title
stringlengths
2
1.28k
text
stringlengths
49
40.4k
label
class label
2 classes
Ambassador Clive Agius attends tomb of unknown soldier ceremony
The Ambassador of Malta to France, H.E. Pierre Clive Agius was invited personally to
1entailment
Il-Kunsill il-ġdid tas-Siġġiewi mistenni jwaqqa' l-appell kontra l-proġett tal-Housing
Kien proġett massiv li qajjem furur madwar żoni fis-Siġġiewi. Il-Kunsill l-antik oppona l-Kunsill il-ġdid mistenni jimxi b’mod differenti. L-ILLUM tiżvela ... Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li l-Kunsill il-ġdid tas-Siġġiewi għandu l-ħsieb li jwaqqa' l-appell li kien daħħal il-Kunsill preċedenti tas-Siġġiewi dwar l-iżvilupp ta’ akkomodazzjoni soċjali affordabbli fl-istess lokalità. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM żvelaw li għalkemm dan il-ħsieb għadu wieħed bikri għaliex il-leġiżlazzjoni l-ġdida bdiet proprju din il-ġimgħa, il-Kunsill huwa kommess li dan l-appell jiġi rtirat. Minkejja dan xejn mhu konkluż hekk kif il-materja għad trid tiġi diskussa waqt waħda mil-laqgħat tal-Kunsill Lokali Il-kwistjoni tal-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi Dan il-proġett ta’ akkomodazzjoni affordabbli inizjalment ġie ppreparat lura għall-2006 però finalment beda jimmaterjalizza fl-2013. Il-proġett jinkludi l-bini ta’ madwar 65 appartament, spazju miftuħ li jkompli jagħti għat-toroq eżistenti, faċilitajiet ta’ childcare u saħansitra sheltered housing għall-anzjani. Il-pjanijiet tal-proġett kien wassal għal furur kbir minn diversi residenti tal-lokalità, li kienu saħansitra pprotestaw fit-toroq tas-Siġġiewi kontra dak li huma kienu sejħu bħala, “żvilupp esaġerat.” Il-Kunsill Lokali dak iż-żmien b’maġġoranza Nazzjonalista u taħt it-tmexxija tas-Sindku Alessia Psaila Zammit kienu wkoll tal-istess fehma. Dan kien saħaq kemm-il darba li dan l-iżvilupp kien se jaffettwa b’mod negattiv lis-Siġġiewi. Minkejja din kollu, l-iżvilupp kien ingħata l-barka mill-awtoritajiet tal-Ippjanar fl-2017, bil-pjan il-ġdid jinkludi emendi sabiex jiġu indirizzati t-tħassib tar-residenti. Fost l-oħrajn, il-Gvern kien iddeċieda li l-proġett ma jinkludix sular ieħor fuq dawk eżistenti u li l-ispazju tal-parkeġġ jitla’ għal ħafna aktar minn dak mitlub mil-liġi. Għaldaqstant, fid-dawl tal-barka tal-PA l-Kunsill Lokali kien beda jdawwar petizzjoni mar-Residenti sabiex dan il-proġett jiġi rivedut għal darb’oħra. Aktar tard, il-Kunsill kien ukoll appella mid-deċiżjoni tal-PA. Intant, meta mistoqsi mill-gazzetta ILLUM is-Sindku Laburista tas-Siġġiewi Kurstein Sant sostna li din il-kwistjoni kienet għadha ma ġietx diskussa fil-Kunsill. “Għadna ma ddiskutejniex din l-affari u allura ma nistax nikkummenta.”
1entailment
Jinqabad mill-Pulizija f'Ta' Xbiex waqt att sesswali fil-pubbliku ma' prostituta
Il-kunċett ta' investiment f'portafoll ta' kumpaniji tal-infrastruttura, bħala mezz biex tipprovdi dħul sostenibbli u tmexxi tkabbir sostenibbli globali, huwa t-tema tal-webinar MeDirect li jmiss li se jsir fl-24 ta' Settembru 2020 fis-6pm. Dan huwa t-tieni Medirectalk tax-xorta tiegħu li se jsir online minħabba s-sitwazzjoni attwali u r-rekwiżiti meħtieġa ta' distanza soċjali. Dan se jsegwi l-ewwel Medirectalk online li sar aktar kmieni din is-sena, dwar l-ambjent tas-swieq finanzjarji attwali u l-effett tal-pandemija fuq deċiżjonijiet ta' investiment. Medirectalk hija sensiela ta' seminars organizzati minn MeDirect, li fihom bosta esperti finanzjarji u maniġers tal-assi jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom dwar is-suq u l-opportunitajiet ta' investiment. Il-Medirectalk li ġej huwa organizzat mill-MeDirect Bank, flimkien mad-dar ewlenija tal-fondi globali Franklin Templeton Investments. Il-webinar se jibda b'ħarsa ġenerali minn David Chambers, Direttur għall-Iżvilupp tan-Negozju, segwit minn Ajay Dayal, li se jkun qed jagħmel diskors ewlieni. Dayal huwa d-Direttur Maniġerjali u l-Kap tal-Ekwità Internazzjonali, il-Grupp ta' Speċjalisti tal-Prodott, Legg Mason – diviżjoni ta' Franklin Templeton. Dayal se jkun qed jiffoka fuq ir-raġunijiet għaliex l-infrastruttura hija meqjusa bħala d-demm għall-ħajja tad-dinja, u għaliex hija t-tendenza kbira li tifforma l-ħajja ta' wliedna matul għexieren ta' snin. In-nefqa fuq l-infrastruttura qed jidħlu għaliha n-nazzjonijiet il-kbar,hekk kif ikomplu jiżviluppaw. Huwa ċar li proġetti ta' infrastruttura bħal dawn jeħtieġu finanzjament. Dayal se jkun qed jidħol ukoll fl-aspetti tal-Ambjent, Soċjali u Governanza (ESG) għall-investiment, billi jargumenta li l-ESG qiegħed hawn biex jibqa' u li l-partijiet interessati jeħtieġu jifhmu kif dawk li jfasslu l-politika tal-gvern u l-investituri jaħsbu f'termini li jagħmlu investimenti futuri. Huwa se jkopri l-benefiċċji tal-infrastruttura u kif l-investituri jistgħu jaċċessaw l-assi tal-infrastruttura. Dayal se jispjega għaliex portafoll intelliġenti ta' ħażniet infrastrutturali jista' jipprovdi lil investitur bi dħul stabbli, sostenibbli u attraenti kif ukoll tkabbir tal-kapital. Fl-aħħar tal-webinar tingħata ħarsa ġenerali tal-Fond tal-Valur tal-Infrastruttura Legg Mason ClearBridge. Ajay Dayal ingħaqad fl-2008 bħala Direttur tal-Investiment fil-Grupp ta' Speċjalisti tal-Prodott ta' Legg Mason. Bħala l-ispeċjalista tal-prodott anzjan tal-prodotti tal-ekwità internazzjonali, tal-assi multipli u alternattivi likwidi bbażati fuq l-ekwità tal-kumpanija, huwa jaħdem mill-qrib ma 'Maniġers Speċjalizzati tal-Investiment multipli fi ħdan Franklin Templeton, biex jartikola u jsawwar is-soluzzjonijiet ta' investiment tagħhom u jaċċellera l-proċess tal-bejgħ. Huwa għandu 20 sena ta' esperjenza ta' investiment, li minnhom aktar minn bosta snin ta' esperjenza fil-fond li jiltaqgħu u jimpenjaw ruħhom ma' klijenti madwar id-dinja kif ukoll fuq kanali ta' distribuzzjoni multipli, inklużi ġid u pariri, kważi istituzzjonali u pensjonijiet. Huwa rrappreżenta lill-kumpanija f'konferenz u permezz ta' stazzjonijiet u fora differenti tal-midja b'artikli stampati, avvenimenti rrekordjati u xandiriet tat-TV live. Sabiex tirreġistra għall-medirectalk, kif ukoll biex tara avvenimenti tal-passat żur dan il- link .
0not_entailment
ARA: Storbju fil-Kamra – deputati tal-PN jitilqu ’l barra
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 7:32pm Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, qal li l-Gvern irid iħalli aktar flus fil-bwiet tal-ħaddiema fosthom bir-roħs fil-prezzijiet tal-fjuwil li qal se jibqa' jgħodd anki wara Settembru. Mistoqsi dwar il-ħaddiema tal-kumpanija Torka TACA Constuction, il-Ministru Abela qal li l-liġi tax-xogħol ma tagħtix setgħa lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali jinvestiga l-ilmenti tagħhom għax mhumiex impjegati ta' kumpanija lokali. Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, qal li r-roħs ta' 7 ċenteżmi fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, li se jidħol fis-seħħ mit-Tnejn li ġej, se jibqa' wara Settembru. "Dan huwa l-ikbar tnaqqis li qatt sar fejn għandu x'jaqsam il-petrol u d-diesel," qal il-Minsitru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela. Waqt li elenka l-miżuri fil-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika li jolqtu lill-ħaddiema, il-Ministru Abela qal li l-Gvern se jerġa' jagħti r-rifużjoni tat-taxxa lil 210,000 ħaddiem. Żied li l-Gvern se jgħin lill-koppji li kellhom jipposponu t-tieġ minħabba l-imxija filwaqt li se jibqa' jgħin lill-ħaddiema bit-tnaqqis tat-taxxa tal-boll fuq xiri ta' proprjetà. Il-Ministru Abela fakkar li l-ħlasijiet tas-suppliment tal-pagi tal-ħaddiema fil-privat se jibqgħu jingħataw sa Settembru b'rati skont tliet kategoriji differenti. Mistoqsi x'sar mill-awtoritajiet dwar l-ilmenti tal-ħaddiema Torok tal-kumpanija TACA li kienu involuti fi proġett ta' kostruzzjoni f'Tignè u lmentaw li ilhom ma jirċievu l-paga, il-Ministru Abela qal li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali hu obbligat jimxi mal-liġi tax-xogħol. "Ma setax jiftaħ investigazzjoni proprja għax inti jrid ikollok ħaddiema li jkunu impjegati ma' kumpanija lokali," wieġeb il-Ministru Carmelo Abela. Fuq il-prekarjat fis-settur privat, il-Ministru Abela tenna li l-impenn tal-Gvern hu li jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.
0not_entailment
B'xagħarhom, iferrħu lit-tfal!
Ħafna huma dawk li fl-Istrina, iċemplu jew imorru jagħtu flus bħala donazzjoni. Madanakollu, billi wieħed jaqta' xagħru u jagħtih donazzjoni, ikun qed joħloq tbissima wkoll fuq fomm dawk it-tfal li għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Newsbook.com.mt tkellem ma' Janet Barthet li matul is-sena kollha tkun impenjata bil-ġbir ta' donazzjonijiet tax-xagħar, li imbagħad tibgħathom l-Istati Uniti biex minnu jsiru parrokki. Illum, Janet se tkun Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta biex tiġbor iktar xagħar għat-tfal. Min jixtieq jaqta' xagħru jista' jagħmel dan f'Dar il-Mediterran stess kif ukoll fi SmartCity il-Kalkara, fejn hemm tim ta' stilisti tax-xagħar. Dawk interessati jridu jaqtgħu tal-inqas għaxar ċentimetri. Ix-xagħar jista' jkun perm, illixxjat jew biż-żebgħa, iżda ma jistax ikollu bleach. Importanti li x-xagħar ikun nadif u niexef. Janet Barthet ħeġġet lill-poplu biex jekk xagħarhom għadu mhux twil biżżejjed, iħeġġeġ lil qraba u lil ħbieb biex jagħtu donazzjoni. Għal aktar dettalji wieħed jista' jċempel fuq 79202230. Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.
1entailment
Covid-19…Xarba te biex tiċċelebra l-ewwel tilqima
Mara ta' 90 sena saret l-ewwel persuna fir-Renju Unit li ngħatat il-vaċċin ġdid għal kontra l-coronavirus. Ir-ritratt ta' Margaret Keenan, magħrufa bħala 'Maggie' mal-familja u l-ħbieb, jissimbolizza l-mument storiku fil-ġlieda kontra l-Covid-19, u meta l-anzjana, dritt wara, xorbot tazza te bħala 'ċelebrazzjoni'. Margaret Keenan kienet imlaqqma fl-isptar lokali ta' Coventry, fil-West Midlands, u b'hekk saret l-ewwel fost mijiet ta' pensjonanti u ħaddiema mas-servizzi tas-saħħa li ngħataw it-tilqima f'ġurnata li l-Britanniċi laqqmuha bħala 'V-Day'. Dan meta r-Renju Unit sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li beda juża l-vaċċin ta' Pfizer wara li r-regolaturi approvaw l-użu tiegħu, ftit tal-jiem ilu. Margaret Keenan, li tagħlaq 91 sena il-ġimgħa d-dieħla, qalet li qed iħossha privileġġjata li kienet l-ewwel persuna li ngħatat it-tilqima. 'Dan hu l-aħjar rigal possibbli għal għeluq snini għaliex ifisser li, sa fl-aħħar, nista' inqatta' ħin mal-familja u ngawdi s-sena l-ġdida magħhom wara li ilni waħdi għal daqstant ġimgħat u xhur', sostniet l-anzjana waqt intervista li saritilha lbieraħ. Hi irringrazzjat lill-istaff tal-NHS (is-servizzi tas-saħħa) għall-impenn kbir tagħhom waqt din il-proċedura u appellat 'biex kulħadd jieħu l-opportunità li jingħata l-vaċċin għaliex jekk hi għaddiet mill-proċess fl-età li għandha, ħaddieħor jista' ukoll jagħmel l-istess'. Margaret Keenan kompliet li l-Covid-19 hi 'marda terribbli' u li 'kulħadd għandu japprezza kwalunkwe pass 'il quddiem biex negħlbuha lkoll flimkien'. Intant, it-tieni tilqima fil-programm ingħatat lil raġel ta' 81 sena li jismu William 'Bill Shakespeare' u li wkoll hu minn Coventry.
1entailment
Imut Anthony D'Amato – sid il-ħanut rinomat għall-mużika fil-Belt Valletta
Statistika uffiċjali li turi li fl-Indja 93 mara jkunu stuprati kuljum. Fl-2013 it-total kien ta’ 33,707 – żieda ta’ kważi 9,000 fuq is-sena ta’ qabel. Skont l-istatistika l-aktar bliet perikoluzi huma  New Delhi (fejn seħħew 1,441 każ ta’ stupru), Mumbai (391), Jaipur (192) u Pune (171). Sadanittant, il-pulizija Indjana fl-istat ta’ Bihar huma rrapurtati li kkonvinċew żewġ koppji li nqabdu jkollhom relazzjonijiet sesswali f’lukanda biex jiżżewġu ħalli ma jħammrux wiċċhom man-nies b’dak li nqabdu jagħmlu meta ma kienux miżżewġa. Il-pulzija qalu lil Hindustan Times li marru fil-lukanda jfittxi koppja kriminali u sabu lill-koppji taħt ismijiet foloż. Iż-żwieġ sar f’tempju quddiem l-għassa tal-pulzija. Il-gazzetta ma rrapurtatx x’kienet ir-reazzjoni tal-koppji jew tal-familji tagħhom għal dan iż-żwieġ daqstat mgħaġġel!
0not_entailment
Għaddasa Ġermaniża tmut f’Ta’ Ċenċ, Għawdex
Sfortunatament il-baħar qawwi ħasad ħajjet persuna oħra, din id-darba Ġermaniża ta’ 55 sena, li mietet f’Għawdex. L-ewwel investigazzjonijiet jindikaw li l-mara kienet qed togħdos fl-inħawi magħrufa bħala tal-Kantra, f’Ta’ Ċenċ, limiti ta’ Sannat, meta sabet ruħha f’diffikultà f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-11:00. Immedjatament fil-post issejjaħ tim mediku biex jassistiha, għalkemm ma kienx għad hem xi jsir u ġiet ċertifikata mejta fil-post. Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri. Dan kien it-tieni inċident fatali relatat mal-baħar fi ftit sigħat wara li iktar kmieni, l-anzjan ta’ 85 sena Rokku Bonnici nbela’ mill-mewġ waqt li kien qed jistad mix-xatt f’Wied iż-Żurrieq. “Rokku kellu qalb tad-deheb” – sajjied anzjan jitlef ħajtu wara li ġibdu l-mewġ
1entailment
FILMAT: Raġel jinqabad f'conveyer belt tal-konkos f'Ħaż-Żebbuġ
Raġel ta' 26 sena min-Niġer qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident f'Ħaż-Żebbuġ. Kien għall-ħabta tan-12:30 ta' waranofsinhar meta r-raġel weġġa' waqt li kien qed inaddaf magna. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin. F'inċident separat, impjegat mal-kumpanija Tug Malta weġġa' wara inċident bit-tugboat f'Birżebbuġa. Il-Port Ħieles ta' Malta ta s-servizz ta' infermiera fuq il-post, u l-inċident qed ikun investigat minn Tug Malta u l-awtoritajiet kompetenti.
1entailment
Norveġiża ssofri ġrieħi gravi
Tfajla ta’ 19-il sena min-Norverġja weġġgħet gravi wara li żelqet minn fuq karozza tal-linja llum wara nofsinhar. Il-każ seħħ fix-Xatt tal-Gżira għall-ħabta tas-1:45pm. Fil-post waslet ambulanza li ħadet lin-Norveġiża l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejin.
1entailment
L-ALPA f'laqgħa ma' Adrian Delia
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-attur Andre Penza. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann "Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta' min bagħatni. Issa r-rieda ta' min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum." The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
0not_entailment
Ara l-kummenti: Busuttil jappella lin-Nazzjonalisti biex ma jibżgħux u ma jitilquhx
Aġġornata: Walid Farhud instab qawwi u sħiħ! Il-Pulizija nfurmat dan fi stqarrija filwaqt li rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna li ġiet provduta. Iktar kmieni llum: Walid Farhud, raġel ta' 20 sena ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija wara li għall-aħħar jiem ma deherx minn dawk qrib tiegħu. Hu deher l-aħħar liebes flokk abjad u blu, ġakketta blu, qalziet iswed u żarbun abjad. Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista' jgħaddiha lill-Pulizija, anke b'mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 jew fuq in-numru 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
0not_entailment
Budget immirat għall-ħaddiem u x-xogħol
Dan huwa budget tal-ħaddiem u tax-xogħol għall-10 snin li ġejjin, f'pajjiż immexxi minn gvern li jimpurtah mill-ħaddiema u li dejjem jagħmel aktar għalihom. Dan intqal f'konferenza tal-aħbarijiet immexxija mill-Ministru Carmelo Abela li fiha ġew spjegati aktar inċentivi li tħabbru fil-bugdet għas-sena d-dieħla. Hawnhekk, il-Ministru Abela qal li l-gvern baqa' f'kuntatt mas-sħab soċjali fit-tfassil ta' dan il-budget, fejn ittieħdu bosta miżuri bħal tax rebate għal kull min jaħdem, il-vouchers, u t-titjib fl-in work benefit u ċ-children's allowance. Il-gvern impenja ruħu wkoll li jgħin eks ħaddiema tat-tarzna li minħabba xogħolhom sofrew danni ta' saħħa. Il-Ministru semma wkoll iż-żieda ta' ġurnata leave oħra għal kull ħaddiem Malti u Għawdxi. Dan se jagħmel tajjeb biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna, kif ukoll jagħmel tajjeb għall-inġustizzji li saru lill-ħaddiema minn gvernijiet ta' qabel. Il-gvern issa huwa kommess li joħloq qafas legali dwar il-ħidma remota li jagħti serħan il-moħħ kemm lill-ħaddiema kif ukoll lil min iħaddem. Hawn il-Ministru spjega li l-ħidma remota hija innovattiva għal pajjiżna fejn ħaddiem jista' jaħdem minn post ieħor, li joħloq aktar flessibilità. Is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo qal li dan hu budget li jaħseb għall-preżent u jippjana l-futur. Qal li issa l-gvern se jiffoka fuq qasam diġitali aktar b'saħħtu, biex verament Malta jkollha ekonomija reżiljenti li tiflaħ għad-daqqiet. Mis-sena d-dieħla se tkompli l-ħidma fuq l-istrateġija għall-intelliġenza artifiċjali fosthom fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-trasport. Dan apparti li se ssir ħidma biex Malta tkun pijunier fl-eSports u l-iżvilupp tal-logħob diġitali.
1entailment
Qorti | 'Huwa fl-interess tal-Istat li jkun jaf l-identità ta' min dieħel pajjiżna'
Various police units were called at Safi Detention Centre, in a bid to quell clashes among immigrants. It is being reported that the clashes started some time after 6.20p.m. One of the immigrants is said to have threatened a police office with an iron bar.
0not_entailment
Elusive 2 tirbaħ il-Gozo Regatta tal-2018
Bis-sehem tagħhom fit-tellieqa IRC Racer Class 1, l-aħwa Podesta kienu fi klassi għalihom tul tmiem il-ġimgħa kollu tal-BOV Gozo Regatta. Elusive 2 kienet l-ewwel dgħajsa fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex fit-tellieqa tal-pass li bdiet mill-Port il-Kbir. Bi Christoph Podesta bit-tmun f’idejh, l-ekwipaġġ ta’ Elusive 2 ħadu li setgħu mill-irjieħ qawwija biex iffaċċjaw ir-rotot tat-tlielaq stabbiliti mill-uffiċjal prinċipali tat-tlielaq Peter Dimech biex rebħu tlieta mill-erba’ tlielaq l-oħra u ħadu t-titlu globali b’marġni b’saħħtu. Fl-IRC Racer Class II, Maltese Falcon 2, bit-tmun f’idejn Jonathan Camilleri Bowman daħlet l-ewwel fit-tlielaq kollha, u rebħet din il-klassi. L-IRC Cruiser Class kienet aktar taqtigħa mill-qrib b’Manana ta’ Peter Ellul Vincenti tgħaddi bi ftit lil Kon Tiki ta’ Ferdinand Grech u tirbaħ din il-klassi. Fil-Club Cruiser Class, Gioia ta’ Anthony Miggiani għelbet lil Segno D’Aria ta’ Ivan Leone, l-unika dgħajsa barranija li kienet qed tikkompeti f’din it-tellieqa, filwaqt liMaltese Musketeers rebħet il-klassi Sports Boat, b’din il-klassi tidher ukoll għall-ewwel darba fit-tellieqa. Stefan Abela mid-Dipartiment tar-Relazzjoni Pubbliċi u l-Komunità tal-Bank of Valletta u Godwin Zammit, Komodor tar-Royal Malta Yacht Club ippreżentaw it-trofej lir-rebbieħa b’Maya u Christoph Podesta jirċievu t-trofew tal-BOV Gozo Regatta għat-tielet darba wara r-rebħiet tagħhom fl-2015 u fl-2016. “Awguri lid-dgħajjes u l-ekwipaġġi kollha li ħadu sehem, b’mod speċjali lil Elusive 2 għat-tielet rebħa tagħha f’din it-tellieqa,” qal Stefan Abela. “Aħna kuntenti li naraw parteċipazzjoni b’saħħitha f’din it-tellieqa, u anke s-sehem tal-klassi Sports Boat għall-ewwel darba.”
1entailment
Qorti | Is-sikkina li qaltlet lil Hugo kien fiha d-DNA ta' persuna oħra
Żvolta interessanti hekk kif jinstab demm ta' persuna, li mhix l-agressur jew il-vittma, fuq is-sikkina li ntużat biex inqatel Hugo Illum qed tkompli il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-qtil ta' Hugo Chetuti u fost dettalji, ħafna minnhom li diġa ħarġu fl-ewwel seduta, irriżulta mix-xhieda li qed tagħti Dr Marisa Cassar, illi fuq is-sikkina li ntużat biex inqatel Hugo, kien hemm ukoll d-DNA ta' persuna oħra, mhux biss dik tal-vittma jew tal-aggressur, Bojan Cmelik. L-avukat Joe Giglio, li qed jidher paret civile, staqsa biex il-kampjuni tad-DNA li jinsabu għand Cassar jkunu eżaminati biex ikun determinat jekk jaqblux ma' dawk ta' Chetcuti u Cmelik. Mill-kumpilazzjoni tax-xhieda jirriżulta wkoll li Chetcuti miet waqt li kien qed jitwaħallu pacemaker. Bojan Cmelik qed ikun akkużat bil-qtil tal-intraprenditur Hugo Chetcuti, quddiem stabbiliment tiegħu stess. Il-Qorti sabet biżżejjed provi biex ittella lil Cmelik quddiem ġuri. (Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)
1entailment
L-isticks tad-Dijabete jibqgħu out-of-stock
Persuni li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete qed jispiċċaw jipperikolaw is-saħħa tagħhom hekk kif għal xhur sħaħ baqgħu ma jistgħux isibu l-isticks tad-dijabete. L-isticks tad-dijabete ilhom out-of-stock minn Diċembru iżda minkejja li ġieli kienu fis-suq matul dan il-perjodu, xorta waħda d-domanda hi waħda kbira tant li l-pazjenti mhux qed isibuhom meta jkollhom bżonn. L-iktar persuni li qed isofru minn din il-problema huma dawk tat-Type 1, fejn wieħed irid jiċċekja l-livell tad-demm madwar erba’ u ħames darbiet kuljum. Kull darba li jiġi ċċekjat id-demm, wieħed irid jieħu l-istick. Fl-aħħar xhur f’pajjiżna beda jintuża meter ġdid biex wieħed jiċċekja l-livell tad-demm. Dwar dan il-meter mhux ta’ min wieħed joqgħod fuqu minħabba li ġieli ta riżultati mhux korretti. Diversi Maltin u Għawdxin li għandhom din il-kundizzjoni ma jaffordjawx li jixtru dawn l-isticks hekk kif jiswew madwar €25 għal kull bott. Iżda minkejja li wieħed jaf ikun jaffordja jixtri l-isticks tad-Dijabete, xorta waħda jsibha diffiċli biex isibhom jaqblu mal-meter. Min ma jkunx jaffordja m’għandux għażla oħra ħlief li jmur kontinwament fiċ-Ċentri tas-Saħħa biex jiċċekjaw id-demm. Peress li dan hu diffiċli minħabba d-drabi f’ġurnata li jkollhom jiċċekjaw il-livell tad-demm, uħud jgħażlu li jikkalkulawh. Huwa ta’ importanza li wieħed jiċċekja l-livell tad-demm meta jbati mill-kundizzjoni tad-Dijabete biex jara kemm għandu jieħu insulina. Jekk wieħed jieħu iżjed jew inqas milli suppost iwassal għall-periklu tas-saħħa tal-persuna. Il-problema hi waħda regolari minn mindu ddaħħal il-meter il-ġdid fl-aħħar xhur. Diversi persuni bil-kundizzjoni tad-dijabete qed javviċinaw persuni li jsofru mill-istess kundizzjoni biex jgħinu lil xulxin f’dan il-każ, filwaqt li dawk responsabbli jidher li għal xhur sħaħ ma tawx widen.
