title
stringlengths
2
1.28k
text
stringlengths
49
40.4k
label
class label
2 classes
Tifla ta’ 9 snin b’sidrija mimlija splussivi
Tifla Afgana ta’ disa’ snin, li l-ġimgħa l-oħra instabet fil-provinċja ta’ Helmand liebsa sidriuja mimlija splussivi, qalet lill-BBC kif il-membri tal-familja tagħha ġiegħluha tmur tattakka stazzjon tal-pulizja. It-tifla, Spozhmai, qalet li ħuha sawwatha u ordnalha tilbes is-sidrija. Hija beżgħet iżda huwa assiguraha li ma kinitx se tmut. Jekk trid tistma’ l-intervista, għafas http://www.bbc.co.uk/news/world-middle-east-25708256
1entailment
Sa Ġunju jiftaħ iċ-ċentru tal-onkoloġija
Iċ-ċentru tal-onkoloġija fl-isptar Mater Dei mistenni jiftaħ il-bibien tiegħu għall-għoti ta’ radjuterapija u għal viżti minn outpatients bejn April u Ġunju tas-sena d-dieħla. Meta wieġeb msitoqsijiet tad-deputati Anthony Agius Decelis u Claudio Grech, il-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia qal li l-aħħar migrazzjoni lejn iċ-ċentru tal-onkoloġija se tkun dik tas-sodod mill-isptar Boffa u mir-Rainbow Ward f’Mater Dei stess. Huwa qal li l-magni tar-radjuterapija li nxtraw mill-gvern ta’ qabel ġew manifatturati fl-2011 u se jiġu stallati f’Malta is-sena d-diehla.  Żied igħid li dawn il-magni nxtraw bin-nifs ( hire purchase ) mingħand il-kumpanija li bnew il-bunkers fiċ-ċentru u mhux direttament mill-kumpanija tal-manifattura. Il-Ministru Farrugia qal li jridu jsiru taħditiet ta’ medjazzjoni biex dawn il-makni jigu rinovati jew jinbidlu ma’ oħrajn ġodda.  Huwa qal li r-rata ta’ suċċess fil-kura permezz tar-radjuterapija hija ta’ madwar 40 fil-mija. Dr Farrugia qal ukoll li professjonisti mill-isptar St James f’Leeds, l-Ingilterra, taw l-għajnuna tagħhom b’xejn lill-gvern Malti f’konsulenza dwar dawn il-magni. Għaddejjin taħditiet tekniċi mal-Italja dwar l-onkologija biex jingħata servizz xieraq lil pazjenti Maltin.
1entailment
Coronavirus | Ir-raba' pazjent kien fi kwarantina meta ħarġulu s-sintomi; L-aħħar dettalji f'Malta
Ivan Bartolo, eks kandidat tal-PN, jgħid illi l-istatus quo li qed timbutta t-tmexxija preżenti tal-PN, mhux se tagħti riżultati L-eks Kandidat u għal żmien wieħed mill-uċuħ il-ġodda tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll intraprenditur Ivan Bartolo sostna illi l-PN huwa hijacked minn "nuqqas ta' struttura, nuqqas ta' tolleranza u rispett u egos kbar." F'artiklu ppublikat fuq The Times illum Bartolo sostna illi meta kien preżenti fil-laqgħa tal-Eżekuttiv ta' nhar is-Sibt li għadda, wasal għall-konklużjoni li t-tmexxija tal-PN qed taħli ħin imprezzabbli "tippretendi illi kollox ward u żahar." "Il-hijackers mhux qed jirrealizzaw illi saru theddida serja għad-demokrazija f'pajjiżna," sostna l-eks Kandidat. "Minn dak li rajt nhar is-Sibt huwa ċar illi l-partit għandu bżonn bidu ġdid. U malajr ukoll. Għandu bżonn Kap caretaker b'mandat għat-tnedija mill-ġdid tal-PN bi programm mibni fuq strateġiji definiti. "Jiddispjaċini ngħid illi l-istatus quo preżenti adottata mi-tmexxija tal-PN mhix se tagħti riżultati," qal Bartolo. L-inkwiet fil-PN beda, kif mistenni, wara żewġ telfiet kbar għall-partit - l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew b'distakk ta' 43,000 vot u l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, b'distakk ta' 47,000 vot. Imma grava bil-vot tal-co-option fil-Parlament, bir-riżultat favur Jean Pierre Debono dikjarat null, protest fil-Qorti minn Nazzjonalisti kontra l-PN u finalment it-tħabbira ta' Debono illi mhux se jieħu s-siġġu Parlamentari li rebaħ.
0not_entailment
Delia jitlob lill-Avukat Ġenerali biex jingħata r-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant
Il-grupp Drachma, li jgħaqqad flimkien persuni LGBTIQ li huma Kattoliċi jesprimi tħassib dwar qassisn gay ċelibi, li iżda jaħbu l-orjentazzjoni tagħhom "In-negattività u l-preġudizzji persistenti li jeżistu dwar xi ħaġa li kulma hi sempliċement varjant fin-natura (bħal meta wieħed ikun xellugi) kompliet ixxerred l-istigma soċjali kontra persuni LGBTIQ. Dan qed jagħmilha diffiċli għal ħafna persuni LGBTIQ biex jagħmlu l-‘coming-out’ tagħhom u juru min huma verament, u minflok qed jagħżlu li jaħbu l-verità dwarhom infushom – xi ħaġa li tista’ tagħmlilhom ħsara kbira." Hekk sostniet l-għaqda Drachma hekk kif illum qed ikun iċċelebrat il-Gay Pride f'Malta, ċelebrazzjoni li tfakkar fil-kisbiet kollha ta' persuni LGTIQ għall-ugwaljanza. "Inħeġġu lill-Knisja biex tkun aktar inklużiva u lesta tħaddan żgħażagħ LGBTIQ, speċjalment fis-Sinodu dwar iż-Żgħażagħ li se jibda f’Ottubru, u li fih għandhom ikunu viżibbli u rrappreżentati." sostniet l-għaqda Drachma li fil-fatt tgħaqqad flimkien persuni LGBTIQ, li huma Kattoliċi kif ukoll lill-ġenituri ta' persuni LGTIQ. "Ninsabu mħassbin ukoll dwar is-saċerdoti gay ċelibi u reliġjużi LGBTIQ ċelibi li qed ikollhom jaħbu l-orjentazzjoni sesswali tagħhom minħabba mistħija u ansjetà, ħaġa li ma tgħinx l-iżvilupp uman u l-formazzjoni spiritwali tagħhom. Qed ikollhom jgħixu ħajja moħbija bil-biża’ li tintefa’ xi ħtija fuqhom u hekk il-ministeru tagħhom qed ikun affettwat negativament. Saċerdoti gay ċelibi li ma jiċħdux l-orjentazzjoni sesswali tagħhom u jgħixuha bi trankwillità jistgħu jikbru b’mod san anki minn din l-istess esperjenza," sostna l-grupp Drachma.
0not_entailment
Wara deċenji jixtiequ bidla, se jkollhom kundizzjonijiet aħjar
Ħamsin ufficjal tal-kontrolli tal-fruntiera li jaħdmu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta se jgawdu minn kundizzjonijiet aħjar, ewlenija fosthom żieda fil-paga. Dan permezz ta ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern, il-General Workers' Union u l-Union Ħaddiema Magħqudin. Dawn il-ħaddiema ilhom għal dawn l-aħħar għoxrin sena jixtiequ tibdil fil-kundizzjonijiet tagħhom. Dan issa sar realtà permezz ta' ftehim iffirmat dalgħodu.
1entailment
Kesħa toqrob lejn il-gżejjer Maltin
L-ewwel allega kemm felaħ, u issa qed jgħid li mhux hu. Hekk qed jagħmel Simon Busuttil, li lbieraħ qal li l-każ Egrant ma ħarġux hu. F'konferenza tal-aħbarijiet kellu jagħmel allegazzjonijiet ġodda, għax m'għandux provi fuq il-gidba tal-Ħamis li għadda dak li l-kumpanija Egrant hija ta' Michelle Iżda l-ġurnalisti qed jistaqsu. U Busuttil qed iwieġeb hekk:
0not_entailment
Clive Farrugia jirbaħ il-kompetizzjoni tas-skeet fil-Malta International Open
It-tiratur Malti Clive Farrugia rebaħ l-avveniment tas-skeet fil-Malta International Open li kienet organizzata mill-MSSF fix-Shooting Range f’Ta’ Kandja. Farrugia laħaq l-aħjar riżultat personali bi skor fantastiku ta’ 123/125 fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni, inċidentalment l-istess skor miksub mis-sid numru wieħed tad-dinja Vincent Hancock li kien rebaħ fit-Tazza tad-Dinja ta’ sena ilu f’pajjiżna stess. Saif Bin Futais tal-Emirati Għarab Magħquda u ż-żagħżugħ Għawdxi Marlon Attard komplew il-podju. Is-sitt finalisti skont ir-riżultat tal-kwalifikazzjoni kienu; Clive Farrugia (123/125), Saif Bin Futais (114/125), Marlon Attard (113/125), Bozidar Dimitrov (111/125+2), Jason Sciberras (111/125+1) u David Gatt (110/125). Gatt kien l-ewwel tiratur eliminat wara li laqat 12-il target minn 20, b’Jason Sciberras ikun eliminat warajh b’total ta’ 21/30 u Bozidar Dimitrov spiċċa r-raba’ b’28/40. Marlon Attard kien assigurat minn podju iżda ma wasalx sal-finali, b’Clive Farrugia jispiċċa rebbieħ wara li laqat 51/60, target aktar minn Futais. Il-Programm tal-Federazzjoni Maltija tal-Isparar ikompli l-Ħadd 23 ta’ Ġunju b’avveniment tat-trap bl-isem N.O.V.I.T.A Cup u Mini Grand Prix EZ Creations tas-skeet.
1entailment
Ara: l-inizjattivi u l-inċentivi mħabbra fil-budget għax-xogħol u t-taħriġ
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-ETC, se terġa’ tniedi l-iskema ta’ sussidju lil min iħaddem persuni żvantaggjati jew iħarreġ il-ħaddiema tiegħu.  Min iħaddem se jingħata rifużjoni ta’ 50% tal-ispiża sa massimu ta’ €5,000 ewro; f’kaz ta’ single parent l-ispiża titla’ sa 10,000 ewro; filwaqt li japplika wkoll pro rata għal min jaqleb il-ħaddiema minn part-time għal full-time. L-introduzzjoni tal-employability index L-ETC se tkun qed taħdem ukoll fuq l-introduzzjoni tal-Employability Index fil-bidu tas-sena d-dieħla wkoll.  Se jibda jitħaddem il-kunċett ta’ Work Programme, biex is-settur privat u l-ETC jgħinu persuni li ilhom bla xogħol fit-tul jew ikunu ilhom inattivi, sabiex jgħinuhom jerġgħu jsibu impjieg.  Min iħaddem se jkun eligibbli li jitħallas sa 2,750 ewro  għal kull ħaddiem fuq medda ta’ tliet snin. Se titwaqqaf is-social enterprise Biex jindirizza x-xogħol prekarju, il-Gvern se jkun qed iwaqqaf dik li tissejjah Social Enterprise, intrapriża li se tkun qed toffri servizzi fl-iskejjel u l-Kunsilli Loklali biex jassiguraw li kull impjegat minn tal-inqas jitħallas il-paga minima.  Mis-sena d-dieħla, il-Gvern se jesiġi li l-ħlasijiet tal-ħaddiema tal-kuntratturi fuq xogħol tal-Gvern jitħallsu mill-anqas bir-rata bażika tal-istess xoghol li jsir mal-Gvern. Sistema biex jinstab l-impieg adattat Mis-sena d-dieħla, l-ETC se tkun qed tibda tuża pjattaforma elettronika ġdida, intiża li tibdel is-sistema tar-reġistru tal-Korporazzjoni sabiex l-impjieg ma jinstabx biss skont ix-xewqa tal-individwu, iżda wkoll skont il-ħiliet u l-abbilitajiet tiegħu.
1entailment
Illum il-Kunsilliera tal-PN jibdew jivvotaw dwar il-futur ta' Adrian Delia
Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika. ONE u one.com.mt qed iwasslu xandira diretta.
0not_entailment
Byron Camilleri għandu ħafna xi jwieġeb fuq l-allegat abbuż li sar minn membri fl-armata
Illum fil-mezzi soċjali ħarġet storja illi fiha qed jiġi allegat li ftit tal-ġranet ilu ġewwa l-barracks tal-AFM f'Ħal Far seħħ dak li qiegħed jiġi deskritt bħala 'cocaine party'. Ġie allegat illi f'dan il-'cocaine party' ħadu sehem numru ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta. Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità Beppe Fenech Adami, il-PN saħaq li filwaqt li tkeċċa membru tal-AFM li rrifjtuta li jsirulu testijiet għall-konsum ta' droga, ma saru ebda testijiet oħra fuq min kien preżenti f'dan il-'party' b'mod immedjat, bil-konsegwenza li traċċi ta' konsum li seta' kien hemm setgħu ma baqgħux jeżistu. Dak li qed jiġi żvelat illum inżamm moħbi u mistur kemm mill-Kap Kmandant kif ukoll mill-Ministru Laburista Byron Camilleri għal ġimagħtejn sħaħ. Kieku ma kienx għal min żvela din l-istorja, dak li seħħ kien jibqa' mistur mill-pubbliku. Quddiem dawn l-allegazzjonijiet serji, il-Ministru Byron Camilleri għandu jispjega: Għaliex dan l-inċident gravi nżamm mistur għal ġimagħtejn sħaħ. Jekk jafx illi dan il-'cocaine party' kienx wieħed ta' darba jew kienx hemm okkażjonijiet simili fil passat. Jekk il-Pulizija ġietx infurmata b'dan l-allegat reat li seħħ u jekk il-Pulizija hix qed tinvestiga. Jekk hux minnu illi l-persuna membru tal-AFM indikata bħala involuta fil-konsum ta' kokaina diġa' kellha passat kriminali u minkejja dan baqgħet tiġi protetta fl-istess Armata. Il-Ministru għandu jgħid min baqa' jipproteġi lil din il-persuna sal-aħħar. Il-Ministru għandu jinforma jekk hux minnu illi wara dan il-'cocaine party', numru ta' membri tal-AFM, għamlu għassa ma' postijiet sensittivi bħalma huma ambaxxati u kellhom fil-pussess tagħhom armi meta setgħu kienu taħt l-effett tad-droga. Il-poplu Malti bir-raġun jinkwieta meta jisma' bi stejjer bħal dawn. Il-poplu Malti jinkwieta illi Forza darba ddixxiplinata issa spiċċat fiċ-ċentru ta' stejjer dwar 'cocaine parties' li jseħħu fil-barracks tal-istess Forzi Armati. Għal dan il-kollass fis-serjeta' u dixxiplina fil-Forzi Armati ta' Malta għandu ħafna għal xix iwieġeb il-Ministru Laburista Byron Camilleri.
1entailment
Intervista | Telaq kollox minn idu biex jgħin persuni b’diżabilità fid-dar t’ommu u ta’ missieru
Il-Kummissarju Ewropew għall-Intern Ylva Johansson qalet li kien hemm żviluppi fl-investigazzjoni b'rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia grazzi għall-Europol. Johansson qalet dan waqt dibattitu fil-Parlament Ewropew li fih issemmiet is-sitwazzjoni politika ta' Malta. Johansson kienet qed taffaċċja għadd ta' mistoqsijiet dwar temi differenti minn għadd ta' MEPs. Bdiet it-tweġibiet tagħha billi tkellmet dwar dak li qed jiġri f'Malta. "Ninsab konċernata ħafna dwar l-aħħar żviluppi f'Malta," qalet Johansson li kkundannat il-qtil ta' Caruana Galizia. Saħqet li l-Europol kellha rwol important ħafna fl-investigazzjoni biex din setgħet tasal s'hawn. Żiedet tgħid li l-Europol tipprovdi valur addizzjonali biex ikunu jistgħu jissolvew każi kumplessi u importanti. "Naqbel li l-korruzzjoni jkollha l-vittmi," qalet Johansson. Tkellmet dwar min mill-kollegi tagħha huma l-aktar li għandhom x'jaqsmu ma' dak li qed jiġri f'Malta però qalet li kollha qed isegwu x'qed jiġri. Inqatlet minħabba l-korruzzjoni – Metsola L-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola li kienet preżenti għad-dibattitu qalet li l-korruzzjoni jkollha l-vittmi. Dan b'referenza għall-qtil ta' Caruana Galizia. Metsola qalet li Caruana Galizia inqatlet 784 jum ilu wara li kixfet abbużi fl-ogħla livelli ta' poter f'Malta. Fakkret li hi investigat ukoll il-bejgħ tal-passaporti li ffaċilitaw il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Metsola saħqet li dan ġab riskju għas-sigurtà tal-UE. Fi kliem Metsola s-sitwazzjoni f'Malta hija waħda ta' tensjoni bi protesti kważi kuljum. Tkellmet ukoll dwar il-protesta li saret fl-uffiċċju tal-Prim Ministru dalgħodu mill-Moviment Graffitti. Filmat: Jingħalqu f'Kastilja għal ħames sigħat X'inhi l-Europol? Il-Europol hija l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni Ewropea. Il-Europol tgħin lill-pajjiżi kollha tal-UE fl-aktar reati kriminali serji tagħhom. Il-kummenti ta' Johansson bl-Ingliż:
0not_entailment
Sa nofsillejl il-laboratorji jkunu għaddejjin bit-testijiet tal-Covid-19
...ħlief għall-post Helena Dalli jekk din tintgħażel bħala Kummissarju Ewropew. Minflokha jidħol... Il-Ministri serrħu rashom din il-ġimgħa għax apparti li huwa ċar li għaż-żmien li ġej, probabbilment sal-elezzjoni ġenerali li jmiss, Joseph Muscat se jibqa’ Prim Ministru, f’laqgħa tal-Kabinett li saret nhar il-Ġimgħa ngħatat l-impressjoni li għaż-żmien li ġej xejn mhu se jinbidel wisq mill-kompożizzjoni tal-Kabinett. Dan ħlief għal xi bidliet żgħar fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza, hekk kif kollox qed jidher illi l-għażla ta’ Muscat għal Kummissarju Ewropew se tkun Helena Dalli. Il-gazzetta tkellmet ma’ ħames sorsi, tlieta minnhom fil-Kabinett. Is-sorsi kollha, għajr wieħed, qalu illi l-Prim Ministru mhux mistenni jagħmel bidliet radikali ħlief dawk relatati ma’ Dalli, fejn jekk titlaq waħda, jidħol ieħor jew oħra. Kienet din il-gazzetta l-ewwel li żvelat illi l-Ministru Helena Dalli hija l-favorita biex issir Kummissarju Ewropew nhar is-16 ta’ Diċembru 2018, b’din il-gazzetta terġa’ tikkonferma li Dalli hija waħda mit-tliet għażliet nhar it-23 ta’ Ġunju u li fil-fatt hija stess qed timbutta biex tieħu din il-kariga. Din il-gazzetta kienet żvelat ukoll u tinsab infurmata mill-ġdid li l-favorit biex jieħu post Dalli jew inkella jidħol fil-kabinett malli titlaq hi, huwa Edward Zammit Lewis, eks Ministru u ħabib tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Jista’ jkun li apparti dan ikun xi promozzjoni jew bidla għal xi Segretarju Parlamentari, imma kollox ma’ kollox il-kabinett se jibqa’ l-istess. Dan ifisser illi l-Gvern jibqa’ b’bejn wieħed u ieħor l-istess ministri illi kienu maħtura wara l-elezzjoni tal-2017. Il-Kabinett iltaqa’ nhar il-Ġimgħa hekk kif il-Prim Ministru kien Brussell, fejn kienu għaddejjin negozjati għall-ogħla karigi tal-Unjoni Ewropea. Minkejja negozjar, Muscat ma ngħata ebda kariga bl-illum.com.mt tirrapporta sorsi f’Kastilja, ftit wara biss, illi Muscat se jibqa’ Prim  Ministru, probabbilment sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. ​
0not_entailment
Il-gvern m’għandux inaqqas l-awtonomija tal-Univeristà
Ħafna huma l-Kunsilli Lokali li ħidmiethom mhix iffukata biss fuq l-amministrazzjoni pubblika u l-indafa iżda jieħdu inizjattivi edukattivi u kulturali. Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara għadu kemm daħal għal proġett li jibqa’ – il-publikazzjoni ta’ kotba, ilkoll xogħlijiet ta’ awturi Karkariżi. Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ppubblika erba’ kotba ġodda, li lkoll jixħtu dawl fuq aspetti differenti fuq fost l-akbar lokalitajiet f’Malta. Il-kotba huma Ktieb tas-Soltu minn Ħas-Sajjied, il-Lirika ta’ Birkirkara u Nisa Narrattivi – it-tlieta ta’ Tarcisio Zarb – u t-tieni edizzjoni ta’ Muża Karkarkiża – li hija ġabra ta’ xogħlijiet letterarji ta’ kittieba Karkariżi minn Terry Muscat. Fit-tnedija virtwali tal-kotba l-ġodda, il-Professur Charles Briffa qal li dawn il-pubblikazzjonijiet huma riżultat ta’ riċerka dwar x’jagħmel il-bniedem dak li hu. “Meta qed nitkellmu fuq kultura, din qed turi twemmin, attitudnijiet, xejriet, burdati u anke imġiba,” qal il-Professur Charles Briffa. Is-Sindku ta’ Birkirkara Joanne Debona Grech qalet li t-triloġija ta’ Tarcisio Zarb tagħti stampa tal-għeruq tal-poplu Karkariż, fosthom il-ħajja fl-imgħoddi, id-djalett u l-identità Karkariża. Spjegat li t-tieni edizzjoni ta’ “Muża Karkariża” jiġbor kitbiet li nqraw waqt serata letterarja. “Dawn huma nies letterarji Karkariżi jiġbru l-letteratura tagħhom bl-attivitajiet li jagħmlu u aħna bħala Kunsill nippromwovuh bħala ktieb biex hekk il-letteratura Karkariża u n-nies Karkariżi jibqgħu ħajjin,” qalet is-Sindku Joanne Debono Grech. Din mhijiex l-ewwel darba li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara daħal għal publikazzjoni ta’ kotba. Fost il-kotba li diġà ġew ppubblikati hemm Born in Birkirkara u Laqmijiet Karkariżi tal-Professur Charles Briffa, kif ukoll Niċeċ, Statwi u Slaleb fit-Toroq ta’ Birkirkara ta’ Philip Xuereb.
0not_entailment
Ikomplu jiżdiedu l-każijiet tal-COVID-19 – 61,000 każ ġdid fl-Istati Uniti
Ikompli tiela' n-numru ta' każi ta' Coronavirus madwar id-dinja. Ilbieraħ l-Istati Uniti rrappurtaw iżjed minn 61,400 każ ġdid biex b'hekk fl-Amerka issa hemm 4.4 miljun każ attiv tal-Covid-19. Ilbieraħ ukoll fl-Istati Uniti mietu 1,074 persuna biex b'hekk mietu iżjed minn 150,000 persuna bil-Covid-19 fl-Istati Uniti. Intant, fl-istat ta' Victoria fl-Awstralja fl-aħħar sigħat mietu 13-il persuna u l-każi attivi żdiedu b'723, li hu l-ikbar numru s'issa. Dan minkejja li f'Melbourne ġie impost lockdown ta' sitt ġimgħat li issa mistenni li jkun estiż.
