title
stringlengths 2
1.28k
| text
stringlengths 49
40.4k
| label
class label 2
classes |
---|---|---|
Ċedihomli please | Nhar il-Ħadd Simon qal li ġabar €3miljuni mill-iskema ta' dejn sigriet li hu flimkien ma' Ann Fenech varaw f'Ħamis ix-Xirka li għaddiet bil-għan li jġib f'postha l-qagħda finanzjarja tal-biża tal-Partit Nazzjonalista. Tgħidx kemm faħħarha l-Ann Fenech il-Ħadd li għadda. Miskina, ħadet biċċa xogħol bħal dik. Probabli faħħarha wkoll għax hi ħadet ċedola wkoll, ħarġet xi ħaġa mill-flus li l-kumpanija tagħha qed taqla' mill-Programm ta' Ċittadinanza b'investiment, li tgħidx kemm qal kontriha u li llum anke dawk ta' madwaru qed ibillu subagħom fiha ( good luck to them ). Il-problema imma, li b'dan l-att erojku ta' Ann Fenech ma nistgħux inkunu ċerti mija fil-mija u allura jkollna mmorru għall-ispekulazzjoni. Is-skema ta' dejn sigriet, isimha magħha, ħadd ma jaf xejn ħlief min iħawwad fil-borma. Il- king tal-Governanza, l- accountability u t-trasparenza żamm kollox mistur, ħadd ma jaf min qed iwaddab il-flus fil-PN, ħadd ma jaf kemm u ħadd ma jaf x'interessi hemm aktar. Ngħiduha kif inhi, inti, Ċikku l-poplu, lest li tinvesti fi skema ta' Partit fallut? Ma naħsibx. Jinvesti biss min għandu l-interess, li jagħti din id-donazzjoni, għax bottom line ta' kollox din hija donazzjoni, donazzjoni li ma tinqabadx bil-liġi tal-finanzjament tal-Partiti għax daru magħha mal-ewwel ċans li ġie. Persuni jew kumpaniji, li meta Simon jista' jkollu xi forma ta' poter jista' jpattilhom lura tal-għajnuna u jgħidilhom issa " ċedihomli please ", għentek mod ieħor. Hemm suspett, għax ma tistax taħseb mod ieħor, li dawn l-obbligazzjonijiet ġa bdew minn issa. Nieħdu l-kwistjoni tal- fish farms . Kif jista' xi ħadd li tkellem tant fuq l-ambjent, li kważi għamilu r- raision d'etre tal-eżistenza tiegħu fil-politika, joħroġ jiddefendi lil min qed iniġġiż il-bajjiet tagħna, jekk mhux għax għandu idejh marbuta?. Din l-iskema ta' dejn sigriet, mhux garantit u mingħajr trasparenza hija simili għal skemi ta' ħasil ta' flus, sistema li barra minn Malta faċilment jirrefu għaliha bħala frodi istituzzjonalizata.Għalhekk f'ġieħ it-trasparenza li tant iparla fuqha, għandu immedjatament jgħid min qiegħed f'din l-iskema ta' dejn. Hemmhekk forsi xi ħadd jibda jieħdu ftit bis-serjetà lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Hemm bżonn li he comes down clean fuqha. Hemm 300 ruħ bl-€10,000 il-wieħed? Hemm 100 ruħ bit-€30,000 il-wieħed? Hemm 30 ruħ b'€100,000 kull wieħed? Jew forsi 3 b'€1miljun kull wieħed?. Ħadd ma jaf. Bil-wiċċ kollu, jaf jirringrazzjani ta' dan il- blog , għax skont xibru, għamiltlu reklam. Għandu biex jiftaħar ħa ngħidlek. Fil-passat diġa' rajna negozjanti kbar jagħtu self lill-Partit Nazzjonalista, self li jammonta l-kwart ta' miljun. Xejn ġdid. Imma issa hemm hu u ma jista' jinħeba wara dell ħadd. L-arloġġ qed itektek għal Simon. | 1entailment
|
Issospendi d-diskussjonijiet mal-Corinthia - Żminijietna lill-Gvern | "Iva bħala Maltin u Ewropej" hija t-tema li ntgħażlet minn dawk li huma favur il-kaċċa fir-rebbiegħa. Waqt it-tnedija tal-kampanja referendarja, il-kelliem Daniel Xriha semma kif ftit individwi qed jippruvaw jeqirdu l-istil ta' ħajja ta' grupp f'minoranza u għalhekk ħeġġeġ lill-pubbliku biex jivvota "iva" għall-kaċċa fir-rebbiegħa. Ħabbar li mil-lum sar-referendum baqa' 42 jum u għalhekk, dawk favur il-kaċċa fir-rebbiegħa, se jkunu qed iħawlu siġra kuljum. Dawn se jkunu jinkludu siġar taċ-ċipress, l-irmied, tal-għargħar, pruna selvaġġa, rand u ballut. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, tkellmet ukoll Sylvana Zarb Darmanin li ddeskriviet l-azzjoni li wasslet għal dan ir-referendum bħala waħda "abbużiva". Qalet li filwaqt li Malta għandha tilqa' lill-barranin, qatt ma tista' taċċetta barranin li jgħidu lil Maltin x'għandhom jagħmlu f'art twelidhom. Semmiet l-eżempju tal-Ingilterra fejn qalet li l-kaċċa hi permessa tul is-sena kollha. Sostniet li ħadd ma għandu dritt ikeċċi lill-Maltin minn fuq art privata. Zarb Darmanin e sprimiet id-diżappunt tagħha kif din il-kwistjoni ġiet politiċizzata madanakollu apprezzat l-appoġġ li ntwera mill-Prim Ministru u mill-Kap tal-Oppożizzjoni favur il-pożizzjoni li qed jieħdu l-kaċċaturi Maltin. Irreferiet għall-kampanja li qed issir mill-għaqda SHout bħala kampanja mhux ibbażata fuq il-verità. Dr Kathleen Grima tkellmet dwar it-tema li ntgħażlet għal din il-kampanja "Iva bħala Maltin u Ewropej" u appellat lil kull grupp f'minoranza jrid joqgħod attent minn azzjonijiet bħal dawn. Grima sostniet li temmen li l-ebda individwu Malti m'għandu jerġa' jkun espost għal dak li qed jgħaddu minnu bħalissa l-kaċċaturi Maltin. Fakkret kif preżentament dan id-delizzju jista' jsir biss f'20 nofstanhar f'sena u ma eskludietx li fil-futur jista' jsir referendum ieħor dwar delizzji oħra. Reazzjoni ta' SHout B'reazzjoni għall-konferenza tal-IVA għall-kaċċa fir-rebbiegħa, il-grupp SHout sfida lill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti biex jiddibattu flimkien. Quddiem il-bini tal-Qorti, Mark Sultana, kelliem għal-LE, qal li jekk ir-referendum hu gwerra, allura l-art tal-ġlied għandu jkun dibattitu bejn iż-żewġ naħat. Il-kelliem ewlieni ta' Shout, Saviour Balzan qal li l-kaċċaturi vera mhumiex dawk li jilbsu l-ġlekkijiet "imma dawk li joħorġu fil-kampanja armati u lesti biex joqtlu dak kollu li jgħaddi minn fuqhom." | 0not_entailment
|
Sentenza mnaqqsa għal raġel li seraq, ħarab lill-Pulizija u kellu d-droga | Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħabbar li l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji liċenzjati mill-MFSA ġew ordnati jagħtu moratorju ta’ sitt xhur fuq il-ħlasijiet lura tal-kapital u l-imgħax lil min issellef u ġie milqut ħażin mill-Covid-19. B’konformità ma’ dawn ir Regolamenti, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ id-Direttiva 18 sabiex jiddefinixxi l-eliġibbiltà tal-moratorju u kundizzjonijiet oħra relatati mal-implementazzjoni. Il-Bank Ċentrali qal li l-moratorju japplika għal self li ngħata qabel l-1 ta’ Marzu 2020; kemm jekk huma individwi, familji jew negozji, u li jistgħu juru li ġew affettwati ħażin mill-pandemija. Il-klijenti li iridu jagħmlu użu mill-morarorju jridu japplikaw mal-istituzzjonijiet li magħhom għandhom il-kont sat-30 ta’ Ġunju. Ġie ċċarat li l-banek ma jistgħu jimponu ebda penali meta japprovaw din is-sospensjoni tal-ħlas tal-kapital u l-imgħax għal perjdou ta’ sitt xhur, li jibdew mal-approvazzjoni tal-applikazzjoni. Fl-aħħar ġimgħat il-banek f’Malta ħabbru li qed joffru skemi ta’ moratorji li jvarjaw bejn tliet xhur u sena. | 0not_entailment
|
Ħabsi Ġermaniż suspettat fil-ħtif taċ-ċkejkna Madeleine | Raġel Ġermaniż ta’ 43 sena li vjaġġa madwar il-Portugall f’camper qiegħed jitqies bħala s-suspettat ewlieni fl-investigazzjoni b’rabta mal-għejbien taċ-ċkejkna Madeleine McCann 13-il sena ilu. Il-Pulizija temmen li r-raġel li fil-preżent jinsab il-ħabs fuq akkużi kriminali relatati mas-sess, dak iż-żmien li għebet it-tifla ta’ tliet snin kien fl-istess żona bil-camper tiegħu. Il-ġenituri ta’ Madeleine, Gerry u Kate rringrazzjaw lill-pulizija u qalu li l-ikbar xewqa tagħhom hi li binthom tinstab. Il-Pulizija intant qiegħda titlob għal informazzjoni rigward żewġ vetturi li jappartjenu għal dan ir-raġel. Dakinhar li għebet it-tifla, dan ir-raġel suspettat għamel trasferiment ta’ vettura tat-tip Jaguar fuq persuna oħra. It-tifla għebet mill-appartament waqt li l-familja kienu fuq btala fil-Portugall proprju fit-3 ta’ Mejju 2007. Il-ġenituri kienu qegħdin ma’ xi ħbieb tagħhom f’bar fil-viċin, iżda meta marru lura raw ħajjithom tinqaleb ta’ taħt fuq. | 1entailment
|
Car catches fire in Qormi | Il-panel tal-infurzar se jkun qiegħed jikkumplimenta x-xogħol tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ipjannar L-ILLUM tista’ tiżvela li se jkun qiegħed jitwaqqaf panel esklussivament għall-infurzar, bl-għan li jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija biex każijiet ta’ ksur ta’ permessi jiġu mismugħa. Il-panel tal-infurzar se jkun qiegħed jikkumplimenta x-xogħol tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ipjannar. Din il-gazzetta hija infurmata li l-infurzar fih l-iktar każijiet li jinvolvu provi, u għaldaqstant l-aktar każijiet li jridu seduti. Bi tribunal li jieħu ħsieb oqsma usa’ mill-infurzar innifsu, is-seduti tal-infurzar kienu qed jiġu differiti kull tliet xhur biex jiddaħħlu seduti tal-permessi. Bit-twaqqif ta’ panel li speċifikament jitratta dawn il każijiet, ikunu jistgħu jsiru seduti aktar spissi u l-każijiet jingħalqu b’aktar ħeffa, biex fejn hemm illegalità din kemm jista’ jkun ma tkomplix issir, kemm fil-każ ta’ ksur ta’ liġi tal-ippjanar u wkoll ksur ta’ liġi ambjentali. Hekk ukoll b’dan il-panel ġdid, li ser iħaffef il-każijiet t’infurzar u jkollu seduti aktar spissi, iż-żewġ partijiet, inkluż l-Awtorità, ikollhom żmien biżżejjed biex iressqu l-provi tagħhom u jiġi ggarantit smigħ xieraq. Ikkuntatjat dwar dan, il-Ministru għall-Ambjent u l-Ippjanar Aaron Farrugia qal li din se tkun waħda mill-bidliet li se ssir sabiex jassigura li jkun hemm iktar serjetà u effiċjenza fl-infurzar tal-Awtorità tal-Ippjanar. “Mhux aċċettabbli li l-Awtorità ma tingħatax iċ-ċans li taħdem b’effiċjenza. L-ippjanar huwa dekasteru sensittiv u importanti għall-pajjiż, u jeħtieġ li l-infurzar isir sewwa u fil-ħin, u l-Awtorità u l-bord ikunu jistgħu jiffunzjonaw mill-aħjar mod possibbli. B’dan il-panel ġdid l-infurzar se jingħata iktar importanza u jissaħħaħ.” | 0not_entailment
|
Proġetti biex jonqsu n-nies fir-riskju tal-faqar | Il-pandemija tal-coronavirus qed tkompli tippersisti u l-każijiet dejjem jiżdiedu. Dan jidher evidenti anke fil-futbol, fejn f'din il-waqfa ta' ġimgħatejn mill-kampjonati lokali minħabba l-logħob internazzjonali, qed jinstabu iżjed plejers pożittivi. Il-plejer ta' Inter Ashley Young tħabbar mill-klabb li nstab pożittiv, hekk kif din l-aħbar tpoġġi iżjed f'dubju d-derby ta' bejn Inter u Milan. Dan wara li fit-tim ta' Conte nstabu każijiet oħra ta' plejers, li huma Alessandro Bastoni, Milan Skriniar, Radja Nainggolan, Roberto Gagliardini u Ionut Radu. Milan sabu wkoll lil Matteo Gabbia li jinsab f'iżolament, filwaqt li Zlatan Ibrahimovic fieq mill-virus. Iżjed każijiet mill-kampjonat Taljan huma Koray Gunter u Antonin Barak ta' Hellas Verona, filwaqt li Udinese ħabbru ukoll każ imma ma kienx plejer. Barak instab pożittiv waqt l-impenji tiegħu mar-Republika Ċeka, fejn lagħab ukoll il-partita kontra Ċipru nhar l-Erbgħa li għadda. Il-plejer ta' Liverpool Naby Keita wkoll instab pożittiv waqt li jinsab mat-tim nazzjonali tal-Guinea. It-tim tal-Irlanda sabu plejers pożittiv ftit siegħat qabel il-partita kontra Wales. Dan sforża erba' plejers oħra li kellhom kuntatt dirett ma' dan il-plejer biex imorru f'iżolament u ma jieħdux sehem fil-logħba. Nir Bitton tal-Iżrael u ta' Celtic ukoll instab pożittiv. Fuq aħbarijiet oħra, Marcus Rashford ta' Manchester United ingħata l-MBE award mingħand ir-reġina tal-Ingilterra għas-serviżż tiegħu mat-tfal vulnerabbli fl-Ingilterra waqt il-pandemija tal-coronavirus. Hu assigura li t-tfal jirċievu ikel b'xejn tul is-sajf kollu. | 0not_entailment
|
Chris Cardona mistenni jħalli x-xena politika: elezzjoni oħra fil-PL | Tibqa' fuq l-aġenda l-kwistjoni tal-immigrazzjoni bid-diskussjoni bejn il-Ministri tal-Intern tal-Unjoni Ewropea tkun fuq proposti ġodda li saru taħt il-Presidenza Slovakka. Proposti li għalkemm fihom il-pożittiv tagħhom Malta ma qablitx magħhom kif inhuma, bil-Ministru Carmelo Abela fl-istess ħin jinnota l-importanza li d-diskussjoni għaddeja lejliet il-presidenza Maltija li waħda mit-temi hija proprju s-suġġett. | 0not_entailment
|
Billboards illegali jridu jitneħħew sal-20 ta’ Ġunju | Transport Malta u l-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) taw ultimatum lis-sidien u l-operaturi ta’ billboards bla permess, biex ineħħuhom sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Ġunju. F’avviż fil-gazzetti ta’ llum, iż-żewg awtoritajiet qalu li jekk l-avviż jiġi njorat, il-billboards se jitneħħew u jinqerdu għas-spejjeż tas-sidien. Transport Malta u l-MEPA avżaw ukoll li fil-jiem li ġejjin se jaġġornaw il-liġi li tirregola r-reklamar fuq il-billboards. | 1entailment
|
Frank Portelli Jitlob Inkjesta Fuq L-Aħħar Żewġt Imwiet F'Mater Dei | Fuq facebook tiegħu, Dr. Frank Portelli tella' status fejn qed jitlob inkjesta pubblika fuq l-aħħar żewġt imwiet li saru fl-Isptar Mater Dei. Kiteb ukoll li dawn mietu bla bżonn u jappella biex isir minn kollox biex huma ma jkunux mietu ta' xejn. Sadanittant, filgħodu kiteb li llum huwa mistenni li jkun hemm madwar 60 każ ġdid ta' persuni nfettati bil- Covid-19 . inkjesta | 1entailment
|
Kollox lest għall-bidu tal-programm Future Leaders | L-ajruplan li kien fuqu Sala kien għeb fil-21 ta’ Jannar Il-ġisem li ttella’ minn fdalijiet ta’ arjuplan li nstab taħt il-baħar huwa tal-plejer ta’ Cardiff City, Emiliano Sala. Dan kien ikkonfermat mill-Pulizija ta’ Dorset wara li kienu ilhom jiem għaddejin bit-tfittxija għall-ajruplan li għeb fil-21 ta’ Jannar. Sala, li għandu 28 sena kien fuq dan l-ajruplan u sa ftit tal-minuti qabel telaq, kien bagħat messaġġ lil sħabu jikkummenta fuq il-kundizzjoni tal-ajruplan. Il-ġisem ta’ Sala ttella’ nhar l-Erbgħa li għadda wara li l-ajruplan instab il-Ħadd. L-awtopsja saret ilbieraħ fejn ġie identifikat il-katavru. | 0not_entailment
