Kif temmew: 1 M. Viñales Yamaha 1'23.450, 2 J. Miller Pramac Racing 1'23.518, 3 F. Quartararo Petronas 1'23.537, 4 A. Dovizioso Ducati Team 1'23.606, 5 P. Espargaro Red Bull KTM 1'23.612, 6 J. Mir Team SUZUKI 1'23.673, 7 F. Morbidelli Petronas 1'23.719, 8 A. Rins Team SUZUKI 1'23.731, 9 J. Zarco Esponsorama Racing 1'23.828, 10 T. Nakagami LCR Honda 1'23.872, 11 M. Oliveira Red Bull KTM 1'23.939, 12 V. Rossi Monster Energy 1'23.995 Eliminati fl-ewwel fażi: 13 D. Petrucci Ducati Team 1'23.915, 14 A. Espargaro Aprilia Racing Team 1'24.151, 15 C. Crutchlow LCR Honda 1'24.228, 16 I. Lecuona Red Bull KTM 1'24.405, 17 B. Binder Red Bull KTM 1'24.485, 18 A. Marquez Repsol Honda 1'24.490, 19 S. Bradl Repsol Honda 1'24.662, 20 B. Smith Aprilia Racing Team 1'24.831, 21 T. Rabat Esponsorama Racing 1'25.287, 22 M. Pirro Pramac Racing 1'25.431 Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Alex Dowsett jirbaħ it-tmien stadju fil-Giro d'Italia
Alex Dowsett kiteb l-istorja għat-tim tiegħu Isreal Start-Up Nation meta kiseb l-ewwel rebħa għat-tim tiegħu fi stadju ta' tour prinċipali. Dowsett rnexxielu jiftaħ vantaġġ komdu ta' 55 sekonda fuq Matthew Holes u Joey Rosskopf bid-distakk jonqos 10km lejn it-tmiem. Ir-rebħa ta' Dowsett tasal fil-jum li sieħbu l-Brittaniku Simon Yates kellu jirtira mit-tour minħabba li nstab pożittiv għall-coronavirus.
1entailment
Il-ftuħ tal-Ligue 1 fi Franza pospost minħabba l-coronavirus
Il-Malta Football Association ikkonfermat lil Pietro Ghedin bħala l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti għal sentejn oħra. Dan ifisser li Ghedin se jmexxi lit-tim nazzjonali Malti għall-partiti minn Grupp F ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018. Il-ftehim ma' Ghedin intlaħaq wara laqgħa bejn l-istess kowċ nazzjonali u Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA. Taħt Pietro Ghedin, it-tim nazzjonali Malti, kellu diversi partiti u wirjiet tajbin li bihom kompla jkabbar ir-reputazzjoni u r-rispett li kellu fix-xena tal-futbol internazzjonali.
0not_entailment
Sewwieq Malti f'Santa Pod
Wara waqfa ta' erba' xhur minħabba r-restrizzjonijiet soċjali imposti fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus, il-kompetizzjonijiet tal-atletika organizzata mill-Malta Amateur Athletic Association se jkomplu nhar is-Sibt 27 ta' Ġunju. Dan permezz ta' programm ristrett ta' attivitajiet li se jsiru fit-trakka Matthew Micallef St John fil-Marsa. L-avvenimenti se jinkludu distanzi sprint ta' 100, 200m u 400m kif ukoll it-triple jump, discus u hammer. Minkejja li kien biss fl-aħħar jiem li l-assoċjazzjonijiet sportivi kienu infurmati li l-avvenimenti kompetittivi setgħu jkomplu, l-MAAA qed tagħmel l-almu tagħha biex tipprovdi l-aqwa opportunitajiet possibbli biex l-atleti jikkompetu fuq livell kompetittiv qabel tmiem l-istaġun. L-MAAA tinsab f'kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet tas-saħħa biex tiżgura li dawn l-avvenimenti jsiru b'rispett sħiħ tal-protokolli tas-saħħa u tipprovdi sigurtà massima għall-parteċipanti u l-uffiċjali kollha involuti. Il-kompetizzjonijiet se jsiru bil-bibien magħluqa. Fost firxa ta' miżuri ta' sigurtà, l-atleti kollha se tittieħdilhom it-temperatura filwaqt li elementi użati fil-kompetizzjonijiet, fosthom l-istarting blocks se jiġu santizzati kontinwament. Uffiċjali differenti se jkunu qed jieħdu ħsieb żona partikolari u se jibqgħu fl-istess pożizzjoni tul l-avvenimenti kollha. Qabel it-tellieqa tal-400, se tinżamm minuta silenzju għall-memorja tas-Sur Svein Arne Hansen, President tal-European Athletics li ħalla din id-dinja aktar kmieni din il-ġimgħa. Is-Sur Hansen kellu relazzjoni b'saħħitha ħafna mal-atletika Maltija u mal-MAAA u ħadem biex imexxi l-quddiem dan l-isport f'pajjiżi żgħar fosthom Malta. Programm ristrett ieħor, li jkopri l-bqija tal-avvenimenti atletiċi l-oħra se jsir fl-4 ta' Lulju.
0not_entailment
Tibdil fil-ħinijiet għal-logħob tat-tmiem il-ġimgħa fosthom id-decider tal-Premier
Wara nofsinhar l-MFA ħabbret tibdil fit-tlett partiti li ser jintlagħbu fit-tmiem din il-ġimgħa bl-aktar waħda important bla dubju tkun il-logħba li ser tiddeċiedi minn ser jirbaħ il-Kampjonat u li ser tlaqqa lil Valletta u Hibernians. Dan il-konfront issa ser jibda fl-16.30 u mhux kif kien avżat qabel. Anke l-play-offs tal-Ħadd bejn St. Andrews u Santa Lucia kif ukoll Vittoriosa Stars kontra Mġarr United ser jibdew fil-17.00 fil-Hibernians Stadium u fil-Victor Tedesco Stadium rispettivament u mhux kif kien avżat qabel.
1entailment
Vidal se jiffirma ma' Inter
Mil- midfielder Ċilen Arturo Vidal mistenni li jsir plejer ta' Inter fis-sigħat li ġejjin. Skont il-midja Taljana, intlaħaq ftehim bejn Bayern Munich u Inter bil-plejer mistenni li jiġi misluf għal staġun biex eventwalment jingħaqad b'mod permanenti ma' Inter fl-istaġun ta' wara. Vidal mistenni li jiswa lill-Inter madwar €25 miljun. L-ex plejer ta' Juventus mistenni li jiffirma kuntratt ta' tlett snin ma' Inter b'salarju ta' €5 miljun kull staġun.
1entailment
Filmat: Minflok l-Innu Malti daqqewlhom 'Numb' ta' Linkin Park
Hibernians FC ħabbru li ħatru lit-Taljan Stefano Sanderra bħala l-kowċ għall-istaġun 2018/2019. Sanderra, li huwa minn Ruma u għandu 51 sena beda l-karriera ta' 27 sena u mexxa diversi timijiet f'pajjiżu fosthom Potenza, Forsinone, Cosenza, Messina U19, Latina Calcio, Salernitana, Catanzaro, Viterbese u Sambenedettese. Mat-tim tal-Aquila rebaħ il-kampjonat tas-Serie D kif ukoll żewġ promozzjonijiet mat-tim ta' Latina. Bħala assistent tal-Coach Taljan, il-klabb ħatar lil Ryan Pulis li minkejja li għadu żagħżugħ diġà kien involut ma' timijiet tal-Premier bħal Tarxien Rainbows FC u Ħamrun Spartans Football Club. Il-klabb ikkonferma lil Mario Muscat bħala Goalkeepers Coach, li bl-esperjenza kbira tiegħu fil-futbol lokali u l-avventura li kellu l-istaġun li għadda meta ġie fdat bit-tmexxija tat-Tim fl-aħħar fażi tal-istagun, se jkun spalla importanti fl-istaff tekniku.