1entailment
Azzjoni ta' infurzar favur l-ambjent fit-Trejqa tal-Virtù fir-Rabat
Wara investigazzjonijiet mid-Direttorat tal-Infurzar tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi f'dawn l-aħħar jiem, irriżulta li meded tat-Trejqa tal-Virtù fir-Rabat u ta' trejqa rurali oħra, ġew imwessgħin konsiderevolment fil-wied li kien jgħaddi maġenbhom. Bnadi minn dawn it-trejqiet issa ġew għandhom żewġ karreġġjati u l-wied spiċċa qisu trinka ta' maġenb triq. Minħabba f'dawn ix-xogħlijiet, irriżulta li kien hemm qerda tal-ambjent naturali konsegwenza tat-tqegħid ta' materjal ta' kostruzzjoni fuq art li qabel kienet ikkolonizzata b'vegetazzjoni naturali, u bidla fiżika tal-profil ta' wied u tal-korsa naturali tan-nixxiegħa tal-ilma. Apparti minnhekk dawn ix-xogholijiet kollha qed isiru minghajr il-permessi necessarji mill-istess Awtorità. Konsegwentement iktar kmieni illum, l-uffiċċjali tal-Awtorità ħarġu ordni ta' waqfien (verbal stop order) verbali lill-kuntrattur – Galletta Construction Limited, u lill-Infrastructure Malta, skont il-provvedimenti tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, filwaqt li iktar tard inħareġ ukoll Ordni ta' Waqfien u Konformità (Stop and Compliance Order) formali – OWK0015/19 li li gie nnotifikat u huwa applikabbli mill-illum stess. Ġiet infurmata ukoll l-Awtorità tal-Ippjanar bil-każ. Intant, l-Awtorità għal-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda tinvestiga diversi każijiet oħrajn ta' interventi fuq toroq rurali u mhumiex, fosthom f'Wied is-Sewda.
1entailment
Aġġornat: Ġlieda fil-Belt ħdejn il-funtana tat-Tritoni
Michelle Muscat tinsab fit-tieni siegħa tagħha waqt l-għawma annwali b'risq il-Marigold Foundation. Din is-sena l-isfida ħadet lis-Sinjura Muscat mad-dawra ta' denb il-gżira li tammonta għal 14 -il kilometru. It-tul tal-għawma m'hijiex l-unika sfida li qed tħabbat wiċċcha magħha s-Sinjura Muscat hekk kif jistgħu jixhdu r-ritratti t'hawn taħt, il-mewġ tiela' ġmielu jissabbat mal-blat li joħloq ostaklu għal kull min jixtieq jinżel il-baħar.
0not_entailment
Missier u iben jinżammu arrestati wara li weġġgħu student u għalliema
“L-intenzjoni ma kinitx li ssir ħsara lill-għalliema" Missier u iben qed jinżammu taħt arrest preventiv, wara li tressqu b'arrest il-Qorti akkużati li attakkaw u kkaġunaw feriti ħfief lill tifel ta' 15 -il sena u żewġt għalliema wara argument it-Tnejn fl-iskola Santa Clara ġewwa Pembroke. Il-missier huwa membru tal-forzi armati ta' Malta. Iż-żewġt irġiel kienu akkużati wkoll li kisru l-paċi pubblika u li qalu kliem oxxen u indeċenti fil-pubbliku. L-avukat ta’ difiża qal li, “kien l-ġuvni ta’ 15 -il sena li pprova jattakka lil missier u għalhekk l-akkużat intervjena biss biex jissepara l-ġlied." Fuq l-akkuża li wettaq reat li kellu d-dmir li jipprevjeni bħala membri tal-forzi armati, l-avukat sostna li d-dmirijiet ta‘ suldat huma differenti minn dawk ta' Pulizija u li mhux kull uffiċjal pubbliku kellu l-istess dmirijiet.  Żied jgħid li "kull persuna involuta kienet tat ix-xhieda tagħha,  għalhekk  ma kien hemm l-ebda riskju li tbagħbis bix-xhieda.” L-avukat tad-difiża qal ukoll li l-akkużat kien għamel dikjarazzjoni li tispjega kollox, “l-intenzjoni ma kienitx li ssir ħsara lill-għalliema.” Minkejja t-talbiet tad-difiża, l-Qorti ordnat li l-akkużati jinżammu taħt arrest. Waqt dan l-inċident, il-Malta Union of Teachers (MUT) fi stqarrija issotni illi ilha tirrepeti l-istess affarijiet għal darba, darbtejn dwar is-sigurtà fl-iskejjel "u sfortunatament dawn l-inċidenti qed juru li għandna raġun."
1entailment
70 sena anniversarju mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani
“L-agħar ħaġa li tista’ tiġi f’demokrazija hi li jkollok strutturi dipendenti fuq l-eżekuttiv, fejn il-gvernijiet jiddeċiedu x’inhi l-verità' - Zammit Dimech “L-aħbarijiet foloz, jew aħjar il-fake news, jiddistabbilizzaw id-demokrazija. Hemm bżonn li nsaħħu l-ġlieda tagħna, u anke l-prekawzjonijiet kontra l-fake news, għaliex id-demokrazija tiddependi fuq li n-nies jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Meta d-deċiżjonijiet jittieħdu fuq informazzjoni żbaljata, imbagħad, ovvjament, dawk l-istess deċiżjonijiet jiġu attakkati, speċjalment meta dawn l-aħbarijiet qarrieqa jkunu ġejjin minn pajjiżi oħra.” L-MEP Francis Zammit Dimech qal dan fil-Parlament Ewropew waqt skambju ta’ ideat mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-fake news. Zammit Dimech qal li hemm bżonn ta’ strutturi indipendenti fl-Istati Membri li jissalvagwardjaw liċ-ċittadini mill-fake news. Hu żied jgħid, “L-agħar ħaġa li tista’ tiġi f’demokrazija hi li jkollok strutturi dipendenti fuq l-eżekuttiv, fejn il-gvernijiet jiddeċiedu x’inhi l-verità. Kultant il-Gvernijiet ma tantx ikunu innoċenti, speċjalment meta jkunu huma li jxerrdu l-fake news.” Waqt li kien qed jirreferi għall-prattiċi użati fl-Istati Uniti, Zammit Dimech tkellem dwar l-importanza ta’ fact checkers li jkunu indipendenti. Fid-diskors tiegħu waqt il-Kumitat responsabbli mill-Media, Zammit Dimech irrefera wkoll għall-ktieb ta’ Evan David “Post-Truth”. Hu qal li d-diskussjoni dwar il-fake news trid tkun marbuta wkoll mal-użu ħażin tad-data personali. “Aħna kollha għandna l-preġudizzji, u għalhekk jekk ikun hemm nies li qed jiċċekkjaw il-profili tal-midja soċjali, u jkunu jafu dwar xiex aħna preġudikati, kif ġara fil-każ tal-Cambridge Analytica, imbagħad l-fake news ikun qed jixxerred mhux biss fil-midja tradizzjonali, imma anke fuq livell personali. Imbagħad is-sitwazzjoni tkun verament gravi.” Aktar kmieni dan ix-xahar, Zammit Dimech kellu laqgħat ma’ Facebook fejn iddiskuta l-bżonn li l-ġganti tal-midja soċjali jsaħħu l-miżuri tagħhom kontra l-fake news, wara li personalitajiet Maltin intużaw mingħajr il-kunsens tagħhom biex ixerrdu fake news permezz ta’ reklami mħallsa, fejn bdew jinkoraġġixxu lill-Maltin u Għawdxi li jużaw Facebook biex jidħlu f’siti u artikli li kienu frodi. Għaddew ġimgħat biex dawn ir-reklami tneħħew. “Riċentement, kelli laqgħat ma’ Google u Facebook, fejn qajjimt il-punt fejn ikunu l-pjattaformi li jieħdu l-miżuri, iżda l-impressjoni li għandi hi li dan qed idum ħafna biex isir, meta jsir. Għandna bżonn miżuri aktar malajr biex nindirizzaw din is-sitwazzjoni,” temm jgħid. Fit-tweġiba tiegħu, Roberto Viola, d-Direttur Ġenerali ta’ DG CONNECT (Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija) fil-Kummissjoni Ewropea qal li l-mudell tan-negozju m’għandux ikun ibbażat fuq l-irresponsabbiltà. Hu tkellem ukoll dwar il-bżonn li jidħlu fis-seħħ liġijiet li approva l-Parlament, fosthom id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva, u r-Regolament il-ġdid dwar ir-relazzjonijiet ġusti u trasparenti bejn il-pjattaformi u n-negozji, li Zammit Dimech kien ir-Rapporter dwaru fil-Kumitat għall-Affarijiet Legali. Viola qal ukoll li l-Kummissjoni mhux tiffinanzja b’mod dirett il-fact checkers, imma qed tipprovdihom ambjent fejn jistgħu jaħdmu flimkien u jaqsmu l-informazzjoni. Aktar minn hekk, dawn ingħataw ukoll aċċess għal informazzjoni mill-Parlament u l-Kummissjoni. Dwar il-ġurnaliżmu ta’ kwalità, Viola qal li l-Kummissjon i qed timplimenta miżuri li tressqu mill-Parlament. Hu rrefera għall-programm Creative Europe li qed jinvesti €80 miljun f’ġurnaliżmu u midja ta’ kwalità. Zammit Dimech, li jagħti lekċers fuq il-Liġi Ewropea tal-Midja, hu membru tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, li hu responsabbli mill-midja. Hu serva bħala r-Rapporter tal-Grupp tal-PPE fir-rapport dwar il-Libertà tal-Midja u l-Pluraliżmu, kif ukoll il-liġi dwar il-protezzjoni tal-whistleblowers. Zammit Dimech ressaq ukoll emendi biex isaħħaħ regolament li jindirizza t-tixrid tal-kontenut terroristiku online.
0not_entailment
Jitħabbru l-Plejers tax-Xahar tal-basketball għal Ottubru u Novembru
Il-Presidenza Maltija se tkun waħda mill-iktar importanti f'dawn l-aħħar 40 sena, għax Malta għandha l-għarfien meħtieġ fl-isfond tal-immigrazzjoni rregolari. Hekk stqarr il-Kummisarju Ewropew Dimitris Avramopoulos waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Ministru għall Intern Carmelo Abela. Il-Ministru Abela qal li trid tingħata aktar importanza lejn ir-rotta bejn il-Libya u l-Italja. Tkellem ukoll dwar is solidarjetà flessibli u kif din għadha tkun attwata fuq livell Ewropew, anke fejn jidħol l-ażil. Il-kummisarju Ewropew qal li l-Presidenza Maltija se jkollha sfida fejn jidħlu l-immigrazzjoni, is-sigurtà u anke fruntieri. Wieghed li l-UE se tkun qed tagħti l-appoġġ kollu lil pajjiżna.
0not_entailment
Sri Lanka | L-għadd tal-mejta jkompli jiżdied hekk kif bdew isiru l-ewwel funerali
F'din il-ħarġa, wieħed isib ukoll sezzjoni speċjali ddedikata għall-istatwi ta' Santa Marija f'għaxar lokalitajiet.
0not_entailment
Filmat: 104 immigrant jiddaħħlu l-Italja
Stop motion hija teknika użata fl-animazzjoni diġitali fejn oġġetti statiċi jidhru jiċċaqalqu waħedhom fuq l-iskrin. Dan isir billi l-oġġett jiċċaqlaq filwaqt li jiġi iffilmat ritratt ritratt, frejm għal kull ċaqlieqa. Meta l-frejms kollha jintwerew f’sekwenza, dan jirriżulta f’moviment. Eżempju tajjeb ta’ animazzjoni tat-tfal ta’ kwalità għolja huwa l-ispettaklu tat-televixin Shaun the Sheep Biex tagħmel din it-tip ta’ animazzjoni, poġġi oġġett quddiem kamera u ħudlu ritratt. Imbagħad ċaqlaq l-oġġett daqsxejn żgħira u ħu ritratt ieħor. Rrepeti dan il-proċess għal ħafna drabi. Meta tkun lest ara s-sekwenza ta’ dawn ir-ritratti b’mogħod mgħaġġel u l-oġġett jidher li qed jiċċaqlaq madwar l-iskrin. Jekk trid tara vidjow li jispjega l-Stop Motion għafas hawn Dak li għandek bżonn huwa li tippjana x’oġġetti trid tuza u tieħu ħafna ritratti. B’hekk inti stess tkun tista tagħmel il-filmat tiegħek u tarah jiehu l-ħajja! Ghandek bzonn : Passi: Għal okkazjoni ta’ Jum l-Omm , uża dawn l-passi biex tippjana filmat animat. Aħseb dwar l-atturi tal-filmat; dawn jistgħu jkunu ġugarelli li ssibu f’darkom stess bħal per eżempju figuri tal-Lego. Kunu kreattivi u żidu djalogi, mużika u ħsejjes li tixtiequ. Ixxerja dan il-filmat mal-familja u l-ħbieb u kif ukoll magħna fuq https://bit.ly/attivitainews Din l-attività diġitali hija għall-gost tal-etajiet kollha!
0not_entailment
Cameron jasal iċ-Ċina bl-akbar delegazzjoni
Il-PM Ingliż David Cameron wiegħed li se jagħmel minn kollox biex l-Unjoni Ewropea tasal tiffirma ftehim propost maċ-Ċina li jfisser li jiżdied il-kummerċ bejn iż-żewġ naħat għal għexieren ta’ eluf ta’ biljuni ta’ dollari. Il- BBC jgħid li Cameron għamel din l-istqarrija hekk kif wasal Beijing imexxi delegazzjoni ta’ aktar minn mitt persuna bejn ministri u mexxejja tal-kummerċ Ingliżi – l-akbar delegazzjoni li qatt żaret iċ-Ċina li issa hija meqjusa bħala it-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja. Cameron jemmen li jekk jitneħħew it-tariffi minn fuq 20 settur fejn huma l-ogħla – bħal vetturi, mediċini u tagħmir tal-elettriku – l-esportaturi jiffrankaw biljuni ta’ dollari iżda xi pajjiżi membri tal-unjoni jibżgħu li dan jista’ jwassal beix l-Ewropa timtela’ b’ħafna affarijiet li ma jkunux ta’ livell. Din hija l-ewwel żjara li Cameron qed jagħmel fiċ-Ċina mindu ħa t-tmexxija f’Marzu li għadda l-President Xi Jinping (ritratt) . Il-PM Ingliż se jżzur ukoll Shanghai u Chengdu.
1entailment
Ir-rapport Chilcot fi ftit kliem
Żewġ Sudaniżi qed jinżammu arrestati fuq sensiela ta' serqiet li wettqu lbieraħ fil-Marsa. Mohamed Tajeb Adam ta' 23 sena u Mahmud Isara ta' 19-il sena tressqu l-Qorti mixlija b'serq wara li nqabdu mill-Pulizija waqt rondi li kienu qed jagħmllu fi Triq Derby. Jirriżulta li raġel mill-Mali u ieħor mill-Eritrea qalu lill-Pulizija li kienu għadhom kif spiċċaw vittmi ta' serq minn żewġ persuni, b'wieħed minnhom saħansitra jgħid li ġie aggredit b'sikkina qabel serquh. Minn tfittxijiet li saru mill-Pulizija nstab li ż-żewġt irġiel kienu fil-pussess ta' ċwievet, mobiles u ammont ta' flus kontanti. Is-Sudaniżi qed jiċħdu l-akkużi miġjuba kontrihom. Fil-Marsa: Għajjat iwassal għall-arrest ta' żewġ żgħażagħ – persuna tinsab midruba gravi
0not_entailment
Kavallier protagonist fil-vidjo animat ġdid tal-Air Malta dwar is-sigurtà abbord
Kavallier animat huwa l-protagonista tal-vidjo ġdid tal-Air Malta dwar is-sigurtà waqt it-titjiriet. Dan il-vidjo ġie mniedi riċentament abbord il-flotot tal-ajruplani Airbus A320 u A319 tal-linja tal-ajru. Fi stqarrija l-Air Malta qalet li b’konformità ma’ linji tal-ajru internazzjonali oħrajn, l-Air Malta bidlet il-vidjo dwar is-sigurtà abbord li tuża ssoltu biex minfloku bdiet turi filmat aktar kreattiv biex tgħarraf lill-passiġġieri dwar is-sigurtà abbord l-ajruplani tagħha. “Is-sigurtà hija l-prijorità ewlenija tagħna. Din is-sena ddeċidejna li nagħtu dehra ġdida lill-vidjo tas-sigurtà tagħna biex nagħmluh aktar attraenti u divertenti għall-udjenza, billi tajnih ton aktar pjaċevoli. Bl-użu ta’ karattru kariżmatiku fir-rwol ta’ Kavallier ta’ San Ġwann, aħna stajna nkomplu nsegwu l-enfasi tal-Air Malta li ssir il-linja tal-ajru tad-destinazzjoni, kif ukoll ambaxxatriċi u gwida għal dak li għandhom x’joffru l-gżejjer Maltin, filwaqt li nkomplu nenfasizzaw element ieħor tal-patrimonju Malti,” qal il-Kap Uffiċjal tal-CargoSystems u tal-Ekwipaġġ, Manuel Agius. Il-vidjo huwa mmirat biex jgħarraf lill-passiġġieri abbord it-titjiriet tal-Air Malta dwar il-karatteristiċi tas-sigurtà tal-ajruplani. Il-kavallier, imlibbes b’armatura kulur il-fidda, jgħaddi mill-proċeduri kollha li jiżguraw is-sigurtà abbord. Il-kavallier l-ewwel juri proċeduri ta’ sigurtà bażiċi li jispjegaw fejn u kif għandhom jitqiegħdu l-bagalji u kif il-passiġġieri għandhom jaqflu ċ-ċinturini tas-sigurtà. Il-vidjo mbagħad jkompli b’aktar informazzjoni dwar x’għandhom jagħmlu l-passiġġieri f’każ ta’ emerġenza, indikazzjoni tal-postijiet għall-ħruġ f’każ ta’ emerġenza u kif għandhom jintużaw il-ġkieket tas-salvataġġ u l-maskri tal-ossiġenu. Il-vidjo jinkludi wkoll ir-regolamenti li ġew approvati riċentament mill-Air Malta li jippermettu lill-passiġġieri jħallu t-telefons ċellulari u t-tablets tagħhom mixgħulin fuq flight mode matul il-ħin kollu tat-titjira.
1entailment
€50 multa jekk issuq u tpejjep fil-karozza bit-tfal – €50 anke jekk ma tkunx qed issuq
Dalgħodu ġiet imnedija kampanja kontra t-tipjip fil-karozza, bit-tema "You smoke...they smoke". Din kienet miżura mħabbra fil-baġit għas-sena d-dieħla. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li f'Novembru se jkun ippublikat avviż legali li ma jippermettix lil adulti jpejjpu fil-preżenza ta' minuri – tfal ta' taħt is-sittax-il sena. Jekk jiġri dan, wieħed jeħel multa ta' €50. Jekk mintix ix-xufier iżda tpejjep fil-karozza, jeħel €50 multa ix-xufier, u inti teħel €50 oħra.
1entailment
Vapur tal-Gozo Channel jaħbat mal-moll u jġarrab ħsarat
Il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana saħqet li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident Vapur tal-Gozo Channel ħabat ma’ wieħed mill-mollijiet u għalkemm ma weġġa’ ħadd, il-vapur ġarrab xi ħsarat. Ikkonfermat dan, il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana waqt li kienet qed twieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Chris Said. Il-Ministru saħqet li qed tistenna r-rapport sħiħ dwar l-inċident iżda insistiet li dan seħħ minħabba r-riħ qawwi. Kawża ta’ dan, il-Gozo Channel qed taħdem b’żewġ vapuri, hekk kif il-vapur Nikolaus qed isiru fuqu xi xogħlijiet biex isir aktar aċċessibbli. Il-Ministru qalet li l-vapuri se jkunu qed jaħdmu b’aktar frekwenza biex il-Gozo Channel xorta waħda żżomm mal-iskeda. Insistiet li inċident bħal dan ikompli juri kemm hu importanti li jkun hemm hemm konnettività permanenti bejn Malta u Għawdex.
1entailment
'Wara 66 sena, ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament ma żdiedet xejn'
Inawgurata klinika speċjalizzata fir-residenza San Vinċenz de Paul li tinkorpora fiha diversi servizzi ġodda li se jingħataw lir-residenti ta’ San Vinċenz de Paul fir-residenza stess. Fost dawn is-servizzi hemm is-servizz  ta’ Dermatogija li beda jingħata wara diskussjonijiet bejn l-amministrazzjoni tar-Residenza San Vinċenz u d-Dipartiment tad-Dermatologija fl-isptar Boffa. Waqt l-inawgurazzjoni tal-klinika mis-Segretarju Parlametnari Justyne Caruana ngħad li dan mhux l-uniku servizz speċjalizzat li qiegħed jingħata, peress li aktar kmieni beda jingħata wkoll servizz tal-oftalmologija u dentistrija. Hija qalet ukoll li ġiet attrezzata parti mill-klinika biex issir bleeding area , post fejn jittieħed id-demm u fejn isir is-servizz tal-ECG. Il-Kliniċi ġew attrezzati b’apparat ġdid u modern kif ukoll saru dementia friendly u għalhekk b’kuluri differenti biex jgħin u jassisti lil dawk li jagħmlu użu mis-servizz. Caruana qalet li nħass il-bżonn ta’ aktar kliniċi speċjalizzati f’San Vinċenz għal diversi raġunijiet fosthom li l-anzjani u pazjenti jkunu moqdija b’aktar kumdità u tnaqqis ta’ skariġġ flimkien ma’ carers li jkunu qegħdin jakkumpanjawhom.
0not_entailment
"Int taf x'inhu kanċer?" mara tistaqsi lil Simon Busuttil
Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ vettura tat-tip Volkwagen Passat li nqerdet minn nar f’każ li seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-02:30 fi Triq Wiġi Rosato, f’Bormla. Fil-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili anke għaliex in-nar infirex ukoll għall-faċċata ta’ garaxx li kienet ipparkjata quddiemu din il-vettura. Dan bil-konsegwenza li ħa n-nar ukoll il-bieb tal-injam tal-garaxx. Is-suspett tal-Pulizija hu li dan kien każ ta’ arson , jiġifieri li l-vettura tqabbdet apposta. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
0not_entailment
L-Ewropa tegħleb lill-Istati Uniti fit-42 edizzjoni tar-Ryder Cup
Dawn ir-ritratti juru l-ewwel ġurnata ta' xogħol għal dawn il-ġriewi – iżda minkejja li huma ċkejknin il-missjoni ta' dawn il-klieb hija waħda kbira u importanti. L-irwoli tagħhom ivarjaw minn klieb tal-pulizija, klieb tal-militar, klieb li se jkunu qed jassistu f'każijiet ta' nirien filwaqt li oħrajn se jkunu qed iservu ta' gwida għal persuni nieqsa mid-dawl u dawk neqsin mis-smigħ flimkien ma ġriewi oħra li l'quddiem se jkunu qed joffru assistenza medika u assistenza lil persuni b'diżabilità. Il-maġġoranza tal-klieb huma tar-razza Golden Retriever u Golden Sheperd għaliex huma magħrufin għal kemm huma kapaċi jitgħallmu. Is-sens tax-xamm ta' dawn il-klieb huwa 50% aktar minn dak tal-bniedem, li jgħin lil dawn il-klieb biex jassistu lil ħaddiema fid-dipartiment tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili. Għad-differenza ta' ħwejjeġ oħra li nlibbsu lill-annimali tagħna, dawk li jilbsu dawn il-klieb hija l-uniformi tagħhom. Liema uniformi permezz tagħha persuni oħra jindunaw li l-kelb għaddej b'ħidma importanti. Wieħed irid jiftakar li m'għandux ikellem, jagħti ikel jew imiss lil klieb li jkunu qed jagħtu servizz hekk kif dan jaf jaffettwa l-operazzjoni li jkunu qed jaħdmu fuqha. Dawn ir-ritratti juru sensiela ta' klieb minn madwar id-dinja, fl-ewwel ġurnata ta' servizz tagħhom:
0not_entailment
It-Tielet Mewġa Tal-Coronavirus Għall-Franza U L-Ġermanja…
Aggressur li attakka lill-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Tunis (fit-Tuneżija) irnexxielu jwettaq splużjoni li ħalliet numru ta’ pulizija midruba, qabel spiċċa maqtul huwa stess fuq il-post. Ir-rapporti qalu li l-aggressur kien ipprova jidħol fl-ambaxxata iżda waqqfuh milli jagħmel hekk il-pulizija li kienu għassa mal-missjoni diplomatika fid-distrett ta’ Berges du Lac. Fl-aħħar sigħat ma ngħatawx dettalji dwar il-pulizija midruba. L-aggressur kien riekeb fuq mutur meta wettaq l-azzjoni, bl-awtoritajiet Tuneżini ma jikkonfermawx jekk ir-raġel kellux l-intenzjoni ta’ attakk suwiċida. Intant, l-isplużjoni ħolqot paniku kbir fost in-nies li nzertaw fiz-zona u sakemm is-sitwazzjoni nġiebet taħt kontroll. It-Tuneżija kienet għaddiet minn spinta ta’ azzjonijiet mill-ġiħadisti Iżlamiċi wara r-rivoluzzjoni tar-Rebbiegħa Għarbija tal-2011, fost sensiela ta’ attakki fuq il-membri tas-sigurtà kif ukoll ċivili u turisti barranin.