|
Illejla Replay Preview fid-9:35pm fuq Net Television – Id-derby tant mistenni bejn Valletta u Floriana | Din hija tmiem il-ġimgħa interessanti għall-futbol Malti hekk kif it-tnax-il ġurnata tal-Kampjonat Premier se tkun qed toffri bosta partiti diretti u li għandhom sinifikat partikolari għall-partitarji tal-futbol Malti minħabba r-rivalità li teżisti. Il-programm Replay Preview tal-lejla, il-Ġimgħa fid-9:35pm fuq Net Television se jkun qed iwassal programm speċjali u interessanti, b’aċċenn dwar il-partita tal-ġimgħa u li se tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej, Valletta kontra Floriana. Bi produzzjoni ta’ Christian Micallef, f’Replay Preview tal-lejla se nkunu qed insegwu filmati tal-aħħar sessjonijiet ta’ taħriġ taż-żewġ timijiet rispettivi, kif ukoll kummenti tal-kowċis u plejers taż-żewġ naħat. Dan mhux kollox għaliex fil-programm tal-lejla se jkun hemm servizzi oħra interessanti b’rabta mal-konfront Valletta kontra Floriana. Se nsegwu dak li ġara fil-partiti riċenti bejn it-tnejn hekk kif Valletta llhom kważi sentejn ma jirbħu lil Floriana fil-Kampjonat Premier. Il-partiti preċidenti bejn Floriana u Valletta L-aħħar rebħa ta’ Valletta kontra r-rivali ġirien kienet fit-23 ta’ Jannar tal-2016 meta dak in-nhar, f’staġun li fiħ Valletta kienu eventwalment saru champions, rebħu 2-1 kontra Floriana. Dak in-nhar l-Arġentin Mauricio Ezequiel Villa kien fetaħ l-iskor minn penalty għal Floriana, b’gowl fl-ewwel taqsima iżda fit-tieni 45 minuta, Valletta dawwru kollox favur tagħhom. L-ewwel b’gowl tal-attakkant Brażiljan, Jhonnattan fid-69 minuta imbgħad b’gowl deċiżiv u tar-rebħa skorjat mis-sostitut Niġerajn, Uchenna Calistus Umeh erba’ minuti mit-tmiem tal-partita. Rebħa ta’ 2-1 għal Valletta li sal-llum, sena u għaxar wara, għadha l-aħħar rebħa li l-Beltin kisbu fuq Floriana. L-aħħar rebħa ta’ Floriana kontra Valletta tmur lura għal jum l-Indipendenza tal-2016. Dak in-nhar, fl-ewwel partita tal-istaġun bejn Floriana u Valletta, Floriana ta’ Giovanni Tedesco jirbħu 2-0 kontra Valletta. Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Tedesco bħala kowċ f’dan id-derby. Floriana kienu fetħu l-iskor fit-32 minuta grazzi għal Amadou Samb u fid-69 minuta Fontanella rrdoppja għal 2-0. Wara dik il-partita kien hemm żewġ konfronti oħra bejn Floriana u Valletta u t-tnejn intemmu fi draw. F’Replay Preview tal-lejla se jkun hemm ukoll servizz ieħor speċjali, ‘Eku tal-Passat’ tar-rivalità bejn Floriana u Valletta fis-snin 90 b’intervisti mal-eks membru tal-kumitat ta’ Floriana, Julian Holland u l-eks President ta’ Valletta, Joe Caruana Curran. Matteo Piciollo u Kyrian Nwoko l-aqwa plejers għax-xahar t’Ottubru Fil-programm tal-lum ikun hemm ukoll servizzi dwar il-partiti l-oħra ta’ tmiem il-ġimgħa fosthom id-derby tat-tramuntana bejn Naxxar Lions u Mosta li jintlagħab għada s-Sibt, kif ukoll servizzi dwar l-unuri tal-aqwa plejers għax-xahar t’Ottubru. Fil-każ tal-unur tal-plejer tax-xahar sponsorjat minn Videoslots.com ir-rebbieħ hu l-attakkant ta’ Valletta, Matteo Piciollo waqt li r-rebbieħ tal-aħjar plejer taħt it-23 sena sponsorjat minn Weetabix Protein, ir-rebbieħ hu Kyrian Nwoko ukoll ta’ Valletta. ‘X’Sar Minnhom?’ ma’ J J Aquilina Ikun hemm servizzi oħra interessanti, fosthom l-intervista ta’ kull ġimgħa, ‘X’Sar Minnhom?’ din il-ġimgħa mal-eks plejer internazzjonali Malti, ta’ Sliema Wanderers u Floriana, J J Aquilina kif ukoll servizz dwar il-Kampjonati l-oħra tal-MFA, b’aċċenn dwar il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, Replay Preview jixxandar illejla, il-Ġimgħa fid-9:35pm fuq Net Television u għandu presentazzjoni ta’ Sarah Agius. Christian Micallef hu l-moħħ ta’ dan il-programm u flimkien ma’ Stephen Chircop jipproduċu din il-produzzjoni sportiva b’differenza minn kwalunkwè programm ieħor sportiv u dwar il-futbol lokali f’Malta. George Cassar u Stewart Said huma parti mill-produzzjoni ta’ dan il-programm. Ħajr speċjali lill-isponsors tal-programm: Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Cheeky Monkey Gastropub tal-Belt Valletta, Bavaria Lager Malta, 33 Lager Malta, Videoslots.com, Konica Minolta u Office Group, Floors Of Stone, Betsson Group, Lanutti u JetFreight LimitedLimited, Weetabix Protein, Go Sport Malta, Lynx u Malta Football Players Association. | 1entailment
|
Mara tindarab gravi waqt argument bejn tliet persuni f'San Pawl il-Baħar | Imtella' Awwissu 8, 2020 - Aġġornata 8 Ta' Awwissu, 2020 7:08pm Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta' anzjana f'San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona tal-Balluta, għall-ħabta tal-4.30 p.m. Ir-raġel kien mgħammad meta daħal fir-residenza tal-anzjana ta' 75 sena, rabatha u serqilha xi affarijiet. Huwa ħarab minn fuq il-post b'ammont ta' ġojjelli u muniti. L-anzjana ma sofriet l-ebda ġrieħi. L-identità tal-ħalliel għadha mhix magħrufa. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-Iskwadra ta' Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin. Fost oħrajn qed jaraw il-filmati miġbuda minn kameras tas-sigurtà li jinsabu fiż-żona. | 0not_entailment
|
San Ġiljan jirbħu konfront dirett ieħor u joqorbu lejn ir-rebħ tal-kampjonat tax-xitwa | NEPTUNES WPSC………………2 SAN ĠILJAN TUM INVEST…..5 (0-1), (1-2), (0-1), (1-1) San Ġiljan Tum Invest komplew bil-mixja tagħhom lejn ir-rebħ tat-tieni kampjonat tax-xitwa konsekuttiv meta rebħu konfront dirett ieħor, din id-darba kontra Neptunes 5-2. Ir-riżultat hu ġust maż-żewġ timijiet hekk kif San Ġiljan, anki fl-assenza ta’ Dino Zammit, iddettaw il-logħob mill-bidu sal-aħħar u f’xi mumenti setgħu anki kabbru aktar l-iskor. Neptunes bl-iskwadra mimlija żgħażagħ, pruvaw inaqqsu d-danni kemm jista’ jkun u f’xi mumenti iżda bdew isibuha diffiċli biex ikunu theddida kontinwa għal Jake Tanti li reġa’ kellu prestazzjoni pożittiva. Kien Ben Plumpton li fetaħ l-iskor bl-uniku gowl tal-ewwel sessjoni, biex iż-żagħżugħ l-ieħor Andreas Galea u Aurelien Cousin għamlu l-iskor 3-0, b’Jordan Camilleri inaqqas id-distakk b’konklużjoni minn pożizzjoni ċentrali. San Ġiljan komplew jikkontrollaw il-logħba u f’sessjoni identika għall-ewwel waħda b’Peter Borg jiskorja mill-qrib, biex Ben Plumpton issiġilla r-rebħa b’azzjoni personali lejn it-tmiem. Jeremy Abela naqqas id-distakk b’gowl fl-aħħar sekondi. Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon, K. Erdogan, J. Culic, T. Agius, M. Tabone, S. Gravina, J. Camilleri (1), J. Abela (1), M. Zammit, M. Martellacci, M. Azzopardi, I. Bugeja San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), A. Galea (1), B. Grech, D. Zammit, M. Zammit, B. Plumpton (2), J. Galea, T. Said, A. Cousin (1), P. Fava, T. Micallef Referees: Peter Balzan, Ronnie Spiteri | 1entailment
|
23,700 flixkun b’xorb alkoħoliku fost l-affarijiet għall-bejgħ mid-Dwana | Id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed joħroġ għall-bejgħ eluf ta’ oġġetti maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Il-bejgħ bl-offerta se jsir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar, u fost l-oġġetti għall-bejgħ hemm 23,700 flixkun b’xorb alkoħoliku u inbejjed (12,500 flixkun inbid, 7,500 flixkun vodka, 3,200 flixkun whisky u 500 lixkun xorb ieħor li jinkludu liquers, gin, brandy u rum. Għall-bejgħ, wieħed isib ukoll 11,000 par żarbun, 9,600 tazza tat-te’, 5,000 compact disc covers, 96 pallet madum tal-ħajt, karozza Mercedes Benz, karozza Toyota Corolla, torches, 130 WCs kif ukoll sett sufan, pultruni u coffee table. Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mil-lum it-Tnejn 11 ta’ Ġunju 2108 sa dakinhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar). L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa, u l-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-1230pm u l-4pm. | 1entailment
|
"Għandi Ħolma Li Ngħin Nies Fil-Bżonn, B'mod Volontarjat" - Nicole Frendo | Lil Nicole Frendo nafuha mill-ewwel edizzjoni tal-programm X Factor Malta fejn rajnieha tasal ukoll sal-finali. Nicole kienet ukoll fil-ġurija tal-eurovision song contest ta' din is-sena, u bħalissa qed taħdem ukoll fuq proġett ġdid. Però lil hinn minn x factor u l-mużika, nicole għandha wkoll ħolma biex taħdem fil-volontarjat u tgħin nies fil-bżonn. Minn kemm ilni niftakar, l-X Factor minn dejjem kien ħolma kbira tiegħi. Il-fatt li għaddejt mill-ewwel audition, lura f' ġunju, diġà kienet xi ħaġa kbira għalija, aħseb u ara li wasalt sal-finali. Xi drabi għadni nqum u jkolli naċċerta lili nnifsi fuq x' ġara, għaliex kollox għadu jinħass qisu ħolma għalija! Il-fatt li kien hemm ħafna nies li issaportjawni u apprezzaw dak li kelli x'noffri, hija xi ħaġa indiskrivibbli u li timlini b'ferħ kbir. Li wasalt sal-finali servitni prova ta' xi ħaġa li verament nemmen fiha; meta taħdem u tirsisti għal dak li tħobb, kapaċi tasal 'l hinn minn fejn qatt ħsibt. Li wasalt sal-finali tal-x factor bil-ħila tiegħi, hija ta' sodisfazzjon kbir. Kienet ħolma li issa saret realtà. L-X Factor ġab fija bidla pożittiva mmens, kemm bidla mużikali u kemm dik personali. L-x factor laqqgħani mad-dinja tal-mużika u ġabni aktar konxja tagħha. L-għarfien mużikali tiegħi żdied ferm u rrealizajt kemm fil-verità, kien għad baqgħali ħafna x'insir naf dwar din l-industrija, u ċerta li għad baqgħali x'niskopri. Apparti minn hekk, rajt bidla fija nnifsi wkoll. Fejn qabel kont mistħija, issa sirt aktar kunfidenti. Mhux għax il-mistħija telqet kompletament, iżda sirt nemmen ħafna aktar fija nnifsi, xi ħaġa li vera kont inbati fiha. Fejn qabel il-palk kien ibeżżgħani, għax dejjem tlajt fuqu bil-ħsieb li se niġi mmaqdra, issa sar qisu t-tieni dar tiegħi. B'kull sinċerità, l-x factor mhux talli laħaq l-aspettattivi li kelli, iżda qabiżhom sew. Bqajt impressjonata bil-professjonalità u d-determinazzjoni li esperjenzajt. Mhux għax ma nemminx fit-talent malti, anzi pjuttost il-kontra, izda xi ħaġa meraviljuża hekk, kont għadni qatt ma rajt. Kienet avventura tal-bliegħ, li kont iffortunata biżżejjed biex inkun parti minnha. Kelli żewġ mumenti li kienu kemm ta' sfida iżda sbieħ għalija. Dawn kienu il-judges' houses u live show 2. Fil-judges' houses ġejt wiċċ imb'wiċċ ma' sfida pjuttost iebsa, għaliex howard keith, il-mentor tat-tfajliet fl-x factor, kellu jagħmel għażla diffiċli fejn kellu jagħżel tliet tfajliet biss biex jeħodhom miegħu għall-live shows. Ovvjament, bħal kulħadd, ma xtaqtx li l-avvenentura tiegħi tieqaf hemm, għaliex kienet għal qalbi ħafna. Il-fatt li emmen fija tfisser wisq għalija, u t'hekk jien ninsab grata ħafna lejh. Min-naħa l-oħra, live show 2, fejn kantajt purple rain tal-kantant prince, kien l-isbaħ mument għalija għalkemm kien wieħed stressanti wkoll. Id-diska hija magħrufa sew, u xtaqt li nagħmlilha ġid, b'hekk ħassejt ftit pressjoni mhux ħażin, però n-nies komplew miegħi u ħassejthom li apprezzawni, u ta' dan ser nibqa' nħossni grata lejhom. Dawn il-mumenti, fost oħrajn, ħallew impatt kbir fuqi u ser ngħożżhom f'qalbi għal dejjem. Matthew James huwa artist bravu ħafna, u nammirah għaliex għalkemm huwa persuna ta' talent kbir u magħruf sew mal-pubbliku, xorta waħda żamm saqajh mal-art . Meta aċċetta l-istedina sabiex ikanta miegħi fil-finali, kont fis-seba' sema. Id-dwett tagħna huwa għal qalbi ħafna u nħossni ixxurtjata ferm li kelli din l-opportunità sabiex inkanta ma' wieħed mill-idoli tiegħi. Ninsabu kuntenti ħafna li rċevejna rispons tant pożittiv mill-pubbliku. Lil dawk kollha li se jkunu parti mit-tieni staġun ta' x factor malta, nawguralhom minn qiegħ qalbi. Iġġieldu għall-ħolma tagħkom u qatt taqtgħu qalbkom. Aħdmu u stinkaw, u kunu ċerti li tmorru preparati għal kull fażi tal-kompetizzjoni. Apparti minn hekk, ngħidilhom biex jieħdu gost u jieħdu kemm jistgħu minn din l-esperjenza għaliex hija opportunità ta' darba. Fl-aħħar u mhux l-inqas, kantaw minn qalbkom, u jiġri x' jiġri kunu kburin bikom infuskom. Ir-reazzjoni tiegħi għal dik l-aħbar kienet pjuttost waħda ta' sorpriża, għaliex ma kontx qed nistennieha, iżda kienet ta' unur kbir għalija. Naprezza ħafna li ġejt fdata bi rwol daqshekk importanti. L-esperjenza kienet waħda sabiħa ferm iżda ta' sfida, għaliex sfidatni ħafna fl-għarfien mużikali tiegħi. Xorta waħda kont qed nagħmel xi' ħaġa li nħobb, u b'hekk hija esperjenza memorabbli ħafna, li kompliet tgħini nsaħħaħ l-għarfien tiegħi. Issa la għadda l-x factor, u ddedikajt ftit ħin għall-iskola wkoll, qed nippjana li noħroġ xi materjal ġdid. Minn mindu kont żgħira bdejt nikteb xi lirika 'l hemm u 'l hawn, u għandi ġenn sabiex naqsam l-esperjenzi li għaddejt minnhom f'ħajti ma' dawk li huma lesti jisimgħu, permezz tal-kant. F'ħajti ma nimmaġinanix nagħmel xi ħaġa oħra apparti nkanta, allura ninsab determinata biex nkompli nevolvi l-karriera tiegħi bl-aħjar mod possibbli. Permezz tal-mużika tiegħi nixtieq inxerred iktar imħabba u paċi. Nixtieq infakkar lil kulħadd li normali li nħossuna waħedna u mdejqin, iżda rridu nkunu hemm għal xulxin u nfakkru lil dawk ta' madwarna li huma maħbubin. Nixtieq nwassal il-messaġġ li ħafna nies esperjenzaw dak kollu li wiehed jista' jkun ikun qed jgħaddi minnu, u b'hekk jista' jiġi mifhum. Bażikament, bil-mużika tiegħi, nixtieq li ngħin lin-nies isiru jħobbu lilhom nfushom. Il-mumenti li naqsam ma' dawk li jissaportjawni, huma kollha memorabbli u ħelwin għalija, ma nistax naqbad u nagħżel mumenti partikolari. Però jkolli nammetti, li nieħu pjaċir wisq niltaqa' ma' tfal żgħar, għax niggustahom wisq u għandi mħabba kbira lejhom. X'ħin jaqbdu jistħu ma nkunx nista' nżomm lili nnifsi milli ngħaffiġhom miegħi, f'tgħanniqa kbira. Ftit mill-ħafna valuri u prinċipji li jien ċerta li ser inżomm tul ħajti kollha, huma dawk tar-rispett, umiltà u gratitudni. Jien persuna li nemmen ħafna bil-valuri u nemmen li jgħinuna ħafna fil-ħajja, għaliex immexxuna 'l quddiem biex nilħqu l-ħolm tagħna. Barra minn hekk jgħinuna biex naffaċjaw diversi ostakli li nistgħu niltaqgħu magħhom f' ħajjitna. Ir-rispett, sfortunatament, qed jonqos ħafna fid-dinja tal-lum, u nixtieq inkun waħda minn dawk li jgħinu nfakkru lil ċertu nies, it-tifsira veru tal-kelma 'rispett'. Il-valuri tal – umiltà u gratitudni nemmen ukoll li huma importanti ħafna meta wieħed jaħdem biex jikseb is-suċċess f'ħajtu, għaliex jgħinuna nibqgħu grati u dejjem jibqgħu ifakkruna minn fejn bdejna. Apparti l-ħolm li għandi relatat mal-mużika, għandi ħolm oħrajn. Fosthom hemm il-ħolma tal-ħtieġa li ngħin lil nies fil-bżonn, b'mod volontarjat. Nixtieq li npoġġi tbissima fuq wiċċ in-nies, għaliex dawn l-affarijiet jagħtuni sens ta' skop f'ħajti.. Ħolma oħra hija dik li nsir għalliema tal-primarja, għaliex nixtieq inrawwimhom b' valuri u lezzjonijiet li ser ikollom bżonn fil-ħajja. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. | 1entailment