0not_entailment
Manchester City iridu lil Lautaro Martinez għal €90 miljun
L-eks gowlkiper ta' Manchester City Joe Hart mistenni jiffirma ma' Tottenham Hotspur fis-siegħat li ġejjin. Hu mistenni jiffirma kuntratt ta' sentejn mal-iskwadra ta' Jose Mourinho. Hart ilu mingħajr klabb minn meta spiċċa l-istaġun wara li ġie fi tmiemu l-kuntratt tiegħu ma' Burnley fejn irnexxielu jilgħab biss tliet darbiet f'dan l-istaġun. Ma' Tottenham il-gowlkiper ta' 33 sena se jkollu kompetizzjoni minn Hugo Lloris u Paulo Gazzaniga. Hart se jkun it-tieni akkwist għal Tottenham dan is-sajf wara li aktar kmieni akkwistaw lil Pierre-Emile Hojbjerg mingħand Southampton. Fl-esperjenza tiegħu ma' City Hart rebaħ dartejn il-Premier League, darbtejn il-League Cup u darba l-FA Cup. Hu lagħab ukoll 75 darba għat-tim nazzjonali Ingliż u kien qiegħed jikkonsidra wkoll li jmur jilgħab f'kampjonat ieħor.
0not_entailment
Filmat: Il-Beltin isellmu lil Clive Brincat f'Ta' Qali
Illum f'Ta' Qali, il-Beltin ma wrewx biss is-sapport għat-tim Valletta FC, iżda taw tislima lil Clive Brincat magħruf bħala "Il-Gioia". Brincat, li tilef ħajtu f'inċident tat-traffiku nhar il-Ġimgħa li għaddiet, kien sapporter kbir tat-tim Belti. Fil-filmat, wieħed jista' jara emozzjoni mhux tas-soltu, hekk kif l-atmosfera li wieħed normalment isib fil-grawnd inbidlet f'waħda ta' niket, b'uħud mill-partitarji jidhru jibku t-telfa tal-ħabib tagħhom. James McKay, il-lijder tal-Ultras Beltin, iddeskriva lil Brincat bħala bniedem ferrieħi u b'qalb kbira . Il-funeral ta' Clive Brincat se jsir għada t-Tnejn, fit-8:30am fil-Parroċċa ta' San Duminku fil-Belt Valletta. Filmat: Kontrattakk Ħalli kumment b'ismek u kunjomok.
1entailment
Filmat: Rudolph Agius, Hannah Cutajar rebbieħa tal-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 11:20am Andy Cowell, il-manager tal-magna tal-Mercedes fil-Formula 1, se jkun qed iħalli lill-kumpanija. Cowell mexxa lil Mercedes għall-wirjiet kbar fl-aħħar snin billi ddominaw il-Formula 1 għal dawn l-aħħar seba' snin. Cowell se jkun qed iħalli l-kariga fl-aħħar ta' dan ix-xahar u se jkun qed jinbidel ma' Hywel Thomas, li kien wieħed mill-assistenti tiegħu. Il-Mercedes se jkunu qed jitkellmu ma' Cowell dwar proġett ġdid li mistenni jibda mis-sena d-dieħla.
0not_entailment
Winston Muscat maħtur kowċ ta' Tarxien Rainbows
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 9:39am Il-Kumitat Eżekuttiv tal-MAFA laqqa' lill-membri tiegħu għal-laqgħa ġenerali annwali ta' tmiem l-istaġun 2019/2020 f'sala fiż-Żejtun. Għal din il-laqgħa kienu preżenti t-timijiet kollha li jiffurmaw din l-assoċjazzjoni inkluż ż-żewġ timijiet il-ġodda li deħlin matul l-istaġun li ġej. Is-segretarju tal-assoċjazzjoni David Abdilla beda biex qal li dan l-istaġun kien wieħed partikolari hekk kif ħadd ma basar li kellu jispiċċa ħesrem minħabba l-pandemija tal-COVID-19 Abdilla spjega l-proċess tad-diskussjonijiet fejn flimkien mal-assoċjazzjonijiet membri l-oħra, ġie deċiż li l-kampjonat ta' din is-sena jiġi dikjarat null and void. Fl-istess waqt ġie deċiż li titkompla l-kompetizzjoni tal-MAFA Knock-Out fejn din tinsab fil-fażi tas-semifinali. Mill-banda l-oħra, il-kompetizzjonijiet tal-Joe Compagno Cup u l-MAFA Christmas Cup baqgħu jgħoddu xorta waħda minħabba li ntlagħbu b'mod regolari matul dan l-istaġun. Sadanittant, l-assoċjazzjoni ħasset li għandha tara kif tgħin lill-klabbs tagħha mill-ftit li tista' meta nħafru xi multi u ingħatat rifużjoni b'dan kollu jlaħħaq total ta' €700. Abdilla semma' bi pjaċir li l-istaġun li ġej l-MAFA se tkun komposta minn 16-il tim fejn se jiżdiedu żewġ timijiet li se jibdew mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni u dawn huma Żejtun Laċċi u Ta' Xbiex St Helen. Peress li l-istaġun intemm ħesrem ġie deċiż li fil-kwistjoni tal-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni tintlagħab decider bejn Valletta Stars u San Ġiljan Saints li kienu qed jokkupaw l-ewwel post fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni qabel il-waqfa sfurzata. F'dan l-istaġun se jkun hemm xi tibdil fejn jikkonċerna plejers tal-MFA eliġibbli li jilagħbu mal-MAFA fejn plejers li se jkunu eliġibbli li jilagħbu f'din l-assoċjazzjoni ma jistgħux ikunu lagħbu fit-tieni jew it-tielet diviżjoni tal-MFA. Fil-fatt il-MAFA flimkien mal-assoċjazzjonijiet l-oħra se jiġu magħrufa bħala non-league, sistema użata wkoll fl-Ingilterra. Fl-istess waqt ir-rebbieħ tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni se jkollu ċ-ċans jipparteċipa fil-kompetizzjoni tal-FA Trophy tal-istaġun 2021/2022. Abdilla temm jgħid li jittama li ma jerġax ikun hemm staġun ieħor bħal dan li ntemm ħesrem minħabba l-COVID-19. Fil-laqgħa ġew ukoll ippreżentat il-minuti tal-aħħar laqgħa ġenerali annwali u nqara u ġie approvat ir-rapport amministrattiv u finanzjarju. Tkellem ukoll il-president tal-MAFA Twanny Agius li rringrazzja lil dawk kollha li kienu preżenti għal din il-laqgħa filwaqt li laqa' lit-timijiet il-ġodda li se jikkompetu matul l-istaġun li ġej. Hu kompla ma' dak li qal David Abdilla dwar l-istaġun stramb li għaddejna minnu u qal li dawn huma ċirkostanzi straordinarji li ħadd ma kellu kontroll fuqhom. Fil-laqgħa tkellem ukoll il-viċi-president tal-MFA Adrian Casha fejn radd ħajr lill-assoċjazzjoni tal-MAFA għall-istedina tagħhom filwaqt li faħħar ix-xogħol siewi li qed jagħmel il-kumitat eżekuttiv sabiex ikabbar il-profil ta' din l-assoċjazzjoni.
0not_entailment
Il-Ġappun mistenni jħalli masses ta' nies jattendu l-Olimpjadi ta' Tokjo
Wara li ġew posposti minħabba l-pandemija tal-coronavirus fis-sajf li għadda, tkomplew it-tħejjijiet għall-Olimpjadi ta' Tokjo li se jsiru fis-sajf li ġej. Wieħed mir-rivisiti ewlenin fil-Ġappun qal li l-pajjiż se jkun qiegħed iħalli masses kbar ta' nies jattendu l-Olimpjadi mingħajr obbligu li jkunu ħadu l-vaċċin jew li joqogħdu fi kwarantina. Is-CEO tal-Kumitat Organizzativ tal-Olimpjadi Toshiro Muto qal li l-miżuri li jridu isegwu dawk li se jkunu qed jattendu għall-Olimpjadi se jkunu qed jiġu mħabbra fl-istaġun tar-rebbiegħa. Jidher li dawk li se jkunu qed jattendu se jkunu obbligati iżda li jipprovdu test negattiv tal-coronavirus kif ukoll iniżżlu fuq il-mowbajl tagħhom apps relatati mat-twaqqif tal-pandemija. L-użu tal-maskri se jkunu obbligatorju kif ukoll li tinżamm id-distanza soċjali. Il-parteċipanti se jkunu ttestjati b'mod regolari Diversi rapporti fil-Ġappun qed jindikaw li l-atleti u l-parteċipanti tal-Olimpjadi se jkunu qed jiġu ttestjati għall-coronavirus kull ebra' t'ijiem bl-għan li jitnaqqas kull forma ta' riskju li xi atleta jkun pożittiv u jiħallat ma' atleti oħra.