1entailment
Simon Busuttil b'botta fil-konfront ta' Adrian Delia
...biex ikun stabbilit jekk l-istat Malti jistax jinżamm responsabbli għall-qtil ta' Caruana Galizia Iċ-Ċentru Ewropew għall-Istampa u l-Libertà tal-Midja, flimkien ma’ 25 organizzazzjoni internazzjonali, bagħtu ittra lill-Prim Ministru Joseph Muscat iħeġġuh biex jiftaħ inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. L-ittra tisħaq li minkejja li immedjatament wara l-qtil, kważi sena ilu, infetħu proceduri kriminali u anke inkjesta maġisterjali, it-tnejn li huma jiffukaw biss biex jinstab il-moħħ u dawk li wettqu l-qtil. Madanakollu, l-organizzazzjonijiet qed jisħqu li teħtieġ investigazzjoni aktar wiesgħa li tinvestiga jekk l-istat Malti jistax jinżamm responsabbli għaċ-ċirkostanzi li waslu għall-qtil ta’ Caruana Galizia. Saħqu li l-Gvern Malti għandu jimxi mal-Artiklu 2 tal-Konvenzjoni Ewropea u jeżamina jekk il-qtil ta’ Caruana Galizia setax kien evitat, jekk ittiħdux biżżejjed passi biex tkun protetta l-ħajja tal-ġurnalista u x’passi għandha tieħu Malta biex tevita li jkun hemm inċidenti simili fil-futur. Fakkru lill-Prim Ministru li f’Awwissu ta’ din is-sena, kumpanija ta’ Avukati internazzjonali, Doughty Street Chambers u Bhatt Murphy Solicitors, ibbażata f’Londra, saħqu li għandha tinfetaħ inkjesta pubblika indipendenti biex ikun stabbilit jekk l-istat Malti jistax jinżamm responsabbli għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern kien irrifjuta u wera d-diżappunt tiegħu għall-fatt li l-opinjoni legali maħruġa minn din id-ditta ta’ avukati kien fiha numru ta’ allegazzjonijiet li fi kliemu mhumiex sostnuti u insinwazzjonijiet bla bażi kif ukoll informazzjoni skorretta. Kien hawn, li l-organizzazzjonijiet ħeġġew lill-Prim Ministru biex jikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu u immedjatament jirrispondi għat-talba li qed tagħmel il-familja tal-ġurnalista biex tinfetaħ inkjesta pubblika u indipendenti mill-awtoritajiet Maltin. Insistew, li l-ħajja u l-vuċi tal-ġurnalisti f’Malta u anke madwar l-Ewropa, jiddependu minn din l-inkjesta pubblika. Talbuh biex iwieġeb bil-miktub għal din it-talba tagħhom. L-organizzazzjonijiet li ffirmaw l-itttra huma:
0not_entailment
Fabio Cannavaro jixtieq jikkowċja fil-Premier League
L-Eks-Difensur Taljan, Fabio Cannavaro qal li fil-futur jixtieq li jkollu l-opportunità li jikkowċja fil-Premier League. Cannavaro qal li Jurgen Klopp u Pep Guardiola huma ta’ ispirazzjoni għalih biex il-quddiem jmexxi tim fil-Kampjonat Ingliż. Fil-preżent, Cannavaro qiegħed imexxi lil Guangzhou Evergrande fis-Super League taċ-Ċina. Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2006 qal li hu jsegwi kull partita mill-Premier League u jogħġbu l-ambjent u l-kultura tal-Ingilterra. Hu żied li fil-preżent jinsab mal-aqwa tim fiċ-Ċina u qiegħed jipprova jtejjeb il-livell tal-futbol fis-Super League. Cannavaro qal ukoll li fl-opinjoni tiegħu Liverpool ħaqqhom jirbħu l-kampjonat għaliex fi kliemu kellhom staġun impekkabbli.
1entailment
ARA: Jittestjaw il-pont il-ġdid ta' Genoa b'konvoj ta' trakkijiet
Imtella' Lulju 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Lulju, 2020 5:26pm Fl-Italja, beda l-ittestjar fuq il-pont il-ġdid fil-belt ta' Genoa. L-ittestjar mistenni jieħu sa sitt ijiem u hu ppjanat li jgħaddu minn fuqu 54 trakk. Il-pont l-antik kien sfronda bil-karozzi b'kollox f'Awwissu ta' sentejn ilu, meta kienu tilfu ħajjithom 43 persuna. L-inċident kien wassal għal baraxx ta' kritika lejn il-kumpanija li kienet topera l-pont. Ix-xogħol fuq il-pont il-ġdid beda f'Jannar ta' sena ilu u kompla għaddej minkejja li l-pajjiż spiċċa għarkupptejh minħabba l-imxija tal-coronavirus.
1entailment
‘In-numru ta’ nies infettati bis-syphilis qed ikompli jiżdied’
Id-Direttur tal-GU Clinic tappella biex iktar nies jagħmlu testijiet u biex tintuża l-protezzjoni fis-sess Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat kif skont l-aħħar rapport tal-Kummissjoni Ewropea li jitratta mard sesswali (Health at a Glance – Europe 2016, State of Health in the EU Cycle) Malta kellha l-ogħla rata ta’ Syphillis mill-pajjiżi kollha tal-UE, ħames darbiet iktar mill-medja fl-UE. L-ILLUM tiltaqa’ mat-Tabiba Valeska Padovese, Direttur tal-GU Clinic, u staqsietha dwar is-sitwazzjoni tal-mard trażmess sesswalment f’pajjiżna. Bdejna billi staqsjena x’taħseb li huma r-raġunijiet li qed iwasslu għal dawn iż-żidiet, iżda mhux żidiet fil-Gonorrhea u l-Chlamidya. Tammetti li n-numri qed jiżdiedu, “iva, n-numri ta’ każi ta’ persuni bis-Syphillis qed jiżdiedu u sfortunatament anke l-każi ta’ gonorrhea u chlamidya qed jiżdiedu wkoll. Naħseb li r-raġunijiet huma minħabba li bħala pajjiż nirrapportaw iktar u niġbru aktar data wkoll li mbagħad tgħaddi għand il-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC). Fortunatament,” tkompli tgħid id-Direttur tal-GU Clinic, “ hawn iktar ittestjar ukoll. Imma sfortunatament hemm żieda fin-numru ta’ mard trażmess sesswalment.” ‘Irridu naħdmu aktar ma’ ħaddiema tas-sess’ Valeska Padovese tisħaq illi ż-żieda tal-infezzjonijiet irrappurtati f’Malta hija ikbar minn pajjiżi Ewropej oħrajn, kif wara kollox tixhed l-istatistika. Imma tkun pronta tfakkar ukoll illi Malta qed tara żieda wkoll fin-nies li jirrappurtaw jew jmorru l-kliniċi biex jagħmlu testijiet. “Malta hija realtà differenti. Hija żgħira, għandha ekonomija b’saħħitha u allura qed tattira ħafna nies lejha bħalissa u dan apparti t-turisti. Dan kollu jfisser aktar taħlit.” Hi tgħid kif teżisti prevalenza ta’ Syphillis fost il-komunità omosesswali u fost ħaddiema tas-sess. “Minkejja li hemm aktar għarfien fost il-komunità LGBT, fi gruppi oħrajn ta’ riskju għoli bħall-prostituti hemm inqas għarfien u allura rridu naħdmu iktar ma’ dan il-grupp.” Mistoqsija għalfejn l-komunità LGBT hija settur ta’ riskju ogħla, Padovese qalet illi dan huwa minħabba żewġ raġunijiet. L-ewwel minħabba li s-sess anali huwa iktar perikoluż minn dak vaġinali u t-tieni għax il-komunità LGBT hija waħda żgħira. “Naturlament jibqa’ fatt li iktar kemm persuna jkollha sess ma’ persuni differenti, iktar tkun qed tkabbar iċ-ċans li tkun infettata, kemm jekk il-persuna tkun eterosesswali u anke jekk omosesswali.” ‘Aħna ma nippritkawx l-astinenza...’ Mal-ILLUM tagħmilha ċara li l-GU Clinic ma jippritkax l-astinenza, imma l-prevenzjoni permezz ta’ kontraċettivi, “idealment anke meta persuna tagħmel sess orali għaliex ħafna mard trażmess sesswalment, fil-fatt jixxerred hekk u ħafna nies din ma jaħsbux dwarha u jaħsbuha xi ħaġa taċ-ċajt. Apparti minn hekk,” tkompli Padovese, “importanti li nkunu ttestjati aktar ta’ spiss.” Tikkonferma li n-numri qed ikomplu jiżdiedu Din il-gazzetta staqsiet lil Padovese jekk hux qed tara li ċ-ċifri li ħarġu fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea issa komplew jiżdiedu b’Malta tibqa’ fuq quddiem fin-numri ta’ nies infettati bis-Syphillis. “Iva, sfortunatament, milli qed nara n-numri qed ikomplu jiżdiedu. Għalkemm in-numru ta’ każi ta’ HIV qed jonqsu hekk kif qed inżidu nies li qegħdin fuq il-mediċina li tittieħed biex tnaqqas iċ-ċans li persuni jiġu infettati bl-HIV (PrEP).” Minkejja dan, rapport fuq il-gazzetta The Times nhar l-Erbgħa żvela rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa illi juri kif ir-rata tal-HIV f’pajjiżna hija id-doppju tal-medja fl-UE. L-ILLUM tkompli tistqasi kemm huwa komuni li ħaddiema tas-sess u l-klijenti tagħhom imorru jagħmlu check-ups. Padovese tgħid illi ħaddiema tas-sess ħafna drabi jmorru għand ginekoloġisti. “Għandna jridu jiġu jekk iridu jiċċekkjaw dwar mard trażmess mas-sess u nixtieq li iktar u iktar nies jiġu għandna.” ‘Kollox huwa kunfidenzjali... m’għandekx għax tibżà’ Hija tagħmel appell biex ma jkunx hemm biża’ għax il-proċess huwa kollu kemm hu anonimu. “Ladarba jiġu jindunaw li kollox huwa anonimu u kunfidenzjali. Kollox huwa kodifikat b’numru u għalhekk m’hemmx ismijiet, kollox kunfidenzjali. Dan apparti li aħna ma nirrappurtawx lill-awtoritajiet jekk jiġu prostituti għandna.” “Jekk inti klijent, passat jew potenzjali, ta’ prostituta tajjeb li tiċċekkja lilek innifsek,” tinkoraġġixxi Padovese. Għall-aħħar mistoqsija tal-ILLUM Padovese tgħid li għandna nagħmluha faċli li nitkellmu fuq is-sess, mingħajr ħafna drama żejda. “Aħna dan hu xogħolna, li nnaqqsu l-istigma u l-biża’.”
1entailment
FILMAT: Owen Bonnici jsib il-wens tal-ġurnalista tal-ONE biex jaħrab mill-mistoqsija
Il-Ministru Owen Bonnici ma weġibx il-mistoqsija ta’ NET News dwar jekk kienx jagħmel bħal Konrad Mizzi u jdaħħal 150 persuna mal-Gvern mid-distrett tiegħu sena qabel l-elezzjoni. “Int qed tgħid li dawn in-nies huma minn distrett partikolari. Jiena konvint li dan mhux il-każ” qal il-Ministru Owen Bonnici lil NET News. Imma mistoqsi jekk hu kienx jagħmel l-istess, Owen Bonnici għażel ma jweġibx. Minkejja li provajna nistaqsu l-mistoqsija għat-tieni darba, Owen Bonnici temm il-konferenza u mar isib il-wens tal-ġurnalista tas-Super One biex ikun jista’ jaħrab mill-mistoqsijiet ta’ NET News. Aktar kmieni, Owen Bonnici l-anqas ma kien kapaċi jgħidilna x’irwol se jkollhom dawn il-150 persuna ġdida mal-Water Services Corporation (WSC). “Naf li l-Water Services Corporation għandha l-ħtiġijiet tagħha” qalilna aktar kmieni l-Ministru. “Imma kemm huma dawk il-ħtiġijiet u kemm hemm bżonn jiġu impjegati persuni biex jaqdu dawk il-ħtiġijiet, dik hija xi ħaġa li l-Water Services tista’ ttik id-dettalji”, żied jgħid. L-istorja li Konrad Mizzi daħħal 150 partitarju mid-distrett tiegħu jaħdmu mal-Gvern kienet żvelata l-Ħadd mill-gazzetta The Sunday Times of Malta. Il-ħaddiema li ddaħħlu mal-Gvern huma mill-Fgura, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien, li jagħmlu parti mid-distrett elettorali tal-Ministru Kornad Mizzi. Distrett fejn kollox jindika li hemm gwerra miftuħa bejn il-kandidati Laburisti.
1entailment
Government committed to invest more in schools
Minister for Education Evarist Bartolo has said that the government is committed to keep on investing in the maintenance and up keeping of all the 106 state schools
1entailment
Konferma li Sai Mizzi għadha qed titħallas €13,000 fix-xahar
Ħabta bejn karozza u pulizija tat-traffiku waslet biex dan tal-aħħar jittieħed l-isptar għall-kura. Waqt li s-Surġent ta' 34 sena minn Raħal Ġdid kien bil-mutur tas-servizz wieqaf fuq it- traffic lights fi Triq Diċembru 13, daħlet fuqu karozza tat-tip Daihatsu Sirion misjuqa minn mara ta' 26 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Iż-żewġ vetturi kienu qegħdin jinstaqu fid-direzzjoni lejn il-Belt. Kawża tal-impatt il-mutur u s-Surġent tkaxkru diversi metri. Fuq il-post dehru b'mod immedjat numru ta' pulizija mill-istess sezzjoni li għaddew isegwu xi ġralu l-kollega tagħhom. Dan fl-istess ħin li pulizija oħra kienu qed imexxu investigazzjoni. Il-Pulizija ttieħed l-isptar biex jiddewwa għall-ġrieħi ħfif li sofra.
0not_entailment
Marlene Farrugia tistaqsi x’kien se jikxef il-kuntrattur tal-proġett tal-ITS
Id-deputat Marlene Farrugia għamlet dikjarazzjoni fil-parlament fis-seduta tal-lejla li fiha irriferiet għall-kontroversja dwar il-proġett tal-ITS u t-theddid li sar fuq il-PN u staqsiet x’kien se jikxef dan il-kuntrattur ewlieni fil-pajjiż li kieku ma ngħatax dak li ried mingħand il-gvern. Fil-ħin tal-istqarrijiet parlamentari d-deputat Marlene Farrugia għamlet riferenza għall-kuntrattur tal-proġett u iddikjarat li l-Ħadd li għadda ġrat xi ħaġa fil-pajjiż fejn kuntrattur ewlieni għamel reazzjoni wara li l-Oppożizzjoni talbet investigazzjoni dwar l-investiment li se jsir f’Pembroke fuq l-art tal-ITS. Hi staqsiet x’kien se jikxef dan il-kuntrattur li kieku l-gvern ma taħx dak li kien qed jistenna. Nhar il-Ħadd li għadda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni qed tinsisti li l-kuntratt bejn il-Gvern u l-ITS dwar il-proġett f’Pembroke jkun investigat mill-Awditur Ġenerali.
1entailment
L-ARMS: L-ewwel entità li ser tħallas għal-leave speċjali minħabba mard serju
Proposti konkreti dwar l-ambjent u l-arja nadifa, il-politika onesta u l-governanza tajba … daqskemm pożizzjoni ċara favur il-ħajja mill-konċepiment, biex jieqfu l-inġustizzji fil-pensjonijiet, biex tkun miġġielda l-korruzzjoni u biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kanċer. Dawn huma uħud mit-temi trattati fil-Pjan ta’ Hidma li l-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Mejju li ġej. Il-proposti kienu diskussi fil-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-Partit, li nżamm il-Ħadd li għadda, bit-tema Flimkien għal Pajjiżna. Għax iridu soċjetà li jimpurtaha, il-Membri Parlamentari Ewropej eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista se jaħdmu fost l-oħrajn biex jiġu eliminati l-inġustizzji u l-anomaliji fil-pensjonijiet, fiwaqt li jiġġieldu kontra kull tip ta’ inġustizzja u faqar li qed jolqot lill-familji, lill-anzjani, lill-ħaddiema u liż-żgħażagħ. Barra minhekk, huma se jaraw ukoll li titwaqqaf il-waqgħa ‘l isfel fil-kejl internazzjonali fl-ugwaljanza tal-mara. L-MEPs eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista se jaħdmu wkoll biex il-ħaddiema Maltin u Għawdxin ikollhom pagi diċenti u edukazzjoni ta’ kwalità. Hu għalhekk li se jservu ta’ Ambaxxaturi Ekonomiċi ta’ pajjiżna f’ħidma biex jinġiebu oqsma ekonomiċi ġodda u ta’ valur miżjud li ma jkunux mibnija fuq iċ-cheap labour. Jesiġu wkoll li titwettaq id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja, filwaqt li jaħdmu għal aktar kundizzjonijiet tajbin fil-postijiet tax-xogħol. Huma se jistinkaw biex jeliminaw l-ostakli preżenti li qed iżommu lin-negozji milli jisfruttaw l-opportunitajiet ta’ bejgħ online, filwaqt li jżidu l-promozzjoni tal-prodott agrikolu Malti, fost l-oħrajn. Għax jemmnu li s-Saħħa hi kollox għall-bniedem, se jaħdmu biex ikunu aġġornati l-policies f’dan il-qasam, fosthom ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Barra minhekk, se jaraw ukoll li fost l-oħrajn, isir investiment akbar fil-qasam tar-riċerka dwar il-kanċer u anke li jsir investiment akbar fl-e-health. Bl-għan li pajjiżna jgawdi minn Ambjent San, l-MEPs eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista se jaraw li l-leġislatura li ġejja tintuża’ biex titħaddem l-għodda Ewropea ħalli pajjiżna jkompli jimmodernizza b’aktar fondi Ewropej. Dan fost l-oħrajn billi pajjiżna ma jibqax jaqa’ lura mil-livelli ambjentali u li nkunu proattivi favur politika u programmi li jħarsu l-Ambjent, fost l-oħrajn. Dwar l-Immigrazzjoni, se jaraw li pajjiżna jkun ġust ma’ dawk li jixirqilhom protezzjoni, filwaqt li jaħdmu biex ikun hemm solidarjetà tanġibbli bejn l-Istati Membri mal-pajjiżi fil-fruntieri esterni, bħal Malta u Għawdex. Barra minhekk, se jkunu qed jinsistu wkoll li, bi ftehim mal-pajjiżi konċernati, l-Unjoni Ewropea tiftaħ ċentri ta’ akkoljenza fil-pajjiżi viċin, barra l-Unjoni.
0not_entailment
500 persuna l-Qorti wara l-kolp ta' stat fit-Turkija
Fid-dawl tas-sitt ħatriet fil-ġudikatura li saru l-Ħamis, il-President ta’ Malta George Vella appella lill-Gvern Soċjalista biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumissjoni Venezja. Appelli li ilhom ġimgħat sħaħ isiru, anki mill-Kap tal-PN Adrian Delia. Fid-diskors tiegħu matul ic-cerimonja tal-hatra, George Vella qal li hemm bżonn li l-Gvern juri l-istess rieda li juri fuq kwistjonijiet oħra, biex il-ġudikatura f’Malta tissaħħaħ bl-aħjar mod possibbli. Il-President ta’ Malta fakkar li għalkemm fl-2016 kien hemm ċertu tibdil, dan ma kienx biżżejjed u l-Kummissjoni Venezja fir-rapport tagħha għamlitha ċara li hemm bżonn li jsiru aktar emendi mill-aktar fis possibbli. Anki l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello riċentament stqarr li l-Gvern ippakkja l-bankijiet tal-ġudikatura bil-ħbieb tal-ħbieb u l-ħsara li saret lill-Qrati taf iddum snin biex tissewwa. B’dawn il-ħatriet li saru din il-ġimgħa, il-Gvern injora id-diversi sejħiet li saru mis-soċjetà ċivili u anki mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista sabiex ma jkomplux isiru ħatriet sakemm ikunu implimentati ir-riformi fil-ħatriet tal-membri tal-ġudikatura kif rakkomandati mill-Kummissjoni Venezja. Din il-Kummissjoni irrimarkat kif hemm wisq poteri li huma konċentrati f’idejn il-Prim Ministru, partikolarment fejn jidħol il-ħatriet ta’ Mħallfin u Maġistrati
0not_entailment
Ħidma biex jikkontrollaw il-virus Ebola fil-Guinea
Diversi pajjiżi madwar id-dinja qed jirrappurtaw żieda fil-każijiet ta’ vjolenza domestika, hekk kif ħafna familji qed ikunu magħluqa ġewwa biex josservaw ir-regoli tal-kwarantina b’rabta mal-imxija tal-Covid-19. Fir-Renju Unit, persuni jistgħu joħorġu minn darhom biex ifittxu l-għajnuna, jekk ikunu qed isofru l-abbuż f’darhom. Dan qalitu l-Home Secretary Priti Patel, wara li l-Pulizija Ingliża wissiet li l-kwarantina se tolqot ħażin vittmi tal-vjolenza domestika. Patel qalet lill-vittmi li mhumiex minsija, waqt li wissiet lil min jabbuża li mhuwiex se jgħaddiha lixxa. Fil-Brażil, qed tiġi rrappurtata żieda ta’ kważi 50% fir-reati ta’ vjolenza domestika, waqt li pajjiżi u reġjuni oħra, bħal Ċipru u l-Katalunja, raw żieda ta’ bejn 20% u 30%. Il-Ġermanja, l-Italja, il-Greċja u ċ-Ċina wkoll irrapportaw żieda ġenerali fil-każijiet.
0not_entailment
Raġel jispiċċa l-isptar wara li grupp ta' irġiel aggredewh b'ħadida
Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal grupp ta' ħames irġiel wara li t-Tlieta filgħaxija attakkaw raġel barrani b'ħadida u b'arma li taqta', fi Triq id-Daħa ta' San Tumas f'Wied il-Għajn. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.00pm bil-vittma jiġi ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief Nies li tkellmu ma' Net News qalulna li r-raġel, li huwa Serb, spiċċa aggredit minn għadd ta' persuni – li wara ħarbu mill-post. Sa issa għadha mhix magħrufa r-raġuni wara l-aggressjoni jew jekk kienx żviluppa xi argument bejniethom. Il-Pulizija għadhom għaddejin bi tfittxija għall-aggressuri.