|
17 Black bi profitt ta' miljuni meta l-Enemalta xtrat wind farm f'Montenegro | Yorgen Fenech għamel profitt mhux dikjarat ta' €4.6 miljun mix-xiri ta' wind farm f'Montenegro mill-Enemalta. Din l-informazzjoni ħarġet permezz ta' investigazzjoni konġunta bejn Stephen Grey minn Reuters u Jacob Borg mit-Times of Malta. Fix-xhur qabel inqatlet, il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kienet qiegħda tinvestiga l-kumpanija 17 Black, li wara l-assassinju tagħha, sar magħruf li sidha kien Yorgen Fenech. F'Novembru li għadda, huwa ġie arrestat hu u jipprova jaħrab minn Malta bil-jott tiegħu. Bħalissa qed tinstema' l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontrih, peress li hu suspettat li ordna l-qtil. F'Diċembru tal-2015, il-kumpanija 17 Black għamlet profitt mhux iddikjarat ta' €4.6 miljun meta l-Enemalta xtrat wind farm fil-Montenegro. Dan il-ftehim ġara wara li l-Ministru tal-Enerġija ta' dak iż-żmien, Konrad Mizzi, vjaġġa kemm-il darba lejn Montenegro għan-negozjati. Dak ix-xahar stess, jirrapporta r-Reuters, accountants ta' Mizzi u ta' Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, kitbu f'email li Schembri u Mizzi għandhom jirċievu pagamenti mingħand 17 Black għal servizzi li ma ġewx speċifikati. Dawn l-emails kienu parti minn applikazzjoni biex jinfetħu l-kumpaniji fil-Panama taż-żewġ irġiel. Fil-Parlament fi Frar li għadda, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi stqarr li qed jistenna bil-ħerqa l-ġurnata meta joħroġ fil-beraħ interess personali li għandhom Keith Schembri u Joseph Muscat fil-proġett tal-Gvern tal-wind farms f'Montenegro. Qed nistenna bil-ħerqa l-jum li toħroġ il-verità dwar il-wind farms f'Montenegro – Azzopardi F'April tal-2018, Schembri kkonferma ma' Reuters li l-kumpaniji tiegħu għandhom "draft business plan" ma' 17 Black li ma kienx ġie implimentat, imma ma tax aktar dettalji. Schembri qed jiġi investigat b'rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Caruana Galizia. L-eks Ministru Konrad Mizzi, li rreżenja mill-pożizzjoni tiegħu fil-qalba tat-taqlib politiku f'Malta f'Novembru u Diċembru tal-2019, meta bdew jiġu żvelati aktar dettalji fuq l-assassinju, jiċħad kwalunkwe involviment fl-assassinju. Lil Reuters kien qalilhom li m'għandux konnessjoni ma' 17 Black. Mistoqsi fuq il-vjaġġi lejn Montenegro, Mizzi qal li l-involviment tiegħu fil-proġett kien bħala Ministru responsabbli għall-Enemalta. Baqa' jiċħad li kellu xi sehem fi ftehim korrott. Reuters ma sab l-ebda evidenza li 17 Black għamlet pagamenti lil Schembri u Mizzi. Schembri ma kellux x'jaqsam mal-proġett fil-Montenegro – Enemalta Muscat, Schembri, u Mizzi għandhom jiġu arrestati – PN Il-Partit Nazzjonalista qal li Joseph Muscat, Keith Schembri, u Konrad Mizzi għandhom jiġu arrestati. Fi stqarrija l-PN qal li dan hu wkoll mument ta' prova għall-Prim Ministru Robert Abela li sa ftit tal-ġimgħat kien il-konsulent ta' Joseph Muscat u "biċċa waħda ma' Keith Schembri u Konrad Mizzi." Il-PN sejjaħ biex ix-xibka ta' korruzzjoni mfassla minn Joseph Muscat u sħabu tiġi meqruda darba għal dejjem. Il-PN spjega li minn dan il-proġett Yorgen Fenech daħħal €4.6 miljun fil-kumpanija sigrieta 17 Black li minnha Keith Schembri u Konrad Mizzi kellhom jirċievu €5,000 kuljum kull wieħed. "Għalhekk illum stess il-Pulizija għandha tarresta u tinterroga lil min kien imdaħħal fil-ftehim korrott li sar bejn l-Enemalta u l-Montenegro meta l-Ministru responsabbli kien Konrad Mizzi, l-Prim Ministru kien Joseph Muscat u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru kien Keith Schembri," qal il-PN. Rappurtaġġ addizzjonali: Christoph Schwaiger | 1entailment
|
Il-Prim Ministru jgħid li dan kien attakk fuq il-liberta’ tal-espressjoni | Fl-istqarrija tiegħu fil-parlament llejla l-Prim Ministru qal li dak li seħħ hu xokkanti fuq livell personali u għall-pajjiż u sostna li jittama li kull min hu ta’ rieda tajba hu ixxukkjat b’dak li ġara imma bħala pajjiż il-gvern ma jistax jieqaf billi jesprimi xokk. Dan il-pajjiż hu ferm aħjar minn hekk u dak li seħħ hu inaċċettabbli u ma jista’ qatt ikun skużat. Joseph Muscat espriema l-impenn poliitku tiegħu u tal-Gvern li jsiru l-investigazzjonijiet kollha. Hu qal li diġà tkellem mal-istituzzjonijiet responsabbli biex jagħmlu minn kollox biex dan l-attakk fuq il-libertà tal-espressjoni fil-pajjiż ikun solvut mlajar. Il-Gvern Malti diġà kellu kuntatt mal-Gvern Amerikan biex esperti tal-FBI jaslu Malta malajr fis-sigħat li ġejjin biex jgħinu lill-esperti lokali. Din il-miżura mhix nuqqas ta’ fiduċja l-esperti lokali anzi mod kif inżidu r-riżorsi tal-pajjiż. Il-Gvern jinsab f’kuntatt ma’ gverinijiet orħa Ewropej biex kull riżorsa ktun offruta lill-pulizija u lit-taqsima forensika. Joseph Muscat qal li hu Prim Ministru ta’ pajjiż imweġġa’ u sostna li minkejja li hu kien fil-mira ta’ Caruana Galizia, l-ebda azzjoni ma tista’ tkun ġustifikabbli. Dan hu delitt kontra kull min jemmen fid-demokrazija u fil-libertà tal-espressjoni. Dan id-delitt irid ikun solvut fl-iqsar żmien possibbli. Il-Prim Ministru qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Caruana Galizia kienet tikkritika lill-Maġistrat Scerri Herrera, lill-Kap tal-FAM, lill-Prim Ministru u anki lill-Kap tal-Oppożizzjoni, kulħadd għandu jaġixxi skont il-liġi; ħadd m’hu ‘l fuq mil-liġi. Fi tmiem is-seduta l-Prim Ministru qal li kien se jiltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizzjoni biex jintlaħaq kusnens biex ikun hemm garanzija li fil-pajjiż is-saltna tal-liġi tipprevali. Dan hu mument li fih anki jinstabu l-mezzi legali biex issir inkjesta inidpendenti minn persuni b’fiduċja taż-żewġ naħat biex ħadd ma jkollu dubju li hemm xi interess li xi ħadd li jagħmel delitt tant faħxi jista’ jgħaddiha lixxa. Dan hu mument ta’ għaqda li fih kulħadd jista’ jipponta subajh lejn kulħadd. L-aktar li jkidd lil min wettaq id-delitt hu li l-pajjiż ikun magħqud. Dan il-mument se jibqa’ mniżżel b’ittri kbar suwed bħal mumenti oħra suwed tal-passat. Irridu nuru li l-pajjiż kiber u jifhem waqt li jħares ‘il quddiem, sostna l-Prim Ministru. Joseph Muscat qal li l-familjari ta’ Caruana Galizia jiddarsu jekk itihom il-kondjolanzi u jirreaġixxu b’rabja għall-kliem tiegħu iżda hu fid-dmir tiegħu bħala ċittadin li jwassal il-kondoljanzi tiegħu. | 1entailment
|
Il-Kultura fl-irħula | Hekk kif mwiegħed fil-baġit 2016, illum tnieda l-proġett Teatru Malta, li hija inizjattiva ġdida tal-Kunsill Malti għall-Arti. Teatru Malta se tkun inizjattiva li permezz tagħha se jkompli jitkattar il-professjonaliżmu fit-teatru Malti. Il-Ministru ghall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici tenna li dan il-proġett hu parti minn sensiela ta' inizjattivi tal-Gvern sabiex ikompli jżid il-professjonaliżmu fl-arti. Huwa tenna li din hija inizjattiva b'viżjoni ta' innovazzjoni kreattiva u eċċellenza artistika li tinkludi wkoll esperimentazzjoni fi stili, drammaturġija, teknoloġija u kitba, fost oħrajn. Se tkun qed tinħareġ sejħa għall-direttur artistiku bl-għan li joħloq diskussjoni u jfassal pjan teatrali, din is-sejħa tinsab ukoll onlajn fuq is-sit http://www.artscouncilmalta.org/. L-ewwel produzzjonijiet teatrali mistennija jsiru fl-2018. Fi kliemu, l-Ministru Bonniċi temm jgħid li b'dan il-progett se jkun qed jiġi immassimizzat l-użu ta' spazji teatrali eżistenti fl-irħula Maltin u Għawdxin, bl-għan li l-kultura teatrali tkun aktar qrib il-komunitajiet. Dan hekk kif permezz ta' din l-inizzjattiva il-produzzjonijiet teatrali li se jintużaw se jkunu spazji teatrali eżistenti fl-irhula Maltin u Għawdxin lil hinn mill-Belt Valletta. | 1entailment
|
Ritratti: Jimxu 150 kilometru lejl u nhar għad-Dar tal-Providenza | Il-grupp Trail Makers qegħdin iqattgħu tmiem il-ġimgħa jimxu bla ma jieqfu lejl u nhar, b'risq id-Dar tal-Providenza. Filmat: Trid tmur timxi għad-Dar tal-Providenza? Il-mixja toħodhom madwar il-kosta ta' Malta mid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi, għat-Tramuntana, u mbagħad lura għan-Nofsinhar ta' Malta sakemm għada jerġgħu jaslu fid-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi. Il-mixja bdiet illum u għandha tibqa' għaddejja s'għada, saħansitra tul il-lejl. Minkejja xi waqfiet qosra għall-ikel, il-mixja ma tiqafx. Dan qed isir sabiex jinġabru l-flus għad-Dar tal-Providenza. Il-pubbliku jista' jagħmel donazzjoni billi jaċċessa dan is-sit, jew billi jagħti donazzjoni lill-parteċipanti jekk jinzertahom waqt il-mixja. | 1entailment
|
Jinstabu recordings awtentiċi ta' djaletti Maltin fis-snin 60 u 70 | Imtella' Diċembru 26, 2020 Sejba ta' recordings awtentiċi fl-università li jmorru lura għas-snin sittin u sebgħin għandhom valur kemm għax huma xhieda tat-tħaddim tal-lingwa u d-djaletti Maltin f'dik il-ħabta, kif ukoll għax jitfgħu dawl fuq l-istil ta' ħajja tal-poplu. Ir-riċerkaturi li ħadmu fuq dan il-proġett se jpoġġu dan il-materjal fuq is-sit tad-dipartiment tal-Malti fejn se jkunu aċċessibbli għal kulħadd. Recordings li nstabu f'uffiċċju fl-Università li kien jintuża minn Patri Edward Fenech, li kien il-kap tad-Dipartiment tal-Għarbi, kixfu realtajiet dwar id-djaletti mitħaddta mill-Maltin fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet, iżda mhux biss. Ir-recordings kienu ttieħdu waqt proġett ta' riċerka mmexxi mill-Professur Ġuże Aquilina. Flimkien ma' Benedikt Isserlin mill-Università ta' Leeds li kien qed jirriċerka djaletti semitiċi, kien terraq ma' diversi rħula f'Malta u f'Għawdex biex jiddokumenta djaletti awtentiċi Maltin. Il-konversazzjonijiet ma jixhudx biss realtajiet dwar l-ilsien Malti iżda jitfgħu dawl fuq l-istil ta' ħajja tal-Maltin dak iż-żmien. Il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università, Michael Spagnol, qal li l-lingwa hija assoċjata mal-identità u r-recordings jagħtu ħjiel dwar professjonijiet u tradizzjonijiet li qajla konna nafu dwarhom u bilkemm għadhom jeżistu fis-soċjetà tal-lum. "Biċċiet li huma partikolarissimi jew għax fihom tisma' ħsejjes li illum m'għadniex nisimgħuhom li huma marbutin per eżempju mal-Birgu jew ix-Xewkija , mal-Għarb u ż-Żebbuġ, allura hemm valur lingwistiku kbir… enormi, jew anki minħabba dak li hemm fihom ikun fihom… xi ċajta, taqbila tal-antik, xi kwartini, kienu jirrakkontaw x'kienu jagħmlu għall-żmien il-Milied u l-Imnarja." Il-proġett ta' riċerka fuq dawn ir-recordings tmexxa mill-Professuri Alexandra Vella u Ray Fabri, Dr Michael Spagnol u Anthony Baldacchino u t-tekniċi mir-radju tal-Universitaà. Il-kontenut ta' 92 konversazzjoni ġew diġitizzati u l-pubbliku se jkun jista' jismagħhom fuq is-sit elettroniku tad-dipartiment tal-Malti: malti.mt. Artiklu dwar din ir-riċerka kien ippubblikat fir-rivista tal-Università, Think, li tkopri proġetti ta' riċerka ta' akkademiċi u studenti mill-Università ta' Malta. "Għandna iċ-ċans li nisimgħuh first hand prattikament, u din hi xi ħaġa li għandna nkunu kburin bil-kultura tagħna u l-lingwa tagħna u nagħmlu li nistgħu biex nitgħallmu iżjed fuqha," qal David Mizzi mir-rivista Think. | 1entailment
|