1entailment
Dybala u Maldini infettati bil-coronavirus
Il-plejer ta' Juventus Paulo Dybala u l-eks captain tat-tim Taljan Paolo Maldini rriżulta li għandhom il-coronavirus. F'messaġġ fuq Instagram Dybala qal li hu u s-sieħba tiegħu, it-tnejn għandhom il-coronavirus imma jinsabu tajbin. Id-direttur tekniku ta' AC Milan Maldini u ibnu Daniel, it-tnejn irriżultaw pożittivi għat-test li għamlu. Dan ħabbruh il-klabb ta' AC Milan. Il-klabb żied jgħid li Daniel Maldini li għandu 18-il sena kien qed jittrenja mal-ewwel tim ta' AC Milan. Il-klabb stqarr li Daniel u missieru għamlu ġimgħatejn fi kwarantina d-dar u se jibqgħu fi kwarantina sakemm jgħaddilhom għal kollox. Dybala huwa t-tielet plejer ta' Juventus li kien ikkonfermat li għandu l-coronavirus, wara li kien ikkonfermat li għandhom il-virus Daniele Rugani u Blaise Matuidi.
1entailment
Gowl ta' Kamara jifred lill-ġirien
Ġunju 9, 2020 Il-World Rugby kkonferma li uffiċjaliżża l-proċċess ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby li se ssir fi Franza fis-sena 2023. B'kollox din l-edizzjoni se jkollha l-parteċipazzjoni ta' 20 team li minnhom 12 diġa' kkwalifikaw. Dawk li kkwalifikaw huma: iċ-Champions tat-Tazza tad-Dinja li saret is-sena l-oħra fil-Ġappun jiġifieri l-Afrika t'Isfel, il-finalisti Ingilterra, New Zealand, Wales, Ġappun, Franza, Awstralja, Irlanda, Skozja, Italja, Argentina u Fiji. Ma dawn iridu jingħaqdu tmiem teams oħra b'sistema ta' kwalifikazzjoni fuq medda ta' sena fosthom tnejn mill-Americas u t-tnejn mill-Ewropa. Bil-kwalifikazzjoni diġa' tal-Ġappun se jkun hemm għall-ewwel darba żewġ teams nazzjonali mill-kontinent Ażjatiku fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby.
0not_entailment
Stefano Sanderra l-kowċ il-ġdid ta' Hibernians FC
L-attakkant Norveġiż ta' Borussia Dortmund Erling Haaland rebaħ l-unur tal-Golden Boy bħala l-iktar plejer promettenti fid-dinja ta' taħt il-21 sena. Huwa għandu biss 20 sena, u f'Jannar li għadda ħalla t-tim ta' RB Salzburg biex ingħaqad mal-Ġermaniżi għas-somma ta' €20 miljun. Haaland skorja 27 gowl f'29 partita għal Boruasia Dortmund, filwaqt li għat-tim nazzjonali, sab ix-xibka sitt darbiet f'seba' logħbiet. L-attakkant ta' Barcelona Ansu Fati ġie fit-tieni post, segwit mid-difensur ta' Bayern Munich Alphonso Davies. L-ewwel għaxar postijiet inkludew dawn il-plejers; Jadon Sancho (Borussia Dortmund), Edouard Camavinga (Stade Rennais), Dejan Kulusevski (Juventus), Phil Foden (Manchester City), Dominik Szoboszlai (Red Bull Salzburg), Bukayo Saka (Arsenal) u Vinicius Junior (Real Madrid). L-aħħar rebbieħa ta' dan l-unur kienu Kylian Mbappe ta' PSG fl-2017, Matthijs de Ligt ta' Juventus fl-2018 u l-iktar riċenti Joao Felix ta' Atletico Madrid fl-2019.
0not_entailment
Aidan Tanti u Tara Abdilla jieħdu l-unuri tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series
L-edizzjoni tal-2020 tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series intemmet il-ġimgħa li għaddiet, meta t-tielet u l-aħħar tellieqa tas-serje saret fuq il-Bypass tal-Mtarfa. It-tielet u l-aħħar tellieqa rat ir-ritorn ta'Andrew Grech, wara nuqqas ta' ħames xhur. Grech ħa vantaġġ komdu b'numru ta'atletli warajħ. Hekk kif l-ewwel dawra tlestiet, Grech xorta żamm il-vantaġġ, b'Matthew Cutajar u Matthew Xuereb warajh. B'din il-pożizzjoni miżmuma għal ħafna mit-tellieqa, ħafna bassru li dawn it-tlielta kienu ser jiffurmaw l-podju finali. Izda kien hemm zewġ sorpriżi, meta lejn it-tmiem Xuereb qabez lil Cutajar biex għaddih u ħa t-tieni post. Bil-linja finali quddiemu, Alan Camilleri, li wkoll kien ilu nieqes mit-tlielaq għal ftit żmien u li għal ħafna mit-tellieqa kien sew wara Xuereb u Cutajar, bil-mod il-mod qabez lil Cutajar u lil Mark Pace biex provda l-ikbar sorpriża tal-ġurnata. Camilleri ħa t-tielet post, mistħoqq, fuq il-podju. Ma kienx hemm sorpriżi fil-kategorija Nisa. Tara Abdilla temmet it-tellieqa fl-ewwel post, b'Francesca Arrigo u Carmen Hili jieħdu posthom, għal darb'oħra fuq il-podju fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Il-Klassifikazzjoni Ġeneral hija bbażata fuq ir-riżultati rreġistrati fit-tlielaq kollha. Aidan Tanti, li rebaħ l-ewwel tellieqa tas-Serje, kien ir-rebbieħ ġenerali tas-Serje, segwit minn Imed Ben Moussa. Dawn iż-żewġ atleti prattikament tellqu flimkien matul il-kampjonat u ftit sekondi kienu jifirduhom fil-linja finali. Fit-tielet post kien George Vella. Fil-Kategorija tan-Nisa, Tara Abdilla żammet it-titlu tas-Serje mis-sena l-oħra. Abdilla marret tajjeb ħafna matul is-serje, fejn irreġistrta ħinijiet imtejba f'kull tellieqa. Francesca Arrigo, li ħadet it-tieni post ukoll irreġistrat ħinijiet imtejba matul is-serje filwaqt li l-veterana Carmen Hili rreġistrat prestazzjoni konsistenti. Il-preżentazzjonijiet, b'konformità mal-protokolli tad-distanza soċjali saru fi tmiem it-tellieqa. It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa mill-Uffiċjali tal-Klabb Joseph Farrugia u Maria Vella-Galea. Daniel Mangion kien ir-rebbieħ tal-arloġġ GPS Coros Multisport, mogħti b'korteżija minn 'Coros Malta. Dan l-arloġġ ġie mtellgħa fost dawk l-atleti li ħadu sehem fit-tlielaq kollha.
1entailment
Il-UEFA tikkunsidra li żżomm il-format li użat fl-aħħar partiti tal-kompetizzjonijiet Ewropej
F'intervistà mal-midja internazzjonali, il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li l-UEFA qed tikkunsidra li żżomm l-istess format li l-UEFA użat din is-sena mill-fażi tal-kwartifinali sal-finali fiċ-Champions League u anke fl-Europa League. Peress li dawn il-kompetizzjonijiet kellhom jitwaqqfu ħesrem lura f'Marzu li għadda minħabba l-pandemija tal-coronavirus, il-UEFA ħadet id-deċiżjoni li biex jitnaqqas ir-riskju li dan il-virus jkompli jinxtered tiġbor lit-timijiet kollha mill-fażi tal-kwartifinali sal-finali f'pajjiż wieħed, bil-partiti kollha jintlagħbu fuq leg wieħed. Dan il-format irriżulta f'partiti aktar eċitanti u emozzjonanti. Il-partiti tal-UEFA Champions League saru kollha f'Lisbona filwaqt li dawk tal-UEFA Europa League saru fil-Ġermanja, bil-partiti kollha saru wara bibien magħluqa. Ceferin ikkumenta li biex dan isir irid ikun ukoll aġġustat il-kalendarju tal-partiti internazzjonali. Il-ftehim dwar il-format li ntuża sal-istaġun li għadda jiskadi fl-istaġun 2024/25 u l-UEFA qed tiddiskuti x'jista' jsir wara din il-fażi.
