title
stringlengths
2
1.28k
text
stringlengths
49
40.4k
label
class label
2 classes
Trump jhedded li se jwaqqaf il-protesti bl-armata
Il-mistoqsija dwar jekk il-Kummissarju tal-Pulizija għandux jaġixxi fuq rapport tal-FIAU “ħadd ma jista’ jweġibha” skont id-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona, meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet ta’ NET News waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. NET News kien qed jistaqsi fid-dawl ta’ dak li ġie żvelat jumejn ilu mill-gazzetta Times of Malta, fejn intqal li l-FIAU kienet talbet lill-Pulizija biex jinvestigaw lil Keith Schembri ; talba li kienet saret ġurnata qabel irriżenja l-eks Kummissarju Michael Cassar. “Il-konklużjonijiet li joħorġu mill-FIAU ma jkunux mgħoddija lilna, u aħna, bħala politiċi m’għandniex aċċess għalihom. Din il-mistoqsija mhux ipotetika iżda mistoqsija li ħadd ma jista’ jwieġbek,” qal Chris Cardona fir-risposta tiegħu. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Edward Zammit Lewis żied jinsisti li mhux talli ma jafx x’fih l-FIAU, iżda talli l-anqas irid ikun jaf “Jiena ma nafx x’fih l-FIAU, la naf, u l-anqas irrid inkun naf” insista Zammit Lewis. L-FIAU hija l-aġenzija li tinvestiga rapporti ta’ ħasil tal-flus, evażjoni ta’ taxxa u kwistjonijiet kriminali simili. L-FIAU m’għandiex il-poter li tressaq lil xi ħadd il-Qorti, iżda tista’ biss tgħaddi l-konklużjonijiet lill-Pulizija biex jieħdu passi huma. Jirriżulta, skont dak żvelat minn The Times, li f’April 2016, l-FIAU kienet għaddiet ir-rapport tagħha dwar Keith Schembri lill-Pulizija iżda dwaru baqa’ ma sar xejn.
0not_entailment
Ritratti: Roly-poly tal-irkotta bl-ispinaċi u l-ġobon Cheddar
Il-Pulizija kienet sabet il-pilloli ġewwa l-karozza tal-akkużat fl-inħawi ta’ Ta’ Qali Raġel ta’ 55 sena minn Ħal Luqa, lura fl-2010 kien akkużat li kellu taħt il-pussess tiegħu disa’ pilloli tal-ecstasy, ġie meħlus minn dawn l-akkużi wara li l-Qorti ma sabitx biżżejjed provi li l-pilloli kienu tal-akkużat. Il-Pulizija kienet sabet il-pilloli ġewwa l-karozza tal-akkużat fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-Pulizija waqqfet il-karozza wara li ġew infurmati li dan seta’ kien f’pussess ta’ droga. Quddiem il-Qorti hu ċaħad dan minkejja li fit-tfittxija li saret, il-Pulizija sabet l-ecstasy fil-karozza stess. Xehed li kien wassal lit-tfajla tiegħu u żewġ irġiel oħra lejn il-party dak il-lejl stess. Wieħed mill-irġiel poġġa fuq quddiem sabiex ikun jista’ jpejjep, filwaqt li t-tfajla u r-raġel l-ieħor kienu bilqiegħda fuq wara. Ftit ħin wara li daħlu fl-istabbiliment ta’ fejn kien qed isir il-party, inqala’ argument bejn l-akkużat u t-tfajla tiegħu. Madwar 20 minuta wara, pulizija pajżana, għamlu tfittxija fuq l-akkużat  iżda ma sabu xejn. Il-Pulizija talbet lill-akkużat biex jiftaħ il-karozza tiegħu u kien hawnhekk ;i nstabu l-pilloli ġo borża, fl-ashtray tal-karozza. Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, semgħet lid-difiża, immexxjia mill-avukati Edward Gatt u Veronique Dalli, fejn dawn saħqu li ma kien hemm ebda provi li juru li d-drogi huma ecstasy. Quddiem il-Qorti, intqal ukoll li għalkemm l-akkużat kien ġieli jagħmel użu mid-drogi, dan ma kienx juża l-ecstasy iżda l-kokaina. L-akkużat, fl-ebda ħin ma nstab li kellu fuqu ammont ta’ flus kontanti suspettuż. Fiċ-ċirkostanzi, speċjalment il-fatt li l-akkużat ma kienx waħdu fil-karozza, il-Qorti qalet li l-evidenza li kellha ma kinitx biżżejjed biex torbot il-pilloli mal-akkużat jew jekk kienx jaf bihom. Għalhekk, hu ġie ddikjarat innoċenti.
0not_entailment
BIL-FILMAT: Imut wara li waqa' minn għoli mill-irdum ta' Għajn Tuffieħa
Raġel li l-indentità tiegħu għadha mhux magħrufa tilef ħajtu tragikament wara li waqa' mill-irdum ta' Għajn Tuffieħa. L-inċident seħħ għal ħabta tal-għaxra u kwart tal-Ħadd filghodu fiż-żona magħrufa bħala l-Ponta ta' Għajn Tuffieħa. Minn informazzjoni li kiseb ONE News minn fuq il-post jidher li kienu xi turisti mexjin fl-inħawi li nnutaw iż-żarbun tal-vittma. Kien hawn li ssuspettaw li xi ħaġa ma kinetx f'postha. Huma resqu qrib l-irdum u nnutaw raġel mixħut minn tulu qalb l-irdum mitluf minn sensih. Hawnhekk ċemplu mill-ewwel għall-għajnuna. Minnufih fuq il-post intbagħtet ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma' membri mid-Dipartiment tas-Salib l-Aħmar. Fuq il-post kien hemm ukoll it-tabib tal-emerġenza Dr Jonathan Joslin li flimkien ma' infermier mid-Dipartiment tas-Salib l-Aħmar niżlu b'attenzjoni kbira qrib il-vittma iżda ġie iċċertifikawh mejjet fuq il- post. Xhieda fuq il post qalu ma' ONE News li l-vittma ma kellu l-ebda dokument ta' identifikazzjoni fuqu madankollu huwa stmat li r-raġel kellu bejn 25 u 30 sena. Kien dak il-ħin li skattat operazzjoni xejn faċli sabiex il-katavru jittella' mill-irdumijiet. Dan għall-fatt li l-vittma waqa' f'post inkrepattiv għal-aħħar qalb il-blat. Fil-fatt il-katavru inħareġ minn fuq il-blat b'jet ski tad-Dipartiment tas-Salib l-Aħmar u ttella' fuq patrol boat tal-Forzi Armati ta' Malta li minn hemm ħaditu ċ-Ċirkewwa u tgħabba fil-karozza tal-mejtin. Qalb atmosfera xejn sabiħa, kien hemm ukoll membri mid-Dipartiment tal-Forensika. Fil-fatt huwa mifhum li ser jiġu elevati l-filmati mill-kameras tas-sigurtà li kien hemm fuq it-Torri ta' Għajn Tuffieħa magħruf ukoll bħala t-Torri ta' Għajn Mixkuka, bil-għan li tiġi stabbilita d-dinamika ta' din it-traġedja. Fuq il-post kien hemm ukoll il-Maġistrat Joe Mifsud li ħatar bosta esperti biex jgħinuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal pulizija ghadhom għaddejjin. Kien f'dak il-mument li ssejħet l-għajnuna fejn fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, membri mis-Salib l-Aħmar u kif ukoll ambulanza b'tim mediku fosthom it-tabib tal-emerġenza Jonathan Joslin.
1entailment
Ħames żgħażagħ arrestati wara sejba ta' kannabis u kokaina
Iż-żgħażagħ qegħdin jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinuha fl-istħarriġ li għadu għaddej Iktar ħidma mill-Iskwadra tal-Pulizija ta' Kontra d-Droga, illum kmieni waranofsinhar wasslet għall-arrest ta’ ħames żgħażagħ; erba’ irġiel u mara, li l-età tagħhom tvarja bejn 17 u 19-il sena. L-arresti saru wara tfixxijiet f’Ħal Luqa. Assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u mis-Sezzjoni tal-Klieb, minn tittxija li saret fuq iż-żgħażagħ, instabu li kienu fil-pussess ta’ boroż bil-pjanta tal-kannabis u pakketti b’sustanza bajda suspettata droga kokaina. Iż-żgħażagħ qegħdin jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinuha fl-istħarriġ li għadu għaddej.
1entailment
Imnedija ħames skemi ta' boroż ta' studju b'valur ta' €2.3 miljun
Imtella' Lulju 10, 2020 - Aġġornata 10 Ta' Lulju, 2020 6:28pm Il-Ministeru tal-Edukazzjoni kompla jwessgħa l-għajnuna finanzjarja għal studenti li jridu jispeċjalizzaw f'diversi oqsma ta' studju permezz ta' ħames skemi ta' boroż ta' studju b'valur ta' aktar minn żewġ miljuni ewro. Waqt li ħabbar dawn il-boroż ta' studju, il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li bihom ser jiġu finanzjati korsijiet ta' speċjalizzazjoni għal madwar 500 student. Il-Minsteru tal-Edukazzjoni kompla jsaħħaħ ħames skemi b'waħda minnhom tnediet għall-ewwel darba dik tal-veterinarji immirati biex jgħinu finanzjarment studenti li jixtiequ jkomplu jistudjaw fil-livell terzjarju fosthom għall-Masters u Dottorat. Fil-jiem li ġejjin ser jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-ħames skemi li għalihom hemm allokati €2.3 miljun. "L-applikanti jistgħu japplikaw biex jiffolowjaw korsijiet kemm Malta u anke barra basta l-Università tkun rikonoxxuta, kif ukoll jistgħu jagħżlu courses part time jew full time, distance learning whatever. Neħħejna wkoll il-barrier għax qabel min kien jistudja full time ma setax jaħdem aktar minn 20 siegħa. Issa jistgħu jaħdmu kemm iridu l-importanti li jiksbu l-kwalifika tagħhom." L-istudenti jistgħu jagħżlu minn varjazzjoni kbira ta' suġġetti fosthom fl-qosma tal-arti u l-isport. Għall-ewwel darba ser ikunu offruti boroż ta' studju ġodda lil studenti li jridu isir veterinarji minħabba li dan il-kors ma jistax ikun segwiet f'Malta. "Boroż ta' studju għal dawk li jridu jkomplu jistudjaw fuq korsijiet immirati għall-veterinarji biex fl-aħħar tal-istudju japplikaw għal-liċenzja tal-vets. Importanti li dawk li diġà bdew starting 2016 jistgħu japplikaw kif ukoll dawk li ser jibdew il-kors issa accademic year 20-21." Is-Segretarji Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi u Clifton Grima ħadmu mal-Ministeru tal-Edukazzjoni biex l-iskemi jissaħħu u jinġabru taħt qafas wieħed għall-benefiċċju tal-istudenti. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li erba' skemi magħrufa bħala Tertiary Education Scholarship, Arts Scholarship, Malta Sports Scholarship u dik tal-vetenerarji huma ffinazjati minn fondi pubbliċi filwaqt li l-iskema Endeavour hija ffinanzjata minn fondi Ewropej. Dr Bonnici qal li minn dawn l-iskemi mistennija jibbenefikaw 500 student u spjega li dan huwa eċercizzju ta' ġustizzja soċjali għax dawk li qatt ma setgħu jkomplu jistudjaw issa qed jingħataw l-għajnuna biex jilħqu l-milja tal-karriera tagħhom.
1entailment
“Pajjiżna armat u lest biex jissielet il-Coronavirus” – id-Deputat PM Chris Fearne
Waqt dawn iż-żminijiet ta' festi, b'mod partikolari fix-xahar ta' Diċembru, bosta jixtru kalendarju tal-avvent fejn ġurnata b'ġurnata jiftħu t-twieqi, u jieklu dik il-biċċa cikkulatina li jkollhom wara l-'bibien'. Kemm jekk għandek it-tfal u kemm jekk int adult, il-kalendarju tal-avvent huwa popolari fost kulħadd u llum il-ġurnata t-tradizzjoni taċ-ċikkulatini wara l-'biebien' tat-twieqi, qed tiġi mmodernizzata għaż-żminijiet tal-lum. Entużjasta tal-ġobon mil-Londra, Annem Hobson, ħolqot kalendarju tal-avvent ġdid. Kalendarju b'differenza u li jiffoka fuq dak li tħobb hi, il-ġobon. Annem tikteb ta' spiss fuq is-sit tagħha fejn wara li ħolqot dan il-kalendarju s-sena l-oħra ddeċidiet li taqsam l-idea mal-qarrejja tagħha b'instruzzjonijiet ta' kif dan il-kalendarju jinħoloq. Wara d-domanda kbira għal dan il-kalendarju Annem Hobson iddeċidiet li għas-sena d-dieħla hi se tkun qed taċċetta ordnijiet sabiex kull min irid wieħed, ikun jista' jordnah minn fuq is-sit tagħha.
0not_entailment
Proposti ġodda "jogħġbu" lill-erba' PM li s'issa kienu qed iżommu kollox
Imtella' Lulju 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Lulju, 2020 1:57pm Proposti ġodda mressqa s-Sibt filgħodu mill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel jidher li qed jinżlu tajjeb mal-erba' stati membri li kienu qed iżommu iebes u ma ridux jiċċaqalqu pulzier fin-negozjati dwar il-Fond ta' Rkupru mill-ħsara ekonomika li ħasad il-Coronavirus. Il-pjan il-ġdid jixbaħ ħafna dak oriġinali u li sal-Ġimgħa tard bil-lejl kien għadu ma ntlaħaqx qbil fuqu. Bid-differenza iżda li l-Olanda, l-Awstrija, id-Danimarka u l-Iżvezja ġew imwegħda għexieren ta' miljuni ta' ewro fi skont. Fi kliem ieħor skont dawn il-proposti huma se jkunu qed jiffrankaw mal-mitejn miljun ewro billi jieħdu ħlasijiet lura – rebates – mill-flus li oriġinarjament ikunu ħarġu. Il-pjan propost jinkludi wkoll miljuni ta' ewro riżervati għal reġjuni partikolari ta' stati membri differenti taħt programmi differenti tal-UE. Il-proposti jidher li niżlu tajjeb tant li sorsi spjegaw li l-kundizzjonijiet mitluba mill-Olanda biex jintrabtu mal-ħarsien tas-saltna tad-dritt f'pajjiżi tal-lvant tal-UE, u s-sejħa għal riformi fl-ekonomiji ta' pajjiżi tan-nofsinhar tal-UE, jistgħu ma jibqgħux neċessarji. Madanakollu l-proposti l-ġodda tal-President Michel għadhom jinkludu l-kundizzjoni tal-ħarsien tas-saltna tad-dritt u issa hija mistennija r-reazzjoni tal-Ungerija u l-Polonja għal dan. Bil-proposti l-ġodda il-bilanċ bejn l-għotjiet u s-self qed ixaqleb b'ħamsin biljun ewro oħra li qed jiġi propost li se jinghataw bħala self. Madanakollu sitt ewro minn kull għaxra tal-Fond ta' Rkupru se jkunu għotjiet diretti. Filwaqt li l-proposti l-ġodda jikkonċernaw l-aktar il-Pjan ta' Rkupru b'valur ta' €750 biljun, il-pjan oriġinali dwar il-budget għas-seba' snin li ġejjin jibqa' l-istess b'valur ta' ftit aktar minn elf biljun ewro. F'dan il-kuntest il-PM Malti Robert Abela qed jibqa' jinsisti li l-budget għandu jagħraf ir-realtajiet ta' Malta bħala gżira u mhux semliċement jagħti każ tas-suċċess ekonomiku tal-aħħar snin u tal-ġlieda kontra l-coronavirus. Il-pjani l-ġodda kien diskussi f'laqgħat separati bilaterali li saru s-Sibt filgħodu qabel ma l-mexxejja kollha iltaqghu fil-plenarja. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen waslet fil-bini tal-Kunsill Ewropew għall-ħabta tad-9.10am u kienet segwita ftit wara mill-PM tal-Olanda Mark Rutte. Flimkien iltaqgħu mal-President tal-Kunsill Michel, mal-President Franċiż Macron, mal-Kanċillier tal-Ġermanja Merkel kif ukoll mal-PM Taljan Conte. Ftit wara l-Olandiż Rutte laqqa' lill-erba' PM li qed jappoġġjaw fil-pożizzjoni riġida li addotta sa issa jiġifieri l-Kanċillier Awstrijakk Kurz, il-PM tad-Danimarka Frederiksen u l-PM tal-Iżvezja Lofven. SUMMIT UE: Laqgħat bilaterali f'tentattiv li jinstab kompromess Summit UE: Meħtieġa kompromessi jew ixolju
1entailment
Żgħażagħ iwarrbu l-partiġġjaniżmu u jitolbu lill-Gvern isejjaħ Stat ta' Emerġenza dwar il-Klima
L-ittra mibgħuta wkoll lill-PM, kienet iffirmata minn 30 għaqda fi ħdan il-KNŻ inkluż mill-Forum Żgħażagħ Laburisti Tletin għaqda taż-żagħażagħ, inkluż il-Forum Żgħażagħ Laburisti, ingħaqdu mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ biex jitolbu lill-Prim Ministru jsejjaħ Stat ta' Emerġenza Nazzjonali dwar il-Klima. Dwar dan kienet ressqet ukoll mozzjoni l-Oppożizzjoni u lbieraħ Adrian Delia appella lill-Gvern biex jitwarrab fil-ġenb il-partiġġjaniżmu u ż-żewġ naħat jaħdmu flimkien fuq din il-mozzjoni. Il-vot dwarha għandu jittieħed illum. “Din l-ittra turi biċ-ċar li l-Għaqdiet Membri tal-Kunsill, li jvarjaw minn għaqdiet studenteski, eNGOs, għaqdiet volontarji u politiċi mhux qed iħarsu lejn din il-materja bħala waħda ta' politika partiġġjana, iżda qed iħarsu lejha minn lenti ta' żvilupp sostenibbli għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri,” insista l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Huma saħqu li kif iż-żgħażagħ qed juru biċ-ċar li kienu kapaċi jwarrbu l-opinjonijiet politiċi u għalhekk appellaw lid-Deputati Parlamentari li jagħmlu l-istess u jingħaqdu għall-ġid tal-pajjiż.
1entailment
Salvati 34 persuna oħra mill-Ocean Viking
NGOs internazzjonali, f'laqgħa li kellhom mal-Prim Ministru, talbuh biex jordna inkjesta pubblika u indipendenti dwar il-qtil ta' Caruana Galizia Organizzazzjonijiet li jaħdmu favur il-libertà tal-istampa u tal-espressjoni talbu inkjesta pubblika u indipendenti oħra biex tiddetermina jekk il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia setgħetx kienet evitata. Il-ħames NGOs ħadu dan il-messaġġ direttament lill-Prim Ministru Joseph Muscat hekk kif illum waranofsinhar iltaqgħu miegħu u ma’ uffiċjali oħra tal-Gvern f’Kastilja. Għall-ewwel parti tal-laqgħa kienet mistiedna wkoll il-midja, fejn l-organizzazzjonijiet saħqu li sena wara l-assassinju, apparti l-arrest tat-tliet persuni li wettqu l-qtil, għadu ma kienx hemm riżultati b’saħħithom li ħarġu mill-investigazzjoni. Huma wrew it-tħassib tagħhom ukoll għall-fatt li minkejja li nqatlet, Dahne Caruana Galizia għadha qed tiġi vvilifikata u għamlu referenza partikolari għat-tneħħija kontinwa tal-‘mafkar’ minn quddiem il-Qorti, anke dan il-lejl stess, meta tneħħew il-messaġġi u l-fjuri li tpoġġew minnhom. Fi kliemhom, dan hija “mibegħda mmanifatturata” kontra l-ġurnalista maqtula. Għalhekk ħeġġew lill-Ministru Owen Bonnici biex jippermetti li jitpoġġew il-fjuri u x-xemgħat sakemm issir ġustizzja. Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru qal li se jżomm lura milli jitkellem biex ma jippreġudikax l-investigazzjoni imma tenna li hu kommess li dan il-każ ikun solvut. Huwa insista li mhux qed jeskludi inkjesta pubblika wara li l-investigazzjoni tkun konkluża. L-NGOs jinsabu f’Malta hekk kif għada jaħbat l-ewwel anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-organizzazzjonijiet qed jiltaqgħu wkoll ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u se jkunu qed jorganizzaw konferenza tal-aħbarijiet konġunta fi tmiem iż-żjara tagħhom f’Malta. L-organizzazzjonijiet huma:
0not_entailment
Ir-raġuni vera għaliex ma jridux iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma
Iż-żagħżugħ ġie arrestat wara li ħabat, daħal f'ħajt u sewwieqa oħra spiċċaw iżommuh biex ma jaħrabx Żagħżugħ ta’ 17-il sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat b’għadd kbir ta’ reati, fosthom li kien qiegħed isuq mingħajr liċenzja. Iż-żagħżugħ, mill-Marsa, ġie arrestat wara li ħabat waħda u tajba bil-karozza misruqa li kien qiegħed isuq. Pulizija kien infurmat dwar il-każ minn sewwieq ieħor li ż-żagħżugħ ħabat fih. L-Ispettur Pierreguido Saliba spjega kif wara li baqa’ dieħel f’ħajt, iż-żagħżugħ inżamm milli joħroġ mill-vettura minn sewwieq ieħor. Iż-żagħżugħ qed iwieġeb mhux ħati, fosthom dwar l-akkużi li seraq erba’ karozzi u li bihom ħabat u baqa’ sejjer. L-inċidenti kollha seħħew fl-aħħar għaxart ijiem, bi tliet inċidenti jseħħu f'ġurnata waħda. Iż-żagħżugħ kien akkużat ukoll li kiser ordni ta’ Probation u anke li kiser il-libertà kkundizzjonata mogħtija lilu fi Frar li għadda. Ammetta biss li kien qiegħed isiru karozza misruqa. L-Avukat tad-Difiża, Victor Bugeja, saħaq li ż-żagħżugħ għandu bżonn l-għajnuna waqt li talab li jiddiskuti fil-privat mal-Maġistrat il-problemi soċjali u mediċi tiegħu. Il-Maġistrat ordna li jkun imħejji rapport soċjali dwar il-ħajja taż-żagħżugħ. Iż-żagħżugħ kien ordnat jiffirma fl-għassa erba’ darbiet fil-ġimgħa, ma joħroġx bil-lejl u jħallas garanzija personali ta’ €2,000.
0not_entailment
Azzopardi jitlef libell kontra Owen Bonnici; 'Konferma li għandu jerfa' r-responsabbiltà' - PL
Two elderly persons were injured late this morning after their car was involved in a collision with an Arriva bus. The accident happened on the road which leads to the Regional Road in Marsa. The couple were rushed to hospital, were they were found to be suffering from critical injures. Updates to follow. Photo: Ian Noel Pace
0not_entailment
New PN leader could be elected today
...Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa jappella biex tixrobu l-ilma u ma toqgħodux wisq fix-xemx hekk kif it-temperaturi se jogħlew It-temperatura massima mistennija tkompli tiżdied fil-ġranet li ġejjin, f'dik li tista titqies bħala l-ewwel mewġa ta' sħana kbira din is-sena. Id-direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa fakkar dwar l-importanza li nixorbu l-ilma matul ix-xhur tas-Sajf. Fakkar ukoll kif temperaturi għoljin ifissru illi l-ġisem jitlef l-ilma aktar malajr u li f'ċerti każi jistgħu jfissru wkoll għejja jew xemxata. Is-sħana tista'  taffetwa lil kulħadd għalkemm l-aktar persuni vulnerabbli huma l-anzjani, trabi u tfal żgħar kif ukoll dawk b'kundizzjonijiet kroniċi. Id-Direttrat fakkar illi huwa importanti illi wieħed ma jkunx fix-xemx bejn l-10:00 am u l-4:00 pm, li tixrob l-ilma u li tfittex pariri f'każ illi jkun hemm tħassib dwar l-istat ta' saħħa tiegħek, frott is-sħana li mistennija tagħmel (u probabilment se tibqa' tagħmel tul is-Sajf).