'Brian Tonna involut fil-proċess tal-għażla għall-bini u l-operat tal-power station' | Kien instab ħati li kiser id-Drittijiet Kostituzzjonali tal-Kap Oppożizzjoni Adrian Delia Il-President ta' Malta għadu kif ħabbar permezz ta' stqarrija li l-Avukat Ġenerali se jkun qed jirriżenja mill-kariga tiegħu. L-istqarrija qasira maħruġa mill-Uffiċju tal-President fl-aħħar ħin tgħid li l-President ta' Malta llum irċieva ittra mingħand Peter Grech li fiha għarrfu li se jkun qed jirriżenja mill-kariga tiegħu ta' Avukat Ġenerali, ukoll għall-finijiet u l-effetti tal-Kap. 564 tal-Liġijiet ta' Malta, b'seħħ mid-9 ta' Settembru 2020. Fl-istqarrija ma ingħatat ebda raġuni għal din ir-riżenja f'jum ta' btala pubblika, għalkemm diversi sorsi li tkellmu ma' Net News qalulna li l-pressjoni fuqu fl-aħħar xhur kompliet tikber. Il-Partit Nazzjonalista kien ilu snin jitlob għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali Peter Grech. L-Avukat Ġenerali kien instab ħati wkoll li kiser id-Drittijiet Kostituzzjonali tal-Kap Oppożizzjoni Adrian Delia. Intant, fi stqarrija separata, il-Gvern feraħ lill-Avukat Ġenerali għall-ħidma tiegħu. L-Avukat Ġenerali Peter Grech Ikkummenta riżenja //= $special ?> | 0not_entailment
|
Iċ-ċoff 'extra-large' li bħalissa moda ġie projbit fi skejjel Ingliżi | L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) qed twissi lill-pubbliku dwar entità li topera bl-isem Bitcoin Revolution. Fi stqarrija, l-MFSA qalet illi din l-entita’ qed tagħmel promozzjoni permezz ta’ reklami u paġni fuq il-medja soċjali billi tagħqqad is-sit elettroniku tagħha ma diversi personalitajiet lokali mingħajr il-kunsens tagħhom. Iktar minn hekk, dan is-sit elettroniku qiegħed jagħmel rapporti foloz ta’ profitti magħmula min dawn l-individwi. L-MFSA qed tavza lill-pubbliku f’Malta u barra minn Malta li sa din il-ġurnata l-ebda entita’ ma ġiet awtorizzata taħt l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali (Kapitolu 590 tal-liġijiet ta’ Malta). Bitcoin Revolution mhix liċenzjata jew awtorizzata b’xi mod ieħor mill-MFSA biex tipprovdi xi servizzi ta’ investimenti finanzjarji li għalihom hi meħtieġa liċenzja jew awtorizzazzjoni oħra taħt il-liġi Maltija. Aktar minn hekk, informazzjoni disponibbli għand l-MFSA tindika li Bitcoin Revolution aktarx li hi skema ta’ ‘cryptocuurency’ internazzjoni li tħajjar individwi biex “isiru sinjuri malajr”. Għaldaqstant, konsumaturi tas-servizzi finanzjarji m’għandhomx jidħlu f’negozju jew tranżazzjonijiet ma Bitcoin Revolution. L-MFSA qed tappella lill-investituri u konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex qabel ma jagħmlu kwanlunkwe investiment jew jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji jaċċertaw lilhom infushom li l-entità, li magħha qed isir l-investiment jew it-transazzjoni, hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli. Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill- Awtorità hija disponibbli mingħand l-MFSA u tista’ tiġi aċċessata minn fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq http://www.mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx. | 0not_entailment
|
Sewwieq ta’ mutur jittajjar minn karozza li baqgħet sejra | F’inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8.30, fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta, sewwieq ta’ mutur ta’ 29 sena minn Birkirkara ma sofra ebda ġrieħi wara li tajritu karozza u baqgħet sejra. Minn informazzjoi li waslitilna jidher li s-sewwieq kien fuq xogħolu qed iwassal pizza għand klijent. Għalkemm is-sewwieq ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar osservazzjoni, jidher li ma sofra ebda ġrieħi. | 1entailment
|
Wirja qalbiena Tarxiniża taħsad lill-Beltin | Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fil-Budget għas-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qiegħed iniedi rawnd ieħor ta' vouchers. Dr Abela qal dan waqt f'attività politika li saret dalgħodu fl-Imdina. Huwa żied jgħid li fil-budget għas-sena d-dieħla se jintefqu €100 miljun biex jiġu mwieżna l-familji. Dan ifisser tliet darbiet aktar minn baġits preċedenti. "Normalment f'kull baġit ninvestu €35 miljun f'miżuri li jmorru fil-but tan-nies. Din id-darba ħa nkunu qed nonfqu tliet darbiet iżjed. €100 miljun li se jmorru fil-parti soċjali ta' dan il-baġit li se tkun parti b'saħħitha ħafna imma wkoll f'miżuri li jinċentivaw il-konsum tan-nies, li fuq kollox fejn jista' jkun hemm il-qtiegħ il-qalb se jdaħħlu tama u serħan il-moħħ. Dik it-tema tal-baġit ta' għada. Serħan il-moħħ, tama u kuraġġ." Fil-fatt, il-Prim Ministru ħabbar li fil-baġit ta' għada se jkun qed jitħabbar rawnd ieħor ta' vouchers tal-€100. baġit | 0not_entailment
|
Psaila u Casa jissieltu għat-tieni siġġu tal-PN | Tribunal Ingliż għandu jiddeċiedi jekk il-veganiżmu huwiex twemmin filosofiku bħal xi reliġjon. Dan ġej wara li raġel li jiekol biss ħaxix u affarijiet oħra mhux marbuta mal-annimali ġie mkeċċi mix-xogħol li kellu mal-Lega kontra l-Krudiltà fl-Isport. Il-każ idur dwar kwistjoni fejn Jordi Casamitjana allegatament kixef lill-għaqda li kien jaħdem magħha li skont hu kienet qed tinvesti fondi tal-pensjonijiet f'kumpaniji involuti f'testijiet fuq l-annimali. Min-naħa tagħha, l-għaqda qalet li t-tkeċċija ta' Casamitjana saret minħabba kondotta ħażina. Casamitjana qed isostni li hu ġie mkeċċi minħabba li huwa vegan. Huwa persuna favur ħafna d-drittijiet tal-annimali u fost l-oħrajn jippreferi jimxi flok jaqbad tal-linja biex jevita li l-vettura li jkun fiha ttajjar xi insetti jew għasafar li jkunu għaddejjin. Casamitjana ħadem mal-għaqda favur il-ħarsien tal-annimali u sostna li għarraf lis-superjuri tiegħu bl-allegat investimenti, huma ma għamlu xejn u fil-pront tefgħuh 'il barra. | 0not_entailment
|
Il-PM jwieġeb lil Busuttil dwar is-sejħa biex jirriżenja | Il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busutill illejla saħaq fil-Parlament li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jirriżenja. Meta kien qiegħed jindirizza l-ftuħ tad-dibattitu dwar il-power station il-ġdida ta’ Delimara, Dr Busuttil qal li l-Oppożizzjoni tistenna li l-Prim Ministru jżomm mal-kelma tiegħu u jirriżenja la darba l-power station il-ġdida mhux se tkun lesta sa Marzu. Fid-diskors tiegħu Dr Busuttil qal l-Prim Ministru kellu jammetti li dak li ilu jgħid sentejn ma kien xejn għajr gidba. Qal li dan id-dibattitu mhux dwar fejn waslet il-power station il-ġdida iżda dwar fiex waslet il-kelma tal-Prim Ministru. Qal li llum qed nitkellmu fuq l-akbar wegħda tal-Prim Ministru li kienet maqsuma fit-tnejn, jiġifieri li se jibni power station f’sentejn biex ikun jista’ jraħħas il-kontijiet tad-dawl u li jekk ma jlestihiex jerfa’ r-responsabbiltà u jirriżenja. Qal li l-Prim Ministru rabat il-karriera politika tiegħu ma’ din il-wegħda kbira għax ried hu. Qal li l-wegħda tiegħu ma rabathiex mar-roħs tal-kontijiet tad-dawl iżda mal-bini tal-power station. Qal li l-bravura mhux li traħħas il-kontijiet iżda li ġġib il-flus biex traħħashom. Dr Busuttil qal li l-Prim Minsitru kellu jammetti li l-power station mhux se jlestiha kif wiegħed. Qal li l-Prim Ministru għadu lanqas telaq jimxi fuq il-proġett tal-power station u li issa nafu wkoll li kull darba li l-PM qal li l-proġett kien on track kien qed jigdeb għax kien off track. Qal li l-gidba kienet akbar għax ilu jaf li l-power station mhux se tkun lesta. “Beża’ jgħid il-verità u kien qed jgħaddi żmien bin-nies. Qal li l-PM qed jittama li l-poplu jinsa l-wegħda li għamel. Dr Busuttil qal li fil-programm Dissett, il-Prim Ministru kien iddikjara li l-power station se tkun lesta sa Marzu u f’każ li ma tkunx lesta kien se jirriżenja. Huwa qal li fid-dawl tad-dikjarazzjoni li għamel il-Prim Ministru, l-Oppożizzjoni tistenna li l-PM jżomm il-kelma tiegħu jekk huwa kapaċi u għalhekk jirriżenja. Dr Busuttil qal li kieku kien jemmen fil-kultura tar-riżenja, issa wasal il-mument biex iwettaq il-kultura tar-riżenja. Qal li l-poplu qed jistenna biex jara jekk il-PM hux bniedem tal-kelma jew le. Qal li l-Oppożizzjoni kienet qatlu li l-power station ma jistax ilestiha f’sentejn iżda hu xorta baqa’ jmeri s-sewwa magħruf. Qal li l-unika għażla tal-Prim Ministru hi li jirriżenja. Il-PM: hu jrid jeħles minni u jien ma rridx neħles minnu Il-Prim Ministru qal li hu jżomm kelmtu u kkwota dak li qal qabel l-elezzjoni. Il-PM qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa vittma tad-delużjonijiet politiċi tiegħu stess. Dr Muscat fetaħ l-intervent tiegħu billi stqarr li kien assurd li l-Oppożizzjoni kienet qed tagħmel mozzjoni dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li kienet hi li għolliet meta kienet fil-Gvern. Huwa qal li l-ewwel darba li saret il-wegħda kien meta l-idroloġista Marco Cremona qal li Dr Muscat jkollu jerfa’ r-responsabbiltà u jirriżenja f’każ li ħadd ma juri interess fl-espressjoni ta’ interess biex jinbena impjat ġdid. Hawnhekk il-Prim Ministru sostna li anke f’dik li hija riċerka bażika l-Kap tal-Oppożizzjoni falla waqt li sostna li kien hemm mat-18-il konsorzju li wera interess f’dan il-proġett. Argumenta li l-Kap tal-Oppożizzjoni jara kif jista’ jagħmel biex mingħalih ifixkel pjan li permezz tiegħu l-familji diġà qed igawdu fi bwiethom. Permezz tat-tnaqqis fil-kontijiet, il-Prim Ministru qal li diġà l-familja ngħataw roħs ta’ €30 miljun fi bwiethom u dan mhux għal din is-sena biss iżda għas-snin li ġejjin. Apparti dan qal li minn Marzu li ġej il-Gvern se jkun qed iwettaq it-tieni parti tal-wegħda tiegħu u jraħħas il-kontijiet lin-negozji. Il-Prim Ministru qal li huwa ironiku li llum qed niddiskutu kontijiet tad-dawl orħos. Qal li fil-passat konna niddiskutu Enemalta b’futur inċert u llum qed niddiskutu garanzija fl-impjiegi tal-ħaddiema tal-Enemalta u minn Enemalta falluta għal Enemalta li qed tqum f’saqajha. Huwa sostna li dak kollu li twiegħed se jkun qed jitwettaq u li l-Gvern se jkompli jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. | 1entailment
|
Jinqabad mill-Pulizija f'Ta' Xbiex waqt att sesswali fil-pubbliku ma' prostituta | Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 3:20pm Raġel inqabad fil-fatt waqt l-att sesswali ma' prostituta li allegatament kienet qed titlajja' f'Ta' Xbiex. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li matul il-lejl illi għadda, waqt ronda mill-Pulizija tad-Distrett ta' tas-Sliema fi Triq ix-Xatt, kienet iinnutata mara ta' 54 sena twaqqaf vetturi kif ukoll persuni. Aktar tard raġel waqaf ikellem lill-mara ta' 54 sena, ħareġ xi flus mill-kartiera u telqu mill-post flimkien. Imbagħad, fi Triq Ġużeppi Cali, il-Pulizija lemħet liż-żewġ persuni li kienu qed jagħmlu atti sesswali f'post pubbliku. Il-Pulizija qed tkellem liż-żewġ persuni. Intant, waqt li kienu qed josservaw il-mara ta' 54 sena, żewġ nisa oħra ta' 29 u 41 sena ġew innutati fl-istess triq. Iż-żewġ nisa kienu osservai jwettqu tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni. Huma ġew arrestati u ttieħdu fid-Depot tal-Pulizija, il-Floriana, għal aktar investigazzjoni. | 1entailment
|
Minuti wara li rebaħ is-Siġġiewi l-Labour jirbaħ l-Mosta wkoll | Several schools which were planned to close off will remain open to be used among others by form 1 and form 2 students in secondary schools. This come after the introduction of the Middle Schools which will be introduced soon. In the meantime Minister for Education and Employment Evarist Bartolo has revealed that the 10 colleges will be revamped. | 0not_entailment
|
Inawgurata faċilità għat-tagħsir taż-żebbuġ | Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes inawgura faċilità ġdida tat-tagħsir taż-żebbuġ fir-Rabat limiti tas-Siġġiewi. L-Olive Oil Press tal-aħwa Bezzina saret b'investiment kbir u permezz ukoll tal-għajnuna mill-fondi Ewropej. Din il-faċilità toffri servizz lill-bdiewa fejn ikunu jistgħu jieħdu l-frott tal-ħidma tagħhom billi ż-żebbuġ jiġi pproċessat. Fid-diskors tiegħu, Roderick Galdes qal li nistgħu intejbu s-settur agrikolu billi ntejbu s-servizz li nipprovdu u billi jkollna l-faċilitajiet biex nikkompetu. Galdes qal li s-settur relatat mat-tkabbir taż-żebbuġ mexa 'l quddiem u rajna wkoll żieda fis-siġar taż-żebbuġ. Is-Segretarju Parlamentari żvela li fil-jiem li ġejjin, il-Gvern mistenni joħroġ avviż legali b'regolamenti għall-kwalita' ogħla għal min jinvesti fil-qasam taż-żebbuġ. Dan sabiex is-settur ikun iktar organizzat. Roderick Galdes qal li l-allokazzjoni tal-fondi Ewropej lill-bdiewa se tikber bi €30 miljun aktar. | 1entailment
|
"Il-manifest li jmiss se jibni fuq dak ta' qablu" – JM | Il-Linja Nazzjonali tal-ajru tħabbar illi se tkompli għaddejja bit-titjiriet popolari, primarjament lejn Lisbona, Cagliari, Malaga, Casablanca, u Kiev L-Air Malta għandha l-għan li tkompli tkabbar n-numri rekord ta’ tkabbir fil-passiġġieri fl-istaġun li ġej, bl-iskeda ta’ titjiriet għal din ix-Xitwa, li bdiet din il-ġimgħa. Fl-isfond taż-żieda fit-traffiku tal-passiġġieri mingħajr preċedent matul ix-xhur tas-sajf, l-istrateġija tal-linja tal-ajru għandha fokus ġdid għal din ix-xitwa, b’27 destinazzjoni skedati, żieda ta’ disa’ destinazzjonijiet fuq is-sena li għaddiet. Ir-riżultat huwa żieda ta’ 40 fil-mija fis-seats fuq għażla ta’ 300 titjira fil-ġimgħa. Fi stqarrija l-Air Malta qalet illi hija impenjata biex tkompli tkabbar it-turiżmu lejn u mill-pajjiż speċjalment matul il-perjodi ta’ qabel u wara s-sajf u matul il-perjodi taxxitwa. "Il-kumpanija għandha l-għan li toffri għażla diversa ta’ ajruporti u ‘hubs’ ewlenin fil-bliet u livell għoli ta’ frekwenzi lejn u minn Malta, b’hekk tagħti lill-passiġġieri l-aħjar għażla u valur għall-flus kif ukoll għażla ta’ konnessjonijiet lejn ajruporti m’hux servuti b’titjiriet diretti. Bosta mir-rotot ġodda li ġew imnedjia fl-aħħar 12-il xahar kienu ta’ suċċess kbir u ser jinżammu sussegwentement, inkluż Lisbona, Cagliari, Malaga, Casablanca, u Kiev." It-titjiriet bejn Catania u Vjenna u bejn Catania u Londra Southend wkoll ser jinżammu. Sadanittant, is-suq Ġermanż, li għal bosta snin kien ċentrali kemm għassuċċess tal-linja tal-ajru kif ukoll għat-turiżmu tal-pajjiż, ser jingħata attenzjoni mġedda. | 0not_entailment