1entailment
Nagħtu ħarsa ħafifa lejn ir-rapporti fil-ġurnali
L-Orizzont L-Orizzont għandha żewġ rapporti fuq il-paġna ta' quddiem. Ir-rapport ewlieni jgħid li Vince Gaffarena indika min spara fuqu u qatel lil kuġinuh. Jingħad liż-żewġ żgħażagħ – Leon Debono u Owen Schembri jinsab mixlija bil-qtil ta' Saviour Gaffarena u bl-attentat ta' qtil ta' kuġinuh Vince. Din l-informazzjoni ħarġet mill-Qorti għax ilbieraħ tressqu ż-żewg żgħażagħ li għandhom 18-il sena u li joqogħdu Ħal Kirkop. Jingħad li l-mejjet Saviour Gaffarena kellu 27 sena filwaqt li Vince Gaffarena li jinsab l-Isptar għandu 17-il sena. It-tieni rapport jgħid liż-żieda fil-każi tal-Covid-19 kienu mistennija fl-Unjoni Ewropea. Jispjega li fl-aħħar jiem fil-pajjiż kellna żieda tal-infezzjonijiet kif inhi x-xejra f'għadd ta' pajjiżi Ewropej tant li reġgħu bdew jiddaħħlu għadd ta' restrizzjonijiet. Jingħad li fl-Awstrija l-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju għax-xiri u fil-banek filwaqt li f'Barċellona hemm lock down għal 15-il ġurnata. The Malta Independent permezz ta' ritratt turi lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech jitfa' l-vot tiegħu fil-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-Partit Nazzjonalista fejn il-Kunsilliera qed jintalbu jgħażlu jikkonfermawx lil Adrian Delia bħala Kap tal-Partit inkella jmorrux għall-elezzjoni li tinkludi lit-tessarati fejn jintgħażel kap ġdid tal-Partit. Jingħad li lbierah tkellem il-Kap Adrian Delia fejn sostna li l-kunsilliera għandhom għazla bejn Partit Nazzjonalista tal-Passat u Partit Nazzjonalista li għandu tama. Jingħad li 400 kunsilliera diġà tefgħu l-vot tagħhom. It-tieni rapport jispjega li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru rrifjuta li jgħid jekk il-Prim Ministru jafx u jekk hux ser jiżvela min innegozzja l-ftehim inizjali magħruf bħala Memorandum of Understanding min-naħa tal-Gvern fil-ftehim kontroversjali mal-Vitals Global Healthcare. It-Times of Malta għandha ritratt ta' Owen Schembri kif wasal il-Qorti fejn huwa kien akkużat bil-qtil ta' Saviour Gaffarena u l-attentat ta' qtil ta' Vince Gaffarena flimkien ma' Leon Debono. Ir-rapport jgħid li l-aggressjoni fatali hija assoċċjata mad-droga biż-żgħażagħ fil-Qorti ma jammettux il-ħtija. Huma kienu akkużati wkoll li ġarrew arma tan-nar mingħajr liċenzja tal-Pulizija u anke li kissru l-paċi pubblika. Rapport ieħor jispjega li l-Festivals Internazzjonali kienu mħassra minħabba l-biża' li ħolqot l-imxija tal-Covid-19. Jingħad li kienu mħassra erba' attivitajiet kbar tal-massa wara qbil li sar bejn l-organizzaturi, il-Gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu. L-attivitajiet kienu ser jinżammu f'Awwissu u Settembru. Dawn l-attivitajiet tħassru fid-dawl li l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar restrizzjonijiet ġodda minħabba ż-żieda fl-infezzjonijiet tal-coronavirus.
1entailment
Eric Dier iġedded ma' Tottenham sal-2024
Il-Bord tad-Dħul tal-IskejjeI tal-Knisja jinforma lill-pubbliku li għandu żewġ postijiet vakanti għas-subien bi statement ta' sapport fl-Ewwel Sena Primarja. L-iskola ta' St Francis f'Bormla għandha post għal tifel li għandu statement ta' sapport ta' LSE full-time one-to-one. L-iskola ta' St Benild f'Tas-Sliema għandha post għal tifel li għandu statement ta' sapport ta' LSE shared. Għal dan il-post vakanti, l-iskola ta' St Benild lesta tikkunsidra wkoll l-applikazzjoni ta' tifel bi statement ta' sapport ta' LSE fulltime one-to-one jekk ħuh ikun diġà rreġistrat fl-iskola ta' St Benild. Sabiex jimtlew dawn il-postijiet, u oħrajn simili li jista' jkun hemm, se jintlaqgħu applikazzjonijiet online biss mis-sit knisja.mt/applications min-nhar it-Tnejn 10 sal-Ġimgħa 14 ta' Awwissu 2020. Il-konferma tal-applikazzjoni se tintbagħat sat-Tnejn 31 ta' Awwissu 2020. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn hawn.
0not_entailment
Ritratti: In-Norveġja tirbaħ it-tliet punti
Il-Kampjonat Nazzjonali tat-Trail tat-Time organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu sar riċentament fejn k i e n hemm suċċess g ħ at-Team tal-Greens li reba ħ i ż – ż ewġ kategoriji prinċipali. Etienne Bonello ż amm it-titlu ta' Champion. Michelle Vella Wood spiċċat iċ-champion Feminili. Din is-sena 2020, min ħ abba l-problemi li ħ olqot il-Pandemija u biex tit ħ ares sa ħħ iet iċ-ċiklisti u l-membri, dan il-kampjonat sar fuq tiġrija wa ħ da minflok is-soliti tlieta, biex b'hekk setg ħ u jo ħ orġu c-champions nazzjonali. It-tiġrija deċisiva tal-Kampjonat Time Trail saret nhar ilbieraħ fuq iċ-ċirkwit tal-Mrie ħ el fejn iċ-ċiklisti g ħ amlu 8 dawriet g ħ al distanza ta' 23km. It-tluq sar b'intervall ta' 1 minuta fejn iċ-ċiklisti kollha telqu wa ħ edhom ming ħ ajr ħ add ma ż ommhom. Etienne Bonello (Team Greens CC) baqa' bħala Champion Nazzjonali tat-Time Trial meta spiċċa l-ewwel f' ħ in ta' 27:27.51. Huwa kien segwit minn sie ħ bu Clive Ebejer u William Hili ta' Mosta AF Sign Studio CC. Fil-kategorija Feminili, Michelle Vella Wood (Team Greens) issorprendiet lil se ħ bitha Marie Claire Aquilina meta spiċċat l-ewwel f' ħ in ta' 29:54.13 filwaqt li l-ex-champion Aquilina spiċċat warajha. Fit-tielet post spiċċat Marquita Muscat ta' The Cyclist. Suċċess ie ħ or g ħ at-Team Greens kien fil-Kategorija tal-Masters 40+ fejn hawn ħ areġ rebbie ħ Michael Camilleri f' ħ in ta' 27:32.25. Warajh da ħ lu Antoine Sultana ta' The Cyclist u Fabio Spiteri ta' Mosta AF Sign Studio CC . Nicky Farrugia ta' Mosta AF Sign Studio CC reba ħ il-Kategorija Masters 50+ f' ħ in ta' 31:33.30. Enrico Bradamante ta' Agones SFC spi ċċ a t-tieni, filwaqt li Emmanuel Camilleri ta' Mosta AF Sign Studio CC spi ċċ a t-tielet. Il-kategorija ta' taħt it-23 sena ntrebħet minn Kurt Muscat ta' Mosta AF Sign Studio CC f'ħin ta' 28:58.30. Warajh spiċċaw Brandon Sultana ta' Gozo CC u Isaac Spiteri ta' The Cyclist (31:09.36). Clive Chetcuti ta' Mosta AF Sign Studio ġie inkurunat bħala Juniors champion meta spiċċa l-ewwel f' ħ in ta' 29:35.18 quddiem sie ħ bu Max Zammit. Veronique Pace Asciak ta' The Cyclist reb ħ et il-Kategorija Feminili tal-Under 18 meta spiċċat it-tiġrija tag ħ ha f' ħ in ta' 37:20.52, filwaqt li se ħ bitha Kristina Spiteri reb ħ et il- Kategorija Feminili tal-Under 16. Ċiklisti ta' Mosta AF Sign Studio ddominaw il-Kategorija Maskili tal-Under 16 li ntreb ħ et minn Jacob Schembri li g ħ amel is-sitt dawriet f' ħ in ta' 21:57.43. Huwa kien segwit minn Jaeken Galea u Jacob Ellul (28:03.00). Miguel Galea ta' The Cyclist reba ħ il-Kategorija tal-Under 14 meta temm l-erba' dawriet tieg ħ u f' ħ in ta' 16:38.42. Warajh spiċċa Luca Teuma ta' Mosta AF Sign Studio CC.