0not_entailment
"Illostraaa Kemm Tixbhu Man! Vera Tixbhu Eh! Infatti Ħsibtek Hu!" - L-Attur Jean Pierre Cassar B'Episodju Umoristiku Dalgħodu
L-attur Jean Pierre Cassar li nafuh fis-sensiliet Elf Metodu u Ħbieb u Għedewwa , dalgħodu qasam episodju umoristiku fuq il-profil tiegħu. Iltaqa' ma' xi ħadd li jsegwi Ħbieb u Għedewwa u jidher li mill-ewwel għarfu lil Jean Pierre. Il-persuna resqet sabiex tistaqsih jekk hux il-persuna li jidher f'din id-drama. Kif tistgħu taraw mill-konversazzjoni t'hawn fuq, il-persuna ddeċieda f'moħħu li mhux hu avolja qallu li hu! Donnu kien konvint li jixbhu biss u impossibbli li jista' jkun hu għax ma ridx jisma'. Episodju ħelu! Ċerti li xi darba jew oħra, nies li jidhru fuq it-televiżjoni bħal atturi, kantanti u preżentaturi għaddew minn esperjenzi umorisitiċi bħal dawn. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ħriġtli Xi Demgħa Jew Tnejn… Issa Taf Li Qalbi Żgħira U Drajtni Ftit Inbexxex" - Chiara Siracusa Francesca Rausi Tiltaqa' Mal-Prim Ministru U Ma Taqtax Xi Staqsietu! Pass 'Il Bogħod Minna Maltempa Kbira Bir-Ragħad It-Tifla Ta' Elvis Presley Qalbha Maqsuma Bil-Mewt Ta' Binha Li Kien Fula Maqsuma Ma' Missierha
1entailment
"Min interrogani, talabni nkun aġent għalih u nisraq sigrieti tal-Istat"
Il-Malta Trust Foundation se tkun qed tqassam donazzjoni ta’ 20,000 maskra lill-Gvern, lit-tobba, u lil għaqdiet oħra mhux governattivi biex tnaqqas l-imxija tal-Coronavirus f’Malta. Il-fondazzjoni, immexxija mill-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, ġabet dawn il-maskri miċ-Ċina. 15,000 minn dawn il-maskri se jitqassmu lill-Prim Ministru Robert Abela, u 5,000 oħra se jitqassmu lit-tobba li qed jagħmlu visti tal-pazjenti mingħajr m’għandhom l-apparat meħtieġ. Se jitqassmu wkoll lil għaqdiet mhux governattivi, li għadhom ikollhom kuntatt man-nies, bħall-Foodbank Lifeline Foundation, u l-Fondazzjoni Nazareth. Il-maskli kapaċi jżommu ‘l barra 94% tal-qtar milli jidħol fil-ħalq jew fl-imnieħer.
0not_entailment
"Naf Li Mhux Se Tieħu Pjaċir Li…" - Neville Refalo Lil Persuna Speċjali F'Għeluq Sninha
Illum jaħbat jum speċjali għal waħda mill-aqwa kantanti Maltin hekk kif tagħlaq sninha! Neville Refalo xtaq iħalli messaġġ sabiħ għall-okkażjoni! " Naf li mhux se tieħu pjaċir li tellajt dan ir-ritratt għax ma jgħoġbokx, imma lili jogħġobni ħafna għax juri kif verament int." Jidher li dan t'hawn taħt mhux l-iktar ritratt għal qalb il-kantanta li hemm fih… iżda Neville xorta xtaq jitfgħu biex jawguralha! U hekk hu… il-messaġġ mhu għal ħadd ħlief Corazon! Neville jistqarr mill-ġdid l-imħabba kbira li għandu għaliha kif ukoll jiddiskriviha bħala "tfajla solari, li tarmi pożittivita kull fejn tkun". Jgħidilha wkoll li ħajtu hi sabiħa kif inhi għax hemm l-preżenza tagħha fiha. "Kompli dawwal kull fejn tkun bħal ma dejjem għamilt. Awguri" - Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt ninagħqdu ma' Neville u nawguraw lil din il-mara sabiħa minn barra u minn ġewwa l-isbaħ xewqat! Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ħriġtli Xi Demgħa Jew Tnejn… Issa Taf Li Qalbi Żgħira U Drajtni Ftit Inbexxex" - Chiara Siracusa Francesca Rausi Tiltaqa' Mal-Prim Ministru U Ma Taqtax Xi Staqsietu! Pass 'Il Bogħod Minna Maltempa Kbira Bir-Ragħad It-Tifla Ta' Elvis Presley Qalbha Maqsuma Bil-Mewt Ta' Binha Li Kien Fula Maqsuma Ma' Missierha
1entailment
3 persuni se jitressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza
Erba’ mużiċisti tal-korda li jiffurmaw il-Leipzig String Quartet, reġgħu għal darb’ ohra Malta biex f’żewġ kunċerti fit-teatru Manoel, iwasslu l-mużika li ħarġet mill-pinna ta’ Ludwig Van Beethoven, il-kompożitur li l-mużika tiegħu tibqa’ ħajja għal dejjem. Kompożitur li l-mużika tiegħu ma tmut qatt. Il-kompożitur Germaniz Ludwig Van Beethoven kien kruċjali fil-qalba bejn il-mużika klassika u dik romantika. Għex bejn l-1770 u 1827. Kien pjanist li għadda l-legat mużikali tiegħu lill-ġenerazzjonijiet li għadhom telgħin illum. Il-wirt mużikali ta’ Beethoven huwa l-qofol tal-Leipzig Quartet – erba’ mużicisti tal-korda li jinterpretaw ix-xogħlijiet ta’ dan il-kompożitur. Il-Leipzig Quartet jerġgħu jinsabu Malta biex itellgħu numru ta’ kunċerti fit-teatru Manoel. Il-vjolinista Tilman Bunin, jgħid li l-mużika ta’ Beethoven tibqa tgħodd għal kull żmien. Il-Leipzig String Quartet twaqqfu fl-1988 u matul dan iż-żmien daru d-dinja fosthom Malta. U jgħidu li t-teatru Manoel jibqa wieħed mill-isbaħ li qatt daqqew fih. Fil-kunċerti tagħhom hawn Malta dedikati lill-mużika ta’ Beethoven, il-Leipzig String Quartet se jinterpretaw siltiet varji ta dan il-kompożitur Ġermaniż, tant li fiż-żewg kunċerti il-mużika interpretata se tkun kollha differenti. L-ewwel kunċert sar il-bieraħ filwaqt li llejla se jsir it-tieni kunċert. Għalkemm prinċipalment pjanist, Beethoven kiteb 16-il kompożizzjoni għall-kwartetti tal-korda.
0not_entailment
FILMAT: “Is-settur tas-saħħa privat jista’ jwassal għal kwalità tas-saħħa ogħla għal pajjiżna” – Adrian Delia
Xufier ta’ vann indarab meta l-vann li kien qed isuq skidja u nqaleb fi Triq il-Kosta. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-kundizzjoni tax-xufier għadha mhix magħrufa. Aktar dettalji dalwaqt. Ritratt: Korp tal-Pulizija
0not_entailment
Turkey: early elections ruled out in
Il-kura pastorali fil-ħabsijiet hi importanti ħafna Id-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali Uman organizza laqgħa internazzjonali dwar il-Kura Pastorali f'Ħabsijiet Kattoliċi li għaliha attendew Kappillani u rappreżentanti ta' organiżazzjonijiet li joffru servizzi lill-priġunieri u membri tal-Konferenzi Episkopali mill-ħames kontinenti. Il-Konferenza ddiskutiet problemi u karatteristiċi tal-kura pastorali fil-ħabsijiet Amerikani, Afrikani, Asjatiċi, Ewropej u fl-Oċeanja u wara l-parteċipanti kellhom udjenza mal-Papa Franġisku. Kura Pastorali Nota maħruġa mid-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali Uman tgħid li: "F'ħafna knejjes lokali, il-ministeru soċjali ma tantx jingħata attenzjoni u anqas il-kura pastorali fil-ħabsijiet. Aħna nirrikonoxxu d-diversità tas-sitwazzjonijiet u l-isfidi li trid tiffaċja l-kura pastorali fil-ħabsijiet li tinkludi attenzjoni spiritwali u materjal lill-priġunieri, il-familji tagħhom, lil dawk li servew sentenzi u issa huma ħielsa u l-proċess ta' rikonċiljazzjoni malvittmi tar-reati. Ħafna mill-Konferenzi Episkopali u djoċesijiet ipoġġu l-ministeru tal-kura pastorali fil-ħabsijiet mal-ministeru tal-kura soċjali u f'xi każi hemm kummissjonijiet indipendenti. "Uħud mill-korpi ekklesjastiċi dedikati għal dan is-servizz pastorali, qalu lid-Dikasteru tagħna li għandhom bżonn għajnuna u gwida għall-ħidma importanti tagħhom, speċjalment minħabba d-diversi diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fix-xogħol li jagħmlu. Fost l-akbar sfidi hemm in-nuqqas ta' appoġġ minn komunitajiet djoċesani lil dawn l-aħwa fil-bżonn. Opportunità "Għalhekk nemmnu li din il-laqgħa tagħti opportunità biex jiltaqgħu persuni differenti responsabbli għal dan il-ministeru pastorali biex tinħoloq katina stabbli u progressiva bejn dawk involuti fil-ħidma pastorali fil-ħabsijiet madwar id-dinja. "Barra minn dan insiru nafu aktar dwar is-sitwazzjonijiet attwali u l-ħtiġijiet tal-kura pastorali fil-ħabsijiet fid-diversi pajjiżi. Nitgħallmu minn xulxin dwar kif sħabna qed jiffaċċjaw dawn l-isfidi u nsiru nafu b'inizjattivi li qed jittieħdu u nipproponu inizjattivi ġodda ta' talb u solidarjetà favur il-priġunieri u l-vittmi tal-vjolenza".
0not_entailment
"Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm
Indubjament, pajjiżna huwa xembju għad-dinja ta’ kif pajjiż għandu jimxi f’pandemija. Il-pro-attività li addotta pajjiżna minn xhur qalb ma faqqas l-ewwel każ ħalliet il-frott. Illum, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, iddikjara li f’pajjiżna saru total ta’ 60,000 swab test. Dan in-numru kien iġġenerat f’temp ta’ tliet xhur. Id-Deputat Prim Ministru ddikjara li x-xogħol li qegħdin jagħmlu l-ħaddiema fi ħdan id-dipertiment tal-iswabs testing huwa “impekkabbli”. Huwa kompla jgħid li t-total se jkompli jiżdied gradwalment, hekk kif aktar eluf ta’ swab tests se jkunu qed isiru lill-poplu Malti u Għawdxi.
0not_entailment
Ruben Galea u Dr Wayne Pisani ġew eletti bħala Teżorier u Viċi Segretarju
CMRU Il-Pulizija ħarġet 80 taħrika għas-sewqan eċċessiv illum. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li f'madwar erba' sigħat fil-Bypass tal-Mellieħa, fis-Salini u f'Baħar iċ-Ċagħaq ħarġet 80 taħrika għal sewqan b'veloċità eċċessiva. Fi Triq Louis Wettinger fil-Mellieħa nħarġu 33 taħrika. Il-veloċità massima f'din it-triq hija ta' 60 kilometru fis-siegħa. L-ogħla veloċità rreġistrata kienet ta' 132 kilometru fis-siegħa. Kontroll ieħor sar fi Triq l-Kosta, fis-Salini, qrib it-Torri tal-Għallis. Hawnhekk inħarġu 15-il taħrika għal sewqan eċċessiv. Il-veloċità massima f'din it-triq hija ta' 70 kilometru fis-siegħa. L-ogħla veloċità rreġistrata kienet ta' żewġ muturi li nqabdu jinstaqu b'94 kilometru fis-siegħa. Kontroll ieħor sar fi Triq l-Kosta, fis-Salini, fl-akwati ta' Baħar iċ-Ċagħaq. Hawnhekk inħarġu 32 taħrika. Il-veloċità massima f'din it-triq hija wkoll ta' 70 kilometru fis-siegħa. Hawnhekk il-Pulizija rreġistrat l-ogħla veloċità ta' 143 kilometru fis-siegħa. L-Ispettur Nicholas Vella, mit-Taqsima tat-Traffiku qal li "l-Pulizija qegħdin jużaw speed guns li minn diversi metri 'l bogħod timmarka l-veloċità tal-vetturi. L-għan tagħna huwa li nrażżnu kemm nistgħu l-abbużi fis-sewqan u nwasslu messaġġ biex kulħadd jobdi r-regolamenti tat-traffiku." Inħarġu wkoll 10 taħrikiet oħra minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà, vetturi bit-tinted glass, vetturi mingħajr numru tar-reġistrazzjoni, vetturi bin-numru tar-reġistrazzjoni mhux imwaħħla tajjeb, u ħruġ ta' duħħan eċċessiv.
0not_entailment
Sarah Zerafa: midruba imma sabiħa
Mudella Maltija bl-isema ta' Sarah Zerafa kellha inċident, li fih sfat midruba mill-kelb tagħha bl-isem ta' 'Choco'. B'kuraġġ kbir, il-mudella tellgħat ritratt fuq Facebook tagħha wara l-inċident. Erġajt ġejt lura, qalet il-mudella ta' 20 sena, li għandha ħafna segwaċi. In-nies ikkummentaw billi wrew appoġġ kbira lejn Sarah.
1entailment
Aġġornat: Jirriżenja s-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar – “deċiżjoni skorretta u inġusta”
Sagħtejn wara li ġie ppubblikat rapport mill-Bord ta’ Governanza dwar l-opeat tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar, Quiton Scerri ħabbar ir-riżenja tiegħu mill-kariga ta’ Sindku. F’ittra mibgħuta lis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, huwa talbu jaċċetta r-riżenja tiegħu minn Sindku u Kunsillier tal-istess kunsill fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Governanza Lokali, liema deċizjoni qal li hija skoretta u mhux ġusta. Scerri qal li se jkun qed jirriżenja mill-kariga biex ikun f’pożizzjoni aħjar biex inaddaf ismu minn kull allegazzjoni infondata u finalment jannulla din il-konklużjoni li fl-opinjoni tiegħu ttieħdet biss biex tagħmillu ħsara wara l-għażla tant b’saħħitha li biha qal li eleġih il-poplu Żabbari. Huwa żied jgħid li kien qed jieħdu din id-deċiżjoni b’mod seren u anke b’rispett lejn l-elettorat u l-Partit Laburista. Fir-rapport tiegħu dwar il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar, il-Bord ta’ Governanza lokali elenka diversi rregolaritajiet li nstab li twettqu jew li qed jitwettqu. Minkejja dawn in-nuqqasijiet, il-Bord ta’ Governanza qal li m’għandux il-poter li jirrakkomanda x-xoljiment tal-Kunsill Lokali f’dan il-każ, u għaldaqstant ressaq suġġeriment biex tinbidel il-liġi. Nuqqasijiet finanzjarji, recordings ta’ konverżazzjonijiet bil-moħbi, piki personali, u frame-up dwar inċident hit-and-run li ma seħħx, kienu fost in-nuqqasijiet irreġistrati mill-Bord ta’ Governanza Lokali li llum ressaq ir-rapport tiegħu, twil 18-il paġna, dwar investigazzjoni li għamel fix-xhur li għaddew fuq l-operat tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar u tas-Sindku Quinton Scerri. L-investigazzjoni bdiet wara li s-Sur Mario Fava – President tas-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista – ġibed l-attenzjoni fuq allegati irregolaritajiet li kienu qed jitwettqu f’dan il-Kunsill. Il-Bord ta’ Governanza, presedut mill-Avukat Joe Mifsud, ikkundanna b’mod qawwi numru ta’ recordings klandestini li saru u ordna lid-Direttur tal-Kunsilli Lokali biex jgħaddi dan il-każ lill-Pulizija biex jinvestigaw lis-Sindku Quinton Scerri, lil Christopher Bonnici u lil Joseph Cassar dwar il-każ. Il-Bord sab ukoll li s-Sindku Quinton Scerri wettaq ksur ta’ Artiklu 23 tal-Kodiċi tal-Etika għar-Rappreżentanti Eletti meta f’Awwissu tas-sena li għaddiet ħoloq traċċi ta’ inċident hit-and-run- fil-konfront ta’ kunsillier kollega tiegħu.  Dan l-inċident fil-verità ma kienx seħħ. Ir-rapport tal-Bord ta’ Governanza jirreferi wkoll għal żewġ attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar – The International Food Festival u Dine Along the Longest Table in the World. Dawn l-attivitajiet saru fl-ewwel nofs tas-sena li għaddiet, u l-bord ta’ governanza sab li dawn ma kinux konformi mal-liġi tal-Kunsilli Lokali b’mod partikolari għax dawn saru għal skop ta’ negozju għal profitt tant li nġabru flus ta’ sponsorhip u reklamar. Għaż-żewġ attivitajiet ma ġewx ippreżentati rendikonti finanzjarji u lanqas kien hemm l-approvazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Fl-istħarriġ li għamel, il-Bord ta’ Governanza sab ukoll li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar ilu ma’ jiltaqa’ erba’ xhur minħabba nuqqas ta’ quorum, b’sitt kunsilliera ma attendewx għal ħames laqgħat.  Il-Bord isostni li prima facie hemm lok sabiex il-post tagħhom ikun vakat biex jimtela minn ħaddieħor. Fost id-19-il punt elenkati fil-konklużjoni tar-rapport, il-Bord ta’ Governanza jirrakkomanda emenda għal-liġi tal-Kunsilli Lokali biex l-istess Bord ikun jista’ jirrakkomanda lill-Prim Ministru x-xoljiment ta’ Kunsill.  F’dan il-każ partikolari, minħabba kif inhi l-liġi, il-Bord m’għandux il-poter li jirrakkomanda x-xoljiment.  Barra minn hekk il-Bord jirrakkomanda li l-partiti politiċi jagħmlu skrutinju tajjeb qabel jagħżlu l-kandidati għall-elezzjonijiet.
1entailment
Il-Milied fil-Pjazza fil-Qrendi
In Israel the diplomatic day ended for Prime Minister, Benjamin Netanyahu in talks with US Secretary of State Hillary Clinton. Tuesday had started with hopes the seventh day of violence between and Israel and Gaza would close with a ceasefire. Hamas had reported the Egyptian-brokered truce would start at nightfall but it fell apart with claims Israel had not responded to the proposals. Hillary Clinton said the latest outbreak of violence will sharpen the focus of politicians. As the threat of rocket attacks from Gaza remains Benjamin Netanyahu stressed Israel will take whatever action is necessary to defend its people.
0not_entailment
L-aħħar xahar tal-HFO... fi Gvern Li Jisma' iktar aħbarijiet pożittivi
Żewġ Ministri u Segretarju Parlamentari indirizzaw folla mdaqqsa waqt Gvern li Jisma'. Kellhom aħbarijiet pożittivi xi jwasslu lil dawk preżenti filwaqt li semgħu s-sodisfazzjon tan-nies għal diversi miżuri li ħa l-Gvern fl-aħħar erba' snin. Dehru wkoll tranwkilli ħafna meta tmien persuni mill-Moviment Graffiti għażlu din il-laqgħa biex jipprotestaw kontra t-trasferiment ta' art pubblika għall-investiment. Fejn fost oħrajn semmew trasferimenti ta' art li saru fuq medda kbira ta' snin taħt kull amministrazzjoni. Il-Ministru Konrad Mizzi, mhux biss spjega fuq dan il-punt, iżda ħabbar li sax-xahar id-dieħel ikun telaq għal kollox l-użu tal-Heavy Fuel Oil minn Dellimara. Fil-laqgħa bit-tema 'Ninvestu fl-Infrastruttura', Konrad Mizzi ħabbar li erba' turbini oħra li jaħdmu bl-HFO se jaqilbu għall-gass fi ftit ġranet. Minn naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li sa Settembru se jibda x-xogħol fuq il-breakwater f'Marsaxlokk biex sa fl-aħħar se tinstema' l-karba tas-sajjieda Xlukkajri. Din hi inizjattiva oħra li tingħaqad mal-€5 miljuni investiment fil-Biċċerija u investiment ta' aktar minn nofs miljun fil-Pitkalija. Il-Ministru Joe Mizzi tkellem dwar is-suċċessi diversi tal-Ministeru tiegħu u kellu kliem ta' tifħir għall-ħaddiema. Innota kif il-ħaddiema kienu kruċjali għal dawn is-suċċessi. Fosthom biex fl-aħħar erba' snin saru proġetti li għal snin twal waqgħu lura fosthom il-Baċir Numru Wieħed, Triq Diċembru 13 u t-Terminal taċ-Ċirkewwa li llum huma lesti minn kollox. Tkellem ukoll fuq il-junction tal-Kappara, proġett ieħor li qabad ritmu tajjeb u għadd ta' bidliet oħra li qed iwaslu biex iċ-ċittadin jinqeda aħjar anke fit-trasport pubbliku.
1entailment
Jingħata sentenza ta' ħabs fuq iffalsifikar ta' passaporti
Libjan ta' 21 sena ammetta l-akkużi miġjuba kontrih meta ttella' l-Qorti mixli b'iffalsifikar ta' passaport. Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni spjegat li l-imputat ikkollabora mal-pulizija u saħansitra wassal għall-identifikar ta' aktar persuni li jiffalsifikaw dokumenti. Il-Qorti kkundannatu għal seba' xhur ħabs.