|
Id-db Group igiddeb lil Azzopardi u jiċħad li qed jikkontempla reklamazzjoni tal-art | Raġel ittieħed l-isptar b'ambulanza wara li waqa' ġo sit ta' kostruzzjoni fejn kien qed jaħdem f'San Ġiljan. Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li dan ġara fi Triq Wilġa fis-1pm. Huwa Maċedonjan ta' 33 sena li joqgħod San Ġiljan stess. Waqa' waqt li kien fuq xogħol ġo dan is-sit. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. | 0not_entailment
|
BIL-FILMAT: Vann tal-flus f’ħuġġieġa nar fil-Gżira | Ħadd ma weġġa’ meta vann li normalment iġorr il-flus, ħa in-nar fi Triq ix-Xatt tal-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn waranofsinhar, meta żewġ persuni li kienu fil-vann indunaw li kien ħiereġ xi duħħan. Malli raw hekk, huma tefgħu fil-ġenb u laħqu ħarġu qabel ma ħa n-nar. Fuq il-post ġew imsejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nar, kif ukoll Pulizija li għal xi ħin għalqu t-triq fid-direzzjoni lejn il-Belt. Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li fil-vann kien hemm il-flus, iżda ma ngħatatx informazzjoni dwar kemm kien l-ammont. Aktar dettalji dalwaqt… | 1entailment
|
Multi ta' €35 fi Franza lil nisa li libsu burkini f'pixxina | Hekk kif illum tħabbar li bdew jintbgħatu r-riżultati tas-SEC u tal-Matrikola permezz ta' messaġġ fuq il-mowbajl, issa tħabbar li fetħu l-applikazzjonijiet għas-suġġetti fil-livell SEC; Matematika, Malti, Ingliz, Fiżika u l-Bijoloġija. Wieħed jista' japplika mhux aktar tard mis-17 ta' Lulju f'nofsinhar fejn hekk kif l-istudent jibgħat l-applikazzjoni tiegħu, se jkun qed jirċievi notifikazzjoni permezz ta' imejl lura. Il-Korsijiet ta' Reviżjoni se jkunu qed jibdew fl-24 ta' Lulju u t-tul tagħhom hu ta' madwar ħames ġimgħat. Għal aktar informazzjoni wieħed jista jibgħat imejl fuq [email protected] jew iċempel fuq 2598 2846 jew 2598 2280/1/2. | 0not_entailment
|
23 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 78 persuna | Malta għandha 23 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 78 persuna. B'hekk, it-total ta' każijiet attivi huwa ta' 462. Dan irriżulta minn 2,211-il swab test li saru lbieraħ. OFFICIAL COVID-19 figures for 30•09•2020Chris Fearne | MaltaGov |Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Wednesday, September 30, 2020 Ilbieraħ tħabbru 29 każ ġdid tal-coronavirus. Minnhom kien hemm: 7 każijiet ta' membri tal-familja ta' persuni bil-virus Każ minn Dar San Ġużepp 2 każijiet impurtati Każ minn fuq post tax-xogħol Każ mill-cluster ta' Paceville 3 każijiet minn attività soċjali fejn kien hemm nies oħra bil-virus Dan ifisser li l-14-il każ l-ieħor kienu ġejjin mill-komunità. Il-każijiet tal-bieraħ 29 każ ġdid ta' coronavirus; ifiqu 85 | 1entailment
|
Ara: Mijiet ta' messaġġi fuq il-paġna ta' Facebook ta' Doreen Pulis | Dik li kellha tkun vaganza familjari nbdilet fi traġedja. Bosta kummenti bdew deħlin fuq il-paġna tal- facebook personali ta' Doreen Pulis fejn esprimew is-sogħba tagħhom għal dak li ġara. Jidher li l-koppja telgħu biex igawdu tieġ tan-neputi. Infatti, din il-koppja Maltija li toqgħod Birżebbuġa mietet f'inċident tat-traffiku waqt li kienet għal vaganza fl-Awstralja f'ħabta frontali ma' trakk. Il-persuni huma Doreen Pulis ta' 58 sena u r-raġel tagħha Lorry Pulis ta' 57 sena, Huma tilfu ħajjithom f'Sydney waqt li kienu btala għand ħu Doreen nfisha, li wkoll miet fl-inċident. L-inċident sfortunat seħħ bejn karozza misjuqa minn ħu Doreen u trakk. Ġew imsejħa 11-il ambulanza fuq il-post inkluż żewġ helikopters. Jidher li kien hemm żewġ passiġġieri ohra fil-karozza: mara ta' 54 sena liema mara damet maqbuda fil-karozza għal 20 minuta u ġiet meħlusa mill-paramediċi fejn jidher li kellha ġrieħi gravi fix-xewka tad-dahar u ksur f'sidirha. Kien hemm ukoll ragel ta' 76 sena li ttiehed fl-isptar Liverpool f'Sydney, wara li huwa suspettat li sofra minn diversi ksur. Il-kundizzjoni ta' dawn iż-żewġ persuni, madanakollu jidher li hija waħda stabbli. Ix-xufier tat-trakk li għandu 59 sena ttiehed l-isptar ta' Campbelltown għat-testijiet meħtiega. | 1entailment
|
FILMAT: Bit-tweġiba ta' Jose Herrera kkonfermata qasma fil-Kabinett Laburista | Għalkemm normalment biex ikun ippreparat vaċċin jgħaddu bejn 10 u 15-il sena, l-industrija tal-farmaċewtika qed tirsisti bil-għan li sas-sena d-dieħla, il-vaċċin kontra l-coronavirus ikun lest Madwar id-dinja hemm 70 vaċċin kontra l-coronavirus li dwarhom qed isiru l-istudji tant li fi tliet każi qed isiru t-testijiet fuq il-bniedem. Din l-informazzjoni ngħatat mill-Għaqda Dinjija għas-Saħħa hekk kif għaddejja ġirja sħiħa biex jinstab vaċċin. Jidher li l-aktar vaċċin li jinsab fi stadju avvanzat huwa dak li dwaru qed isir studju fil-CanSino Biologics and the Beijing Institute of Biotechnology f’Hong Kong. Iż-żewġ vaċċini oħra, li jinsabu fl-istadju tat-testijiet fuq il-bniedem, it-tnejn li huma qed ikunu studjati fl-Istati Uniti. Għalkemm normalment biex ikun ippreparat vaċċin jgħaddu bejn 10 u 15-il sena, l-industrija tal-farmaċewtika qed tirsisti bil-għan li sas-sena d-dieħla, il-vaċċin kontra l-coronavirus ikun lest u dan hekk kif il-miżuri ta’ konteniment biss jistgħu ma jkunux biżżejjed. | 0not_entailment
|
Il-Forzi Armati jsegwu dgħajsa bl-immigranti li riedu jmorru l-Italja; It-Taljani jinjorawha | Erba’ tfajliet li għandhom 15-il sena nħarġu tqal mill-istess raġel wara li għamlu mħatra bejniethom li joħorġu mal-istess persuna u jinqabdu tqal mingħandu, żvela Monsinjur Anton Gouder. Meta kien qed jitkellem fuq radju RTK, Mons. Gouder rrakkonta li ftit tax-xhur ilu huwa kellu każ xokkanti. Qal li tfajla ta’ 15-il sena marret għand tabiba u qaltilha li kienet tqila, kif fil-fatt kienet. Hija qaltilha li tliet tfajliet oħra fil-klassi magħha kienu se jżuruha fil-ġimgħa ta’ wara għax għamlu mħatra bejniethom li jinqabdu tqal mill-istess raġel. Meta kkuntattjat ilbieraħ minn The Malta Independent, Mons. Gouder qal li dan kien każ uniku li qatt iltaqa’ miegħu. Madankollu huwa qal r-rata ta’ tfajliet tqal qed tiżdied u mhux kollha kemm huma ma jkunux mixtieqa.Qal li hemm tfajliet ta’ 16 u 17-il sena li jippjanaw li jinqabdu tqal għax ikunu jixtiequ li jkollhom tarbija ta’ dik l-età. Ara wkoll: http://www.tvm.com.mt/news/zewg-ommijiet-ta-12-il-sena-fl-2013/ | 0not_entailment
|
Jinstab katavru ta’ mara b’kumbinazzjoni snin wara li mietet | Katavru ta’ mara nstab b’kumbinazzjoni f’garaxx ta’ dar f’Michigan fl-Istati Uniti. Il-Pulizija qalet li ħaddiem tal-kostruzzjoni sab il-katavru tal-mara waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-akwati. X’aktarx li l-katavru huwa ta’ mara Ġermaniża ta’ 49 sena li l-aħħar indirizz magħruf tagħha kien id-dar fejn instabet mejta. Il-ġirien qalu lill-investigaturi li kien ilhom ma jaraw lill-mara u ħasbu li din kienet marret tgħix x’imkien ieħor. Iddeskrivewha bħala mara li kienet tivjaġġa ħafna u kienet tħobb tinqata’ għaliha. Anke l-bank li kienet tuża dam sakemm żvojta l-kont bankarju tal-mara biex beda joħorgilha t-twissijiet li qed taqa’ lura fil-ħlasijiet. Dan għaliex il-kontijiet kollha tal-mara kienu jitħallsu direttament mill-kont bankarju tagħha permezz ta’ standard order. Mill-awtopsja ħareġ li ma kinx hemm sinjali ta’ vjolenza iżda l-kawża tal-mewt għad trid tiġi stabbilita. L-Awtoritajiet huma tal-fehma li l-mara x’aktarx li ilha mejta, sitt snin. | 1entailment
|
Il-bdiewa reġgħu minsijin | Dan ifisser li għal din is-sena, iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-festa ta' San Ġużepp f'Marzu mhux se tkun qed issir la barra u lanqas ġewwa fil-knisja Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa tħassru ċ-ċelebrazzjonijiet esterni marbuta mal-festa ta' San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina, l-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp, flimkien mal-Komunità tal-Patrijiet Franġiskani, l-Għaqda Mużikali L'Isle Adam u l-Kamra tan-Nar 19 ta' Marzu, iddeċidew li għal din is-sena, anke l-festa interna ta' San Ġużepp tkun ikkanċelata. Id-deċiżjoni ttieħdet fuq parir tal-awtoritajiet tas-saħħa u għandna wkoll il-barka tal-Arċisqof Charles Scicluna u dan wara l-aħħar żviluppi marbuta mal-coronavirus f'Malta. L-aħħar ċelebrazzjoni marbuta ma' din il-festa se tkun qed issir għada filgħaxija hekk kif jiġu fi tmiemhom ħamest ijiem ta' katekeżi fuq San Ġużepp. Fil-5:30pm se tibda adorazzjoni u fis-6:00pm tiġi ċċelebrata quddiesa. Intant, mil-lum stess, se jibda ż-żarmar ukoll tal-armar fit-toroq Rabtin li kienu mħejjija bil-lest għall-festa. Minħabba li ċertu nar ma jistax jiġi maħżun, nhar id-19 ta Marzu se jiġi maħruq il-logħob tan-nar fit-8am, f'nofsinhar u fis-7pm. Għall-Ġużeppini, dik ta' din is-sena kellha tkun festa speċjali hekk kif il-Knisja qed tiċċelebra l-150 anniversarju minn meta l-Beatu Papa Piju IX ipproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. Fil-fatt, matul din is-sena, sar xogħol ta' restawr fuq din il-vara, inkluż il-pedistall, l-anġli li jdawruh, il-bradella, il-bankun u anke n-niċċa ta' din ix-xbieha. Nhar l-1 ta' Marzu saret purċissjoni bix-xbieha ta' San Ġużepp mill-Knisja tal-Karmelitani fl-Imdina sal-Knisja ta' Ġieżu. Iżda għall-Ġużeppini Rabtin mhux kollox mitmum. Fid-19 ta' Settembru hija skedata festa kbira nazzjonali Ġużeppina, l-istess kif saret f'Jannar fil-Belt Valletta, biex hekk il-Ġużeppini Maltin itemmu flimkien iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta ma' dan l-anniversarju tant importanti għalihom. Għalissa għadu mhux magħruf jekk dawn ir-restrizzjonijiet hux se jaffettwaw aktar ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u dan hekk kif anke l-pellegrinaġġ nazzjonali tar-Redentur tal-Isla kellu jiġi pospost. | 0not_entailment
|
Opinjoni | Min qatt kien jobsor? | Analiżi tad-DNA fuq kappell li tħalla fix-xena ta' hold-up li kien sar f'April 2015 fi Graham Street, Tas-Sliema, wassal lill-Pulizija biex tiġi arrestata Miriam Elabed li ċaħdet l-involviment tagħha fid-delitt permezz ta' sikkina. Iż-żagħżugħa ta' 27 sena mill-Gżira, ġiet arrestat wara li l-Pulizija identifikawha bħala s-suspettata u sussegwentement qabblu l-analiżi tad-DNA ma' tagħha. Dan qalu lill-Maġistrat Victor Axiaq l-Ispettur tal-Pulizija Saviour Baldacchino li ressaq lit-tfajla. Elabed wieġbet mhux ħatja għall-involviment tagħha fl-attentat ta' serqa b'arma fuq koppja Serba u serqa oħra bl-istess mod fuq mara anzjana ftit tal-ħin wara, waqt li żammet lill-allegati vittmi kontra r-rieda tagħhom u kienet fil-pussess ta' strument li jaqtgħu u bil-ponta fil-ħin tat-twettiq tar- reat. Il-Qorti semgħet li l-koppja kienu waslu biex jidħlu fid-dar tagħhom f'Tas-Sliema meta ġew avviċinati minn persuna li kienet liebsa maskra tleqq u b' sikkina. Seħħet ġlieda fejn wara r-raġel, Serb ta' 50 sena kien sofra żewġ feriti ta' sikkina fil-ġlieda mal-aggressur, li mbagħad ħarab b'idejh vojta. Ftit wara, xi ħadd li jaqbel mad-deskrizzjoni tal-aggressur kien involut f'każ ieħor fi Triq San Ġwann Bosco, Tas-Sliema, meta mara ta'ż 73 sena weġġgħet meta wkoll kienet qed tirreżisti t-talbiet għal flus kontanti. L-aggressur spiċċa ħa €50 fi flus kontanti. Dak iż-żmien, l-aggressur kien maħsub li kien raġel iżda l-analiżi tad-DNA fuq kappell li l-aggressur waqqa' qabel ma ħarab mix-xena wera li d-demm kien ta' mara. L-Ispettur qal li mill-bidu nett, il-Pulizija kienu jafu li l-istess persuna wettqet kemm reati kif ukoll investigazzjoni tal-pulizija dwar il-kwistjoni meta l-Pulizija komplew jibnu profil tal-aggressur. L-investigazzjonijiet komplew matul is-snin sakemm l-akkużata ġiet arrestata bħala suspettata u d-DNA tagħha tqabblet. L-avukati difensuri Franco Debono, Amadeus Cachia u Francesca Zarb għamlu talba għal-libertà proviżorja, waqt li insistew li l-investigazzjonijiet kienu ġew konklużi xhur ilu. Madankollu l-Ispettur oġġezzjona minħabba l-karattru tal-mara u l-kundanni preċedenti tagħha. Il-Maġistrat Axiaq ta laqa' t-talba tad-difiża u akkreda l-libertà proviżorja fuq depożitu ta '€ 100 u garanzija personali t' €10,000. Hi trid tkun ġewwa bejn id-9pm u s-7am u tiffirma l-Għassa tal-Pulizija darbtejn fil-ġimgħa. | 0not_entailment
|