0not_entailment
Valtteri Bottas se jibqa' ma' Mercedes fl-istaġun li ġej ukoll
Valtteri Bottas se jkun qiegħed isuq għal Mercedes fl-istaġun li ġej wara li laħaq ftehim biex iġedded il-kuntratt tiegħu magħhom. Bottas ilu ma' Mercedes sa mill-2016 wara li kien daħal fit-tim meta irtira mill-Formula 1 Nico Rosberg. Bottas qal li jinsab kuntent li se jibqa' ma' Mercedes sa minn tal-inqas staġun ieħor u jħares 'il quddiem biex ikompli jżid is-suċċess mal-istess tim. Is-sewwieq. Il-Fillandiż kellu l-aħjar staġun tiegħu l-istaġun li għadda meta temm fit-tieni post fil-klassifika finali wara sieħbu fit-tim Lewis Hamilton. Il-Prinċipal tat-tim Toto Wolff qal li huma kuntenti li Bottas ikkometta ma' Mercedes u se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jikkonvinċu lil Lewis Hamilton biex iġedded ma' Mercedes ukoll meta l-kuntratt tal-Ingliż jintemm dan l-istaġun.
1entailment
"Fil-festa l-Ħamrun isir iċ-ċentru ta' Malta!" – x'se jagħmlu bla festa l-Ħamruniżi?
Jose Mourinho qam u telaq minn konferenza tal-Aħbarijiet ilbieraħ wara telfa ta' Manchester United f'logħba kontra Tottenham. Mourinho beda jinsisti li ħaqqu iktar rispett minħabba riżultati miksuba minnu f'logħob preċedenti. Huwa deher urtat għall-aħħar meta waqt il-konferenza affaċċja kritika qawwija minn segwaċi f'Old Trafford.
0not_entailment
Kampjonati Ewropej U19: Dro importanti għall-Maltin
Imtella' Ġunju 13, 2020 L-isports f'pajjiżna: t-triq 'il quddiem hija t-tema ewlenija tal-Konferenza Nazzjonali tal-Isport li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza l-Ġimgħa 26 ta' Ġunju fis-6pm. Dettalji dwar din il-konferenza tħabbru llum mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isports Robert Cutajar fil-preżenza ta' Robbie Ebejer Chairman ta' Tim Sports PN u Pauline Briffa membru fi ħdan l-istess fergħa. Matul din il-Konferenza se jiġu diskussi erba' temi ewlenin. Dawn huma; 1) Informazzjoni dwar programmi ta' fondi Ewropej li l-għaqdiet sportivi Maltin jistgħu jibbenifikaw minnhom; 2) L-użu bl-aktar mod effettiv tal-mezzi soċjali għall-promozzjoni tal-inizjattivi u l-attivitajiet li jiġu organizzati mill-għaqdiet sportivi Maltin; 3) Il-valuri fundamentali fl-isports; 4) L-isport għodda ewlenija biex niġġieldu r-razziżmu. Robert Cutajar enfasizza li għall-Partit Nazzjonalista l-isport għandu jitħalla barra mill-arena tal-politika partiġġjana. Xhieda għal dan huma t-temi li se jiġu diskussi waqt din il-konferenza. Il-Partit Nazzjonalista huwa determinat illi minkejja mill-Oppożizzjoni se jkun qed jaħdem biex l-isports jibda jingħata l-attenzjoni xierqa u li jitpoġġa dejjem fuq quddiemnett tal-aġenda nazzjonali. Fuq dan l-istess ħsieb Robert Cutajar fakkar li wasal iż-żmien kif f'pajjiżna l-isport jiġi elevat fuq livell ta' Ministeru u ma jibqax aktar fil-livell ta' Segretarjat Parlamentari. L-isports għandu jiġi trattat fejn apparti li jsiru l-isforzi kollha possibli biex il-livell fid-dixxiplini sportivi jkompli dejjem jitjieb m'għandna qatt ninsew l-effetti pożittivi li l-isports għandu biex ikollna dejjem aktar soċjeta' b'saħħitha kemm fiżikament, psikoloġikament kif ukoll b'valuri ewlenin li jiggarantixxu ġenerazzjonijiet futuri aħjar. Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Matthew Micallef St John Ground fil-Marsa, ħadu sehem ukoll Stevie Camilleri captain tat-tim nazzjonali tal-waterpolo u Sarah Chouhal atleta promettenti Maltija. Flimkien ma' dawn iż-żewġ sportivi, kelliema oħrajn waqt il-konferenza nazzjonali se jkunu qed jipparteċipaw d-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, Lara Tonna lecturer fl-Universita' ta' Malta, Rashed al-Tumi sportiv u Darren Grasso Direttur fi ħdan il-MEUSAC. Fi tmien tal-konferenza tal-aħbarijiet, Robert Cutajar flimkien mal-uffiċjali ta' Tim Sport PN ngħataw l-opportunita' li jiltaqgħu ma' numru ta' atleti li kienu qegħdin jagħmlu t-taħriġ tagħhom. Huma kienu milqugħa wkoll mill-President il-ġdid tal-Malta Amateur Athletics Association Andy Grech. Sabiex jiġu rispettati r-rakomandazzjonijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa din il-Konferenza se tkun miftuħa għal numru limitat ta' nies li jistgħu jattendu fiżikament u se tkun qed tingħata l-faċilita' wkoll li wieħed ikun jista jieħu sehem u jipparteċipa b'mod virtwali permezz ta' ZOOM.
0not_entailment
Ċelebrazzjonijiet minn Leeds United Supporters Club f'Marsaskala l-Erbgħa li ġej
Wara li l-Ġimgħa li għadda Leeds ġew promossi u s-Sibt tħabbar li se jkunu promossi fil-Premier League bħala champions taċ-Championship, Leeds United Supporters Club Malta qed jippjanaw ċelebrazzjoni waqt l-aħħar logħba tal-kampjonat l-Erbgħa kontra Charlton. Għal din il-logħba, it-tmexxija tas-Supporters Club se jkunu qed iżejnu għall-okkażjoni l-klabb tagħhom li jinsab il-Fanal Restaurant f'Marsaskala. Wara l-logħba mistenni li jsir festin b'diski ta' Leeds United li se jindaqqu matul is-serata. Iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu l-Ħamis 30 ta' Lulju b'attività fin-Nadur Boċċi Club.
1entailment
Possibilità li s-Serie A ma tibdiex fid-data skedata jekk il-każijiet jiżdiedu
Il-Professur mediku Gianni Nanni wissa li jekk il-każijiet tal-coronavirus fil-futbol ikomplu jiżdiedu, hemm possibilità li s-Serie A tibda iżjed tard mid-data skedata. Dan wara li diversi plejers instabu pożittivi wara l-btala tagħhom, fosthom erba' plejers ta' Cagliari, Mirante ta' Roma kif ukoll it-tim promoss ta' Benevento. Il-protokol mediku meta kien reġa beda l-futbol lura f'Ġunju li għadda kien wieħed effettiv ħafna, fejn ma nstab l-ebda każ tul il-logħob kollha sakemm intemm l-istaġun. Però, diversi plejers u membri tat-timijiet qiegħdin jirritornaw mill-vaganzi u hemm possibilità li jinstabu izjed każijiet il-quddiem. Dan ifisser li diversi klabbs ikunu sfurzati li jipposponu t-taħriġ, bir-rimedju li l-kampjonat ikun ittardjat. Filfatt, Cagliari diġa kellhom jipposponu t-taħriġ wara li sabu erba' plejers pożittivi. Il-Prof. Nanni ħeġġeġ lil plejers biex joqgħodu attenti, jkunu bilgħaqal u jobdu r-regoli u r-restrizzjonijiet. L-istaġun Taljan tal-2020-2021 mistenni jibda fid-19 ta' Settembru. Dan ġara wkoll kemm fi Spanja kif ukoll fi Franża, fejn sabu plejers pożittivi fl-iskwadra tagħhom jiem biss qabel ma jibda l-kampjonat.