1entailment
"Il-qraba ta' dawk li mietu fehmu li l-istaff mediku għamel dak kollu li seta'"
Up to six people are feared dead after a small plane crashed in the US and engulfed two houses in flames. The multi-engine, propeller-driven plane struck the homes near Tweed New Haven Airport, in the town of East Haven, Connecticut, as it went in to land. National Transportation Safety Board investigator Robert Gretz said there were casualty reports of two or three people in the plane and two or three on the ground. He said authorities were at the scene looking for victims. Soon after the crash, officials had said at least three people were missing: the pilot and two children, aged one and 13, in one of the houses. Governor
0not_entailment
Xogħol fuq il-pont Ġużè Ellul Mercer fil-Kappara mill-ġimgħa d-dieħla
Minn nhar it-Tlieta 9 ta’ Settembru bejn id-9.30 a.m. u t-3.30 p.m. għal ġimgħa sħiħa, se tkun tista’ tintuża biss karreġjata waħda mit-triq fuq il-pont Ġużè Ellul Mercer fil-Kappara. Fi stqarrija, Transport Malta qalet li dan se jseħħ għax se jkunu għaddejjin xi xogħolijiet fuq il-pont. Qalet li uffiċjali tagħha se jkunu fuq il-post biex jgħinu ħalli t-traffiku ma jeħilx filwaqt li avżat lis-sewwieqa biex isuqu bil-galbu u jsegwu t-tabelli tas-sewqan.
1entailment
Nouri ta' Ajax jirkupra minn koma wara kważi 3 snin
L-eks plejer ta' Ajax Abdelhak Nouri, li lura f'Lulju tal-2017 kien waqa' f'nofs logħba, irnexxielu jirkupra minn koma wara kważi tliet snin. L-inċident kien seħħ waqt logħba ta' ħbiberija kontra Weder Bremen. Hu kien sarlu intervent fil-grawnd stess biex ireġġgħulu lura t-taħbita tal-qalb u wara ftit tal-ħin ittieħed lejn l-isptar. Minħabba l-inċident spiċċa biex affetwalu ħażin lil moħħu. Kellu jkun propju sentejn u disa' xhur wara li seħħ l-inċident li Nouri rnexxielu jirkupra. After 2 years, 8 months and 19 days, Abdelhak Nouri has woken from a coma. He can now eat and sit in a wheelchair. The Ajax midfielder collapsed in a match vs Werder Bremen on July 8th 2017. Such good news to hear 💪 pic.twitter.com/A3SnzqfFLI — talkSPORT (@talkSPORT) March 26, 2020 Ħuh Abderrahim waqt intervista qal li m'ilux wisq id-dar u b'hekk se jkunu jistgħu jieħdu ħsiebu mid-dar stess. Ħuh stqarr li għadu fraġli ħafna iżda hu konxju li jinsab id-dar ma' familtu.
1entailment
Liġi ġdida li tbiddel il-mod kif isiru l-adozzjonijiet u l-fostering
Il-Ministru Michael Farrugia qal li din il-liġi tagħti aktar protezzjoni u vuċi lit-tfal Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon ħabbar konsultazzjoni pubblika dwar żviluppi fil-liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal li fi fost oħrajn se tkun qed iġġib bidliet importanti, ewlenin fosthom fejn jidħlu l-adozzjonijiet u l-fostering. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-konsulent ewlieni fi ħdan il-Ministeru li ħadem fuq din il-liġi, l-Avukat Andy Ellul, spjega bidliet li se jidħlu fis-seħħ fil-mof kif isiru l-adozzjonijiet u l- fostering fost dawk it-tfal li jinsabu f’ out-of-home care Foster carers se jkollhom ukoll aċċess għall-atti u d-dokumenti kollha tal- Fostering Board u se jkunu jistgħu jiftħu kont tal-bank f’isem it-tifel jew tifla fostered Wara għaxar snin ta’ fostering , il- foster carers jistgħu jiftħu applikazzjoni biex jadottaw lil dak it-tifel jew tifla. Il-Care Orders u l-kustodja tat-tfal Kompla jispjega kif permezz ta’ din il-liġi, il- care orders u l-kustodja tat-tfal mhux se jibqgħu iktar responsabbiltà tal-Ministru, iżda se jkunu responsabbli għalihom il-kapijiet tar-residenzi li jgħixu fihom it-tfal, il- foster carers , u l-aġenzija. Minn hemmhekk jitħejja care plan adattat għat-tifel jew tifla kkonċernata, dejjem bid-diskrezzjoni tal-Qrati. Il-Qorti tkun tista’ toħroġ ordnijiet ta’ protezzjoni li jinkludu ordni ta’ emerġenza, ta’ kura, ta’ superviżjoni, ta’ trattament, jew ordni ta’ tneħħija. Ċentru terapewtiku għal tfal b'imġieba diffiċli Il-liġi se tkun tesiġi wkoll li jsir kuntratt soċjali  li jassigura li l-ġenituri jew dawk li qed jieħdu ħsieb il-kura tat-tfal jieħdu responsabbiltà  biex iwaqqfu kull forma ta’ abbuż fuq il-minuri. Il-liġi qed taspira wioll li għall-ewwel darba twaqqaf ċentru terapewtiku għal minuri b’imġieba diffiċli. Aktar protezzjoni lill-ħaddiema soċjali Intant, il-Ministru Michael Falzon stqarr li permezz ta’ dawn il-bidliet, din il-liġi se tagħti wkoll aktar protezzjoni lis- social workers li jkollhom kuntatt ma’ minuri li juru mġieba aggressiva. “Qed inħarsu lejn liġi li tagħti aktar vuċi lit-tfal, fejn il-minuri jkunu fiċ-ċentru tal-bidliet li se jkollna f’din il-liġi li ilha żmien twil tiġi kkonsultata, u issa viċin li tkun implimentata, qal il-Ministru. Kopja tal-liġi flimkien ma’ preżentazzjoni dwar il-punti saljenti tagħha tinstab fuq il- website tal-Ministeru: www.family.gov.mt Kull min għandu xi tip ta’ kumment jista’ jibgħat fuq
1entailment
George Vella jindirizza l-bżonnijiet urġenti tas-soċjetà fl-ewwel messaġġ tiegħu bħala President
Tħabbret il-mewt ta’ Helen Muscat, magħrufa għall-ħidma tagħha fil-qasam tal-kura u l-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider. Is-Sinjura Muscat li mietet fl-eta’ ta’ 57 sena ħadmet bħala professjonista fil-qasam tas-saħħa f’diversi karigi għolja kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-privat. Helen Muscat kienet waħda mill-fundaturi tal-Malta Hospice Movement, il-Breast Care Support Group u l-Action for Breast Cancer Foundation fejn kienet ic-Chairperson sa mill-bidu tat-twaqqif tagħha sal-lum.
0not_entailment
23,700 flixkun b’xorb alkoħoliku fost l-affarijiet għall-bejgħ mid-Dwana
Għal partita oħra, Fiorentina naqsu li jirbħu wara li kienu fil-vantaġġ, meta spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Torino, biex baqgħu fit-tmien post u l-bogħod minn post fl-Ewropa. Il-Viola marru fil-vantaġġ wara tmien minuti b’gowl ta’ Riccardo Saponara li skurja minn rebawnd wara li Hart kien salva parzjalment ix-xutt ta’ Borja Valero. Fiorentina rduppjaw fit-38 minuta b’daqqa ta’ ras tal-attakkant prolifiku tagħhom Nikola Kalinic. Torino setgħu skurjaw fit-62 minuta iżda fallew penalty permezz ta’ Andrea Belotti. Iżda l-istess plejer naqqas id-distakk tliet minuti wara b’daqqa ta’ ras, biex reġa’ kien Belotti li salva r-riżultat bit-tieni gowl fil-85 minuta.
0not_entailment
Jinġarru b'suċċess l-ewwel travi tal-proġett tal-Kappara
L-ewwel travi tal-ħadid imsejħa girders waslu fil-Kappara. Din kienet l-ewwel minn sensiela ta' operazzjonijiet diffiċli biex dawn l-istrutturi jaslu fil-Kappara. Operazzjoni diffiċli minħabba l-kobor u t-toqol tal-istrutturi. Bil-ħidma li saret ilbieraħ minn Transport Malta flimkien mal-Pulizija u l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili l-ġarr dawn l-istrutturi kien wieħed ta' suċċess. Dawn l-istrutturi se jkunu qed jinġarru sat-23 t'April bħala parti mill-proġett tal-Kappara. Il-ġimgħa li għaddiet irrapportajna li waslu sittax-il struttura tal-ħadid imsejħa girders. F'dawn l-aħħar xhur, kumpanija fi Spanja ħadmet it-travi tal-ħadid li ser ikunu parti mill-qiegħ tal-pont. Tmint itravi għal kull direzzjoni ser jitqiegħdu fuq il-kolonni tul il- flyover . L-itwal travu huwa twil mat-30 metru. Il-kumpanija Spanjola li ħadmet it-travi bgħatithom bil-baħar minn La Coruña fi Spanja għal Malta. Dawn it-travi tal-ħadid waslu fejn qabel kienet is-Ship Building u trejlers kbar se jġorruhom għall-Kappara. Il-kobor tagħhom hija sfida u għalhekk Transport Malta fasslet pjan ta' rotta li kien ipprovat qabel. F'dawn l-iljieli t-trejlers jitilqu mill-Marsa u jgħaddu minn Triq il-Labour, Triq Aldo Moro, mill-bypass tal-Marsa-Ħamrun, Triq Reġjonali u Triq Mikiel Anton Vassalli. It-trejler ser isuq fuq il-karreġġjata tal-lemin tat-triq għax huwa iktar faċli biex jimmanuvra b'dak il-kobor. It-triq ser tkun magħluqa f'partijiet biex is-sewwieqa jgħaddu minn toroq alternattivi bl-inqas inkonvenjent. Meta jaslu t-travi għall-proġett, it-trejlers ser iġorru minn travu sa tnejn kull lejl. Ħaddiema mill-kumpanija Spanjola li bniethom se jiwweldjaw it-travi fuq il-post mill-ewwel.
1entailment
Imut Gaetano Abela, wieħed mill-fundaturi tal-festivals Maltin tal-mużika
Tħabbret il-mewt ta’ Gaetano Abela, li serva għal xi snin bħala Chairman tal-Festival għall-Kanzunetta Maltija. Hu miet ilbieraħ fl-età ta’ 78 sena wara li fl-aħħar żmien bata minn marda kiefra. Hu kkordina diversi festivals mużikali lokali għal diversi snin mill-1971, partikolarment meta Malta pparteċipat għall-ewwel darba fil-Eurovision Song Festival. Reġa’ serva bħala Chairman fil-bord tal-Malta Song for Europe fl-aħħar tas-snin 90. Gaetano Abela, li kien negozjant, organizza wkoll il-festival għat-tfal Kanarin tad-Deheb, bir-rebbieħa kienu jipparteċipaw fil-festival Taljan Zecchino d’Oro.
1entailment
Bil-Filmat: Ma Kellhomx Flus Għal Tal-Linja U Qabżulu Fuq Is-Saqaf!!!
Żgħażagħ ta' nazzjonalità barranija jidhru jitilgħu fuq karozza tal-linja f'i sfida; dawk li jissejħu nuisance challenges. Huma telgħu fuq il- bus shelter fil-Furjana direzzjoni Ħamrun u kif il-karozza kienet se ssuq, qabżu għal fuq is-saqaf tagħha. Bl-isem ta' nuisance69 fuq tiktok, iż-żgħażagħ jidhru li jagħmlu dawn it-tip ta' sfidi spiss li anke jistgħu jkunu ta' periklu għalihom nfushom. Il-filmat qed jiġri fuq il-mezzi tal-midja soċjali. Ara hawn billi tikklikkja fuq il-link: Furjana
1entailment
George Vella | Mis-sħubija mal-UE u Arafat sal-kanuni fuq l-IVF
Mexxa konferenza storika Ewro-Mediterranja li laqqgħet l-Iżrael mal-Palestina, iffriża l-applikazzjoni ta’ Malta biex tidħol fl-UE, kien fetaħ l-attakk fuq studenti li żebilħu lil Alfred Sant u m’għandu ebda apoloġiji x’jagħti fuq il-pożizzjoni tiegħu kontra l-abort u favur il-ħajja. Il-President li jmiss... Il-President tar-Repubblika issa se jkun George Vella, eks Ministru, eks Viċi Prim Ministru u eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Vella mhuwiex ġdid fix-xena politika, anzi qabel it-tħabbira li se jsir President kif prattikament irtira mix-xena politika. F’dan l-artiklu din il-gazzetta tagħti ħarsa lura lejn il-mumenti l-aktar importanti għal Vella fil-politika, dak li qal, l-appelli li għamel matul is-snin kif ukoll l-istqarrijiet tiegħu matul dawn l-aħħar xhur dwar il-politika ta’ Gvern Laburista f’dak li jittratta l-IVF. 1997 – Konferenza Ewro-Mediterranja u ffriżar tas-sħubija mal-UE Fl-1996 Vella kien maħtur Ministru tal-Affarijiet Barranin mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Alfred Sant. F’din il-kariga huwa kien responsabbli għall-iffriżar tal-applikazzjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, hekk kif kien imwiegħed mill-Partit Laburista li tela’ bl-għajta; ‘Iċ-Ċittadin l-Ewwel’. Fis-sentejn li għamel fil-poter il-Malta Labour Party (MLP) Vella kien mexxa l-konferenza Ewro-Mediterranja li kienet storika l-aktar minħabba ritratt ta’ Yasser Arafat, il-mexxej Palestinjan jieħu b’idejn David Levy, ministru Iżraeljan. Il-konferenza saret f’April tal-2017 u għaliha attendew 15-il pajjiż, fosthom il-Marokk, it-Tuneżija, il-Palestina, Ċipru, ir-Renju Unit, il-Greċja u l-Eġittu. Vella u l-ittra tal-MLP lil Yasser Arafat Il-pożizzjoni ta’ Vella u l-Partit Laburista dwar Arafat kienet ċara. Fil-fatt f’ittra li Vella kien kiteb flimkien mal-avukat Joe Brincat (dak iż-żmien Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit) kien qal hekk dwar Arafat: “Aħna minn dejjem konna impressjonati bil-kuraġġ, saħħa u determinazzjoni li tikseb ir-rikonoxximent, stat, sigurtà u prosperità lin-nies. Il-Malta Labour Party dejjem emmen li l-Iżraeljani u l-Palestinjani għandhom jeżistu flimkien fil-paċi...” ‘Stupidi, injoranti, baxxi...’ George Vella xi ftit żbukkat ukoll u fl-elezzjoni tal-2008 kellu kliem iebes ħafna wara li l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant kien milqugħ b’diżapprovazzjoni qawwija fl-Università u bbuwjar kontinwu. Vella dakinhar kien sejjaħ dak li ġara bħala ‘faxxiżmu’ u għajjar lil dawk li kienu qegħdin jiddieħku lil Sant bħala nies li kienu qed jagħmlu l-mossi kollha ta’ nies stupidi, injoranti u baxxi... Naturalment dan ir-rekording ta’ Vella ntuża bosta drabi mill-midja tal-Partit Nazzjonalista biex ipinġi lil Vella bħala persuna li qed tipprova tħammeġ lill-istudenti. George Vella u l-Panama George Vella, skont rapporti mhux miċħudin fuq il-gazzetta Maltatoday, kien l-aktar Ministru voċiferu favur ir-riżenja ta’ Konrad Mizzi f’laqgħa tal-Kabinett wara li kien żvelat kif Mizzi flimkien ma’ Keith Schembri, kien fetaħ kumpanija l-Panama. Minkejja dan fil-Parlament fuq vot ta’ sfiduċja f’Mizzi mill-Oppożizzjoni Vella kien ivvota mal-Gvern. Hu kien aċċenna wkoll illi fuq Mizzi dubji ta’ aġir ħażin kien hemm u qatt ċertezza. “Allaħares kull min kellu dubji serji fuqu naqtgħuhielu għall-mewt ... ippruvaw li vera hemm il-korruzzjoni,” kien sostna Vella fil-Parlament. Favur il-ħajja u kontra l-bidliet fil-liġi tal-IVF George Vella jibqa’ fost l-aktar politiċi favur il-ħajja u kontra l-abort iżda jibqa’ wkoll wieħed mill-akbar kritiċi tal-Gvern Laburista fuq il-bidliet li ppropona fil-liġi tal-IVF. Huwa kien qal hekk: ‘L-abbozz il-ġdid tal-IVF huwa travestija kompleta tal-etika, moralità u dinjità umana, allegatament biex tneħħi d-diskriminazzjoni imposta min-natura nnifisha.” Vella kien qed jirreferi għall-fatt li raġel ma jistax ikollu t-tfal u allura, f’dan is-sens, mhuwiex ugwali mal-mara. Aktar tard, fuq Twitter ukoll, Vella kiteb jistaqsi: “Kellna naslu sa hawn u naqgħu daqshekk fil-baxx biex nilħqu l-wegħda utopika tal-ugwaljanza?” Punt ta’ referenza dwar il-Libja George Vella jibqa’ wieħed mill-aktar persuni voċiferi u li għandhom għarfien dwar il-Libja, kemm qabel u anke issa. F’Settembru 2014 f’Milan kien saħaq li jekk ma konniex se nagħtu l-attenzjoni meħtieġa b’mod urġenti kien hemm il-periklu li l-Libja ssir Iraq ieħor. Ma’ din il-gazzetta, Vella kien sostna li ma jistax jeskludi li l-Ġeneral Haftar kien wara hijack li kien sar fl-aħħar jiem tal-2016.
1entailment
"Il-liġi tad-divorzju trid tgħaddi minn riforma sħiħa ħalli kull każ jingħata l-attenzjoni li jeħtieġ"
Ġellieda taħt il-kmand tal-kmandant Libjan Khalifa Haftar kienu mdaħħla fi ġlied qalil madwar il-belt ta’ Derna. Dan hekk kif żewġ suldati nqatlu fi splużjoni ta’ karozza-bomba u ieħor inħataf minn checkpoint. Il-ġlied madwar Derna hu l-agħar li kien hemm minn mindu l-forzi ta’ Haftar bdew offensiva biex jieħdu l-kontroll tal-belt. Din il-belt hi mmexxija minn koalizzjoni ta’ militanti Iżlamiċi u ribelli veterani magħrufa bħala l-Kunsill Derna Mujahideen Shura. Il-forzi ta’ Haftar ilhom jippruvaw jsaħħu l-kontroll fuq il-Lvant tal-Libja minn mindu s-sena li għaddiet kienu ħadu l-kontroll ta’ Bengażi. Issa jidher li l-forzi ta’ Haftar dawru lil Derna u kull tant żmien jagħmlu attakki mill-ajru. Aktar kmieni dan ix-xahar Haftar qal li kien se jeħles il-belt. Sorsi qalu li l-ġlied hu wieħed aħrax u li ħalla madwar 20 persuna mejta. Il-karozza-bomba seħħet f’Ajdabiya filwaqt li s-suldat inħataf minn checkpoint madwar Bengażi. L-ISIS ħadu r-responsabbilta tal-attakk bil-bomba.
0not_entailment
“Shame on you” – il-Billboard il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista
Matul il-lejl li għadda, il-Partit Nazzjonalista tella’ billboard ġdid fl-isfond tal-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru. Permezz tal-billboard, il-Partit Nazzjonalista qed iwassal il-messaġġ “Shame on You” lill-Prim Ministru Joseph Muscat, lill-Ministru u Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, li huma t-trio involuti f’dan l-iskandlu. Dan hekk kif, minkejja l-fatti li ta’ kuljum qed joħorġu fil-pubbliku, it-tliet persuni involuti qed jibqgħu jiddefendu l-pożizzjoni ta’ xulxin. Fuq quddiemnett fil-każ hu l-Prim Ministru nnifsu, li hu finalment responsabbli mit-tmexxija tal-Gvern u tal-Partit Laburista. Ħafna opinjonisti u esponenti politiċi minn madwar il-pajjiż kollu qed jappellaw lil Muscat biex jieħu passi quddiem l-informazzjoni kollha li qed tiġi żvelata u jneħħi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri mill-karigi rispettivi tagħhom.
1entailment
Grupp ta' żgħażagħ minn Graffitti jidħlu ġo Kastilja jgħajjtu 'ħmieġ u imbruljuni'
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li hekk kif ix-xogħol fi Pjazza San Franġisk wasal fi tmiemu, fi ftit żmien ieħor se jibda l-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita f'Ta' Sannat. Il-Ministru Clint Camilleri qal li dan il-proġett tal-Pjazza ta' Sannat, li fiha madwar 4,000 metru kwadru, ser ikun jikkonsisti f'pavimentar ġdid u fl-introduzzjoni ta' storm water culverts, fi bdil tas-servizzi tal-ilma, tad-dawl u tad-drenaġġ. Spjega li, b'dan il-proġett il-Ministeru ser ikun qed ikompli jinvesti f'infrastruttura ġdida u moderna sabiex din il-pjazza toffri spazji miftuħa għan-nies tal-lokal u lit-turisti li jżuruha. Żied jgħid li f'din il-pjazza ser jiżdiedu ż-żoni pedonali sabiex ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku. Is-Sindku ta' Sannat Philip Vella qal li bħala kunsill ilhom jikkonsultaw mar-residenti u mal-istakeholder dwar dan il-proġett biex waslu għal dak li jaħsbu li hu l-aħjar għas-Sannatin. Il-pavimentar fi Pjazza Santa Margerita se jkun jikkonsisti fi travertine aħmar (bankina ta' madwar iz-zuntier) travertine nocce (bankina ta' fejn joqogħdu r-residenti), porfido redish/blue grey and green u lava slabs. Se jsiru wkoll dwal ġodda li jinkludu Triq Sannat u salib it-toroq fi Triq Sannat u fil-pjazza.
0not_entailment
Filmat: "Kulħadd kiel u xeba'"
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-kantanta Debbie Scerri. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-evanġelj skont San Mattew. Ġesù sejjaħ lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom tlitt ijiem miegħi u ma għandhom xejn x'jieklu. Ma rridx inħallihom imorru sajmin, li ma jmurx iħosshom ħażin fit-triq". Qalulu d-dixxipli: "F'deżert bħal dan minn fejn se nġibu ħobż biżżejjed biex inxebbgħu kotra hekk kbira?". Ġesù staqsiehom: "Xi kemm għandkom ħobż?". Qalulu: "Sebgħa, u xi ftit ħut żgħir". Imbagħad qal lin-nies kollha jinxteħtu bilqiegħda fl-art, ħa s-seba' ħobżiet u l-ħut, radd il-ħajr, qasamhom u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newluhom lin-nies. U kulħadd kiel u xaba. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
1entailment
Ippremjat id-disinn tal-lift tal-Barrakka
Sa mill-inawgurazzjoni tal-lift tal-Barakka ta’ fuq, sena u disa’ xhur ilu, iż-żewġ kabini li fih, għabbew aktar minn miljun ruħ. Il-lift, għoli kważi 60 metru sar b’investiment ta’ €2.5 miljun u kapaċi jġorr mat-800 persuna fis-siegħa. Inqas minn sentejn minn meta ġie inawgurat, il-lift tal-Barakka ta’ fuq qed iservi l-iskop orġinali għaliex qed iservi ta’ ħolqa importanti ħafna bejn in-naħa t’isfel tal-port il-kbir u ċ-ċentru tal-belt Valletta. Dan ġie rikonoxxut minn esperti internazzjonali tal-arkitettura li dan l-aħħar ppremjaw id-disinn tal-lift f’kompetizzjoni internazzjonali li saret f’Singapore. Permezz ta’ dan il-lift, kumpanija lokali tal-periti li ddisinjatu, rebħet premju prestiġjuż f’kompetizzjoni internazzjonali tal-arkitettura, il-World Architecture Festival li sar f’Singapore. Il-kumpanija rebħet il-kategorija tat-trasport fejn kellha kompetizzjoni minn ħafna proġetti internazzjonali fsothom Sydney Cruise Liner Terminal u Singapore Cruise Terminal. Bejn Ġunju u Novembru li ġej il-lift se jkun fost ix-xogħlijiet esebiti f’wirja tal-arkitettura fil-Biennale ta’ Venezja. Din se tkun l-ewwel darba wara nuqqas ta’ kważi 22 sena li periti Maltin ġew mistiedna biex jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom f’Venezja . Fid-dawl li fl-aħħar jiem tnieda l-proċess għall-masterplan biex il-Belt Valletta tingħata dehra aħjar, il-Perit Buhagiar qal li hu importanti li dan joffri flessibiltà biex il-Belt Valletta tkompli taqdi l-ħtiġijiet ta’ kulħadd. Kuntrarju għall-impressjoni ġenerali li l-Belt Valletta hija Belt Barokka, il-Perit Buhagiar jargumenta li din ma tirriflettix il-verità kollha għax fiha stili differenti ta’ arkittetura… minn barokk, rinaximentali, tas-seklu 19 sa bini kontemporanju.