Turkija: bdew jidfnu l-minaturi | Fit-Turkija, il-familji fil-belt ta’ Soma bdew jidfnu uhud mit-300 mill-għeżież tagħhom li mietu fl-agħar disgrazzja tal-minjieri wara li nhar it-Tlieta sploda apparat tal-elettriku li wassal biex parti mill-minjiera tiġġarraf. Ħafna mill-minaturi mietu għax belgħu gass velenuż. Sadanittant, madwar il-pajjiiż kollu saru dimostrazzjonijiet jipprotestaw kontra l-gvern tal-Prim Ministru Recep Tayyp Erdogan, u wrew l-għadab tagħhom għan-nuqqas ta’ sigurtà fil-minjieri minn mindu l-industrija ġiet privatizzata. Il-ħaddiema tas-selvataġġ għadhom fil-minjiera jfittxu l-mitt ħaddiema li għadhom ma ttellgħux. | 1entailment
|
“Kunu inthom li ġġibu l-bidla” – Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia | “Taċċettaw qatt l-affarijiet kif inhuma, kunu inthom li taspiraw għall-bidla u aħdmu u stinkaw biex dak li temmnu li hu sew, iseħħ.” Dan kien messaġġ ta’ ispirazzjoni mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia lit-tfal u żgħażagħ minn skejjel sekondarji differenti li pparteċipaw fil-Parlament taż-Żgħażagħ u għaddew numru ta’ mozzjonijiet kontra l-vjolenza domestika. “Sfidaw kollox. Sfidaw il-ħsibijiet. Taċċettawx kollox kif inhu. Tkellmu, argumentaw u jekk hemm affarijiet li ma jogħġbukomx, biddluhom. Tistennewx lid-dinja tinbidel waħidha, imma kunu inthom li tbiddlu d-dinja,” appellalhom il-Kap tal-Oppożizzjoni. Wissihom ukoll biex ma jibqgħux passivi fil-konfront tal-vjolenza domestika. “Ieqfu għall-abbużi. Taċċettawx imma tkellmu għaliex l-ikbar għadu li ma jħalliniex negħlbu l-vjolenza, hu s-skiet.” Din l-attività mhux biss wasslet biex huma jidduskutu suġġett tant sensittiv u importanti, imma wkoll ispirat lil oħrajn biex huma wkoll jaspiraw li jilħqu mexxejja ta’ pajjiżna. | 1entailment
|
Il-Papa Franġisku jerġa' jaħtar lil Rev. Hector Scerri bħala konsultur | Il-Papa Franġisku reġa' ħatar lil Rev. Prof. Hector Scerri konsultur tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda fost l-Insara. Rev. Prof. Hector Scerri diġà kien wieħed mill-konsulturi tad-Dekasteru tal-Ekumeniżmu. Fl-2014, meta kien sema' b'din l-aħbar, kien stqarr ma' li kien sorpriż ħafna bid-deċiżjoni tal-Papa. Huwa għandu jkun inkarigat minn materji relatati mad-Djalogu Ekumeniku bejn diversi knejjes u t-tradizzjonijiet Insara. Rev. Prof. Hector Scerri huwa Assistent Ekkleżjastiku tal-Aid to the Church in Need Malta. Aid to the Church in Need qalet li, "Waqt li dan huwa ta' unur u ta' servizz għall-Knisja Universali huwa wkoll unur għall-Arċidjoċesi ta' Malta. Dan l-unur hu tassew mistħoqq lil Rev. Prof. Hector Scerri. Aħna nwegħduh it-talb u l-appoġġ tagħna biex il-Mulej ikompli jgħinu f'din il-ħidma tant importanti." Aġġornata: "Kont sorpriż bid-deċiżjoni tal-Papa" – Dun Hector | 1entailment
|
Baġit bla taxxi, żieda 'sostanzjali' fil-pensjonijiet u surplus għall-2019 | Fl-indirizz tiegħu waqt żjara f'żewġ lukandi, waħda fil-Qawra u oħra f'San Ġiljan, u kif ukoll f'ristorant ġewwa l-Qawra, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis saħaq kif il-ħsieb wara dawn iż-żjarat hu li jingħata apprezzament lill-ħaddiema f'dan is-settur li, f'dawn iż-żminijiet marbutin maċ-ċelebrazzjonijiet ta' festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, ikunu impenjati ferm aktar mis-soltu. "Hija responsabbiltà kbira li jġorru l-ħaddiema fis-settur turistiku," sostna l-Ministru Zammit Lewis. Ħidmiethom hija l-aktar kuntatt dirett mat-turist li tħalli mpatt immedjat fuq l-impressjoni tat-turist fuq pajjiżna; għalhekk huwa tajjeb li niċċelebraw dawn is-suċċessi miksuba f'din l-industrija għax huma suċċessi li huma msawwra bl-għaqal, bil-ħidma, u bil-bżulija kollettiva tagħna lkoll, imma fl-istess waqt nibqgħu naħdmu biex niżguraw aktar kisbiet għall-futur. Il-Ministru għat-Turiżmu qal li dawn ir-riżultati li qed jinkisbu fin-numru ta' wasliet u l-infiq turistiku f'pajjiżna huma turija ta' fiduċja internazzjonali lejn Malta. Minkejja l-kompetizzjoni ħarxa minn destinazzjonijiet ġirien tagħna, Malta qed jirnexxielha tattira dejjem aktar turisti barranin lejha li għażlu u ħarsu lejn pajjiżna bħala post sikur u ta' rilassament, u li fih jistgħu jieħdu valur ta' ħlas għall-btala tagħhom li ħafna drabi tħalli sodisfazzjon akbar milli kienu qed jistennew. Dan kollu hu grazzi għall-ħidma bla waqfien u kkollaborata bejn dan il-Gvern u s-settur privat, partikolarment il-ħaddiema kollha u l-investituri f'din l-industrija li mingħajr il-kontribut fejjiedi tagħhom żgur li ma nilħqux dan il-livell ta' suċċess li qed ingawdu fis-settur turistiku Malti. Fi ftit iktar minn tliet snin, dan il-Gvern irnexxielu jattira aktar turisti milli irnexxielhom jattiraw gvernijiet preċedenti fi tmien snin sħaħ. Fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena diġà kważi lħaqna ċ-ċifra rekord li rreġistrajna tul is-sena l-oħra sħiħa fl-ammont ta' turisti li waslu f'pajjiżna. Bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena, l-infiq turistiku laħaq il-figura ta' €1.54 biljuni, li ssarraf fi kważi €50 miljun aktar ta' dħul dirett mit-turiżmu fl-ekonomija Maltija. Dan kollu jissarraf f'ġid dirett għal-lukandiera u s-sidien tar-ristoranti li qatt ma esperjenzaw żmien bħal dan. Għalkemm għax-xahar ta' Novembru għadhom ma ġewx ippubblikati l-figuri uffiċjali, il-Ministru Zammit Lewis stqarr li ċifri preliminari proġettati jindikaw li n-numru ta' wasliet ta' turisti fix-xahar ta' Novembru li għadda laħaq livelli rekord u qabeż dak reġistrat fl-istess xahar tas-sena l-oħra meta Malta esperjenzat influss qawwi ta' delegazzjonijiet barranin b'konnessjoni maċ-CHOGM u mal-Valletta Summit. "Dan ikompli jikkonferma l-fatt li Malta m'għadhiex dipendenti fuq avvenimenti ta' darba sabiex jagħtu spinta fin-numru ta' wasliet fix-xhur off – peak ," qal il-Ministru Zammit Lewis. Huwa żied jgħid li skont l-istess kalkoli preliminari, fl-aħħar xahrejn tal-2016 se nirreġistraw dak li jissejjaħ double digit growth, jiġifieri tkabbir ta 'l fuq minn 10% fuq l-istess xhur tas-sena ta' qabel. Il-Ministru għat-Turiżmu qal li filwaqt illi fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti l-lukandi kienu jagħlqu u ma jerġgħux jiftħu, bil-politika ta' dan il-Gvern li qed toħloq stabbiltà ekonomika u finanzjarja li tixpruna u tippermetti lis-settur privat ikompli jinvesti f'din l-industrija, il-lukandi f'dawn l-aħħar erba' snin qed jagħlqu temporanjament għal rinovar maġġuri. Hekk kif nirrikonoxxu li l-ajru huwa l-mezz primarju li jgħaqqadna mas-swieq turistiċi globali, il-Gvern impenjat bis-sħiħ li jissokta fil-ħidma sabiex inżidu l-konnettività kemm f'din ix-xitwa u kif ukoll is-sajf li ġej. F'din iż-żjara, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis kien akkumpanjat miċ- Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia, id-Direttur Eżekuttiv tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi Pierre Fenech, kif ukoll il-President u l-Kap Eżekuttiv tal-MHRA Tony Zahra u Andrew Agius Muscat rispettivament, flimkien mas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu Vincent Muscat u l-Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru għat-Turiżmu Gail Demanuele. | 0not_entailment
|
Ir-risposta tal-Awtorità tal-Mediċini lill-importatur tal-morning after pill | Lance Stroll se jkun fit-tim ma’ Sergio Perez l-istaġun li ġej wara li ħarġet l-aħbar uffiċjali li se jkun qed itellaq ma’ Force India. Din il-bidla għal Stroll minn ma’ Williams kienet mistennija hekk kif missieru Lawrence Stroll xtara lil Force India fis-sajf li għadda. Stroll se jieħu post Esteban Ocon li rritorna ma’ Mercedes bħala t-tielet sewwieq. Force India qalu li l-Kanadiż iffirma kuntratt fit-tul. Iż-żagħżugħ kiseb l-uniku podju għal Williams fl-2017 meta kien spiċċa t-tielet fil-Grand Prix tal-Ażerbajġan u fl-istess staġun kien kiseb biss tliet punti anqas minn sieħbu Felipe Massa. F’dan l-istaġun Williams kellhom staġun diżappuntanti minħabba li l-karozza ma kinitx kompetittiva, b’Stroll iġib biss is-sitt punti, kontra l-punt ta’ Sergey Sirotkin. Robert Kubica u George Russell se jsuqu ma’ Williams is-sena d-dieħla. Perez li ilu jtellaq ma’ Force India fl-2014, reġa’ ffirma mat-tim xahrejn ilu. B’hekk wara l-konferma ta’ Alex Albon ma’ Toro Rosso u l-konferma ta’ Lance Stroll ma’ Force India, is-sewwieqa għall-istaġun li ġej huma magħrufa kollha. Is-sewwieqa kollha għall-kampjonat tal-2019 Mercedes – Lewis Hamilton, Valtteri Bottas Ferrari – Sebastian Vettel, Charles Leclerc Red Bull – Max Verstappen, Pierre Gasly Renault – Daniel Ricciardo, Nico Hulkenberg Haas – Romain Grosjean, Kevin Magnussen McLaren – Carlos Sainz, Lando Norris Force India – Sergio Perez, Lance Stroll Toro Rosso – Daniil Kvyat, Alex Albon Sauber – Kimi Raikkonen, Antonio Giovinazzi Williams – George Russell, Robert Kubica | 0not_entailment
|
L-eżamijiet għal-liċenzja nawtika ser jibdew isiru mill-uffiċini ta’ Transport Malta | Trasport Malta ħabbret li b’effett immedjat, l-eżamijiet tal-liċenzja nawtika ser jibdew isiru mill-uffiċini ta’ Transport Malta. Dan hekk kif l-Awtorità se tkun qed tassumi l-irwol ta’ ċentru tal-eżamijiet u b’hekk ser tkun qed tamministra l-proċeduri amministrattivi kollha. Fi stqarrija Transport Malta filwaqt li rringrazzjat lill-MCAST tas-servizz tagħhom tul dawn l-aħħar snin, informat lill-pubbliku li l-MCAST mhux ser tibqa’ taċċetta dawn l-applikazzjonijiet. Iċ-ċentri ta’ taħriġ jew individwi li jridu japplikaw għal dan l-eżami għandhom jagħmlu dan billi jissottometu l-applikazzjonijiet lid-Dipartiment tal-Ports Commercial fl-uffiċini ta’ Ħal Lija. Dan id-dipartiment diġà kien joħroġ il-liċenzja, iżda żdiditlu r-responsabbiltà tal-koordinament amministrattiv tal-eżamijiet bħall-iskeda tal-eżamijiet u oħrajn. Il-post prinċipali fejn ser jibdew isiru dawn l-eżamijiet ser ikun fl-uffiċini ta’ Transport Malta f’Ħal Lija. Mhux ser ikun hemm l-ebda bidla fl-eżaminaturi, il-miżata tal-applikazzjoni jew fl-eżami nnifsu. Fil-jiem li ġejjin Transport Malta ser tkun qed tikkomunika mal-pubbliku l-proċeduri tal-applikazzjoni ġodda u simplifikati. Għal aktar informazzjoni għamlu kuntatt mad-Dipartiment tal-Ports Commercial fuq jew ċemplu fuq wieħed minn dawn in-numri: 2555 5000 / 2122 2203 | 1entailment
|
€109,000 f'appoġġ lill-volontarjat f'Għawdex | Il-Papa jsellem lin-nies waqt żjara f'Istitut immexxi mis-Sorijiet tal-Karita. (Vatican Media/Handout via REUTER) Il-Papa Franġisku l-lejla temm iż-żjara ta' jumejn fil-Marokk wara li fost attivitajiet oħra ċċelebra quddiesa u ltaqa' mal-komunità Kattolika fejn qalilhom li l-missjoni tagħhom ma kinitx dik li jikkonvertu lill-ġirien imma li jgħixu bħal aħwa ma' nies ta' twemmin differenti. Fil-Marokk hu kalkulat li hemm 23,000 persuna ta' twemmin Kattoliku Ruman, l-aktar ħaddiema Ewropej uemigranti mill-Afrika u jagħmlu anqas minn 1% minn popolazzjoni ta' 35 miljun persuna. Il-Papa Franġisku qal lill-mexxejja tal-komunità Kattolika, li għalkemm l-insara huma minoranza żgħira fil-Marokk, din mhux problema għalkemm kultant jista' jkun diffiċli għalihom "Il-Knisja ma tikbirx bil-proselitiżmu imma billi tkun ta' attrazzjoni. Dan ifisser li l-missjoni tagħna bħala persuni mgħammda, qassisin u nisa u rġiel konsagrati ma tiddependix min-numru u d-daqs tal-ispazju li nokkupaw imma mill-ħila tagħna li nġibu bidla u nqajjmu kumpassjoni". Fil-Marokk il-Marokkini li jikkonvertu għall-Kristjaneżmu m'humiex rikonoxxuti u ħafna minnhom jipprattikaw ir-reliġjon Kattolika fil-privat u bil-moħbi. Bħal f'diversi pajjiżi Islamiċi, il-konversjoni għall-Kristjanezmu hi projbita u tista' twassal għal piena sa tliet snin ħabs. Papa Franġisku qal li "l-problema mhux għax aħna ftit imma jekk inkunu insinjifikanti". Il-Kattoliċi huma msejħa biex ikunu parti integrali mid-djalogu inter-reliġjuż fid-dinja li hu mkisser minn politika estrema u ta' diviżjoni. Fil-Quddiesa li għaliha attendew madwar 10,000 persuna l-Papa enfasizza l-bżonn għal djalogu inter-reliġjuż u sostna li għandna nirreżistu li "nikklassifikaw lilna nfusna skont id-differenzi morali, soċjali, etniċi u reliġjużi". Il-Marokk jipproklama lilu nnifsu bħala oasi ta' tolleranza reliġjuża f'reġjun imkisser mill-militanza. Fil-pajjiż ħadu t-taħriġ tagħhom predikaturi Musulmani mill-Afrika u l-Ewropa. Il-Papa faħħar lir-Re Mohammed VI li jipprovdi taħriġ biex tkun miġġielda kull forma ta' estremiżmu li ħafna drabi jwassal għall-vjolenza u t-terroriżmu u li hu offiża kontra r-reliġjon u kontra Alla nnifsu. Nhar is-Sibt, mexxejja Lhud ingħaqdu ma' dawk Kristjani u pparteċipaw f'żewġ avvenimenti ta' djalogu inter-reliġjuż, preseduti flimkien mill-Papa u mir-Re tal-Marokk. L-appell għal djalogu inter-reliġjuż li kien kontinwament fuq l-aġenda tal-Papa f'din iż-żjara, deher aktar meta dal-għodu fil-Katidral ta' Rabat kien preżenti r-Reverendu Jean-Pierre Schumacher, patri Franċiż ta' 95 sena li ħelisha minn dak li hu magħruf bħala l-Massakru Tibhirine fl-Alġerija. Dan seħħ f'Marzu 1966 meta seba' patrijiet Franċiżi inħatfu mill-kunvent tagħhom f'Tibhirine waqt il-gwerra ċivili. Il-patrijiet inżammu għal xahrejn sħaħ u wara nstabu mejta, ħlief Patri Schumacher li kien irnexxielu jaħrab. | 0not_entailment
|