0not_entailment
Punt kull wieħed f’logħba xotta mill-azzjonijiet
It-toroq ta' Triq ir-Reppublika fil-Belt Valletta diġa' jinsabu mdawwla hekk kif qed joqorbu aktar il-jiem tal-Milied. Dwal li mhux biss iqanqlu aktar spirtu ta' festi iżda jgħinu wkoll lill-komunità kummerċjali fil-Belt Valletta. Il-Ministeru tal-Finanzi ta donazzjoni ta' € 20,000 lir-Republic Street Community Association biex dan kien possibli. Dettalji dwar dan tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet li ntemmet ftit tal minuti ilu.
0not_entailment
Il-pressjoni tal-Covid-19 fuq is-servizzi tas-saħħa twassal għal żieda fl-imwiet b'mard ieħor
Malta, bħala President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ingħatat l-inkarigu li tibda d-diskussjonijiet dwar x'tip ta' ftehim irid jintlaħaq mal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku wara li jiskadi l-Ftehim ta' Cotonou fl-2020 Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, it-Tabib George W Vella, ipparteċipa f'laqgħa tal- Commonwealth Ministerial Action Group f'Londra. Malta hija membru ta' dan il-Grupp bħala ċ- Chair in Office tal- Commonwealth . Fl-interventi tiegħu, il-Ministru Vella informa lill-Grupp li Malta, bħala President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ingħatat l-inkarigu li tibda d-diskussjonijiet dwar x'tip ta' ftehim irid jintlaħaq mal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku wara li jiskadi l-Ftehim ta' Cotonou fl-2020. Huwa appella lil dawn il-pajjiżi, speċjalment dawk membri tal- Commonwealth , biex iħejju l-pożizzjoni tagħhom għall- Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-Unjoni Ewropea u dawn il-pajjiżi, li se ssir f'Malta f'Ġunju li ġej. Il-Ministru Vella qal li l- Commonwealth għandu juri interess dwar ir-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth wara li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin laqa' l-enfasi fuq l-edukazzjoni u s-saħħa taż-żgħażagħ fir-rapport tas-Segretarja Ġenerali u qal li dan hu mod kif wieħed jevita r-radikalizzazzjoni. Qabel il-laqgħa, il-Ministri kellhom laqgħa ta' kortesija mal-Alteazza Tiegħu il-Prinċep Charles. Wara l-laqgħa formali, il-Ministru Vella kellu laqgħa separata mas-Segretarja Ġenerali tal- Commonwealth , il-Barunessa Patricia Scotland, li fiha infurmaha dwar żviluppi li għaddejjin dwar strutturi li kien miftiehem li kellhom jitwaqqfu f'pajjiżna matul iċ-CHOGM tal-2015.
0not_entailment
Dar tal-anzjani f'Birkirkara tibqa' fuq il-billboard
Il-proġett ta' dar tal-anzjani fuq biċċa art f'Birkirkara baqa' fuq il-billboard minkejja li fl-aħħar kampanja elettorali saret konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġie mħabbar proġett ta' €12 miljun għal 150 sodda għall-anzjani. Il-proġett kien tħabbar fil-15 ta' Mejju, 10 ijiem qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Tmien xhur wara, din iż-żona mhux talli għadha ma nbnitx iżda qed tintuża bħala parkeġġ. Preżenti kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-anzjani Anthony Agius Decelis fil-preżenta tal-Ministri Konrad Mizzi u Michael Falzon flimkien ma' rappreżentanza tal-Partit Laburista mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara fosthom is-Sindku Joanne Debono Grech. Minkejja li l-entità tal-Gvern Project Malta ssottomettiet il-pjanti f'Awwissu tal-2017, diversi emendi fil-pjanti baqgħu jsiru sa Diċembru 2019 bil-proċess tal-Awtorità tal-Ippjanar għadu fl-istadju ta' screening. Permezz ta' document ta' Perit, aktar minn 40 resident ressqu l-ilmenti tagħhom u qalu li din il-biċċa art kienet l-unika waħda li għad fadal fiż-żona li mhix mibnija. Talbu lill-awtoritajiet biex jikkunsidraw li jwaqqfu l-proġett minħabba nuqqas ta' spazji miftuħa. Apparti s-sulari residenzjali għall-anzjani, l-proġett huwa maħsub ukoll bħala parkeġġ li se jkun mifrux fuq erba' sulari taħt l-art. Din mhix l-unika dar tal-anzjani li l-Gvern ħabbar u għadu ma fetaħx. Seba' snin ilu, il-Gvern għamel ftehim mal-Kurja f'Għawdex li permezz tiegħu il-Gvern seta' jibni dar tal-anzjani flok il-Knisja ta' San Ġużepp f'Għajnsielem. Għal xi xhur dan il-proġett kien wieqaf iżda issa l-progress miexi bil-mod. Għalkemm l-istruttura nbniet, id-dar tal-anzjani fadlilha biex tibda tilqa' persuni fiha.
1entailment
Xita ta' rabja għall-mewt ta' Miriam Pace wara tiġrif ta' binja fil-Ħamrun
Il-ġimgħa l-oħra l-Qorti Ċivili ma laqgħetx l-applikazzjoni urġenti ta’ Degiorgio sabiex jiġi sospiż dan is-smigħ minħabba l-każ kostutizzjonali. George Degiorgio wieħed mis-suspettati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ngħata l-permess sabiex jappella d-deċiżjoni tal-Qorti li kienet ċaħdet it-talba tiegħu sabiex ikunu sospiżi l-proċeduri kriminali legali kontrih sakemm tiġi żgurata l-legalità tal-interċetti telefoniċi. Din it-talba ntlaqgħet proprju ġurnata qabel s-smigħ tal-każ fil-Qtil ta’ Caruana Galizia. B’hekk is-smigħ se jiġi sospiż sakemm issir sentenza fil-każ kostituzzjonali li fetaħ l-istess Degiorgio. Il-ġimgħa l-oħra l-Qorti Ċivili ma laqgħetx l-applikazzjoni urġenti ta’ Degiorgio sabiex jiġi sospiż dan is-smigħ minħabba l-każ kostutizzjonali. L-avukat tad-difiża William Cuschieri qiegħed jargumenta li d-drittijiet tal-klijenti tiegħu nkissru u anke talab biex dawn it-telefonati interċettati “b’mod illegali” ma jibqgħux jitqiesu bħala parti mill-evidenza. Waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Degiorgio, ħuh Alfred u Vinve Muscat, il-Pulizija qalu li għamlu użu minn konverżazzjonijiet tat-telefon biex jimmoniterjaw lill-akkużati u anke l-moviment tal-bomba stess. Minn naħa l-oħra l-avukat Victoria Buttigieg mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għamiltha ċara li dawn l-interċetti telefoniċi ma kienux l-unika parti ta' evidenza li waslet għall-arrest tagħhom. "Kien hemm ammont kbir ta' evidenza li jpoġġuhom fil-post tad-delitt. Dan huwa attentat mid-difiża sabiex jiġi kkawżat dewmien fil-proċeduri kriminali. L-aktar l-aktar, id-difiża tista' titlob sabiex din l-evidenza tispiċċa inammissibbli,”  argumentat Buttigieg.
0not_entailment
Valletta Subbuteo Club jagħmlu doppjetta
Valletta Subbuteo Club ġew inkurunati Champions għall-15-il darba fl-istorja u t-tmien sena konsekuttiva wara li rebħu l-logħbiet minbarra logħba li spiċċaw draw. Bormla Subbuteo Club spiċċaw fit-tieni post. It-tim rebbieħ kien magħmul minn Derek Conti, Joseph Borg Bonaci, Mario Camilleri, Samuel Bartolo, Jurgen Balzan u Andrew Abela. B’kollox ħadu sehem erba’ timijiet f’dawn l-avvenimenti organizzati mill-Malta Table Football Sports Association. Dawn kienu Valletta SC, Valletta Lions TFC, Bormla SC u Attard SC. Minbarra l-kampjonat, Valletta Subbuteo Club rebħu wkoll in-knock-out biex għamlu doppjetta. Hu rebħu l-finali kontra Valletta Lions TFC wara li fis-semifinali għelbu lil Bormla Subbuteo Club. Iċ-champions lokali u Bormla SC se jieħdu sehem fiċ-Champions League tal-FISTF filwaqt li Valletta Lions TFC u Attard SC se jikkompetu fl-Europa League organizzata mill-Federazzjoni Internazzjonali.
1entailment
Hekk Ħabbtet Qalb Maltija - Tislima lil Oliver Friggieri Oliver Friggieri mil-lenti ta' eks student tiegħu stess …
Persuni minn pajjiżi differenti kienu akkużati illi ħadu sehem f'rewwixta nhar il-Erbgħa fil-Marsa Ir-rewwixta ta' nhar il-Erbgħa fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa bdiet wara laqgħa bejn grupp ta' immigranti u l-AWAS li ma ħallietx frott. 20 persuna minn pajjiżi differenti kienu akkużati illi ħadu sehem f'din ir-rewwixta. L-irġiel, ħamsa minnhom li huma minuri, tressqu quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella. L-Ispetturi Sarah Zerafa u Paul Camilleri akkużaw lill-irġiel bi ħsarat ta' natura kriminali, li ffurmaw parti minn grupp illegali ta' nies bil-ħsieb li jwettqu att kriminali, li ma obdewx ordnijiet leġittimi u li kisru l-paċi pubblika. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija stabilixxew illi numru ta' immigranti li jgħixu fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa, u li fih jgħixu madwar 400 immigranti, kienu bdew ir-rewwixti  nhar it-8 ta' Jannar fid-dormitorju, u beda nar li nfirex mal-kamra kollha. Il-Pulizija ġew fis-1:00 p.m u bl-għajnuna ta' uffiċjali taċ-ċentru, l-immigranti ġew evakwati mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. Ħdax-il ħaddiem u tliet immigranti ngħataw l-għajnuna medika fuq il-post wara li belgħu duħħan. L-akkużati huma mill-Guinea, is-Somalja, il-Kosta tal-Avorju, il-Mali, in-Niġerja, il-Gambja, is-Sudan, is-Senegal u Bangladesh, twasslu bil-vann u ddaħħlu minn naħa ta' quddiem tal-bini tal-Qorti. Jidher li l-immigranti kienu ferm irrabjati għax ma ngħatawx il-libertà mill-Initial Reception Centre u sussegwentement nstemgħu jgħidu se jqabbdu n-nar. Erbgħa minn dawn in-nies kienu akkużati li kkawżaw nar. L-irġiel qatt ma talbu ħelsien mill-arrest. 16-il persuna kienu akkużati bl-istess akkużi imma mhux li qabbdu n-nar. 12 minn dawn wieġbu li mhumiex ħatja, filwaqt li erbgħa oħra ammettew il-ħtija kontrihom.
0not_entailment
Jinqabad il-qattiel tal-qtates fi Florida
A number of changes were made to three Ministries, with responsibilities moved from one to another.
0not_entailment
Jiddiskutu s-sit tal-Jerma
Il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta se jiġbor l-informazzjoni biex fi żmien ġimagħtejn oħra jiddiskuti s-sit tal-Jerma Palace u l-użu tiegħu. Bini li aktar kmieni dan ix-xahar l-Awtorità tal-Ippjanar ħarget ordni ta' infurzar fuqu wara snin t'abbandun. Id-deċiżjoni tal-Kunsill ittieħdet wara li Charlot Cassar kunsillier nazzjonalista ressaq mozzjoni biex tħeġġeġ lill-Gvern jixtri l-Jerma u jagħmel minnha spazju miftuħ. Xi ħaġa li tixbah lil dak li seħħ fil-Cafè Premiere għalkemm is-sitwazzjoni hi differenti. Peró tressqet emenda li tħeġġeġ lis-sidien tal-lukanda Jerma biex jagħmlu żvilupp sostenibbli. Fuq kollox l-ewwel pass għandu jitwaqqa' l-post li kerraħ iż-żona, jekk mhux żviluppat. Wara diskussjonijiet f'dan is-sens inħass li l-mozzjonijiet u l-emendi kienu qed isiru quddiem sitwazzjoni fejn il-kunsill ma kellu ebda studju jew rapporti fuq xiex jfassalhom. Għaldaqstant kien hemm qbil biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa u jsiru laqgħat ma' entitajiet biex fiż-żmien li ġej il-Kunsill ikollu idea aħjar ta' xinhi s-sitwazzjoni tal-post u minn hemmhekk ikun jista jressaq il-proposti tiegħu.
1entailment
Ċelebrazzjonijiet ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta: Ira Losco b’kunċert live
Segwi d-dettalji kollha relatati ma' dan l-avveniment kbir tal-aħħar Filwaqt li s-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura ntemmet b’mod uffiċjali fil-15 ta’ Diċembru, il-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018 baqagħlu avveniment kbir tal-aħħar: iċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena fil-belt kapitali, li jinkludu kunċert live ta’ Ira Losco. Għal darb’oħra, fil-31 ta’ Diċembru l-palk prinċipali se jkun fi Pjazza San Ġorġ, fejn se jkun hemm il-parteċipazzjoni ta’ wħud mill-aqwa artisti lokali. Id-dħul huwa bla ħlas. “Il-pubbliku jattendi bi ħġaru għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt, u dawn il-festeġġamenti deċiżament se juru l-livell ta’ kwalità għolja li ntlaħqet matul l-avvenimenti ta’ din is-sena,” qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici. Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista qal li, “Matul din is-sena, pajjiżna kien mogħni b’aktar minn 400 attività kulturali għall-Valletta 2018. Lil hinn minn dawn l-attivitajiet, fi tmiem is-sena se nsegwu spettaklu mill-isbaħ biex nagħlqu s-sena u nsellmu sena ġdida. Dan l-avveniment se jiftaħ il-bibien għal xi ħaġa ikbar.” Iċ- Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef qal li “Se nilqgħu l-2019 flimkien b’attività kbira, atmosfera speċjali ta’ poplu wieħed, u spettaklu enormi minn diversi bands u artisti. Is-sorpriżi ma jonqsux. L-ispettaklu se jkun mifrux fi Pjazza San Ġorġ u anke fit-toroq l-oħra tal-Belt inkluż quddiem il-Qorti u fi Pjazza Teatru Rjal sabiex kulħadd ikun jista’ jkun parti minn din iċ-ċelebrazzjoni.” Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta qed jiġu organizzati mill-Fondazzjoni Valletta 2018, b’kollaborazzjoni ma’ G7 Events, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Ministeru għat-Turiżmu, u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Ħinijiet u dettalji Corazon Mizzi u Owen Bonnici se jkunu l-preżentaturi matul is-serata, bid-duo lokali Xarulù se jagħtu bidu għas-serata fit-8.30 pm, segwiti minn waħda mill-akbar artisti f’pajjiżna, Ira Losco, akkumpanjata mill- band tagħha. Ira Losco se tkun qed tkanta l-aktar kanzunetti popolari fir-repertorju tagħha, fosthom What I’d Give , Me Luv U Long Time u l-kanzunetta l-ġdida tagħha One in a Million , li hi parti mis-seba’ album tagħha bl-isem ta’ No Sinner No Saint Wara l-kunċert ta’ Ira Losco, DJ Pierre Cordina se jkun qed idoqq taħlita tal-aqwa kanzunetti tal-2018, li se jwasslu għall- countdown ftit sekondi qabel it-tokki ta’ nofsillejl. DJ Mykill se jagħlaq is-serata, akkumpanjat minn trumbetti live Trasport Dakinhar, is-servizz tal- park and ride tal-Furjana kif ukoll is-servizzi tal-karozzi tal-linja u l- ferry services lejn u mill-Belt Valletta se jiġu estiżi sas-2 am.
1entailment
EKS LABURIST: “Inħossni tradut…ma jridux jisimgħuni”
Rigward dawk li kellhom titjiriet mal-Air Malta li tħassru minħabba l-Covid-19, il-linja tal-ajru qalet li qed toffri għażliet varji lill-klijenti biex jipposponu l-vjaġġ tagħhom. Wara dawn l-inċentivi li ħabbret jumejn ilu, illum l-Air Malta ċċarat li l-għażliet li qed toffri lill-klijenti mhumiex obbligatorji, u jekk wieħed jixtieq xorta jista’ jitlob li jieħu flusu lura. L-Air Malta qalet li offriet diversi għażliet flessibbli biex wieħed jipposponi l-vjaġġ f’forma ta’ vouchers, li jvarjaw minn kreditu li jista’ jintuża fil-futur għal voucher b’żieda ta’ 30% fuq il-prezz tal-passaġġ ibbukkjat. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn hawn
0not_entailment
Asia Bibi titlaq mill-Pakistan
Asia Bibi, omm ta' ħamsa, tistenna l-appell minn sentenza li kkundannatha għall-mewt Il-mara Kristjana mill-Pakistan li għamlet tmien snin tistenna l-eżekuzzjoni tagħha wara li kienet akkużata inġustament bil-liġi tad-dagħa telqet mill-Pakistan. Dan intqal mill-avukat ta' Asia Bibi u mill-midja tal-pajjiż. Bibi telqet mill-Pakistan wara iktar minn sitt xhur li nħelset mill-akkużi mill-Qorti Suprema tal-Pakistan. AQRA: Il-Qorti Suprema Pakistani tikkonferma l-ħelsien ta' Asia Bibi L-avukat ta' Bibi qal li Bibi telqet lejn il-Kanada. Kemm l-uffiċjali tal-Pakistan u tal-Kanada għandhom ma kummentawx b'mod uffiċjali dwar il-tluq ta' Bibi mill-Pakistan. F'Ottubru li għadda Bibi inħelset mill-Qorti Suprema u waslet biex Iżlamisti fundamentalisti pprotestaw kontra d-deċiżjoni li ttieħdet mill-Qorti. Huma kienu wissew kontra li Bibi titħalla titlaq mill-pajjiż. AQRA: Rapporti li l-Gvern tal-Pakistan mhux se jħalli lil Asia Bibi titlaq mill-pajjiż L-avukat ta' Bibi Saif Ul Malook qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters li wara li staqsa, huwa kien infurmat li Bibi telqet lejn il-Kanada. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Pakistan ma tax kummenti dwar il-każ. Filwaqt li l-kelliema għall-Gvern Kanadiż qalet li l-Kanada ma għandha l-ebda kummenti dwar il-każ. F'Novembru li għadda l-Prim Ministru Kanadiż qal li l-Kanada kienet għaddejja bit-taħdiet mal-Pakistan biex jgħinu lil Bibi. Bibi mistenniha titlob ażil.
1entailment
Alfred Degiorgio jwaqqa' formalment il-każ biex l-aġenti tal-FBI ma jixhdux
Fl-iskola Medja tan-Naxxar, Kulleġġ Marija Reġina, saret it-tnedija ta’ żewġ antoloġiji ġodda ta’ novelli bil-Malti. L-antoloġiji bl-isem ta’ “Arja Friska 1: Ġabra ta’ Stejjer” u “Arja Friska 2: Ġabra ta’ Stejjer” huma maħsuba għall-istudenti fl-ewwel u t-tieni sena tas-sekondarja. Il-kotba, madankollu, jistgħu jinxtraw ukoll minn skejjel oħra u mill-pubbliku mill-ħwienet ewlenin tal-kotba. Fi stqarrija l-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li l-ħtieġa li jkun hemm antoloġiji ta’ novelli li jieħdu gost jaqrawha l-istudenti tal-iskejjel sekondarji kienet ilha tinħass fid-Dipartiment tal-Malti. Minkejja l-għadd ġmielu ta’ pubblikazzjonjiet li joħorġu kull sena, meta wieħed idur u jara x’joffri s-suq Malti, jibqa’ skantat kif novelli mmirati għal din l-udjenza huma daqshekk skarsi. Għalhekk id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol għoġbu jaħtar bord ta’ edukaturi biex jiġbru antoloġiji ta’ novelli ppubblikati. Il-Bord kien magħmul minn membri mid-Dipartiment tal-Kurrikulu, il-Fakultà tal-Edukazzjoni, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u għadd ta’ għalliema tal-Malti. Għal din it-tnedija kienu preżenti l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, is-Sur Evarist Bartolo, id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, is-Sur Ian Mifsud, kif ukoll id-Direttur tat-Tmexxija tal-Kurrikulu, is-Sur Gaetano Bugeja.
0not_entailment
Hamilton u Bottas jibdew jitħarrġu f'Silverstone
Ġunju 11, 2020 Is-sewwieqa tal-Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas irritornaw fuq iċ-ċirkwit ta' Silverstone għall-ewwel darba minn Frar li għadda meta bdew it-taħriġ taħt protokolli ġodda. Is-sewwieqa bdew jitħarrġu b'restrizzjonijiet minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u bi preparazzjoni għall-kampjonat li mistenni jibda fil-5 ta' Lulju bil-Grand Prix tal-Awstrija. Filwaqt li Valtteri Bottas ittestja l-karozza matul il-ġurnata tat-Tlieta, Lewis Hamilton kien fl-azzjoni l-Erbgħa. Huma saqu l-karozza tal-2018 għaliex skont ir-regolamenti tal-FIA għalissa ma jistax isir ittestjar ta' parts ġodda tal-karozza. Fil-garaxx tat-tim seta' jiġi nnutat kif kulħadd kien liebes il-maskra tal-wiċċ, bi preparazzjoni għal staġun li s'issa għadu mhuwiex ikkonfermat kollu. S'issa l-FIA ppubblikat kalendarju ta' tmint itlielaq f'10 ġimgħat, filwaqt li hu mistenni li sal-aħħar tax-xahar ikun ippubblikat il-kalendarju komplut għall-2020.
1entailment
Eluf iżuru l-PBS Creativity Hub
Min ġie għat-tieni darba, u min ilu s-snin jiġi kull tliet xhur. Din ir-realtà li sibna fiċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamangia, fil-Jum Internazzjonali tad-Donaturi tad-Demm. Jum b'appell ċar: "Tistenniex sakemm issir diżgrazzja. Int x'tista' tagħmel? Agħti d-demm. Agħti issa. Agħti spiss." Hawn iltqajna ma' Mario, li ta mija u sbatax-il donazzjoni ta' demm. Bħala infermier l-isptar jara din ir-realtà mill-qrib.
0not_entailment
Imut Sir Alan Parker; idderieġa Midnight Express f'Malta
Miet fl-età ta' 76 id-direttur ċelebri Sir Alan Parker li f'pajjiżna kien idderieġa l-film Midnight Express. Parker kien ukoll f'Malta fl-2016 waqt il-Valletta Film Festival. Nominat darbtejn għall-Oscar, Parker miet aktar kmieni wara nofsinhar, wara kumplikazzjonijiet minn marda li kien ilu jiġġieled. Mhux jingħataw dettalji dwar x'marda kellu. Sir Alan Parker ħadem fuq numru kbir ta' films fosthom Fame, Evita, Bugsy Malone, The Commitments, Angela's Ashes u Birdy. Id-direttur ċelebri kien miżżewweġ lil Lisa Moran-Parker. Huwa kien missier ta' ħamsa u nannu ta' seba'.
1entailment
Gowl ta' Son kwarta mit-tmiem jagħti rebħa lil Tottenham
Quddiem il-Qorti, kompla jinstema’ l-każ ta’ ħasil ta’ flus kontra l-aħwa Degiorgio, George magħruf bħala iċ-Ċiniż u Alfred magħruf il-Fulu, flimkien mal-eks sieħba ta’ George, Anca Adelina Pop. Mill-evidenza li tressqet il-Qorti jidher li t-tliet akkużati kienu jgħixu ħajja lussuża b’karozzi u dgħajjes – meta dan jikkuntrasta sew mal-fatt li huma ma kienux irreġistrati li qed jaħdmu. Fis-seduta taw ix-xhieda tagħhom numru ta’ dealers tal-karozzi dwar il-karozzi lussużi li għandhom l-aħwa, fejn fost l-oħrajn instab li għandhom Mitsubishi Elegance, BMW, Mercedes, Audi Q3 u Corvette. L-investigazzjoni fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia wassal għall-inkjesta dwar it-tranżazzjonijiet bankarji tal-aħwa Degiorgio. Wieħed mix-xhieda fil-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-Qorti stqarr li ilu żmien twil u ma jiftakarx jekk saritx xi forma ta’ depożitu fil-ħlas meta ġiet impurtata l-karozza Mitsubishi Elegance mill-Ingilterra, u lanqas ġie determinat il-prezz tal-karozza. Waqt is-smiegħ, ġie stmat ukoll li l-karozza Audi Q3 tiswa qrib it-€30,000, u l-Corvette C7 tiswa mal-€94,000. Il-Maġistrat Joseph Mifsud li kien qed jipresjedi l-kumpilazzjoni tal-evidenza sema’ t-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Anca Adelina Pop – minħabba l-fatt li hi hi omm ta’ erbat itfal u għandha l-kondotta nadifa. F’dan ir-rigward, il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Antonovitch Muscat, qalet li ma kellha l-ebda oġġezzjoni għat-talba tal-ħelsien mill-arrest – fejn issa l-każ se jkompli jinstema’ nhar il-Ġimgħa fejn hu mistenni li jingħata digriet mill-Maġistrat. Għal akkużata Anca Adelina Pop deher l-avukat difensur David Gatt, filwaqt li għall-aħwa Degiorgio deher l-avukat difensur William Cuschieri.