1entailment
M'hemmx pjan li jinbidel il-format tal-EURO 2020
Wara li diversi rapporti internazzjonali fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet qalu li l-UEFA kienet qed tikkonsidra li l-EURO 2020 ta-sajf li ġej se tinżamm f'pajjiż wieħed, il-UEFA ċaħdet dawn ir-rapporti u qalet li se żżomm mal-pjan skedat. It-turnament tal-EURO 2020 kellu jsir fis-saj li għadda iżda kawża tal-pandemija tal-coronavirus ġie pospost għas-sajf li ġej. Għall-ewwel darba il-logħbiet ta' dan it-turnament se jintlagħbu madwar il-kontinent kollu bit-timijiet se jkollhom jivvjaġġaw minn pajjiż għall-ieħor. Il-UEFA żiedet tgħid li tinsab f'komunikazzjoni diretta mat-12 -il pajjiż li se jospità l-partiti biex jitħejja pjan sabiex ikunu jistgħu jattendu l-partitarji. Il-partiti għandhom jintlagħbu f'dawn il-pajjiżi: Amesterdam, Baku, Bilabo, Bukarest, Budapest, Kopenhagen, Dublin, Glasgo, Londra, Munich, Ruma u San Pietruburgu Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Inawgurata t-trakka tal-go karts tal-Island Karting Club f'Ħal Far
Ilbieraħ Hayley Bugeja għal darb'oħra reġgħat niżżlet isimha fuq il-lista tal-iskorers meta fil-partita mis-Serie A Femminile hi kienet waħda mill-iskorers fir-rebħa ta' 3-0 fuq Florentia San Gimignano. Haley Bugeja Goal vs Florentia San Gimignano (17/10/20) #MalteseAbroad 🇲🇹4️⃣ Serie A games.4️⃣ Sassuolo goals.Haley Bugeja scores again for U.S. Sassuolo, this time against Florentia San Gimignano.🇲🇹⭐️ Gepostet von MFA Women's Football am Samstag, 17. Oktober 2020 Il-gowl ta' Bugeja wasal fis-56 minuta meta minn azzjoni personali ikkonkludiet b'eleganza għal 3-0. Dan kien ir-raba' gowl ta' Bugeja minn daqs tant partiti.
0not_entailment
Floriana FC bl-ewwel akkwist
Iċ-ċampjins tal-Kampjonat Premier Floriana FC ħabbru l-ewwel akkwist tagħhom hekk kif iffirmaw lill-attakant Brażiljan u ex-Sirens Flavio dos Santos da Silva. Cheveresan, li għandu 31 sena, ser jkun l-ewwel akkwist għat-tim imexxi minn Enzo Potenza li minn hawn u ftit tal-jiem oħra ser jibdew bil-preparazzjoni għal-partiti mil-fażi preliminari tal-UEFA Champions League. Din ser tkun it-tieni avventura ta' Cheveresan f'pajjiżna wara li fl-istaġun preċedenti huwa kien ingħaqad mat-tim ta' Sirens FC fejn lagħab 18 -il partita u skorja 5 gowls.
1entailment
Draw għal Malta f'Andorra
Andorra………………………………….0 Malta……………………………………….0 Andorra : J. Gomes, C. Martinez (M. Garcia 85'), M. Vales, E. Garcia, M.Pujol, M. Viera, A. Sanchez (S. Nicolas 85', R. Fernandez (J. Alaez 70'), A. Martinez (V. Bernat 90'), J. Cervos, J. Rubio Malta : H. Bonello, R. Camenzuli, S. Borg, A. Agius, J. Mbong, S. Pisani (B. Kristensen 78'), T. Teuma, J. Degabriele (L. Montebello 61'), P. Mbong (J. Grech 78'), L. Gambin, Z. Muscat Referee : A. Durleux Assistent referees : G. Francios Becker, J. Da Silva It-tim Malti kiseb draw ta' mingħajr gowls kontra Andorra fl-ewwel partita minn konfornt doppju barra minn daru f'din l-edizzjoni tal-UEFA Nations League wara li nhar il-Ħamis f'partita ta' ħbiberija kontra Ġibiltà t-tim Malti rebaħ 2-0. It-tim imexxi minn Devis Mangia fetaħ fuq l-offensiva u wara 22 minuta l-gowliper ta' Andorra kien impenjat b'xutt tajjeb ta' Paul Mbong. Tul l-ewwel taqsima t-tim Malti baqa' jaqsam il-logħob mal-avversarji b'nofs ċansijiet fuq iż-żewġ naħat. Fit-tieni taqsima Andorra fetħu aħjar u setgħu marru fil-vantaġġ fil-50 minuta meta minn żball fid-difiża, il-ballun spiċċa f'saqajn Martinez li l-konklużjoni tiegħu marret ftit barra mill-lasti ta' Bonello. Fit-68 minuta, d-daqqa ta' ras ta' Andrei Agius għaddiet ftit barra wara freekick tajjeb ta' Gambin. Iż-żewġ timijiet naqsu milli joħolqu azzjonijiet denji ta' nota fl-aħħar 20 minuta minkejja li l-kowċ Malti wettaq numru ta' sostituzzjonijiet offensivi biex jipprova jsib il-gowl tar-rebħa. Fil-partita l-oħra mill-istess grupp ta' Malta, il-Gżejjer Faroe u l-Latvja temmew fi draw ta' 1-1. Minn Sezzjoni A, Spanja rebħu f'darhom 1-0 kontra l-Iżvizzera bil-gowl għall-Ispanjoli jasal minn MIKEL OYARZABAL fl-14 –il minuta. Il-Ġermanja barra minn darhom kisbu rebħa ta' 2-1 fuq l-Ukranja. Għall-Ġermanja fetaħ l-iskor MATTHIAS GINTER fl-20 minuta filwaqt li LEON GORETZKA għamilhom 2-0 ma' ftuħ it-tieni taqsima. L-Ukreni naqqsu l-iskor fis-77 minuta permezz ta' penalty ta' RUSLAN MALINOVSKY.
1entailment
Ħamrun jilħqu ftehim għal Iriberri u Andreas Vella qrib Santa Lucia
Is-sewwieqa Kimi Raikkonen u Antonio Giovinazzi ġew ikkonfermati għal staġun ieħor minn Alfa Romeo. Din is-sena kieent waħda diffiċli għat-tim ta' Alfa Romeo fejn bħalissa jinsabu fit-tmien post fil-klassifika tal-kostrutturi. Kimi Raikkonen li dan għalieh se jkun id-19 -il staġun konsekuttiv qal li t-tim ta' Alfa Romeo qisu familja. Antonio Giovinazzi minn naħa tiegħu rringrazzja lid-diriġenti tat-tim li urew fiduċja fih għal staġun ieħor. Il-Prinċipal tat-tim Fred Vasseur qal li t-tim jinsab kburi u onorat li se jkompli jaħdem maż-żewġ sewwieqa. Din l-aħbar ħarġet hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa l-Grand Prix tal-Formula 1 se jsir fiċ-ċirkwit ta' Imola fl-Italja.
0not_entailment
Jibda l-kampjonat tal-Futsal Lokali
Ingħata bidu għall-kampjonat il-ġdid tal-futsal lokali, bis-sehem ta' diversi plejers li baqgħu mat-timijiet li kienu magħhom fl-istaġun li għadda u oħrajn li bidlu t-tim. Dak li kien it-tim ta' Mriehel ESS u li issa sar Birkirkara FC Futsal, kellu jsofri l-ewwel telfa tal-istaġun kontra Luxol St. Andrews, bl-iskor ta' 7-1. Logħba li Luxol ikkontrollaw tajjeb, speċjalment fit-tieni taqsima. Fl-ewwel taqsima Luxol marru 2-0 minn fuq permezz ta' Celino Alves u George Frendo. Fit-tieni taqsima Luxol komplew ikabbru l-iskor b'żewġ gowls oħra ta' Celino Alves u gowl kull wieħed għal Maicon Da Silva Gaiewski, Zvezdan Vukovic u Daniel Mifsud li ddebbutta ma' Luxol. Birkirkara skurjaw il-gowl ta' konsolazzjoni permezz tal-plejer kowċ Eslam Khalifa. F'aktar logħbiet li kellna matul din il-ġimgħa Swieqi United għelbu lil Pieta Hotspurs bl-iskor ta' 6-2 u Tarxien Rainbows għelbu lil Luxol U19 7-1. Fid-derby bejn l-UM Futsal Academy u t-tim tal-Università ta' Malta, tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 9-1. Illum tibda it-tieni ġurnata:- (Fit-8:15 pm, fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin) Għada:- Swieqi United vs Birkirkara (Fit-8:15 pm, fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin)
1entailment
Ir-Referee Malti Trustin Farrugia F' Logħba Tal-UEFA Europa League
Ir-referee Malti Trustin Farrugia Cann ser ikun qed jikkontrolla il-partita mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League, bejn SK Rapid Wien tal-Awstrija u Dundalk tal-Irlanda, f'Weststadion fi Vjenna. Farrugia Cann ser ikun fl-azzjoni nhar il-Ħamis li ġej u flimkien miegħu se jkun hemm l-uffiċjali Maltin, l-assistenti Luke Portelli u Jurgen Spiteri, filwaqt li Fyodor Zammit se jkun ir-raba' uffiċjal għal din il-partita.