1entailment
Mit-tradiment sal-kostituzzjoni: ġlied intern fil-partiti (1)
Bħalissa ħafna attenzjoni tinsab fuq Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista. Imma dak li qed jiġri fil-PN l-ewwel darba li qed jiġri? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-akbar ġlidiet interni fil-PL u l-PN mill-Indipendenza ’l hawn... Bħalissa għajnejn dawk li jsegwu x-xena politika lokali hija fuq il-Partit Nazzjonalista u l-ġlied intern li għaddej fl-istess partit. Stejjer ta’ intriċċi u ġlied intern, stejjer ta’ tradiment u attentati biex jitneħħa l-kap jew jinqasam il-partit. Imma forsi fil-vena tal-preżent ħafna jinsew illi dak li qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista llum ġara matul is-snin fl-istess PN u ġara wkoll fil-Partit Laburista, bl-istess intensità, korla u drammatiċità. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aktar mumenti politikament storiċi illi matulhom kien hemm ċaqlieq seżmiku fil-partiti. Il-mumenti meta kien hemm sfida diretta fil-konfront ta’ Kap ta’ partit minn grupp ta’ nies jew individwi fl-istess grupp li jmexxi. Illum, fl-ewwel parti tal-ħarsa lura se nfakkru fil-waqa’ tal-Gvern Laburista fl-1998 wara li l-eks PM Laburista u ‘salvatur’ għal ħafna Laburisti Dom Mintoff ħadha kontra l-eks PM Laburisa Alfred Sant. Se nagħtu ħarsa wkoll lejn kif Ġorġ Borg Olivier kellu ribelljoni u tneħħa “bil-pulit” minn Kap tal-Partit Nazzjonalista biex minfloku kien elett Eddie Fenech Adami. L-1998 - Gvern Laburista ġdid jitwaqqa’ mis-salvatur tal-Laburisti Is-sajf tal-1998 kien wieħed jaħraq. Sajf illi matulu l-Gvern li kien imexxi Alfred Sant iffaċja waħda mill-agħar kriżijiet interni li qatt għadda minnhom il-Partit Laburista fl-aħħar 20 sena. Sant kien beda numru ta’ proġetti biex tkun riġenerata l-Kottonera u fost dawn il-proġetti kien hemm dak tal-Waterfront tal-Birgu, il-moll tal-Birgu. Kien dan li prima facie waqqa’ lill-Gvern hekk kif Mintoff m’aċċettax li l-art pubblika tingħata lill-privat bħala parti minn dan il-proġett. Imma din kienet biss parti żgħira tal-kwistjoni kollha li tmur lura għall-1996 meta dakinhar Mintoff kien ħareġ bħala kandidat fuq it-Tieni Distrett li jinkorpora l-Kottonera u kien qal illi għamel dan b’numru ta’ kundizzjonijiet. Mintoff kien sinonimu mal-Kottonera hekk kif kien ukoll popolari f’dan id-distrett illi fih twieled, ħadem u llum huwa mfakkar permezz ta’ monument fi Pjazza Paolino Vassallo. Imma fid-disgħinijiet dan il-politiku kien sar it-‘traditur’ u l-‘Ġuda’ għal ħafna Laburisti, inkluż għall-Prim Ministru tal-lum Joseph Muscat li kien qal illi l-Malta Labour Party (MLP) ma kienx se jafda lil min lagħab il-logħba ta’ ħaddieħor. Kien qed jimplika għan-narrattiva Laburista dak iż-żmien popolari u kredibbli li kien hemm laqgħat bejn Mintoff u l-Partit Nazzjonalista, speċifikimanent l-eks Viċi Kap tal-PN Guido De Marco, biex Mintoff iwaqqa’ l-Gvern. Il-Partit Laburista u l-Gvern għaddew minn prattikament sena ta’ ġlied intern, tgħajjir u eventwlament telfa kbira li reġgħet tefgħatu fl-oppożizzjoni bla mistenni. Jitħabbar il-Baġit u jibda l-inkwiet Il-Gvern Laburista ressaq it-tieni Baġit tiegħu, li fih kien ħabbar numru ta’ miżuri li ma niżlu xejn tajjeb mal-poplu. L-inqas popolari kienet żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, dakinhar biex tibda tissolva problema ta’ dejn fil-korporazzjoni Enemalta li kif nafu kibret u kompliet tiggrava sal-2013. Nhar is-7 ta’ Novembru wasal l-ewwel stallett Mintoffjan hekk kif dan astjena fuq vot finanzjarju dwar il-Baġit. Jekk Gvern jitlef vot dwar il-baġit awtomatikament ikun ingħata vot ta’ sfiduċja.  Dakinhar kienet l-Ispeaker Miriam Spiteri Debono li ‘salvat’ lill-Gvern bil-casting vote. Il-Gvern Laburista kellu maġġoranza ta’ siġġu wieħed biss u allura dak ta’ Mintoff kellu sinifikat qawwi u eventwalment detrimentali. Fit-18 ta’ Novermbru Mintoff jerġa’ jastjeni f’żewġ voti ta’ żewġ Ministeri oħrajn. Għal darb’oħra l-Gvern isalva grazzi għal Spiteri Debono. Fid-dawl ta’ dan l-affront qawwi intern mill-akbar ġgant politiku Laburista sa dak iż-żmien, Sant mar għand id-delegati u talab vot ta’ fiduċja li rebaħ b’99.3%. Sussegwentement Mintoff għamel diskors twil fil-Parlament, bil-pajjiż kollu mwaħħal mar-radjijiet jisma’ d-diskors ta’ Mintoff. Kien diskors qawwi ħafna u li fih attakka mhux darba lil Sant, il-Baġit li kien ressaq, il-valuri li kien iħaddan l-MLP taħt Sant u l-vot ta’ fiduċja li kien ressaq l-istess Mexxej Laburista quddiem id-delegati. L-ilma baqa’ jbaqabaq biex f’Marzu 1998, il-Gvern ma rebaħx vot ta’ fiduċja li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni Eddie Fenech Adami u l-Partit Nazzjonalista. Id-dibattitu kien jiċċentra l-aktar mas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea hekk kif il-Gvern Laburista kien, skont il-programm elettorali tiegħu, waqqaf l-applikazzjoni ta’ Malta biex issir membru tal-Unjoni Ewropea. Il-moll tal-Birgu...iċ-ċirasa fuq il-kejk! L-affarijiet fil-Partit Laburista komplew jiħraxu sew hekk kif il-Gvern ressaq mozzjoni illi permezz tagħha ta b’ċens l-mollijiet, bini u dritt ta’ irmiġġ fil-Birgu lill-Port Kottonera Ltd, il-kumpanija magħżula biex tmexxi u twettaq il-proġett tal-Kottonera. Mintoff kien oġġezzjona għall-mod kif kien sar il-kuntratt u kif se jkun limitat l-użu tal-post mil-pubbliku. Hu kien ukoll qajjem b’saħħa l-każ tal-għoti tal-Forti Sant’Anġlu lill-Ordni tal-Kavallieri, għal dak il-famuż falkun. Sussegwentement Mintoff reġa’ vvota kontra l-mozzjoni u allura kontra l-Gvern bil-konsegwenza li din l-art ma setgħetx tgħaddi għand il-privat u l-proġett ma setax jibda. ‘Traditur u Ġuda’ Minn hemmhekk l-affarijiet iggravaw hekk kif l-għada tal-vot dwar il-mozzjoni, Sant niżel il-Birgu fejn konferenza tal-aħbarijiet inbidlet f’mass meeting żgħir, fuq il-moll. Hemmhekk Sant tilef il-kalma u l-‘cool and relax’ li tant kien ħeġġeġ lin-nies iżommu u għajjar lil Mintoff ‘traditur’ filwaqt li talbu biex jirreżenja. Ħamest ijiem wara Sant reġa’ mar il-Kottonera u għal darb’oħra, b’mod simboliku, fil-Pjazza Gavino Gulia f’Bormla, talab lil Mintoff biex jirreżenja. L-għada, nhar l-14 ta’ Ġunju 1998, Sant kien rabat il-mozzjoni dwar il-proġett tal-Kottonera ma’ vot ta’ fiduċja, xi ħaġa li Mintoff appella biex ma ssirx għax hu baqa’ jsostni li ma jridx iwaqqa’ lill-Gvern jew ineħħi lil Sant. Iżda Sant kien determinat li jew ikompli jew imur għall-ġudizzju tal-poplu mill-ġdid. Mintoff kien saħansitra mar fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, li kien għadu kemm twaqqaf, biex f’intervista ma’ Pierre Portelli spjega kif hu kien kontra l-proġett tal-Kottonera. Konferenza Ġenerali taħraq...firda fl-MLP Kollox beda jilħaq il-qofol tiegħu f’Konferenza Ġenerali tal-MLP illi fiha Sant kien iddikjara gwerra kontra l-PN f’diskors jaħraq filwaqt li l-eks Ministru tat-Trasport Joe Debono Grech kien għamel diskors ieħor qawwi ħafna kontra Mintoff. Folla ta’ Laburisti kienu stennew barra l-Parlament, fi Pjazza San Ġorġ u laqgħu lil Mintoff, sa snin qabel meqjus bħala ‘salvatur’, bit-tgħajjir ta’ ‘traditur’ u ‘Ġuda’. Jingħad li Debono Grech kien saħansitra prova jħebb għal Mintoff fil-Parlament. Fl-10 ta’ Lulju maġġoranza qawwija ta’ Delegati kienu vvotaw skont ix-xewqa ta’ Sant biex tissejjaħ elezzjoni. L-eks Deputat Mexxej tal-MLP George Abela, irreżenja għax ma qabilx li l-partit imur għal elezzjoni. Il-Partit Laburista, b’total ta’ 124,220 vot tilef l-elezzjoni b’distakk ta’ 12,800 vot. Wara l-elezzjoni ġenerali l-inkwiet fil-Partit Laburista kompla b’akkużi serji ta’ tbagħbis ta’ voti fil-konfront tal-elezzjoni tal-1992. Kien allegat illi Pawlu Muscat eks Sindku ta’ Bormla kien imdaħħal f’din il-kwistjoni kollha. Muscat sussegwentement tneħħa minn Sindku għar-rabja ta’ bosta attivisti Laburisti Bormliżi li riedu illi jkun hu li jibqa’ Sindku. Sant qatt ma reġa’ kien elett Prim Ministru wara l-1996 u dan hekk kif tilef ir-referendum tal-Unjoni Ewropea, tilef l-elezzjoni tal-2003 u reġa’ tilef l-elezzjoni tal-2008 anke jekk bi ftit iktar minn 1,000 vot biss. 1971-1977 – Deputati Nazzjonalisti jivvutaw mal-Gvern fuq il-kostituzzjoni Issa ejja nħarsu lura u lejn in-naħa l-oħra tal-ispettru politiku. George Borg Olivier kien rebaħ l-elezzjoni tal-1962, meta dik is-sena l-Partit Nazzjonalista kien rebaħ b’maġġoranza ta’ 50%, filwaqt li l-Partit Laburista, immexxi minn Mintoff kiseb 32% tal-voti biss. Il-Partit Ħaddiema Nsara ta’ Toni Pellgrini u l-Partit Demokratiku ta’ Herbert Ganado kisbu 8% tal-voti kull wieħed. Wara l-kisba tal-Indipendenza bil-Monarkija tibqa’ tirrappreżenta l-Kap tal-Istat, Borg Olivier kien reġa’ rebaħ elezzjoni ġenerali oħra, dik tal-1966, meta ħadd ma ġab maġġoranza assoluta. Minkejja dan il-PN kien qabeż lil Mintoff bi 8,000 vot u kellu sitt siġġijiet aktar fil-Parlament. Iżda kif jgħid Henry Frendo fil-bijografija tiegħu ta’ Borg Olivier ‘Patrijott Liberali Malti’: “Sakemm partit ikun minn fuq jikkmanda, jinsa jew jinjora d-diffetti, jittraskura t-titjib anke tiegħu stess, ikun imħabbat jew aljenat mill-Gvern tiegħu stess, x’aktarx b’inqas ħin għall-affarijiet tal-partit.” “Malli jitlef u jinqala’ ’l barra, jibda l-eżami tal-kuxjenza, tibda tiċekċek ftit il-fiduċja għamja, tikber il-kritika interna u r-rakkomandazzjonijiet biex l-istrutturi u l-atteġjament u l-attivitajiet jaġġornaw ruħhom, jirrinventaw ruħhom jew jinbidlu radikalment, forsi anke biex jinbidlu n-nies u jtiru l-irjus ukoll. Dan jiġri lil kull partit politiku wara kull telfa elettorali.” Dan Frendo qalu meta kien se jibda jirrakkonta s-snin ta’ wara t-telfa tal-1971 li rat lill-Perit Mintoff isir Prim Ministru ta’ Malta. Huwa kien kiseb 50.8% tal-vot u kellu maġġoranza ta’ siġġu wieħed fil-Parlament. Frendo jfakkar illi minkejja l-qasma eventwali fil-PN u x-xewqa tal-maġġoranza skjaċċanti tad-deputati Nazzjonalisti biex Borg Olivier jitlaq minn Kap tal-PN, huwa kien għamel ċerti kisbiet importanti u bena immaġini b’saħħitha ta’ Prim Ministru. Borg Olivier kellu apppoġġ qawwi fost l-attivisti Nazzjonalisti, imma mhux wisq fil-Grupp parlamentari tiegħu, forsi simili ħafna għas-sitwazzjoni ta’ Adrian Delia bħalissa. Fil-bijografija ta’ Frendo, l-1974 hija mlaqqma bħala l-aktar sena ta’ sfida għal Ġorġ Borg Olivier. Il-PN kien qed jikkontempla bidliet fih innifsu hekk kif il-klima politika f’pajjiżna bdiet tiħrax sew b’diversi attakki u vendikazzjonijiet u kontro-attakki u vendikazzjonijiet. Iżda l-Kap tal-PN kien itttratena fuq il-kwistjoni u serraħ fuq tliet fatturi ewlenin. Dawn huma 1) li kien irrispettat bħala Kap minn bosta speċjalment dawk li skont il-ktieb ta’ Frendo, Mintoff kien isibhom bħala ‘ta’ rashom sħuna’ 2) dawk li fil-PN u forsi lil hinn ukoll kienu meqjusin bħala l-eċċessi ta’ Mintoff, li min-naħa l-oħra kien għaddej bi programm ta’ miżuri soċjali, drittijiet ġodda u leġiżlazzjoni bħaż-żwieġ ċivili u 3) Biża’ fil-PN minn qasma, forsi wkoll l-istess biża’ li teżisti llum. Imma l-qasma fil-Grupp Parlamentari ġiet l-aktar grazzi għat-tibdiliet li l-Prim Ministru Mintoff ried illi jagħmel fil-Kostituzzjoni, b’dawk lealissimi lejn Borg Olivier jgħidu illi din kienet biss skuża biex jitneħħa l-Kap Nazzjonalista. Kien kważi l-Grupp Parlamentari kollu li ma bediex jaqbel ma’ Borg Olivier bi Frendo jfakkar fil-ktieb tiegħu illi 21 minn 24 Deputat tal-PN kienu lesti jinfuraw lil Borg Olivier illi jekk ma jirreżenjax isibu kap ieħor huma. Għal darb’oħra, din hija simili ta’ sitwazzjoni li kienet qed iseħħ fil-PN sa ġimagħtejn ilu u li din il-gazzetta rrapportat dwarha. Dawn id-Deputati kienu lesti li jaqblu mal-Gvern ta’ Mintoff fuq ċerti punti u kienu qed jibżgħu wkoll minn xenarju fejn il-Kostituzzjoni tkun tista’ tinbidel b’maġġoranza sempliċi u allura Mintoff ikun jista’ jagħmel dak li jrid. Borg Olivier kien jaħseb li dak ta’ Mintoff kien biss ‘bluff’ u li ma kienx se jasal ibiddel il-mod kif tinbidel il-Kostituzzjoni. Kuntrarjament għall-maġġoranza assoluta tal-Grupp Parlamentari tiegħu stess, Borg Olivier kien isostni illi l-Kostituzzjoni kienet approvata mill-poplu fir-referendum tal-Indipendenza li ntrebaħ minn dawk li kienu favur il-viżjoni. Hu jsostni illi biex tinbidel il-Kostituzzjoni jeħtieġ isir referendum mill-ġdid. Imma mbagħad, tkompli tirrakkonta l-bijografija ta’ Borg Olivier, meta kien qed jiddiskuti l-kwistjoni ma’ Mintoff aċċetta li jsiru tibdiliet imma li dawn jidħlu wara l-elezzjoni tal-1976, sabiex l-elezzjoni tkun bħal donnha referendum fiha nnifisha dwar l-istess tibdil fil-Kostituzzjoni. Din il-proposta li ma kinitx diskussa minn qabel, ma tantx għoġbot lin-naħa tal-PN u Guido De Marco kien wera dan biċ-ċar lil Borg Olivier. Fit-12 ta’ Diċembru, ittieħed il-vot u l-maġġoranza kbira tad-Deputati Nazzjonalisti ħadu pożizzjoni kontra l-kap tagħhom en masse. Minn 27 Deputat tal-PN kien Ġorġ Borg Olivier flimkien ma’ ħuh Paul Borg Olivier, neputih Albert Borg Olivier De Puget, Alex Cachia Zammit, Joseph Cassar Galea u Alfred Bonnici li vvutaw mal-Kap tal-PN. Fost dawk li ma vvutawx mal-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni kien hemm George Hyzler, Ugo Mifsud Bonnici, Ċensu Tabone, Eddie Fenech Adami, George Bonello Du Puis u Anton Tabone, ilkoll Deputati li saru Ministri taħt Gvernijiet Nazzjonalisti ta’ Eddie Fenech Adami. Minkejja li ma qabilx Borg Olivier xorta ħa l-ġurament lejn il-Kostituzzjoni. Jingħad illi waqt li qed jieħu dan il-ġurament lejn il-Kostituzzjoni l-ġdida sostna l-kliem ‘salv il-validità tagħha’. Mhux ċar għalfejn qal dan Borg Olivier imma forsi ried illi jitfakkar li minkejja l-ġurament xorta baqa’ xetikku ta’ ħidmet Mintoff bil-vot ta’ Deputati tiegħu li prattikament ħassru l-Kostituzzjoni tal-Indipendenza. Ma riedx isir President tar-Repubblika Il-bijografija ta’ Borg Olivier tirrakkonta kif De Puget kien qal lil Borg Olivier illi dawk li kienu se jivvutaw kontrih fuq il-Kostituzzjoni Repubblikana kienu lesti illi jipproponuh għall-President tar-Repubblika ladarba l-PN ikun fil-Gvern. De Puget qal hekk lil Henry Frendo “Meta l-poteri fil-PN bdew jagħmlu pressjoni fuqu biex iċedi t-tmexxija, ippruvajt nikkalma s-sitwazzjoni billi għidtlu li huma kellhom l-intenzjoni li jagħtuh il-Presidenza tar-Repubblika malli l-partit jieħu l-poter. Hu mill-ewwel wieġeb li qatt mhu se jaċċetta l-presidenza...” Għall-fini ta’ dan l-artiklu rriċerka ttieħdet minn dawn il-Kotba: L-Elezzjonijiet f’Malta 1849-1992 – fatt u Ċifi (Michael J Schiavone). Patrijott Liberali Malti (Henry Frendo). Elezzjonijiet Ġenerali 1992-2003 (Michael J schiavone)
1entailment
PL: Gvern li qed jikseb ir-riżultati
“Il-valur tal-ħajja huwa fundamentali, irrispettivament tar-razza u l-kulur tal-ġilda. Ejja ma nimxux lejn il-linja ta’ ħsieb li kulħadd u kollox għandu prezzu bil-konsegwenza li l-valuri jitwarrbu”. Dan kien l-appell lill-awtoritajiet tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Professjoni tal-Counselling (MACP) fejn fi stqarrija ingħad li l-MACP hija konxja tar-realtajiet diffiċli li bħalissa ċ-ċittadini għaddejjin minnhom f’dawn iż-żminijiet tista’ tgħid surreali. Għal bosta fl-aħħar ġimgħat il-ħajja normali tagħhom ġiet għal kollox imfixkla minn ansjetà kbira kemm minħabba l-inkwiet fuq is-saħħa, kif ukoll dwar l-instabbilità finanzjarja. Madanakollu, kompliet l-Assoċjazzjoni, f’pajjiżna hawn professjonisti li lesti jgħinu lill-publbiku ġenerali f’dan iż-żmien ta’ paniku. L-MACP kompliet tgħid li madanakollu, minkejja li ninsabu fis-sena 2020 mhux kulħadd igawdi minn dan il-lussu. Huma saħqu li f’dan iż-żmien delikat bħala poplu għandna aktar nifmhu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Ġie spjegat li waqt konfenzjoni għall-protezzjoni tal-minoritajiet lura fl-1998, Malta, fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, ffirmat għal tolleranza u djalogu interkulturali. Fi kliem sempliċi – sabiex ikun hemm ir-rispett u l-koperazzjoni fost dawk kollha li jgħixu fit-territorju Malti – irrispettiv mill-etniċità, lingwa u twemmin. Għaldaqstant l-Assoċjazzjoni appellat għal djalogu aktar miftuħ f’pajjiżna u appellat ukoll għal soċjetà aktar miftuħa bil-għan li f’din il-kriżi pandemika li sibna ruħna fiha ma jkomplux jiżdiedu l-emarġinati f’pajjiżna.
0not_entailment
eBay u Amazon fi ġlieda legali fuq serq ta' klijenti
Is-sit tax-xiri onlajn eBay fetaħ kawża fil-Qorti kontra sit ieħor, Amazon, minħabba li dan tal-aħħar uża sistema interna ta' messaġġi biex allegatament jisirqu klijenti ta' eBay. Is-sit eBay qed jgħid li rappreżentanti ta' Amazon għamlu profili fuq eBay, u bagħtu messaġġi lil diversi utenti biex ibiegħu il-prodotti tagħhom fuq Amazon minflok. Dan, skont eBay, imur kontra l-ftehim li kull utent jaċċetta meta jissieħeb mas-sit. "Din hija kampanja orkestrata biex jeħdulna l-klijenti b'mod illegali", saħqu l-mexxejja ta' eBay. Huma qed iħeġġu l-klijenti tagħhom jikkomunikaw b'telefonati biex jevitaw li jirċievu messaġġi minn Amazon.
1entailment
Ara l-mument li qalulhom li għaddew mill-eżamijiet
Ħlewwa ta' ballerini ċkejknin jidhru jifirħu appena l-għalliema tagħhom Maxine Ciantar fi ħdan Kinetic Dance Academy, tgħidilhom li għaddew mill-eżami tagħhom fl-arti taż-żfin ballet . Dan il-filmat qed jiġi ċċirkulat fuq il-mezzi tal-midja soċjali.
1entailment
Hague: Syria Massacre was a chemical attack
Foreign Secretary William Hague has said for the first time that the “atrocity” in Syria “was a chemical attack” carried out by Assad forces. Mr Hague said that the chances of the attack being a conspiracy by opposition forces was “vanishingly small” and that the only “plausible explanation” for the mass deaths was an attack by the regime. He said it was essential to get UN inspectors already in the country to the site outside Damascus and that “time was of the essence”. If inspectors were not allowed in, the evidence, he said, would deteriorate. Forces loyal to President Bashar al Assad have been carrying out air strikes on the area, which could already have considerably damaged any proof of the use of nerve gas. And Mr Hague warned the Assad
1entailment
Sidien ta’ ħwienet u ristoranti jinsabu konfużi
Duħħan iswed deher ħiereġ miċ-ċentru diversi drabi Pulizija, suldati u anke l-Protezzjoni Ċivili reġgħu kellhom jissejħu fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi minħabba protesta fost l-immigranti residenti. L-immigranti qed jipprotestaw kontra d-detenzjoni, waqt li jgħajtu 'freedom' (libertà). Fuq il-post issejjaħ numru sostanzjali ta' uffiċjali tal-Pulizija, uħud minnhom liebsa lbies protettiv f'każ li jkun hemm bżonn l-użu tal-forza. Għalkemm ma daħlux fiċ-ċentru, il-Pulizija dehru skjarati quddiem il-grada ewlenija. Tweħħlu wkoll diversi strixxuni madwar iċ-ċentru, uħud minnhom bil-kliem 'freedom' oħrajn jistaqsu 'fejn hu l-umanità?' u strixxuni oħra jisħqu li f'Malta ma hawnx ġustizzja. Xi drabi nstema' wkoll taħbit u tisbit. Duħħan iswed deher ħiereġ ukoll miċ-ċentru f'diversi ħinijet, x'aktarx għax l-immigranti bdew jaħarqu xi oġġetti. Ma jidhirx li kien hemm nirien fl-ebda struttura. Din hija waħda minn sensiela ta’ protesti li seħħew fl-aħħar jiem f’dan iċ-ċentru u anke fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa. Intant fuq il-post issejħu diversi ambulanzi u anke tobba għalkemm ħadd ma weġġa' tul il-protesta. Għall-ħabta ta' nofsinhar jew ftit wara, il-protesta waqfet bl-immigranti jidhru jitolbu iżda l-protesta kompliet fis-sagħtejn fejn reġa' deher ħiereġ ukoll xi duħħan iswed, għalkemm reġgħet ikkalmat ftit tal-ħin wara.
0not_entailment
Il-Prim Ministru Robert Abela Jappella Għal Opożizzjoni B'Politika Komuni Dwar L-Immigrazzjoni
Nine persons have been detained over drug find, yesterday, during a party. Police efforts proved successful, with six men and three women, arrested after being found in possession of cocaine, ecstasy, cannabis and mephedrone. The accused will be arraigned in the coming days; two of them are set to be accused with drug possession and intent to sell.
0not_entailment
'Iddiskutejna l-possibbilità li nilqgħu pazjenti feruti mil-Libja' - Ivan Falzon
Sa issa ma kien hemm l-ebda talba biex persuni feruti fil-Libja jinġiebu Malta Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Ivan Falzon, qal ma' dan is-sit li l-amministrazzjoni tal-Isptar iddiskutiet il-possibbilità li persuni feruti fil-kunflitt Libjan ikunu rikoverati fl-Isptar Mater Dei. F'kummenti mas-sit , Ivan Falzon saħaq li t-tmexxija tal-isptar dejjem tipprepara biex tkun lesta li tilqa' għal kull eventwalità, kif ġieli ġara wkoll fil-passat. Madanakollu, Falzon saħaq li l-awtoritajiet Maltin għad ma kellhom l-ebda talba minn awtoritajiet Libjani biex persuni feruti fil-kunflitt li għaddej bħalissa fi Tripli, jkunu rikoverati fl-isptar Malti. "Aħna nkunu lesti għal kull eventwalità," saħaq Falzon. Fl-aħħar jiem, forzi mmexxija minn Gen Khalifa Haftar bdew attakk qalil fuq il-belt bil-għan li joħduha minn idejn il-Gvern li jgawdi l-appoġġ tal-Ġnus Maqgħuda. Skont il-Ministeru għas-Saħħa Libjan, minn tal-inqas 25 persuna nqatlu filwaqt li madwar 80 persuna weġġgħu u dawn jinkludu mhux biss suldati iżda anke nies ċivili.
1entailment
'Se naħdem biex inwaqqaf lil Joseph Muscat milli jieħu kariga fl-istituzzjonijiet Ewropej'
David Casa qal dan waqt li kien qiegħed jindirizza l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fl-Parlament David Casa, qal li huwa se jkun qed jaħdem fil-Parlament Ewropew biex Joseph Muscat ma jieħu l-ebda kariga fl-istituzzjonijiet Ewropej. David Casa qal dan waqt li kien qiegħed jindirizza l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li matulu se jkun approvat il-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej. “Jekk hawn xi ħadd li qed jitħajjar għal xi kariga fl-istituzzjonijiet Ewropej, jekk inkun hemm fil-Parlament se naħdem biex ma jieħu l-ebda kariga,” saħaq Casa, b’referenza ċara għall-Prim Ministru Joseph Muscat. Insista li l-Partit Nazzjonalista jrid Maltin fl-istituzzjonijiet Ewropej, iżda jrid Maltin li jemmnu fid-demokrazija, li ma jipproteġux lill-korrotti u li ma jużawx il-Pulizija biex jipproteġu lill-kriminali, kompla jisħaq l-Ewroparlamentari. “Dan kollu ma jirrappreżenta xejn lil Joseph Muscat,” kompla jinsisti dwaru Casa. Filwaqt li tkellem dwar diversi liġijiet li ħadem fuqhom matul l-aħħar snin, David Casa saħaq li hu se jibqa’ jaħdem biex jiġġieled il-korruzzjoni, se jibqa’ jinsisti biex issir magħrufa l-verità dwar il-kumpanija 17 Blacki u biex tinfetaħ investigazzjoni indipendenti fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
1entailment
Il-Ministru Chris Cardona jispjega għalfejn issejjaħ id-Depot...