0not_entailment
€3 miljuni oħra f’mediċini kontra l-kanċer f’nefqa ta’ €17.5 miljun fis-sena
Iktar serħan il-moħħ għall-anzjani b’servizzi biex iħossuhom siguri fi djarhom Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis ħabbar il-wieħed u għoxrin inizjattiva għall-anzjani - servizz ġdid li se jibda fuq proġett pilota biex l-anzjani li għandhom minn sittin sena ’l fuq u dawk li għandhom il-blue badge jingħataw is-servizz ta’ handyman bla ħlas għal twaħħil ta’ ganġetti mal-bibien u anke nemmiesa (peeping holes) biex iħossuhom iktar siguri fi djarhom. Bil-proġett pilota s-servizz se jingħata bla ħlas lil kull anzjan minn sittin sena ’l fuq li għandu l-karta r-roża jew li għandu l-karta tal-identità speċjali minħabba xi diżabilità. Persuni li għandhom il-karta tal-identità speċjali jammontaw għal madwar 20,000 persuna. Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis spjega li dan is-servizz qed jingħata biex l-anzjani iħossuhom aktar siguri fi djarhom speċjalment matul il-lejl. Is-servizz se jagħti wkoll serħan il-moħħ lil ulied l-anzjani li ma jgħixux magħhom biex b’hekk b’dan is-servizz jiġu assigurati li l-ġenituri tagħhom għandhom il-bieb sigur u anke mezzi kif jiċċekkjaw min qed wara l-bieb tagħhom. Il-Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva Dr Renzo De Gabriele spjega l-aspett psikoloġiku ta’ anzjani li jiltaqa’ magħhom u l-ansjetà li jkollhom għax jibżgħu li xi ħadd jista’ jhedded is-sigurtà tagħhom. Dr De Gabriele qal li d-dipartiment qed jagħmel minn kollox biex l-anzjani jħossuhom siguri u dan is-servizz bla ħlas hu wieħed mill-firxa vasta ta’ servizzi biex l-anzjani jħossuhom komdi jgħixu fi djarhom. Dan is-servizz se jiġi offrut ma’ servizzi oħra li jingħataw mis-sezzjoni ta’ servizz tal-handyman mit-Tnejn sal-Ħadd. Sabiex tagħmel appuntament għal dan is-servizz għandek iċċempel fuq in-numri 21242725 jew 21242726 mis-7 ta’ filgħodu sat-3 ta’ waranosfinhar.
0not_entailment
Messaġġ qawwi mill-UĦM għaċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel ta’ Mejju
Raġel ta' 36 sena mill-Libja qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara li kien involut f'argument f'San Pawl il-Baħar. Għall-ħabta tat-tlieta ta' waranofsinhar il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha minħabba li seħħ argument fi Triq il-Kaħli, f'San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit marru mill-ewwel fuq il-post fejn sabu l-vittma b'diversi ġrieħi, bl-aggressur kien laħaq ħarab. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura.Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma intervjena f'argument li qam bejn żewġ xufiera ta' vetturi fl-imsemmija triq. Allegatament, il-vittma qala' daqqa ta' arma li taqta' u bil-ponta. Il-pulizija bdiet bit-tfittxija għall-aggressur, u hekk kif kienu fl-akwati tal-Knsija tal-Mosta, ġie nnutat raġel li jaqbel mad-deskrizzjoni li taw in-nies fuq il-post tal-inċident aktar qabel. Għaldaqstant, il-Pulizija arrestat ir-raġel, li aktar tard ġie identifikat li għandu 29 sena u huwa minn Niġerja. Huwa qiegħed jiġi mitkellem rigward dan l-inċident.Aktar tard, il-Libjan ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Waqt li wieħed mix-xufiera qiegħed jinżamm mill-Pulizija, ix-xufier l-ieħor ma sofra l-ebda ġrieħi. Bil-każ ġiet infurmata ukoll il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
0not_entailment
Alexander Albon fil-Formula 1 ma’ Toro Rosso mill-istaġun li ġej
Għadu kemm tħabbar mill-awtoritajiet li hemm tama dwar jekk il-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla hux ħa jsir. Kif kien tħabbar iktar kmieni tul dan ix-xahar, xorta waħda jeħtieġ li jitlesta l-vaċċin kontra l-Covid-19 biex wieħed ikun jista' jgħid fiċ-ċert jekk avvenimenti kbar isirux. Jidher li s-Superviżur Eżekuttiv tal-European Broadcasting Union, Jon Ola Sand, jinsab ċert li l-awtoritajiet jinsabu aktar lesti għall-Eurovision tas-sena d-dieħla jekk is-sitwazzjoni tkun aħjar. Bħal bosta pajjiżi oħra, għalina tibqa' biss kurżità oħra. Min ser jirrapreżenta lil Malta kieku jsir is-sena d-dieħla? Għidulna x'taħsbu!
0not_entailment
Studenti universitarji jimxu sal-Belt biex isemmgħu leħinhom dwar it-tibdil fil-klima
L-istudenti Universitarji Maltin ingħaqdu ma’ eluf ta’ studenti oħra f’92 pajjiż ieħor Studenti tal-Università ta’ Malta laqgħu l-istedina tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u niżlu jimxu mill-Kampus sal-Parlament tal-Belt Valletta biex isemmgħu leħinhom u jħeġġu lill-gvernijiet, lill-awtoritajiet u lil dawk kollha kkonċernati biex jieħu azzjoni kontra t-tibdil fil-klima. L-istudenti Universitarji Maltin ingħaqdu ma’ eluf ta’ studenti oħra f’92 pajjiż ieħor. Magħhom, ingħaqdu wkoll tfal minn skejjel li ġabu l-permess mill-iskejjel tagħhom biex jieħdu sehem f’din il-mixja li għaliha attenda wkoll il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo. Dan il-moviment beda f’Awwissu li għadda meta tfajla ta’ 16-il sena, Greta Thunberg marret waħedha tipprotesta quddiem il-Parlament Żvediż. Issa ‘il fuq minn 70,000 student u studenta qed jinġabru kull ġimgħa f’diversi bliet biex isemmgħu leħinhom.
1entailment
109 każ ġdid ta' COVID-19; ifiqu 6 persuni
Raġel ta’ 34 sena u li ma jaħdimx ġie kkundannat sentejn ħabs wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli li wera u qassam materjal pornografiku lil persuni taħt l-età. r-raġel ammetta li wettaq dawn ir-reati f’Settembru li għadda kif ukoll fix-xhur u s-snin ta’ qabel. Huwa ammetta wkoll li akkwista aċċess permezz ta’ teknoloġiji u nformazzjoni u li kellu fil-pusses tiegħu materjal indiċenti. L-Avukat tal-ħati Graziella Tanti qalet lill-Qorti li r-raġel għandu bżonn l-għajnuna bil-Qorti tordna wkoll li huwa jingħata ordni ta’ trattament u li l-materjal kollu pornografiku jiġi distrutt. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roxanne Tabone.
0not_entailment
Trump jhedded nuqqas ta' appoġġ lejn min jopponi li l-Amerika ta' Fuq tospita it-Tazza tad-Dinja
Donald Trump qed jhedded li pajjiżi li qedgħin jopponu li l-Amerika ta' Fuq tkun ir-reġjun ospitu tat-Tazza tad-Dinja tal-2026, jistgħu jitilfu l-appoġġ politiku tal-Istati Uniti. Quddiem il-FIFA bħalissa hemm l-offerta tal-Marokk u offerta konġunta bejn l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku. Il-President Trump ta' l-appoġġ tiegħu lejn l-offerta bejn it-tliet pajjiżi kostitwenti tal-Amerika ta' Fuq bid-deċiżjoni tal-FIFA mistennija jum qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja fir-Russja. Fi tweet Trump qal l-Amerika u l-pajjiżi l-oħra għamlu biċċa xogħol tajba u li tkun ħasra li pajjiżi li dejjem sabu l-appoġġ tal-Amerika jopponu l-offerta Amerikana. Staqsa wkoll għalfejn l-Istati Uniti għanda tagħti l-appoġġ lejn dawn il-pajjiżi meta lanqas fil-Ġnus Maqgħuda ma jissaportjaw lill-Istati Uniti. Dawn il-kummenti ta' Trump jistgħu possibilment jiksru regoli tal-FIFA rigward intħil politiku fil-proċess ta' għażla ta' pajjiż ospitu tat-Tazza tad-Dinja.
1entailment
Rebbieħ, kontroversjali, maħbub u mibgħud - L-era ta' Joseph Muscat tasal fi tmiemha
Biddel wiċċ ix-xenarju politiku f'Malta, dawwar Nazzjonalisti kbar f'Laburisti kbar, mexxa bonanza ekonomika, kiseb rebħiet rekord, inqatlet ġurnalista u spiċċa maqbud fi kriżi politika kbira, żgur, grazzi għall-aktar persuna li tah poter u kien jafda Illum jingħalaq separju. Il-kummenti u l-ġudizzji se jibqgħu permanenti daqs kemm se jibqgħu mħalltin u diversi. Min iħoss li l-era li se nagħlqu hija waħda ta’ ħażen, rgħiba sfrenata u korruzzjoni li kissret ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna u min jemmen li din kienet era ta’ ġid kbir u bla preċedent, ekonomija f’saħħitha u l-qerda għal kollox tal-għanqbut u r-rigress tal-għeluq u d-diżugwaljanza li ġabet politika konservattiva. Il-verità, suġġettiva kemm hi suġġettiva, tibqa’ ximkien fin-nofs. L-era ta’ Muscat hija waħda li rat lill-Partit Laburista jintrefa’ mill-abbissi tat-telf u diżillużjoni. Muscat kien irnexxielu jagħmel minn dan il-partit prattikament żarmat, wieħed li huwa il-partit naturali tal-Gvern. Muscat fetaħ il-bibien u malli għamel hekk daħlu l-eluf. Eluf kbar u maġġoranza, bla dubju ta’ persuni onesti u ġenwini li kienu xebgħu mill-istatus quo. Eluf li kienu xebgħu mill-attakki vixxerali kontra kull min jikkritika lill-Gvern. Kienet era li rat lill-Partit Laburista fdat minn mewġa enormi ta’ nies. Mewġa ta’ votanti li jridu l-bidla. Ir-rgħiba li ħakmet... Kienet ukoll l-era iżda illi fiha r-rgħiba ta’ individwi kruċjali ħakmet lill-Gvern. Ta’ persuni li nqabdu fil-fatt jiftħu kumpaniji l-Panama. L-akbar mazzra m’għonq Muscat u m’għonq il-Gvern. Il-mistoqsijiet, dubju u finalment l-iżvelar ta’ struttura sħiħa marbuta intrinsikament bejn tliet kumpaniji, kienet l-akbar daqqa morali li ħa Muscat u l-Gvern tiegħu. L-ewwelnett għax kienet sigrieta, it-tieni nett għax infetħet f’pajjiżi meqjusin ‘maħmuġin’ u fejn tirrenja s-segretezza u finalment għax il-kumpaniji ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu marbutin ma’ 17 Black. 17 Black hija fil-fatt l-akbar traġedja ta’ din l-era ta’ Muscat. Hija proprjetà ta’ Yorgen Fenech u fiha daħlu flus li l-allegazzjoni hija li kellhom jgħaddu fil-kumpaniji ta’ Schembri u Mizzi, allegatament mill-aġent tat-tanker tal-gass u minn persuni fl-Ażerbajġan. Dan kollu jingħaqad ma’ mawra fl-Ażerbajġan, mingħajr midja u l-Bank Pilatus, miftuħ minn Iranjan akkużat bi frodi u li fih infetħu kontijiet għall-familja tad-Dittattur tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev. Dan kollu jerġa jingħaqad, ma’ probabilment, l-akbar daqqa li ħa l-Gvern u l-agħar mument tal-era ‘Muscat’. Il-qtil tal-ġurnalista u l-avversarju qalil tal-Partit Laburista (u fl-aħħar anke ta’ Adrian Delia) Daphne Caruana Galizia. Kien il-qtil ta’ din l-avversarju li niżżel is-separju b’mod inglorjuż fuq l-era ta’ Muscat. Primarjament l-arrest ta’ sid 17 Black, ir-riżenja ta’ Keith Schembri u l-implikazzjoni tiegħu u ta’ eks membru tas-sigurtà ta’ Muscat fil-qtil ta’ Caruana Galizia. L-era Muscat spiċċat fil-fatt bl-akbar kriżi politika fl-aħħar 30 sena. L-unika soljev fl-istorja kollha tal-Panama kienet l-akkuża li Egrant, kumpanija oħra fil-Panama, kienet ta' martu. Xi ħaġa li hu u martu Michelle Muscat ċaħdu bil-qawwi u xi ħaġa li fuqha ingħataw raġun mill-Maġistrat u issa Imħallef, Aaron Bugeja. Bugeja ma sab ebda provi li jorbtu Egrant ma' Muscat u allura li jissostanzjaw l-allegazzjoni ,li qajmet urugan politku. Jibqa’ PM maħbub ħafna minn diversi setturi tas-soċjetà Muscat iżda, minkejja dan kollu se jibqa’ mexxej u Prim Ministru maħbub mill-mases li raw fih ispirazzjoni, politiku tan-nies, raġel tal-familja u rebbieħ, qabel kollox. Se jibqa’ maħbub fost eluf ta’ nies li ngħataw id-drittijiet li llum neħduhom for granted, primarjament lill-komunità LGBTIQ, permezz taż-żwieġ ugwali, l-Att dwar il-Ġeneru u leġiżlazzjoni oħra. Se jibqa’ Prim Ministru li fetaħ il-bibien, hawn min jgħid b’mod eseġerat u ħażin, għan-negozji. Infatti mexxa u għadu jiftaħar li mexxa Gvern pro business. Jinħass illi fl-era ta’ Muscat Malta għaddiet minn bonanza ekonomika: parzjalment minħabba perjodu ekonomiku dinji pożittiv u anke minħabba elenku ta’ miżuri pożittivi li ħa l-Gvern. Fost l-aktar pożittivi jibqgħu, it-tapering tal-benefiċċji, child care centres b’xejn, it-tneħħija tal-boll għal dawk li jixtru l-ewwel u t-tieni proprjetà, żidiet fil-pensjonijiet għall-ewwel darba, tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, żieda fil-pensjoni tal-wens u ħafna aktar. Il-pajjiż irreġistra surplus finanzjarju għal bosta snin u ħareġ mill-Proċeduri ta’ Defiċit Eċċessiv. Żgur li l-era ta’ Muscat ma kinitx pożittiva għall-ambjent, b’permessi u bini f’ħafna bini jaqa’ u qerda ta’ art agrikola. Kien żmien fil-fatt illi fih saru diversi protesti ambjentali, relattivament kbar. Fosthom, dik kontra l-iżvilupp tal-art fiż-Żonqor. Rebħiet rekord li qatt ma rajna bħalhom M’hemmx dubju li r-rebħiet elettorali li kiseb Muscat kienu rekord fuq rekord fuq rekord. Muscat qatt ma rebaħ elezzjoni b’distakk inqas minn 33,000 vot, mill-Partit Nazzjonalista. Laħaq iżda r-rekord assolutn fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, meta l-PN sofra telfa storika b’distakk ta’ 42,600 vot favur il-PL. Muscat se jibqa’ meqjus bħala politiku li f’termini elettorali umilja lill-PN, daqs u ħadd qabel. Ma’ Eddie u Mintoff, għax kontroversjali, maħbub u mibgħud daqshom Hemm fejn tikteb ktieb dwar l-era ta’ Muscat. Xi darba forsi jinkiteb oġġettivament. Għalissa iżda nieqfu hawn. Nikkonkludu biss billi ngħidu li l-legat ta’ Muscat se jkun wieħed illi se ndumu nitkellmu dwaru, se ndumu niftakru, se ndumu ma naqblux dwaru, ċeratament simili għal dak ta’ mexxejja kontroversjali u kbar bħal Dom Mintoff u Eddie Fenech Adami.
1entailment
Filmat | Il-PM ma jgħidx hux se jistaqsi lid-Deputati jekk qattx aċċettaw rigali Abela qal biss li hemm kodiċi ta' etika li l-Membri Parlamentari jridu jimxu miegħu
Il-Ministru Ian Borg ftaħar kemm Infrastructure Malta qed tħawwel xtieli biex tikkumpensa għas-siġar maturi madwar Malta, li qed jitqaċċtu minħabba proġetti li japprova hu stess. Iżda r-realtà hi li fis-skiet, bogħod mill-kameras, is-siti bis-siġar li hu stess qed jinawgura, ftit xhur biss wara qed jispiċċaw ċimiterji ta’ siġar mejta bl-għatx. Fost l-oħrajn, jekk wieħed iżur Ħad-Dingli nnifsu, pereżempju – minfejn Ian Borg ġie elett – isib il-Ġardin Joseph Farrugia. Hawn, fil-kampanja għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-Ministri Jose Herrera u Ian Borg, akkumpanjati mill-Kunsillieri Laburisti tal-lokal, ftaħru li kienu qed iħawwlu aktar minn 200 siġra. Illum , kif jixhdu l-filmati, is-sit sar ċimiterju ta’ siġar niexfa, mejta bl-għatx. Dan mhux l-uniku ċimiterju tas-siġar f’Ħad-Dingli. L-istess xorti messet lill-ftit siġar fit-taraġ fiċ-ċentru tar-raħal. Proġett ieħor li qabel l-elezzjoni kien inawgurat b’tant pompa u li l-eks Sindku Sandro Azzopardi tant ftaħar bih. Saħansitra ftit passi mill-Kunsill Lokali, fil-pjazza ewlenija, anke l-palm li kien iżejjen iż-żona nixef u miet. Iżda minkejja li Ian Borg jaf sew b’din is-sitwazzjoni, ironikament jiftaħar li l-Gvern ma jħallix siġar jinxfu Fid-dawl ta’ dan staqsejnieh dwar il-ġardin f’Ħad-Dingli, iżda qalilna biex nistaqsu lill-Kunsill Lokali Il-kummenti ta’ Ian Borg huma sinifikanti ħafna. Dan għaliex mhux is-siġar biss huma l-vittmi f’Ħad-Dingli, iżda anke d-Dinglin spiċċaw vittmi ta’ pika interna bejn il-Laburisti stess. Filfatt wara l-elezzjoni l-eks Sindku Sandro Azzopardi tilef postu għar-rivali tiegħu Raymond Schembri. Dan tal-aħħar f’Ħad-Dingli hu magħruf għal kemm hu qrib Silvio Schembri, il-kompetitur tal-Ministru Ian Borg fuq is-7 Distrett Elettorali. Is-sitwazzjoni preżenti qed titqabbel mid-Dinglin ma’ dak li seħħ fi żmien it-tmexxija ta’ Venera Micallef, ukoll eks Sindku Laburista, li kienet rispettata anke minn persuni ta’ fehma politika differenti minn tagħha. Issa jidher li xorti simili qed tmiss lis-Sindku ġdid.
0not_entailment
ARA: Dimostranti indiġeni fil-Kolombja jwaqqgħu statwa ta' konkwistatur Spanjol
JD Patrick, ħabbar li ħa jkollu tarbija bl-aktar mod oriġinali. Fuq il-programm tiegħu, li jippreżenta flimkien ma' Martina u Jonathan Abel jilagħbu l-logħba Liar Liar. Logħba fejn xi ħadd ikun qed jgħid il-verità u l-parteċipant l-ieħor ikun qed jigdeb! Permezz ta' din il-logħba hu ħabbar li hu u l-mara tiegħu Steph qed jistennew tarbija. "Meta tkun taħdem fix-xogħol tagħna trid dejjem tara kif tagħmel biex tipprova toħloq affarijiet differenti, għax hekk biss tista' tibqa' f'moħħ is-semmiegħa. L-aktar espressjoni li bqajt niftakar kienet ta' Martina għax ma setgħetx temmen x'kienet qed tara!" "Min-naħa l-oħra, Abel ħaseb li ftehemna ħażin u li jien bdejt nigdeb ukoll. Baqa' ċċassat! Però l-akbar ħaġa li tibqa' ġo moħħi hija kif wara dan kollu, fejn kollox kien ovvju li kont qed ngħid il-verità, il-parteċipant xorta wieġeb ħażin! Fl-24 ta' Mejju, 2019, JD Patrick u l-mara tiegħu Stephanie saru ġenituri għall-ewwel darba ta' tifel li twieled ftit qabel nofsillejl fl-11.40! L-aħbar ħarġet fuq il-paġna ta' The Morning Vibe bir-ritratt tal-Prinċep Harry u Meghan Markle editjat.
0not_entailment
Grazzi kbira minn qiegħ qalbna
Awguri lill-kantanta Eve Daly li llum qed tiċċelebra għeluq is-67 sena tagħha. Twieldet bħal-lum id-19 ta' Lulju tal-1953. Fost l-ewwel messaġġi li wasslulha hekk kif qalbet il-ġurnata kien hemm dak ta' Soleil Pitre, in-neputija tal-kantant li rringrazzjat lil nannitha ta' dak kollu li tagħmel għaliha. Hija żiedet tgħidilha li dejjem kienet hemm għaliha kull meta kellhom bżonn u dejjem tpoġġi tbissima fuq wiċċhom. "Ma nafx x'nagħmel mingħajrek," qaltilha t-tfajla waqt li żiedet li l-familja tapprezza dak kollu li hija tagħmel għalihom għax dejjem iġġibhom il-bżonnijiet tagħhom l-ewwel. Eve bdiet il-karriera tagħha mal-banda tal-iskola ta' Santa Monica tal-Mosta. Kien Charles Thake li emmen fil-kapaċitajiet ta' Eve wara li raha f'operetta li kienet ittellgħet fl-iskola tagħha. Wara bdiet tidher ukoll fuq it-televiżjoni fi programmi bħal Dawra Durella u Paġni Mżewqa. Eve, li hija miżżewġa lil Richard Camilleri kienet tkanta wkoll fl-Ingilterra, fit-Tuneżija u fl-Awstralja. Fl-2010 ħadet sehem fit-tieni semi finali tal-Malta Song for Europe bil-kanzunetta The Best Years ma' Godwon Lucas. Flimkien ma' Godwin Lucas kienet ukoll ħarġet is-CD An Evening with Eve Daly and Godwin Lucas. Eve Daly ma' Godwin Lucas, Rodrick Eddleston u Ivan Borg Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha.
0not_entailment
Rosianne Cutajar tingħata kariga oħra; se tkun responsabbli mit-tnaqqis tal-Burokrazija
Id-deputat Laburista Rosianne Cutajar inħatret Kummissarju għal Kontra l-Burokrazija. Il-job li ingħatat Cutajar mill-Prim Ministru Muscat kien ilu ġimgħat jinżamm mistur. Sakemm isimha inkixef fil-media. Apparti li hi Kummissarju Kontra l-Burokrazija u Deputat, Rosianne Cutajar hi wkoll chairperson tal-Kumitat Parlamentari għall-Familja. Għal dan il-Kumitat ukoll tirċievi ħlas addizzjonali.