1entailment
Liam Galea jimmira li jkollu karriera professjonali fil-waterpolo
Żagħżugħ b’ambizzjonijiet kbar għall-futur u potenzjalment jista’ jkun wieħed mill-plejers li jgħin biex Sliema jirritornaw bħala forza fil-waterpolo lokali. Dan mhu ħadd ħlief Liam Galea, li speċjalment f’dan l-istaġun fl-età ta’ 17-il sena, qed jiddistingwi ruħu bħala plejer regolari fit-tim Slimiż taħt it-tmexxija ta’ Sergio Afric. Liam Galea beda jilgħab il-waterpolo ma’ Marsaskala qabel ingħaqad ma’ Exiles, fejn hemm kompla jtejjeb il-kwalitajiet tiegħu. Ma’ dan il-klabb hu għamel id-debutt fil-Kampjonat tas-Sajf, fid-29 ta’ Awwissu tal-2015 fil-play-off kontra Marsaskala u inċidentalment f’din il-logħba, Galea sab ix-xibka. Fl-2016, Galea ngħaqad ma’ Sliema u fl-istaġun ta’ wara kien parti mill-iskwadra Slimiża. Galea lagħab ma’ Ta’ Xbiex fl-Enemed Cup u l-Kampjonat tax-Xitwa tas-sena l-oħra. Hu lagħab ukoll fl-Ewwel Diviżjoni fil-Kampjonat tas-Sajf ma’ Ta’ Xbiex fejn skorja 14-il gowl, f’esperjenza li żgur għenitu biex lagħab b’mod regolari u kontra plejers akbar minnu. F’dan l-istaġun tas-sajf, Galea skorja darbtejn ma’ Sliema kontra Marsaskala u Sirens. Liam Galea beda jilgħab il-waterpolo ta’ 12-il sena u spjegali kif beda l-waterpolo. “Missieri qalli tridx tipprova tibda waterpolo għax hu kien jilgħab ukoll u tħajjart u bdejt. Kont nilgħab il-futbol ukoll u kelli nagħżel bejn il-waterpolo u l-futbol. Ħassejtni li navvanza aktar waterpolo, allura għażilt il-waterpolo.” Liam, hu iben William Galea, eks plejer li lagħab fis-snin 90 ma’ diversi klabbs fosthom Marsaskala, Marsaxlokk, Ta’ Xbiex, Birżebbuġa u Valletta. “Missieri jgħini ħafna anki wara kull logħba jgħidli fejn nagħmel ħażin u fejn nimpruvja u ehe taffettwa ħafna għax anki l-mentalità li ġab miegħu fuqi qisha għenitni ħafna biex inkompli nilgħab.” Sliema jinsabu f’perjodu ta’ tranżizzjoni u l-pjan imħejji mill-kowċ Sergio Afric u d-Direttur Tekniku John Soler flimkien mal-kumitat Slimiż, hu li jsir pjan fit-tul biex Sliema jirritornaw għas-suċċess b’mod konsistenti. Għal dan il-fatt, hemm ħames plejers żgħażagħ li huma parti integrali mit-tim, u Liam Galea hu fost l-aktar minnhom li qed ikun utilizzat. Il-kowċ Sergio Afric tkellem dwar il-progress ta’ Sliema f’dan l-istaġun. “Qed nikbru pass wara pass u fil-qrib ħafna se jkunu huma l-bażi tal-iskwadra ta’ Sliema għall-futur. Għandna skwadra żagħżugħa ħafna, għandna fl-ewwel skwadra ħames plejers taħt l-20 sena li hi ħaġa importanti ħafna u qed insegwu tajjeb ħafna b’attenzjoni għaliex fi żmien sena sentejn se jkunu l-plejers importanti ta’ Sliema.” Il-captain ta’ Sliema Mark Meli, ilu fit-tim madwar 15-il sena u jiftakar il-mumenti tas-suċċessi fil-klabb, kif ukoll l-aħħar snin li fihom Sliema ma kinux kompetittivi biżżejjed. Staqsejt lil Meli, kif jaħsibha dwar Liam Galea. “Liam kwiet ħafna, mistħi imma imbagħad jekk tmur tkellmu, jisimgħek u li tgħidlu jipprova jimplimentah, mhux ħa jagħmel ta’ rasu u vera napprezza li tarah li vera jisma’. Liam għandu karattru tajjeb ħafna għal waterpolo, biex ikun ma’ tim ukoll, ma jaqlax problemi, he’s a good guy.” Fix-xitwa li għaddiet, Galea kellu esperjenza fi Spanja ma’ Poble Nou u mat-tim ta’ taħt it-18-il sena ta’ San Feliu. Hemm hekk kellu l-opportunità li jitħarreġ aktar b’mod professjonali u r-riżultat tat-titjib tiegħu beda jidher minn April meta lagħab xi logħbiet ma’ Sliema fil-Kampjonat tax-Xitwa. Liam Galea jitkellem dwar kemm għenitu din l-esperjenza. “L-esperjenza tiegħi ta’ barra kienet ferm mill-isbaħ u għenitni ħafna. Hemm hekk kont lagħbt mal-U18 konna lagħbna kontra top clubs fid-dinja bħal Barceloneta, Barcelona, Sabadel kif ukoll lagħbt mal-kbar fejn erbaħt il-First Catalan Division. Għaż-żgħażagħ bħali hu importanti biex immorru għax jekk nibqgħu sejrin hekk nilħqu dak iċ-ċertu livell li barra minn Malta ma kellniex.” Kowċ bħal Sergio Afric u l-plejer Mark Meli li għandhom esperjenza kbira fil-waterpolo lokali, tkellmu miegħi dwar il-kwalitajiet li jaraw f’Liam Galea u fejn għad irid jitjieb. Mark Meli qal li jara lil Liam li jista’ jilgħab fid-difiża u anki fl-attakk. Hu kompla li jrid itejjeb ftit l-għawm iżda żied li għadu żgħir u għalhekk aktar ma jilgħab mal-ewwel tim aktar jitjieb. “Għandu fejn jitjieb imma dejjem jaħdem, dejjem tarah jitħarreġ, dejjem tarah jipprova jkun aħjar allura biżżejjed u li tara plejer dejjem irid, ikun aħjar,” żied Meli. Sergio Afric qal li Liam Galea għandu xutt tajjeb, hu twil u għandu idu twila, għandu futur sabiħ quddiemu. Irid ikompli jitħarreġ anki għaliex is-sena d-dieħla hi importanti ħafna għalih. Irid jissaħħaħ fiżikament għaliex għadu mhux b’saħħtu ħafna u jrid itejjeb l-għawm. F’ċertu pożizzjonijiet jista’ jilgħab fejn plejers aktar qosra ma jistgħux, speċjalment fid-difiża u jimmarka s-centre.” Kull żagħżugħ ikollu fejn għad irid jitjieb. Liam Galea jħoss li jrid isir aktar bħala plejer komplut kif ukoll jitjieb fiżikament. Mistoqsi l-pożizzjoni favorita tiegħu, Galea li għadu żgħir u jaħsibha li aħjar jilgħab fejn jilagħbu l-kowċ biex jidra iżda jippreferi jilgħab fuq barra. Liam Galea qed jimmira li jiggradwa mill-Università ta’ Malta fuq Business u IT iżda fl-istess waqt mhux se jinsa l-ħolma tiegħu li javvanza fil-waterpolo. “Il-ħolma tiegħi ovvjament hija li l-waterpolo qisu nieħdu bħala xogħol professjonali tiegħi u nilgħab barra tipo full-time u anki ma’ Malta nġibu unuri kbar u nikkompetu mat-timijiet l-oħra kbar barranin. Liam Galea, plejer li lagħab mat-timijiet nazzjonali ta’ taħt il-15, is-17 u d-19-il sena, plejer li jekk ikompli juri dan it-titjib, ikun qed iħabbat il-bibien tat-tim nazzjonali mmexxi minn Karl Izzo. Żagħżugħ b’ambizzjoni li jikber b’mod akkademiku kif ukoll fil-waterpolo u l-partitarji Slimiżi jittamaw li jkun parti mill-futur ta’ Sliema, kif wara kollox jaħsibha l-captain Mark Meli. “Nispera li jkunu l-futur ta’ Sliema hekk nieħu gost nara dawn iż-żgħar jieħdu over kompletament u jġibu l-unuri lejn tas-Sliema. That would be the best case scenario li Liam jieħu over u jkun plejer kbir mas-Sliema hopefully u ovvjament man-nazzjonal dejjem u imma s-Sliema l-ewwel.” Din l-intervista hi bbażata fuq is-servizz Stilel tal-Futur li jixxandar waqt il-programm Man Up+ fuq Net Television. Il-programm sħiħ tistgħu ssegwuh fuq Net on Demand https://netondemand.mt/play/3190
1entailment
Burger King Jibda Kampanja Fejn Jibgħat Lin-Nies Għand Ir-Rivali Tagħhom Il-McDonalds
L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola u David Casa qalu li hija sitwazzjoni tal-biki li l-Prim Ministru Robert Abela dejjem jara f'min ħa jwaħħal u donnu dejjem ifarfar mir-responsabbiltà. Dan qaluh b'rabta mal-kummenti tal-Prim Ministru għall-mistoqsija ta' Newsbook.com.mt ilbieraħ wara l-konferenza tal-baġit. Hu ġie mistoqsi fuq ir-reazzjoni tiegħu għall-fatt li l-Unjoni Ewropea se tieħu azzjoni kontra Malta u Ċipru minħabba l-bejgħ tal-passaporti. Dan tħabbar mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maroš Šefčovičmeta f'konferenza tal-aħbarijiet hu u jagħti d-dettalji ta' dak li ġie deċiż mill-kulleġġ tal-Kummissarji mmexxi mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. Il-PM qal li dan seħħ minħabba l-kummenti li jgħaddu Metsola u Casa fl-UE biex iħammġu isem Malta. Għall-kuntrarju, saħaq Abela, il-Gvern Malti se jiddefendi lil Malta. Hu ddefenda l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti u qal li li kieku ma kienx għal dak il-programm, x'aktarx ma kienx ikun possibbli jiġi preżentat baġit daqshekk kbir, li hu sejjaħlu l-aqwa wieħed f'Malta s'issa. Minkejja dan, il-Gvern qed iħejji programm ieħor li jmur lil hinn minn dak li diġà kien hemm. Qal ukoll li l-kwistjoni ta' Malta hija differenti minn ta' Ċipru. Casa kkummenta fuq din ir-reazzjoni tal-Prim Ministru u qal li kienet tkun, "Tad-daħq kieku mhux tal-biki. Agħmel xogħlok, Prim Ministru," appellalu l-MEP. Wara li lbieraħ il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li ser tieħu passi kontra l-Gvern Malti minħabba skandlu wieħed wara… Posted by David Casa on Tuesday, October 20, 2020 Min-naħa tagħha, l-MEP Metsola qalet li ma tafx x'inhu l-aktar inkwetanti, kemm jaħseb li għandha poter hi l-Prim Ministru jew li m'għandux idea kif imorru dawn l-affarijiet. #Malta 's PM has addressed his troops to claim PN MEPs are responsible for an infringement process against his sale of passports 🤦‍♀️. I'm not sure what is more worrying, that he believes I am all powerful or that he truly has no idea how these things work. Totally out of his depth. — Roberta Metsola MEP (@RobertaMetsola) October 20, 2020 Id-dettalji Filmat: L-UE se tieħu azzjoni kontra Malta minħabba l-bejgħ tal-passaporti
0not_entailment
“Il-vjolenza fid-dar hija epidemija siekta li qed therri l-għaqda fil-familja u tifrex aktar vjolenza fis-soċjetà.” – Mons. Mario Grech
Raġel Franċiż, ta' madwar 30 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ sab ruħu f'diffikulta u waqa' madwar 4 metri, waqt li kien qed jagħmel ab seiling fix-Xlendi . Kien ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u kwart, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fil-limiti tal-Grotta, ix-Xlendi, Għawdex. Membri mill-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Forzi Armati ta' Malta ġew jassistu sabiex ir-raġel jittella min fejn kien. Il-vittma ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.
0not_entailment
“Fl-aħħar hawn Gvern u Prim Ministru li qed jieħdu d-deċiżjonijiet”
Imtella' Ġunju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Ġunju, 2020 7:40pm Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitqassmu l-vouchers tal-mitt ewro li jistgħu jissarfu f'ħamsa u għoxrin elf negozju f'Malta u Għawdex. Il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri qal li sa tmiem din il-ġimgħa, in-negozji li jistgħu jissarrfu dawn il-vouchers se jirċievu ittra b'kodiċi apposta biex jattivaw applikazzjoni fuq il-mobile biex biha jaċċettaw ħlas bil-vouchers u awtomatikament l-ammont dovut jiġi ddepożitat fil-kont bankarju tagħhom, dakinhar stess. Mal-ħamsa u għoxrin elf negozju ser ikunu jistgħu jsarfu l-vouchers ta' mitt ewro li ser jintbagħtu mill-gvern lir-residenti f'Malta u Għawdex biex tingħata spinta lill-attività ekonomika. Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar id-dettalji ta' kif ser taħdem is-sistema tal-vouchers bi proċedura sikura li tiġġarantixi l-validità ta' kull voucher li jista' jissarraf darba biss u meta jissarraf il-flus jiġu trasferiti awtomatikament dak in-nhar stess fil-kont bankarju tal-istabbiliment. Il-vouchers jistgħu jissarrfu sa tmiem Settembru f'lukandi u ristoranti u fi stabilimenti kummerċjali varji li kienu ngħalqu mal-awtoritajiet tas-saħħa bħala partijiet mir-restrizzjonijiet li kienu saru biex il-coronavirus ma jinfirix. Il-Konsulent tal-Ministeru Keith Abela qal li kull negozju se jsibha faċli li jirreġistra ruħu f'din is-sistema sempliċi b'applikazzjoni fuq il-mobile. "Se jkunu jistgħu jużaw smarthphone, meta jiġi klijent permezz tal-app jiskennjaw il-QR code, kopja tal-vat receipt u jirċievu l-fondi direttament fil-kont." Is-Sur Abela kompla jgħid li l-vouchers għall-pubbliku se jitqassmu bil-posta reġistrata u jistgħu jiġu trasferiti minn persuna għall-oħra. Il-Kap Eżekuttiv tal-Mimcol Stanley Mifsud spjega li kull persuna se tirċievi ħames vouchers ta' għoxrin ewro 'l wieħed, erba' li jkunu ta' lewn aħmar biex jintużaw fil-lukandi u ristoranti, u wieħed blu li jista' jintuża fil-ħwienet l-oħra.
0not_entailment
Wara nofs siegħa kkonfermaw l-aħbar esklussiva ta' one.com.mt
– Ivan Bartolo, PN L-NGO’s għandhom posthom f’ħajjet tant bnedmin; mhux tant minħabba esperjenzi f’mumenti partikolari taż-żmien, iżda hemm esperjenzi partikolari fil-ħajja tal-bnedmin li minnu kibru, li minnu ħassewhom sħaħ. Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-NGO’s jafu l-validità tagħhom, mhux sempliċiment miċ-ċirkostanzi ta’ qawmien fi żminijiet u postijiet differenti, iżda mir-rwol tagħhom mifhum mill-aspett tal-ħajja. Kemm naf bnedmin li ma kellhom l-ebda skop fil-ħajja, u sabuh f’ tant NGO’s. Kull NGO tiġġustifika l-eżistenza tagħha. Għalhekk kull NGO hija differenti minn oħra. Ma tistax tħallat l-NGOs flimkien. Il-messaġġ qasir tiegħi huwa wieħed – irridu nsostnu l-għaqdiet. Filwaqt li nitolbu t-trasparenza totali fil-ħidma tagħhom għandna nagħmlu distinzjoni ċara bejn NGO żgħira li ma ddaħħalx flus jew iddaħħal xi ftit aktar minn oħrajn. Dawn l-emendi tal-Liġi tal-Għaqdiet Volontarji bdew minn qabel l-2013. Kien hemm pjan u diskussjoni fit-tul. Irridu niddistingwu dak li hu essenzjali minn dak li hu arbitrarju, biex kull NGO, tissaffa mill-kunċetti żbaljati, minn kunċetti abbużivi, minn kunċetti esaġerati pero flok ninqdew bihom, jew nikkundannawhom, ngħinuhom jaslu jagħmlu l-aħjar użu minn dan il-mezz tant effettiv u riżultati pożittivi li qed iħallu fis-soċjeta’ tagħna. Kemm huwa importanti li nsostnuhom. Hemm differenza kbira, minn meta tikber fil-livell akkademiku imma tikber ferm aktar għal livell umanitarju, meta inti tmiss ma’ NGO jew grupp iċċentrat wara skop. Ħafna mill-kultura fl-irħula tagħna, fit-totalità tagħha, tirnexxi għax din il-kultura, din l-attività hija mdawwra minn preżenza fit-totalità tagħha, fuq livell uman u lokali. Ivan Bartolo qal li l-NGO’s huma fattur determinanti fit-twaqqif ta’ soċjetà aħjar. Fejn hemm l-abbuż, il-membri jindunaw u jwarrbu awtomatikament. L-NGO’s u gruppi b’għan speċifiku u b’ għan tajjeb, dejjem ifittxu forma ta’ espressjoni u,għandhom storja twila u ta’ suċċess. Fuq livell umanitarju ħafna gruppi kienu ta’ għajnuna biex bnedmin jesperjenzaw il-ferħ, biex bnedmin itaffu n-niket, biex tikber it-tama f’ tant bnedmin, biex jiġu evitati tant biżgħat. Kemm bnedmin bis-saħħa ta’ tant gruppi ibbenefikaw minn tant bżonnijiet, kemm xewqat inqatgħu, kemm intlaħqu aspirazzjonijiet u kemm ġew megħjuna biex jevitaw ċertu aspirazzjonijiet. Żgur li uħud minn dawn il-gruppi, ma jibqgħux iħossuhom apprezzati u fdati, meta jaraw din il-liġi twila u f’ xi waqtiet ikkumplikata, mill-viċin. Tajjeb li l-membri intiżi fit-tibdiliet jaraw il-valur intrinsiku, ta’ kull grupp differenti. L-Iscouts huma differenti minn fondazzjoni li minnha għandhom surplus u bilanċ ta’ €700,000. Il-biċċa l-kbira ta’ l-NGO’s jitqiesu bħala mezz vitali għal formazzjoni sħiħa u awtentika tas-soċjetà ċivili. Aktar milli nqisuhom bħala abbużivi, jew ta’ tfixkil, jew liġi li tista’ tpinġi lil dawn l-NGO’s bħala theddida; bħal dawk il-ħallelin li daħħlu mit-tieqa żgħira u jirnexxilhom jsirquli l-mejda li niekol fuqha. Flok nibżgħu mill-perikli tagħhom, ejjew niffukaw aktar kif nistgħu ngħinuhom ikattru l-ġid. Ejjew nibbilanċjaw bis-serjetà, l-awtorità ċentralizzata żżejjed; burokrazija eċċessiva u kontroll riġidu, kważi ġerarkiku. Meta xi bnedmin midħla f’ dawn l-NGO’s u jaraw għalfejn din l-għaġġla kollha nitħasseb xi ftit sew. Ivan Bartolo sostna li psikoloġikament hija tat-tkissir u trawma li xi ħadd jaħseb ħażin fija. Bħal qisu f’Malta daħħalna l-idea li kulħadd korrott, kulħadd ħażin. Dan ikkonfermah ukoll il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta ammetta li kull fejn imur barra minn Malta qed jiġi mistoqsi dwar il-korruzzjoni u s-saltna tad-dritt f’pajjiżna, anke saħansitra meta kien f’taxi fl-Amerika t’Isfel. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-appell dwar din il-liġ, hu sabiex nadottaw attitudni aktar minn smpliċiment tolleranti: atitudni ta’ nkoraġġiment, atittudni ta’ appoġġ u anki ta’ inizzjattivi li jkomplu jikbru u jimirħu. Il-membri ntiżi fit-tibdiliet, jeħtieġ li jħossuhom aktar ta’ spettaturi, milli parteċipanti. Il-parteċipanti għandhom ikunu dawk involuti f’dawn l-NGOs. Sfortunatament, għandna ħabta li ftit li xejn issir komunikazzjoni personali mal-protagonista. Ejjew insibu triqat u mezzi, biex inħallu frott li jibqa’ u biex l-għan aħħar jkompli jintlaħaq. Dan nagħmluh bil-għaqal u għax inħossu l-ħtieġa u mhux biex inbiddlu liġi jrid ikun hemm l-Ewropa li ssus warajna bħalma ġara fil-liġi tas-Saħħa u s-Sigurtà u tan-nuclear pollution. Mill-NGO’ s ħarġu mexxejja, ħarġu role models f’ pajjiżna, ħarġu ħafna familji tajbin u b’ valuri u prinċipji, illi li kieku ma ngħożżuhomx insiru pajjiż ġungla. Li niskopru, l-ostakli li jistgħu jimblukkawna, hija xi ħaġa tajba; għax huwa l-mument li naħdmu fuqhom għax jista’ jkun li jħallu effett negattiv u drammatiku fil-ħajja Maltija. Il-membri ntiżi fit-tibdiliet jeħtieġ li jagħmlu evalwazzjoni ta’ x’wettqu dawn l-NGOs fil-passat tagħhom. Dan biss, joħroġ ġudizzju ċar, kif ukoll l-abbużi possibbli, iswed fuq l-abjad. Inkunu realistiċi u nammettu b’onestà li mhux sew naqtgħu sentenza tal-mewt, fuq grupp, minħabba irresponsabilità ta’ xi ndividwi. Ejjew nħarsu lejn l-istorja ta’ bosta NGOs bħala opportunita eċċellenti, barka u teżor fis-soċjetà. Hu sostna li mhux sew li ninqdew biż-żgħir, jew b’ min qed jipprova jagħmel il-ġid u ma napprezzawx il-valur kbir li ħallew tul is-snin u għaż-żmien li ġej. Kull NGO hija realta dinamika, mhix statika u għax hi organika, trid tevolvi maż-żmien. Hu għadda messaġġ lil kull min b’ xi mod huwa nvolut f’ dawn il-gruppi u għaqdiet filantropiċi:“Xi drabi, bħal fil-ħajja tagħna, jiġu mumenti; li biex nitwieldu, nikbru, niżviluppaw u nimmaturaw irridu ngħaddu minn taħbit u tensjoni u diffikultajiet. Nittama, li din il-liġi tkompli ttejjeb, fuq it-tajjeb li ġa kien hemm, meta bdiet il-liġi tal-volontarjat, biex tkomplu tagħmlu l-ġid u tibqgħu effikaċi u twasslu s-sewwa magħruf.”