Il-Ministru Chris Cardona kien quddiem il-pulizija fid-Depot xi ħin ilu ... Il-Ministru Chris Cardona ntalab imur id-Depot fil-Furjana xi ħin ilu biex jiffaċċja mistosqsijiet mingħand il-pulizija. Dan ikkonfermawh magħna sorsi differenti qrib il-Pulizija u qrib il-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Sorsi li tkellmu ma' dan is-sit qalu li Cardona sarulu mistoqsijiet, probabbilment fir-rigward tal-aħħar żviluppi relatati ma' Yorgen Fenech. Cardona m'għadux fid-Depot bħalissa. F'kummenti ma' dan is-sit il-Ministru Chris Cardona sostna li hu kien mistoqsi dwar diversi punti fosthom jekk jafx lil Melvin Theuma u jekk iva x'konnessjoni hemm, jekk għaddiex i flus lil xi ħadd kif ukoll dwar il-libelli li waqa' fil-konfront ta' Daphne Caruana Galizia. Intant qed ikun irrapportat li Yorgen Fenech iddaħħal l-isptar ftit tal-ħin ilu b'uġigħ f'sidru. Cardona-Caruana Galizia - Relazzjoni ta' akkużi, allegazzjonijiet u mandati Dan l-aħħar żvilupp drammatiku huwa l-ewwel wieħed li jinvolvi Ministru tal-Gvern, li għal bosta drabi kien fil-mira ta' kritika u stejjer kbar li kitbet Daphne Caruana Galizia. L-aktar waħda illi qajmet kontroversja kienet l-allegazzjoni li hu flimkien ma' konsulent tiegħu kienu marru f 'burdell bl-isem Acapulco, fil-Ġermanja waqt il-ħin tax-xogħol Dan wassal għal reazzjoni min-naħa ta' Cardona li fetaħ każ mandat ta' sekwestru kontra Daphne Caruana Galizia bil-konsegwenza li saret ordni ta' friża ta' €46,000. Caruana Galizia kienet żvelat ukoll illi Cardona kien qed jgħix f'appartament f'Portomaso (Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)
1entailment
Etienne Bartolo jgħid li beża’ mill-vittma filwaqt li Jordan Azzopardi jibqa’ sieket dwar 700 telefonata u l-laqam ta’ El Chapo
Etienne Bartolo kien qal lill-Pulizija li r-raġuni li huwa ta daqqa ta’ sikkina lil Roderick Grech wara li qala’ daqqa ta’ ponn – u beza’ minnu filwaqt li Jordan Azzopardi, li qed jiġi mixli b’akkużi ta’ traffikar u pusses ta’ droga, ċirkolazzjoni ta’ flus foloz u armi ma kkonfermax li huwa ċempel lill-vittma madwar 700 darba u li huwa mlaqqam El Chapo. Jordan Azzopardi, allegatament kellu konnessjoni ma’ Roderick Grech, li nqatel f’Birkirkara tliet snin ilu billi allegatament dan kien ukoll wieħed mill-lavranti tiegħu. Huwa għażel li prattikament ma jwieġeb għal ebda domanda li saret lilu. Huwa għażel biex ma jweġibx sabiex ma jinkrimiax ruħu, dritt ta’ tagħtih il-liġi. Jordan Azzopardi kien ix-xhud prinċipali tal-ġurnata f’ġuri li daħal fit-tielet jum tiegħu fejn Etienne Bartolo 39 sena minn Birkirkara, magħruf bħala l-“Vojt” jinsab mixli bil-qtil ta’ Roderick Grech ta’ 26 sena, liema delitt seħħ fid-29 ta’ Marzu tal-2017. Qabel ma’ daħlu l-ġurati fis-sessjoni ta’ wara nofs inhar l-Imħallef Consuelo Scerri Herrea infurmat lil Jordan Azzopardi li f’każ li jkun hemm xi domandi li jistgħu jitfgħu l-ġebla fuq saqajh jista’ ma jweġibhomx. Madankollu domandi oħra irid jwieġhom għalihom. Huwa l-ewwel ġie muri lilu dokument mill-Avukat Francesca Spiteri, f’isem il-Prosekuzzjoni dwar kiri ta’ karozza, li huwa għaraf li din kienet kirja fuq ismu ta’ Ford Fiesta, u li kien kriha fit-22 ta’ Marzu tal-2017. Minn hemm il-quddiem Jordan Azzopardi iddeċieda li ma jwieġeb għal ebda domanda li saritlu, lanqas minn naħa tad-difiża. Dwar min kien qed isuq il-karozza fil-lejl tal-qtil, Azzopardi għażel li ma jwieġibx fejn qal li huwa għandu każ pendenti fil-Qorti u qed jibża’ li jinkrimina ruħu. Wara nqratlu x-xhieda quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, li huwa stess ta fuq Roderick Grech, dwar jekk kienx sellfu xi karozza u li hu kien wieġeb fl-affermattiv, li iva kien fl-2017, u dwar dan reġa’ għażel li ma jweġibx. L-Avukat Mark Vassallo għan-nom tad-difiża staqsa lix-xhud jekk jiftakarx li kien xehed quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u li kien ta xi dettalji u hawn ukoll, u Azzopardi reġa’ ma riedx iwieġeb, bl-Avukat Vassallo qallu li kien se jfakkru x’kien qal f’ġurnata partikolari. Azzopardi kien qal li kien kera karozza mill-Gżira u li din kien kriha xi darbtejn minn għandu. Qal li kien kriha ukoll lil Roderick Grech, bejn it-28 jew 29 ta’ Marzu tal-2017. Kien xehed li lil Roderick kien jafu għax ħabib tiegħu minn Birkirkara. “kont selliftu l-karozza għax staqsieni għaliha, u għadtlu mhux problema, kont għamiltlu pjaċir żgħar, mhux pjaċir kbir dan” kien qal Azzopardi fl-ewwel Qorti. Kien qal li huwa jaħdem storekeeper ma’ kumpanija tal-iskart u li ġieli kien bla karozza għax ommu, missieru u t-tfajla kellhom waħda, u ma għalhekk kien jirranġa. Kien qal li f’din il-karozza ġara xi ħaġa, weġġa Roderick u miet u jiftakar li kien talabielu xi jumejn qabel ma miet. Hawn l-Avukat Vassallo qralu numru ta’ mobajl, u dan kienx tiegħu, staqsih fuq il-kirja ta’ karozza u għalxiex kriha u d-data meta kriha u għal dawn id- domandi huwa reġa’ tenna li mhux se jikkummenta. Ġie mistoqsi jekk hux minnu li seliffilu l-karozza u jekk hux minnu li ċempel lill-vittma madwar 700 darba. L-Avukat Difensur staqsieh ukoll jekk Roderick Grech kienx wieħed mill-lavranti tiegħu, dejjem kif kien qal hu, u x-xhud reġa’ għażel li ma jikkummentax, kif għażel li ma jikkummentax li qala’ ċitazzjoni kif u jekk ċempilx lill-vittma meta dan qala’ ċitazzjoni u li għamel l-istess dwar jekk hu għandux il-laqam ta’ El Chapo. Sadanittant Etienne Bartolo beża’ meta qala’ daqqa ta’ ponn fuq spalltu u kien għalhekk ta daqqa ta’ sikkina lil Roderick Grech. Ried jixtri d-droga mingħandu u l-vittma ma riedx jagħtih minħabba li l-akkużat ma kellux flus. Huwa dejjem kien jixtri d-droga mingħandu u kien lest li jħallsu l-għada. Dan ħareġ mix-xhieda ta’ uffiċjal tal-Pulizija li jaħdem fl-iskwadra ta’ kontra l-omiċidji meta l-ġuri daħal fit-tielet jum tiegħu fejn Etienne Bartolo 39 sena minn Birkirkara, magħruf bħala l-“Vojt” jinsab mixli bil-qtil ta’ Roderick Grech ta’ 26 sena, liema delitt seħħ f’Marzu ta’ tliet snin ilu. Ix-xhud qal li hu kien preżenti għall-istqarrija fil-konfront tal-akkużat li kkopera mal-Pulizija. Tenna li huwa kien qalilhom li kien se jiltaqa’ ma’ Roderick Grech biex jixtri d-droga n-Naxxar. Kien daħal fil-karozza tal-vittma u bdew jargumentaw minħabba li Roderick ma riedx jagħtih droga għaliex ma kellux flus. Huma saqu lejn Birkirkara bl-akkużat jgħidilhom li l-vittma ta daqqa ta’ ponn u li huwa tah daqqa ta’ pocketknife għax beża’ minnu. Ix-xhud qal li Bartolo kkopera mal-Pulzija u qalilhom li ċempillu bil-mobajl biex jiltaqgħu. Ħareġ ukoll li Roderick Grech ma kienx armat. L-ewwel xhud tal-ġurnata kiien s-Surġent Antoine Fenech li kompla fuq ix-xhieda tal-Ħamis li ghħadda wara li kien informa lill-Qorti li kien hemm xi diskrepanzi fil-ħinijiet tal-filmati miġbuda dwar il-movimenti tal-vittma. . Huwa beda jfiehem lill-ġurati u l-partijiet dwar il-movimenti ta’ Roderick Grech, li għadda mill-inħawi ta’ Triq Naxxar Birkirkara, minn fejn Falzon Service Station u għadda wkoll mill-inħawi tal-Għassa tal-Pulizija. Qal li d-direzzjoni tal-karozza kienet ġejja minn wara l-Knisja ta’ Birkirkara. Mill-filmati li ma kienux ċari minn kullimkien pero jidher li l-karozza waqfet li l-karozza waqfet tliet minuti qabel is-1.00am. Deheret persuni miexja lejn il-karozza u qasmet it-triq u li din kienet ġejja minn naħa Triq Nazju Falzon. Fenech qal li fil-filmat jidher li 13-il minuta wara kien hemm persuna miexja lura. Qal iżda li ma jistax jgħid jekk kinitx l-istess persuna jew le. Wara l-ġurati bdew jintwerew il-filmati meħuda mis-CCTV. Qamet kwistjoni dwar jekk persuna li kienet għaddejja mill-inħawi kinitx liebsa hoodie kif kien hemm min allega, fejn skont ix-xhud dan kien liebes ġakketta. Dwar dan il-punt l-Avukat Difensur Edward Gatt xtaq konferma. Wara spezzjoni mill-filmati li kienu qegħdin jintwerew deher li r-raġel kien liebes ġakketta biż-żip u li magħha kien hemm hoodie. Wara telegħet tixhed Kuntistabbli mara stazzjonata fl-Għassa ta’ Birkirkara dwar jekk l-akkużat Etienne Bartolo kellu liċenzja biex iżomm arma, hija wieġbet fin-negattiv. Joseph Mallia, espert tal-marki tas-swaba kien ix-xhud li jmiss li qal li eżamina l-pala ta’ jdejn tal-akkużat. Qal li huwa kkumpara prints li ttieħdu fl-istadju ta’ meta l-każ kien għadu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, u dawn il-prints għandhom x’jaqsmu ma’ dawk meħuda mix-xena tad-delitt. Wara tela’ jixhed Vincent Azzopardi li huwa dealer tal-karozzi u kien mistoqsi fuq karozza partikolari tal-marka Ford Fiesta. Huwa kkonferma li din il-karozza kienet tiegħu u wara li ġie ppreżentat b’dokument qal li huwa kien kera din il-karozza lil Jordan Azzopardi fit-22 ta’ Marzu 2017. L-Avukat Mark Vassallo staqsa lix-xhud dwar ir-relazzjoni li kellu ma’ Jordan Azzopardi, li qal li huwa kien kellmu fuq it-telefon u li rah biss darba. L-Avukat staqsih jekk kienx jafu sew u li kellu relazzjoni tajba miegħu u li anke kien iħallsu mingħajr problemi, u li anke kien isellfu xi flus meta kien ikollu bżonn. Ġie determinat li huwa kien kera karozza Chevrolet, u li kien kera din ukoll qabel-Fiesta lil Jordan Azzopardi, u baqa’ jinsisti li dejjem kellem lil Jordan Azzopardi fuq it-telefon. Il-Fiesta qal li kien tahielu flok ix-Chevrolet li kellha żewġ roti difettużi. L-Avukat Vassallo qal lix-xhud li mir-rekords tat-telefonati jidher li kien ċempillu il-vittma Roderick Grech, telefonata ta’ żewġ minuti minħabba il-karozza, u dan qallu “jien il-lavrant ta’ Jordan”. Qal li Jordan u Roderick kienu marru għaliha fil-ġurnata tal-Ħadd, anke jekk ma jiftaħx f’dik il-ġurnata. L-Avukat Vassallo staqsa lil Azzopardi għaliex il-kirja bdiet fit-22 tax-xahar u mhux fid-19, meta suppost ħadu l-karozza. Hemm diskrepanza fil-kirja. “Jista’ jkun għamiltu l-kuntratt wara, jew ma kontx tagħmel karti, u li vera ma kontx taf lil Jordan Azzopardi, għax l-istess Jordan Azzopardi ma qalx kif qed tgħid int”. Ix-xhud baqa’ jgħid li ma jafux u li kull ma kien jagħmel kien li jċempillu għall-ħlas. Il-kirja kienet kważi xahar u ma jiftakarx kemm il-darba ċempillu għall-flus, u lil kulħadd kien jagħmel hekk. Qal ukoll fuq mistoqsija tal-Avukat jekk Jordan kienx qallu li hu ma jistax isuq minħabba li ma kienx inxurjat u tenna li hu jara l-liċenzja u jikri lil dak li jkun. Sostna wkoll li hu mhux dejjem ikun il-garaxx u ġieli jieħu ħsieb ħaddieħor. L-Avukat Vassallo qallu li għal flus kien iċempillu daqstant drabi għax skont ir-rekords ċemplu lil xulxin 15-il darba. “Fil-21 ta’ Marzu ċemplitlu fit-2.50pm. 3.15pm. 3.21pm. u 4.53pm. u l-għadu saru sitt telefonati. Kontu ħbieb jew kont iċempillu għax xi ħaġa oħra?” Huwa baqa’ jiċħad. Qallu li anke dak inhar tal-inċident ċempillek u anke l-għada ċempillek Jordan Azzopardi. Ix-xhud qal li l-ewwel ċemplulu l-Pulizija u wara Jordan Azzopardi u tkellem miegħu għax il-karozza kienet ħwejjġu. Qal li minn hemm il-quddiem ma krielux karozzi aktar. Qal li lil Roderick Grech ma jafux u rah darba meta kien mar għandu l-Ħadd għall-karozza b’karozza bil-ħsara. Qal li kien qallu li aħjar ma jsuqix il-karozza għax din ma kinitiex qed tinkera lilel, imma lil Jordan Azzopardi. Uffiċjal mill-Iskwadra ta’ kontra l-Omiċidju kien ix-xhud ta’ wara li qal li kienu marru biex jagħmlu tfittxija fir-residenza il-vittma d-dar ta’ missieru, li kien qalilhom li hu ma kienx hemm għax kien xogħol Ħad-Dingli. Tenna li kienu kellmu lil missieru fuq il-mobajl. Wara t-tfittxija kienet saret u fil-kamra tas-sodda tal-vittma instab żarbun sportiv b’tikkek ħomor u affarijiet oħra bħal tracksuit griża li jidher li kienet ġiet maħsula. Għall-akkużat qegħdin jidhru l-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia qegħdin jidhru bħala parti ċivili għan-nom tal-vittma. L-Avukati Kevin Valletta u Maria Francesca Spiteri mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali huma l-prosekuturi f’dan il-ġuri.
1entailment
Roberta Metsola nominata għall-Viċi Presidenza tal-Parlament Ewropew
Il-Partit Popolari Ewropew innomina lill-MEP Maltija Roberta Metsola għall-irwol ta' Viċi President fil-Parlament Ewropew. F'messaġġ fuq il-media soċjali, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li Roberta Metsola ġiet nominata għall-pożizzjoni influwenti tal-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew – b'riżultat ta' 65%. "Huwa ta' unur kbir għal pajjiżna u għall-Partit Nazzjonalista li mara minn Malta u Għawdex kisbet din il-fiduċja mill-akbar Grupp fil-Parlament Ewropew. Din hi kisba storika – aħna kburin bik. Malta kburija bik", stqarr Bernard Grech.
1entailment
Żgħażagħ Maltin taħt l-età fost l-aktar li jagħmlu s-sess bla protezzjoni
Fix-xhieda tiegħu dalgħodu Arnaud jgħid illi l-pulizija ssekwestraw il-laptops ta' Keith Schembri u martu Fil-Qorti dalgħodu hekk kif kien qed jixhed f'każ li Yorgen Fenech fetaħ kontrih, l-Ispettur Keith Arnaud spjega kif inizzjalment Schmebri kien arrestat għal 30 siegħa u imbagħad arrestat mill-ġdid għal 20 siegħa. Huwa qal li l-investigazzjonijiet għadhom "mija fil-mija" għaddejjin. Hu qal illi saret tfittxja fid-dar u l-uffiċju ta' Keith Schembri. F'Kastilja ma nstabx apparat elettroniku. Il-laptop tiegħu u tal-mara tiegħu, t-tnejn li huma kienu ssekwetrati mid-dar, jispjega Arnaud. L-Ispettur Arnaud kien qed jixhed fil-kawża li fetaħ Fenech biex dan jitneħħa mill-każ tal-qtil ta' Daphne, minħabba allegata qrubija u ħbiberija ma' Keith Schembri. Ara l-Ispettur Keith Arnaud x'qal dwar il-preżenza tal-Prim Ministru, Silvio Valletta u Keith Schembri fil-briefings dwar l-arrest tat-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, hawnhekk Dwar ir-realzzjoni tiegħu ma' Schembri u jekk kienux jitkellmu fuq materji varji, Arnaud sostna illi meta kienu jkunu qed jistennew xi laqgħa tibda kienu jikellmu fuq il-football jew il-familja. "Imma qatt ma kien hemm diskussjonijiet dwar impjiegi," sostna Arnaud fir-rigward tal-impjieg li ngħata Melvin Theuma minn Kastilja u li għalih qatt m'attenda.
0not_entailment
Ħabta bejn mutur u karozza f'Ħal Għaxaq; mara l-isptar
Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f'ħabta ma' mutur bil-karozza tagħha f'Ħal Għaxaq. Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fis-7.15am fi Triq Dawret Ħal Għaxaq. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta' 27 sena minn Birżebbuġa, filwaqt li l-mutur kien misjuq minn raġel ta' 22 sena residenti Paola. Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa.
1entailment
Karozza tieħu n-nar mal-lejl fil-Ħamrun
Fil-lejl ta' bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa karozza tat-tip Audi saret ħuġġieġa waħda fil-Ħamrun. Il-każ seħħ fi triq ġdida bejn Triq Atocia u Triq Willie Attard, fl-inħawi ta' wara s-Santwarju ta' Santa Marija 'tas-Samra', għall-ħabta tal-12.15am. Kawża tan-nar imqabbad, il-karozza ġarrbet minn ħsarat kbar iżda jidher li ħadd ma weġġa' fl-inċident. In-nirien ikkawżaw ħsarat ukoll fuq tliet vetturi oħra kif ukoll parti mill-faċċata ta' dar. Fuq il-post issejjħu l-Pulizija tad-distrett filwaqt li n-nar ġie kkontrollat mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b'rabta ma' dan il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-għassa, Neville Camilleri.
1entailment
Il-Kummissarju tal-Pulizija f'Atlanta tirriżenja wara l-qtil ta' Rayshard Brooks mill-Pulizija
A horse shelter was set up in Sliema, in a bid to offer horses some shelter from the sweltering heat particularly during the Summer months. During a press conference it was announced that another 19 horse shelters are set to be installed around Sliema, San Giljan and Valletta.
0not_entailment
Iglesias ibusha għat-tielet darba
Għall-ħabta tan-12:30 p.m. is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika mistennija tindirizza konferenza tal-aħbarijiet b'rabta mal-aħħar żviluppi tal-imxiija tal-Coronavirus. Din il-konferenza tal-aħbarijiet se tixxandar fuq l-istazzjonijiet ONE.
0not_entailment
AĠĠORNATA: 15-il tifla l-isptar wara inċident bil-minibus li kienu fiha; tnejn bi ġrieħi gravi
Ħmistax-il tifla li kienu għadhom kif spiċċaw mill-iskola kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara inċident tat-traffiku f’Burmarrad. Tnejn minnhom sofrew ġrieħi gravi waqt li l-kumplament sofrew minn ġrieħi ħfief jew xokk. Kien għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar li vettura tat-tip Toyota misjuqa minn żagħżugħ li kienet nieżla minn Trq l-Għazzara baqgħet ħierġa għat-triq prinċipali, Triq Burmarrad. Kien f’dan il-mument li l-vettura laqtet il-minibus mimlija bit-tfal bil-konsegwenza li x-xufier tilef il-kontroll tal-vann u baqa’ dieħel f’faċċata ta’ forn. Fuq il-post issejħu ħames ambulanzi li ħadu kemm lit-tfal tal-iskola kif ukoll lis-sewwieq tal-minibus lejn l-isptar għall-kura. It-tfajliet kollha għandhom bejn id-9 u l-11-il sena u huma studenti tal-iskola Santa Monika f’Birkirkara. Konsegwenza tal-inċident, it-triq kellha tingħalaq mi-żewġ naħat, kemm mill-Mosta qrib il-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta kif ukoll min-naħa ta’ Buġibba. Dan filwaqt li membri tal-Protezzjoni Ċivili waslu fil-post biex ineħħu l-periklu minħabba ammont ta’ żejt li nxtered fit-triq. Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil wassal messaġġ ta’ solidarjetà kemm mat-tfal involuti u kemm mal-ġenituri tagħhom permezz ta’ Tweet fuq il-midja soċjali. Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil wassal messaġġ ta’ solidarjetà kemm mat-tfal involuti u kemm mal-ġenituri tagħhom permezz ta’ Tweet fuq il-midja soċjali.
1entailment
IMPENN: Liġijiet iktar stretti li jirregolaw l-annimali eżotiċi
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil nieda 9 proposti favur il-ħarsien tal-annimali. Il-Kap tal-PN qal li l-poplu Malti għandu mħabba kbira lejn l-annimali. Dan jidher ukoll fir-reazzjoni mqanqla li jkun hemm meta joħorġu rapporti ta’ każi ta’ moħqrija tal-annimali. Proposta oħra hi liġijiet iktar stretti li jirregolaw l-annimali eżotiċi.
1entailment
Multa u liċenzja sospiża wara li weġġa' gravi lil sewwieq ta' mutur
"Hemm bżonn li jsir pjan fit-tul għall-ekonomija ta' pajjizna għax-xhur u snin li ġejjin sabiex inkunu ċari dwar fejn irridu naslu." Dikjarzzjoni li saret mill-ekonomista Chris Pace f'intervista li saritlu minn Robert Cremona waqt il-programm NETLIVE, fuq Net Television. Chris Pace saħaq li fil-pakkett ta' għajnuna li ħabbar il-Gvern, kien ikun iktar għaqli kieku raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għalll-familji. Dan kien iservi ta' stimolu għalihom u joffri flessibilta. Pace qal li l-għajnuna li se jagħti l-Gvern, setgħet ġiet estiża sa Diċembru sabiex ikun hemm sostenibbilta għan-negozji. Dan għaliex fil-mod ta' kif joperaw il-businesses, perjodu ta' tliet xhur huwa qasir wisq. Chris Pace qal li din is-sena qed ikun imbassar li jkun hemm tnaqqis fit-tkabbar ekonomiku ta' 5%...u defiċit ta' bejn wieħed u ieħor 7%. Fejn jidħlu l-impjiegi huwa mistenni li n-numru ta' ħaddiema bla xogħol jitilgħu għal 5.5%
0not_entailment
Il-passa tal-għasafar fir-rebbiegħa fil-Gżejjer Maltin (1)
Fl-ewwel minn sensiela ta’ artikli dwar il-passa tal-għasafar fir-rebbiegħa, Birdlife Malta tispjega x’inhi l-passa tal-għasafar Il-passa tal-għasafar hija bla dubju ta’ xejn wieħed mill-aktar avvenimenti spettakolari fil-ħajja ta’ kull għasfur. Apparti li tipprovdi wkoll spettaklu naturali mill-isbaħ għal kull min f’dan iż-żmien isib ftit ħin biex joħroġ fil-kampanja biex igawdi dan l-isbaħ staġun tas-sena. Mil-lum, fil-gazzetta ILLUM, se nkunu qed inwasslulkom tagħrif mifrux fuq tliet ħarġiet dwar dan il-fenomenu naturali li jseħħ kull sena, ipprovdut lilna minn BirdLife Malta. Dan tal-lum huwa l-ewwel feature, bit-tieni parti se tiġi ppubblikata l-Ħadd li ġej, u t-tielet u l-aħħar parti l-Ħadd ta’ wara. X’inhi l-passa tal-għasafar? Darbtejn fis-sena, numru kbir ta’ speċi differenti ta’ għasafar jitilqu fuq vjaġġ twil eluf ta’ kilometri mill-postijiet fejn iqattgħu s-sajf għal dawk fejn jgħaddu x-xitwa, u lura. Vjaġġ li ma jkunx nieqes mill-ostakli u li matulu jiffaċċjaw diversi perikli. Għalkemm ir-rebbiegħa tibda uffiċjalment fl-20 ta’ Marzu, il-passa tar-rebbiegħa għall-għasafar tibda ħafna aktar qabel u fil-fatt din il-passa tal-għasafar f’Malta nistgħu ngħidu li ttul minn bejn wieħed u ieħor minn Frar sa Mejju, waqt li tilħaq il-qofol tagħha minn nofs Marzu sal-bidu ta’ Mejju. Matul ir-rebbiegħa, l-għasafar iħallu l-postijiet fl-Afrika fejn ikunu qattgħu x-xitwa biex ipassu ’l fuq, fid-direzzjoni tat-Tramuntana, sabiex ibejtu fl-Ewropa. Għalkemm fl-Ewropa l-Ħuttaf (Barn Swallows) huma magħrufin bħala l-għasafar li jħabbrulna l-miġja tar-rebbiegħa, l-ewwel għasafar tal-passa li normalment naraw f’Malta jkunu l-Ħawwief (House Martins), li nibdew narawhom ġejjin fil-bidu ta’ Frar fi qtajja’ żgħar. F’dan iż-żmien tas-sena dawn l-għasafar jiġu osservati kull fejn ikun hemm akkumulazzjoni ta’ ilma, bħar-riservi naturali tal-Għadira u s-Simar immexxija minn BirdLife Malta, inkella f’widien bl-ilma ħelu bħal Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes), Għajn Riħana u l-wied ta’ Marsalforn f’Għawdex. Is-Swejda (Green Sandpiper) ukoll tkun fost l-ewwel għasafar tal-passa li naraw fir-rebbiegħa u normalment tiġi osservata fl-istess postijiet fejn semmejna li jkun hemm il-Ħawwief. Dawn iż-żewġ speċi normalment jiġu segwiti mis-Silfjun (Pintail) li jpassi f’numri li jvarjaw minn sena għal oħra, u li ġeneralment narawh ipassi l-aktar fi qtajja’ tul il-fliegu bejn Malta u Għawdex, fid-direzzjoni tal-Grigal. Iċ-Ċiefa (Scopoli’s Shearwater), għasfur tal-baħar li jbejjet f’Malta, ukoll tasal lejn tmiem Frar u kapaċi taraha fi kwalunkwe parti tal-kosta, speċjalment meta jkun riħ moderat jew qawwi. Fir-rebbiegħa l-għasafar ixiddu l-isbaħ libsa u l-aktar waħda kkulurita. U r-rix imżewwaq tagħhom (dak li bl-Ingliż jissejjaħ plumage ) ikun fl-aqwa tiegħu hekk kif ikunu qed iħejju biex ibejtu. L-irġiel ikunu f’dak li huwa magħruf bħala full breeding plumage u normalment ipassu ftit jiem qabel in-nisa sabiex jilħqu jaslu u jieħdu kontroll tat-territorju fejn ikunu se jbejtu kemm jista’ jkun malajr. Apparti minn dan, speċi ta’ għasafar meqjusin bħala residenti, tismagħhom jgħannu b’vuċi għolja. Fost dawn insibu pereżempju l-Merill (Blue-rock Thrush) raġel, li f’dan iż-żmien faċilment tisimgħu jgħajjat u jgħanni tul l-irdumijiet madwar il-Gżejjer Maltin. Għasfur residenti ieħor li jkun ħafna iktar attiv u jgħanni f’dan iż-żmien hija l-Bufula Sewda (Sardinian Warbler) li huwa mifrux ħafna fil-Gżejjer Maltin u li saħanistra kapaċi jbejjet anki fil-ġonna tad-djar tagħna. Ir-rebbiegħa hija wkoll żmien meta għasafar li jkunu qattgħu x-xitwa magħna jħallu l-Gżejjer Maltin wara li jkunu għaddew xitwa sħiħa hawnhekk. Fost dawn insibu l-Pitirross (Robin), iz-Zakak Abjad (White Wagtail), il-Pespus (Meadow Pipit), il-Malvizz (Song Thrush), il-Buċaqq tax-Xitwa (Common Stonechat), il-Fjamma Sewda (Black Redstart), il-Gawwija Rasha Sewda (Mediterranean Gull) u l-Gawwija Rasha Kannella (Black-headed Gull), il-Kapinera (Blackcap), il-Vjolin tax-Xitwa (Common Chiffchaff) u l-Isturnell (Common Starling). Dawn kollha, flimkien ma’ speċi oħrajn li mhux faċli tarahom daqs dawn l-għasafar li semmejna, kollha jitilqu matul ir-rebbiegħa.= Segwu t-tieni u t-tielet parti ta’ dan il-feature fil-gazzetta ILLUM tal-Ħadd li ġej u l-Ħadd ta’ wara. Fil-partijiet li jmiss se nidħlu fid-dettall tal-passa tal-għasafar fir-rebbiegħa xahar b’xahar.
1entailment
Robert Abela mhux lest jieħu azzjoni fuq Chris Cardona
Għadd ta' Pulizija dalgħodu marru fil-villaġġ tat-tined f'Ħal Far wara l-protesti mill-immigranti matul il-lejl li għadda. Aġġornata 2: Filmat: Pulizija mweġġa', 3 karozzi jieħdu n-nar Newsbook.com.mt tkellem ma' rappreżentant tal-Pulizija fejn ikkonferma li tqabbdu tliet karozzi u karozza oħra ġarrbet xi ħsarat żgħar. Il-ħames karozza li ġarrbet xi ħsarat kienet tal-Pulizija. Sorsi li tkellmu ma' Newsbook.com.mt qalu li tliet immigranti ppruvaw jidħlu fil-magħruf villaġġ tat-tined waqt li kienu qed jixorbu l-alkoħol. Huma twaqqfu fil-bieb minn uffiċjali tas-sigurtà. Il-Pulizija tal-RIU ssejħu fuq il-post. Skont sorsi, it-tliet immigranti allegatament sfaw imsawta mill-Pulizija, qabel intervjenew immigranti oħra. Newsbook.com.mt mar fuq il-post biex jiddokumenta l-ħsarat. Miguela Xuereb "Nikkundanaw l-atti ta' vjolenza" – Il-PN Il-Partit Nazzjonalista (PN) ikkundanna l-atti ta' vjolenza li seħħew f'Ħal Far. Fi stqarrija, maħruġa mill-kelliema tal-PN, Beppe Fenech Adami u Carm Mifsud Bonnici, il-PN esprima solidarjetà mal-Pulizija, l-Armata u l-Uffiċjali tad-Detenzjoni aggrediti f'dawn l-inċidenti. Qal ukoll li min jiġi Malta, irid josserva l-liġijiet tagħha.
0not_entailment
Renzo Piano: 'Lest nagħmel il-parti tiegħi biex jerġa jinbena l-pont ta' Genova'
Wara waqfa ta' ġimgħa minħabba l-maratona ġbir ta' fondi b'risq il-Partit Nazzjonalista illum jixxandar it-tmien programm SPORT EXTRA fuq NetTelevision mill-4.00 pm ' l quddiem. Fil-programm ta' llum żewġ personalitajiet li fil-ġranet li għaddew kisbu suċċess fuq livell individwali u wisq aktar suċċess għall-assoċjazzjoni li rispettivament jirrappreżentaw. Fl-ewwel parti l-mistieden ewlieni l-boxer HAITHEM LAAMOUZ li ġimgħa ilu rebaħ it-titlu superfeatherweight tal-European Boxing Union wara li għeleb lil Mario Alfano. Fit-tieni parti il-president tal-ASA , JOE CARUANA CURRAN li dan l-aħħar kien elett fil-Kumitat Eżekuttiv tal-LEN, l-entita' li tirregola il-waterpolo fl-Ewropa. SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Charles Camenzuli b'muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.