1entailment
Jitlef ħajtu l-ġuvni li kien involut f'incident fuq id-dgħajsa
Tilef il-battalja mal-mewt Karl Pace li f'Ġunju li għadda kien involut f'inċident fejn id-dgħajsa li kien fuqha ħadet in-nar. F'dan l-inċident, Pace kien sofra ħruq f'60% ta' ġismu. Hu kien wieħed miż-żewġt irġiel midruba hekk kif fl-istess inċident weġġa' gravi bi ħruq estensiv żagħżugħ ta' 29 sena mill-Mellieħa. Karl Pace, Għawdxi ta' 34 sena, weġġa' wara li d-dgħajsa ħadet in-nar waqt li kien rieqed. Huwa kien ilu minn dakinhar tal-inċident fit-taqsima tal-kura intensiva. Kien ftit tas-sigħat ilu li l-famlijari tiegħu ħabbru fuq il-midja soċjali li Pace tilef il-battalja mal-mewt kawża tal-ġrieħi serji li sofra. Ħu Chris Pace kien fost dawk li kitbu fuq Facebook biex jesprimu n-niket tagħhom għat-telfa ta' Karl. Kienu ħafna dawk li ddeskrivewh bħala raġel umli b'qal tad-deheb. Ftit wara l-inċident, sħabu kienu bdew jiġbru fondi biex jgħinu fil-kura ta' Karl u l-ewwel tir kien li jinġabru €15,000. B'kollox inġabru ftit iktar minn €17,000. Mhux maghruf minn xiex u kif kien beda in-nar dakinhar tal-inċident illi qered numru ta' jottijiet fil-port taż-Żewwieqa, faċċata tal-moll tal-Gozo Channel. Il-każ kien seħħ għall-ħabta tal-3:30am bl-uffiċjali tal-protezzjoni ċivili jissejhu mal-ewwel fil-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. In-nar tant kien qawwi, li dam numru ta' sigħat biex ġie ikkontrollat u kellhom jissejħu anke xi units tas-CPD minn Malta.
1entailment
Kwazi 80% jaħsbu li l-immigrazzjoni ‘tiggrava l-kriminalità f’pajjiżna’
Stħarriġ ippubblikat mill-Kummisjoni Ewropea juri illi għalkemm 51% tal-Maltin jaraw lill-immigranti bħala importanti għall-ekonomija, 79% jarawhom bħala piż u problema ta’ kriminalità Rapport tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat f’dawn l-aħħar jiem jista’ jkun wieħed mir-raġunijiet ewlenin għaliex id-diskors politiku, speċjalment dak ta’ Adrian Delia qed ikun dwar l-immigrazzjoni. Fil-fatt fl-1 ta’ Mejju Delia tkellem fit-tul dwar l-immigrazzjoni u dwar il-bżonn li “influss” ta’ ħaddiema barranin ma jkunux il-kaġun li Malta “ma tibqax tintgħaraf”. Muscat wieġeb wara nofsinhar mit-Tritoni u għamilha ċara illi ma jaqbel xejn mad-diskors ta’ Delia, anzi sostna li l-viżjoni tiegħu hija ta’ “pajjiż kożmopolitan” Ftit jiem ilu l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat stħarriġ li juri kif 75% tal-poplazzjoni Maltija, l-ogħla persentaġġ fl-Unjoni Ewropea kollha, jemmnu illi l-immigranti huma piż fuq is-sistema tal-‘welfare’ ta’ pajjiżna, jiġifieri tas-sistema ta’ servizzi soċjali. Dan huwa 19% iktar mill-medja fl-UE, 48% iktar mil-Lussemburgu li fih hemm l-inqas persentaġġ ta’ nies li jaraw l-immigranti bħala piż u eżatt daqs il-Greċja. Min-naħa l-oħra huma biss 19% tal-Maltin li ma jaqblux ma’ dan u 6% li ma jafux. Iktar minn hekk, Malta tinsab fil-quċċata tal-pajjiżi tal-UE hekk kif 79% tal-Maltin ‘totalment jaqblu’ illi l-immigranti jiggravaw is-sitwazzjoni tal-kriminalità fil-pajjiż. Il-kriminalità u n-nuqqas ta’ sigurtà, bħall-immigrazzjoni, ukoll qed ikunu suġġett li jitqajjem ħafna drabi fid-diskors politiku ta’ Delia. Fl-aħħar stħarriġ tal-gazzetta Maltatoday jirriżulta li 9.9% tal-parteċipanti semmew l-‘barranin li qed jgħixu Malta’ bħala l-akbar inkwiet tagħhom u 5.6% lill-immigranti illegali. Minkejja li Delia qed jitkellem aktar dwar is-suġġett, filwaqt li Muscat qed jippromovi pajjiż b’aktar barranin u taħlit huma iktar il-Laburisti, b’20% li wrew inkwiet milli n-Nazzjonalisti bi 11%. L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea juri illi filwaqt li għad hemm reżistenza u anke elementi razzisti fil-pajjiż li mhumiex żgħar, hemm ukoll realizzazzjoni tal-importanza ekonomika tal-immigranti u tal-bżonn dejjem jikber ta’ integrazzjoni. 27% ma jaħsbux li drittijiet ugwali jgħinu... L-ILLUM tat ħarsa dettaljata lejn dan l-istudju bl-isem ‘Integration of immigrants in the European Union’, li juri wkoll illi Malta tikklassifika mal-aħħar tliet pajjiżi f’dak li jikkonċerna drittijiet ugwali lill-immigranti. Fil-fatt, mistoqsijin jekk jaħsbux li l-immigranti għandux ikollhom aċċess u drittijiet ugwali daqs il-Maltin għall-edukazzjoni, servizzi tas-saħħa u protezzjoni soċjali biex titjieb l-integrazzjoni, 27% wieġbu li ‘totalment ma jaqblux’. Iż-żewġ pajjiżi l-oħrajn illi għandhom l-ogħla persentaġġi f’din il-kategorija huma l-Polonja u l-Ungerija. Il-persentaġġ ta’ Malta huwa 10% ogħla mill-medja fl-UE. Jivvutaw? U ma tarax jgħidu erba’ minn kull 10... Persentaġġ ogħla huwa dak dwar id-dritt tal-vot. Dan l-istħarriġ juri illi 60% tal-Maltin ma jemmnux li jekk l-immigranti jkollhom id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet lokali, dan jgħin fl-integrazzjoni tagħhom. Dan ipoġġina mat-tliet pajjiżi bl-ogħla rata ta’ nies li jemmnu li l-vot mhux ċavetta għall-integrazzjoni u 12% ogħla mill-medja fl-UE. Il-medja fl-UE ta’ nies li jaqblu (pjuttost jew totalment) illi jekk l-immigranti jingħataw il-vot, dan jgħin fl-integrazzjoni, huwa ta’ 55%, filwaqt li l-persentaġġ f’pajjiżna huwa ta’ 35% (10% - jaqblu totalment u 25% - pjuttost jaqblu). Il-Portugiżi (70%), l-Iżvediżi (71%), l-Ingliżi (72%), l-Ispanjoli (73%) u l-Irlandiżi (74%) huma l-aktar popli li pjuttost jew totalment jaqblu li l-immigranti jingħataw jew jinżamm id-dritt tal-vot f’elezzjonijiet lokali biex ikunu aktar integrati. Jekk inti Malti, Grieg  jew Ċiprijott probabilment taħseb li l-immigrant qed jeħodlok xogħlok U l-immigranti vera qed jeħdulna ix-xogħol? Dan l-istħarriġ juri illi 63% tal-Maltin hekk jaħsbu anke jekk dan mhux neċessarjament huwa minnu. Dan ipoġġina fit-tielet post, b’73% tal-Griegi jaħsbu li l-immigranti qed jeħdulhom xogħolhom u 66% taċ-Ċiprijotti jaħsbu l-istess. Dan ifisser li dan is-sentiment f’Malta huwa 24% ogħla mill-medja fl-UE u 51% ogħla mill-Iżvezja, illi tirreġistra l-inqas rata ta’ nies li jaħsbu illi l-immigranti qed jieħdu xogħol in-nies tal-pajjiż. U fil-ħajja personali tagħhom, il-Maltin kemm huma tolleranti u kemm jaċċettaw lill-immigranti? Fil-fatt, fil-maġġoranza tagħhom il-Maltin huma akkoljenti u f’ħajjithom jikkomunikaw ħafna ma’ immigranti. 70% huma komdi bi ħbieb immigranti, 67% huma komdi b’kollega immigrant, 66% huma komdi b’ġirien immigranti, 57% huma komdi b’tabib immigrant, 60% huma komdi bi qraba jew sieħeb/ba immigrant u 53% li huma komdi b’maniġer li huwa immigrant. Minkejja dan, Malta għandha rati ogħla mill-medja Ewropea f’kemm il-poplu ma jissoċjalizzax u mhux komdu jagħmel kuntatt ma’ immigranti. Kważi kwart tal-popolazzjoni, jew 24% tal-Maltin huma totalment skomdi bi ħbieb immigranti, 10% aktar mill-medja Ewropea. 22% jħossuhom totalment skomdi b’kollegi immigranti (8% iktar mill-medja fl-UE), 28% huma totalment skomdi b’immigrant bħala ġar (15% inqas mill-medja fl-UE), 37% huma totalment skomdi b’immigrant bħala tabib (17% ogħla mill-medja fl-UE), 32% jħossuhom skomdi b’immigrant bħala qarib jew sieħeb/ba u 31% jħossuhom skomdi b’maniġer immigrant (1% ogħla mill-medja fl-UE). L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea juri illi 40% tal-Maltin jiltaqgħu ma’ immigranti kuljum f’kuntesti differenti, għalkemm min-naħa l-oħra 56% ma setgħux jgħidu bejn wieħed u ieħor kemm hi l-popolazzjoni tal-immigranti f’pajjżna. 39% tal-Maltin jagħmlu kuntatt ma’ immigranti kuljum... It-taħlit u l-kuntatt bejn il-Maltin u l-immigranti huwa fost l-ogħla f’pajjiżna u dan huwa probabilment riflessjoni tal-fatt illi l-popolazzjoni tal-immigranti f’pajjiżna meta kkalkulata għal kull persuna hija għolja. Fil-fatt l-akbar kuntatt ta’ kuljum bejn persuni mill-pajjiż u immigranti kien fil-Greċja (57%), l-Irlanda (55%), l-Awstrija u l-Iżvezja (it-tnejn 52%) u l-Italja (51%). 39% tal-Maltin jiltaqgħu ma’ immigranti kuljum jew minn tal-anqas darba f’ġimgħa fiż-żona fejn jgħixu, 25% jagħmlu kuntatt ma’ immigranti kuljum jew minn tal-anqas darba f’ġimgħa fuq il-post tax-xogħol, 31% f’postijiet pubbliċi bħal sptarijiet, tallinja u aktar, 14% fi skola/università/childcare u 10% biss waqt attivitajiet ta’ sport jew attivitajiet kulturali. Minkejja li 40% tal-Maltin jiltaqgħu jew jagħmlu kuntatt ma’ immigranti f’ħajjithom, l-istess stħarriġ juri illi 73% wieġbu li m’għandhomx ħbieb jew qraba li huma immigranti u li qed jgħixu Malta. Minkejja li l-persentaġġ huwa kbir u teżisti xi ftit ta’ segregazzjoni soċjali skont iċ-ċittadinanza diversi pajjiżi oħrajn għandhom persentaġġi għoljin ta’ nies li jgħidu illi m’għandhomx ħbieb jew qraba immigranti. Bosta jaraw l-immigrazzjoni bħala l-aqwa ċans biex ikun hemm it-taħlit u tkun iċċelebrata d-diversità. Imma maġġoranza qawwija ta’ Maltin mhux qed jaraw dan il-valur miżjud kulturali, fil-fatt 64% ma jemmnux li l-immigrazzjoni b’xi mod tarrikkixxi l-kultura ta’ pajjiż. Dan ipoġġi lil Malta bħala t-tieni l-aktar pajjiż li fih il-poplu ma jarax benefiċċji kulturali għall-immigrazzjoni. Huma biss 28%, it-tieni l-inqas fl-Unjoni Ewropea kollha, li jemmnu illi l-immigrazzjoni tarrikkixxi l-kultura Maltija. 64% jemmnu li l-integrazzjoni huwa investiment... U finalment l-istħarriġ x’juri dwar l-integrazzjoni? Il-Maltin iridu jintegraw jew le? L-ewwel nett 49% tal-poplu jemmen illi l-integrazzjoni bejn il-Maltin u l-barranin hija suċċess. Minkejja li din hija maġġoranza relattiva, 45% ma jaħsbuhiex l-istess. Maġġoranza qawwija oħra, jew 64% tal-poplu Malti, jemmen li l-integrazzjoni hija investiment fit-tul għal pajjiżna, 5% inqas mill-medja tal-UE. Huma ftit iktar minn kwart jew 27% li jemmnu illi l-integrazzjoni mhix xi ħaġa tajba għall-pajjiż. 88% jaraw fil-lingwa ċ-ċavetta tal-integrazzjoni Il-Maltin b’saħħa kbira jemmnu illi l-lingwa hija parti integrali mill-proċess ta’ integrazzjoni, fil-fatt 88% qalu illi jaqblu ħafna jew pjuttost jaqblu ma’ korsijiet tal-lingwa offruti lill-immgranti malli jaslu pajjiżna. 85% jemmnu li għandhom jkunu parteċipi fi programmi ta’ integrazzjoni, 88% jħossu li dawn il-programmi għandhom ikunu mandatorji u 81% jemmnu li l-immigranti għandhom jkunu provduti b’miżuri li jgħinuhom isibu impjieg. Minkejja li kif għidna iktar ’il fuq 63% jħossu li l-immigranti jeħdulna xogħolna, 51% jemmnu li l-immigranti jsaħħu l-ekonomija Maltija. 42% ma jemmnux li l-immigranti għandhom impatt pożittiv fuq l-ekomonija. Minkejja dan, l-istħarriġ juri illi 57% ma jħossux li l-immigranti qed joffru aktar innovazzjoni. U ta’ min hija r-responsabbilità tal-integrazzjoni, skont il-Maltin? 97% jemmnu illi l-iskejjel, l-università u child care huma importanti għall-proċess ta’ integrazzjoni b’suċċess. 91% jemmnu li huwa l-irwol tal-Gvern ukoll li jara illi l-integrazzjoni sseħħ b’suċċess. 66% tal-Maltin jemmnu li jridu jkunu l-immigranti nfushom parteċipi biex l-integrazzjoni sseħħ b’mod assolut u pożittiv. Dan l-istħarriġ sar bejn il-21 ta’ Ottubru 2017 u t-30 ta’ Ottubru 2017 wara rikjesta mill-Kummisjoni Ewropea. Minn Malta saru 509 intervisti. L-istħarriġ fil-qasir
1entailment
Aġġornat: Il-Qorti ma tilqax it-talba tal-Imħallef Farrugia Sacco
Fil-Qorti nstema' kif dan ma kienx l-ewwel argument bejniethom Argument bejn tliet aħwa wassal biex allegatament karozza ta’ wieħed mill-aħwa ngħatat in-nar. Żewġt aħwa ta’ 34 u 39 sena, li t-tnejn li huma ma għandhomx xogħol, tressqu quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri akkużati li taw in-nar lill-karozza ta’ ħuhom. Huma kienu akkużati wkoll li kkawżaw biża’ lil ħuhom, bl-akkużat ta’ 34 sena ikun akkużat ukoll li sar reċidiv. L-avukati Franco Debono u Martin Fenech, iddefendew liż-żewġ akkużati li qed iwieġbu mhux ħatja u talbu wkoll għall-ħelsien mill-arrest. L-avukati saħqu li dan kien akkużat bejn qraba u li ma għadhomx joqogħdu flimkien hekk kif wieħed mill-akkużati jieħu ħsieb lil ommu ta’ 73 sena u l-ieħor jgħix għal rasu. Madanakollu, l-Ispettur Trevor Micallef, li qed imexxi l-prosekuzzjoni saħaq li l-allegat vittma għadu ma tax ix-xhieda tiegħu u ġaladarba dan ma kienx l-ewwel argument bejniethom oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat, min-naħa tiegħu, innota li l-akkużati kellhom xin jgħidu bejniethom ukoll fil-passat u għalhekk, wara li ra n-natura tal-każ, iddeċieda li dawn għandhom jinżammu arrestati.
0not_entailment
BIL-FILMAT: Sa issa l-ħabs jibqa' ħieles mill-Covid-19
Waqt l-eqqel tal-pandemija aktar minn erba' mitt priġunier ġew ittestjati għall-Coronavirus u kollha rriżultaw fin- negattiv. B'hekk il-ħabs f'Malta baqa' l-uniku wieħed fl-Ewropa li baqa' ħieles mill-Coronavirus, hekk kif sa issa għadu ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta' Coronavirus. Dan grazzi għal pjan ta' kontinġenza li ħadet it-tmexxija tal-ħabs, bid-direttur tal-ħabs, il-kurunell Alexander Dalli, qal li xorta waħda se jibqgħu jittieħdu l-prekawzjonijiet neċċessarji, issa li l-imxija bdiet tgħaddi. "Ħadna mal-400 swab qbadna sample tal-prigunieri u la l-priġunieri u lanqas il-gwardjani sa issa ma hemm kaz ta' coronavirus." Hekk kif ġew rilaxxati l-maġġoranza ta' restrizzjonijiet, il-Ġimgħa filgħodu reġgħu bdew ż-żjarat lill-priġunieri. Iż-żjarat bdew isiru wara ħġieġa sabiex ma jkunx hemm kuntatt dirett bejn il-priġunieri u l-viżitaturi. Il-Kurunell Dalli spjega kif waqt il-pandemija, l-priġunieri bdew jitkellmu ma' qrabathom b'mezzi virtwali, miżura li se tibqa'. "Dalgħodu kien hemm xi priġunieri li bdew jiltaqgħu ma' qrabthom wara ħġieġa u għalissa ħa nibqghu sejrin hekk." Wara tliet xhur iqumu u jorqdu l-ħabs, l-uffiċjali korettivi se jkunu qed jirritornaw għar-rutina normali tax-xogħol, hekk kif qabel kienu qed jirrapportaw għal ġimgħa sħiħa ta' xogħol. "Ilbieraħ kien l-aħħar lejl li rqadna l-ħabs. Jien ilni 9 ġimgħat il-ħabs. Il-gwardjani raqdu l-ħabs u issa se nibdew bir-rutina normali." Id-direttur tal-ħabs fisser kif bis-sagrifiċċji ta' kulħadd inżamm moral għoli fil-faċilità korrettiva ta' kordin. "Il-moral huwa għoli ħafna. Issa kulħadd ħerqan imur id-dar u nħallu din warajna la għaddejjniha."
1entailment
Il-GWU tiffirma ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Malta Air Traffic Services
Il-General Workers' Union u l-Malta Air Traffic Services iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tat-taqsima AIM & Training. Din it-taqsima ġdida tiġbor fiha impjegati li kienu mifruxa f'diversi sezzjonijiet oħra. Fi stqarrija l-GWU spjegat li grazzi għal dan il-ftehim kollettiv il-ħaddiema gawdew minn żidiet fil-pagi, titjib fil-kundizzjonijiet ġenerali u aġġustament fil-gradi. Is-Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-GWU Sandro Vella qal li n-negozjati ta' dan il-ftehim kollettiv kienu impenjattivi, minħabba li diversi sezzjonijiet riedu jkunu assimilati f'taqsima li kienet kompletament ġdida: "Fil-fatt id-diskussjonjiet ħadu fit-tul għaliex ridna nassiguraw li l-proċess ikun wieħed komplut u li jintegra b'mod pożittiv id-diversi gradi. Nemmen li dan il-ftehim, li jkopri bejn l-2013 u l-2019, huwa bażi soda li permezz tiegħu l-ħaddiema u l-MATS ikunu f'pożizzjoni li jsaħħu u jespandu l-operat tagħhom."
1entailment
Kelb jibqa’ ħaj wara li ngħata injezzjoni biex jitraqqad
Kelb ta’ razza mħallta ngħata l-isem ta’ Lazzru wara li baqa’ ħaj minkejja li ngħata injezzjoni letali biex jitraqqad. Il-kelb tħalla f’santwarju tal-annimali f’Alabama x-xahar li għadda wara li sidu ma setax jibqa’ aktar jieħu ħsiebu. Qabel ittieħed is-santwarju, il-kelb ittajjar minn karozza u kellu xi partijiet minn siequ neqsin. Is-santwarju tal-annimali ħa d-deċiżjoni diffiċli li jraqqdu wara li ma sabulux dar alternattiva u dan minkejja diversi appelli fuq il-midja soċjali. L-uffiċjal tal-kontroll tal-annimali Wanda Snell qalet li l-kelb baqa’ ħaj wara li ngħata injezzjoni letali. Hija rrakkontat li l-għada li ngħata l-injezzjoni nnotat li l-kelb kienu għadu ħaj minkejja li deher instabbli. L-istaff għadhom sal-lum ma jistgħux jifhmu kif baqa’ ħaj. Il-Kaptan tal-Pulizija Bobby Blankenship, li jagħmel superviżjoni ta’ dan is-santwarju tal-annimali qal li l-kelb ingħata l-ammont tajjeb ta’ mediċina li tingħata l-klieb biex jitraqqdu. “Sfortunatament, jew fortunatament għal kulħadd, illum għadu ħaj. Lazzru, l-isem ġdid tiegħu b’referenza għall-istorja Bibblika ta’ meta Ġesu’ rxoxta lil Lazzru mill-mewt, irkupra tajjeb ħafna u llum qisu mhux hu,” qal Blankenship. Huwa qal li llum il-kelb għandu għalfejn ixxejjer denbu mill-ġdid. Dan wara li s-santwarju tella’ l-istorja tiegħu fuq Facebook, b’Lazzru jinstablu sid ġdid f’Alabama.
1entailment
Bil-Filmat: Ron Iwieġeb Fuq Il-Qlajjiet Li Jinvolvu Lilu U Jacqui Losco! Ara X'Qalilna…
Id-deċiżjoni tar-Russja li tibgħat aktar minn 100 trakk b’għajnuna fil-Lvant tal-Ukrajna mingħajr permess ġab kundanna minn bosta pajjiżi tal-Punent. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti appellaw biex it-trakkijiet jiġu rtirati u sejħu dan il-ġest bħala vjolazzjoni tas-sovranitá tal-Ukrajna. In-NATO qalet li dan se jwassal biex il-kriżi bejn ir-Russja u l-Ukrajna tmur għall-agħar. Madankollu, ir-Russja qalet li aktar dewmien ma kienx aċċettabbli, waqt li ċaħdet li xi suldati Russi jinsabu fl-Ukrajna. Fl-aħħar sigħat it-trakkijiet bdew jaslu fil-belt ta’ Luhansk. Il-Ġnus Magħquda se torganizza laqgħa ta’ emerġenza biex tiddiskuti d-dħul tal-konvoj fl-Ukrajna, li l-kap tas-sigurtà Urken iddeskriva bħala invazjoni.
0not_entailment
Ikkontrollati nirien f’residenza fil-Ħamrun
Ftit tal-ħin ilu, għal xi raġuni mhux magħrufa, ħadet in-nar residenza fi Triq il-Mara, fil-Ħamrun. B’xorti tajba, dawn in-nirien ġew ikkontrollati f’ħin qasir grazzi għall-ħidma tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kienu msejjħa minnufih fuq il-post. Skont informazzjoni li għandna, jidher li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.