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum | Miksi bid-demm u bi qtugħ ma’ ġismu kollu, tifel żgħir Palestinjan beda jgħajjat “irrid lill-papà, ġibuli lill-papà”. Hekk kif ħaddiema tal-isptar ipprova jniżżlu fuq is-sodda, it-tifel qabad miegħu bħal qarnita u ma riedx jitilqu qabel jara lil missieru. Dan ir-ritratt emozzjanti huwa riflessjoni oħra tat-tbatijiet kbira li qed jgħaddu minnha kemm it-tfal u anke l-anzjani fil-kunflitt li għaddej fil-Medda ta’ Gaza fejn fl-aħħar sigħat Iżrael irrifjuta li jwaqqaf il-bombardamenti fuq Gaza. It-tifel kien qiegħed jiġi ttrasferit fl-Isptar al-Shifa fil-belt ta’ Gaza, irrapportat l-pubblikazzjoni favur il-Palestinjani Intifada. Huwa kien wieħed minn erba’ aħwa, tnejn minnhom ta’ tliet snin li ttieħdu l-isptar għall-ġrieħi serji li ġarrbu. Huwa mifhum li s’issa l-għadd ta’ Palestinjani maqtula tela’ għal 580. Il-Minsitru tal-Finanzi ta’ Israel kien rapportat jgħid li lbieraħ kien jum ieħor ta’ attakki qawwija u xejn mhu se jżommhom milli jkomplu bl-operazzjoni tagħhom li fi kliemu hija waħda bżonnjuża. | 0not_entailment
|
Il-COVID iħalli żewġ vittmi oħra | Żewġt irġiel oħra jitilfu ħajjithom kawża tal-COVID. L-ewwel każ huwa ta' anzjan ta' 86 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta' Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess miet aktar kmieni llum f'Mater Dei. Fit-tieni każ, anzjan ta' 87 sena ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta' Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada, it-2 ta' Novembru. Hu wkoll miet aktar kmieni llum. Għal darb'oħra l-Ministeru tas-Saħħa ħass li għandu jżid li l-anzjani kienu jbatu minn mard kroniku ieħor. | 1entailment
|
Jitla' għal 100 n-numru ta' dawk mejta wara attakk fin-Niġerja | Membru Parlamentari Ingliż mill-Partit tal-Konservattivi mhux ser ikun sospiż mill-Parlament wara li bdiet investigazzjoni fuqu fuq allegat suspett ta' stupru. Il-Membru Parlamentari Ingliż li għandu bejn ħamsin u sittin sena kien arrestat is-Sibt u ngħata l-ħelsien mill-arrest. Il-Pulizija Ingliża qalet li l-allegazzjonijiet huma relatati ma' erba' każijiet separati u huwa mifhum li seħħew bejn Lulju tal-2019 u Jannar tal-2020. B'reazzjoni, il-Partit Laburista Ingliż qal li d-deċiżjoni li l-individwu ma jiġix sospiż mill-Parlament hija xokkanti u tibgħat messaġġ ħażin għall-aħħar f'Westminster. | 0not_entailment
|
Il-Gvern jgħaddi biż-żmien ir-residenti tal-Pietà | Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima fi stqarrija kkjarifika li l-Ministru José Herrera qatt u mkien ma qal li "l-proġetti ta' kostruzzjoni tal-Gvern, bħal akkomodazzjoni soċjali, ma jistgħux jinbdew għax m'hemmx fejn jintrema l-iskart ta' kostruzzjoni," kif ġie rrappurtat. Kuntrarju għall-impressjoni li setgħet ingħatat, il-Ministru qal li r-regolamenti l-ġodda, li dalwaqt se jkunu ppubblikati, se jidħlu fis-seħħ biex bħala Gvern ikunu antiċipati sitwazzjonijiet fejn proġetti jkunu jridu jibdew imma jeħlu għax ikun hemm il-problema ta' rimi ta' skart tal-kostruzzjoni. | 0not_entailment
|
‘Tar-restoranti ilhom biex iqaċċtuna … kieku jistgħu anke fil-baħar jitfgħu l-imwejjed’ | L-ILLUM iżżur ir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk bl-għan li titħaddet ma’ diversi bejjiegħa tal-Monti dwar din id-deċiżjoni li l-Monti jżarma fit-3pm Is-Sibt li għadda, f’referendum lokali x-Xlukkajri vvutaw sabiex il-monti tal-Ħadd tal-istess lokalità jibda jżarma fit-tlieta ta’ waranofsinhar. L-ILLUM żaret ir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk bl-għan li titħaddet ma’ diversi bejjiegħa tal-Monti dwar din id-deċiżjoni. ‘Jekk inżarmaw aħna tal-monti u minflok joħorġu l-imwejjed tar-restoranti se niġu ċikku briku’ Wieħed mill-bejjiegħa li tkellmu mal-ILLUM qal li għalkemm huwa normalment iżarma qabel is-2pm u għalhekk id-deċiżjoni tas-Sibt ma tantx se taffettwah, xorta waħda għandu riżervi kbar. “Jien sat-3pm inkun żarmajt. Noqgħod Marsaxlokk stess, sabiħ li hawnhekk ikun spazju miftuħ,” saħaq dan il-bejjiegħ. Minkejja dan, hu qal li, “il-problema hi li jekk lilna se jġegħluna nżarmaw fit-3pm, imbagħad tar-restoranti se jimlew kulm’hawn bl-imwejjed u siġġijiet se niġu ċikku briku,” irrimarka Josef. Staqsejt lill-bejjiegħ jekk din hix problema rikorrenti. Hu kien pront iwieġeb, “iva, ikollhom 10 imwejjed u jridu jdaħħlu d-doppju. Ġieli jitfgħu l-imwejjed sax-xifer ta’ fejn l-baħar. Jiġi sajjied lanqas ikun jista' jtella’ l-affarijiet tiegħu. Hawn bżonn ta’ ħafna infurzar u regolamenti mhux abbandun totali,” saħaq dan il-bejjiegħ. Żied jgħid li, “min iżomm id-dixxiplina jrid ikun sod u mhux jikkorrompi ruħu b’ħuta jew kafè.” “B’din id-deċiżjoni Marsaxlokk spiċċa maqsum fi tlieta” Nikos, bejjiegħ ieħor li ilu għomru u żmienu jaħdem f’dan il-monti sostna ma’ din il-gazzetta li skontu, “din id-deċiżjoni ħolqot diviżjoni fir-raħal ta’ Marsaxlokk.” “Bil-vot tal-ġimgħa l-oħra, ir-raħal ta’ Marsaxlokk spiċċa maqsum fi tlieta. Fuq naħa għandek tar-restoranti, fuq in-naħa l-oħra għandek ir-residenti u fl-aħħar nett għandek lilna tal-monti,” spjega Nikos. Skontu, “kien żball kbir min-naħa tal-awtoritajiet ikkonċernati li għal ftit voti ħadu deċiżjoni li finalment se taffettwa l-għixien tan-nies. Kif jista’ xi ħadd qatt jivvota fuq xi ħaġa li se taffettwa l-ħobża ta’ kuljum ta’ xi ħadd ieħor?” temm jistaqsi dan il-bejjiegħ. Fuq il-kwistjoni tar-restoranti, dan il-bejjiegħ stqarr li, “huwa veru li xi ftit minnhom iridu jqaċċtuna minn hawn u li kieku jistgħu anke fil-baħar jitfgħu l-imwejjed però minkejja dan ma tistax titfa’ lil kulħadd fl-istess keffa,” sostna Nikos. “Normalment inkunu lanqas għadna żarmajna u diġà jiġu biex jarmaw l-imwejjed” Bejjiegħ ieħor li tkellem mal-ILLUM kellu kummenti simili għall-bejjiegħa l-oħra li tkellmu magħna. “Bħala ħin ma tantx taffettwani għaliex l-affarijiet tiegħi nista’ nerfagħhom u nipprova nbigħhom darb’oħra. Però min ibigħ il-ħut ovvjament li se taffettwahom peress li dak li jkollhom armat iridu jbigħuh,” spjega dan il-bejjiegħ. Hu kompla għid li skontu, “ħafna kienu favur li l-monti jżarma fit-3 ta’ waranofsinhar biex ikunu jistgħu joħorġu l-imwejjed u s-siġġijiet. Sikwit ikollna argumenti ma’ tar-restoranti. Ġieli jagħlquk bl-imwejjed.” Dan il-bejjiegħ żvela mal-ILLUM li huma bħala bejjiegħa kemm-il darba ppruvaw jindirizzaw din il-problema. “Konna qabbadna diversi avukati u periti li ħallasna minn butna stess sabiex naslu għal pjan aħjar. Darba minnhom għamilna pjanta sabiex inkunu nistgħu noqogħdu t-tnejn li aħna. L-imwejjed kienu ġejjin mal-bankina u aħna konna sejrin biswit iċ-ċinta tal-baħar. Ma kinetx għoġbithom għaliex ‘ngħattu l-veduta.’ Allura għamilnieha bil-kontra, però din ma għoġbithomx lanqas għax skonthom ‘ma setgħux jaraw l-imwejjed u s-siġġijiet’,” temm jirrakkonta dan il-bejjiegħ partikolari. ‘Il-monti kien hawn qabel ir-restoranti’ Bejjiegħ ieħor li sema’ l-konverżazzjoni preċidenti u li dlonk qabeż jgħid li, “il-monti kien qabel ir-restoranti. Dawn kibru fil-popolarità għaliex in-nies kienu jżuru l-monti. Issa l-ironija li jridu jqaċċtuna minn hawn u jagħmlu l-imwejjed,” saħaq dan il-bejjiegħ Żied jgħid kif skontu, “in-nies jieħdu gost bih il-monti. Mhux biss it-turisti li huwa popolari ferm magħhom iżda anke l-Maltin. Ħafna minnhom jiġu hawn jieħdu belgħa kafè u jimlew il-ġurnata tagħhom.” | 1entailment
|
Aġġornata (2) | Bint u mart raġel li qatel lill-ġirien jinstabu mejta f'għalqa | Il-missier qed jiskonta sentenza ta' 30 ħabs wara li qatel lil żewġ ġirien fi Trejqet Santi Kristu, Ħal Għaxaq Marija Lourdes Bonnici u bintha Angele Bonnici kienu rrappurtati nieqsa wara li dehru l-aħħar darba nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu 2019 fis-7:00am fir-residenza tagħhom f’Ħal Għaxaq. Huma nstabu mejta dalgħodu f'għalqa fil-Gudja minn xi qraba, li rrappurtaw dak li sabu lill-Pulizija. Il-Pulizija infurmat b'din is-sejba lil Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo u minn naħa tagħha l-Maġistrat ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-investigazzjonijiet. Il-mewt ta' dawn iż-żewġ nisa jiġu wara li li r-raġel ta' Marija Lordes kien intbagħat 30 sena ħabs fuq qtil ta'żewġ ġirien li kienu joqgħodu ħdejhom fi Trejqet Santi Kristu f'Ħal Għaxaq. Hu kien sparalhom f'rashom u qatilhom fuq il-post, filwaqt li kien ammetta l-ħtija ta' dan il-qtil fil-Qorti. | 1entailment
|
'Razziżmu istituzzjonalizzat' - Aditus tikkundanna l-mod kif il-Pulizija tellgħet immigranti l-Qorti | Din kienet it-tieni sejba ta' droga f’24 siegħa. Il-bieraħ, hekk kif Libjan ta’ 33 sena ġie arrestat waqt rejd Ħidma konġunta bejn erba’ taqsimiet differenti tal-Korp tal-Pulizija wasslet għal suċċess ieħor fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga. F'din il-ħidma ġew arrestati erba' persuni. L-istħarriġ tal-Pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga dwar il-movimenti ta' persuni suspettati li qed jittraffikaw id-droga kien ilu għaddej għal diversi jiem. Kien fl-aħħar sigħat, li l-Pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga, assistiti mis-Sezzjoni tal-Klieb u millPulizija mid-Distretti tal-Ħamrun u tal-Mosta, wettqu tfittxijiet f'residenzi, f'għelieqi, f'diversi rziezet u anke f'vetturi fil-Ħamrun, ir-Rabat u l-Mosta. Waqt dawn it-tfittxijiet il-Pulizija sabet madwar tliet kilogrammi droga, suspettata ħaxixa tal-kannabis. B’rabta ma din is-sejba, il-Pulizija arrestaw tliet irġiel residenti r-Rabat u Mosta li għandhom 29 sena, 27 sena u 26 sena u mara ta' 55 sena residenti l-Mosta. Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea qed tmexxi Inkjesta Maġisterjali rigward dan il-każ. Din kienet it-tieni sejba ta' droga f’24 siegħa. Il-bieraħ, hekk kif Libjan ta’ 33 sena ġie arrestat waqt rejd li sar mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, f’appartament f’Marsalforn, Għawdex. Il-Libjan tressaq illum fil-Qorti t'Għawdex mill-Ispettur Frank Tabone u wieġeb mhux ħati tal-akkużi, madankollu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest | 0not_entailment
|
AFM soldiers to be deployed in Somalia | The AFM will deploy a Special Duties Enhanced Boarding Team (SDEBT) made up of personnel of 1 Regiment | 1entailment
|
Jerġa' jitfaċċa l-COVID-19 fi New Zealand | Wara tliet ġimgħat mill-għajbien tal-Ajruplan Malażjan, il-Prim Ministru Malażjan ħabbar li skont informazzjoni ġdida jista’ jingħad li l-ajruplan ġġarraf fil-baħar fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan. Il-Prim Ministru Najib Rażak qal li informa lill-familjari tal-vittmi tal-239 persuna li kienu abbord. Din l-aħbar waslet wara operazzjoni ta’ tiftix intensiva li saret f’dawn l-aħħar ħamest ijiem. Aktar kmieni l-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbot qal li ajruplan Awstraljan kien illokalizza biċċiet tal-ajruplan fil-baħar. | 0not_entailment
|
Ma nistgħux inmorru lura mill-progress favur enerġija nadifa | Id-diskussjonijiet ta' Marrakesh dwar il-Klima (COP22) li saru l-ġimgħa l-oħra servew biex fakkru lill-mexxejja kollha li wieħed ma jistax imur lura mill-progress li qed isir fuq tranżizzjoni għal arja aktar nadifa, qalet l-MEP Miriam Dalli. Waqt diskors fil-Parlament Ewropew dwar l-iżviluppi tad-diskussjonijiet tal-COP22, l-MEP Laburista qalet li l-mexxejja kollha għandhom jonoraw l-impenn li daħlu għalih fil-ftehim ta' Pariġi s-sena li għaddiet, biex mill-kliem ngħaddu għall-fatti. Dan fil-kuntest tal-aħħar żviluppi fl-iStati Uniti u l-elezzjoni ta' Donald Trump. "Il-messaġġ hu wieħed u ċar. Jekk pajjiż jaħseb li għandu joħroġ mill-ftehim ta' Pariġi u ma jonorax l-obbligi tiegħu, il-pajjiżi l-oħra għandhom iżidu l-pressjoni. Mexxejja minn madwar id-dinja jridu jirrikonoxxu li t-tibdil fil-klima għandha bżonn attenzjoni immedjata, u li d-dinja kollha trid tiġbed l-istess ħabel," sostniet Miriam Dalli. Hi kkritikat in-nuqqas ta' implimentazzjoni li s'issa kien wieħed inkonsistenti, filwaqt li rrimarkat li "t-tibdil fid-dinja reali qed jiġri b'aktar ħeffa minn dak li qed jimxu bih il-gvernijiet matul in-negozjati." Matul is-sessjoni plenarja li nżammet fi Strasburgu, Dr Dalli għamlet intervent ieħor waqt id-diskussjoni fuq id-Direttiva tal-Kwalita' tal-Arja, li fiha sejħet għal aktar miri ambizzjużi u għodda leġislattivi biex jintlaħqu l-oġġettivi fit-tul. "It-tniġġiż tal-arja la tirrikonoxxi fruntieri u lanqas distanza bejn pajjiż u ieħor. Qed nitkellmu fuq is-saħħa taċ-ċittadini tagħna, u għalhekk il-gvernijiet għandhom jaħdmu aktar. Konformita' sħiħa hija mistennija mill-iStati Membri kollha biex jiġi assigurat li d-dritt għal arja nadifa jkun salvagwardjat," temmet tgħid Miriam Dalli. Ir-reviżjoni tad-Direttiva għall-Kwalita' tal-Arja tinkludi miri fuq l-emissjonijiet sal-2030 fuq ħames sustanzi, inkluż Sulphu Dioxide (SO2) u Nitrogen Oxides (NOx). | 1entailment
|
Coronavirus | Sospiżi t-titjiriet lejn Malta min-nhar is-Sibt | L-ordni ngħatat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u ġiet ikkommunikata tard it-Tlieta filgħaxija lil-linji kollha tal-ajru It-titjiriet kollha lejn Malta se jkunu sospiżi min-nhar is-Sibt li ġej u dan bħala parti mill-ġlieda tal-pajjiż kontra t-tixrid tal-Covid-19. L-ordni ngħatat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u ġiet ikkommunikata tard it-Tlieta filgħaxija lil-linji kollha tal-ajru. L-avviż ntbagħat bħala Notice to Airmen, jispjega kif se jiġu affettwati t-titjiriet tal-passiġġieri li jkunu telqu wara nofsilejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej. Din is-sospensjoni hija waħda "temporanja," jgħid l-avviż. Se jitħallew joperaw biss titjiriet tal-merkanzija, dawk għal raġunijiet uminatarji u anke dawk ta' ripatrijazzjoni. F'każijiet speċjali, l-awtoritajiet jistgħu jawtorizzaw titjiriet individwali. | 1entailment