0not_entailment
Nibnu l-istrutturi biex nutilizzaw il-potenzjal tan-nisa – Helena Dalli
Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qed juza fondi pubblici biex imexxi l-kampanja personali tieghu. Fl-aħħar jiem ġew innotati billboards ta’ proġetti li saru minn flus il-poplu Malti iżda għamel reklam tal-paġna personali tieghu fuq Facebook. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia stqarr fuq Twitter li mhux biss is-sistema ta’ xiri pubbliku tinsab mhedda, iżda issa wkoll il-Ministru Mizzi qiegħed jiffinanzjarja b’mod illegali l-kampanja elettorali bi flus il-poplu Malti. Fuq il-billboard jidher parkeġġ ġdid li se jkun qed isir f’Marsaxlokk, b’rokna minnhom hemm miktub li ġiet iffinanzjarja mill-Ministeru tat-Turiżmu, filwaqt li f’rokna oħra wieħed jista’ jara isem il-Ministru Konrad Mizzi maġenb is-simbolu ta’ Facebook. Dan mhux l-ewwel darba li saret hekk kif kemm-il darba ttellaw filmati fuq Facebook iffinanzjarji minn fondi publiċi.
0not_entailment
Approvat dokument li jibgħat lura immigranti llegali
Il-Kumitat Parlamentari responsabbli mill-Immigrazjoni approva n-negozjati li jistabilixxu dokument għar-ritorn ta' immigrant li jkunu qegħdin fl-Unjoni Ewropea b'mod illegali. F'kumment wara l-approvazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli, waħda min negozjaturi ewlenin tal-Parlament Ewropew, qalet li d-dokument jista' jgħin biex isolvi waħda mill-ikbar sfidi fil-Politika Ewropea tal-Immigrazzjoni għaliex is-sistema preżenti falliet milli tibgħat lura pajjiżhom lil dawk l-immigranti li jkunu fil-pajjiż b'mod illegali minħabba nuqqas ta' dokumentazzjoni adegwata. Miriam Dalli, f'isem il-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D), enfasizzat fuq ir relevanza ta' dokument komuni . Bhalissa hemm diversi Stati Membri li qed jaffaċċjaw diffikultajiet meta jiġu biex jibagħtu lura immigranti lejn pajjiżhom minħabba li d-dokumenti li jintużaw biex jintbagħtu lura mhux qed jiġu rikonoxxuti minn pajjiżi terzi. L-MEP Dalli rrimarkat li r-rata baxxa ta' ritorn ta' immigranti li jkun f'pajjiż b'mod illegali hija ta' detriment għall-kredibilità u l-leġittimità tal-politika Ewropea tal-ażil u l-immigrazzjoni. "Filwaqt li d-dokument propost mhux se jkun soluzzjoni maġika, dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba," saħqet Dr Dalli. Fi kliem l-MEP Maltija, dan id-dokument jista' jkun ta' għajnuna diplomatika għal stati membri żgħar li ma jkollhomx rabtiet b'saħħtihom ma' terzi pajjiżi. Dan għaliex issa jkun hemm dokument wieħed li jintuża mill-istati membri kollha. F'isem is-Soċjalisti u Demokratiċi, Miriam Dalli ressqet 19-il emenda, bil-maġġoranza tagħhom iffukati fuq it-tnaqqis tal-burokrazija u biex jiġu ssalvagwardjati id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Il-proposta diskussa, li tagħmel parti mill-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, tinkludi format komuni ta' dokument Ewropew għall-ivvjaġġar.
1entailment
FILMAT: ‘Inwiegħdek l-istess paga għall-istess xogħol’ – Simon Busuttil
Gvern ġdid Nazzjonalista jiġġieled l-inġustizzji, jeqred il-biża’ li qed idaħħal il-Gvern u jagħmel ġustizzja ma’ ħaddiema li llum qed ikunu ddiskriminati fil-pagi tagħhom. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan f’diskors waqt attività politika fil-Mellieħa, li matulu wiegħed l-istess paga għall-istess xogħol. “Inwiegħed lil dawn il-ħaddiema li Gvern ġdid Nazzjonalista jirrispetta l-prinċipju tal-istess paga għall-istess xogħol. Aħna nitrattawkom ugwali, l-istess, b’dinjità u ma nagħmlu preferenzi ma’ ħadd” sostna Simon Busuttil. “Inwiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista jwettaq ġustizzja ma’ dawk kollha li qed isofru vendikazzjoni u umiljazzjoni mill-Gvern ta’ Joseph Muscat sempliċiment għax ma jaqblux miegħu” żied jgħid filwaqt li wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista jindirizza l-inġustizzji u jeqred il-biża’ li qed idaħħal il-Gvern. Filwaqt li spjega l-viżjoni tiegħu għal Malta, Simon Busuttil tkellem ukoll il-mod kif Gvern ġdid Nazzjonalista jagħi rebbiegħa ġdida lil pajjiżna. Waqt id-diskors tiegħu, Simon Busuttil tkellem dwar il-bżonn ta’ nifs ġdid għal pajjiżna, nifs mill-iskandli u l-korruzzjoni tal-Gvern Laburista, l-aktar gvern korrott li qatt pajjiżna, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jirreferi għall-aktar każ riċenti ta’ persuni fir-reġistru elettorali li jistgħu jivvutaw darbtejn. “Din hija aħbar li mhux biss hija xokkanti u li tirrabjana” spjega Simon Busuttil. “Imma hija aħbar li ssaħħaħ id-determinazzjoni tagħna li niġġieldu l-korruzzjoni ta’ dan il-Gvern li issa jinsab lest li jbgħabas id-demokrazija, l-aktar ħaġa għażiża li għandna” żied jgħid. “Ir-risposta tagħna hija ċara: mhux se nħalluk tbgħabas l-elezzjoni ġenerali. Se ssib lill-Partit Nazzjonalista jiqaflek” sostna Simon Busuttil. Filwaqt li rrefera għas-sitwazzjoni li qed tikrolla fl-istituzzjonijiet li suppost jiddefendu l-interessi tan-nies, bħall-Awtorità tax-Xandir, Simon Busuttil irrefera għal skandlu ieħor li dwaru Joseph Muscat qed jibqa’ sieket; l-indħil minn żewġ politiċi tal-Gvern f’każ ta’ traffikar ta’ droga f’Għawdex. Muscat qed jirrifjtua li jistaqsi lill-Ministri tiegħu min indaħal f’dan il-każ. “Joseph Muscat kellu għażla quddiemu. Fuq naħa kellu lit-traffikant tad-droga, u fuq in-naħa l-oħra kellu l-vittmi. Joseph Muscat għażel li jiddefendi lit-traffikanti tad-droga” sostna Simon Busuttil, li żied li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jagħżel l-interessi tat-tfal tagħna. “Aħna qegħdin fuq in-naħa tagħkom. Filwaqt li dan il-Gvern jagħtikom daru, aħna lesti li nkunu hemm għalikom billi niġġieldu ġlieda qawwija kontra d-droga u kontra min jitraffika d-droga” żied jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, li spjega li din se tkun ġlieda favur il-ġenituri, iż-żgħażagħ u t-tfal tagħna. Simon Busuttil tkellem ukoll dwar it-tbatija li qed ibatu eluf fuq eluf ta’ persuni, fosthom pensjonanti. “X’jiswa’ li tkun għamilt ħajtek kollha tħallas sal-inqas ċenteżmu taxxa u bolol, imbgħad tirtira u ssib li m’intix tlaħħaq bil-pensjoni” staqsa Simon Busuttil li qal li Gvern ġdid Nazzjonalista jkun lest li jindirizza l-biża’ tal-anzjani li jispiċċaw fil-faqar malli jirtiraw, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jwiegħed li l-anzjani se jingħataw il-mediċini kollha b’xejn. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista temm jgħid li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti nifs ġdid lill-politika b’mod li l-poplu għal darb’oħra jerġa’ jkun kburi li huwa Malti. Filmat: Erġa’ segwi l-attività politika sħiħa ta’ dalgħodu
1entailment
Schiavone jerġa jidħol ... Norman Vella jitlaq 'il barra
Norman Vella jirriżenja mill-PN wara li l-partit reġa aċċetta lil Hermann Schiavone lura fil-Grupp Parlamentari Norman Vella ilejla ħabbar li rrizenja minn Kunsillier, kandidat u anke membru tal-Partit Nazzjonalista wara d-deċizjoni tal-partit li d-Deputat Hermann Schiavone m'għamel xejn ħażin meta ltaqa' ma' Yorgen Fenech, id-Direttur tal-Kumpanija 17 Black. Fil-fatt kien iktar kmieni illum li kien deċiż illi Schiavone se jerġa jidħol fil-Grupp Parlamentari tal-PN wara illi kien rriżenja fuq storja ta' laqgħa bejnu u Fenech, flimkien ma' Kristy Debono, fuq il-gazzetta The Sunday Times. Vella sostna li  "illum inkun qed nonqos lili nnifsi u lil dawk kollha li tawni l-fiduċja jekk ma nesprimix ;-għadab għal deċiżjoni tal-partit li nħoss li tmur kontra dak li ħdimna u vvotajna għalih sentejn ilu. Fl-istess waqt nirrikonoxxi li min ġie fdat bit-tmexxija tal-partit u tal-organi tiegħu għandu l-jedd jieħu d-deċiżjonijiet li jidhirlu li huma l-aħjar u jmexxi l-partit fid-direzzjoni li jħoss li għandu jmexxih." Kien hawn li qal illi huwa se jagħżel it-triq tal-irġulija u jirriżenja.
1entailment
Metodu ta’ ħlas aktar simplifikat fl-applikazzjonijiet lill-Kunsilli
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li nbeda proċess biex jiġu ssimplifikati l-proċedeuri dwar il-metodu ta’ ħlas ta’ applikazzjonijiet lill-Kunsilli Lokali. Fi tweġiba parlamentari lid-deputat Ryan Callus, il-Prim Minsitru qal li twaqqaf kunsill ta’ kordinazzjoni ħenerali fejn rappreżentati tad-dipartimenti u entitajiet tal-gvern kif ukoll tal-kunsilli lokali jsitħarrġu l-possibiltà ta’ tnaqqis ta’ burokrazija. Huwa żied jgħid li għaddejjin ukoll laqgħat ma’ persuni konċernati fil-qasam tas-saħħa għal tnqqais ta’ burokrazija fis-settur.
1entailment
Qed jiġi restawrat il-fortifikazzjoni f'San Ġwann t'Għuxa f'Bormla
Il-kowċ ta’ Birkirkara Paul Zammit ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Birkirkara bi tliet snin biex se jkun marbut sal-istaġun 2021/2022. Il-klabb Karkariż ħatar ukoll physical trainer ġdid filwaqt li l-istaff tekniku kien konfermat. Din l-aħbar isegwi l-istaġun li kellhom Birkirkara fejn irnexxielhom b’rimonta jidħlu fil- UEFA Europa League Minbarra l-konferma ta’ Paul Zammit, l-assistenti tiegħu Mark Buttigieg u Godfrey Grima, kif ukoll il-kowċ tal-gowlkipers Ruben Debono kienu kollha konfermati. Marco Caser se jkun il- physical trainer ġdid tal-klabb, b’Mark Buttigieg jaġixxi wkoll f’dan l-irwol matul l-istaġun li għadu kif intemm. Għal Caser din se tkun it-tieni esperjenza f’pajjiżna wara li kien ma’ Valletta fiż-żmien meta t-tim kien taħt it-tmexxija wkoll ta’ Paul Zammit. Michael Valenzia ġie konfermat bħala d-Direttur Tekniku għal staġun ieħor. F’kummenti li ta lis-sit www.birkirkarafc.com, Valenzia esprima s-sodisfazzjon li Paul Zammit iffirma kuntratt ġdid filwaqt li faħħar il-ħidma tal-klabb biex ikollhom staff tekniku aktar professjonali.
0not_entailment
Tneħħi l-makeup quddiem camera biex tiżvela min hi verament
Jekk qed tħossok imdejqa jew imdejjaq minħabba d-dehra tiegħek  jew nervuża għax ma tridx forsi turi xi diffett li jista’ jkollok lil ta’ madwarek, nissuġġerulek li tara dan il-video ta’ Cheri Lindsay, mara li taf tħallik bla nifs mhux biss għas-sbuħija tagħha iżda għad-determinazzjoni li għandha biex tħabbat wiċċha mad-diffikultajiet li ġabitilha kundizzjoni li żviluppatilha ma’ ġisimha f’qasir żmien. Lindsay għandha dik li tissejjaħ vitiligo, kundizzjoni fil-ġilda li tikkawża tbajja’ f’partijiet tal-ġilda. “Mhix faċli tissielet magħha,” tammetti Cheri fuq video fuq YouTube. Madankollu hija tistqarr li din il-kundizzjoni mhix se twaqqafha milli tilħaq il-ħolm tagħha. Qalet li staqsiet bosta mistoqsijiet meta saret taf li għandha din il-kundizzjoni. “Tweġġa’? le. Tittieħed? Le. U nista’ ngħix biha u nikseb suċċess xorta waħda? U kif!” Il-filmat jiftaħ b’Lindsay timsaħ wiċċha minn faxx ta’ makeup minn fuq wiċċha u jdejha, fejn tiżvela dik li hi fil-verità. Waqt li tħares dritt fil-kamera hija tappella biex ħadd ma jistaħba. “Hemm xi ħaġa ħażina f’kull wieħed u waħda minna. Ħadd mhu perfett.” Dan il-video huwa parti minn kampanja li qed ittella’ Dermablend li tispeċjalizza fil-qasam tal-irtokk.
1entailment
Ara: Grupp Malti b'kanzunetta ġdida, spiċċat tindaqq f'Milan l-Italja
Il-Partit Nazzjonalista għadu ħaj u jien illum ma tlift l-ebda vot ta' sfiduċja. Hekk qal il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia minuti biss wara li 56% tal-kunsilliera għażlu li tiskatta tellieqa oħra għal Kap Tal-Partit Nazzjonalista. Qal li għandu kull fiducja fit-tesserati u tenna li se jerġa' jikkontesta għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. Huwa prova jiġġustifika r-riżultat billi qal li l-kunsillera għażlu kuntest miftuħ. Spjega li tliet snin ilu kien ingħata mandat biex iwettaq missjoni u li l-vot tagħhom ifisser ħafna. Qal li jekk jintgħażel kap ġdid minfloku huwa se jirrispetta r-riżultat u wiegħed li jaħdem iktar minn qatt qabel mal-persuna magħżulha. Qal li jekk jintgħażel mill-ġdid se jwettaq bidliet kbar li skontu ilhom jintalbu. Fil-ġranet li ġejjin, Adrian Delia se jniedi l-kampanja bl-isem ta' 'Mod Ġdid – b'nies ġodda' – f'dik li hija indikazzjoni ċara li jekk jibqa' kap wara l-elezzjoni, se jtiru l-irjus. Fil-konferenza tal-aħbarijiet huwa tefa' botti u fetaħ attakk ġdid fuq il-fazzjoni li trid teqirdu u fakkar kif dawn pruvaw inneħħuh minn Kap tal-Oppożizzjoni.
0not_entailment
Il-Professur Mifsud irid skuża mingħand l-Arċisqof
Minkejja l-istqarrija li fiha l-Partit Nazzjonalista appella lil Gvern biex irodd lura l-flus li numru ta’ familji Maltin ħallsu żejda f’kontijiet għolja tad-dawl, il-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li jibqa’ sieket u ma ta l-ebda indikazzjoni li l-Gvern se jrodd lura dak li hu tal-familji Maltin bi dritt. Dan meta f’intervista li xxandret fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, l-Prim Ministru tkellem biss fuq is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u l-battibekki li jeżistu bejn pajjiżna u l-gvern Taljan. Hu spjega l-kas tal-Acquarius fejn qal li issa l-vapur jinsab f’Marsilja fi Franza, l-port tas-sidien tiegħu. Il-Prim Ministru għamel referenza ukoll għar-rejd li sar din il-ġimgħa f’razzett lokali instab li kienu qed jgħixu mijiet ta’ immigranti. Muscat qal li wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn tipi differenti ta’ immigranti filwaqt li għandu dejjem jiġi kkundannat l-isfruttament. Dwar it-traġedja f’Genova, l-Prim Ministru qal li din hija tbeżbiża għal kull Gvern biex l-infrastruttura tal-pajjiż u l-manutenzjoni jkunu dejjem prijorita’.
0not_entailment
Il-PM Ingliż jordna lockdown nazzjonali fl-Ingilterra
Tard it-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar lockdown nazzjonali għall-Ingilterra wara li l-infezzjonijiet żdiedu fil-pajjiż. Il-lockdown beda jgħodd min-nofsillejl. L-iskejjel kollha se jagħlqu u t-tagħlim kollu jeħtieġ isir b'mod virtwali. Johnson appella biex kulħadd jobdi r-restrizzjonijiet imħabbra ħalli titrażżan l-imxija. It-Tnejn biss, fir-Renju Unit ġew irrappurtati iżjed minn 50,000 każ ta' Coronavirus f'jum wieħed, għas-seba' jum konsekuttiv. Il-biċċa l-kbira tal-Iskozja wkoll tinsab taħt lockdown sal-aħħar ta' Jannar, kif ħabbret il-Ministru Ewlieni għall-Iskozja, Nicola Sturgeon. Il-lockdown imħabbar fl-Ingilterra mistenni jibqa' fis-seħħ għal minn tal-anqas sitt ġimgħat li ġejjin, li ġew deskritti mill-Prim Minsitru Johnson bħala l-agħar s'issa. Johnson stqarr: "The weeks ahead will be the hardest yet. But I really believe we entered the last phase of the struggle. With every jab in our arms, we are tilting the odds against Covid."
1entailment
Ir-regoli l-ġodda qed jagħmlu s-siti ta' kostruzzjoni aktar siguri? Il-periti jistaqsu
Il-Kamra tal-Periti tisħaq li għad hemm bżonn emendi u aktar spjegazzjoni dwar kif għandhom jiġu interpretati r-regoli l-ġodda Il-Kamra tal-Periti qed tistaqsi jekk ir-regoli l-ġodda għax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ u skavar, skont l-Avviż Legali mħabbar fl-aħħar jiem, hux vera qed jagħmlu l-postijiet tal-kostruzzjoni aktar siguri , kemm għall-ħaddiema u anke għan-nies li joqogħdu fil-viċin. Fi stqarrija, il-Kamra tal-Periti saħqet li waqt laqgħa li saret ilbieraħ filgħodu bejn il-Kamra tal-Periti u l-konsulenti tal-Gvern rigward l-Avviż Legali, fil-preżenza tal-President tal-MDA Sandro Chetcuti, kien maqbul li l-Avviż Legali jeħtieġ numru ta’ emendi, u sadanittant kellhom joħorġu gwidi uffiċjali għall-operaturi fl-industrija dwar it-tip ta’ xogħlijiet li jistgħu jiġu eżentati mill-provedimenti. “Intqal b’mod ċar lill-Kamra li l-ebda twaqqigħ jew skavar ma kien ser ikun eżentat mir-regolamenti l-ġodda,” saħqet il-Kamra tal-Periti. Madanakollu insistiet li għadu mhux ċar jekk il-bini ta’ sulari ġodda fuq bini eżistenti hux eżenti minn dawn ir-regolamenti. “Jidher illi l-unika mod kif xogħol ta’ kostruzzjoni jista’ jitħalla jipproċedi huwa billi l-BRO tħalli li rregolamenti jiġu injorati kompletament. Dan iqajjem il-mistoqsijiet jekk is-saħħa tan-nies hix qed tiġi salvagwardjata bid-dħul ta’ dawn ir-regolamenti, jekk iktar tiġrif ta’ bini ser ikun evitat, u jekk din il-konfużjoni kollha li nħolqot wasslitx għal xi ħaġa,” komplew jisħu l-Periti. Min-naħa tagħha, il-Kamra qed tħeġġeġ lill-periti biex ikomplu josservaw il-provedimenti tal-Avviż Legali kif inhu, sakemm il-BRO toħroġ gwidi uffiċjali li jinterpretaw dan l-Avviż Legali. Meta jinħarġu tali gwida, il-Kamra se tkun qed  tistudja jekk jaqblux ma’ dak li ġie maqbul, u toħroġ pariri lill-membri tal-professjoni. “Il-Kamra ngħatat assigurazzjonijiet li kienet ser tirċievi r-raba’ verżjoni tal-formoli relattivi tal-BRO għall-verifika tagħha qabel ma jiġu ppubblikati. Il-BRO ma żammietx ma’ dawn l-assigurazzjonjiet. Il-Kamra għadha mhux qed taqbel mal-formoli kif ġew ippubblikati lbieraħ,” tkompli tgħid l-istqarrija. Kien hawn li l-periti wrew it-tħassib tagħhom għax, fi kliemhom, huma ftit mijiet biss is-siti ta’ kostruzzjoni li reġgħu bdew joperaw. “Ma tistax tifhem għaliex inħoloq dan il-kaos kollu, meta issa qed tiġi infurmata li ħafna mis-siti, ħlief dawk li jinvolvu xogħol ta’ twaqqigħ u skavar, jikkwalifikaw għal eżenzjoni mir-regoli. B’dan l-Avviż Legali is-siti ta’ kostruzzjoni ser ikunu iktar siguri?” saħqet u staqsiet il-Kamra tal-Periti. Fakkret ukoll li t-talba tal-Kamra għar-reġistrazzjoni tal-kuntratturi, li ġiet imtennija b’saħħa mill-membri tal-MDA matul il-laqgħa ta’ informazzjoni li saret ilbieraħ, għadha ma ġietx implimentata mill-Gvern. “Fl-opinjoni tal-Kamra, dan huwa l-iktar pass kruċjali sabiex tiġi mħarsa is-saħħa tan-nies u ma jiġux ripetuti l-inċidenti li seħħew matul dawn l-aħħar xahrejn,” temnmet tgħid l-istqarrija.
1entailment
Cardona jitlef iċ-ċans li jerġa' jiftaħ il-libelli dwar l-Acapulco
Il-Ministru Chris Cardona kellu ċans sal-bieraħ biex jerġa' jiftaħ il-libelli Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona mhux se jkun qed jiftaħ mill-ġdid il-libelli tiegħu kontra l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia wara li lbieraħ tilef iċ-ċans li jagħmel dan. Cardona u l-konsulent tiegħu Joe Gerada kienu fetħu libell kontra Caruana Galizia wara li din kienet allegat li żaru l-burdell FKK Acapulco fil-Ġermanja waqt li kienu fuq żjara uffiċjali tal-Gvern. F’Mejju li għadda, l-avukati ta’ Caruana Galizia kienu talbu li jaqgħu l-każi għax Cardona baqa’, għal aktar minn darba, ma deherx biex jagħti x-xhieda t-tiegħu. It-talba kienet aċċetata, iżda Cardona kellu tliet xhur ċans bil-liġi biex jerġa’ jiftaħ il-libelli, xi ħaġa li Cardona baqa’ ma għamilx. F’kummenti lil MaltaToday, l-għada li waqgħu l-każi, Cardona kien qal li mhux jeskludi li jerġa’ jiftaħ il-libelli, anke jekk saħaq li hemm diversi kunsiderazzjonijiet x’jagħmel. Fuq Facebook, iben Daphne, Matthew Caruana Galizia iddeskriva lill-Ministru Cardona bħala bniedem giddieb, disonest u bla skrupli.
1entailment
Żewġ astronawti Amerikani se jinżlu lura fid-dinja llum
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 1:57pm L-astronawti Amerikani Doug Hurley u Bob Behnken mistennija jinżlu fil-baħar 'il barra mill-kosta ta' Florida llum, hekk kif iktar kmieni telqu mill-istazzjon spazjali fil-kapsula Dragon Endeavour. Jekk l-astronawti jinżlu b'wiċċ il-ġid ikun ifisser li l-Istati Uniti għal darb' oħra għandhom mezz kif itellgħu n-nies fl-ispazju u jerġgħu jniżżluhom, wara li fl-2011 il-pajjiż kien irtira dawn ix-shuttles. Hurley u Behnken telqu lejn l-istazzjon spazjali fl-aħħar ta' Mejju permezz ta' Falcon-9 rocket, fuq missjoni kordinata min-NASA u mill-kumpanija SpaceX. In-NASA mhux se tibqa' tuża t-trasport tagħha għal mawriet fl-orbita terrestri baxxa, iżda minflok se tibda tixtri dan is-servizz minn terzi, bi SpaceX tkun l-ewwel kumpanija li offriet dan is-servizz.
1entailment
Jidħol f’pajjiżna b’€35,000 mhux iddikkjarati
Uffiċjali tal-iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus fi ħdan id-Dipartiment tad-Dwana waqqaf passiġġier li wasal f’pajjiżna fuq titjira minn Tunis u li kellu fuqu ftit inqas minn €35,000 fi flus kontanti. Flus li ma kienux iddikkjarati. Il-passiġġier wasal Malta fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu u mas-sejba tal-flus mill-Uffiċjali tad-Dwana, infetħet investigazzjoni dwaru. €10,000 ġew irritornati lill-passiġġier filwaqt li l-kumplament tal-flus inżammu mid-Dwana. Il-Pulizija ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus ġew infurmati u l-passiġġier inżamm taħt arrest.
1entailment
Aġġornat: Posposta l-laqgħa bejn Muscat u Renzi
Rhian Zammit ta' 30 sena kienet ordnata tħallas €20,000 f'kumpens lil koppja anzjana li kienet tieħu ħsieb bħala carer. Dan wara li nstabet ħatja li serqitilhom l-flus tal-pensjoni. Il-Qorti semgħet kif l-akkużata abbużat mill-fiduċja li kellhom fiha ż-żewġ anzjani, Benedetto u Teresa Attard. Meta ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ħadet b'konsiderazzjoni dak li qalet l-anzjana fejn kienet sostniet li ħaditiha bi kbira meta saret taf hekk kif lil Zammit kienet tħobbha u tafdaha. L-akkużata spjegat kif hi jiddispjaċiha ta' dak li għamlet u li lesta tikkumpensa lill-anzjani. Sostniet li dak li għamlet kien riżultat tas-sitwazzjoni finanazjarja li spiċċat fiha. Wara li qieset il-kondotta nadifa tal-akkużata, il-Qorti spjegat kif wieħed m'għandu qatt jabbuża mill-pożizzjoni li jkun fiha speċjalment meta l-persuni jkunu vulnerabbli u dipendenti. Kien għalekk li l-Qorti ordnat li l-akkużata tikkumpensa lill-anzjani filwaqt li poġġietha taħt ordni ta' probation għal tliet snin.
0not_entailment
Joqtol tifla ta' ħames snin għax qaltlu li riedet tiekol
Imtella' Settembru 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Settembru, 2020 11:07am Spiss nassoċjaw l-arti mal-eternità. Biċċa xogħol artistika tibqa' hemm għal żmien twil, anki meta jkun miet dak li ħoloqha, u tibqa' tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra. Illum għadna ngawdu l-letteratura, il-pitturi, u l-iskulturi ta' eluf ta' snin ilu. Mhux l-istess iżda jista' jingħad għal min joħloq l-arti mir-ramel. X'jimbotta bniedem li jqatta' sigħat jaħdem kapolavur, meta jaf li se jisfaxxa fix-xejn f'ħin qasir? Forsi hija iktar sabiħa u imprezzabbli biċċa xogħol artistika li tista' titgawda biss għal ftit sigħat? Persuni li nhar il-Ġimgħa kienu fil-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa ltaqgħu ma' dan il-kapolavur fir-ramel li kien għadu qed jinbena b'ħila, u li jagħti tifsira ġdida lill-frażi 'kastelli tar-ramel'! Fuq livell iktar sempliċi iżda simboliku, Tony Pisani, flimkien man-neputi ċkejken li huwa ffissat fuq il-fkieren, sitt ijiem ilu ħadem dawn il-fkieren fir-ramel fir-Ramla l-Ħamra, f'Għawdex. Mal-figura tal-fkieren ċkejkna biswit ommhom, Tony kiteb il-messaġġ 'Start Your Journey'. Mid-dehra dan il-messaġġ irnexxielu jasal għand il-fkieren ta' vera, li dak il-ħin kienu għadhom mistura taħt ir-ramel, ġo bejta li ħadd ma kien jaf biha. B'sorpriża għal kulħadd, l-għada stess il-fkieren faqqsu u niżlu jaqdfu qalb l-għawwiema. ARA: Sabu fkieren ċkejkna jaqdfu ħdejhom fir-Ramla l-Ħamra
0not_entailment
Sitt xhur ħabs wara li pprova jaħrab mill-pulizija
Titjira ta’ Ryanair li llejla kellha titlaq lejn l-Ajruport ta’ Stansted, f’Londra, kellha tittardja għal xi minuti wara inċident mhux tas-soltu. NETnews.com.mt jinsab infurmat li appena l-passiġġieri tellgħu abbord għat-titjira, li kellha titlaq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fid-9.25pm, passiġġier kellu argument mas-sieħba tiegħu. Dan wassal biex l-Uffiċjali abbord sejħu għall-assistenza tal-Pulizija. Kif telgħu fuq l-ajruplan, is-sitwazzjoni ma tidhirx li kkalmat, tant li l-membri tal-Korp kellhom iniżżlu lill-passiġġier ħalli t-titjira setgħet tħalli Malta. Miegħu, tniżżlet ukoll is-sieħba, li mbagħad kienu interrogati mill-Pulizija. Madankollu, s’issa għadu mhux stabbilit jekk ir-raġel kienx taħt l-effetti tal-alkoħol jew x’seta’ wassal għal dan l-argument bejn it-tnejn. Wara li s-sitwazzjoni abbord ġiet lura għan-normal, il-membri tal-ekwipaġġ kellhom jerġgħu jibdew il-proċedura kollha tat-tluq. Dan wassal għal dewmien ta’ aktar minn 40 minuta mill-ħin skedat oriġinarjament.