1entailment
Jinkixef uffiċjal fis-Segretarjat ta’ Silvio Parnis
Joe Borg, uffiċjal fis-Segretarjat Parlamentari ta’ Silvio Parnis, intbagħat b’missjoni speċifika fit-Tribunal taż-Żejtun bl-iskop li jiddefendi persuna minn kontravenzjoni maħruġa fil-konfront tagħha. Żvelat dan il-gazzetta In-Nazzjon f’rapport li fih tat dettalji dwar dan il-każ abbużiv quddiem it-Tribunal taż-Żejtun. In-Nazzjon irrapportat li dan il-każ seħħ fil-25 ta’ Lulju li għadda meta Joe Borg ippreżenta lilu nnifsu fl-Awla tat-Tribunal taż-Żejtun u stqarr li kien intbagħat hemmhekk mis-Segretarjat Parlamentari ta’ Silvio Parnis bl-iskop li jiddefendi lil waħda mara li kienet akkużata bi ksur tar-regolamenti tat-traffiku. Ir-rapport ikompli jsemmi kif saret stqarrija mill-Ispettur tal-Pulizija Marius Bugeja li qal li kif daħlet fl-Awla, il-mara konċernata kienet akkumpanjata mill-uffiċjal Borg li jaħdem fis-Segretarjat ta’ Silvio Parnis, liema uffiċjal talab li jixhed. Jingħad ukoll li waqt li kien qed jixhed, Borg qal li l-kontravenzjonijiet li kienu ħarġu l-kollegi tal-Ispettur f’dan il-każ partikolari ma kienux vijabbli. U kien hawn fejn dan l-Uffiċjal ta’ Silvio Parnis qal li fil-post fejn inħarġet iċ-ċitazzjoni, ma kellux isir infurzar. Iżda għal din l-istqarrija, l-Ispettur qal fl-istqarrija li għamel li kien oġġezzjona peress li d-dikjarazzjonijiet ta’ Borg ma kienux minnhom. Fl-istqarrija tiegħu, l-Ispettur qal li kien qed jagħmel din l-istqarrija minħabba l-fatt li fil-fehma tiegħu mhux aċċettabbli li persuna mqabbda mill-Gvern u li suppost titkellem f’isem l-Uffiċjali tal-Komunità, titla’ tikkontesta irregolaritajiet fit-triq u twaqqa’ l-kelma ta’ Uffiċjali oħra tal-Komunità li għamlu xogħlhom tajjeb.
1entailment
EgyptAir : Jinstabu l-fdalijiet
Skont investiagturi Eġizzjani, instabu fdalijiet mit-titjira tal-EgyptAir li sparixxiet fuq il-Mediterran ix-xahar li għadda. Fi stqarrija intqal li kienu identifikati numru ta' siti fejn hemm il-fdalijiet u li bastiment li jfittex fil-fond tal-baħar bagħat l-ewwel ritratti tal-fdalijiet. Fuq it-titjira MS804 kien hemm sitta u sittin persuna meta ġġarfet fid-dsatax ta' Mejju fi triqitha lejn il-Kajr minn Pariġi. L-ajruplan tat-tip Airbus A320 sparixxa minn fuq ir-radars Griegi u Eġizzjan, apparentament mingħajr ma bagħat talba għall-għajnuna.
1entailment
Investiment ta’ €28 miljun fit-trakka taż-żwiemel fil-Marsa
L-ILLUM tiżvela kif il-Gvern se jkun qed iħabbar investiment qawwi fit-trakka tat-tiġrijiet taż-żwiemel Il-gazzetta ILLUM tista’ tiżvela li fil-ġranet li ġejjin il-Gvern mistenni jħabbar proġett kbir ta’ investiment fil-korsija tat-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Marsa. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM spjegaw li l-investiment totali mistenni jlaħħaq it-€28 miljun. Hu mifhum li l-partijiet kollha tat-trakka se jgħaddu minn restawr, rinovar u tisbiħ, b’kostruzzjoni wkoll ta’ diversi stabbilimenti biswit it-trakka. Minkejja dan, l-ewwel xogħol mistenni jibda u jitlesta fuq it-trakka nnifisha, bix-xogħol imbagħad jiffoka fuq dawk l-aspetti kummerċjali anċillari. Il-Gvern se jkun qed idaħħal €800,000 mill-kirja tat-trakka Apparti minn hekk, l-ILLUM tinsab infurmata li bl-investiment il-ġdid it-tiġrijiet taż-żwiemel se jiddifersifikaw u fl-istess waqt jaf jiġu introdotti tiġrijiet tal-klieb fl-istess trakka. Fl-istess waqt se jkun qiegħed issir investiment kbir fil-faċilitajiet disponibbli għall-ġerrejja u żwiemel b’saħanistra installazzjoni ta’ spa għaż- żwiemel. Il-Gvern se jkun qiegħed idaħħal ukoll €800,000 fis-sena mill-kirja tat-trakka lill-klabb tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel. Il-proġett hu mistenni jagħti kontribut lit-turiżmu fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Inizjalment il-pjanijiet ta’ żvilupp u riġenerazzjoni tal-Marsa Race Track bdew fis-sena 2015. Dakinhar il-Gvern kien ħareġ sejħa għall-interess u saħansitra ffirma ftehim ma’ numru ta’ investituri li kienu se jieħdu t-trakka f’idejhom. Minkejja dan, l-ebda xogħol ma beda fuq il-proġett minħabba nuqqas ta’ qbil fuq żvilupp, mhux fil-ftehim li kellhom f’moħħhom l-investituri.
1entailment
Hemm bżonn aktar ċentralizzazzjoni fil-funzjonijiet tal-Gvern dwar l-indafa, fl-istess waqt li nħallu partijiet deċentralizzati lill-kunsilli lokali billi nagħtuhom aktar responsabbilità – il-PM
Nor Al Den Gohar ta’ 15-il sena, kien irrappurtat nieqes lill-Pulizija fit-28 ta’ Awwissu 2018. Madanakollu, fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija, jidher li ż-żagħżugħ irritorna d-dar kmieni dalgħodu. Ir-rapporti tan-nuqqas tiegħu stqarr li deher l-aħħar nhar il-Ħadd 26 ta’ Awwissu, ġewwa residenza f’San Ġwann u kien liebes flokk u karkur aħdar, qalziet iswed bi ftit abjad u kellu wkoll miegħu skateboard bil-kuluri blu u isfar u b’disinn ta’ iljun.
0not_entailment
Malta taġġorna l-lista tal-pajjiżi mhux meqjusa totalment siguri għas-safar Kull persuna li tasal f'Malta mill-pajjiżi f'din il-lista jridu jissottomettu ċertifikat li juri riżultat negattiv ta' COVID-19
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, b’daħka qal lill-ġurnalisti li meta jirtira f’Marzu 2014 jixtieq isir sindku ta’ Ruma. Barroso qal li huwa qed jitkellem mal-ex-Prim Ministru Taljan Mario Monti, li meta sema’ li hu (Barroso) ried isir sindku ta’ Ruma għax dan għandu uffiċċju sabiħ ħafna, qallu biex jinsiha għax Ruma hija mgħarrqa fid-dejn.
0not_entailment
ARA: Logan b'messaġġ għal sħabu l-annimali fil-jiem ta' kwarantina
Matul il-lejl li għadda, persuna nqabdet bid-droga ġo ġnien pubbliku f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienu qed jagħmlu xi spezzjonijiet fl-inħawi ta’ Paceville meta fi Ġnien Spinola nnutaw persuna li aktar tard irriżulta li kien fil-pussess tad-droga. Skont informazzjoni li għandu NETnews, il-persuna li nqabdet kienet fil-pussess ta’ droga suspettata kannabis.
0not_entailment
Mara fil-periklu tal-mewt wara ħabta head-on fin-Naxxar
Mara ta’ 41 sena mwielda l-Belarus iżda residenti l-Qala, Għawdex tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Margaret A. Murray, in-Naxxar, kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu. Minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li vettura tal-għamla Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 34 sena, residenti r-Rabat u vettura tal-għamla Vauxhall misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena, residenti Birkirkara kienu qed jinstaqu f’direzzjonijiet opposti u għal xi raġuni kellhom impatt head-on. Il-mara ta’ 41 sena kienet passiġġiera fil-vettura tat-tip Vauxhall. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ nisa l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.  Is-sewwieqa ta’ 22 sena qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li r-raġel ta’ 34 sena ma sofra l-ebda ġrieħi. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Stafrace Zammit LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
1entailment
Roma u Inter jispiċċaw fi draw li ma kkuntenta lil ħadd
L-istaġun tal-Moto GP se jitkompla f'Lulju b'żewġ tlielaq fiċ-ċirkwit ta' Jerez fi Spanja fid-19 u s-26 ta' Lulju. Ħames ċirkwiti se jkunu qed jospitaw żewġ tlielaq kull wieħed b'seba' minnhom se jsiru fi Spanja. Sa issa dan l-istaġun, minħabba l-pandemija tal-coronavirus ġew ikkanċellati tmien tlielaq fil-Qatar, l-Olanda, l-Ġermanja, l-Fillandja, l-Ingilterra, l-Awstralja, l-Ġappun u l-Italja. Il-Moto GP qal li l-minimu ta' tlielaq se jkun 12 bit-total jista' jiżdied sa 17 b'erba' minnhom jistgħu jsiru barra l-Ewropa bejn t-22 ta' Novembru u t-13 ta' Diċembru. Iċ-ċirkwiti u d-dati se jiġu kkonfermati qabel l-aħħar ta' Lulju.
0not_entailment
FILMAT: Mill-bieraħ sal-lum, Joseph Muscat ibiddel kliemu
Mill-bieraħ sal-lum, il-Prim Minsitru Joseph Muscat biddel il-verżjoni tiegħu dwar jekk jerġax jirrepeti l-allegazzjoni ta’ frodi tad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil barra l-Parlament. Fis-seduta li fiha nqala l-kjass sħiħ dwar l-aħħar rivelazzjoni tal-grupp ta’ ġurnalisti li jiffurmaw The Daphne Project, kixfu gidba oħra tal-Ministru Chris Cardona – il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li hu lest li jerġa’ jirrepeti barra l-Parlament l-allegazzjoni ta’ frodi minn Simon Busuttil, iżda mal-cameras ta’ NET News qal mod ieħor Nisfida lil Joseph Muscat biex jissustanza jew jirtira l-allegazzjonijiet serji li għamel kontra Simon Busuttil. Jien tlabt li hu jippubblika r-rapport tal-Egrant biex nikkoreġi l-iżbilanċ politiku li ħoloq l-Avukat Ġenerali”, qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fuq Twitter, wara l-allegazzjonijiet serji li qal fil-Parlament il-Prim Ministru Joseph Muscat, fejn fost l-oħrajn għajjat f’ewforija l-kelma ‘frodist’. Kien fis-seduta Parlamentari tal-bieraħ, meta l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mal-ewwel ġibed l-attenzjoni ta’ dak li allega l-Prim Ministru Joseph Muscat – dwar l-iżbilanċ politiku li jeżisti, fejn il-Gvern għandu r-rapport sħiħ tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant, filwaqt li l-Avukat Ġenerali għadu jwaqqaf milli l-Oppożizzjoni jkollha kopja tar-rapport. Adrian Delia għamel referenza għall-kawża kostituzzjonali li hemm il-Qorti u kif il-poplu għandu dritt għall-verita’. Min-naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil stqarr li hu jaqbel perfettament ma’ dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, u li ġibed l-attenzjoni dwar l-akkużi foloz u t-theddid li rċieva.
1entailment
Il-PD jimplika li l-customer care fil-Ministeru tas-Saħħa huwa 'partiġġjan'
Imtella' Lulju 17, 2020 - Aġġornata 17 Ta' Lulju, 2020 7:54pm Il-coronavirus kompliet tgħakkes eluf fl-artijiet tal-missjoni. Flus miġbura minn Malta fl-edizzjoni tas-sena l-oħra tal-maratona "Oħloq Tbissima" ntużaw fix-xhur li għaddew biex patrijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl xtraw ikel lil nies fil-Perù, il-Pakistan, il-Filippini, il-Vjetnam u Kuba. Fi tmiem din il-ġimgħa, l-patrijiet ta' din is-soċjetà qed jagħmlu stedina lill-Maltin biex ikomplu joħolqu tbissima fuq l-uċuħ ta' dawn il-popli. "M'għandhiex xi ssajjar. F'dawn l-aħħar tliet ġimgħat titfa tliet patatiet u titfa' nofs litru ilma u dik tkun l-ikla tagħha ta' filgħodu u filgħaxija," qal l-Isqof ta' Huancané fil-Perù, Monsinjur Giovanni Cefai. Il-pandemija tal-coronavirus kienet daqqa ta' ħarta akbar għal fqar fil-Perù, fil-Pakistan, u l-Filippini fejn is-Soċjetà Misjunarja ta' San Pawl twettaq ħidma fil-missjoni. Ħafna minnhom kienu jaqilgħuha u jikluha dakinhar stess. Minħabba l-lockdown u miżuri oħra restrittivi spiċċaw litteralment b'xejn – tilfu l-ftit xogħol li kellhom u lanqas għandhom biex jixtru l-ikel. Fr Alex Busuttil jaħdem f'Arequipa, fil-Perù. Qal li dawn in-nies jinsabu f'riskju akbar li jmutu bil-ġuħ milli bil-virus. "Berta għandna żewġt itfal żgħar u kif qed taraw din hija d-dar tagħha. Illum ġibnilha hamper bl-ikel u qiegħda kuntenta ħafna li qisha barka li waqgħet mis-sema hux veru," qal il-missjunarju Fr Alex Busuttil. Fr Stephen Mifsud, li jinsab fil-Filippini rrakkonta kif malli faqqgħet il-pandemija skattat ħidma biex mill-flus li kienu nġabru mill-maratona ta' Oħloq Tbissima, jinxtara l-ikel għal madwar 100 familja. "Imbagħad spiċċajna ngħinu kull ġimgħa 450 familja u l-kappella tagħna spiċċat qisha s-suq b' ħafna ħaxix, b'ħafna bottijiet, ross xkejjer tar-ross. Peress li n-nies ma kellhomx flus u aħna ntugħhom l-ikel, it-trabi ma kellhomx biex jixorbu l-ħalib allura ħafna min-nies bdew jgħidulna fathers tistgħu tagħtuna ħalib għat-tfal allura spiċċajt imur kull ġimgħa nixtri ħalib u nappies ta' trabi," qal il-Missjunarju Fr Stephen Mifsud. Fi tmiem din il-ġimgħa sal-Ħadd – mill-5.30 p.m. sa nofsillejl se ssir l-edizzjoni ta' din is-sena tal-maratona Oħloq Tbissima, li se tkun differenti mis-soltu. It-tema ta' din is-sena hija #itmafamilja. "Niringrazjakom ħafna tal-imħabba tagħkom u li taqsmu mal-oħrajn dak li Alla pprovdilna," temm jgħid l-Isqof ta' Huancané fil-Perù, Monsinjur Giovanni Cefai.
0not_entailment
Kif se jkun it-temp għall-ewwel tas-sena?
Owen Bonnici kien allega li l-eks Ministru Nazzjonalista kien indaħal fil-proċess tat-trasferiment tal-art biex iffavorixxa lil Zaren Vassallo Il-Qorti ċaħdet appell li kien ressaq id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi wara li kien tilef libell kontra l-Ministru Owen Bonnici dwar allegazzjonijiet li Azzopardi kien iffavorixxa benefattur tal-Partt Nazzjonalista meta nbiegħet l-art li fuqha kien hemm il-fabbrika tal-Lowenbrau. Il-Ministru Bonnici kien allega li l-eks Ministru Nazzjonalista kien indaħal fil-proċess tat-trasferiment tal-art ta’ din il-fabbrika f’Ħal Qormi, Il-Ministru Owen Bonnici kien qal li għandu informazzjoni ġuramentata li tikkonferma li Jason Azzopardi kien indaħal fil-proċess tal-bejgħ u assigura li din tgħaddi għand Zaren Vassallo u biex dan iħallas prezz tal-1990, għall-proprjetà li nbiegħet fl-2009, għal valur ta' €706,400. Jason Azzoparedi kien fetaħ każ kontra l-Ministru Bonnici, iżda f’Jannar il-Qorti kienet waqqgħet dan il-każ. Azzopardi kien insista li hu qatt ma ltaqa’ ma’ Vassallo, jew inkella qallu li se jkun qed ifittex kompromess dwar il-bejgħ u kien għalhekk li appella minn din id-deċiżjoni. Madanakollu, illum, il-Qorti ċaħdet dan l-appell. Aqra aktar dwar id-dettalji ta’ dan il-każ u x’kien wieġeb Jason Azzopardi billi tagħfas hawn.
0not_entailment
Gżira United jitilfu żewġ punti minn ħalqhom
GŻIRA U…………….. 1   TARXIEN R………… 1 Gżira: J. Haber, J. Corbalan, R. Soares, F. Barbosa, S. Borg, R. Briffa, N. Muscat (S. Domoraud 64’), E. Bilbao Zarate (Z. Scerri 64’), A. Cohen, J. Mengolo (C. Gatt Baldacchino 87’), H. Garba Tarxien: A. Cassar, M. Spiteri, M. Botta, D. Zerafa, S. Radovanovic (D. Vassallo 90’), A. de Barros, G. Aquilina, J. da Paixao (A. Nilsson 79’), D. Falzon, R. Faria, M. Paolucci (L. Grech 93’) Imwissija: M. Paolucci 19’, A. de Barros 75’, D. Falzon 76’, D. Zerafa 88’ (T), J. Mengolo 41’, E. Bilbao Zarate 50’, S. Borg 88’, J. Corbalan 89’ (G) Skorjaw: A. Cohen 80’ (G), D. Falzon 91’ (T) Referee: Etienne Mangion Assistenti Referees: Alan Camilleri, Duncan Sultana Il-Mument Plejer tal-logħba: Andrea Cassar (Tarxien Rainbows) Attendenza: 496 Gowl ftit sekondi mit-tmiem ċaħħad lil Gżira United milli jwieġbu għar-rebħa ta’ Hibernians biex minkejja li għadhom bla telfa, issa jinsabu żewġ punti taħt il-Pawlisti. Gżira żgur iħossu li nsterqulhom żewġ punti minħabba li kellhom ħafna mil-logħba, bil-gowlkiper ta’ Tarxien Andrea Cassar ikun strumentali f’diversi okkażjonijiet biex ħalla lit-tim fil-logħba. Fl-ewwel taqsima, Gżira kienu aħjar minn Tarxien iżda minkejja li kellhom diversi okkażjonijiet, naqsu li jsibu x-xibka. Nikolai Muscat prova bl-ewwel tentattiv wara sitt minuti li spiċċa barra, b’Tarxien joħolqu l-unika periklu tagħhom fit-taqsima bi kross ta’ Stefan Radovanovic li qabeż lil Haber u ħabat mal-wieqfa. Gżira kienu perikolużi wkoll fl-14-il minuta b’Justin Mengolo jgħaddi lejn Juan Corbalan iżda x-xutt tiegħu stampa mal-mimduda. Andrea Cassar salva tajjeb xutt fuq il-ġirja ta’ Haruna Garba fit-28 minuta, biex erba’ minuti wara, biegħed parzjalment kross ta’ Sacha Borg, bil-ballun jispiċċa għand Juan Corbalan li iżda minn qagħda ideali xxuttja għoli. Fit-tieni taqsima, Gżira żiedu l-isforzi tagħhom u kellhom serje ta’ azzjonijiet mill-plejers offensivi tagħhom iżda l-gowlkiper Andrea Cassar dejjem kien attent biex isalva li ġie għal idejh. Fil-65 minuta Cassar dawwar f’korner xutt fuq il-ġirja tas-sostitut Sofian Domoraud li b’azzjoni personali daħal fil-kaxxa djagonalment. Mill-istess korner, id-daqqa ta’ ras ta’ Mengolo ħabtet mal-mimduda. Aktar ma beda jgħaddi l-ħin, Gżira dehru naqqsu mill-attakki kontinwi tagħhom b’Tarxien imewtu l-logħba kemm jistgħu. Kien fit-80 minuta li Gżira dehru li skorjaw il-gowl tar-rebħa. Kien kross mil-lemin ta’ Juan Corbalan, bil-veteran ANDREW COHEN jidħol tajjeb biex b’daqqa ta’ ras għeleb lil Andrea Cassar. Fl-aħħar minuti, Tarxien kellhom ftit mumenti fl-attakk u rnexxielhom iġibu d-draw fil-91 minuta. Kien korner mix-xellug u Domoraud laqat il-ballun ħażin u spiċċa għand DAREN FALZON li minn metru bogħod skorja l-gowl tad-draw.
1entailment
Jekk Tissepara Jew Tiddivorzja Għadek Issib Min Jumbrak?
Li tkun iddivorzjat jew isseparat huwa dnub? Qed insaqsu hekk għaliex għadek tisma' tfesfis fuq dak jew l-oħra 'għax għamlu hekk jew għamlu hekk'… meta dan huwa mument li jista' jolqot lil kulħadd; li jisfaxxa ż-żwieġ. Fil-verità, jekk ma tiżżewwiġx bilfors, għal raġunijiet li ġieli smajna bihom ukoll, ma naħsbu li ħadd ma jkun jixtieq li żwieġu jisfaxxa. Inkella ma tiżżewweġ xejn mhux hekk? Ma naħsibx li hawn min jiżżewweġ għall-festin biss jew għar-ritratti fuq il-midja soċjali! Ma tistax tgħid għax issib minn kollox… Staqsejna lil Dr. Deborah Schembri li kienet strumentali biex spjegat u mexxiet kampanja favur id-divorzju f'pajjiżna. Staqsejnieha li jekk tissepara jew tiddivorzja għadekx issib min jumbrak?! "Sinċerament naħseb li min jumbrak għal xi raġuni jew oħra, m' għandux problema bl-issue, imma bik… so any excuse is a good excuse!", stqarret magħna Deborah Schembri. Spiss nisimgħu wkoll membri parlamentari li jisfaxxalhom żwieġhom ukoll. wara kollox dawn umani wkoll imma bħal donnu hawn faxxa ta' nies fis-soċjetà li qishom jistagħġbu b'dan. Id-diskors fuq fomm dawn in-nies ikun; "se jbati dak ta m'għadux mal-mara jew se tmur ħażin issa dik, la m'għadhiex mar-raġel!" Kemm hi reali din? In-nies jirrispettawk sakemm timxi kollox eżatt ma' dak li drajna li hu tajjeb bħala soċjetà? "Le sakemm dak li jkun, li qed jagħmel, ma jkunx għamilha issue politika hu stess, eżempju mara fil-politika tadvoka kontra l-abort u tagħmlu hi. Ma naħsibx li sinċerament li xi ħadd jumbrak għax separat jew iddivorzjat jew għax tibdel l-istat tiegħek waqt li tkun fil-politika. In-nies ikunu drawk u jkunu jafu xi ssarraf. Miżżewġa jew le ma tagħmilx differenza.Illum il-ġurnata hawn sezzjoni kbira ta' miżżewġin li sfaxxalhom iż-żwieġ u sezzjoni oħra ta' miżżewġin u mdejqin, allura ma naħsibx li għadha xi taboo ", saħqet magħna Deborah Schembri. Staqsejnieha wkoll jekk temminx li hemm iżjed x' nirbħu bħala soċjetà fir-rigward tat-tijieb fil-liġi tad-divorzju? X'Taħseb dwar il-proposta li l-impożizzjoni tal-4 snin separazzjoni qabel wieħed japplika għad-divorzju titneħħa? "Aħjar inħallu f' idejn in-nies xi jridu jagħmlu b'ħajjithom. L-impożizzjonijiet m'humiex l-aktar ħaġa konsonanti mad-drittijiet ċivili" , kompliet tispjega. Min-naħa l-oħra, is-Segretarju Parlementari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar qaltilna li xi ftit għidut dejjem ikun hemm imma m'għandux jaffettwa. "Ħa jkun hemm element ta' gossip dejjem eżempju: Taf min m'għadux mal-mara? Imma naħseb li l-elettorat minkejja li kulħadd jieħu pjaċir jara the perfect family picture , jirrikonoxxi li llum, il-kunċett ta' familja nbidel. Blended family saret aċċettata." Minkejja dan, skont statistika tal-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea: il- Eurostat , pajjiżna għandu l-inqas rata ta' divorzju fost l-istati membri li tgħid li r-rata tad-divorzji f'Malta kienet ta' 0.7 fuq kull elf ruħ. Din kienet statistika li saret għall-2018 li sal-lum setgħet inbidlet. Ma' Malta fuq l-istess rata insibu l-Irlanda. Imbagħad insibu l-Litwanja u l-Latvja li huma l-aktar żewġ pajjiżi li kellhom rata ta' divorzju għoli; 3.1 fuq kull elf ruħ. Insemmu wkoll il-liġi tal-koabitazzjoni fejn permezz tagħha tnaqqas il-pregudizzju fil-konfront ta' koppji li jagħżlu li ma jiżżewwġux imma jgħixu flimkien. Bħalissa hawn madwar 4,000 koppja li jikkoabitaw. U inti x'taħseb? Temmen f'persuna u tirrispettah/a għax hu jew hi min hi jew għax għandu stil li huwa konformi ma' li temmen fih int? divorzju koabitazzjoni ugwaljanza
1entailment
L-eks Gran Mastru tal-Ordni ta' Malta mitlub ma jersaqx lejn Ruma għall-elezzjoni
Id-delegat speċjali tal-Papa Franġisku li qed iħares l-Ordni tal-Kavallieri ta' Malta ordna lill-eks mexxej, Matthew Festing, biex joqgħod 'il bogħod mill-elezzjoni li fiha se jkun qed jiġi elett is-suċċessur tiegħu, fejn fiha se jivvotaw il-membri tal-Kunsill tal-Istat. Fil-15 ta' April, l-Arċisqof Angelo Becciu kiteb lill-Fra Matthew Festing, l-eks Gran Mastru tal-Ordni tal-Kavallieri ta' Malta, fejn qallu biex "ma jmurx Ruma" għall-elezzjoni li se ssir fid-29 ta' April. Festing ġie mitlub mill-Papa Franġisku biex jirreżenja mill-pożizzjoni tiegħu lura f'Jannar li għadda wara li keċċa Kavallier, li kien involut fi skandlu li jinvolvi d-distribuzzjoni ta' kontraċettivi. L-Arċisqof Becciu qal lil Festing li "il-preżenza tiegħek se tkun qed toħloq tiftaħ aktar il-ferita, speċjalment issa li l-każ qishu beda jintesa, u tkun qed toħloq inkonvenjenza hekk kif dan l-avveniment ma jsirx f'paċi u armonija kif mixtieqa." Beccie qal lil Festing li hu "qasam din id-deċiżjoni mall-Missier Qaddis," fejn sostna li għandu jikkanċella l-vjaġġ tieħgu lejn Ruma "bħala att ta' ubbidjenza."