0not_entailment
Simon Busuttil sworn in as Opposition leader. First speech in Parliament in new role
Iż-żewġ persuni li weġġgħu lir-raġel għadhom mhux magħrufa Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li safa aggredit minn żewġt irġiel mhux magħrufa. Il-Pulizija rċeviet rapport il-lejl li għadda għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu fi Triq il-Knisja f’Raħal Ġdid. Minkejja li r-rapport daħal fis-siegħa, jirriżulta li l-każ seħħ fid-disgħa u nofs ta’ filgħaxija, ġewwa grawnd tal-futbol. Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li r-raġel kien fil-vettura tiegħu meta għal xi raġuni ġie avviċinat minn żewġt irġiel li allegatament aggredewh. Il-vittma mar waħdu fiċ-ċentru tas-saħħa, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.
0not_entailment
Jieqaf jaħdem impjant tad-drenaġġ minħabba rimi illegali ta' demel u ħmieġ tal-annimali
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità Mario Galea waqt l-inawgurazzjoni ta' dan iċ-ċentru qal li qed tinfetaħ paġna oħra fl-istorja tar-Residenza San Vinċenz de Paul permezz tal-ftuħ tal-Community Traning and Learning Centre. Dan il-proġett seħħ flimkien mal-Malta Communications Authority. Dan iċ-ċentru huwa mgħammar bl-aħħar teknoloġija biex jaqdi l-ħtiġijiet tar-residenti u l-ħaddiema. Mario Galea ħeġġeġ lill-anzjani biex jidħlu għall-isfida u ma jibżgħux mit-teknoloġija. Żied li llum li ma tkunx familjari mat-teknologija qed jitqies bħala illiteriżmu ġdid. Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea faħħar lil dawk l-anzjani li llum daħlu għall-isfida u qed iħaddmu t-teknoloġija. Mario Galea semma li hemm bosta benefiċċji għall-anzjani li jħaddmu t-teknologija. Fost l-oħrajn hu semma l-inklużjoni soċjali, u t-tegħlib tal-iżolament li jaffettwa lill-anzjani. Huwa spjega li t-teknoloġija tgħin lill-anzjani biex jgħixu aħjar u jgawdu l-ħin ħieles. Mario Galea temm jgħid li l-kompjuters joffru opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja anke fit-tielet età.
0not_entailment
Fjamingu jgħum man-nies fl-Għadira
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 6:01pm Il-bajja tal-Għadira, fil-Mellieħa, illum kellha żjara mhux tas-soltu. Għawwiema li llum kienu qed jiffriskaw fil-baħar ġew wiċċ imbwiċċ ma' fjamingu, li x'aktarx niżel ukoll biex jiffriska ftit. Il-fjamingu ma deherx li ddejjaq bil-preżenza tan-nies, u qagħad jgħum għall-affari tiegħu. Sadanittant, xi persuni li kkummentaw fil-paġna fejn ittellgħu r-ritratti qalu li dawn kienu ttieħdu minn kaċċatur biex jirribattu kummenti ta' xi wħud kontra l-kaċċaturi.
1entailment
Leicester jirbħu fl-ewwel logħba mingħajr Ranieri
Leicester kisbu l-ewwel rebħa tas-sena 2017 meta b’wirja mill-aqwa għelbu lil Liverpool 3-1, f’dik li kienet l-ewwel logħba mingħajr il-kowċ Claudio Ranieri li tneħħa mill-kariga l-ġimgħa l-oħra. B’din ir-rebħa, iċ-Champions inqalgħu miż-żona l-ħamra u telgħu fil-15-il post, bit-tim fil-ġurnata jkun taħt it-tmexxija ta’ Craig Shakespeare. Il-Foxes marru fil-vantaġġ fit-28 minuta meta kien Jamie Vardy li avvanza, daħal fil-kaxxa u b’xutt minn pożizzjoni ftit angolata għeleb lil Simon Mignolet. Huma rduppjaw fl-40 minuta bi ġmiel ta’ gowl minn Danny Drinkwater li għeleb lil Mignolet b’xutt mill-ewwel minn barra l-kaxxa. L-iskor kompla jikber mas-siegħa logħob, meta reġa’ kien Jamie Vardy li b’daqqa ta’ ras għar-rokna skurja t-tielet għal Leicester. Liverpool skurjaw il-gowl tal-bandiera fit-68 minuta permezz ta’ Coutinho iżda ma rnexxielhomx jidħlu aktar fil-partita biex isalvaw xi ħaġa mil-logħba.
1entailment
Għawdex Ikklassifikat Mal-aqwa 100 Destinazzjoni Sostenibbli Turistika Fid-Dinja
Ħaddiema mid-Diviżjoni għall-Manutenzjoni u t-Tindif bħalissa għaddejjin b'xogħlijiet ta' manutenzjoni fil-Qasam tad-Djar ta' Ħal Mula, Ħaż-Żebbuġ. Ix-xogħol li qiegħed isir f'din iż-żona jikkonsisti minn irranġar ta' passaġġi, irranġar, tikħil u tibjid ta' ħitan, kif ukoll irranġar ta' kurduni tal-bankini, flimkien ma' tindif tal-partijiet pubbliċi għall-benefiċċju tar-residenti. Il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li d-Diviżjoni għall-Manutenzjoni u t-Tindif kienet waħda mill-aktar entitajiet li tul din is-sena baqgħet qrib kull komunità. Hi saħqet, "Ix-xogħol fil-Qasam tad-Djar f'Ħaż-Żebbuġ kien ilu mistenni għal bosta snin, u dan se jkun proġett tanġibbli fil-komunità u fost il-familji li joqgħodu f'din iż-żona," sostniet il-Ministru Farrugia Portelli. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista enfasizza li din id-diviżjoni qed tgħin diversi għaqdiet sportivi, kif ukoll qed tagħmel xogħol estensiv f'binjiet governattivi. Dan kollu qed isir flimkien max-xogħol ta' rutina li jsir ta' kuljum minn din id-diviżjoni. Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda billi rringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' din id-diviżjoni għad-dedikazzjoni tagħhom biex dan l-investiment ta' €35,000 seta' jsir possibbli. "Kommessi li nagħtu l-aħjar prodott sabiex kulħadd jgħix kif jixraq fl-aħjar livelli ta' ndafa u manutenzjoni. Hekk jixraq lill-komunitajiet, għaqdiet sportivi u NGOs li qed isibu kull appoġġ fit-talbiet tagħhom." Stqarr id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Manutenzjoni u t-Tindif Ramon Deguara. Bħalissa għaddej xogħol f'diversi lokalitajiet, filwaqt li qegħdin ikunu mgħejjuna diversi għaqdiet sportivi, kif ukoll f'diversi binjiet governattivi. Jikkumplimenta dawn ix-xogħolijiet hemm il-manifattura ta' bankijiet kif ukoll provvediment ta' kontenituri tal-iskart li fihom qed isir investiment qawwi.
0not_entailment
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA japprova t-tielet kompetizzjoni Ewropea mill-2021
Mis-sena 2021 il-kompetizzjonijiet Ewropej se jerġgħu jkunu tlieta hekk kif tħabbar li se jkun hemm kompetizzjoni oħra li għalissa qed tissemma UEFA Europa League 2. Il-logħbiet tal-kompetizzjoni se jintlagħbu l-Ħamis filgħaxija u se jkun hemm 32 tim fil-grupp. Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA approva l-format u l-lista ta’ min jista’ jilgħab f’din il-kompetizzjoni l-ġdida li se ssir wara insistenza tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-klabbs. B’kollox se jkun hemm garantita l-preżenza ta’ tal-anqas 34 pajjiż fil-fażi tal-gruppi. Il-federazzjonijiet kollha se jkollhom aċċess għat-tliet kompetizzjonijiet u l-istess kwota ta’ aċċess ta’ bħalissa. B’hekk in-numru totali ta’ timijiet fil-gruppi ta’ kompetizzjonijiet Ewropej se jitla’ għal 96 tim, u b’hekk it-timijiet fil-gruppi tal-Europa League se jinżel minn 48 tim għal 32 tim. L-għan ta’ din il-kompetizzjoni hi li jkun hemm aktar logħob għal aktar klabbs għal aktar federazzjonijiet u b’hekk se jkun hemm aktar spazju għal federazzjonijiet żgħar. Probabbilment se jkun hemm ħin ġdid għal din il-kompetizzjoni bil-logħbiet jidher li jistgħu jintlagħbu fl-4.30pm. Il-kompetizzjoni l-ġdida se jkollha 141 partita maqsuma fi 15-il ġimgħa ta’ logħob, eżattament bħal UEFA Europa League. Ir-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni jkollu aċċess għal Europa League fl-istaġun ta’ wara. Il-finali tat-tliet kompetizzjonijiet se jsiru fl-istess ġimgħa.
1entailment
Fl-Istati Uniti jaqbżu 2 miljuni l-persuni bil-Covid-19 u jkomplu jiżdiedu l-każijiet f'20 stat
Kull min bħali, huwa attivist tal-Partit Laburista, bilfors jaf lir-Ronnie Pellegrini. Ronnie ma kienx persuni tal-kameras, kien persuna tax-xogħol, tas-sagrifiċċju, tal-impenn, tad-determinazzjoni, punt ta' riferiment u leali. Qed nitkellem hekk fuqu mhux għax ħalliena, iżda għax huwa dak li nemmen, dak li esperjenżajt u bħali hemm ħafna. Żgħażagħ bħali attivi fil-Partit Laburista, bilfors li tkellmu miegħu. Ronnie kien mutur b'saħħtu wara ż-żgħażagħ, dejjem lest li jħeġġeġ, li jagħti l-kuraġġ li jkun ta' spalla biex dak li jkun jirnexxi. L-ambizzjonijiet ta' kull individwu kien jagħmilhom tiegħu. L-istess bħal ma kien jagħmel tiegħu, kull min kien jiġi quddiemu għal xi għajnuna. Ronnie ħafna drabi kien ikun hu l-aħħar wieħed li jitlaq mit-tielet sular taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, kien jibqa' jara n-nies sa tard, jisma' iżda fuq kollox jaġixxi. Minn jaf kemm mort ħdejh, minn jaf kemm flimkien ma' sħabi, dħaqna, ssumajna u ħdimna mill-uffiċċju ċkejken tiegħu li kien iżomm kollox eżatt fih, kollox ordnat u nadif tazza. Niftakar epsidoju partikolari, meta kienet issejjħet l-elezzjoni tal-2008, mill-Università, jien u sħabi morna niġru ċ-Ċentru, u ovvjament kulħadd għal ħdejn Ronnie li kien qiegħed hemm fl-uffiċċju tiegħu, kwiet, jisma' u jsegwu dak kollu li għaddej. Kien jieħu pjaċir jarana kollha magħqudin, kollha katina. Aktar tard meta mort, naħdem iċ-Ċentru, dejjem kien jgħaddi ħdeja, jekk ma jiġiex hu, dejjem kont imur nittawwal jiena. Ma' Ronnie telqet biċċa kbira ħafna taż-żogħżija tiegħi, mill-attiviżmu tiegħi fil-Partit Laburista iżda wkoll biċċa kbira ħafna mill-Partit Laburista u mill-GWU. Ronnie se jibqa' mfakkar bħala ħabib, bħala persuna li ħabb in-nies, li ħabb il-familja tiegħu li tant kien isemmi, bħala suldat tal-azzar u bħala persuna li għex l-ideal li kien jemmen fih fil-prattika. Se nimmisja ngħaddi ħdejh. Se nimmisja xi ikla li ġieli konna mmorru, jew li nerġgħu nagħmlu safra bħal ma konna għamilna biex naraw il-futbol. Se nimmisjah fil-festa ta' San Gejtanu li wkoll kien tant jistenna. Se nimmisja dak il-leħen sod waqt xi telefonata. Ronnie, kont, għadek u se tibqa' f'qalb ħafna. Insellimlek Suldat tal-Azzar.
0not_entailment
Diversi studenti temmew b'suċċess mill-Iskola Nazzjonali tal-Isport
Illum jibda l-ewwel jum uffiċjali tar-Ramadan.  Imma dan x'inhu? Mil-lum miljuni ta' persuni Musulmani madwar id-dinja jibdew ix-xahar ta' sawm msejjaħ ir-Ramadan u mal-bidu uffiċċjali tiegħu llum diversi mexxejja minn madwar id-dinja għaddew messaġġi lill-komunità Musulmana, inkluż il-Prim Ministru Robert Abela f'pajjiżna. "Għal miljiuni madwar id-dinja dan ix-xahar qaddis huwa opportunità biex iġeddu u jsaħħu l-fidi permezz ta' sawm, talb, meditazzjoni riflettiva, karità u l-qari tal-Quran... dawn l-affarijiet huma viċin l-valuri universali tal-paċi, tjubija, imħabba u rispett lejn l-oħrajn.  Fl-aħħar xhur rajna kemm il-qawwa tat-talb hija importanti fi żmien ta' sfida." Anke l-kandidat Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana Joe Biden għadda l-awgurju tiegħu lil miljuni ta' familji li qed josservaw dan ix-xahar. L-istess il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau b'filmat fuq YouTube.. F'Malta wkoll il-PM Robert Abela bagħat l-awgurji tiegħu lill-komunità Musulmana f'Malta bil-kliem 'Ramadan Mubaarak', li jfisser 'Ir-Ramadan imqaddes'. Fil-qosor:  X'inhu Ramadan? Ir-Ramadan huwa d-disa' xahar fil-kalendarju Iżlamiku osservat minn Musulmani madwar id-dinja bħala x-xahar tas-sawm, talb u riflessjoni.  Iż-żmien huwa meqjus bħala kommemorazzjoni tal-ewwel rivelazzjoni lill-Profeta Muhammad.  L-osservanza annwali tar-Ramadan huwa meqjus bħala wieħed mill-ħames pilastri tal-Iżlam u jdum għaddej 29 jew 30 jum. Is-sawm jibda ma' tlugħ ix-xemx u jieqaf fi nżul ix-xemx għall-adulti kollha ħlief dawk morda, tqal, dijabetiċi jew oħrajn b'xi kundizzjonijiet. L-ikla ta' qabel tlugħ ix-xemx hija meqjusa bħala suhur jew sahoor, filwaqt li l-ikla ta' filgħaxija hija meqjusa bħala iftar jew fatoor.
0not_entailment
U.S. Senate committee gives green light for limited military action in Syria
The U.S. Senate Foreign Relations Committee has approved a resolution authorising the use of military force in Syria by a vote of 10 to 7. This clears the way for a full Senate vote, which is expected next week. The measure permits limited military force in Syria for a period of 90 days, however it prevents the use of U.S. troops on the ground. Speaking at the Senate committee meeting U.S. Secretary of State John Kerry said: “The world is watching and is wondering not whether Assad’s regime did this – I think that fact is now beyond question – the world is wondering whether the United States of America is going to consent through silence to stand aside while this kind of brutality is allowed to happen without consequence.” The vote was not along party lines with Republicans and Democrats voting for and against the measure. President Obama has been trying to build support for action against the Syrian government for its alleged use of chemical weapons last month. Source: Euronews.com
1entailment
Patrick Spiteri jiċħad li pprova jaħrab mill-ġustizzja
L-eks avukat Patrick Spiteri iddikjara fil-Qorti li qatt ma ipprova jaħrab mill-ġustizzja billi mar ir-Renju. Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, Spiteri għamel talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Patrick Spiteri kien arrestat fir-Renju Unit f’Mejju li għadda fuq talba tal-awtoritajiet Maltin permezz tal-proċedura tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew biex jiffaċċja diversi każi ta’ frodi u miżapropprjazzjoni li l-valur komplessiv tagħhom jaqbeż €7.4 miljun. Hu qal li bejn l-2008 u l-2013 qabel marad, kien hemm 35 seduta fil-Qrati u attenda 80% tagħhom, minkejja li kien qed jgħix barra mill-pajjiż. Spiteri qal li ma deherx f’uħud mis-seduti għaliex ma kienx notifikat u f’oħrajn kien ikun fuq xogħol barra minn Malta u dejjem informa lill-Prosekuzzjoni u lill-Imħallef Edwina Grima. Spiteri kompla li qatta l-biċċa l-kbira tal-2014 f’Macmillan Cancer Center fejn eventwalment kien ċertifikat li qed isofri minn marda li tikkawża ħsara fin-nervituri u fil-ġilda. Hu tenna li l-konsulent mediku kien ordnalu biex ma jivvjaġġax u kien informa lill-Qorti, li aċċettat l-ispjegazzjoni tiegħu. Sadanittant, laħqu ħarġu l-Mandati ta’ Arrest Ewropew. Spiteri kompla li hu kien hemm tentattiv biex jiġi estradit lejn Malta f’Marzu ta’ din is-sena imma l-qagħda ta’ saħħtu tant kienet ħażina li ma ppermettietx dan. Eventwalment, Spiteri wasal Malta f’Mejju u ddikjara li ma opponiex din l-estradizzjoni. Hu kompla li l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, mhux post għal persuni fil-qagħda ta’ saħħa tiegħu. Fost ir-raġunijiet li semma għat-talba għall-ħelsien mill-arrest, Patrick Spiteri qal li l-ġenituri tiegħu, li għandhom ‘il fuq minn 90 sena, ma jistgħux iżuruh fil-ħabs. Waqt il-kontroeżami, l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla staqsa lil Spiteri għaliex ma baqax jikkomunika mal-pulizija wara li ħarġu l-mandati fl-2014. Min-naħa tiegħu, Spiteri wieġeb li l-indirizz tiegħu fir-Renju Unit ma nbidilx u fil-fatt, kien hemmhekk li sabitu il-Pulizija Ingliża. L-Avukat ta’ Patrick Spiteri, Stefano Filletti, qal li “fit-tajjeb u fil-ħażin, kulħadd jaf min hu Patrick Spiteri iżda għandu jkun hemm differenza bejn dawk li huma fatti u perċezzjoni.”  L-Avukat Filletti kompla li Spiteri kiseb ċertu fama minħabba l-perċezzjoni li ħarab lejn ir-Renju Unit meta dan deher fiċ-ċar li mhux każ ta’ persuna maħruba. “Wieħed jaf f’liema pajjiżi għandu jmur jekk irid jaħrab mill-ġustizzja,” tenna l-Avukat Filletti fejn kompla li anki meta marad, Spiteri baqa jżomm kuntatt mal-Pulizija u kienu jafu fejn qiegħed. L-Avukat Filletti qal li l-Qorti għandha l-mezzi biex tikkontrolla l-movimenti ta’ Spiteri jekk tilqa’ t-talba għall-ħelsien mill-arrest. Iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba u fakkret lill-Qorti mill-proċess legali twil li kellu jsir sabiex Spiteri jinġieb lura Malta. Il-Qorti mistennija tagħti digriet fuq it-talba għall-ħelsien mill-arrest qabel is-seduta li jmiss li se ssir fil-jiem li ġejjin.
1entailment
FILMAT: Brian Spiteri jingħata l-aħħar tislima
Mijiet ta’ nies illum taw l-aħħar tislima lil Brian Spiteri ta’ 57 sena mill-Mellieħa magħruf bħala iċ-Ċumpaqq fil-funeral tiegħu li sar fil-knisja arċipretali Marija Bambina tal-Mellieħa. Hu kien l-uniku iben tal-ex Deputat Nazzjonalista Carm Lino Spiteri, iċ-Ċumpaqq u tilef ħajtu traġikament nhar l-Erbgħa filgħaxija wara li waqa’ tliet sulari minn fuq il-bejt tad-dar tiegħu Il-każ seħħ fi Triq l-Etna, fil-Mellieħa stess, meta Brian Spiteri tela’ fuq it-tromba tal-bejt biex jiftaħ il-vit tat-tank tal-ilma u għal xi raġuni mhux magħrufa hu waqa’ għal isfel. Il-quddiesa tal-funeral tmexxiet mill-Arċipriet tal-Mellieħa Dun Joe Caruana u ipparteċipaw ukoll numru ta’ saċerdoti oħrajn. Fl-omelija l-Arċipriet tkellem dwar il-valur tal-ħajja u dwar l-importanza li wieħed jaħseb ukoll fil-ħajja ta’ dejjem. Fost dawk li attendew kien hemm ukoll qraba u ħbieb tal-familja Spiteri, diversi Deputati Parlamentari, kandidati u uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, membri tal-każini tal-banda u tal-iscouts tal-Mellieħa u ħafna nies oħra. Id-difna saret fil-qabar tal-familja fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.