0not_entailment
Bayern Munich u Juventus l-ewwel żewġ timijiet kwalifikati mal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League
Bayern Munich taħt it-tmexxija temporanja ta’ Hans-Dieter Flick, ikkwalifikaw mal-aħħar 16 b’rebħa ta’ 2-0 kontra Olympiacos ROBERT LEWANDOWSKI fetaħ l-iskor fid-69 minuta meta kompla għal ġewwa kross mil-lemin ta’ Kingsley Coman. IVAN PERISIC irdoppja fid-89 minuta meta skorja mill-kaxxa ż-żgħira wara li tħalla żmarkat. Juventus aċċertaw mill-kwalifikazzjoni b’rebħa ta’ 2-1 barra minn darhom kontra Lokomotiv Moscow Huma fetħu l-iskor wara erba’ minuti bil-gowlkiper Guilherme ma jżommx free-kick ta’ Cristiano Ronaldo u AARON RAMSEY kompla l-ballun għal ġewwa. Ir-Russi ġabu d-draw fit-12-il minuta permezz ta’ ALEKSEY MIRANCHUK wara li daqqa ta’ ras tiegħu stess kienet ħabtet mal-wieqfa. Il-gowl importanti għal Juventus wasal fit-93 minuta b’azzjoni sabiħa ta; DOUGLAS COSTA li ħabbat il-ballun ma’ Gonzalo Higuain u skorja b’xutt fil-baxx.
1entailment
Aġġornat: L-Ukrajna tordna t-truppi tagħha jirtiraw mill-Krimea
Bħalissa għaddej il-ġbid ta' film - dokudrama bl-isem ta' God's Soldier fiċ-Ċirkewwa li huwa bbażat fuq storja mill-Assedju l-Kbir tal-1565. Dan il-film qed jinħadem f'Malta, fit-Turkija, l-Ingilterra u anke fl-Awstrija. Ta' unur il-fatt li kważi l-'cast' huwa kollu Malti b'atturi bravissimi bħal Davide Tucci, Sinclair Mifsud u Rudy Emmanuel Catania. Din il-produzzjoni interessanti mistennija tixxandar anke fis-swieq internazzjonali lejn l-aħħar tas-sena 2020. Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli tenniet li dan jagħmilha kburija b'pajjiżna fejn apparti li Malta se tintwera quddiem udjenzi internazzjonali, dan ix-xogħol se jkompli jkabbar l-għarfien dwar l-istorja u ġrajjiet pajjiżna. Prosit u awguri lill-kast kollu kif ukoll lil dawk kollha involuti! Ritratt: Facebook/ Elizabeth Schuch Mingħajr tbissima jħossu b'xi ħaġa nieqsa. L-istorja ta' Malta hija mwaħħda miegħu. Is-safar mhux inqas fejn l-hena tiegħu jiskopri kulturi differenti fejn hemm jintilef f'dinja ta' memorji u nostalġiji li biddlet id-dinja tul iż-żmien. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
0not_entailment
Il-midja soċjali tgħin fil-proċess tad-degradazzjoni tal-kelma – l-Isqof Grech
L-istat ta' Kalifornja iddikjara stat ta' emerġenza wara li ġiet imħabbra l-ewwel mewt kawża tal-coronavirus. Biex issa l-Virus Covid-19 ħasad il-ħajja ta' 11–il persuna fl-Istati Uniti. Huwa rraportat li hemm madwar 150 persuna infettata bil-coronavirus fl-istati uniti. Intant mill-bieraħ bdew isiru t-testijiet għall-virus fl-istati uniti kollha. Flimkien ma Kalifornja, hemm ukoll Washington u Florida li wkoll iddikjaraw stat ta' emerġenza.
0not_entailment
FILMAT: Maħtura Kummissjoni għal proposti dwar il-finanzjament tal-partiti
Il-Kummissjoni se titmexxa mill-Imħallef Giovanni Bonello F’kummenti lill-ġurnalisti waqt li qed iżur il-Careers and Research Expo fl-Universita’ ta’Malta, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħatar lill-eks Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Giovanni Bonello biex imexxi Kummissjoni independenti mwaqqfa apposta biex tippreżenta proposti dwar il-finanzjament tal-partiti poliċiti u tal-politiċi sabiex titnaddaf is-sistema politika f’pajjiżna darba għal dejjem. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni wara se jiddaħlu fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Il-Kap tal-PN ħabbar dan meta kien qed jiġi mistoqsi dwar il-każ ta’ DB Group. Simon Busuttil qal li huwa jistenna proposti li jwasslu għal bidla radikali u wiegħed li l-proposti li jiġu ppreżentati minn din il-Kummissjoni indipendenti se jaċċettahom, ikunu xi jkunu, u se jara li jiddaħħlu fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista. B’hekk ikun il-poplu li jiddeċiedi jekk iridx il-politika korrotta ta’ Joseph Muscat jew politika ġdida u nadifa. Simon Busuttil qal li huwa mhux se jħalli għaddej dak li ġara f’dawn l-aħħar jiem minn meta ħabbar li l-Partit Nazzjonalista se jieħu l-kwistjoni tad-deal tal-ITS għand l-Awditur Ġenerali għall-investigazzjoni tiegħu u lanqas it-theddid li rċieva minħabba din il-pożizzjoni. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li t-tweġiba tiegħu hija li mhux se jħalli lil ħadd jixtrih għax ikun ħallas donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista. Simon Busuttil qal li r-realtà hi li l-partiti politiċi jgħixu bid-donazzjonijiet mingħand in-nies, kemm jekk individwi, familji jew nies tan-negozju. Din hija sistema li ma ħoloqx hu imma li determinat li jbiddel. Huwa għalhekk li fis-siegħat li ġejjin se jkun qed jitkellem ma’ Giovanni Bonello biex jiddiskuti t-terms of reference tal-Kummissjoni, kif ukoll sabiex jinħatru l-membri l-oħra.
1entailment
Kumpens ta' €5,000 wara li tpoġġew ma' ħabsin irġiel
Grupp ta' ħabsin transgender ingħataw kumpens ta' €5,000 kull waħda wara li d-drittijiet tal-bniedem tagħhom inkisru meta tpoġġew ma' ħabsin irġiel. Is-seba persuni, li uħud minnhom biddlu s-sess minn dak ta' raġel għal dak ta' mara, kollha għexu ħajja ta' mara u identifikaw lilhom infushom hekk. Huma fetħu l-kawża fil-Qorti u argumentaw li l-awtoritajiet tal-ħabs baqgħu jinsistu li jittrattawhom bħala irġiel. Barra minn hekk, uħud minnhom kienu offruti li jiċċaqilqu għas-sezzjoni tan-nisa, iżda dan kien ifisser li ma setgħux jaħdmu u jistudjaw, u għalhekk ċaħdu l-opportunita. Fil-Qorti ingħad ukoll li anke l-ħabsin nisa u l-gwardjani kienu ostili lejhom, u għalhekk għażlu li jibqgħu fin-naħa tal-irġiel, anke jekk uħud minnhom kellhom jaqsmu ċella ma' raġel. L-Imħallef Silvio Meli ordna li jitħallsu erbat elef ewro kull waħda talli nkisrulhom id-drittijiet u elf ewro oħra għad-danni li sofriet id-dinjita tagħhom.
1entailment
Julio De Luxe inaqqax ismu fuq it-Tazza tal-President – Rodney Gatt impressjonanti b'ħames rebħiet
Kenneth Vella L-edizzjoni 2020 tat-Tazza tal-President għall-aqwa żwiemel tal-klassi Premier intrebħet minn Julio De Luxe u Rodney Gatt. Dan wara li t-Tlieta filgħaxija fil-korsa tal-Marsa saret il-finali ta' dan il-kampjonat fuq distanza qasira ta' 2140m u li għamlet parti mill-51 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Rodney Gatt kien l-aħjar sewwieq tas-serata b'ħames rebħiet. Għaxar żwiemel ħadu sehem fil-finali Premier li din is-sena ġiet organizzata bl-għajnuna ta' Universal Cement. Output Pressure (Clint Vassallo) kien l-aktar żiemel li beda b'saħħtu wara l-bidu uffiċjali u kien minnufih segwit minn Navaj Brodda (Charles Camilleri) u Joe Hoo Lee (Tony Demanuele). Madankollu 400m mit-tmiem beda jżid fil-ġiri fuq in-naħa ta' barra Julio De Luxe (Rodney Gatt) li mar quddiem meta ż-żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dan qasam il-linja finali l-ewwel faċilment bi tliet tulijiet minn Baltahazar Maza (Caillin Borg) u Eagle B Butcher (Jesmar Gafa'). Eurythmic Sisu (Kevin Sciberras) kellu wkoll wirja tajba meta temm fir-raba' post minn Corky Ramirez (Paul Galea). Fi tmiem din il-finali, Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club ippremja lil Josef u Malvina Cassar u Rodney Gatt, is-sidien u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. Għal Julio De Luxe din kienet it-tielet rebħa tas-sena. Il-laqgħa tat-Tlieta nkludiet ukoll żewġ tiġrijiet normali tal-klassi Premier fuq distanza ta' 2140m. Fl-ewwel waħda, Ulysse Du Bouchet (Paul Galea) ha t-tielet rebħa tas-sena wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta' Crack Du Tillet (Andrew Farrugia). Vakato (Chris Grech) temm it-tielet minn Amour Du Loup (Rodney Gatt). Fit-tieni waħda, Bara Min (Redent Magro) kienet il-ħin kollu quddiem u ħadet l-ewwel rebħa fi xtutna faċilment minn Castle Rose (Marco Debono) u d-debuttant Albanien (Ian Galea). Sangria Knight (Mario Falzon) daħal warajhom f'dik l-ordni. Ir-riżultati kollha I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Frimeur Pipol (D. C. Galea) Ħin – NTR 2. Echo De Chanteins (N. Baldacchino) 3. Zenit Karsk (C. Vassallo) 4. Dakota Atout (J. Gafa') II Tiġrija . Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Exquise d'Eurvad (R. Gatt) Ħin – 2.48.7" (1.18.8") 2. Alsace In (J. Zammit) 3. Trazom (W. Cutajar) 4. Rasputin LG (P. Galea) III Tiġrija . Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Espoir De Fleury (R. Gatt) Ħin – 2.48.3" (1.18.6") 2. Mr Planner (J.P. Polidano) 3. All Cash (L. Tanti) 4. Gathania (C. Mercieca) IV Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Collins De Bucy (R. Gatt) Ħin – 2.47.2" (1.18.1") 2. Amour De Feline (N. Baldacchino) 3. Coucou Mon Neveu (J. Gafa') 4. Henrik Ibsen A.T. (P. Bonello) V Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Duc d'Haufor (R. Magro) Ħin – 2.43" (1.16.3") 2. Ellipsis AM (R. Gatt) 3. Cedar Keryvon (Sh. Portelli) 4. Blue Night (R. Schembri) VI Tiġrija . Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Ulysse Du Bouchet (P. Galea) Ħin – 2.42.4" (1.15.9") 2. Crack Du Tillet (A. Farrugia) 3. Vakato (Ch. Grech) 4. Amour Du Loup (R. Gatt) VII Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cesar Du Buillon (R. Gatt) Ħin – 2.46.4" (1.17.7") 2. Black Sky (P. Galea) 3. Veaulnes (N. Baldacchino) 4. Secret Avenue (M. Fenech) VIII Tiġrija . Finali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Julio De Luxe (R. Gatt) Ħin – 2.41.6" (1.15.5") 2. Balthazar Maza (C. Borg) 3. Eagle B Butcher (J. Gafa') 4. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 5. Corky Ramirez (P. Galea) IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Bara Min (R. Magro) Ħin – 2.44.8" (1.17") 2. Castle Rose (M. Debono) 3. Albanien (I. Galea) 4. Sangria Knight (M. Falzon) X Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. New Moon Pellini (J. Gafa') Ħin – 2.47" (1.18") 2. Paradox (N. Baldacchino) 3. Vieux Lille (E. Bezzina) 4. Cadumroc (C. Degiorgio) Ikkummenta //= $special ?>
1entailment
Uffiċjal għoli Amerikan jixhed kif Trump hedded lill-Ukraina biex tinvestiga lir-rivali tiegħu
Skont Bill Taylor, l-amministrazzjoni ta' Trump kienet qed thedded lill-Ukraina li tirtira l-għajnuna militari tagħha Tkompli l-inkjesta li tista’ twassal biex il-President Donald Trump jitneħħa mill-poter, b’diplomatiku għoli Amerikan jixhed kif l-amministrazzjoni ta’ Trump kienet qed thedded lill-Ukraina li tirtira l-għajnuna militari tagħha jekk ma tinvestigax lil Joe Biden, l-akbar rivali ta’ Trump għall-elezzjonijiet presidenzjali. Bill Taylor, id-diplomatiku għoli Amerikan fl-Ukraina qal lill-inkjesta li qed tinvestiga lill-President Trump li huwa ċar li l-Istati Uniti kienet qed thedded lill-Ukraina. Il-President Donald Trump ċaħad li kien hemm xi theddida. Intant, minn nhar l-Erbgħa se jkunu qed jibda s-smigħ pubbliku ta’ din l-inkjesta, b’Taylor ikun l-ewwel xhur. Taylor xehed wara l-bibien magħluqa matul ix-xahar li għadda iżda transkrizzjoni tal-evidenza tiegħu ġiet ippubblikata l-Ġimgħa. Huwa qal lill-inkjesta li skont żewġ uffiċjali tad-dipartiment tal-istat, Trump ma kienx lest jiffirma ċekk ta’ kważi $400 miljun f’għajnuna militari għall-Istati Uniti sakemm l-Ukraina ma tħabbarx li bdiet tinvestiga lill-eks Viċi President Amerikan Joe Biden. Iben Biden, Hunter Biden, kien membru ta’ bord tal-kumpanija Ukrena taż-żejt Burisma. Skont Trump, Joe Biden kein qed juża l-pożizzjoni tiegħu ta’ Viċi President biex din l-istess kumpanija ma tkunx investigata. Skont Taylor, l-avukat personali ta’ Donald Trump, Rudy Guiliani, kien il-moħħ wara l-pressjoni fuq l-Ukraina biex tiddikjara investigazzjoni fuq Biden.
1entailment
Qaħba tar-raħal; 'Kumment impulsiv mingħajr ħsieb dwar il-konsegwenzi'
Il-Ministru Ian Borg kien talab lil Transport Malta tqis mill-ġdid il-pjanti oriġinali għall-bini mill-ġdid tal- bypass bil-għan li t-triq tibqa’ b’erba’ korsiji Ix-xogħol tal-bini mill-ġdid tal- bypass tal-Mellieħa - sabiex jiddaħħlu diversi miżuri għal inqas riskji ta’ inċidenti - beda fil-jiem li għaddew u mistenni jkun lest sal-bidu tas-sajf li ġej. Il-bini mill-ġdid ta’ Triq Louis Wettinger, jew kif inhi magħrufa aħjar il- bypass tal-Mellieħa qed isir wara intervent tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali li talab lid-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta’ Transport Malta jiddisinjah mill-ġdid biex isir aktar sigur, mingħajr ma jidjieq kif kien ippjanat li jsir qabel. Permezz ta’ dan l-investiment ta’ madwar €2 miljun, is-sigurtà għal dawk li jużaw din it-triq se tissaħħaħ permezz ta’ tagħmir ġdid ta’ crash barriers mal-ġnub tal-karreġġjata u ta’ central strip ġdida bil- crash barriers fin-nofs bejn il-korsiji f’direzzjonijiet opposti biex titjieb is-sigurtà għas-sewwieqa. It-triq kollha, li sal-lum qatt ma kienet imdawla, se jkollha sistema ġdida ta’ lampi fuq arbli. Minbarra l-erba’ korsiji għall-karozzi, tnejn f’kull direzzjoni, il- bypass se jkollha wkoll korsija għar-roti b’tul ta’ 1.4 kilometri. Fl-aħħar nett il-proġett jinkludi wkoll disinn ġdid ta’ uħud mill -junctions bejn din it-triq u toroq oħrajn li jinfdu magħha fosthom it-triq tal-Miżieb u toroq oħrajn li jwasslu għaż-żoni residenzjali tal-Mellieħa. Il-pjanijiet oriġinali għad-disinn mill-ġdid tal- bypass tal-Mellieħa, imfassla snin ilu, kienu jinkludu t-tneħħija ta’ waħda mill-erba’ korsiji tal- bypass bħala miżura ta’ sigurtà. Fil-fatt, partijiet oħrajn ta’ din il- bypass kif ukoll partijiet mir-rotta bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa kienu diġà ċċekknu għal tliet jew żewġ korsiji fis-snin li għaddew meta nbnew mill-ġdid bħala parti minn proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Ftit ġimgħat ilu, il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali talab lil Transport Malta tqis mill-ġdid il-pjanti oriġinali għall-bini mill-ġdid tal- bypass bil-għan li t-triq tibqa’ b’erba’ korsiji. Wara li l-pjanti tat-triq ġew riveduti, il-periti tal-Awtorità kkonfermaw li l- bypass tista’ tiġi mtejba biex ikollha diversi miżuri ta’ sigurtà mingħajr ma tidjieq għal tliet korsiji. Il-pjanti tekniċi ġodda ġew diskussi mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u x-xogħol meħtieġ beda minn diversi kuntratturi fil-jiem li għaddew. F’kummenti dwar din il-ħidma, il-Ministru Ian Borg spjega li fil-mira tiegħu li jtejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna fis-snin li ġejjin, il-Gvern jagħmilha ċara li mhux se joqgħod lura milli jibdel u jaġġusta pjanijiet stabbiliti biex ikollna infrastruttura aħjar. “Il-ħidma fl-infrastruttura tat-toroq ta’ pajjiżna ma tridx tkun biss effiċjenti u ta’ kwalità għolja. Trid tkun ukoll flessibbli biżżejjed biex kontinwament tifhem il-bżonnijiet ta’ pajjiżna, ta’ dawk kollha li jivvjaġġaw fit-toroq u fejn hemm bżonn taġġusta u ttejjeb il-pjanijiet tagħha. Fil-Mellieħa, stajna għidna li diġà kien hemm min dejjaq partijiet oħrajn tal- bypass għal tliet korsiji. Stajna għidna li dawk huma l-pjanti li hemm. Iżda smajna t-tħassib tar-residenti u ta’ dawk li jużaw din it-triq ta’ kuljum, fhimna li hemm lok għal titjib u mill-ewwel ħadna azzjoni biex inwettquh. B’hekk bdilna sfida f’opportunità ta’ investiment fi triq iddisinjata aħjar, b’ferm aktar faċilitajiet għas-sigurtà tas-sewwieqa, taċ-ċiklisti u ta’ dawk kollha li jużawha”, qal il-Ministru Borg. Il-bini mill-ġdid tal- bypass tal-Mellieħa jifforma parti minn ħidma akbar biex titjieb il-konnessjoni ewlenija lejn il-lokalitajiet u l-inħawi tan-naħa ta’ fuq tal-pajjiż fosthom ix-Xemxija, il-Mellieħa, it- terminal tal-vapuri ta’ Għawdex fiċ-Ċirkewwa u x-xtajtiet tal-Għadira, tal-Armier, tal-Marfa u oħrajn. Ftit ġimgħat ilu tlesta l-bini mill-ġdid ta’ partijiet minn Triq il-Pwales max-xatt tax-Xemxija. Din il-parti tat-triq kien jeħtieġ li tinqala’ mill-qiegħ biex isiru pedamenti ġodda u aktar b’saħħithom. Bħalissa għaddej ukoll proġett biex jissaħħaħ il-pont tal-Mistra li jgħaqqad ix-Xemxija mal-Mellieħa u li kien jinsab f’periklu li jiġġarraf wara li tħalla bla ebda manutenzjoni għal għexieren ta’ snin. Dan ix-xogħol mistenni jitlesta wkoll sas-sajf li ġej. Fil-ġimgħat li ġejjin, qabel is-sajf, se jsir ukoll xogħol ta’ tiswija ta’ partijiet mit-telgħa ta’ Selmun biex jiġu rranġati biċċiet mit-triq li ċedew fl-aħħar snin. Eventwalment it-triq kollha se tinbena mill-ġdid ukoll permezz ta’ proġett separat.
0not_entailment
Il-vot ħieles għandu jkun rispettat
14:55: Il-Pulizija kkonfermat li l-vittma li dalgħodu tilfet ħajjitha f'inċident f'San Ġiljan hi tfajla Rumena ta' 19-il sena residenti l-Italja. Aktar Qabel: Il-jum sebaħ fuq nota traġika hekk kif mara tilfet ħajjitha wara li kmieni filgħodu ntlaqtet minn taxi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs taħt il-mini ta' Triq Mikiel Anton Vassalli direzzjoni lejn San Ġiljan. Stħarriġ preliminari wera li l-mara, li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, sfat milquta minn vettura tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta' disgħa u ħamsin sena mill-Mosta. Fuq il-post issejħet ambulanza iżda sfortunatament il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.
0not_entailment
Kumpanija Maltija tirbaħ kuntratt għall-bini ta’ 16-il krejn barra
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi nidiet sejħa pubblika għall-bini ta’ sptar għall-Coronavirus f’pajjiżna fi żmien ta’ tmien ġimgħat. L-isptar irid ikun kapaċi jaqdi l-bżonn ta’ iktar minn 90 pazjent u staff. L-isptar se jkun wieħed pri-fabrikat. Il-Gvern nieda din is-sejħa li se tkun qed tara x-xiri u l-installazzjoni ta’ dan l-isptar. Il-kuntratt jinkludi li l-isptar irid jinbena fi tmien ġimgħat minn meta tiġi konfermata l-offerta. Għall kull ġurnata tard se jkun hemm multa ta’ €50,000 kuljum. L-isptar se jinkludi fost oħrajn kamra tal-emerġenza, sitt taqsimiet tal-kura intensica b’60 sodda u 45 ventilatur, kamra għat-tobba, kamra għall-istaff, kamra tal-X-Rays, spiżerija, mortwarja, u kċina li taqdi madwar 120 persuna. Il-partijiet interessati għandhom sal-Ħamis biex jibgħatu kwotazzjoni. Intant il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi appellat ukoll biex il-ħaddiema kollha li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, jagħmlu kuntatt magħha jekk huma interessati jaħdmu fis-settur tal-COVID-19.