1entailment
'Ambjent prijorità ... l-akbar gidba tal-Gvern' - Delia
Ftit jiem biss qabel il-Milied, il-festa li ġġib il-familji u l-ħbieb flimkien ħafna aktar mill-bqija tal-ġranet tas-sena, diversi pajjiżi Ewropej kienu kostretti jimponu restrizzjonijiet stretti bil-għan li jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19. Diversi pajjiżi Ewropej qed jirrapportaw eluf ta' każi ġodda u mwiet kuljum u ma jaffordjawx li l-każi jkomplu jiżdiedu minħabba l-festi tal-Milied. Għalhekk ma kellhomx għażla oħra ħlief li jimponu restrizzjonjiet stretti għal żmien il-Milied. F'dan l-artiklu l-ILLUM tagħti ħarsa lejn ir-restrizzjoni f'uħud mill-pajjiżi Lockdown strett fil-Ġermanja … eċċezzjoni żgħira nhar il-Milied Minn din il-ġimgħa, il-Ġermanja daħlet f'lockdown strett fejn ingħalqu l-iskejjel u n-negozji kollha li mhumiex neċessarji. Dawn il-miżuri stretti jibqgħu fis-seħħ sal-10 ta' Jannar. Għal Milied biss, kull familja qed tingħata permess li tistieden sa massimu ta' erbat iqraba. Kien hemm ġranet fejn il-Ġermanja irrapportat kważi 30,000 każ ġdid u madwar 900 mewta. Sal-10 ta' Jannar jistgħu jiftħu biss negozji essenzjali bħas-supermarkets u anke l-banek. Ir-ristoranti, il-bars, il-hairdressers u l-postijiet tad-divertiment se jibqgħu magħluqa. Ma jistax lanqas jinxtorob alkoħol fil-pubbliku u għalhekk l-istands tant popolari tal-mulled wine wkoll ma jistgħux jiftħu. Il-kumpaniji qed ikunu mħeġġa wkoll biex jippermettu li l-impjegati tagħhom jaħdmu mid-dar. Curfew għall-Franċiżi … eżenzjoni għall-Milied iżda mhux għal-Lejliet l-Ewwel tas-Sena Franza biddlet it-tieni lockdown nazzjonali b'curfew bejn it-8:00pm u s-6:00am. F'dawn il-ħinijiet, ħadd mhu se jitħalla joħroġ mid-dar sakemm ma jkollux awtorizazzjoni uffiċjali. Se jkun hemm eżenzjoni biss għal-Lejliet il-Milied iżda mhux għal-Lejliet l-Ewwel tas-Sena. Il-bars u anke r-ristoranti se jibqgħu magħluqa minn tal-inqas sal-20 ta' Jannar. Fi Franza mietu aktar minn 60,000 persuna bil-Covid-19. L-Olanda tinsab f'lockdown ta' ħames ġimgħat L-Olandiżi wkoll qed jiffaċċjaw lockdown ta' ħames ġimgħat, l-aktar miżuri stretti mħabbra fil-pajjiż minn meta bdiet il-pandemija. Negozji mhux essenzjali bħall-ħwienet tal-ħwejjeġ, iċ-ċinemas, il-hairdressers u l-gyms se jibqgħu magħluqa. Apparti minn hekk, l-Olandiżi qed jintalbu biex sa nofs Marzu ma jibbukkjawx biex jivjaġġaw barra mill-pajjiż jekk mhux għal raġunijiet neċessarji. Ir-restrizzjonjiet se jkunu mnaqqsa ftit għat-tlett ijiem tal-Milied, fejn kull familja tista' tistieden sa tliet persuni minflok tnejn. Ir-residenti ta' Londra se jkollhom jisimgħu t-tokki tal-Big Ben mid-dar Minn din il-ġimgħa, Londra kellha timponi l-aktar miżuri stretti fis-sistema li tħabbret mill-Gvern Ingliż fil-ġimgħat li għaddew. Minflok lockdown nazzjonali, il-Gvern Ingliz kien ħabbar sistema ta' tliet livelli u ma' kull livell hemm abbinati miżuri ta' mitigazzjoni. Il-livelli tal-allert, "medju," "għoli" u "għoli ħafna," qed jikklasifikaw ir-reġjuni differenti skont kemm tkun ir-rata ta' trasmissjoni tal-virus. Hekk kif il-każi f'Londra komplew jiżdiedu, il-kapitali Ingliża daħlet taħt l-aktar miżuri stretti. Il-bars, il-pubs u r-ristoranti huma kostretti jagħlqu. Jistgħu joffru biss servizz ta' takeaway jew delivery. Stabbilimenti oħra ta' divertiment, inkluż it-teatri u anke ċ-ċinemas ma jistgħux jiftħu. Il-Gvern Ingliż kien ikkritikat li ma daħħalx miżuri aktar stretti għal Milied u li japplikaw għal kullimkien. Boris Johnson saħaq li l-erba' pajjiżi li jiffurmaw ir-Renju Unit qabblu li jżommu r-restrizzjonijiet kif inhuma. Appella lin-nies biex ikunu kawti u jnaqqsu l-kuntatti filwaqt li saħaq li t-twissijiet se jiħraxu. L-Ispanjoli ma jistgħux jivjaġġaw bejn ir-reġjuni ħlief biex iżuru l-qraba Fi Spanja, mit-23 ta' Diċembru sas-6 ta' Jannar, l-ivjaġġar bejn ir-reġjuni mhuwiex permess ħlief biex persuni jżuru qraba jew ħbieb. Għall-attivitajiet soċjali f'Lejliet il-Milied, f'Jum il-Milied, f'Lejliet l-Ewwel tas-Sena u fl-Ewwel tas-Sena ma jistax ikun hemm aktar minn 10 persuni (inkluż tfal) miġbura flimkien. L-Ispanjoli bħalissa qed isegwu wkoll curfew bejn il-11:00pm u s-6:00am li mistenni jibqa' fis-seħħ sa Mejju 2021. F'dawn il-ħinijiet qed jitħallew biss joħorġu biex imorru x-xogħol, jixtru l-mediċini jew għall-kura tal-anzjani u t-tfal. Italja: Lockdown parzjali sal-Epifanija L-Italja ordnat lockdown parzjali fl-aħħar sigħat għall-pajjiż kollu għal ħafna mill-vaganzi tal-Milied u dan biex titnaqqas iż-żieda kbira ta' każi ta' Covid-19 f'dan il-pajjiż, li fil-fatt kien mal-pajjiżi l-aktar milqutin ħażin minn din il-pandemija għal numru ta' ġimgħat. Il-PM Taljan Giuseppe Conte sejjaħ ir-restrizzjonijiet bħala "deċiżjoni li tweġġa" filwaqt li qal illi attivitajiet bejn il-familji u l-ħbieb jistgħu jerġgħu jżidu l-imxija tal-virus. "Il-virus qed jiċirkola kullimkien. Nistgħu niġġildulu imma ma nistgħux nirbħulu," qal Conte li sostna illi l-esperti qed jibżgħu li l-kurva tal-pandemija tista' terġa' togħla fil-perjodu tal-Milied. Dawn il-miżuri ta' lockdown jiġu fil-kuntest illi l-Lombardija, Veneto u Lazio ireġistraw rata ta' trażmissjoni ta' aktar minn 1 wara ġimgħat ta' tnaqqis. L-Italja huwa l-pajjiż bl-ogħla rata ta' mwiet kaġun tal-pandemija b'67,900 vittma sal-Ġimgħa 18 ta' Diċembru. Il-miżuri se jidħlu fis-seħħ fil-21 ta' Diċembru u jibqgħu għaddejjin sas-6 ta' Jannar (L-Epifanija) u fost oħrajn se jfissru li r-ristoranti mhux se jkunu miftuħin, għalkemm jistgħu jsiru deliveries u take-aways, filwaqt li l-moviment bejn parti u oħra tal-Italja se jkun ristrett. Huma żewġ persuni biss li jistgħu jżuru ħbieb jew familja fi kwalunkwe ġurnata minn dawn. Belġju: Regoli stretti fuq il-mistiedna Bħalissa, fil-Belġju, kull dar tista' tilqa' persuna waħda biss (dejjem l-istess waħda) li ma tgħix fiha. Min jgħix waħdu, jista' jdaħħal żewġ persuni iżda mhux flimkien. Fl-24 u l-25 ta' Diċembru din ir-regola stretta se tinbidel ftit biex kull familja tista' tilqa' sa massimu ta' żewġ persuni. Madanakollu, fuq barra ma jistax ikun hemm aktar minn erba' persuni flimkien. Lejliet l-Ewwel tas-Sena ma jistax jinħaraq nar iżda l-curfew impost jiem ilu se jitnaqqas minn nofsilejl sal-5:00am. Il-ħwienet kollha se jinfetħu mill-1 ta' Diċembru, iżda persuna tista' tmur tixtri waħedha u ma tistax taqbeż it-30 minuta f'ħanut. Il-hairdressers, il-bars u r-ristoranti se jibqgħu magħluqa. Stabbilimenti tal-ikel jistgħu joffru takeaway sal-10:00pm.
0not_entailment
Erba' l-isptar wara ġlieda bis-skieken u lembuba bejn seba' persuni
Imtella' Ġunju 19, 2020 Fl-1 ta' Lulju tiftaħ SkolaSajf li għaliha din is-sena se jattendu 7,000 student. Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici, qal li l-linji gwida għall-operat se jiġu pubblikati dalwaqt. Sadanittant, għaddejjin it-tħejjijiet għall-ftuħ ta' sena skolastika ġdida f'Settembru li ġej, mhux biss mill-aspett ta' miżuri kontra l-coronavirus imma wkoll għaddejjin xogħlijiet infrastrutturali. Dwar is-sena skolastika li jmiss, il-Ministru qal li għaddejjin taħdidiet ma' dawk kollha involuti biex l-iskejjel jerġgħu jiftħu f'Settembru li ġej. F'anqas minn ġimagħejn l-iskejjel jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom, għal Skola Sajf. Kelliem għall-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li 7,000 student se jerġgħu jiltaqgħu fl-ambjent tal-iskola wara aktar minn tliet xhur id-dar minħabba l-pandemija tal-coronavirus. In-numru tagħhom s'issa huma ftit aktar min-nofs l-istudenti li attendew is-sena li għaddiet. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal lil Television Malta li l-linji gwida għadhom qed jiġu diskussi mal-unions li jirrappreżentaw l-ħaddiema, il-ġenituri u oħrajn involuti fi SkolaSajf, li se tibda fl-1 ta' Lulju. "Aħna tkellimna mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u qbilna fuq pakkett ta' miżuri, biex bħalma għamilna fiċ-childcare centres, anke fi SkolaSajf ikun hemm miżuri li jserrħu moħħ il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal fi SkolaSajf," qal il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici. Dwar is-sena skolastika li jmiss, il-Ministru qal li għaddejjin taħdidiet biex l-iskejjel jerġgħu jiftħu f'Settembru li ġej. Mistoqsi dwar x'miżuri se jittieħdu, spjega li l-prinċipji ta' distanza soċjali, il-ħasil tal-idejn u l-użu tal-maskri f'ċertu ċirkostanzi se jinżammu. L-iskola sekondarja fiż-Żejtun/Tkabbir u mmodernizzar bi spiża ta' €5m Intant l-istudenti tal-iskola sekondarja taż-Żejtun, se jsibu skola b'ambjent aktar modern wara li fl-aħħar xhur, saru diversi xogħlijiet infrastrutturali. Il-proġett ta' tkabbir u modernizzar, li huwa mmexxi mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, qed isir b'investiment ta' 5 miljun ewro. Fuq blokka eżistenti nbena sular ieħor, bi 13-il klassi, tmien laboratorji għat-tagħlim tax-xjenza u klassijiet oħra għall-home economics u għall-inġinerija u d-disinn. Waqt ix-xogħlijiet fuq din l-iskola nstabu fdalijiet ta' barriera antika, li possibilment kienet tifforma parti minn kumpless ta' Villa Rumana, li kienet instabet fil-viċin fis-snin 60. Dawn il-fdalijiet se jkunu inklużi fil-proġett tal-iskola.
0not_entailment
ID-DELITT FL-IMQABBA: Il-vittma kellu tir f'rasu
Il-mottiv għadu jrid jiġi stabbilit Konferma li Saviour Gaffarena hu l-vittma tal-isparatura li seħħet ilbieraħ. Il-vittma kellu tir f'rasu. Il-Pulizija ikkonfermaw li l-isparatura kienet fid-direzzjoni ta' Vince Gaffarena (17-il sena) u Saviour Gaffarena (27 sena), li huma kuġini. Kien Vince Gaffarena li kien qed isuq il-karozza meta seħħet l-isparatura. Hu bħalissa jinsab rikoverat l-isptar Mater Dei, wara li ntlaqat minn żewġ tiri oħra. Il-konferenza tal-aħbarijiet ingħatat mill-kelliem tal-Pulizija Brandon Pisani. Il-każ oriġina fiz-zona ta' Ħal Millieri. Miz-zona ġew elevati anke xi skrataċ. Wara ħidma mill-investigaturi, il-Pulizija għall-ħabta tas-2am arrestaw żewġ persuni minn Ħal Kirkop – żagħżugħ ta' 19-il sena u żagħżugħ ta' 18-il sena li huma magħrufa mal-Pulizija. Pisani qal li sa issa ma jirriżultax li intuża xi mutur.
1entailment
Diżappunt ieħor għal Milan f’San Siro
Wara li tilfu kontra Roma u Inter u spiċċaw draw fl-Europa League kontra AEK Athens, Milan reġgħu naqsu milli jirbħu f’San Siro wara li spiċċaw fi draw ieħor ta’ mingħajr gowls kontra Genoa. Juventus u Lazio ħadu vantaġġ mid-draw bejn Napoli u Inter, b’Juventus jiksbu rebħa kbira f’Udine minkejja li lagħbu ħafna ħin b’raġel anqas. Lazio għelbu lil Cagliari b’Ciro Immobile jerġa’ jispikka. BERGAMO – Atalanta kisbu rebħa minima f’darhom biex inqatgħu aktar mit-timijiet ta’ isfel. Il-gowl deċiżiv kien skorjat fil-71 minuta permezz ta’ ANDREAS CORNELIUS. Bologna spiċċaw il-logħba b’raġel anqas wara li tkeċċa Giancarlo Gonzalez fit-80 minuta. BENEVENTO – Fiorentina telgħu fid-disa’ post b’rebħa ta’ 3-0 kontra t-tim tal-qiegħ Benevento. MARCO BENASSI fetaħ l-iskor fit-18-il minuta u KHOUMA BABACAR irdoppja fis-47 minuta. CYRIL THEREAU għalaq il-logħba fis-66 minuta minn penalty. VERONA – Chievo kisbu rebħu d-derby ta’ Verona 3-2. Kienu Verona li marru minn fuq wara sitt minuti b’gowl ta’ DANIELE VERDE, iżda Chievo ġabu d-draw fit-23 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ ROBERTO INGLESE. L-istess plejer poġġa lil Chievo fil-vantaġġ man-nofs siegħa logħob permezz ta’ penalty. Verona ġabu d-draw fil-55 minuta meta ngħataw penalty wara li l-ballun ħabat ma’ id Gamberini, deċiżjoni li kienet konfermata bil-VAR. Mill-11-il metru, l-attakkant GIANPAOLO PAZZINI skorja b’xutt fil-baxx. Madankollu kellu jkun il-veteran SERGIO PELLISSIER li skorja l-gowl tar-rebħa fit-73 minuta, meta daħal tajjeb għal kross mil-lemin. RUMA – Lazio jinsabu tliet punti bogħod mill-quċċata wara li għelbu lil Cagliari 3-0. Penalty ta’ CIRO IMMOBILE fetaħ l-iskor wara seba’ minuti, biex l-istess CIRO IMMOBILE rdoppja fil-41 minuta. BASTOS għalaq il-logħba bit-tielet gowl fid-49 minuta. MILAN – Milan komplew bl-aħħar riżultati negattivi meta spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls kontra Genoa f’San Siro. L-aktar azzjoni li spikkat fil-logħba kienet dik fl-24 minuta meta r-referee Giacomelli keċċa lill-captain ta’ Milan Leonardo Bonucci wara daqqa ta’ minkeb hu u dieħel fil-kaxxa, deċiżjoni li kienet konfermata bil-VAR. FERRARA – Sassuolo kisbu rebħa fondamentali meta għelbu lil Spal 1-0 f’konfront dirett biex inqalgħu miż-żona l-ħamra. Il-gowl deċiżiv kien skorjat fl-ewwel minuta minn MATTEO POLITANO. Huma fallew penalty fit-83 minuta minn Domenico Berardi, b’Francesco Cassata jitkeċċa lejn it-tmiem. TURIN – Roma kisbu rebħa importanti meta għelbu lil Torino 1-0 barra minn darhom. Il-gowl deċiżiv wasal fid-69 minuta bi free-kick perfett ta’ ALEKSANDAR KOLAROV. UDINE – Juventus urew il-kwalità tagħhom meta għelbu lil Udinese 6-2 f’logħba missielta. STIPE PERICA poġġa lil Udinese fil-vantaġġ fit-tmien minuta, iżda sitt minuti wara, Juventus ġabu d-draw b’awto-gowl ta’ Samir, biex SAMI KHEDIRA poġġa lil Juventus fil-vantaġġ fl-20 minuta. Juventus kellhom ikomplu l-logħba b’raġel anqas fis-26 minuta wara li tkeċċa Mario Mandzukic. DANILO ġab id-draw fis-47 minuta, iżda Juventus kienu pronti u reġgħu marru minn fuq permezz ta’ DANIELE RUGANI ħames minuti wara. SAMI KHEDIRA għamilhom 4-2 mas-siegħa logħob, biex l-istess SAMI KHEDIRA għaqqad it-tripletta bil-ħames gowl fis-87 minuta. MIRALEM PJANIC skorja s-sitt gowl fid-90 minuta.
1entailment
Filmat | Il-Prim Ministru jikkonferma li jista' jkun hemm negozjati ġodda dwar il-ftehim ma' Steward
....l-għaqda tgħid li qed ngħixu fi żmien meta bdew jidhru ċerti 'ideat faxxisti' u fejn 'l-impunità saret ir-regola' Fi stqarrija dalgħodu hekk kif illum jaħbat għeluq snin Daphne Caruana Galizia l-għaqda 'Reżistenza Malta' qalet illi l-assassinju brutali ta’ Daphne Caruana Galizia "seħħ wara perjodu twil ta’ demonizzazzjoni fil-konfront tagħha. Il-politiċi, ix-xandara u il-kummentaturi li ngħaqdu f’mantra sabiex ittimbrawha bħala “saħħara” lkoll ikkontribwew sabiex inħoloq atteġġjament ostili kontra tagħha." "Minkejja dan hi ġġieldet il-korruzzjoni u l-abbuż ta’ poter bla biża’. F’għeluq żmienha nħossu li Malta għandha dejn kbir fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia u tal-familja tagħha." Reistenza qalet illi bħalissa qed ngħixu f’mument fejn f’pajjiżna bdew jaqbdu l-art ideat faxxisti, "fejn l-impunita’ saret ir-regola, fejn il-poteri politiċi ta’ spiss jirrikorru għall-arma tad-demonizzazzjoni saħansitra fil-konfront ta’ ġurnalisti, fejn min jikxef il-korruzzjoni jiġi ttimbrat bħala traditur ta’ pajjiżna, naffermaw il-konvizjoni tagħna li Daphne Caruana Galizia ġiet eliminata għaliex qalet il-verita’" "Min jigdeb fuqek tieħdu l-qorti. Huwa fil-konfront ta’ min jgħid il-verita’ fuqek li m’għandekx rimedju legali. U allura ma nitsgħux ma nistaqsux: Min qiegħed jibbenefika mill-eliminazzjoni ta’ Daphne Caruana Galizia?" temmet tistaqsi l-istqarrija.
0not_entailment
Riġenerazzjoni f'San Vinċenz ... Investiment ta' €10M
Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji Abigail Mamo qalet li xiri online sploda f'Malta. Waqt li kienet intervistata fl-aħbarijiet ta' TVM, Mamo qalet li l-bejgħ online daħal sew f'Malta. Spjegat li filwaqt li x-xiri online minn barra jgawdi ċerta kompettività qalet li l-poplu jaf li meta jixtri minn Malta, il-prodott se jasallu qabel, fi żmien jumejn. Fl-intervent tagħha, Mamo tkellmet dwar l-inizjattiva li ħadet il-Kamra tal-SMEs biex tinkoraġixxi l-bejgħ f'dawn iċ-ċirkustanzi tal-Covid. Tkellmet ukoll dwar x'konkorrenza kien hemm fl-ewwel jum ta' Black Friday. Ara l-intervista sħiħa hawn:
0not_entailment
Telqa u ħmieġ fosthom kollezzjoni ta' kontraċettivi fil-Marsa
Ħmieġ, telqa u ammont kbir ta' kontraċettivi mormija mal-art fi triq fil-Marsa. Il-Marsin qalu li din l-istorja ilha għaddejja snin qrib il-powerstation l-antika tal-Marsa fejn jinġema ħmieġ u skart. Ir-residenti qalu li l-ilmenti u r-rapporti li għamlu s'issa waqgħu fuq widnejn torox.
1entailment
L-Istat għandu jħares lejn min iwettaq ir-reat u lejn il-vittmi u l-familjari
Il-Ħadd filgħodu … Redeemer Tesi ta’ 21 sena minn Raħal Ġdid tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ ftit qabel it-8.00am fi Triq Aldo Moro l-Marsa, direzzjoni lejn il-Belt Valletta, meta ż-żagħżugħ għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Honda Civic bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’arblu. Redeemer kien għadu kif telaq id-dar u kien sejjer biex jiġbor lil wieħed minn sħabu u wara jmorru ż-Żebbiegħ. Ixxukjati bl-aħbar, sħabu waslu wkoll fuq il-post tal-inċident. Fil-ħin tal-inċident mill-post kien ghaddej ukoll il-kantant Klinsmann, li iddeskriva dak li ra bħala xokkanti hekk kif hu ra liż-żagħżugħ jaħbat kif ukoll niżel biex itih l-ewwel għajnuna, iżda kollu kien għalxejn għaliex Redeemer miet mid-daqqa. Fuq il-post waslu l-Pulizija, il-membri tal-protezzjoni ċivili, kif ukoll ambulanza. Dwar dan l-inċident inħatret inkjesta mmexxija mill-maġistrat Aaron Bugeja. Dan hu l-ħames inċident fatali tat-traffiku għal din is-sena.