1entailment
Ruben Guerreiro jirbaħ id-disa' stadju tal-Giro d'Italia
Il-Portugiż Ruben Guerreiro rebaħ id-disa' stadju tal-Giro d'Italia minn San Salvo sa Roccaraso fuq distanza ta' 208 kilometru. Din kienet it-tieni rebħa tiegħu f'din il-kompetizzjoni. Il-flokk ir-roża baqa' miżmum minn Joao Almeida. Fit-tielet post daħal Mikkel Bjerg ta' UAE Team Emirates. Fl-aħħar stadji tat-tellieqa, kien hemm diversi ċiklisti jiġġieldu għall-ewwel post. Minn grupp ta' ħamsa, Guerreiro ta' EF Pro Cycling u Jonathan Castroviejo ta' Ineos marru fuq quddiem, iżda kien Guerreiro li fl-aħħar ftit ta dik is-spinta li poġġietu fl-ewwel post. Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Udjenza kbira ssegwi l-intervista sħiħa ta' Devis Mangia ma' Replay fuq Facebook
Bournemouth aċċettaw l-offerta ta' €45miljun ta' Manchester City għad-difensur Olandiż Nathan Ake. Rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li t-taħdidiet bejn Manchester City u Ake bdew qabel ma ntemm l-istaġun, bid-diskussjonijiet intesifikaw fl-aħħar jiem meta Bournemouth ġew relegati għaċ-Championship. Ake ssieħeb lil Bournemouth mingħand Chelsea fl-2017 u minkejja li Chelsea reġgħu wrew interess fih hu għażel li jingħaqad mat-tim ta' Pep Guardiola. Mit-tluq ta' Vincent Kompany, Manchester City bdew iħarsu lejn numru ta' difensuri biex jieħdu post il-Belġjan, b'Guardiola jittama' li Ake jirnexxielu jimla n-nuqqas tiegħu. Ma' Bournemouth Ake lagħab 121 darba fejn rnexxielu jiskorja 11 –il gowl.
0not_entailment
Suċċess għat-tim Malti tal-Cricket
Imtella' Ġunju 14, 2020 Illum il-UEFA ħabbret li se tkun qed tiddeċiedi kif ittem il-kompetizzjonijiet taċ-Champions League u l-Europa League, l-Erbgħa li ġej. Iż-żewġ kompetizzjonijiet ilhom li twaqqfu minn Marzu li għadda minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Fi stqarrija, il-UEFA qalet li l-Kumitat Eżekuttiv se jkun qed jiltaqa' b'mod virtwali l-Erbgħa 17 ta' Ġunju fejn l-aġenda se tkun kif se jintemmu ż-żewġ kompetizzjonijiet għal dan l-istaġun. Il-finali tal-UEFA CHampions League kienet oriġinarjament skedata li tintlagħab f'Istanbul, fit-Turkija mentri l-finali tal-Europa League kienet skedata li tintlagħab f'Gdansk, fil-Polonja. Is-Sindku ta' Madrid, it-Tlieta li għadda, qal li l-belt tiegħu kienet għaddejja b'diskussjoni mal-UEFA biex tospita l-finali tal-UEFA Champions League f'każ li titmexxa minn Istanbul mentri rapporti oħra fil-media qed isostnu li Lisbona, Moska u Frankfurt huma t-tlett ibliet li jistgħu jospitaw il-finali tal-Europa League f'każ li titmexxa mill-Polonja.
0not_entailment
Snooker: Ding Junhui jirtira mit-Tour Championship
Is-17-il stadju tal-Giro d'Italia ntrebaħ minn Ben O'Connor ta' NTT Pro Cycling, biex b'hekk rebaħ l-ewwel stadju tiegħu f'din il-kompetizzjoni. It-trakka tal-lum kienet twila 203 kilometru f'Madonna di Campiglio. Fit-tieni post daħal Hermann Pernsteiner ta' McLaren segwit minn Thomas De Gendt ta' Soudal. Fil-klassifika ġenerali, Joao Almeida jżomm postu fuq quddiem b'vantaġġ ta' 17-il sekonda fuq Wilco Kelderman. It-18-il stadju fuq distanza ta' 207 kilometru se jkompli għada minn Pinzolo sa Laghi di Cancano. Sfortunatament, ir-rotta tas-Sibt kellha tinbidel minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-coronavirus ġewwa Franza.
0not_entailment
Il-Kunsill tal-MFA jiddiskuti x-xenarji u l-protokoll mediku b'rabta mal-coronavirus
"Se nkun qed naqsam magħkom proposti u pjan fit-tul sabiex jinbidel dak li huwa neċessarju u l-klabbs ikunu tabilħaqq fuq nett." Hekk iddikjara l-avukat Chris Bonett meta tkellem dwar il-kandidatura tiegħu għall-President tal-Malta Football Association permezz ta' messaġġ fuq il-paġna tiegħu fuq facebook. Wara xhur ta' konsultazzjoni ma' dawk involuti fid-dinja tal-futbol Bonett stqarr li fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jispjega l-proposti għall-futur tal-football Malti. "Bħal ma dejjem għamilt se nagħmel l-almu kollu tiegħi biex din il-ħolma tagħna ssir realtà u għalhekk wara li kkonsultajt mal-membri kollha tal-familja tal-football Malti ħadt id-deċiżjoni li kelli nieħu u qiegħed inħabbar li fl-20 ta' Lulju li ġej se nkun kandidat għall-Presidenza tal-MFA," qal l-avukat Bonnet. Fl-istqarrija tiegħu hu sostna li: "Wasal iż-żmien li flimkien niftħu Kapitlu ġdid fl-istorja tal-football Malti, żmien li fih l-MFA trid tinbidel u ssir football association moderna, imexxija bl-aktar mod trasparenti u tħaddan prinċipji kummerċjali. Żmien li fih it-tfal tagħna jingħataw l-opportunità li jaspiraw li l-football jippratikawh bħala professjoni full-time u jwettqu l-ħolma tagħhom li jkollhom karriera glorjuza. Żmien li fih it-tim Nazzjonali jagħtina l-gost li b'mod regolari ngħajtu 'gowl'. Żmien li fih il-klabbs tagħna jingħataw l-għodda kollha neċessarja sabiex ikollhom organizazzjoni professjonali, jagħtuna kampjonati mill-isbaħ u jirbħu fl-Ewropa." Iktar kmieni llum ikkonferma wkoll il-kandidatura tiegħu għal din il-kariga Bjorn Vassallo.
0not_entailment
Il-Formula 1 tirritorna mill-5 ta' Lulju
Fiċ-Circolo Vela Arco fl-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun, f'waħda mill-aktar kompetizzjonijiet ta' prestiġju organizzati mill-Federazzjoni Taljana tal-Ibburdjar, suċċess doppju għal Malta Young Sailors club permezz ta' Richard Schultheis u Antonia Schultheis fil-kategorija 29er. Wara għaxar provi f'riħ li varja min-nofsinhar u mit-Tramuntana, dominju assolut minn Richard Schultheis li għad għandu 15-il sena. Flimkien mal-pruwa Max Koerner rebaħ b'distakk ta' 22 punt fuq Marco Corrado u Matteo Catalano ta' Centro Vela Bari. Is-suċċess għal Malta Young Sailors Club tkompla permezz ta' Antonia Schultheis li flimkien mal-pruwwa Ole Ulrich spiċċat temmet fit-tielet post b'distakk ta' seba' punti biss mit-tieni post ta' Corrado. B'kollox f'din il-kompetizzjoni internazzjonali ħadu sehem xejn anqas minn 60 kompetitur minn tmien pajjiżi Ewropej – Malta, Italja, Awstrija, Ġermanja, Republika Ċeka, Olanda, Żvezja u Polonja.