0not_entailment
Psaila u Casa jissieltu għat-tieni siġġu tal-PN
Jidher, minn sondaġġi u riċerka li qed isiru internament fil-partiti, illi mistennija taqtigħa ħarxa fuq it-tielet siġġu għall-Partit Laburista bejn Cyrus Engerer, Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar u taqtigħa ħafna ikbar għat-tieni u/jew it-tielet siġġu għall-Partit Nazzjonalista. Fil-każ tal-aħħar, il-ġirja hija bejn Frank Psaila u David Casa għat-tieni siġġu u Peter Agius u Francis Zammit Dimech,  għat-tielet siġġu jekk il-PN jirnexxielu jieħdu. Is-sorsi li tkellmu ma’ din il-gazzetta sostnew illi l-akbar biża’ tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista hija li l-partit ma jirbaħx it-tielet siġġu u fl-istess ħin Casa jiġri ġirja kbira bid-‘duwijiet’ u jaqla’ lil Frank Psaila minkejja li jġib iktar unijiet minnu. “Dan ir-riżultat ikun messaġġ ċar kontra t-tmexxija tal-partit, m’hemmx dubju,” jgħid is-sors li fakkar illi Psaila huwa l-aktar kandidat li qed jimbuttaw dawk madwar Delia. Kienet din il-gazzetta l-ewwel li żvelat, f’artiklu nhar il-Ħadd 14 ta’ April, illi qed tinxtered il-kelma biex diversi Nazzjonalisti jivvutaw lil Metsola (in-numru 1) u lil Casa (numru 2) u jew jieqfu hemm jew ikomplu fuq il-Partit Demokratiku. Dan meta l-wirt se jkun importanti ħafna jekk il-PN irid b’xi mod iżomm it-tielet siġġu. It-tama ta’ dawk li jridu lil Metsola u Casa hija li Metsola tikseb voti biżżejjed biex tilħaq il-kwota malajr u ħafna mill-wirt tagħha jmur għand Casa u jitla’ anke jekk kandidati oħrajn jirtu voti minn dawk il-kandidati li jaqgħu. Casa: saħħa kbira fid-duwijiet u l-wirt L-akbar u l-aktar taqtigħa ħarxa hija bejn il-kandidati Nazzjonalisti għat-tieni u għat-tielet siġġu, li s-sorsi jgħidu li se jkun ferm diffiċli biex jirbaħ il-PN. Skont l-aħħar sondaġġ Frank Psaila jinsab fuq quddiem minn dawn l-erbgħa għalkemm b’2.9% mhuwiex daqstant ’il bogħod minn Casa li jinsab b’2%. Casa kien elett f’kull waħda mit-tliet elezzjonijiet, l-unika wieħed fil-fatt u jekk ma jitlax f’din l-elezzjoni tkun l-ewwel darba li ma rnexxilux. Interessanti kif Casa kważi dejjem gawda minn numru kbir ta’ duwijiet. Fl-2004 Casa kiseb 8,782 vot imma meta Simon Busuttil kien elett Casa gawda minn 8,826 vot f’duwijiet, imbagħad reġa’ kiseb l-akbar numru ta’ voti f’wirt ta’ Michael Falzon (+981), ta’ Ian Spiteri Bailey (+2,282) u ta’ Joanna Drake (+21,800). Fl-2014, 10 snin wara, kien kiseb 19,582 vot fl-ewwel preferenza biex imbagħad ħa l-akbar numru ta’ voti mill-wirt ta’ Metsola (+733), Stefano Mallia (+959), Norman Vella (+,136) u Francis Zammit Dimech (+695). Dan ipoġġi t-tieni siġġu f’dubju serju hekk kif Casa huwa mistenni li jkun b’saħħtu ħafna fid-duwijiet, jgħid sors fil-Partit Nazzjonalista. Peter Agius jaf ikun is-sorpriża tal-PN u qed issir stima ta’ 4,000 f’‘donkey vote’ Isegwi lil Casa hemm Peter Agius, kandidat ġdid, xi ħadd li għandu esperjenza twila fl-Unjoni Ewropea iżda xi ħadd li qatt  ma kien fuq lista ta’ partit politiku. In-nuqqas ta’ esperjenza politika tista’ tiżvantaġġja lil Agius li skont l-aħħar sondaġġ jinsab ftit wara Casa b’1.8%. Minkejja li s’issa jidher li għad m’għandux ċans wieħed irid jieħu l-fattur ta’ dak li jgħidulhom ‘donkey votes’, jiġifieri voti fejn il-persuna tibda minn fuq u tibqa’ nieżla bil-voti sa isfel. Din il-gazzetta tista’ tiżvela illi l-PN u l-PL qed jikkalkulaw li Agius jikseb 4,000 vot b’dan il-mod, li jiġu lil hinn minn dawk li konxjament iridu jivvutaw lilu. Dan jagħmel il-ħajja ta’ Francis Zammit Dimech, MEP kurrenti wkoll, iktar diffiċli. Agius Saliba jagħti spinta lill-kampanja Din il-ġimgħa stajna rajniehom fuq l-istess front fuq Xtra, imma Cyrus Engerer u Alex Agius Saliba jinsabu f’taqtigħa għal siġġu. Fl-aħħar jiem b’dehriet diversi, fosthom Xtra, fuq The Independent, fuq l-ILLUM (Ara paġni 12 u 13) u b’riklami fuq il-faċċata tal-gazzetta tal-General Workers’ Union, jidher illi l-kampanja ta’ Agius Saliba ħadet spinta ’l quddiem. Madanakollu dik ta’ Cyrus, filwaqt li baqgħet b’saħħitha b’ħafna filmati, ma jidhirx li qed tħalli l-frott mixtieq. Fil-fatt Engerer kiseb 0.6%, inqas minn Norman Lowell u l-Għawdxi David Stellini. Din il-gazzetta tista’ tiżvela wkoll illi Alex Agius Saliba, bħal Peter Agius, għandu ċans li jgawdi minn madwar 7,000 ‘donkey vote’, jiġifieri minn dawk li jibdew minn fuq u jibqgħu neżlin sa isfel. Magħhom titqabad għat-tielet u/jew it-tielet siġġu hemm Josianne Cutajar, Għawdxija u kandidata ġdida. Huwa mifhum li Cutajar għandha bażi b’saħħitha f’Għawdex, l-aktar fattur li qed jimbotta lil Cutajar ’il quddiem. Iż-żwiemel fuq quddiem... Iż-żewġ MEPs nisa kurrenti huma l-iktar żewġ żwiemel b’saħħithom f’din l-elezzjoni u mistennijin ikaxkru l-akbar numru ta’ voti, fuq iż-żewġ naħat politiċi. Kollox qed jidher illi hija kważi ċertezza li dawn jitilgħu, għalkemm mhux ċar hux mal-ewwel għadd. Din hija t-tieni darba li Dalli se tikkontesta din l-elezzjoni u hija mistennija saħansitra tgħaddi lill-eks Mexxej Laburista Alfred Sant. Fil-fatt fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew Dalli kienet kisbet 23,479 voti filwaqt li Sant kien kiseb 48,739 vot jew kważi d-doppju. Min-naħa l-oħra mill-Partit Nazzjonalista Metsola mistennija tkun l-aktar li tkaxkar voti u tgħaddi lill-kandidati kollha Nazzjonalisti. Bħal Dalli, Mestola kienet eletta għall-ewwel darba fl-2014 b’32,360 vot. Minkejja dan hi spiċċat fil-Parlament sena qabel meta Simon Busuttil kien irreżenja minn MEP hekk kif kien elett Deputat. Alfred Sant jibqa’ fejn hu, mistenni jitlef l-ewwel post L-eks Mexxej Laburista Alfred Sant jidher li se jitlef it-titlu tal-aktar kandidat Laburista li jikseb voti għal  Miriam Dalli. Dan ifisser li, skont is-sondaġġi, Sant mistenni jnaqqas il-voti mill-2014. Minkejja dan, kemm is-sorsi li tkellmu ma’ din  il-gazzetta u anke s-sondaġġi qed juru li Sant qed jassigura li jżomm is-siġġu Parlamentari u jiġi fit-tieni post. *Donkey vote, kif hemm spjegat fl-artiklu wkoll, huwa meta votanti jivvutaw għall-kandidati skont l-ordni alfabetika, illi fiha huma mniżżlin fuq il-polza tal-vot. Dan ifisser illi dawk li kunjomhom jibda bl-‘A’, ‘B’ u ‘C’ igawdu l-aktar
1entailment
L-Oppożizzjoni b'tentattiv li ttappan skema ċara li se tkun strumentali għal persuni bl-awtiżmu
Il-Ministeru tal-Akkomodazzjoni Soċjali għamel referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista u nnota b'dispjaċir it-tentattiv tal-istess partit biex jintefa' dell ikrah fuq l-iskema li ser tkun strumentali fil-ħajja ta' familji bi tfal jew adulti li bl-awtiżmu jew diffikultajiet sensorjali. Fi stqarrija, il-Ministeru saħaq li din hija skema trasparenti, ċara u aċċessibbli għal kulħadd, b'termini u kundizzjonijiet li wieħed jista' faċilment jaċċessahom onlajn. Xhieda ta' dawn huma l-mijiet ta' talbiet li rċeviet l-Awtorità tad-Djar, saħaq l-istess Ministeru. Dawn it-talbiet ixejnu għall-aħħar id-dikjarazzjonijiet mill-Partit Nazzjonalista. Il-Ministeru saħaq li jinsab diżappuntat bl-aġir tal-Oppożizzjoni u stqarr li l-istess Oppożizzjoni ħaditha drawwa tipprova tiżra d-dubju f'moħħ in-nies għal skopijiet politiċi kull meta l-gvern iħabbar inizjattiva li toħloq il-ġid u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji. L-istqarrija temmet billi l-Ministeru stieden lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista biex tinforma ruħha aħjar u tressaq 'il quddiem proposti li ma jkunux diġà fis-seħħ qabel ma toħroġ l-istqarrijiet.
1entailment
Nadal jirbaħ finali mill-isbaħ u jikseb id-19-il Grand Slam fil-karriera tiegħu
Fil-Qorti l-akkużat irrakkonta kif ma jafx x'sar minn ommu għax kienet inħatfet fis-Sirja Raġel inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li weġġa’ lis-sieħba u lit-tifla ta’ 11-il sena waqt argument li kellhom id-dar ilbieraħ filgħaxija. L-akkużat Sirjan tressaq quddiem il-Maġistrat Donatello Frendo Dimech akkużat li kkawża biża’ fis-sieħba u fit-tifla tiegħu, weġġagħhom ħafif, heddidhom u kiser il-paċi pubblika. Waqt is-seduta r-raġel qal li twieled f’Aleppo u meta ġie mistoqsi jekk għandux aħbar ta’ ommu u missieru qal li missieru huwa ħaj iżda ma jafx x’sar minn ommu għax kienet ġiet maħtufa. Huwa ċaħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest. Madanakollu, minħabba n-natura tal-akkużi u anke għax il-vittmi għad iridu jixhdu, ir-raġel inżamm arrestat.
0not_entailment
S'issa jinġabru ftit aktar minn €500,000 fil-maratona ġbir ta' fondi b'risq il-MCCFF
Imtella' Awwissu 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 5:09pm Raġel ta' 56 sena mill-Mellieħa, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex għal ġrieħi gravi li sofra f'argument. Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta ta' filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm argument fuq il-vapur ta' Għawdex. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn ir-raġel ta' 56 sena u ieħor ta' 33 sena mill-Olanda, residenti Ħal Luqa. Minħabba li r-raġel ta' 56 sena sofra xi ġrieħi, tim mediku ġie msejjaħ fil-port tal-Imġarr u ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Ir-raġel ta' 33 sena tressaq quddiem il-Qorti t'Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana. Ir-raġel ġie akkużat talli kkaġuna ġrieħi gravi fuq ir-raġel ta' 56 sena, fost oħrajn. Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
0not_entailment
F'24 siegħa jmutu 1,800 fl-Istati Uniti u 1,400 fi Franza; Wuhan ittemm il-lockdown
L-aħħar aġġornamenti minn madwar id-dinja dwar il-coronavirus Fl-Istati Uniti ġie rreġistrat l-akbar numru ta’ mwiet kawża tal-coronavirus hekk kif ilbieraħ biss tilfu ħajjithom 1,800 persuna. B’hekk, sa issa, fl-Amerka biss, mietu madwar 13,000 persuna. Fl-Istati Uniti hemm aktar minn 398,000 każ ikkonfermat, l-akbar numru fid-dinja hekk kif globalment, l-għadd tal-każi qabeż il-1.4 miljun persuna. Intant, fil-belt ta’ Wuhan fiċ-Ċina, minn fejn beda kollox, ġie fi tmiemu l-lockdown ta’ 11-il ġimgħa. Fl-Ewropa, Franza wkoll irreġistrat numru rekord ta’ mwiet hekk kif b’kollox, f'24 siegħa, mietu 1,411-il persuna, 607 fl-isptarijiet u 820 fi djar tal-anzjani. Hekk, l-għadd tal-vittmi fi Franza, issa tela’ għal 10,000 persuna. Fl-Ingilterra l-każijiet ukoll komplew telgħin biex b'kollox issa hemm aktar minn 55,000 każ. Il-Prim Ministru Boris Johnson għadu qed jinżamm għall-Kura Intensiva.
1entailment
L-AD u l-PD jaqblu formalment li jingħaqdu f'partit wieħed Il-proċess mistenni jkun konkluż sal-aħħar ta' Settembru bil-partit il-ġdid se jkun jismu AD/PD
Unions have timed a three-day general strike in Greece to coincide with two key parliamentary votes this week. Public transport workers in Athens walked off the job on Monday ahead of much wider nationwide action on Tuesday and Wednesday. Greek MPs are due to sign off on a new 13 and a half billion euro austerity package, while also agreeing new measures making it easier to hire and fire workers. Prime Minister Antonis Samaras and Socialist coalition partner Evangelos Venizelos have once again warned that Greece
0not_entailment
Imut Dun Karm Xerri, ir-rettur tal-kappella ta' Kemmuna
"Illum bkejt aktar minn kemm wieħed jista' jgħodd fuq idejh. Suppost issa waqaft nibki, iżda qed inħossni ħatja." Dan kien kliem ta' omm tfajla bl-isem ta' Shannon, minn Minesota, li tilfet ħajjitha wara sempliċiment influwenza. "Ilbieraħ ma ħlomtx b'Shannon u rrid nerġa nara u nkellimha għal aħħar darba u ngħidilha kemm jiena dispjaċuta," stqarret l-omm. L-omm li qed tħoss li hija l-ħtija li bintha mietet hekk kif it-tfajla kellha biss sintomi ta' influwenza u kienet ilha marida biss ġimgħa. "Illum, 827 ġurnata wara li binti mietet qed infittex fuq Google informazzjoni dwar l-influwenza. Ma nistax nifhem kif persuna tista' tmut hekk, qed niprova nagħmel sens mill-informazzjoni għax ma rrid li ebda persuna ma tmut l-istess mewta." L-influwenza staġjonali toqtol numru ta' tfal kull sena. Shannon marret l-iskola l-Erbgħa u meta marret lura d-dar qalet lill-ġenituri tagħha li ħabiba tagħha kienet tatha l-influwenza. L-omm spjegat li bħal kull ġenitur ieħor bagħtet lil bintha tistrieħ. Għamlitilha s-soppa u xtratilha l-mediċina kollha. It-tfajla kellha d-deni iżda temperatura normali li jkollu wieħed meta taqbdu l-influwenza u għalhekk il-ġenituri tagħha ma ħaduwiex l-emerġenza. "Ftit tal-jiem wara li ġiet id-dar ma tiflaħx bdiet tgħid li xorta mhux tħossha tajjeb u ħsibt li qed tieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni biex tiskarta mill-iskola. Il-Ħadd hi kienet tidher aktar ma tiflaħx, minkejja li kienet qed tara t-televiżjoni, hi ma kinitx qed tiekol," spjegat omm Shannon. Dakinhar il-ġenituri ddeċidew li jieħdu lil binthom l-isptar fejn ingħatat trattament għall-influwenza. Meta marret lura d-dar, it-tifla bdiet tgerger li l-vista tat-tabib kienet ħela ta' ħin u li qalilha li għandha tagħti ċ-ċans biex jgħaddilha. It-tabib ma tantx kellu ċans idum jagħmlilha vista għax fl-istess żmien kien hemm aktar minn 150 student li jmorru magħha l-iskola li kellhom l-influwenza ukoll. 34 siegħa wara, Shannon niżlet isfel u meta daħlet biex tinħasel talbet lil ommha biex tgħinha tinħasel. L-omm spjegat li kienet ilha ma taħsel lil bintha żmien twil u dak il-ħin bħal donnu ppannikjat. X'ħin it-tfajla daħlet fil-banju, l-omm qalet li minn għajnejha indunat li kien hemm xi ħaġa ħażina u ħarġitha mill-banju, iżda ftit minuti wara bintha mietet f'idejha.
0not_entailment
Sitt kappelli medjevali u ġonna neoklassiċi jingħataw l-ogħla livell ta' protezzjoni
Sitt kappelli medjevali u l-ġonna neoklassiċi ta' Villa Ciantar fil-Pieta kienu ddikjarati bħala protetti fuq skala Grade 1 mill-Awtorità tal-Ippjanar. Dawn il-binjiet storiċi ser ikunu ssalvagwardjati bl-ogħla livell ta' protezzjoni u l-proċess sabiex dawn il-propjetajiet jiħu skedati tħejja id f'id mas-Supretendent għall-Wirt Kulturali. Uħud mill-kappelli medjevali li ngħataw l-ogħla livell ta' protezzjoni huma ta' Santa Domenica f'Ħad-Dingli u ta' Bir Miftuħ fil-Gudja li jmorru lura għas-sena 1436. Kappella oħra li ser tingħata l-istess livell ta' protezzjoni hija dik li tinsab fuq il-gżira ta' Kemmuna fost oħrajn. Dan filwaqt li l-ġonna ta' Villa Ciantar ukoll ser jingħataw l-ogħla livell ta' protezzjoni. Il-villa tas-seklu tmintax kienet magħrufa wkoll bħala Villa Zammit għandha ġonna mżejna b'varjeta ta' arkitettura.
1entailment
Ikomplu t-tlielaq tan-NASCAR
Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva saru t-tlielaq tan-NASCAR, filwaqt li l-Formula 1 u l-IndyCar għadhom jittewwbu u jistennew sabiex jibdew l-istaġuni tagħhom. F’Darlington saru żewġ itlielaq relatati mat-tazza kif ukoll tlielaq oħra, filwaqt li t-tellieqa Coca Cola 600 għalqet il-ġurnata fix-Charlotte Motor Speedway. Is-soltu, ġurnata bħal tal-bieraħ kienet tkun ikkaratterizzata mit-tellieqa tal-Formula 1 f’Monaco, bl-Indianapolis 500 warajha, imbagħad filgħaxija kienet issir l-itwal tellieqa tal-istaġun, tal-Coca Cola 600. Imma lbieraħ in-NASCAR kellhom l-attenzjoni kollha fuqhom, f’tellieqa ta’ 600 mil. Għalkemm bil-bibien magħluqa, kien hemm aktar minn 6.5 miljun telespettatur li segwew it-tellieqa mill-kumdità ta’ djarhom.
1entailment
Children
L-Isptar Mater Dei ċċara rapporti li dehru fil-midja fejn ingħad li fil-ħin li għadda ddaħħal pazjent b’suspetti tal-marda tal-Ebola. Il-pazjent, li huwa immigrant mill-Mali u ilu jgħix Malta għall-aħħar sena, daħal l-isptar ibati minn uġigħ. Wara li ġie eżaminat, bl-għajnuna wkoll ta’ interpretu, ġie stabbilit li ma kellux sintomi ta’ Ebola.
0not_entailment
Soru Maltija f’Michigan pożittiva għall-COVID-19; għandha bżonn it-talb
Theresa May qalet li jekk il-Gvern tagħha jingħata l-fiduċja l-ġimgħa d-dieħla tirritorna fil-Parlament bi pjan ġdid għal Brexit Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May se tkun qed tiffaċċja vot ta’ sfiduċja fil-Gvern wara t-telfa kbira li l-Gvern Ingliż ġarrab ilbieraħ fil-vot dwar il-ftehim għal Brexit. Kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Ingliż, Jeremy Corbyn li ressaq il-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern anke jekk ftit qabel, Theresa May, ħeġġitu biex jagħmel dan għax tinsab ċerta li l-Gvern għandu l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Parlament Ingliż. Ix-xewqa ta’ Corbyn hija li ssir elezzjoni ġenerali wara li lbieraħ aktar minn nofs il-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim li nnegozjat Theresa May, bil-vot jitniżżel fl-istorja bħala l-akbar telfa li qatt ġarrab il-Gvern Ingliż fil-Parlament. Id-dibattitu dwar din il-mozzjoni mistenni jibda llum waranofsinhar bil-vot jittieħed aktar tard illejla. May wiegħdet lill-Parlament Ingliż li jekk tingħata l-fiduċja, il-ġimgħa d-dieħla se tirritorna fil-Parlament bi pjan ġdid għal Brexit waqt li wegħdet li lesta tiltaqa’ mal-partiti kollha. Il-Prim Ministru Ingliż kienet ilha għal dawn l-aħħar sentejn tinnegozja dan il-ftehim hekk kif ir-Renju Unit jitlaq uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu li ġej.
0not_entailment
Marsaskala jbatu biex jgħaddu għas-semifinali
TA’ XBIEX AMIGOS……………….. 7 MARSASKALA FISH AND FISH………… 9 (4-3), (2-2), (1-1), (0-3) Marsaskala Fish and Fish kellhom ibatu iżda finalment għaddew għas-semifinali tan-knock-out anki jekk bi ftit kontroversja. Dan minħabba li Ta’ Xbiex Amigos appellaw tal-anqas darbtejn li konklużjonijiet tagħhom qabżu l-linja, iżda fl-assenza tal-goal judges, kienu r-referees li ħadu d-deċiżjoni finali. Fis-semifinali Marsaskala jilagħbu kontra Otters. Ta’ Xbiex rebħu l-ewwel sessjoni 4-3, b’Nenad Kacar ipoġġi lit-tim tiegħu minn fuq lejn l-aħħar tas-sessjoni wara li Marsaskala kienu wieġbu tliet darbiet għall-gowls tal-avversarji. Fit-tieni sessjoni, Ta’ Xbiex baqgħu aħjar mill-avversarji u fetħu vantaġġ doppju permezz ta’ Kacar, iżda Marsaskala wieġbu b’żewġ gowls konsekuttivi ta’ Luca Felice u Konstantin Averka. Dan sakemm Niccolo Gitto daħħal lil Ta’ Xbiex gowl vantaġġ fil-ħin tal-mistrieħ. Il-vantaġġ reġa’ rdoppja għal Ta’ Xbiex fit-tielet sessjoni permezz ta’ Kacar, sakemm Kristijan Milakovic naqqas id-distakk, f’sessjoni li kompliet toħroġ id-diffikultà ta’ Marsaskala li jieħdu l-kontroll tal-logħba f’idejhom. Ta’ Xbiex ipprotestaw fil-bidu tal-aħħar sessjoni għal gowl li fl-assenza tal-goal judges ġie ġġudikat mir-referee Ronnie Spiteri li l-ballun ma daħalx kollu. Minuta wara Milakovic ġab id-draw. Marsaskala rebħu b’żewġ gowls ta’ Jan Culic, it-tnejn li waslu minn superjorità numerika. Ta’ Xbiex: Z. Sciberras, R. Greco, M. Demarco, N. Schiavone, M. Carani, S. Azzopardi, D. Fenech (2), N. Saliba, N. Kacar (3), G. Sammut, K. Tanti, N. Gitto (2), A. Theuma, J. Saliba Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, M. Manara, M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro, K. Milakovic (2), K. Averka (1), J. Culic (4), R. Attard, M. Borg, L. Felice (1), J. Ciantar Referees: Ronnie Spiteri, Raffaele Colombo
1entailment
Fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla l-14-il edizzjoni tal-Malta Military Tattoo
Il-banda tal-Korp tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ta’ Malta se jerġgħu jingħaqdu flimkien biex itellgħu l-ispettaklu Military Tattoo. Din se tkun l-14-il edizzjoni tal-Malta Military Tattoo li se ssir fl-MFCC f’Ta Qali s-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta’ Ottubru. Mal-banda tal-armata u tal-korp tal-Pulizija se jingħaqdu baned oħra mir-Renju Unit u anke mir-Russja. Id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha s-Surmast tal-banda tal-AFM, Jonathan Borg spjega li waqt il-Military Tattoo se tindaqq mużika moderna, ma jonqsux marċi militari u se jkum hemm anke solisti żgħar. Minn naħa tiegħu s-Surmast tal-banda tal-Korp tal-Pulizija Anthony Cassar qal ħadmu biex jagħtu spettaklu mill-isbaħ li se jgħin biex titkattar l-esperjenza kulturali ta’ pajjiżna li anke l-qasam militari jifforma parti minnha. Biex wieħed jikseb aktar informazzjoni dwar il-Malta Military Tattoo 2017 jista’ jżur is-sit maltamilitarytattoo.org jew fuq il-pagna ta’ facebook.
1entailment
FILMAT: Il-post fejn qed jinżammu l-10 arrestati
Organizzazzjoni fir-Russja stiednet lil Claire McCartin u Rebecca Mifsud sabiex jirrappreżentaw lil Malta billi jkantaw vers bil-Malti f'rendizzjoni tal-kanzunetta maħluqa minn Igor Matvienko. Il-messaġġ pożittiv ta' din is-silta saħansitra ispirahom biex jiktbu l-kanzunetta sħiħa bil-Malti u stiednu 13-il kantant lokali u disat itfal biex jieħdu sehem f'dan il-proġett. Minħabba l-miżuri ta' prekawzjoni li kienu fis-seħħ, kull artist kellu jiffilmja lilu nnifsu jkanta l-vrus tiegħu u ħafna minnhom fil-fatt għażlu li jagħmlu dan fid-dar tagħhom stess. L-artisti li jidhru jkantaw fil-vidjow tal-kanzunetta Għix huma Ivan Grech, Andrè Portelli, Claire McCartin, Raqula Dalli Gonzi, Neil Grech, Rebecca Mifsud, Victorio Gauci, Maya Morrow, Chris Grech, Dorothy Borg Bonaci, Stefania Grech Vella, Roger Tirazona u CAIN, li kiteb ukoll il-parti tar-rap. Id-direzzjoni hija ta' Karl Alin Galea. Kien biss grazzi għad-dedikazzjoni u mpenn tal-artisti kollha flimkien mat-tim tal-produzzjoni minn TwelveGold u Somnio Studios li dan il-proġett seta' jitwettaq. It-tim wara din il-kanzunetta iħoss illi permezz ta' dan il-proġett jista' jrodd lura lill-komunità. Għaldaqstant issieħeb mal-Fondazzjoni Richmond sabiex ikun hawn aktar għarfien dwar ix-xogħol siewi li din il-fondazzjoni tagħmel fil-qasam tas-saħħa mentali. Huwa importanti ħafna li nitkellmu dwar dan is-suġġett b'mod partikolari f'dan iż-żmien delikat fejn ilkoll kemm aħna ġejna b'xi mod milquta mill-imxija talCovid-19. Huwa importanti wkoll li ngħinu lill-Fondazzjoni Richmond permezz tad-donazzjonijiet tagħna sabiex din tkun tista' tkompli toffri s-servizzi tagħha lin-nies li għandhom bżonn l-għajnuna.