1entailment
Tfassil ta' strateġija diġitali għal aktar effiċjenza fl-oqsma tal-ġustizzja
PN defeat report No one has seen the proper Nationalist Party defeat report, said Prime Minister Joseph Muscat, clarifying that only the summary had been put published. Interviewed on One Radio, Dr Muscat said that back in 2008, Labour Party had published its actual defeat report,
0not_entailment
Min Jaħdem Waqt Tiġijiet, F'Barijiet U Ristoranti Għadhom Jistgħu Joperaw? - Il-MEIA Twieġeb Dwar Dan
Illum instemgħet ix-xhieda fil-qorti fil-każ Maġisterjali dwar l-allegata offerta ta' flus ta' Yorgen Fenech lill-Partit Nazzjonalista sabiex David Casa ma jkunx elett fil-Parlament Ewropew. Minbarra l-Membru Parlamentari Nazzjonalista David Thake, xehed ukoll il-preżentatur tal-istazzjon tal-Partit Laburista Karl Stagno Navarra. Dan wara li David Thake talab pubblikament biex il-Partit Nazzjonalista u l-Pulizija jinvestigaw min setgħet kienet il-persuna jew persuni li ppruvaw jagħmlu qbil ma' Yorgen Fenech biex David Casa ma jerġax jiġi elett fil-Parlament Ewropew. Thake se jixhed fuq l-allegazzjoni li Yorgen xaħħam lill-PN biex ma jitlax Casa "L-allegazzjonijiet għamilthom u rrispondejt għalihom" – Stagno Navarra Il-ġurnalisti laqgħu lil Stagno Navarra fil-bieb tal-Qorti wara li dan ta x-xhieda tiegħu fil-każ. Huma staqsewh x'qal lill-Maġistrat u hu wieġeb jgħid li ma jistax jgħid x'qal għax hu marbut bis-sigriet ladarba din hija inkjesta maġisterjali. Dwar jekk jikkonfermax l-allegazzjonijiet tiegħu hu sostna li l-allegazzjonijiet tiegħu għamilhom u rrisponda għalihom quddiem il-Maġistrat inkwerenti. "Xi ħaġa li kellha tiġi investigata anke internament" – Thake Intant, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista David Thake qal li ma jistax jiżvela dak li qal taħt ġurament, iżda sostna li hu qal dak kollu li kien jaf dwar il-każ. "Irrid nagħmilha ċara li l-allegazzjoni li jiena kont għamilt sena ilu, kienet differenti ħafna mill-allegazzjoni li qed issir mill-One TV minn Karl Stagno Navarra u dik li ħareġ Keith Schembri," insista Thake. Hu spjega kif sena ilu kienet waslitlu informazzjoni li kienet saret offerta lill-PN ta' €50,000 kemm-il darba Casa ma jiġix elett. Qal li dakinhar kien żvela eżatt fuq Xarabank kif kienet waslet għandu l-informazzjoni u sostna li minn dakinhar 'l hawn kien qisu ma ġara xejn. Spjega kif wara li ġie elett fil-Parlament u ġimgħa ilu Melvin Theuma, is-sensar tal-assassinju, irrepeta l-istess allegazzjoni li waslet għandu taħt ġurament, dehrlu li kienet xi ħaġa li kellha tiġi investigata immedjatament, inkluż internament fil-Partit Nazzjonalista. Insista li dak li qed jgħidu l-midja tal-PL u dak li qed jgħid Keith Schembri huwa differenti. Qal li filwaqt li l-midja Laburista qed tgħid li l-flus tħallsu lill-Kap tal-PN Adrian Delia u mhux ġew offruti. Spjega li mbagħad, Keith Schembri għamel allegazzjoni oħra, fejn qal li Pierre Portelli kien jirċievi regolarment pagamenti ta' €20,000 biex jgħaddihom lill-Partit Nazzjonalista. Għaliex l-inkjesta? L-aħbar dwar l-inkjesta maġisterjali ħarġet għall-ewwel darba wara post fuq Facebook minn Thake, fejn żvela d-data u l-ħin ta' meta kien se jixhed. Wara inqas minn 24 siegħa, il-Pulizija ffissat appuntament ma' Thake biex jgħaddilhom l-informazzjoni dwar l-allegazzjoni. Jidher li l-inkjesta tal-lum se tinstema' wara bibien magħluqa u b'hekk mhux se jkun jista' jsir rappurtaġġ live tagħha mill-ġurnali. Filmat: Delia b'affidavit ġuramentat dwar l-allegazzjonijiet fuq il-PN Il-ġimgħa li għaddiet, fil-proċeduri kriminali dwar il-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fil-qorti, is-sensar tal-assassinju Melvin Theuma, li ngħata maħfra presidenzjali biex jgħid kulma jaf, qal li Yorgen Fenech kien qallu li offra l-flus lill-Partit Nazzjonalista sabiex David Casa ma jitlax fil-Parlament Ewropew fl-elezzjoni tas-sena li għaddiet. Fenech, li hu akkużat b'kompliċità fl-assassinju, allegatament qal lil Theuma li għamel dan għaliex Casa kien qed ikun voċiferu dwar 17 Black, kumpanija bbażata f'Dubaj li hi ta' Fenech. Il-Partit Nazzjonalista mbagħad ċaħad dawn l-allegazzjonijiet li saru fil-qorti, u l-Kap tal-PN Adrian Delia ħa ġurament sabiex jgħid li qatt ma rċieva l-ebda flus mingħand Yorgen Fenech. Il-PN jiċħad li rċieva pagament biex Casa ma jiġix elett MEP Fis-smigħ tal-evidenza kontra Fenech fil-qorti t-Tnejn, iċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri, kellu verżjoni differenti ta' din l-istorja, meta qal li Fenech qallu li kien Delia stess li talbu €50,000 biex ma jitlax David Casa fil-Parlament Ewropew. Schembri xehed ukoll li l-eks Kap tal-Midja tal-PN Pierre Portelli kien imur kull xahar jiġbor il-flus mingħand Yorgen Fenech għall-Partit Nazzjonalista. Portelli wara ħareġ stqarrija fejn iddikjara li ġimgħa ilu ħa ġurament li hu ma ħax flus mingħand Fenech biex ma jitlax Casa. Ċaħad kulma qal Schembri fil-qorti. "Muscat qalli ngħid lil Yorgen biex ma jaħrabx" L-informazzjoni li kellu Newsbook.com.mt li se jixhed ukoll l-eks Kap tal-Midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli, ġiet miċħuda minn Portelli nniffsu. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ċaħad ukoll li kien se jixhed illum. Filmati: Miguela Xuereb
0not_entailment
Arsenal b'rebħa komda kontra Fulham
It-tim ta' Mikel Arteta beda l-istaġun b'rebħa ta' 3-0 fi Craven Cottage kontra t-tim neo promos Fulham. Fulham kellhom opportunità tajba li jiftħu l-iskor wara biss minuta meta wara nuqqas ta' komunikazzjoni fid-difiża ta' Arsenal kien Denis Odoi li naqas milli jikkonkludi wara Leno. Fit-8 minuta, ALEXANDER LACAZETTE fetaħ l-iskor b'konklużjoni mill-viċin wara konfużjoni fid-difiża ta' Fulham. Willian seta' kiseb l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk tal-Gunners meta ra t-tentattiv tiegħu minn freekick jaħbat mal-wieqfa. Arsenal komplew fuq l-ewwel taqsima u wara biss erba' minuta rduppjaw permezz ta' daqqa ta' ras tad-debuttant GABRIEL. PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG issiġilla r-rebħa b'konklużjoni fir-rokna tax-xibka wara pass preċiż ta' Willian.
1entailment
Donazzjoni ta' €20,000 li minnhom se jibbenefikaw persuni li qed jistennew trapjant tal-kliewi
Żewġ Presidenti f'laqgħa qabel Malta tieħu l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE Bdiet iż-żjara tal-President tal-Parlament Ewropew Martin Shulz hawn Malta, bl-ewwel laqgħa diġa' saret mal-President Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz tal-President, f'San Anton. Schulz qal li huwa konvint li l-Presidenza Maltija se tkun suċċess u kellu kliem ta' tifħir għall-Prim Ministru Joseph Muscat, fejn qal li jaf sewwa l-strutturi Ewropej u b'hekk qed jaħdem b'koperazzjoni mal-Unjoni Ewropea. Mal-President Marie Louise Coleiro Preca tkellem dwar l-immigrazzjoni u kif fis-sitt xhur tal-Presidenza, Malta tista' tkompli tindirizza din l-isfida u saħansittra tkompli taħdem biex tinstab soluzzjoni. Dalwqat mistenni jingħata merħba mill-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Berġa ta' Kastilja u jibdew taħdidiet bilaterali. Wara li jiltaqgħu delegazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi, issir konferenza tal-aħbarijiet konġunta, inidirizzata mill-Prim Ministru Malti u l-President tal-Parament Ewropew. Wara nofsinhar imbagħad se ssir laqgħa mal-Kamra tar-Rappreżentanti.
0not_entailment
‘Flimkien Naslu’ – l-ewwel spot politiku tal-PN
Il-Partit Nazzjonalista nieda l-ewwel spot politiku tiegħu f’din il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Mejju li ġej. L-ispot iħeġġeġ lill-Maltin u l-Għawdxin kollha biex jivvutaw lill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għax meta ħdimna flimkien dejjem wasalna. L-ispot politiku jfakkar fil-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista biex idaħħal lil Malta membru fl-Unjoni Ewropea u għaliex ħdimna flimkien irnexielna insiru membri. Dan kontra l-parir li kien tagħna Joseph Muscat u Alfred Sant li ma riedux li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea. Issa wasal iż-żmien li naraw li kulħadd igawdi minn iżjed ġid fi ħdan l-Unjoni Ewropea jgħid il-PN fl-ispot politiku fid-dawl ta’ dak li qed iseħħ taħt Gvern Soċjalista li qed jinjora għal kollox l-istituzzjonijiet u l-opportunitajiet li nistgħu niksbu bħala membri.
1entailment
'Il-pandemija fakkritna li l-benesseri tagħna ma jiddependix biss mill-ġid ekonomiku' - Il-Knisja
Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent saħqet li kellna twissija ċara dwar dak li nistgħu niffaċċjaw meta l-impatti tat-tibdil fil-klima jibdew jinħassu aktar "Inkunu boloh jekk nerġgħu mmorru għal dak li konna mdorrijin fih qabel, bħallikieku qatt ma kien xejn – bħallikieku ma tgħallimna xejn minn din l-esperjenza." Hekk saħqet il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) fi stqarrija li ppubblikat fid-dawl li l-pajjiż, ftit ftit, riesaq lejn in-normalità wara l-imxija tal-COVID-19. "Il-KA temmen li jeħtieġ insaħħu d-dixxiplina fuqna nfusna li wrejna waqt l-imxija, biex ilkoll kemm aħna nkunu nifilħu nibqgħu fuq saqajna f’każ li jkollna ngħaddu minn esperjenza simili fil-ġejjieni," tisħaq l-istqarrija. Fi kliemha, din il-kriżi waslet lil kulħadd biex jifhem "kemm aħna vulnerabbli." "Din il-pandemija sabet lil ħafna pajjiżi mhux imħejjija għaliha, bir-riżultat li ħalliet impatti negattivi qawwija fuq l-ekonomija tagħhom, u ħolqot traġedja umana li ħasdet lid-dinja. Jalla dan iservina ta’ twissija għal dak li nistgħu niffaċċjaw meta l-impatti tat-tibdil fil-klima, ikkawżati minn żvilupp li mhux sostenibbli, jibdew jinħassu aktar. Il-Ġnus Maqgħuda appellat lill-gvernijiet sabiex juru l-istess determinazzjoni, impenn u għaqda li ntweriet fil-ġlieda kontra l-pandemija, sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema tat-tibdil fil-klima," saħqet il-Kummissjoni Ambjent. Fakkret li minn dan iż-żmien diffiċli, spikkaw mumenti ta’ solidarjetà, ġenerożità, attenzjoni fuq min hu batut u sagrifiċċju personali għall-ġid tal-komunità. "Fuq kollox jidher li fhimna kemm il-benesseri tagħna ma jiddependix biss mill-ġid ekonomiku, u li dan mhux biżżejjed biex wieħed igawdi minn kwalità tajba tal-ħajja. Fl-istess ħin hija tikkundanna l-abbużi, f’perjodu hekk vulnerabbli, ta’ min għoġbu japprofitta ruħu jew ta’ min ried jibqa’ jaħseb għal rasu u jagħmel li jrid," tkompli l-istqarrija. Il-KA faħħret il-Gvern, li fi kliemha mexa b’għaqal biex jikkontrolla l-firxa tal-pandemija u appellat biex issa jiżgura li strateġija post-COVID-19 tkun soċjalment ġusta u sostenibbli, ħalli tiżgura li ħadd ma jbati minn tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja. "Din l-istrateġija jeħtieġ tipprovdi, l-ewwel u qabel kollox, sostenn ekonomiku direttament lill-komunità (speċjalment lill-persuni li ntlaqtu ħażin bil-kriżi), u mhux lil dawk l-industrji li bil-prattiċi mhux sostenibbli tagħhom, qed inaqqsu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Dan ifisser li kwalunkwe pakkett ġdid ta’ stimolu għal żvilupp ekonomiku għandu jkun marbut ma’ kundizzjoni li l-iżvilupp li jsir ikun wieħed sostenibbli u konsistenti mal-pjan tal-Unjoni Ewropea magħruf bħala l-European Green Deal," saħqet l-istqarrija. Propju għalhekk li appellat biex proġetti infrastrutturali li mhumiex sostenibbi u li huma maħsuba biss biex jistimolaw b’mod immedjat l-ekonomija, għandhom jiġu mgħarbla bir-reqqa qabel ma jkun hemm deċiżjoni dwarhom. "Il-fatt li fi ftit ġimgħat rajna titjib fil-kwalità tal-arja f’pajjiżna jiftħilna għajnejna għall-urġenza li minn ekonomija li tisfrutta b’mod xejn għaqli r-riżorsi naturali, ngħaddu għal waħda li tassew tagħti każ tal-patrimonju naturali u urban," kompliet il-KA. Temmet tgħid li tittama li l-awtoritajiet ikomplu jinvestu f’dan il-kapital ambjentali, kulturali u uman ta’ pajjiżna, u "temmen li l-pożizzjoni tal-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, Aaron Farrugia, li jappoġġa “ippjanar intelliġenti li joħloq il-ġid mingħajr ma jissagrifika l-ambjent, sabiex inkunu nistgħu noħorġu b'saħħitna u b’suċċess minn din il-kriżi” huwa pass fid-direzzjoni t-tajba."
1entailment
Fl-Italja jivvotaw biex il-Parlament Taljan jiċkien b'terz
Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b'aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta' Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma' dan se jiċkien ukoll is-Senat. B'kollox l-għadd ta' Membri Parlamenti flimkien mas-Senaturi se jonqsu minn 945 għal 600. Ir-Referendum ġie mbuttat mill-Moviment tal-Ħames Stilel li jifforma parti mill-koalizzjoni tal-Gvern. Huwa argumenta li b'din il-bidla jonqsu l-ispejjeż tal-pajjiż. Il-Moviment qal ukoll li b'din il-bidla, il-pajjiż se jiffranka mal-biljun ewro fuq medda ta' għaxar snin. Min-naħa tagħhom, il-kritiċi argumentaw li dan se jdgħajjef id-demokrazija. Il-bidliet iridu jsiru qabel l-elezzjoni tal-2023.
1entailment
Is-Santa Sede tappella għal sigurtà u sostenibilità fl-ispazju
I-vetturi spazjali għandhom ikunu ħielsa mill-armamenti Is-Santa Sede qed titlob li jkun hemm sigurtàu sostenibilità fl-ispazju biex ikun assigurat li dan ikun ħieles minn kull xorta ta' armamenti. Appellat ukoll biex ikun rinfurzati il-Ftehim dwar id-Disarm fid-dinja. Dan l-appella sar mill-Arċisqof Bernardito Auza, Rappreżentant permanenti tal-Vatikan fin-Nazzjonijiet Uniti, meta kien qed jitkellem f'laqgħa dwar il-prevenzjoni minn tiġrija għall-armamenti fl-ispazju Kooperazzjoni fl-ispazju u attivitajiet paċifiċi Mons Auza rrifera għall-Ftehim tal-1967 dwar l-Ispazju u fakkar lill-pajjiżi li ffirmawh fl-impenn li ħadu li jkunu ggwidati mill-prinċipju ta' kooperazzjoni u għajnuna reċiproka u biex l-attività kollha li jagħmlu fl-ispazju, inkluż fuq il-qamar u pjaneti oħra issir fl-interess tal-pajjiżi kollha. Ir-rappreżentant tas-Santa Sede qal li filwaqt li hu assolutament projbit li jitpoġġew armi nukleari jew armi ta' distruzzjoni tal-massa fuq vetturi spazjali jew imkien ieħor fl-ispazju, hu wkoll inkonsistenti mal-prinċipju ta' kooperazzjoni u assistenza reċiproka f'attività paċifika spazjali li b'xi mod ikunu attakkati satelliti jew ikunu sparati armi mill-ispazju għal fuq id-dinja. Id-dipendenza dejjem akbar fuq pjattaformi fl-ispazju biex jgħinu fil-qasam tal-komunikazzjoni, navigazzjoni, tfittxija u attivitajiet kummerċjali fid-dinja, juru l-importanza li jkollna sigurtà, effiċjenza u sostenibilità f'dawn il-pjattaformi. Għalhekk, attakki, interċetazzjoni u tbagħbis fit-tħaddim sewwa ta' dawn il-pjattaformi spazjali, għandu jkun projbit. L-Arċisqof Auza kkundanna wkoll l-attività militari li toħloq skart u tifrik fl-atmosfera li jhedded oġġetti spazjali oħra. Ftit progress fis-sigurtà spazjali Id-diplomatiku tal-Vatikan lmenta li sar ftit progress fejn tidħol is-sigurtà u l-istabilità spazjali u appella biex jingħleb l-ostaklu fejn tidħol il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Disarm. Hu nnota li fil-kuntest tal-Konferenza dwar id-Disarm, m'huma jsiru ebda negozjati dwar l-ispazju u għalhekk appella lill-istati membri biex jerġa' jibda il-proċess tan-negozjati. Fakkar li fl-aġenda tal-Konferenza hemm it-tema tal-prevenzjoni tal-kompetizzjoni tal-armi fl-ispazju. L-Arċisqof Auza enfasizza l-importanza li jkun hemm platforms internazzjonali biex jimmonitorjaw l-attività fl-ispazju u fid-dinja u qal li żvilupp bħal dan jgħin fis-sigurtà u s-sostenibilità spazjali. Dfan jgħin ukoll biex ikollna spazju ħieles mill-armamenti ta' kull xorta u jassigura l-vjabilità tal-Ftehim dwar id-Disarm.
1entailment
Ikkonfermati l-ewwel żewġ każijiet ta' coronavirus fir-Renju Unit
Għadu kemm tħabbar li ġew ikkonfermati l-ewwel żewġ każijiet ta' coronavirus fir-Renju Unit. Il-vittmi huma membri fl-istess familja. Dan ftit sigħat biss wara li l-għaqda dinjija tas-saħħa għadha kif iddikjarat il-Coronavirus bħala emerġenza dinjija. In-numru tal-mejta riżultat ta' dan il-virus qattiel tela' għal 213 hekk kif ġie kkonfermat li r-reġjuni kollha fiċ-Ċina huma milquta bil-virus. L-imxija ta' dan il-virus beda minn Wuhan iżda issa qed jinfirex madwar id-dinja.
1entailment
L-ALPA tispjega għalfejn ħassret titjira fuq buttuna
Mill-ġimgħa li għaddiet ‘l hawn din il-buttuna ġiet installata abbord l-ajruplan il-ġdid tal-Air Malta Il-Unjin Maltija tal-Bdoti saħqet li ma kinitx infurmata mil-Linja Nazzjonali tal-Ajru li kellha l-pjan li tinstalla l-buttuna li minħabba fiha t itjira bl-ajruplan il-ġdid kellha tittardja b’disa sigħat. Il-ġimgħa li għaddiet, l-ALPA ordnat lill-bdoti membri tagħha biex ma jtajrux l-ajruplan il-ġdid tal-Air Malta għax ma kienx jinkludi buttuna li permezz tagħha, il-bdoti, ikunu jistgħu jħasru r- recording ġaladarba ma jkun inqala’ xejn waqt it-titjira. Minn dakinhar ‘l hawn din il-buttuna ġiet installata abbord l-ajruplan. Minkejja li l-Air Malta infurmat lill-ALPA li kienet ippjanat li tinstalla din il-buttuna, il-unjin saħqet  li fl-aħħar laqgħa li kellha, il-Linja Nazzjonali infurmathom li kellhom jistennew seba’ xhur biex din il-buttuna tkun installata. “L-ALPA tinnota b’sodisfazzjon li dak li kienet qed tisħaq fil-laqgħat u dak li ġie kontradett mill-AirMalta fil-pubbliku, issa sar  u li għalhekk huwa evidenti li l-ALPA kelha raġun,” tisħaq l-istqarrija. “It-titjira damet disa’ sigħat mhux minħabba l-ALPA” L-ALPA saħqet ukoll li mhux minnu li d-dewmien ta’ disa’ sigħat fit-titjira kien minħabba l-azzjoni industrijali. Skont il-unjin, l-ajruplan il-ġdid żviluppatlu ħsara teknika serja tant li l-ajruplan kellu jdur lura lejn Malta biex jissewwa. Intant, l-ALPA rtirat l-azzjoni industrijali
1entailment
Hawn elitisti li jaħsbu li huma 'l fuq min-nies
Mil-lum ittieħdet id-deċiżjoni li kemm l-imsielet mhumiex aktar permessi fl-iskejjel. Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo stqarr li r-raġuni għalfejn ittieħdet din il-miżura mhix minħabba l-ugwaljanza għaliex din tiġi meta jkun hemm ir-rispett. Iżda din id-deċiżjoni ttieħedet minħabba s-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti.
0not_entailment
San Pawl il-Baħar saret l-akbar lokalita` f’Malta
Ċifri ppubblikati din il-ġimgħa fil-Gazzetta tal-Gvern jikkonfermaw illi San Pawl il-Baħar saret l-akbar lokalita’ f’pajjiżna, b’popolazzjoni ta’ 23,112 resident. Dan in-numru jaqbeż bi ftit il-popolazzjoni f’Birkirkara, li hi t-tieni l-akbar lokalita’ f’Malta. Interessanti li sal-2011, f’San Pawl il-Baħar kienu joqgħodu 16,478 persuna u l-akbar lokalita’ dak iż-żmien kienet Birkirkara. Skont dawn iċ-ċifri, l-Imdina tibqa’ l-iżgħar lokalita’ f’pajjiżna b’popolazzjoni ta’ 235 resident. Sas-sena li għaddiet il-popolazzjoni ta’ Malta kienet taqbeż sew l-460,000. Mit-total tal-popolazzjoni, 19.4% huma nies li għandhom minn 65 sena ‘l fuq. Il-popolazzjoni ta’ Malta hija 0.1% tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea. L-akbar popolazzjonijiet: San Pawl il-Baħar – 23,112 Birkirkara – 23, 034 Mosta – 20,290 Sliema – 19,696 Ħal Qormi – 16,324 L-iżgħar popolazzjonijiet: Imdina – 235 Għasri – 421 San Lawrenz – 672 Fontana – 902 Xgħajra – 1,683 Ta’ Xbiex – 1,837
1entailment
In-nar fir-Rabat beda minn razzett
Wara r-rapport ta’ dan is-sit illi t-Tlieta filgħaxija nar qawwi ħakem razzett fi Triq Ħad Dingli fil-limiti tar-Rabat, illum NET News jista’ jikkonferma li n-nar infirex wara li għal xi raġuni qabad tiben f’razzett, u beda jinfirex bla kontroll. Jidher li kawża tan-nirien qawwija, żewġ karozzi, ġarrbu ħsarat estensivi. Il-fjammi kienu jidhru sew mill-inħawi tal-madwar. Infatti, fil-post membri tal-Protezzjoni Ċivili wettqu ħidma bl-iskop li dan ma jkomplix jinfirex anke għall-fatt li wħud mill-għelieqi tal-madwar huma mimlija ħaxix niexef. Biża’ fost l-oħrajn għall-irziezet li hemm fiz-zona, anke għaliex fl-2014 fl-istess zona kien qabad razzett tal-baqar fejn inqerdu tiben u magħlef tal-baqar għal valur ta’ €100,000. Uffiċjali tal-Pulizija kkonfermaw li n-nar ħakem ir-razzett bejn il-11pm u nofs il-lejl.
1entailment
Jitnieda l-video uffiċjali ‘Coming Home’
Il-President Taljan Sergio Mattarella, ta l-mandat biex jifforma l-Gvern il-ġdid Taljan lill-professur tal-liġi Giuseppe Conte. Dan wara li l-Moviment Cinque Stelle (M5S) u La Lega qablu li għandu jkun hu li jmexxi l-Gvern il-ġdid Taljan. Conte hu qrib il-mexxej tal-M5S Luigi Di Maio. Di Maio u Matteo Salvini tal-Lega kienu ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat jippruvaw jiffurmaw koalizzjoni ta’ gvern minħabba r-riżultat inkonklussiv wara l-elezzjoni tal-4 ta’ Marzu. Di Maio u Salvini qalu li Conte kien se jibqa’ l-għażla tagħhom għall-kariga ta’ Prim Ministru. Dan wara li fil-midja tqanqlu dubji dwar il-passat akkademiku tiegħu, fosthom dwar l-istudju li jsostni li għa-mel fin-New York University – xi ħaġa li l-università Amerikana qalet li ma tirriżultalhiex. Hemm ftit ansjetà fl-Unjoni Ewropea għall-Gvern il-ġdid Taljan peress li hu ewroxettiku u kontra l-awsterità. Skont il-programm li ż-żewġ partiti approvaw il-ġimgħa li għaddiet, il-gvern il-ġdid irid iħaffef it-tkeċċija tal-immigranti illegali mill-Italja kif ukoll jagħmel qtugħ drastiku fit-taxxi, riforma fil-pensjonijiet u dħul bażiku ta’ kull xahar.