0not_entailment
Inter miżmuma fi dro mingħajr gowls
Fi Grupp B, Inter kienu miżmuma fi dro ta' mingħajr gowls minkejja diversi tentattivi lejn il-lasta. Inter kellhom dominju tal-pussess, u laqtu l-lasta darbtejn permezz ta' Romelu Lukaku u Nicolo Barella. Din fissret it-tieni dro konsekuttiva fiċ-Champions League għat-tim Taljan, wara li l-partita preċidenti wkoll spiċċat fi dro ta' 2-2 kontra Borussia Monchengladbach. Fi Grupp A, Bayern Munich ħarġu rebbieħa 2-1 kontra Lokomotiv Moskow, biex issa għandhom żewġ rebħiet minn daqstant logħob. Il-Ġermaniżi fetħu l-iskor fit-13-il minuta wara li Benjamin Pavard niżżel il-ballun tajjeb lil Leon GORETZKA u tefa' fix-xibka. Lokomotiv kellhom jistennew sas-70 minuta biex ġabu d-dro minn xutt ta' Anton MIRANCHUK minn pożizzjoni ideali. Ftit minuti wara, u Bayern Munich skorjaw il-gowl tar-rebħa minn xutt minn barra l-kaxxa ta' Joshua KIMMICH.
1entailment
Ikompli l-mument pożittiv ta' Birkirkara b'rebħa kbira fuq iċ-champions
Birkirkara……………………………………5 Floriana………………………………………2 Birkirkara: S. Guarnone, C. Attard, O. Carniello, F. Falcone, R. Mbu-Alidor (C. Bonanni 50'), L. Montebello, E. Pepe, Y. Yannick, P. Mbong, A. Paixo, R. Briffa Floriana: E. Akpan, B. Muhamadou, E. Ruiz, K. Keqi (J. Busuttil 63'), J. Ulises Arias, D. Paiber (S. Arab 84'), J. Pisani, N. Garcia, A. Cini, F. Cheveresan, T. Fonseca Referee : M. De Gabriele Assistenti Referees : E. Spiteri, L. Portelli Birkirkara għelbu liċ-champions Floriana 5-2, f'partita li ġiet irkuprata mill-perjodu li Birkirkara kienu fi kwarantina u b'hekk komplew jersqu aktar viċin it-timijiet li jinsabu fin-naħa ta' fuq tal-klassifika. Floriana fetħu l- iskor wara 11- il minuta logħob meta min cross minn fuq ix- xellug kien FLAVIO CHEVERESAN li għola fuq kulħadd u b' daqqa ta' ras tajba għeleb lil Guarnone ghal 1-0. Birkirkara ġabu id- draw fit-33 minuta meta il-cross ta' Cain Attard ħoloq indecizjoni fil-kaxxa Furjaniza, b' PAUL MBONG jirreagixxi qabel kulħadd u tefa' ġewwa mill-viċin, biex għamel l- iskor 1-1. Ftit minuti wara Birkirkara dawru ir- riżultat favurihom permezz ta' xutt b' saħħtu mid- distanza ta' ALEX DE PAIXAO. Fit- tieni taqsima Birkirkara komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fis-70 minuta ir- referee De Gabriele ordna penalty għall-istripes wara li Alex de Paixao twaqqa' fil-kaxxa minn Jurgen Pisani. Mill-ħdax il-metru ALEX DE PAIXAO ma żbaljax, biex għamilhom 3-1 għal Birkirkara. Birkirkara komplew ikabbru l-iskor fl-74 minuta, meta fuq pass ta Yannick Yankam, kien LUKE MONTEBELLO li skorja ir- raba' gowl għal Birkirkara. Birkirkara baqghħ jiddomniaw il-partita u fid-79 minuta minn free-kick ta' Briffa, Carniello ra id- daqqa ta' ras tiegħu tgħaddi għoli. Floriana naqqsu l-iskor fit-82 minuta meta min corner ta' Arias id- difiża ta' Birkirkara naqset milli tneħħi il-periklu, b'ENZO RUIZ japprofitta u jixħet ġewwa għal 4-2. Birkikara għamluwhom ħamsa fid-90 minuta permezz ta' LUKE MONTEBELLO, li b'hekk skorja t-tieni gowl personali. B' hekk Birkirkara komplew bil-mixja pożittiva li kienu għaddejin minnha u żiedu l-pressjoni fuq it-tim ta' Floriana, li għalihom din kienet it-tielet telfa fl- aħħar erba' partiti.
1entailment
ARA: Karozzi jieħdu n-nar f'Birżebbuġa
Imtella' Lulju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Lulju, 2020 8:22am Residenti ta' Triq Bourlemaque fil-Qajjenza, f'Birżebbuġa, kmieni dalgħodu qamu maħsuda bi ħsejjes ta' splużjonijiet u ħorn li baqa' jdoqq. Irriżulta li karozza li kienet ipparkjata f'għalqa ħadet in-nar għall-ħabta tat-3.00am. Biswit il-karozza kien hemm karozzi oħra, b'waħda minnhom li wkoll spiċċat ħadet in-nar. Il-Pulizija kkonfermat li ħadd ma weġġa'.
1entailment
Joe Micallef mhux se jibqa' Segretarju Ġenerali tal-YFA
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 7:17pm Joseph Micallef mhux se jibqa' fil-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal-Youth FA. Dan kien konfermat waqt il-laqgħa Ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni. Wara 20 sena f'din il-kariga Micallef iddeċida li ma jibqax iservi fi ħdan il-YFA u jidher li se jkun qed jassisti biss lill-YFA bħala konsulent. Taħt it-tmexxija ta' Joe Micallef il-YFA saħħet ir-relazzjoni tagħha mal-MFA tant li twettqu numru ta' proġetti b'risq il-football lokali. Fl-aħħar diskors tiegħu Micallef rringrazzja lil membri tal-Kunsill, kif ukoll stakeholders oħrajn fosthom l-MFA, id-Dipartiment tar-Referees u ċ-Ċentru Tekniku tal-kollaborazzjoni tagħhom. Is-suċċessur ta' Micallef fil-kariga ta' Segretarju Ġenerali se tkun Stephanie Rocco li ġiet appuntata fil-Laqgħa Annwali. Fr Hilary Tagliaferro żamm il-kariga ta' President u Joe Cassar kif ukoll Robert Attard baqgħu Viċi Presidenti b'Alfred Cacciottolo Teżorier.
1entailment
Potenza konfermat għal sena oħra bħala kowċ tal-Greens
Ġunju 11, 2020 Aġġornata 11 Ta' Ġunju, 2020 7:27pm Kif kien mistenni wara li Floriana ġew aġġudikati bħala Champions tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 huma kkonfermaw il-kowċ taljan Enzo Potenza għal staġun ieħor. Il-ftehim tal-coach minn Napoli ntlaħaq waqt laqgħa din il-ġimgħa mal-President Riccardo Gaucci.
1entailment
Correa jqaxxar xagħru b'rispett lejn ommu
Jekk il-ġlieda kontra l-coronavirus m'hix diffiċli biżżejjed, Angel Correa qed jiġġieled battalja oħra fl-istess ħin. Ommu mardet bil-kanċer. L-Arġentinjan qed jgħin kemm jista' lil ommu u bħala turija ta' sapport morali ħa ritratt ma' ommu u tellgħu fuq il-midja soċjali. Fir-ritratt jidher li Correa qaxxar xagħru. Ġest b'turija ta' solidarjet ma' ommu li għadha kemm bdiet it-trattament. Għal Correa din m'hix l-ewwel battalja li kellu jaffaċja. Meta kellu 10 snin tilef lil missieru. Il-flus li kien jagħmel permezz tal-futbol dak iż-żmien, kienu l-unika flus li kienu qed jaslu lill-familtu. Ommu kienet tieħu ħsieb tqassam il-flus li kien jaqla mill-maniġer li kien iħallas lil Correa tal-futbol. Tliet snin ilu, propju waqt li kien qed jagħmel it-test mediku ma' Atletico, skoprew li kellu tumur f'sidru u kellhom joperawh ta' malajr. Correa stqarr li l-problemi u l-ostakli li ltaqa' magħhom f'ħajtu għamluh raġel aktar b'saħħtu u tawh il-kuraġġ li jkompli b'ħajtu u jgħin lil familtu.
1entailment