0not_entailment
Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi
Sewwieq ta’ mutur isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara inċident bejn karozza u mutur f’Ħal Balzan. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu hekk kif għal xi raġuni mara ta’ 40 sena daħlet bil-vettura tagħha ġo mutur misjuq minn raġel ta’ 62 sena, it-tnejn residenti Ħal Balzan. Ambulanza ssejħet fit-triq tal-inċident, Vjal De Paule fejn ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal kura. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
1entailment
L- introduzzjoni tal-kremazzjoni ilha tiġi diskussa f’pajjiżna
Is-suġġett tal-kremazjoni ma huwiex xi ħaġa reċenti għall-Malta. Irrid nistqar li jiena favur l-introduzzjoni tal-kremazzjoni għaliex nemmen li kulħadd għandu d-dritt jagħmel għażliet ħielsa basta dawn ma imorrux la kontra l-liġi u lanqas ikunu għażliet li jmorru kontra d-dritt tal-ħajja kemm tal-persuna nnifisa kif ukoll tat-tarbija fil-ġuf. Dan qalitu d-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara meta kienet qed titkellem dwar il-liġi fuq il-kremazzjoni.  Qalet li xtaqet tibda l-intervent tagħha billi tagħti ftit kronoloġija ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu matul l-aħħar tletin sena li ġurnata wara l-oħra wassluna biex illum quddiemna għandna dan l-abbozz. Kien madwar 30 sena ilu taħt Gvern Laburista li beda jidher ċar li kemm għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika kif ukoll minħabba id-domanda dejjem tikber għax-xiri ta’ oqbra ġodda, meta din it-tema bdiet tiġi diskussa bejn il-Gvern ta’ dak iż-żmien, il-knisja u l-privat. Dak iż-żmien il-knisja kellha numru ta’ riservi dwar il-kremazzjoni li nidħol fihom aktar il-quddiem. Kien jidher ċar li minħabba li l-popolazzjoni Maltija bdiet tikber, il-konfini ta’ numru ta’ rħula beda jespandi biex bil-mod il-mod beda imiss ma’ żoni periferali li f’ħafna minnhom kont issib fihom iċ-ċimiterju tar-raħal. Hekk ġara ġewwa n-Naxxar, il-Għarghur, l-Mellieħa u l-Mosta biex insemmi ftit eżempji.  Il-gvern tal-ġurnata kien ħa ukoll deċizjoni tajba li ma jingħatawx permessi ġodda għaċ-ċimiterjui fil-qalba jew viċin l-abitat. Ittieħdet ukoll deċiżjoni li ma isirx aktar dfin ġewwa monasterji, kannierji u lanqas ġewwa l-knisja ħlief f’ każijiet eċċezzjonali fejn irid jintalab il-permess speċifiku tad-Dipartement tas-Saħħa Pubblika. Qalet li kien sar forma ta’ ċensiment ġewwa l-Addolorata biex  jaraw kemm kien hemm oqbra li għal raġuni jew oħra kien ilhom ma jintużawx, fosthom numru li kienu jappartjenu lil-knisja. Instab li kien hemm numru ta’ oqbra li minħabba testamenti li jipprojbixxu d-dfin ta’ familjari oħra ġewwa l-istess qabar kienu ilhom għexiren ta’ snin mitluqgħa. Maria Deguara qalet li dan kollu tiftakru, li kien għaddej waqt li d-domanda għax-xiri ta’ l-oqbra dejjem baqgħet għaddejja u tiżdied. Beda ukoll jidher ċar li t-tradizzjoni li l-familjari kollħa jindifnu fl-istess qabar bdiet tmajna għaliex kull wield li bena familja beda jfittex li jkollu qabar għall-uliedu. Dan ix-xenarju beda jwassal biex il-prezz li wieħed seta’ jixtri qabar sploda u saħansitra kien hemm kasi fejn qabar beda jinbieħ għal-sommon li bdew ileħqu saħansitra ħames telef lira Maltija u anka aktar. F’dan ix-xenarju bdew joħorġu permessi limitati għal estenzjoni ta’ ċimiterju esistenti, dejjem il-barra minn żoni abitati. Hekk ġara ġewwa San Pawl il-Baħar, ġewwa l-Mosta, l-Imġarr u l-Mellieħa biex insemmi uħud minnhom. Biex ma jssirx spekulazzjoni mill-oqbra, id-Diviżjoni tas-Saħħa, issa taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, iddeċidiet li ma isirx aktar bejħ ta’ oqbra imma kull min kellu dritt u applikazzjoni valida għal xiri ta’ qabar beda jingħamillu konvenju li, waqt li jippermettilu jagħmel użu sħiħ mil-qabar allokat lilu, bħal twaqqif ta’ monument, dfin etċ, pero’ ma setax’ ibiegħu jew jittrasferieħ lil terzi. Deguara fakkret li kien sar ukoll studju biex jindividwa numru ta’ nies li kellhom aktar minn applikazzjoni waħda, ħafna minnhom f’irħula differenti. Pereżempju raġel mil-Mosta japplika għal qabar fil-Mosta waqt li martu li mil-Gudja tapplika għal qabar hemm. Dan dejjem biex l-ewwel applikazzjoni li tintlaqa tittieħed u jekk tilta t-tieni waħda kienet tkun opportunita’ biex dan jinbieħ bi profitt. Qaslet li nstabu kasi fejn missier kien japplika fuq ismu u uliedu li kien għadhom jgħixu ġewwa daru kienu japplikaw għal-qabar fuq isimhom. Kien hemm ukoll, biex tkompli tikkomplika s-sitwazzjoni, kwasi fissazjoni fost il-Maltin li kulħadd kien irid jindifen fil-lokalita’ fejn twieled. Sostniet li kien hemm numru ta’ lokalitajiet li l-kummisjonanti nfushom isuġġerew fejn setgħu jinbnew ċimiterji ġodda. Ħafna minnhom instab li anke jekk kienu l-bogħod mil-abitat setgħu jaffettwaw l-akwifer u allura ġew rifjutati. Għall l-istess raġuni u raġunijiet oħra ċimiterji abbandunati bħal dawk użati waqt il-pesta ma kienx għaqli li jerġu intużaw. Qalet li niftakru li anke dak iż-żmien kienu diga’ jeżistu ċimiterji oħra fejn kien isir id-dfin ta’ persuni li kienu iħadnu twemmin differenti minn tagħna. Qegħed nirreferi għaċ-ċimiterju tat-Torok. Fattur ieħor kien li bdiet tiżdied il-presenza ta’ persuni li kienu iħaddnu reliġjonijiet differenti u li din kienet titlob tfin mhux bħal tagħna. F’dan ix-xenarju il-Gvern beda ifittex soluzzjonijiet alternattivi għal l-isfida mhux żgħira quddiemu. Dak iż-żmien id-diskussjonijiet ma kienux komplew, l-iżjed, għal tlett raġunijiet. Meta il-kremazjoni kienet diskussa fil-dettal dak iż-żmien il-kommisjonanti li kienu jieħdu ħsieb il-funerali, waslu għal konkluzjoni li bit-teknologija ta’ dak iż-żmien, il-kremazzjoni ġewwa pajjiżna ma kienietx viabbli għal numru ta’ ragunijiet. Fosthom li l-ispejjes għal kremazjoni kienu ħa jkunu over and above l-ispejjes ta’ funeral tradizjonali. Apparti l-ispejjes tal-kremazjoni xorta waħda kien ħa jkun hemm l-ispejjes tal-knisja, tat-tebut li kien ħa jinħaraq, it-trasport tal-katavru eċċetra. Sostniet li raġuni oħra kienet l-ispiża kbira li kien hemm bżonn biex ittellgħa it-temperatura għolja ta’ l-fran li jintużaw għal kremazjoni. Jiġifieri li bit-teknoloġija eżistenti dak iż-żmien, l-enerġija biex il-fran ileħqu t-temperaturi neċessarji, biex l-ġisem jiġi ikkremat, kienet ħa tkun tant għolja li kien jaqblilhom iħallu l-fran imqabda il-ħin kollu milli jqabduhom meta jkollhom bżonnhom. Iżda kienu anteċipaw li proċess tal-kremazjoni ma kienx daqstant popolari u allura d-domanda għalieħ kienet ser tkun limitata ħafna. Hija qalet li bħala inċentiv il-Gvern tal-ġurnata kien offra lil-kummissjunanti li l-krematorju isir fuq art tal-gvern ġewwa il-konfini ta’ l-Addolorata biex jiġu iffrankati l-ispejjes tax-xiri ta’ l-art lil minn kien interessat jibda dan il-proġett. Raġuni oħra ukoll kienet li għal kemm il-knisja ma kellha qatt oġġezzjoni u ma kienet qatt direttament kontra l-kremazjoni, kienet tinsisti il-proċess jirrispetta t-tagħlim kattoliku. Fissret ukoll li instab ukoll li kull meta l-kremazzjoni ġiet introdotta ġewwa pajjiz kattoliku qatt ma irnexxa, l-aktar għaliex ħafna kattoliċi jassoċċjaw il-nar u l-ħruq mal-kastigg jew aħjar jassoċjawħ mal-purgatorju jew għar ma’ l-infern. Kien imħabba dawn ir-ragunijiet li l-biċċa l-kbira tal-kommissjonanti qatgħu qalbhom mil-kremazjoni u waqfu hemm. Dawn l-aħħar snin rajna influss qawwi ta’ ħaddiema barranin għaliex hekk kienet titlob l-espansjoni ta’ l-ekonomija mgħaġġla presenti. Rajna pajjiżna jinbidel minn kullunkwe aspett u irridu ngħidu li din il-bidla ma kienitx dejjem posittiva. Kif diġa’ semmejt matul l-aħħar xhur rajna nfluss kbir ta’ barranien li magħhom ġabu twemmin u drawwiet differenti minn tagħna. Numru minnhom iżżewġu nisa Maltin u qed irabbu l-familji ġewwa xtutna u ulieddhom jattendu l-iskejjel tagħna. Bħala nazzjon qalet Maria Deguara nagħmlu minn kollox biex nintegraw lil dawn il-barranin magħna u hekk għandu jkun. Dawn il-barranien għandhom kulturi u religjonijiet differenti minn tagħna u għalhekk għandna nirispettaw dak li jemnu fiħ kif huma fid-dover li jirrispettaw id-drawwiet u twemmien tagħna. Anki fostna l-Maltin il-lum għandna religjonijiet differenti. Hu għalhekk li nriedu nimxu maż-żminijiet u skont iċ-ċirkostanzi. F’dak li qed niddiskutu l-lum nagħtu lil kull individu id-dritt ta’ l-għażla għal kif jiddisponi mil-ġisem tiegħu wara mewtu u fosthom hemm il-metodu tal-kremazjoni. Il-funerali u dfien tradizjonali għandhom jibqgħu jsiru skond il-kulturi u r-reliġjonijiet differenti. Qalet li jekk veru nemmnu fid-dritt ta’ l-għazla ħielsa, iċ-ċimiteri tagħna għandhom jibqgħu jiprovdu spazju kemm għal dawk li jixtieqgħu jindifnu fil-qabar u kemm għal dawk li jixtieqgħu li ġisimhom jiġi kkremat. B’dan l-abbozz qed nintroduċu l-kremazjoni, metodu ieħor  li ilu jintużgħa għal ħafna snin fl-Ewropa u f’ħafna postijiet oħra tad-dinja. Dan l-abbozz hu ntenzjonat biex nirregolarizzaw u nillegalizzaw il-proċess tal-kremazjoni. Dan jitlob li tinħareġ liċenzja mis-Supretendent tal-Public Health taħt numru ta’ kundizzjonijiet  u salvagwardji. Fih insibu l-kundizzjonijiet tal-kremazjoni fosthom li l-operaturi jriedu jżommu registru d-dettaljat fejn fih iniżlu l-ismijiet ta’ dawk li ġew ikkremati u l-proċessi li ntużaw biex jitnaqqas l-abbużż. Qalet li l-Abbozz jinsisti wkoll li għandu jinħoloq reġistru Nazjonali tal-Kremazjoni fejn wieħed waqt ħajtu jistgħa jesprimi x-xewqa tiegħu kif jixtieq jiddisponi mil-ġisem tiegħu wara mewtu. Dan l-abbozz qed jieħu inkonsiderazjoni l-ispazju limitat ta’ pajjieżna u jieħu ħsieb li l-proċess tal-kremazjoni jkollu l-inqas impatt fuq l-ambjent billi jinkoraġġi teknoloġiji moderni li jkunu environmental friendly bħal l-użu tal-biocremation fejn l-emissjonijiet jkunu xejn jew minimi. Nispera li bl-użu ta’ teknologiji moderni għal ħruq, l-ispiża għal energija neċessarja għal kremazzjoni għandha l-lum tkun ħafna inqas minn qabel biex dan il-proċess ikun viabbli. Importanti li tul il-proċess kollu tal-kremazjoni inkun żgurat ir-rispett lejn il-ġisem uman. Dan hu abbozz mmirat biex jagħqdi u jiġi użat minn persuni li għalkemm kollha jgħixu f’pajjiż wieħed iħaddnu twemmien u religjonijiet differenti. Issa hu għalina l-Maltin li nipprattikaw ir-religjon kattolika, li nkunu nafu x’jgħid it-tagħlim kattoliku f’dak li għandu x’jaqsam mal-kremazjoni. It-tagħlim tal-Knisja Kattolika huwa kontra li wara l-kremazzjoni l-irmied tal-ġisem jiġi imxerred fl’arja, fuq l-art jew fuq il-baħar. Jispeċifika li l-irmied ma għandux jiġi ppreservat ġo memetos, f’xi jojellerija jew ġo xi urna jew f’affarijiet oħra. L-irmied ġo urna għandu jitpoġġa f’ċimiterju, f’qabar jew f’post sagru. Fakkret li għalhekk waqt li l-abbozz jagħti d-dritt ta’ l-għazla, anke li tagħmel dak li jmur kontra t-tgħalim tal-knisja, ma hux qed iċaħħad lil ħadd milli jagħmel dan. Hekk ma jkunx hemm diskriminazjoni bejn reliġjon u oħra. Tajjeb li niftakru li fuq kollox il-kremazjoni ma hiex qed tiġi mponutha fuq ħadd u kull religjon u individwu jista’ jibqgħa juża’ il-mod tradizjonali skont il-fehma tiegħu. Din naħħa tal-Kamra ma għandha l-ebda oġġezjoni għal kremazzjoni sakemm din tkun ikkontrollata kif jispeċifika f’dan l-abbozz. Waqt il-kumitat tal-Kamra ipparteċipajna b’mod attiv u pposittiv biex dan l-abbozz jasal quddiema għal-approvazzjoni finali.  Dan għax konxja li kull membru għandu jagħti l-aħjar tiegħu biex pajjizna jimxi l-quddiem fl-aspetti kollha. Bħal kollox mhux biżżejjed li nagħmlu l-abbozz imma importanti iżjed li meta tibda tintuża l-kremazjoni f’pajjiżna l-awtoritajiet responsabli jaraw li liġi, kif speċifikata, tkun qed tiġi osservata. Tenniet li meta tgħaddi liġi u ma’ tiġhiex enforzata ix-xogħol li jkun sar f’din il-kamra u fil-kumitati jkun kollu sar għal xejn għax il-poplu ma jkunx qed jieħu dak li ħaqqu.
1entailment
Muscat jista’ jkollu bżonn maġġoranza sempliċi biss biex iżommha President
Għall-elezzjoni tal-MEPs mhux se toħroġ u l-eks kanvassers tagħha qed jappoġġjaw kandidati differenti. Allura x’se tagħmel Coleiro Preca? Marie Louise Preca qed teskludi li se toħroġ għall-elezzjoni tal-MEPs li se ssir is-sena d-dieħla ma’ dawk li dejjem tawha appoġġ fuq is-sitt distrett. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata illi kanvassers akkaniti tal-istess Coleiro Preca għal snin twal, qed jaħdmu għal kandidati oħrajn tal-Partit Laburista. Dan qed jagħmluh wara li staqsewha x’se tagħmel u jekk hix ħierġa għall-elezzjonijiet tal-MEPs bir-risposta lilhom tkun fin-negattiv. Sorsi differenti fil-Partit Laburista li tkellmu ma’ din il-gazzetta sostnew illi Coleiro Preca saħansitra appellat lill-kanvassers tagħha, ikkonċentrati f’Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi, biex ixerrdu l-kelma li hi mhix se tkun qed tikkontesta. Il-President Marie Louise Coleiro Preca għad fadlilha madwar seba’ xhur fil-kariga hekk kif f’April li ġej il-Gvern se jkollu jsib suċċessur jew inkella jerġa’ jaħtar lil Coleiro Preca għal terminu ieħor fil-Presidenza. Minkejja li ħafna qed jinterpretaw il-Kostituzzjoni b’mod illi President tar-Repubblika ma tistax terġa’ tinħatar President, mingħajr ma tinbidel il-Kostituzzjoni biż-żewġ terzi tal-Parlament, il-Kostituzzjoni fil-fatt mhix daqstant ċara. Il-Professur Ian Refalo, f’kuntatt li għamlet miegħu l-ILLUM, jikkonferma dan, kif jikkonferma wkoll Robert Abela li huwa Konsulent Legali tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Coleiro Preca kienet ċaħdet illi kien hemm diskussjonijiet dwar it-tieni terminu tagħha bħala President tar-Repubblika. Apparti minn hekk iżda jidher illi l-Partit Laburista stess ma tantx qed jimbotta lil Coleiro Preca biex tkun kandidata għal din l-elezzjoni. Is-sorsi li tkellmu magħna rrimarkaw illi mhux xi sigiriet illi l-partit qed jimbutta l-kandidatura ta’ Miriam Dalli, waħda mill-iktar persuni favoriti biex jieħdu post Joseph Muscat u l-persuna li s’issa għandha l-aktar appoġġ fost it-tmexxija tal-Partit Laburista biex tokkupa l-ogħla kariga tal-partit. Huwa mifhum illi kieku Coleiro Preca kellha toħroġ għall-elezzjoni tal-2019, din “tkaxkar” lill-kandidati kollha u tikseb ħafna voti, bil-konsegwenza illi ‘tisraq’ ix-xena u allura tisfratta xi ftit il-pjan tat-tmexxija u l-istrateġisti tal-Partit Laburista, li qed jittamaw għal rebħa kbira għal Dalli s-sena d-dieħla. Dawk li tkellmu ma’ din il-gazzetta sostnew illi Coleiro Preca jidher li għaddejja b’ħidma biex twaqqaf  għaqda mhux governattiva (NGO) bħala parti mix-xogħol tagħha u li tibqa’ topera kemm jekk tibqa’ President u anke jekk le. Intant il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn xenarji differenti ta’ x’jista’ jiġri u x’tista’ tagħmel Coleiro Preca, kif ukoll xi jkunu l-effetti ta’ kull deċiżjoni li tieħu l-President. Toħroġ għall-MEPs – il-kwistjoni ‘Fenech Adami’ mill-ġdid? Kif diġà għidna f’dan ir-rapport, il-possibilità li Coleiro Preca tkun kandidat għall-elezzjoni tas-sena d-dieħla għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew hija żgħira, hekk kif il-President diġà għarrfet lill-kanvassers tagħha li mhix se tkun qed toħroġ. Imma anke jekk il-possibilità tibqa’ żgħira, xorta tibqa’ possibilità. Din id-deċiżjoni jkollha żewġ effetti partikolari. L-ewwel, Marie Louise Coleiro Preca hija politiku maħbub ħafna. Fl-2013 kienet ġabet 5,707 voti fis-sitt distrett u allura kienet l-aktar kandidat tal-Partit Laburista li kisbet voti wara l-Prim Ministru Joseph Muscat. L-aktar li ġew qrib tagħha kienu Karmenu Vella, li tpoġġa Kummissarju Ewropew, Louis Grech li fl-aħħar elezzjoni ddikjara li ma kienx se jerġa’ jikkontesta, għalkemm hu għadu konsulent fil-Gvern ta’ Muscat, u Anton Refalo li ma reġax tpoġġa bħala Ministru ta’ Għawdex wara l-aħħar elezzjoni ġenerali. Hija popolari ħafna fost il-Qriema, għalkemm mhux biss u mhux xi sigriet, li l-uffiċċju tagħha dejjem kien ikun mimli nies meta kienet Ministru. Mela dan huwa indikatur ċar illi kieku kellha toħroġ għall-elezzjoni tal-MEPs, speċjalment wara Presidenza li kkonsolidat mhux ftit l-immaġini tagħha anke fost votanti Nazzjonalisti, hija tkun eletta. Probabilment mal-ewwel għadd u b’riżultat pożittiv ħafna. Il-problema hija li minn Brussell, il-kuntatt tagħha man-nies, kuntatt illi żammet anke tul il-Presidenza se jonqos drastikament minħabba diversi appuntamenti li jibda jkollha barra mill-pajjiż. Il-kuntatt huwa l-fattur ewlieni li jagħmel lil Coleiro Preca popolari, mingħajru titlef ħafna mis-saħħa li għandha. It-tieni effett, huwa xi ftit aktar dannuż. Marie Louise Coleiro Preca rnexxielha, sa ċertu punt, tissupera l-ammirazzjoni li kellu l-President Emeritus George Abela lejh, probabilment għax kienet ilha taħdem fis-settur soċjali u għax hija mara meqjusa bħala ‘tal-poplu’. Bħal Abela qabilha imma, il-Presidenza tagħha ftit li xejn kienet diviżiva u għalkemm kien hemm kwistjonijiet xi ftit jew wisq kontroversjali, il-poplu kien ġeneralment qed jappoġġja l-Presidenza tagħha. Li f’daqqa waħda u f’temp ta’ żmien qasir (it-terminu tagħha ta’ President jispiċċa f’April 2019 u l-elezzjoni tal-MEPs hija nhar il-25 ta’ Mejju 2019) din l-istess simbolu ta’ għaqda tinżel fl-arena politika, tiddefendi partit u tattakka ieħor kif dejjem jiġri hija dannuża. Primarjament, għax ma jkunx hemm it-tranżizzjoni meħtieġa. Il-votant mhux se jibdel perċezzjoni mibnija tul iż-żmien, f’ġimgħa. U kif l-esperjenza wrietna setturi tal-poplu ma tantx jieħdu din il-bidla b’mod tajjeb. Hemm l-eżempju ta’ Eddie Fenech Adami. Maħbub minn ħafna, però mibgħud minn oħrajn u allura persuna b’immaġini diviżiva. Il-fatt li f’daqqa waħda dan kien maħtur President u allura f’daqqa waħda jrid isir figura ta’ għaqda ma niżlet tajjeb xejn ma’ ħafna votanti Laburisti. Anke jekk Fenech Adami għamel biċċa xogħol tajba bħala President xorta qatt ma rnexxielu jibni imaġini ta’ figura ta’ għaqda bħalma għamlu George Abela u Coleiro Preca. Għalhekk jekk Coleiro Preca u t-tmexxija tal-Partit Laburista jbiddlu fehemthom fuq din il-materja, ir-reazzjoni se tkun l-istess. Fil-verità Coleiro Preca ma tkun tista’ qatt terġa’ tibni l-immaġini li għandha llum jekk ‘tiċċappas’ mal-politika partiġġjana mill-ġdid. Tingħata rwol ċentrali fil-qasam soċjali Jista’ jkun li Coleiro Preca qed taħdem (minn wara l-kwinti) biex ikollha pożizzjoni jew kariga ċentrali fil-qasam soċjali, irwol li jagħtiha viżibilità, saħħa li tipproponi policies ġodda kif ukoll li jkollha effett massimu fost dawk li l-aktar ikollhom bżonn u li tħalliha libera mill-politika partiġġjana. Dan iħalli lil Coleiro Preca fil-qasam illi tant tħobb u li miegħu hija assoċjata l-aktar. Iżżommha wkoll f’kuntatt dirett u kontinwu ma’ dawk l-għaqdiet u l-persuni li għadha qed tiltaqa’ magħhom sal-lum. Din l-għażla tkun tajba għall-Gvern għax ikun appunta persuna assoċjata mal-qasam soċjali, imma tkun tajba wkoll għal Coleiro Preca għax tibqa’ żżomm id-distanza mill-arena partiġġjana, ġeneralment maħmuġa. In separate Box + pic Ian Refalo Imma l-kostituzzjoni x’tgħid eżatt? Hemm triq oħra. Dik li Marie Louise Coleiro Preca terġa’ tkun maħtura President tar-Repubblika għat-tieni darba, xi ħaġa li fil-fatt kienet ikkunsidrata darba oħra fil-każ tal-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici. Il-Partit Laburista, dak iż-żmien fl-Oppożizzjoni ma kienx qabel ma’ din il-proposta u kien ippropona lil Edwin Grech. Il-Kostituzzjoni tgħid li wara ħames snin il-kariga ta’ Presidendt jeħtieġ issir vakanti u ssemmi l-kliem “sakemm jinħatar President ġdid”. ’L isfel f’dan l-artiklu numru 123 jingħad illi “meta xi persuna tkun ivvakat xi kariga mwaqqfa b’din il-Kostituzzjoni... hija tista’ terġa’ tiġi maħtura, eletta jew xort’oħra magħżula biex iżżomm dik il-kariga...” Tkompli tgħid iżda li dan ma jgħoddx għall-President tar-Repubblika, xi ħaġa li s’issa dejjem kienet interpretata bħala li l-President ma jistax ikun  maħtur għat-tieni darba. Numru ta’ persuni li tkellmet magħhom din il-gazzetta, fosthom il-Professur Ian Refalo, ikkonfermaw illi kemm artiklu 121 (1) u (2) kif ukoll 48 (3a) tal-Kostituzzjoni mhumiex qed jgħidu b’mod ċar illi President ma tistax terġa’ tagħmel it-tieni terminu fil-kariga. Iktar minn hekk, filwaqt li l-artiklu 48 li jgħid biss illi t-terminu ta’ President huwa ta’ ħames snin (imma mhux li ma jistax jerġa’ jinħatar l-istess President) jista’ jinbidel biss bl-approvazzjoni taż-żewġ terzi, artiklu 123, li jeskludi lil President milli terġa’ tiġi maħtura, jista’ jinbidel b’maġġoranza normali. Dan allura jista’ jindika illi b’maġġoranza sempliċi allura l-Prim Ministru Joseph Muscat jista’ jerġa’ jaħtar lil Coleiro Preca President tar-Repubblika, kontra l-mod ġenerali kif qed tkun interpretata din il-liġi. Quddiem dan ix-xenarju legali u fid-dawl tal-probabilità  li Coleiro Preca ma tkunx kandidata għall-elezzjoni tal-MEPs, isir aktar possibbli li Muscat jagħmel l-istorja u jerġa’ jaħtar lill-istess Presdient għat-tieni darba.
1entailment
Ara Filmati | 'Diżastru' madwar il-pajjiż kollu ... tkissir, ħsarat kbar u 'xita' ta' ħut
Hekk kif kompla l-proċess tal-'wiri' tal-voti d-distakk qed jibqa' jkun aġġustat favur il-Labour Tard wara nofsinhar, għall-ħabta tal-4:00 pm kien ippublikat l-aħħar aġġustament fid-distakk bejn il-partiti, li kien ta 51,600 vot favur il-Partit Laburista Iktar kmieni: Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara r-rebħa "storika" għall-Partit Laburista u qal li l-indikazzjonijiet li għandu l-Partit Laburista huma li d-distakk huwa dak ta' madwar 19%, jiġifieri madwar l-45,000. Dan ifisser, kompla jispjega l-Prim Ministru, li l-Partit Laburista x'aktarx li rebaħ ukoll ir-raba' siġġu fil-Parlament Ewropew. Meta l-Prim Ministru kien qed jagħmel id-dikjarazzjoni fuq TVM, l-aġenti tal-partiti fis-sala tal-għadd tal-voti, infexxew iħabbtu u jgħajtu "Joseph huwa l-mexxej!" Muscat qal li dan ir-riżultat huwa ċertifikat għall-Gvern li jmexxi u anke messaġġ kontra l-firda. Din tal-lum tfisser il-ħames rebħa kbira għal Joseph Muscat u l-Partit Laburista. Ibieraħ ħarġu jivvutaw 70% ta' dawk il-persuni li kienu eleġibbli, bit-turnout ikun l-akbar baxx fid-disretti meqjusa Nazzjonalisti. Ħadd mill-Partit Nazzjonalista għadu ma kkummenta, għalkemm is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, aktar kmieni ddikkjara li l-fatt li t-turnout kien baxx fl-għaxar distrett huwa indikattiv tar-riżultat.
0not_entailment
Jinstabu l-iġsma ta' 34 immigrant
Il-pulizija Belġjana qed jinvestigaw raġel li kien qed jaġġixxi b'mod suspettuż u liebes kowt twil u li minnu kienu ħerġin xi wires. Dan ikkonfermatu l-midja Belġjana. Il-pulizija bħalissa għaddeja b'operazzjoni delikata fiċ-ċentru tal-kapitali Belġjana, Place de la Monnaie. It-taqsima tal-munizzjon hija preżenti. Il-ħwienet tal-madwar ġew evakwati u ngħalqu bosta toroq. Il-pulzija spjegat li għandhom suspett iżda r-raġel għadu ma ġiex arrestat. Illum, huwa propju ġurnata qabel il-ġurnata Nazzjonali tal-Belġju li matula jsiru bosta ċelebrazzjonijiet.
0not_entailment
DELITT DOPPJU: Joqtol lil ommu u lil zitu
Il-liġi tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali għandha tieqaf tassumi li l-impjegat huwa raġel, u taħseb għall-ħaddiema nisa. Quddiem l-imsieħba soċjali waqt konferenza li ddiskutiet il-proposti fir-reviżjoni tal-istess Att, il-Prim Ministru Joseph Muscat appella għal dak li sejjaħlu femminizazzjoni tas-suq tax-xogħol biex iktar nisa jitħajru jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Barra minn hekk saħaq li l-liġijiet riveduti għandhom jaħsbu b'mod globali biex jirregolaw l-influss ta' ħaddiema barranin li pajjiżna qed iħaddem. Dan biex tkun miġġielda s-sitwazzjoni fejn ħaddiema barranin jitħaddmu illegalment, għad-detriment tagħhom u tal-ħaddiema Maltin. Il-Prim Ministru stqarr ukoll li l-proposti diskussi għandhom jipprovdu għad-diskrepanzi li għadhom jeżistu bejn dawk li jaħdmu mal-privat u l-ħaddiema tal-gvern. Muscat stqarr li hemm bżonn tal-introduzzjoni ta' drittijiet ġodda bħas-sick leave meta t-tfal ikunu morda, leave f' każ ta' kanċer u żieda fil-minimum wage fost oħrajn. Il-gvern lest li joħloq mekkaniżmi ġodda jew jissuplimenta dawk eżistenti biex jipprovdi dawn id-drittijiet, għaldaqstant il-flessibilità ta' kulħadd hija kruċjali. Il-Prim Ministru saħaq li pajjiżna rnexxilu jikseb riżultati ekonomiċi pożittivi, b' rekord ta' nisa fis-suq tax-xogħol, mhux minħabba s-sistema preżenti, anzi minkejja s-sistema u li kieku din ma titbiddilx pajjiżna jkun qiegħed f' riskju ta' falliment fil-futur.
0not_entailment
BIL-FILMAT: L-arrest ta' Yorgen Fenech ma wasalx minn informazzjoni li ta l-'middleman' – il-PM
Fl-aħħar 24 siegħa, 38 pazjent ġew iddikjarati mfejqa mill-coronavirus u mit-testijiet li saru, irriżultaw 34 każ ġdid. Apparti dawn, kien hemm ukoll 10 immigranti, residenti f'ċentri magħluqa, li wkoll ittestjaw pożittiv. B'kollox, ilbieraħ saru 2,438 test u l-każi attivi issa huma 424. Mill-każi tal-bieraħ, sitta kienu qraba, tnejn kienu kollegi u tlieta kienu persuni li kellhom kuntatt dirett ma' pazjenti li rriżultaw pożittiv fl-aħħar jiem.
0not_entailment