0not_entailment
Bil-filmat: il-President tiltaqa’ ma’ mijiet ta’ Maltin li jgħixu f’Londra
Minkejja l-kontinwità, kollox qed jindika li l-Prim Ministru se jagħmel bidliet konsiderevoli fil-Kabinett Wara ġurnata laqgħat, uħud minnhom li għadhom għaddejjin, huwa pjuttost ċar li Robert Abela mistenni jħabbar bidliet konsiderevoli fil-Kabinett tiegħu għada. Bidliet konsiderevoli li jkomplu mal-katina ta' bidliet li diġa' wettaq, fosthom bil-ħatra ta' Chief of Staff li huwa policy maker u teknokartiku, kuntrarjament għal Keith Schembri kif ukoll it-tneħħija ta' Neville Gafa' minn Kastilja. Minn dawk li kienu Kastilja u minn dak li qalu sorsi lill-illum.com.mt jidher issa aktar ċar li l-PM Abela se jkun qed iwettaq bidliet pjuttost konsiderevoli ta' Ministri li jitilfu parti mill-portafoll, jew inkella Segretarji Parlamentari li jsiru Ministri jew inkella Deputati li se jaqbżu mill-backbench għall-fillieri ta' quddiem. Jista' jkun ukoll, għalkemm dan ma kienx ikkonfermat b'ċertezza mis-sorsi ta' dan is-sit li xi Ministri jew Segretarji Parlamentari kurrenti ma jibqgħux fil-kariga. Hawn huwa x'se jiġri bi Chris Fearne u kif Stefan Zrinzo Azzopardi mistenni jsir Segretarju Parlamentari.
0not_entailment
Premier League Ingliż: Plejers bla maskri u l-partiti bla 'ball boys'
Ġunju 12, 2020 Il-plejers u l-membri tal-istaff tat-timijiet mhux se jkunu obbligati li jilbsu l-maskri meta jitkompla l-Premier League Ingliż. Il-plejers se jingħataw parir biex ma jobżqux fl-art u jnaddfu mnieħirhom u biex ma jersqux viċin xulxin meta jiskurjaw xi gowl. Għall-partiti, mhux se jintużaw aktar ball boys u ball girls u se tkun qed tintuża sistema li tnaddaf il-blalen kollha minn ħin għal ieħor. L-ewwel partita tal-Premier League Ingliż se tkun Aston Villa – Sheffield United u tintlagħab fis-17 ta' Ġunju.
1entailment
Pierre Portelli joħroġ għonqu għal Delia; 'ħadd aħjar minnu biex imexxi l-partit'
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat biex il-pulizija tagħti l-protezzjoni meħtieġa lill-vittmi tal-vjolenza domestika. Fil-parlament Claudette Buttigieg tkellmet dwar il-Konvenzjoni ta’ Istanbul u qalet li dan id-dokument jintuża madwar id-dinja fl-isfond tal-vjolenza domestika biex ikun hemm uniformità dwar kif il-pajji’i għandhom jimxu quddiem il-vjolenza domestika. Hi sostniet li jeħtieġ li l-preżenza tal-Kummissjoni tinħass iktar. Is-soċjetà għandha tħoss il-polz tal-vjolenza domestika u l-vjolenza fuq bażi tal-ġeneru hi problema tas-soċjetà kolha u mhix problema tan-nisa biss għaliex din hi problema li qed tnawwar is-soċjetà kollha. Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar il-kumpens ta-manteniment u dwar ir-rata tiżdied ta’ suwiidju fl-irġiel. Qed isir żball fis-soċjetà meta ma sisrx diskussjoni fis-soċjetà għaliex hemm rabta ta’ dannu morali meta jkun hemm persuna li tkun vittimizzata f’darha jew fil-post tax-xogħol, raġel mhux se jmur għand il-pulizija u jirrapporta u għalhekk is-suwiċidju qed isir minn diversi irġiel. Jeħtieġ li jkun hemm diskussjoni serja dwar irġiel li jiġu persegwitati u jitkissru moralment. Il-liġi mhix retroattiva, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li dawn l-emendi qed jagħti ċertezza legali fejn jidħol l-istupru. Dwar id-dmirijiet usa għall-pulizija, id-deputat Nazzjonalista qalet li persuni minn dan is-setrur isosntu li l-liġi għenithom. Il-pulizija għad m’humiex imħarrġin fejn tidħol il-vjolenza domestika. Hu ħażin li l-vittma jkunu attakkati mill-ewwel u ma jingħatax il-benefiċċju tad-dubju. Claudette Buttigieg ikkundannat lil min iħossu provokat minn xi ilbies tan-nisa uq alet li dawn l-iġriel ‘għandhomx jaġixxu bħall-barrin li jaraw biss il-kulur aħmar. Il-problema tad-djar hi problema enormi għall-vittmi tal-vjolenza domestika, li joqgħodu ġo shelter għal massimu ta’ sitt xhur fejn jattendu taħriġ, jaħdmu u jkunu mgħejjuna. Wara sitt xhur jibdew imorru għal rashom. Il-vittmi qed isiru iktar vittmi minħababa dawn il-problemi u jkollhom jirrikorru għand l-Awtorità tad-Djar fejn hemm min jaqdihom u hemm min le. Il-vittmi ta’ vjolenza domestika qed ikunu abbużati wkoll mat-tariffi li jridu jħallsu lill-avukati. Dawn huma tariffi esaġerati u abbużivi li jwasslu sa €250 fis-siegħa lil persuni barranin jew €500 għal ittra qasira lil vittma. Dawn huma rapporti li kienu rapportati lill-Kamra tal-Avukati. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li hemm rapporti ta’ nisa li jirrapportaw vjilenza domestika qed ikunu vittmi tal-pulizija li jgħajtu magħhom u jgħidulhom li qed jesaġeraw. Każ ieħor hu ta’ rael li jdur kontinwament max-shelter fejn hemm martu. Hemm każ ta’ aggressur li kien qed iżarma l-karozza tal-vittma li kienet tgħix fix-shelter. Meta ġew il-pulizija, huma kellmu lill-vittma u staqsieha jekk il-liċenzja kinitx skadiet. Il-prijorità tal-pulizija ma kinitx il-vittma iżda l-liċenzja meta l-aggressur għandu ordni biex joqgħod kilomteru ‘l bogħod mill-vittma. Il-vittma tal-vjolenza domestika mhux iħossuhom protetti mill-pulizija, sostniet Claudette Buttigieg, li sostniet li l-awtoritajiet m’humiex dejjem konxji mill-emendi fil-liġijiet dwar il-vjolenza domestika. Hi semmiet il-ħidma li qed twettaq l-attivista Lara Dimotrijevic u trattat il-protest ġuizjarju dar il-poteri tal-investigazzjoni fejn il-proposta hi li l-investigazzjonijiet isiru minn pulizija ta’ mhux grad inqas minn spettur. It-taħriġ irid ikun ukoll ta’ livell ogħla waqt li l-investigzzjonijiet għandhom jbdew f’inqas minn 12-il siegħa. Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-importanza ta’ akkomodazzjoni ta’ kenn u qalet li tant hi gravi l-problema li bħalissa qed jinbena shelter ieħor. Filwaqt li jressaq din il-liġi, il-Gvern qed jikkontempla emendi dwar il-prostituzzjoni. Hi qalet li hawn każi fejn l-età tat-tfajliet li jidħlu fil-prostituzzjoni hi ta’ inqas minn 18-il sena waqt li jkunu qed jibdew jitħejjew sa minn età ta’ 12-il sena. Dawn iknu wkoll abbużati u jkunu ġejjin minn familji bi problemi soċjali. Claudette Buttigieg daħlet fid-dettall dwar is-sistema tal-prostituzzjoni legali fil-Ġermanja, fejn hemm 400,000 prostituta taħdem u madwar miljun klijent kuljum. Noqgħodu attenti dwar x’qed ngħidu li jista’ jsir fil-pajjiż, appellat Claudette Buttigieg, li spjegat id-diffikultajiet ta’ prostituta li kienet taħdem f’Malta u li kienet abbużata b’mod kbir f’Malta. Hi appellat lill-gvern biex ma jkunx ipokrita u jillaxka l-liġijiet tal-prosituzzjoni u Malta issir burdell numru 2 tal-Ewropa. F’Malta hawn traffikar tan-nisa minn clubs tal-irġiel li jpartu u jbiegħu bejniethom lin-nisa. M’hawnx regoli dwar il-massage parlours li meta ma jkunux regolarizzati jwasslu għall-prostituzzjoni. Jeħtieġ li ma nkunux faċċoli, appellat Claudette Buttigieg.
0not_entailment
L-Isqof Teuma b'risposta dwar il-karatteristiċi tal-qaddisin
L-Isqof ta' Għawdex Dun Anton Teuma qal li l-Beatitudnijiet huma r-risposta għall-mistoqsija dwar liema kienu l-karatteristiċi li l-qaddisin għexu fil-ħajja tagħhom. Fl-Omelija tiegħu fis-Solennità tal-Qaddisin Kollha, il-Ħadd li għadda, l-Isqof Teuma għamel kummentarju tal-Vanġelu tal-Beatitudnijiet u qal kif aħna wkoll għandna nimitawhom biex ikollna l-paċi li nixtiequ f'ħajjitna. Fil-Katidral ta' Għawdex, l-Isqof ta spjega qasira tal-Beatitudnijiet li huma: "Henjin il-foqra" "Henjin l-imnikkta għax huma jkunu mfarrġa" "Henjin ta' qalbhom ħelwa" "Henjin dawk li huma bil-ġuħ u bil-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħa" "Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena" "Henjin dawk li huma safja f'qalbhom". "Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla". "Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba l-ġustizzja". Tista' taqra l-Omelija sħiħa hawn .
1entailment
Tibda titħaddem l-ispeed camera fil-bypass tax-Xemxija
L-ispeed camera li ftit tal-ġimgħat ilu twaħħlet fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar ġiet attivata. Fi stqarrija r-Reġjun tat-Tramuntana avża fi stqarrija lill-pubbliku bl-installazzjoni ta’ din l-ispeed camera f’Dawret San Pawl il-Baħar, magħrufa wkoll bħala l-Bypass tax-Xemxija. Ir-Reġjun tat-Tramuntana qal li din l-ispeed camera qed taħdem u ġiet issettjata skont il-limitu nazzjonali tal-veloċità ta’ 80 kilometru fis-siegħa. Ir-Reġjun żied jgħid li fl-aħħar jiem twaħħlu wkoll diversi sinjali addizzjonali biex jgħarrfu lill-pubbliku bil-limiti ta’ veloċità li s-sewwieqa għandhom isuqu f’din il-bypass. L-ispeed cameras kienu installati biex jitnaqqsu l-abbużi li jseħħu f’din it-triq minn numru ta’ sewwieqa ta’ karozzi u muturi li jsuqu b’veloċità eċċessiva fejn jikkawża mhux biss periklu għalihom infushom iżda wkoll għal ħaddieħor. Dan fl-istess waqt li jkunu ta’ inkonvenjenza għar-residenti ta’ San Pawl il-Baħar. Ara wkoll Mhux se joħorġu kontravenzjonijiet qabel ikun hemm kollox f’postu
1entailment
“S’issa diġà qed jintilfu €3 minn kull xkora patata li tiġi esportata”
Minn MELVIN FARRUGIA Minħabba l-pandemija tal-Coronavirus, li laqtet lid-dinja kollha, qed ikun hemm bosta setturi li jintlaqtu b’mod negattiv. Settur lokali li ġie affettwat ħażin hu dak tal-esportazzjoni tal-patata. Fil-fatt, jidher li l-importaturi Olandiżi, li jieħdu l-parti l-kbira tal-patata minn Malta, qed jikkonsidraw li ma jaċċettawx iżjed il-prodott tal-bdiewa tagħna minħabba nuqqas fid-domanda u anke għax mhux ikollhom ħaddiema biżżejjed biex jippakkjaw il-patata ħalli tkun tista’ tinbigħ fis-suq. Dwar dan inewsmalta tkellmet mal-kap tal-grupp Għaqda Bdiewa Attivi, Malcolm Borg li spjegalna li l-affarijiet bħalissa huma fluwidi u qed jinbidlu minn ġurnata għal oħra. Saħaq li wisq probabbli l-esportazzjoni tal-patata se tibqa’ għaddejja għalkemm stqarr li se jkun hemm impatt sostanzjali fuq il-prezz. F’dan ir-rigward spjegalna li l-prezz jaf jonqos għax tonqos id-domanda jew inkella għax ikun proprju minn dawn il-problemi ta’ nuqqas ta’ ħaddiema li jkunu jistgħu jippakkjaw il-patata. Barra minn hekk, Borg semma wkoll problemi ta’ loġistika biex il-patata tiġi esportata u tasal fid-destinazzjoni. Qal li dawn il-problemi se jisfrattaw il-mod kif kien isir in-negozju. Ta’ min wieħed jgħid li dan is-suq kien jiġġenera qligħ ta’ madwar €2 miljun fis-sena u dan kien suq garantit għall-bdiewa, għax kienu jafu li se jinbigħ żgur. Ta’ min wieħed jgħid li dan is-suq kien jiġġenera qligħ ta’ madwar €2 miljun fis-sena Borg qal li dan mhux b’kumbinazzjoni, iżda għax il-kundizzjonijiet tal-biedja Maltija huma tajbin u għandhom reputazzjoni tajba ħafna. Qal li minħabba f’hekk hemm bosta bdiewa li jispeċjalizzaw fit-tkabbir tal-patata u għalhekk investew ħafna flus f’makkinarju u sabu swieq huma stess lejn fejn jesportaw. Għaldaqstant, hu saħaq li dan il-virus se jħalli impatt dirett fuq dawn il-bdiewa u qed jaraw kif se tiżviluppa s-sitwazzjoni, iktar u iktar peress li l-patata tibda tinqala’ minn nofs April sal-bidu ta’ Ġunju. Borg qal li dwar x’se jiġri hemm stennija kbira, fejn anke l-Ministru tal-Agrikoltura qed jevalwa s-sitwazzjoni. Intant, il-kelliem qal li diġà bdiet tintbagħat xi patata, iżda l-prezz kellu jonqos. Fil-fatt, stqarr li tkellem ma’ esportatur ewlieni li qallu li filwaqt li s-sena l-oħra kienet tinbiegħ għal €12 kull xkora, bħalissa qiegħda tmur b’€9 kull xkora. Dan ifisser telf ta’ €3 fuq kull xkora. Esportatur ewlieni qallu li filwaqt li s-sena l-oħra kienet tinbiegħ għal €12 kull xkora, bħalissa qiegħda tmur b’€9 kull xkora. Dan ifisser telf ta’ €3 fuq kull xkora. Min-naħa l-oħra, Malcolm Borg qal li kemm-il darba l-patata ma tinbigħx għall-esportazzjoni, din ikollha tidħol fis-suq lokali, għalkemm ammetta li jkunu wisq kbar dawn l-ammonti ta’ patata. Għalhekk, qal li wisq probabbli l-bidwi jkollu joqgħod għall-prezz li jingħata għax minkejja li jagħmlu t-telf, fl-istess waqt ikun aħjar milli ma jaqilgħu xejn. Qal li jittamaw ukoll li l-bdiewa jingħataw xi forma ta’ kumpens bħalma qed jiġri wkoll barra minn Malta.
1entailment
Għodda lill-volontarjat biex ikompli jikber
Il-Partit Laburista ċaħad li qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kien hemm xi ftehim ma’ xi persuna jew kumpanija dwar il-power station Il-Partit Laburista ċaħad li qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kien hemm xi ftehim ma’ xi persuna jew kumpanija dwar il-proġett tal- power station. Kien għalhekk li fi stqarrija, il-Partit Laburista insista li dak li qal Karol Aquilina lbieraħ fil-Parlament huwa gidba. “Wara l-elezzjoni, il-kuntratt tal-power station ingħata wara proċess kompetittiv ibbażat fuq il-principji ta’ dan il-pjan li kien pubbliku, u li matulu pparteċipaw numru ta’ kumpaniji. Kienu xhur ta’ evalwazzjoni li wasslu biex intgħażlet l-aħjar offerta,” tisħaq l-istqarrija. Il-Partit Laburista fakkar li l-proġett marbut mal-bini tal- power station il-ġdida kien evalwat ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. “Simon Busuttil ma kienx ħa pjaċir bil-konklużjoni tal-Kummissjoni, tant li kien spiċċa jgħajjar lill-President tal-istess Kummissjoni,” kompliet l-istqarrija. Il-Partit Laburista temm jisħaq li wara d-diskors tal-bieraħ, jidher li għad hemm nies li ma tgħallmu xejn wara r-rapport Egrant. “Fil-ħajja u fil-politika jgħoddu l-fatti u l-provi u mhux l-istejjer li jogħġbu jivvinta xi ħadd bħal Karol Aquilina," ittemm l-istqarrija.
0not_entailment
Filmat: Jien u l-familja minn ta' quddiem għat-tilqima tal-Covid – konsulent tas-saħħa pubblika
Mario Muscat se jibqa’ jmexxi tim fil-Kampjonat Premier hekk kif inħatar kowċ ta’ Senglea Athletic. Hu se jieħu post Vincenzo Potenza li ngħaqad ma’ Floriana u se jkun assistit minn Steve Vella. Muscat daħal fit-tmexxija ta’ Qormi f’Novembru li għadda u minkejja li t-tim ġie relegat, huma għamlu titjib konsiderevoli tant li baqgħu jissieltu biex isalvaw sal-aħħar ġurnata. L-eks gowlkiper internazzjonali Malti, kien kowċ tal-gowlkipers ta’ Pembroke kif ukoll ta’ Hibernians u lejn tmiem l-istaġun 2017/18 mexxa lill-Pawlisti f’xi logħbiet. Hu beda l-istaġun li għadu kif intemm bħala kowċ tal-gowlkipers ta’ Hibernians qabel ingħaqad ma’ Qormi. F’kumment fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Muscat irringrazzja lill-membri tal-kumitat, l-istaff tekniku, il-plejers u l-partitarji u b’mod speċjali lill-President ta’ Qormi Victor Camilleri. Hu qal li minkejja li t-tim ta’ Qormi ma salvax postu fl-ogħla diviżjoni, jinsab kburi b’dak li kisbu flimkien. “Se nħalli klabb aktar b’saħħtu milli sibt u nwiegħed li se nibqa’ ngħin lill-klabb kemm nista’.”
0not_entailment
Ma jfissirx li għax se nieqaf se nagħlaq il-bieb għal xi għajnuna li nista’ nagħti – Mark Borg
Wara li fl-aħħar ġimgħat ħarġet l-aħbar li l-Perit Mark Borg mhux se jibqa’ fit-tmexxija tal-Futsal Malta Association, netnews.com.mt tkellem ma’ Mark Borg fl-aħħar ġurnata fit-tmexxija tal-assoċjazzjoni, li hu kien wieħed mill-fundaturi tagħha aktar minn ħames snin ilu. Borg qal li jemmen li bħala sena kienet l-aktar waħda kwieta fl-aħħar ħames snin, iżda tenna li l-logħba kibret ħafna, l-investiment kiber u l-aspetattivi kisbu wkoll. “Ix-xogħol żdied u naħseb wasal iż-żmien li jkun hemm organizzazzjoni tal-anqas b’nies part-time jew full-time, għaliex il-volontarjat f’dawn iż-żminijiet dejjem qed jonqos.” Dwar il-persuni ġodda li se jieħdu post Mark Borg, wara li ngħalqu n-nomini kien hemm nomina għal President u ieħor ta’ Segretarju. Iżda dawn il-persuni li b’rispett lejn il-proċedura mhux se jkunu msemmija, ma jistgħux jidħlu fil-kariga issa minħabba proċeduri ta’ statut. Borg tkellem ukoll dwar dan: “Aħna niddependu fuq assesjar li jsir mill-MFA dwar min ikun dieħel f’dawn il-karigi eżekuttivi. Hemm proċedura fl-istatut tal-FMA li meta jgħaddu disa’ xhur, ma jkunux jistgħu jiġu eletti membri ġodda fl-eżekuttiv, u għalhekk dawk li tefgħu n-nomina, iridu jkunu eletti fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li mistennija ssir f’Ġunju.” Bħalissa bħala l-persuna eżekuttiva li hemm hi t-Teżorier Mireille Vella u hemm xi membri oħra, li iżda mhux eżekuttivi. “Jien ikun min ikun fit-tmexxija, se naħdem mal-persuni responsabbli. Ma jfissirx li għax se nieqaf se nagħlaq il-bieb għal xi għajnuna li nista’ nagħti. Meta jkun elett President ġdid, nitkellem miegħu biex nara jekk għandux il-pjaċir li nibqa’ ngħin fl-iżvilupp tas-settur taż-żgħażagħ. Mistoqsi dwar x’se jiġri minn issa sa tmiem l-istaġun, Borg qal li fiż-żmien sakemm issir il-Laqgħa Ġenerali Annwali, se jitolbu lill-MFA biex jinħoloq speċi ta’ sotto-kumitat li jara kif jimxu l-affarijiet sal-aħħar tal-istaġun. Mark Borg tkellem ukoll dwar l-aspett finanzjarju fejn qal li l-futsal tant kiber li jikkunsidra li l-ewwel erba’ timijiet jinsabu fir-reġjun li jonqfu flus bejn l-ewwel diviżjoni u l-kampjonat Premier tal-MFA bħala finanzi li hemm involuti.
1entailment
Marka tajba għall-Presidenza Maltija
Fl-aħħar sigħat saru 905 test, li minnhom żewġ każijiet irriżultaw pożittivi għall-COVID-19. Bħalissa hawn 24 każ attiv. Mindu feġġ l-ewwel każ f'pajjiżna, saru aktar minn 75,374 test.
0not_entailment
Bonucci preżentat bħala plejer ta’ Milan
Ftit anqas minn 30,000 reat kriminali ġew irrapportati lill-Pulizija fis-snin 2011 u 2012 f’Għases madwar Malta u Għawdex bl-aktar reat komuni jkun dak ta’ serq. Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Jason Azzopardi, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Emanuel Mallia qal li fl-2011 ġew irrapportati li twettqu 14,244 reat kriminali waqt li fl-2012 ġew irrapportati li twettqu 15,623 reat. Huwa qal li dawn ir-rapporti ġew irreġistrati fis-sistema kompjuterizzata komuni magħrufa bħala Police Incident Reporting System. Informazzjoni dettaljata skont il-lokalità u t-tip ta’ reati rrapportati tinsab f’dan il-link 7241
0not_entailment
Omm illiberata mill-appell; kienet se teħel ġimgħa ħabs
Omm ta' 47 sena ġiet illiberata mill-akkużi kontriha wara li l-Qorti tal-Appell iddeċidiet li kellha tinħeles minħabba li ma kienx hemm ksur ta' deċiżjoni tal-Qorti. Dan wara li fl-2016, l-omm kienet akkużata li kisret digriet tal-Qorti minħabba li ma tatx aċċess lill-missier għall-wild tagħhom. Isem l-omm mhux jixxandar biex il-wild ikun protett. L-Imħallef Giovanni Grixti, mill-Qorti tal-Appell stqarr li skont digriet li ngħata mill-Qorti tal-Familja, l-aċċess kellu jseħħ taħt superviżjoni fl-Aġenzija Appoġġ darba fil-ġimgħa għal siegħa, u f'ħin li tistabilixxi l-Aġenzija Appoġġ. Il-Qorti kkonkludiet li biex l-omm tkun kisret dan id-digriet, ried qabel xejn ikunu ġew stabbiliti data u ħin għal dan l-aċċess mill-Appoġġ, xi ħaġa li sa dak il-mument kienet għadha ma saritx. Il-Qorti għalhekk illiberat lill-omm minn kull ħtija.