0not_entailment
Il-maltemp se jippersisti matul il-jum
Il-maltemp mistenni jippersisti tul il-jum bil-ħalbiet ta' xita qawwija mistennija jkunu wkoll bis-silġ. Bassara tat-temp qed iwissu wkoll dwar buffuri ta' riħ li mistennija jolqtu lill-Gżejjer Maltin matul il-jum. Sewwieqa qed ikunu mħeġġa jevitaw ċertu żoni tal-pajjiż fejn kapaċi jinġema ammont sostanzjali ta' ilma tax-xita, kif ukoll li jsuqu b'aktar attenzjoni. Dan huwa t-tielet jum minn erba' fejn allegatament se tkun niżlet biżżejjed xita għal xahar sħiħ fuq il-Gżejjer Maltin. Minkejja dan il-bassara tat-temp qalu fl-aħħar sigħat li s-sħana u x-xemx mistennija jerġgħu jkunu magħna minn nhar il-Ġimgħa li ġej.
1entailment
Iberia Express bl-ewwel inżul f'Malta
“Kieku m’hawnx nies jagħtu d-demm, jiena mejta.” Dan kien kliem l-infermiera Janet Micallef f’diskors imqanqal dwar kif irnexxielha ssalva wara li kellha l-lukemia. Minħabba l-kimo, is-sistema imunitarja titbaxxa u għalhekk il-battalja ma kinitx faċli hekk kif saħansitra kellha tiċċaħħad minn uliedha waqt l-4 xhur tagħha fl-isptar. Bhallikieku dan ma kienx biżżżejjed għaliha, hija kellha titla’ l-Ingilterra għal trapjant tal-mudullun u filwaqt li rringrazzjat lid-donatur, uriet x-xewqa li din issir f’Malta hekk kif ir-rata ta’ suċċess togħla titjieb b’aktar sostenn pożittiv mill-familjari preżenti. Din l-esperjenza inqasmet ma’ dawk preżenti f’ċeremonja li fiha l-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ippreżentat tnax-il-rikonoxximent statali lil 7 irġiel u 5 nisa li taw aktar minn mitt għotja tad-demm f’ħajjithom. Iċ-ċerimonja ttellgħet l-Erbgħa filgħaxija, lejliet il-Jum Internazzjoni tad-Donaturi tad-Demm ġewwa l-Palazz Presidenzjali ta’ Sant’Anton, f’Ħ’Attard. F’indirizz lin-nies preżenti, il-President ta’ Malta raddet ħajr lil dawn id-donaturi, deskritti minnha bħala eroj ta’ żminijietna, li ddistingwew lilhom nfushom minn oħrajn għall-atti nobbli t’altruiżmu. Madwar 30 pazjent ikollhom bżonn id-demm kuljum u għalkemm iċ-Ċentru ġieli jkollu l-kriżijiet tiegħu f’inċidenti kbar,  huwa appella lin-nies biex iħajjru lil nies oħra jagħtu, anki jekk wieħed ma jagħtix demm. Huwa rringrazzja lil Coleiro Preca tas-sostenn kontinwu u talli kienet l-ewwel President ta’ Malta fl-istorja li rrikonoxxa li donatur tad-demm qiegħed jagħti servizz. Iċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm għażel it-tema: Kun hemm għal ħaddieħor. Agħti d-demm. Kattar il-ħajja. għall-Jum Internazzjonali tad-Donaturi tad-Demm din is-sena.
0not_entailment
Tfajla u ġuvni mmultati €900 wara li jagħmlu offiża fuq uffiċjal tal-Pulizija meta kienu fi grupp ta’ sitt persuni
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat ippropona li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali jibdew isiru mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.  F’attività politika fin-Nadur, Dr Muscat qal li l-poplu xeba’ minn kampanja elettorali kull sena u jrid li l-politici jiffukaw fuq ħidmiethom u għalhekk qed iressaq għad-diskussjoni  din il-proposta li qal permezz tagħha jiġu ffrankati mal-miljun ewro f’kull elezzjoni. Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li l-Gvern se jibni kampus tal-MCAST f’Għawdex. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li r-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew wera li dan mhux moviment ta’ darba jew ta’ kumbinazzjoni imma l-poplu kkonferma li l-pajjiż qed jinbidel u l-Pajjiż Laburista reġa kiteb l-istorja. Dr Muscat qal li l-poplu reġa kkonferma li l-għajta ta’ sena ilu “Malta Tagħna Lkoll” għadha hemm bi Gvern li qed jagħti cans lil kulħadd. Fost il-messaġġi li wassal l-elettorat, Dr Muscat stqarr li ta’ sodisfazzjon għalih kien Għawdex li kkonferma b’aktar saħħa d-direzzjoni li ta fl-elezzjoni ġenerali ta’ sena ilu meta l-Partit Labursita eleġġa 3 deputati Għawdxin. Żied li se jirreċiproka b’aktar xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin. Ħabbar li biex jiffaċilita’ aktar il-ħajja tal-istudenti Għawdxin, fix-xhur li ġejjin se jibni kampus tal-MCAST f’Għawdex. Il-Prim Ministru stqarr li għalih ir-riżultat tas-Sibt tal-ġimgħa l-oħra hu diġa passat u d-dmir tal-Partit Labursita fil-Gvern hu li jkompli jaħdem. Quddiemnett f’din il-ħidma, qal Dr Muscat, hemm il-ħolqien tax-xogħol. Irrefera għall-aħħar statistika dwar il-qgħad li ħarġet il-Eurostat, li qal tikkonferma li għar-raba’ xahar konsekuttiv in-nies bla xogħol f’Malta naqsu. Spjega li l-għadd ta’ nies jirreġistraw hu anqas mill-aħħar xahar ta’ Gvern Nazzjonalista. Qal li min veru jrid jaħdem se jsib l-għajnuna tal-Gvern li qal se jibqa’ impenjat li joħloq aktar postijiet tax-xogħol. Il-Prim Ministru assigura li l-età tal-pensjoni mhix se tiżdied u qal li se jagħti inċentivi biex iħajjar aktar nies iġemmgħu. Dr Muscat qal li waħda mill-akbar ġlidiet ta’ Gvern Laburista se tkun il-prekarjat u ħabbar li dalwaqt se jitnieda pjan f’dan ir-rigward. Appella lill-Kap tal-Oppozizzjoni biex ibiddel l-istil ta’ politika negattiva li adotta. Għas-sejha tal-Kap tal-Oppozizzjoni biex il-poplu jħallilu tieqa mbexxqa, Dr Muscat qal li hu dejjjem ħabbat il-bieb biex jidħol għand il-familji u qal li mit-tieqa jgħaddi min irid jieħu xi ħaġa. Qal li l-Partit Laburista jiffaċċja lill-poplu għax ma jibżax mill-ġudizzju tiegħu.
0not_entailment
Illum jingħata jum frank żejjed għal festi pubbliċi mitlufa
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 10:22am Illum daħal fis-seħħ uffiċjalment ir-regolament fl-att dwar l-impiegi u r-relazzjonijiet industrijali, li permezz tiegħu kull ħaddiem ingħatawlu tmien sigħat frank oħra bi ħlas, kif kien imħabbar fl-Baġit għall-2020. Is-sigħat addizzjonali ta' frank bi ħlas għandhom jingħataw b'żieda ma' dawk is-sigħat ta' frank bi ħlas li huma diġa provduti, meta btala nazzjonali jew btala pubblika taqa' s-Sibt jew il-Ħadd. Il-Gvern qal li dawn is-sigħat żejda ta' frank m'għandhomx jaqbżu erbgħa u għoxrin siegħa għal kull impjegat. Il-Ministru għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet industrijali, Carmelo Abela, saħaq li l-Gvern jemmen f'ħin ta' kwalità għall-individwi u l-familja, u din hija miżura oħra prattika li se twassal biex il-ħaddiema jkollhom iżjed ħin ta' rilassament. Fakkar ukoll kif bħalissa għaddejjin diskussjonijiet għal aktar flessibilità fuq il-post tax-xogħol u anke ħidma għal-politika nazzjonali dwar it-teleworking li għadu kemm ħabbar il-ġimgħa li għaddiet. Hu semma wkoll kif fil-ġimgħat li għaddew kien hemm żidiet oħra fil-leave din id-darba leave itwal għal dawk involuti fi proċess ta' IVF. Qal li din hija t-tielet sena konsekuttiva li l-Gvern qed irodd lura lill-ħaddiema ġurnata oħra ta' frank.
1entailment
Ċittadinanza: “Imxejt skont l-obbligi tiegħi”
Il-Kostituzzjoni ta' Malta għandha tipprojbixxi parteċipazzjoni f'alleanzi militari u huwa żball li l-Unjoni Ewropea tipprova tafferma l-għaqda tagħha billi tinfirex lejn ħidmiet militari. Dan qalu fil-Parlament Ewropew Alfred Sant li ta r-raġunijiet tiegħu wara li vvota kontra ż-żewġ mozzjonijiet dwar tisħiħ tal-għodod militari għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li tressqu quddiem il-plenarja. L-MPE vvota kontra r-rapport 'Unjoni ta' Difiża Ewropea' u vvota kontra r-rapport 'Implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurta` u Difiża Komuni'. 'Il-kostituzzjoni tagħna tipprojbixxi l-parteċipazzjoni f'alleanzi militari u f'għaqdiet internazzjonali involuti fil-gwerer, sakemm dawn ma jkollhomx il-permess tal-Ġnus Magħquda,' insista l-Ewroparlamentari Malti. Huwa spjega li r-rapport jibbaża fuq il-premessa għal azzjoni Ewropea li tikkontradixxi dan l-impenn. L-MPE qal li ma jaqbilx f'dan iż-żmien partikolari u li l-Unjoni Ewropea m'għandhiex issaħħaħ id-dimensjoni militari u li dan il-pass jidher li l-Unjoni Ewropea qed taddatta għall-effetti ta' disintegrazzjoni tal-BREXIT u li jista' kollha l-effett oppost. Ma hemmx kostitwenza popolari biex l-UE tinbidel f'koalizzjoni militari ffinanzjata mir-riżorsi tal-baġit Ewropew. Għal darb'oħra qed naraw il-metodu l-antik ta' business as usual li bih passi "żgħar 'il quddiem" jakkumulaw, imbagħad jiġu preżentati li jeħtieġu aktar integrazzjoni, li jekk ma ssirx, jiġri xi diżastru. "Dan mhux mod aċċettabbli li bih għandna nifformaw l-unita` fl-Ewropa. Jien astjenejt fuq ir-roll call votes sussidjarji kollha għaliex ma kienx ikun koerenti vot f'naħa jew f'oħra fuq aspetti differenti tal-kwistjoni li għandna quddiemna. U ivvotajt kontra l-kunċett sħiħ." qal l-Ewroparlementari Malti. Ir-rapport 'Unjoni ta' Difiża Ewropea' huwa favur l-idea li l-Unjoni timxi lejn Unjoni ta' Difiża Ewropea li tkun struttura li jkollha l-kapaċitajiet militari għall-użu tal-Unjoni Ewropea. Tipproponi l-attivazzjoni ta' Struttura Permanenti ta' Koperazzjoni. Tipproponi wkoll twaqqif ta' Kwartieri Ġenerali Operazzjonali fl-UE u tinkoraġġixxi l-industriji ta' difiża fl-Ewropa. Ir-rapport 'Implimentazzjoni tal-'Politika Komuni għas-Sigurta' u d-Difiża' li jeżamina l-implimentazzjoni ta' Politika Komuni għas-Sigurta` u Difiża u tal-iżviluppi li saru s-sena l-oħra f'dan il-qasam. Ir-rapport jilqa' l-azzjoni ta' Difiża Ewropea u huwa favur kooperazzjoni man-NATO.
0not_entailment
Qattusa jsibulha aktar minn 50 ċomba f'ġisimha f'nofs operazzjoni
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident Ħadd ma weġġa' meta kċina li tinsab fuq wara ta' dar fi Vjal il-Kottoner fil-Fgura ħadet in-nar. Il-Pulizija kkonfermaw dan il-każ ma' dan is-sit u saħqu wkoll li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident hekk ir-residenti laħqu ħarġu fil-ħin. Il-Protezzjoni Ċivili marru immedjatament fuq il-post u fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
0not_entailment
L-Aħwa Mbong Jilagħbu Flimkien Għal Malta
Mhux komuni iżda ġrat. Din kienet l-ewwel okkażjoni mill-1985 lil hawn li żewġt aħwa lagħbu bl-istess flokk fl-istess partita għat-tim nazzjonali Malti. Joseph u Paul Mbong lagħbu flimkien għat-tim nazzjonali Malti tal-kbar fl-ewwel logħba ta' kwalifikazzjoni minn Grupp D1 tal-UEFA Nations League kontra l-Faroe Islands. Joseph ilu jifforma parti mill-iskwadra tat-tim nazzjonali, iżda għal ħuħ Paul din kienet l-ewwel darba li lagħab mat-tim tal-kbar hekk kif għadu kemm għalaq 19 il-sena. Joseph beda l-partita sa mill-ewwel minuta filwaqt Paul daħal jilgħab fit-tieni taqsima minflok Jurgen Degabriele. L-aħwa Mbong kienu parti mill-iskwadra anke fit-tieni partita tal-istess grupp kontra l-Latvja b'Joseph jilgħab il-partita kollha fl-20 preżenza tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti, filwaqt li Paul ma kienx utilizzat mill-kowċ Devia Mangia. Fil-passat kienu l-aħwa Eddie u Louis Theobold, Edward u Ritchie Aquilina, Raymond u George Xuereb kif ukoll John u Julian Holland li lagħbu f'numru ta' partiti flimkien għal Malta. tim nazzjonali malti
1entailment
Delia kostrett imur fuq it-tv jattakka lil Busuttil
Fl-Ukrajna, mal-5,000 dimostrant ilbieraħ marru quddiem id-dar tal-President Viktor Yanukovych, madwar 15-il kilometru  ’l barra mill-belt kapitali Kiev b’kull mezz ta’ transport biex ikompli l-protesti tagħhom kontra d-deċizjoni li ma jiffirmax ftehim mal-UE. Id-dimostranti ġarrew tebut li qalu jissimboliżża t-tmiem tal-karriera politika tal-President. L-organizzaturi qalu li se jibqgħu jagħmlu domostrazzjonijiet quddiem id-dar ta’ Yanukovych – li huma jqisu bħala simbolu ta’ korruzzjoni.
0not_entailment
Waitress b’rasha maqbuda f’service lift
F'konferenza tal-aħbarijiet wara l-ġurament tal-ħatra tal-Kabinett tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-Kabinett li ħatar huwa sinjal b'saħħtu li dan hu Gvern li mhux biss qed iħares lejn is-sentejn u nofs li jmiss ta' din il-leġiżlatura, iżda ferm lil hinn minn hekk. Abela qal li "Dan huwa kabinett b'demm ġdid, b'enerġija ġdida. Bil-ħatra tal-element żagħżugħ kollu fil-grupp parlamentari. Għalhekk insostni li dan hu l-kabinett li qed iħares fuq medda ta' ġenerazzjoni." Filwaqt li fisser li bil-Kabinett issa ffurmat il-Gvern se jkompli miexi fit-triq tal-istabbiltà tkabbir ekonomiku u s-serħan il-moħħ, Dr. Abela qal li se jkompli joħloq il-ġid li jitqassam b'mod ġust bejn kulħadd filwaqt li jwettaq l-bidliet li huma meħtieġa. Fisser kif fil-Kabinett il-ġdid ingħatat iżjed importanza lill-akkomodazzjoni soċjali, il-ħarsien tal-konsumatur, id-djalogu soċjali, il-wirt nazzjonali u d-drittijiet tal-annimali, iżda mhux biss "Il-ġustizzja u l-governanza ġew ikkonsolidati f'Ministeru wieħed biex nissoktaw b'mod aktar effettiv ir-riformi f'dan is-settur. L-istess ukoll, l-ambjent u l-ippjanar bil-għan li noħolqu l-bilanċ meħtieġ, bejn l-iżvilupp u l-ambjent." Il-Prim Ministru qal ukoll li kif il-Kabinett huwa kompost, iħares ukoll lejn it-tisħiħ tal-ugwaljanza b'sinjali ċari "Ħtart fil-kabinett it-tliet nisa li għandna fil-grupp parlamentari, tliet nisa kapaċi li bil-ħatra tagħhom f'dan il-kabinett qed nibgħat sinjal ċar li dan il-Gvern għandu fuq nett tal-aġenda tiegħu numru ta' riformi, fosthom dawk li jħarsu l-ugwaljanza u rappreżentanza għolja ta' nisa fit-tmexxija tal-pajjiż u fil-Parlament." Fuq kollox Dr. Abela qal li Gvern imexxi minnu se jkompli iħejji lill-pajjiżna għall-prospetti sbieħ li mhux biss Malta trid tilħaqhom iżda jirnexxielha tagħmel aħjar "Dan it-tim se jmidd idu għax-xogħol minnufih flimkien mal-grupp parlamentari tal-Gvern fejn kulħadd se jkollu l-opportunità jagħti kontribut. Għandna budget ambizzjuż, x'nimplimentaw u programm tal-Gvern li se jkompli jbiddel wiċċ pajjiżna. Flimkien se nkomplu mexjin 'il quddiem."
0not_entailment
AĠĠORNAT: Il-PM jgħid li ta direzzjoni biex sal-lum jinstab il-ftehim ma' Vitals
Imtella' Lulju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Lulju, 2020 4:06pm Il-Prim Ministru Robert Abela qal li ta direzzjoni biex sal-lum jinstab il-ftehim fil-prinċipju li kien ġie ffirmat mill-Gvern mal-Vitals Global Healthcare qabel ma ħarġet is-sejħa għall-offerti dwar it-tmexxija tat-tliet sptarijiet: San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t'Għawdex. "Jien għamilt pożizzjoni ċara. Dak id-dokument irid jinstab u tajt deadline sal-lum biex jinstab," qal il-Prim Ministru. L-Awditur Ġenerali f'rapport ippubblikat ġimgħa ilu esprima l-fehma li dan il-ftehim kien jipprovdi raġunijiet biex il-VGH jiġi skwalifikat mill-offerti, u kkonkluda li fil-proċeduri li ntużaw għall-għoti ta' din il-konċessjoni kien hemm nuqqas serju ta' governanza u integrità. Dr Abela tenna li mhuwiex sodisfatt b'dak li sab l-Awditur Ġenerali u saħaq li dan id-dokument għandu jingħata lill-Awditur. Il-Prim Ministru qal li trid issir distinzjoni bejn Vitals Global Healthcare u Steward, li ħadu t-tmexxija tat-tliet sptarijiet mingħand il-VGH. Qal li l-Gvern għadu għaddej b'diskussjonijiet ma' Steward Health Care biex issir reviżjoni tal-kuntratt. Mistoqsi dwar il-budget Ewropew għas-seba' snin li ġejjin, li se jkun fost it-temi diskussi fis-summit tal-mexxejja Ewropej fi tmiem din il-ġimgħa, Dr Abela qal li l-Gvern hu impenjat li jġib l-aqwa pakkett għal Malta. Jien konvint li se nġibu l-akbar budget li qatt kellu pajjiżna u tabilħaqq dawn huma fondi importanti biex nibqgħu mmexxu 'l quddiem l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna. Minbarra l-elf biljun ewro skorruti tal-budget Ewropew, fi tmiem il-ġimgħa fi Brussell mistennija wkoll diskussjoni dwar pakkett ta' rkupru b'valur ta' €750 biljun ewro oħra maħsuba biex jagħmlu tajjeb ghall-problemi ekonomiċi li kkawżat il-pandemija. Dwar il-kwistjoni li għaddejja minnha l-Oppożizzjoni, Dr Abela qal li l-Partit Nazzjonalista jrid jara hu kif se joħroġ mill-isqaq li daħal fih hu stess. Tista' ssegwi hawn il-kummenti kollha li ta l-Prim Ministru lill-midja: Il-Prim Ministru qal li d-dokument dwar il-konċessjoni tat-3 sptarijiet ma nstabx
1entailment
L-inkjesta nnutat id-dedikazzjoni tas-suldati
L-inkjesta Maġisterjali li kkonkludiet li la l-Prim Ministru u lanqas l-Armata ma qatlu immigranti wriet ukoll ix-xogħol tajjeb li qed isir mill-Forzi Armati ta' Malta. L-inkjesta ma sabitx biss evidenza diretta imma anki dik sekondarja li f'termini legali hi magħrufa bħala ċirkostanzjali u allura dan jikkonferma li s-suldati, fosthom il-membri tal-ekwipaġġ tal-P52 ma wettqu l-ebda reat li ġew akkużati bih minn fost oħrajn il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi u l-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista, l-Avukat Pawlu Borg Olivier. Fl-inkjesta ngħad b'mod ċar anki minn esperti maħtura mill-Qorti li t-talba mis-suldati biex jinqala' cable u b'hekk tintefa' l-magna tad-dgħajsa li kienu fuqha l-immigranti ma kienx sabutaġġ kif ġie allegat iżda proċedura normali ta' salvataġġ li ssir bejn sema u ilma. Il-Maġistrat inkwirenti Joe Mifsud fisser fl-inkjesta t'aktar minn erba' mitt faċċata li l-obbligazzjonijiet tal-Armata huma ħafna. Huwa kiteb ċar tond li hu konvint li fil-każ li dwaru saret denunzja, sar dak kollu possibbli biex ikunu salvati l-ħajjiet malajr. L-inkjesta żiedet tgħid li dawk salvati ma kinux stmati ħażin, saħansitra ntqal li hemm persuni ddedikati ħafna f'xogħolhom li lesti jagħmlu dak kollu possibbli biex isalvaw il-ħajjiet. Il-Maġistrat qal li din is-sena, sakemm qed ilesti r-rapport ġew salvati iżjed minn 1,200 persuna. Intqal li allura dan kollu jikkuntrasta bil-kbir ma' dak allegat.
1entailment
Il-Kantanta Karen DeBattista Lbieraħ Iżżewġet Lill-Maħbub Tagħha Mark Scicluna
Ilbieraħ waranofsinhar il-kantanta Karen DeBattista u l-kompożitur Mark Scicluna ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ f'ċeremonja mill-isbaħ. Lil Karen ħafna jafuha grazzi għas-suċċess tagħha lura fl-2014 permezz tal-kanzunetta Jien Ma Naħdimx li kienet rebħet l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu. Kanzunetta li kellha kompożizzjoni tar-raġel tagħha stess. Ritratt: Facebook / Marlon Polidano Barra minn dan lil Karen niftakruha ukoll fil-finali tal-Malta Eurovision permezz tal-kanzunetta 12, Baker Street . Tul is-snin lill-kantanta rajnieha f'kompetizzjonijiet oħra inkluż il-Konkors Kanzunetta Indipendenza u wkoll is-Summer Hit Song Contest. Kienet il-mużika li laqqgħet lil din il-koppja. Mark flimkien ma' ħabib tiegħu kien kiteb kanzunetta madwar għaxar snin ilu u l-għażla tal-kantanta waqgħet fuq Karen li kienet għadha fil-bidu tal-karriera tagħha. Minn hemm nibtet storja ta' mħabba li lbieraħ waslet għal din iċ-ċelebrazzjoni mill-isbaħ. Ma setax jonqos li l-mużika jkollha parti integrali miċ-ċelebrazzjoni tagħhom u l-mistednin gawdew minn żewġ kanzunetti oriġinali. Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nawguraw minn qalbna lill-koppja l-isbaħ xewqat. Awguri Mark u Karen! Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
1entailment

Dataset Card for "maltese-news-nli-random"

More Information needed

Downloads last month
0
Edit dataset card