1entailment
Mistenni jkollna aktar maltemp...
Fl-aħħar jiem, pajjiżna kien qed igawdi minn xemx tiżreġ bħal donnu l-istaġun tas-Sajf kien beda. Iżda llum qomna b'temp bix-xita, sħab iswed u maltemp. Filfatt, it-tbassir tal-Uffiċju Meterjoloġiku kien li tul il-ġurnata tal-Erbgħa, mistenni jkollna l-maltemp. L-ogħla temperatura llum hija ta' 14-il grad celcius u se tinżel għal 11-il grad celcius. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn it-temp fil-jiem li ġejjin, se jkollna taħlitha ta' temp sinonimu mar-Rebbiegħa u temp aktar sinonimu mal-ġranet Xitwin. Dan hekk kif il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt huwa mistenni li jkollna temp sabiħ, iżda mill-Ħadd huwa mbassar li jerġa' jkollna x-xita. Iżda għal dawk li beħsiebhom jerħulha jsegwu r-Regatta nhar Jum il-Ħelsien, t-temp mistenni jkun xemxi.
1entailment
‘Pass lura’; Dalli u Metsola dwar is-summit tal-UE
Il-Knisja Kattolika għandha tqis mill-ġdid il-mod kif tħares u taġixxi lejn koppji li mhumiex miżżewġa, nies iddivorzjati, dawk li żżewġu aktar minn darba u s-single parents. Id-dokument, Instrumentum Laboris , li ħareġ il-Vatikan bi tħejjija għas-sinodu tal-isqfijiet dwar il-familja li se jsir f’Ottubru, jgħid li ħafna Kattoliċi qed isibuha diffiċli jaċċetta id-dutrina tal-Knisja dwar il-kontroll tat-twelid, id-divorzju, l-omosesswalità, koppji li jikkoabitaw, infedeltà, sess qabel iż-żwieġ u fekondazzjoni assista permezz tal-IVF.. Instrumentum Laboris huwa msejjes fuq dak li qalu l-qassisin u l-lajċi fil-kwestjonarju dwar l-isfidi pastorali tal-familja fil-kuntest tal-evanġelzzażżjoni. Jgħid li ħafna diffiultajiet li jiltaqgħu magħhom il-miżżewġin fil-ħajja huma frott ta’ nuqqas ta’ tagħlim sod f’dak il-qasam, kif ukoll minħabba s-sekulariżmu, ir-relartivviżmu u gratifikazzjoni sesswali. Madankollu, d-dokument jinsisti dwar kemm hu importanti li l-Knisja turi ħniena lejn dawk li qed isibuha diffiċli jaċċettaw it-tagħlim tal-Knisja. Id-dokument fih tmien paġni dwart is-separazzjoni, id-divorzji u ż-żewġ mill-ġdid u jagħti għarfien tal-weġgħat ta’ ħafna Kattoliċi divorzjati u li reġgħu żżewġu  iżda li jixtiequ jitqarbnu. Waqt li jgħid li l-Knisja Kattolika ma tistax taċċetta unjoni bejn koppji gay, għandha tgħammed tfal li jkunu qed jgħixu ma’ koppju gay kemm-il darba l-ġenituri jkunu jridu. Dawn it-tfal għandhom jingħartaw l-istes attenzjoni bħal tfal oħra. Id-dokument jgħid li l-konferenżi episkopali madwar id-dinja kollha huma kontra l-legiżlazzjoni ta’ nies ta’ l-istess sess. Is-sinodu ta’ Ottubru huwa l-ewwel wieħed minn żewġ laqgħat li għandhom joħorġu linji ġwida pastorali dwar il-familja. Is-sinodu l-ieħior se jsir is-sena d-dieħla.
0not_entailment
Surġent li ma kienx xogħol jarresta raġel li seraq vettura
N13 se tibda topera kuljum billejl minn Tas Sliema sa Buġibba kull nofs siegħa Malta Public Transport illum qed tibda topera rotta ġdida ta’ billejl bejn Tas-Sliema u Buġibba. Ir-rotta N212 se topera tul waħda mill-aktar rotot popolari peress li tgħaqqad Sliema Ferries u San Ġiljan ma’ Buġibba, mit-Tnejn sal-Ħadd. Ir-rispons pożittiv għar-rotta ta’ bi nhar bejn Tas-Sliema u Buġibba, numru 212, wassal lill-Malta Public Transport biex iżżid is-servizz mal-iskeda ta’ billejl sabiex tkun tista’ taqdi aħjar lill-passiġġieri. Din l-introduzzjoni tiġi wara s-suċċess li rat l-estensjoni tasservizz ta’ matul il-ġimgħa fuq ir-rotta N13 u r-rotta gdida N91. Ir-rotta ġdida N212 toħroġ minn Sliema Ferries għal San Ġiljan – Triq il-Kosta – San Pawl il-Baħar – Buġibba Terminus kull 30 minuta minn 23:12 sa 00:42. Il-vjaġġ lura jitlaq minn Buġibba Terminus – Qawra – Triq il-Kosta – San Ġiljan – Sliema Ferries kull 30 minuta minn 23:05 sa 00:35. Aktar dettalji dwar is-servizz jinstabu fuq is-sit ta’ Malta Public Transport.
0not_entailment
Konrad Mizzi jwaqqa' l-libelli li fetaħ dwar il-Panama Papers u ħasil ta' flus
Il-kumpanija ċinematografika Universal ħabbret li l-iskeda pjanata għal ġbid tal-film "Jurassic World: Dominion" f'Malta ser tkun qed tiġi mnaqqsa wara ż-żieda ta' każi ta' Covid-19 f'pajjiżna. Kelliema għall-kumpanija spjegaw li l-filming ser ikun qed jibda fl-aħħar ta' dan ix-xahar u jissokta tul ix-xahar ta' Settembru madanakollu l-ħidma ser tkun qed issir b'kawtela u attenzjoni, iżda l-ammont ta' xogħol li ser ikun qiegħed jittellgħa ser ikun wieħed minimu meta kkumparat mal-pjan oriġinali. Fl-aħħar jiem tħabbar li l-attur prinċipali Chris Pratt mhux ser ikun qed jiġi Malta u minflok ser ikun qed jaħdem ix-xeni li suppost ħadem fil-Gżejjer Maltin quddiem green screen . Mal-wasla tal-membri tal-crew tal-film, fil-11 ta' Awwissu, 4 minnhom ittestjaw pożittiv għal Coronavirus bil-konsegwenza li huma flimkien mal-kollegi tagħhom kellhom jitqiegħdu taħt kwarantina.
0not_entailment
Egan Bernal isir l-ewwel Kolombjan rebbieħ tat-Tour de France
Egan Bernal sar l-iżgħar ċiklist f’110 snin li rebaħ it-Tour de France wara li Caleb Ewan rebaħ l-aħħar stadju fi sprint tradizzjonali f’Pariġi. Bernal sar l-ewwel Kolombjan rebbieħ wara li kif inhi t-tradizzjoni fl-aħħar stadju min ikun l-ewwel ma jkunx sfidat. Hu qasam il-linja id f’id ma’ sħabu ta’ Team Ineos fosthom ir-rebbieħ tas-sena l-oħra Geraint Thomas li spiċċa t-tieni din id-darba. Thomas kien il-mexxej tat-tim flimkien ma’ Bernal iżda l-preparazzjonijiet tiegħu tħarbtu wara li ħabat ħabat meta kien għaddej b’50 mil fis-siegħa fit-Tour de Suisse f’Ġunju. Hu kellu jabbanduna dik it-tellieqa u fit-Tour de France kellu tliet ħabtiet żgħar. Geraint Thomas kien qabel Bernal għal ħafna mit-tellieqa iżda l-Kolombjan kien aktar b’saħħtu fl-aħħar ġimgħat fl-Alpi u temm rebbieħ b’minuta u 11-il sekonda, filwaqt li l-Olandiż Steven Kruijswijk spiċċa t-tielet 20 sekonda wara Thomas. Ir-rebħa ta’ Bernal hi s-seba’ waħda fl-aħħar tmien snin għal tim Britanniku wara li Ineos ħadu t-tmexxija ta’ Team Sky aktar kmieni din iss-ena. Bradley Wiggins kien sar l-ewwel Britanniku rebbieħ tat-tellieqa fl-2012, b’Chris Froome jirbaħ fl-2013 qabel rebaħ fl-2015, l-2016 u l-2017, b’Geraint Thomas jirbaħ is-sena l-oħra. Fuq in-naħa l-oħra, Bernal hu biss it-tielet Kolombjan li rebaħ wieħed mit-tliet Tours il-kbar. Nairo Quintana rebaħ il-Giro d’Italia fl-2014 u  La Vuelta fl-2016 filwaqt li Luis Herera kien rebaħ La Vuelta fl-1987. Bernal hu t-tielet l-iżgħar rebbieħ fl-istorja kollha tat-Tour de France. Il-Franċiż Henri Cornet kellu 19-il sena meta kien ingħata r-rebħa b’mod kontroversjali fl-1904 u Francois Faber tal-Lussemburgu kien ftit jiem iżgħar minn Bernal meta rebaħ it-titlu fl-1909. Klassifika finali: 1. Egan Bernal (82:57.00), 2. Geraint Thomas (+1.11), 3. Steven Kruijswijk (+1.31), 4. Emanuel Buchmann (+1.56), 5. Julian Alaphilippe (+3.45), 6. Mikel Landa (+4.23), 7. Rigoberto Uran (+5.15), 8. Nairo Quintana (+5.30), 9. Alejandro Valverde (+6.12), 10. Warren Barguil (+7.32) Kif spiċċaw il-21 stadju: 1. Caleb Ewan, 2. Dylan Groenewegen, 3. Niccolo Bonifazio, 4. Max Richeze, 5. Edvald Boasson, 6. Andre Griepel, 7. Matteo Trentin, 8. Jasper Stuyven, 9. Niklas Arndt, 10. Peter Sagan
1entailment
Matthew Asciak favorit li jerġa’ jirbaħ it-tournament tal-Masters
Ilbieraħ saret it-tnedija uffiċjali tal-BOV Tennis Masters Tournament li se jsir fil-Marsa Sports Club f’dawn il-jiem sat-22 ta’ Diċembru. F’dan l-aħħar kampjonat tas-sena, se jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-aqwa tmien plejers Maltin. Il-plejers se jinqasmu f’żewġ gruppi ta’ erba’ plejers, bl-ewwel żewġ plejers minn kull grupp jikkontestaw is-semifinali, bil-finali ssir il-Ħadd 22 ta’ Diċembru fis-2.30pm. Sfortunatament ir-rebbieħ tas-sena l-oħra Matthew Cassar Torreggiani mhux se jkun jista’ jiddefendi t-titlu minħabba li jinsab imweġġa’. B’hekk Matthew Asciak li hu rebbieħ ta’ dan it-tournament sitt darbiet, jibda favorit li jerġa’ joħroġ rebbieħ wara li tilef it-tournament tas-sena l-oħra minħabba li kien imweġġa’. Preżenti għal din il-konferenza stampa kien il-President tal-Malta Tennis Federation David Farrugia Sacco u l-Eżekuttiv tal-PR u Marketing tal-BOV Charles Azzopardi. Ir-rappreżentant tal-BOV qal li hu ta’ pjaċir li jkun hemm parteċipazzjoni mill-edizzjonijiet passat u plejers żgħażagħ li qed jieħdu sehem fil-kampjonat ta’ din is-sena. Waqt it-tnedija tal-kampjonat, Farrugia Sacco ppreżenta ċertifikati maħruġa lill-parteċipanti għall-attendenza tagħhom f’korsa għall-uffiċjali li sar riċentament mill-Federazzjoni. Grupp A – Matthew Asciak, Mark Gatt, Liam Delicata, Julian Sammut Grupp B – Denzil Agius, Omar Sudzuka, Alex Degabriele, Benjamin Farrugia
1entailment
Sanchez jibqa’ l-art…minħabba l-kumpanija tiegħu f’Malta
Iċ-Ċilen Alexis Sanchez spiċċa tilef it-tour ta’ Manchester United fl-Istati Uniti minħabba li ma nħarġitlux Visa. Ir-raġuni hi sempliċi – bħalissa Sanchez qed jiskonta sentenza sospiża wara li nstab ħati ta’ frodi fit-taxxa, u allura dan jagħmlu mhux eleġibbli biex jivjaġġa lejn l-Istati Uniti għal-logħob ta’ qabel l-istaġun. Il-każ ta’ Sanchez imur lura għall-2012 u l-2013 meta l-attakkant kien jilgħab ma’ Barcelona. Jirriżulta li hu poġġa’ mal-miljun ewro f’kumpanija immbażata f’Malta, liema flus ma kienux dikjarati. Sanchez ingħaqad ma’ Manchester United f’Jannar li għadda, u sa issa ftit li xejn ħalla mpatt mar-Red Devils.
1entailment
L-Air Malta b'offerta esklussiva għall-istudenti
Fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti għadu kif intemm it-tieni għadd li matulu, tqassmu l-voti li kiseb fuq il-kwota, il-kandidat tal-Partit Laburista Alfred Sant. Dawn tqassmu kif ġej: Partit Laburista Bianco Lino 8,205 Camilleri Clint 13,941 Cordina Peter 966 Cuschieri Joseph 12,040 Dalli Miriam 26,932 Farrugia Borg Mario 1,390 Gouder Charlon 7,695 Grixti Ivan 1,754 Mizzi Marlene 17,294 Sant Alfred 35,979 E Schembri Deborah 7,423 Vella Fleur 598 Partit Nazzjonalista Bugeja Raymond 7,851 Casa David 19,591 Comodini Cachia Therese 7,863 Cutajar Kevin 5,420 Ellul Helga 2,981 Mallia Stefano 5,666 Metsola Roberta 32,366 Plumpton Kevin 1,240 Shaw Jonathan 2,089 Vella Norman 7,102 Zammit Dimech Francis 8,669 Alternattiva Demokratika Cacopardo Carmel 1,545 Cassola Arnold 5,948 Imperium Europa Baldacchino Arlette 456 Galea Antoine 105 Lowell Norman 6,295 Alleanza Liberali Sammut Jean-Pierre 204 Alleanza Bidla Calleja Anthony 243 Grech Mintoff Ivan 784 Ajkla Bonnici Nazzareno 1,216 Issa jmiss li jaqa’ l-kandidat bl-inqas ammont ta’ voti li huwa Galea Antoine mill-Imperium Europa u jibdew jitqassmu l-voti tiegħu skont it-tieni preferenza. L-aktar kandidata li wirtet voti mingħand il-kandidat tal-Partit Laburista Alfred Sant kienet il-kandidata f’isem l-istess Partit, Miriam Dalli li kisbet 3,453 vot, segwita mill-kandidata Marlene Mizzi li kisbet 3,237 vot.
0not_entailment
€259,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti għal patrimonju, kompetizzjonijiet tal-isport u restawr
Nhar l-Erbgħa 23 ta' Mejju, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qassam ittri ta' mpenn mill-Fond tal-Lotteriji Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti lil ħdax-il organizzazzjoni minn oqsma differenti. F'laqgħa li saret fil-Ministeru għall-Finanzi fil-Belt Valletta, il-Ministru Scicluna kellu wkoll l-okkażjoni li flimien mar-rappreżentanti ta' dawn l-għaqdiet, jiddiskuti l-proġetti li se jitwettqu fi ħdan il-komunità Maltija. Dawn il-proġetti jvarjaw bejn restawr u rinovazzjoni ta' diversi opri ta' patrimonju nazzjonali f'postijiet reliġjużi, parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet tal-isport internazzjonali, għaqdiet li jipprovdu għajnuna fis-soċjetà lil nies li għandhom bżonnha, kif ukoll restawr ta' siti nazzjonali. Dawn l-għotjiet mill-Fond għall-Kawżi Ġusti b'kollox jammontaw għal €259,000.
1entailment
Editorjal | Prodott ta’ sitt stilel, bħal Buġibba jiġifieri?
Tajjeb li nitkellmu fuq il-bżonn li jkollna lukandi ta' sitt stilel ... imma għandna infrastruttura ta' sitt stilel? Ġimagħtejn ilu dan l-ispazju kien iddedikat għall-kwistjoni tal-Corinthia u l-prezz tal-art li biha se tingħata lill-International Hotels Investments. Dakinhar konna għamilna aċċenn qasir għall-kwalità tal-infrastruttura u servizz li qed noffru bħala pajjiż. Fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat dwar turisti li ġejjin (jew irridu li nġibu f’pajjiżna) u li jridu jonfqu €5,000 kull lejl, jagħmel sens li nerġgħu niftħu aktar l-argument tal-gazzetta dwar il-kwistjoni. Ħa nibdew minn dak li suppost huwa ovvju imma mid-dehra mhuwiex. It-turisti mhux se jiġu pajjiżna biex jaraw il-flats u lanqas biex jaraw skyscrapers u bini għoli. Biex jaraw il-flats u bini għoli jistgħu jibqgħu d-dar. Ħafna, ejja ngħidu maġġoranza tat-turisti, qed jiġu pajjiżna biex iduqu mill-karattru veru Malti; il-karattru tal-irħula, tal-ikel tagħna, il-karattru arkitettoniku u l-karattru tal-poplu tagħna. Karattru Mediterranju li jistgħu jarawh f’pajjiżi oħrajn bħal Greċja, l-Italja, il-Katalunja (Spanja), Ċipru, il-Marokk, it-Tuneżija, it-Turkija u pajjiżi oħrajn. Il-kompetizzjoni hija ħarxa ħafna u iebsa. U allura tajjeb nistaqsu lilna nfusna, b’mod sobriju, lil hinn mill-ħafna kliem sabiħ u ħolm; l-infrastruttura ta’ pajjiżna hija ta’ sitt stilel? Għandna l-indafa ta’ sitt stilel f’żoni turistiċi? It-toroq, il-bankini u aktar huma ta’ sitt stilel? Is-servizzi tagħna li se jużaw it-turisti, notevolment it-trasport pubbliku, huma ta’ sitt stilel? Nagħtu eżempju. San Pawl il-Baħar hija l-lokalità bl-akbar numru ta’ sodod għall-akkomodazzjoni u tilqa’ fiha persentaġġ qawwi ta’ turisti. Nistaqsu lilna nfusna; qed noffru infrastruttura ta’ sitt stilel hawnhekk? L-awtoritajiet lanqas biss qed jirrikonoxxu li f’din il-lokalità hemm problema qawwija ta’ skart u ħmieġ kullimkien. Lanqas biss qed jirrikonoxxu li nofs it-toroq u l-bankini huma mkissrin. Lanqas biss qed jirrikonoxxu li f’din il-lokalità l-aħħar darba li sar żvilupp bi sforz  serju ta’ titjib qawwi kien fl-1997, taħt Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant. Aħseb u ara kemm hemm prodott ta’ sitt stilel! 20 sena għall-elementi tan-natura ilha tiffaċċja l-infrastruttura ta’ Buġibba/il-Qawra u minflok nużaw ftit mill-flus kbar maħluqin minn ekonomija b’saħħitha biex f’proġett wieħed jew tnejn nagħtu mbuttatura qawwija infrastrutturali liż-żona (toroq ġodda, bankini ġodda, promenade ġdid, parkeġġ ġdid, spazji miftuħa, dixxiplina stretta fit-tindif...) qed noqogħdu nitqammlu u nixxaħħu mal-akbar lokalità turistika u allura ma’ waħda li minnha naqilgħu ħafna flus. Dan apparti li sajf wara sajf għadna mhux qed infornu biżżejjed għad-domanda qawwija immens li jkun hemm għat-trasport pubbliku f’din il-lokalità. U dan apparti wkoll il-ġungla li litteralment hemm f’ċerti żoni, grazzi għal numru żgħir ħafna ta’ negozji. Dawra ma’ Buġibba u l-Qawra u tista’ testendi għax-Xemxija, żona li suppost hija fost l-aqwa f’Malta għax hija kruċjali għall-ekonomija, turik li minflok infrastruttura ta’ sitt stilel, għandna waħda li bilkemm tlaħħaq ma’ tlieta. U mhux din iż-żona biss. Ħafna żoni oħrajn spiċċaw prattikament sit ta’ kostruzzjoni, kull kantuniera b’xi blokka tielgħa u krejnijiet kullimkien. Tajjeb li nitkellmu dwar il-lussu, imma tajjeb ukoll li l-Gvern apparti li jiftaħar bil-ħidma tal-privat jiċċaqlaq naqra u jagħti imbuttatura akbar min-naħa tiegħu biex iż-żoni turistiċi jaraw titjib u jeċċellaw. Dak li qed isir s’issa forsi huwa tajjeb, imma ċarament mhux biżżejjed biex ikollna destinazzjoni ta’ sitt stilel. Din il-filosofija ta’ kollox f’idejn il-privat qed tinsa fatt importanti: il-privat mhux se jagħmel il-bankina u l-bozza u l-promenade u mhux se jtejjeb it-toroq f’żoni turistiċi u lanqas se jmur inaddaf il-ħmieġ li xi kultant jitħalla ġranet sħaħ jiġri, għax minn dan kollu mhux se jagħmel profitt. Dak xogħol il-Gvern, li mit-taxxi li nħallsu jara li joffri prodott ta’ sitt stilel mill-lukanda ’l barra. Għandna pajjiż li jista’ jkun ġojjel però sfortunatament  għad hawn wisq nies maħmuġin li m’għandhom ebda sens ta’ rispett lejn pajjiżna, kemm Maltin u anke barranin. Għad m’hemmx biżżejjed infurzar fuq min iħammeġ. Min-naħa l-oħra iżda nħossu illi meta tpoġġi t-titjib ekonomiku qawwi li qed jesperjenza dan il-pajjiż fuq il-miżien u tqabblu mal-progress u titjib f’żoni turistiċi, inħossu li għad fadal bil-wisq xi jsir. Ilna ngħidu li pajjiżna għandu bżonn tindifa ġenerali minn meta kien hemm in-Nazzjonalisti fil-Gvern u kien hemm iċ-CHOGM. Dejjem l-istess kantaliena, dejjem nittamaw li pajjiżna jinżamm nadif tazza u organizzat. Sfortunatament iżda Malta (mhux daqstant Għawdex) djamant maħmuġ kienet u hekk għadha. Ma nagħmlux bħal dak in-nemlu l-għażżien li qagħad igawdi x-xemx waqt li kienet qed tiddi, imbagħad ma kellux x’jiekol meta wasal il-bard u l-maltempati tax-xitwa. Għax it-turist illum hawn u għada xi mkien ieħor.
1entailment
Patri Rabti akkużat b’abbuż sesswali
Patri Dumnikani mir-Rabat ta’ 54 sena mistenni jitressaq il-Qorti akkużat li abbuża sesswalment minn pazjenta b’nuqqas ta’ saħħa mentali. Il-Patri li qed jiċħad l-akkużi kontrih qiegħed jiġi akkużat ukoll li żamm lil mara kontra l-volonta tagħha u li wettaq atti indiċenti fil-pubbliku. Il-pulizija ilha 17-il xahar li ħadet azzjoni iżda l-każ għadu ma bedix jinstema’ għax il-patri ppreżenta ċertifikat tal-mard fil-qorti tliet darbiet. tvm.com.mt jinsab informat li l-patri Dumnikan għadu qed jeżerċita l-ordni sagri u baqa’ għaddej ukoll bis-sehem tiegħu fil-midja. Allegatament l-inċidenti seħħu f’diversi postijiet fuq perjodu ta’ snin. Il-mara li għandha madwar 40 sena kienet qed tingħata trattament wara attentat ta’ suwiċidju li kienet se tagħmel meta allegatament seħħ l-abbuż fuqha mill-qassis. Il-Pulizija qed tinvestiga wkoll allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali li seħħu fil-konfront tal-qassis minn nisa oħrajn. jinsab informat li dawn l-allegati abbużi sesswali ma sarux biss f’Malta iżda anke lil hinn minn xtutna meta l-qassis kien isiefer ma’ grupp ta’ devoti f’Lourdes.
1entailment