|
Is-sħana se tippersisti ... appell mid-Direttorat tas-Saħħa | Lil kull min isegwi lil Ron jaf kemm hu persuna simpatika li l-ħin kollu jidħak u jiċċajta! Mhux l-ewwel darba li ġibed saqajn xi ħadd ukoll! F'din l-intervista nsiru nafuh ftit aktar... X'aktarx li m'hemmx wisq differenza bejn dak li jidher fuq il-midja u r-realtà. Ninsisti miegħi nnifsi li fuq il-midja nibqa' kemm jista' jkun dak li jien, jiġifieri nibqa' naturali. Ovvjament, f'każ li nkun qed ninterpreta xi karattru, storj'oħra. Fil-ġurnata tiegħi ta' kuljum nagħmel il-massimu biex nibqa' pożittiv, anke jekk il-ħajja taf tkun ta' sfida f'xi mumenti. Ftit pożittività diġà ttejjeb is-sitwazzjoni. Minkejja li ma nirrabjax ta' spiss, l-inġustizzji u l-argumenti ta' xejn iġegħluni, f'xi waqtiet, nirrabja ħafna. Il-bidu ta' kollox kien it-teatru. Imbagħad waslet esperjenza sabiħa ta' programm għat-tfal fuq TVM. Kien hawn li ltqajt ma' tim ta' preżentaturi żgħażagħ li kollha kellhom ħafna x'joffru. Eventwalment ingħaqadt ma' Frank Zammit fi programmi tar-radju li ħaduna f'ħinijiet differenti tal-jum fuq iktar minn stazzjon wieħed u li laqqgħuna ma' għexieren ta' esperjenzi mill-aqwa. Fil-frattemp waslet esperjenza li tat bidu għal avventura unika fuq it-televixin. In-namur għall-midja x'aktarx li minn dejjem kien hemm. Biss, iktar milli ppjanajt li nkun qed nagħmel dak li preżentement nagħmel, sa minn mindu kont iżgħar (għax għadni żgħir) kont insib sodisfazzjon kbir fil-kuntatt dirett man-nies. U nemmen li din hi waħda mill-aktar affarijiet importanti fil-midja. Id-dinja tal-programmi tat-tfal fiha l-affaxxinu tagħha. Li kelli x-xorti nkun parti minn wieħed mill-aktar programmi popolari mat-tfal fuq it-televixin hi xi ħaġa li żżommni grat għal dejjem. Meta ngħaqadt mat-tim ta' Mini Bugz sibt quddiemi sfida fiha nnifisha, l-aktar minħabba l-fatt li l-programm kien diġà stabbilit, popolari ħafna u b'formula li n-nies kienet drat sew, u dan grazzi għas-suċċess miksub mill-ewwel tim ta' Mini Bugz. Biss, l-isfida għarafna nbiddluha f'opportunità li daħħlitna fid-djar tan-nies, fil-pjazez u fuq palkijiet diversi għal erba' snin sħaħ, tista' tgħid kuljum. Kieku kellu jiġi fuqi xi ħadd u jistaqsini, "nerġgħu nibdewh għada?", ngħidlu immedjatament "IVA" (minkejja l-impenn li jinvolvi). La għandi ċ-ċans irrid nirringrazzja lil Toni Busuttil, Frederick Zammit, Louiselle Vassallo, il-Fairy, u ovvjament Mini u Griz ta' din l-avventura. Mini Bugz wassalni għal waħda mill-aktar esperjenzi pożittivi fuq it-televixin - il-programm Purée, li sa ftit xhur ilu kien għadu jixxandar (u jaqta' kull aptit ta' ikel) ta' kull filgħaxija. Kif semmejt aktar qabel, il-bidu ta' kollox kien it-teatru. Grat, ad eternum, għat-teatru u l-esperjenzi li tani maż-żmien. Kien l-għalliem tat-Taljan li ħajjarni nissieħeb mad-DUTP, u minn hemm skoprejt dinja teatrali li għadni nesperjenzaha ta' kuljum. Nemmen bis-sħiħ li bażi teatrali tgħin lil kwalunkwe persuna f'kull xogħol li tagħmel fil-ħajja tagħha ta' kuljum. Diffiċli nagħżel liema kienet ir-rappreżentazzjoni li tatni l-aktar sodisfazzjon. Biss fost il-favoriti għandi l-esperjenza ma' Kelma Kelma, Nota Nota (2017), Caught in the Net (2015), B'Tal-Linja Jaqbillek Żgur (2016), l-addattament għall-palk ta' Il-Ħarsa ta' Rużann ta' Francis Ebejer (2019) u kull rappreżentazzjoni li tellajt flimkien ma' Hector Bruno. Ma' dawn inżid l-esperjenzi tal-kunċerti ta' Voices. Fil-preżent qed naħdem fuq L-Impotenti, bi traduzzjoni tal-mibki Zep Camilleri fuq l-oriġinali ta' Nicholo Macchiavelli, fejn jispikka plott imħawwar bl-aqwa mod minn awtur li hu magħruf għal din ix-xorta. Ħerqan biex fil-bidu ta' Novembru li ġej naqsam il-palk tat-Teatru Manoel ma' numru ta' atturi bravi, taħt id-direzzjoni ta' Mario Micallef. Sinċerament nemmen li fil-Malti hemm espressjonijiet li jagħmluh jinstema' 'ħelu' ħafna aktar minn kemm naħsbu. U jekk insib waqtiet li fihom nista' nitfa' xi espressjoni li naħseb li tinżel tajjeb, normalment nitfagħha. L-ilsien Malti minn dejjem kien favorit, u bqajt inħaddnu sal-Università. Fil-preżent qed nikkollabora ma' Kite Group fuq proġett ta' ġabra ta' rakkonti u esperjenzi strambi u komiċi minn atturi waqt li kienu fuq il-palk. Nittama li fix-xhur li ġejjin ikollna ċ-ċans li naqsmu din il-ġabra mal-pubbliku inġenerali. Din bdiet b'kumbinazzjoni kbira. Nibtet minn programm għat-televixin li kellu l-għan li jippromwovi dak kollu li għandha x'toffri Sqallija aktar minn sempliċement ġita għax-xiri f'Katanja. U meta bdejna nfasslu l-programm sibna ma' wiċċna gżira mogħnija b'xenarju, ikel, attrazzjonijiet u esperjenzi diversi li wieħed ma jirrealizzax li qegħdin daqshekk qrib tagħna. Minn programm twieldet paġna fuq Facebook li kontinwament taġġorna dwar dak kollu li jkun għaddej, jew li wieħed jista' jagħmel waqt il-ġita tiegħu fi Sqallija. In-nies tiktbilna kontinwament għal suġġerimenti, pariri jew għal daqqa t'id waqt li tippjana l-vjaġġ tagħha fil-gżira ġara tagħna. B'hekk, illum il-ġurnata nħoss li Sqallija saret parti minni aktar minn kemm naħseb. Fost l-esperjenzi li nistgħu nikklassifikaw bħala bawxati, hemm waħda tal-2004 meta wara li għaddejt miċ-check-in tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, il-Pulizija tal-Immigrazzjoni (li inzerta ħabib tiegħi) infurmani li kelli l-passaport skadut. Dħaqtlu lura biex nurih li indunajt li kienet ċajta u lestejt biex nimxi, sakemm indunajt li wiċċu beda jinbidel biex jikkonvinċini li ma kienx il-każ. Mort dritt il-Belt nagħmel passaport urġenti u qbadt ajruplan li telaq aktar tard mal-jum. Ġara iżda, li fl-2014, għaxar snin wara, kelli nsiefer mal-istess persuna. Fi triqti lejn l-ajruport iċċekkjajt jekk il-passaport kienx miegħi, tajt daqqa t'għajn lejn id-dati u indunajt li l-istorja reġgħet irrepetiet ruħha! Il-passaport kien skada bi ftit jiem. Tarraftlu x'kien ġara u fil-pront daħaqli lura biex jurini li induna li kienet ċajta. Sakemm f'moħħu ħadem somma ta' kemm għadda żmien mill-2004 sal-2014. Hemm min ma jafnix mill-qrib li jiskanta meta jinduna li nsegwi l-futbol bil-mod li nagħmel. Insegwi l-aħbarijiet sportivi (mhux biss tal-futbol) kontinwament, u b'kull mezz. In-namur għall-akbar tim mill-belt ta' Milan kien minn dejjem, u minkejja li l-perjodu preżenti mhux daqstant pożittiv, il-passjoni tibqa'. Wieħed jittama li dal-perjodu ma jkomplix jiġġedded wisq. L-istess passjoni teżisti għat-tim nazzjonali Malti, u nħossni onorat li f'ħafna okkażjonijiet kelli x-xorti li nanima jew li nikkummenta waqt il-logħob tat-tim nazzjonali Malti. Nilgħab f'logħbiet ta' ħbiberija ma' TeamMT, tim magħmul minn diversi personalitajiet li normalment tarahom fuq il-palk, it-televixin jew ir-radju. Reċentement, ġejt ingaġġat ukoll ma' PBS FC, tim li qed jaspira li fil-futur qarib jikseb numru ta' unuri. Din hi mistoqsija li nipprova nevita kemm jista' jkun. Minkejja li l-annimali nqishom ħbieb tiegħi sew, ir-relazzjoni mal-ġrieden għandha ħafna limiti. Tal-buttuni forsi teħtieġ iktar spjegazzjoni. Mhux se naħrab niġri jekk nara buttuna (maqlugħa minn postha), iżda żgur li m'iniex se naqbadha b'idejja biex inressaqha. X'aktarx li bdiet minn storja li kont smajt meta kont iżgħar (għax għadni żgħir) ta' persuna li daħlitilha buttuna fi mneħirha, u allura bqajt impressjonat b'dak li smajt. Viċin il-Junior College, u minkejja li qatt ma kont rajtha qabel, qaltli l-istorja ta' ħajti fi spazju ta' kwarta. Minkejja li mhux dejjem jirnexxili nkun, nipprova ħafna. Iggradwat fil-Baċellerat tal-Komunikazzjoni u l-Malti, fil-Baċellerat tax-Xjenzi Liberali kif ukoll ksibt il-Masters fil-Liġi, fl-Ekonomija u fil-Politika tal-Unjoni Ewropea. Naħdem fil-qasam tal-edukazzjoni, tal-midja u tat-traduzzjoni. Ħafna. Iva. Biss bl-għajnuna tal-oħrajn dejjem sibt kif indur mas-sitwazzjoni. Inħobb kull tip ta' mużika. Kapaċi ndoqq pjanu bażiku. Minkejja x-xewqa eterna, m'iniex kapaċi nkanta wisq. Il-ħajja mifnija b'sitwazzjonijiet li kapaċi jimlewna b'ħafna toqol. Kultant ninkwetaw u nargumentaw wisq fuq affarijiet frivoli. Affarijiet li jgħaddu. Il-ħajja qasira wisq biex nibqgħu nżommu fina. M'hemm l-ebda sitwazzjoni li ma tistax titranġa b'xi mod jew ieħor. Ħafna drabi, bi ftit rieda tajba, naslu. Bi ftit pożittività nitbissmu ħafna iktar! | 0not_entailment
|
L-istaff akkademiku fl-Università u l-PD b'appoġġ għall-għalliema | L-isport tal-qdif kostali huwa popolari ferm barra minn Malta, speċjalment fl-universitajiet, tant li l-Università ta' Malta għaddejja b'taħdidiet biex studenti barranin jagħmlu skambji ma' studenti Maltin. Biex iħajjar aktar studenti jagħmlu eżerċizzju fiżiku, il-klabb tal-qdif tal-Università ta' Malta għadu kif xtara żewġ dgħajjes tal-qdif kostali li ġew iffinanzjati mill-Fond għall-Kawżi Ġusti. Tessie u Temi huma l-ismijiet mogħtija lill-ewwel żewġ dgħajjes tal-qdif kostali tal-klabb tal-Università ta' Malta li twaqqaf 3 snin ilu. Id-dgħajjes huma msemmija wara l-ewwel mara li grawdat mill-Università ta' Malta Tessie Camilleri u l-Professur u storiku ċelebri Sir Temi Zammit li serva bħala rettur fl-Università ta' Malta fis-seklu għoxrin. Il-President tal-Klabb tal-Qdif Rebecca Caruana spjegat ma' Television Malta li l-qaddiefa jużaw teknika differenti tal-qdif minn dik li normalment nassoċjaw mar-regatta tradizzjonali Maltija. "L-unviersitajiet ta' barra jippratikaw sliding seating rowing, ir-regatta u l-klabbs tradizzjonali hawn Malta jippratikkaw, għalkemm huwa qdif huwa teknika kemm xejn differenti s-seat ikun fixed ma jkunx jimxi." Rebecca Caruana qalet li dan l-isport mistenni jħajjar aktar studenti barranin jsegwu l-korsijiet fl-Università ta' Malta tant li diġà għaddejjin taħditiet ma' universitajiet barranin biex isiru skambji ta' studenti. Ir-Rettur tal-Università ta' Malta, il-Professur Alfred Vella faħħar l-ispirtu ta' dan il-grupp ta' żgħażagħ li rnexxielhom jiksbu riżultat f'qasir żmien. F'kummenti ma' TVM qal li l-attività fiżika hi waħda mill-miri edukattivi ta' din l-Università."Inpoġġu l-isport fiċ-ċentru tal-interess tal-istudent nħossu li mhux biss l-istudenti li qed jistudjaw l-isport bħala akkedmika imma anke l-oħrajn kollha. Emm, li jkollok l-isport li jifforma parti normali ta' ħajtek hi essenzjali". Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna saħaq fuq l-importanza li l-isport isir parti mill-formazzjoni tal-istudenti universitarji. Huwa ħeġġeġ ukoll lill-għaqdiet mhux governattivi, speċjalment taż-żgħażagħ, sabiex jersqu 'l quddiem bil-proġetti tagħhom sabiex jingħataw għajnuna finanzjarja permezz tal-Fond tal-Kawżi Ġusti, bħalma ġara fil-każ tal-klabb tal-università li ngħata 13,000 ewro biex itaffi mill-ispiża tax-xiri ta' dawn id-dgħajjes. | 0not_entailment
|
Jumejn ta' attivitajiet għall-familja kollha bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku | Għad għandhom 10 snin u huma għarajjes! Kaya Gouder Curmi u Ike Mizzi interpretaw kanzunetta Can You Feel The Love Tonight minn The Lion King. Impressjonaw lill-ġurija waħda w sew tant li Ray, Howard, Maxine u Sarah qamu bil-wieqfa u bla dubju kisbu l-erba' "Iva" mingħandhom, hekk kif Kaya u Ike ġew deskritti li taw wirja tal-ħolm. | 0not_entailment
|
Coronavirus: L-istat ta' Victoria fl-Awstralja jiddikjara stat ta' diżastru | Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 9:04am L-istat ta' Victoria fl-Awstralja ddikjara stat ta' diżastru u mpona miżuri ġodda ta' lockdown wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda ta' coronavirus. Il-Premier ta' Victoria, Daniel Andrews qal li r-restrizzjonijiet se jidħlu fis-seħħ mill-Ħadd fis-6 p.m. Bil-miżuri l-ġodda, ir-residenti tal-kapitali ta' Victoria, Melbourne mhux se jkunu jistgħu joħorġu minn djarhom bilejl u se jingħataw inqas raġunijiet biex joħroġu minn djarhom matul il-ġurnata. Ir-residenti mhux se jitħallew jivjaġġaw aktar minn 5 kilometri minn djarhom, jistgħu jagħmlu eżerċizzju fiżiku darba biss f'ġurnata u persuna waħedha se titħalla tmur tixtri affarijiet essenzjali. Sa ftit ġimgħat ilu, l-Awstralja kien qed jirnexxielha tikkontrolla l-imxija u kienet irreġistrat mas-17,000 każ u 200 mewt. Iżda l-każijiet ġodda fl-istat ta' Victoria, l-aktar stat popolat fl-Awstralja, qed jiżdiedu b'rata mgħaġġla u kien għalhekk li reġġgħu ġew imposti miżuri ta' lockdown. Il-Ħadd kienu rrapportati 671 każ ġdid u seba' mwiet mill-Covid-19 f'Victoria. Dan żied it-total ta' infezzjonijiet f'dan l-istat għal 11,557 u 123 mewt. | 1entailment
|
Jinvadu YouTube b’videos pornografiċi | Il-pjan li jinfetħu l-iskejjel Primarji kollha fir-Renju Unit se jkun mibdul hekk kif issa l-Gvern Ingliż qed jgħid li l-iskejjel se jinfetħu f'Settembru. Fl-aħħar jiem fir-Renju Unit kien hemm tħassib kbir dwar il-ftuħ tal-iskejjel hekk kif l-amministrazzjoni u l-għalliema tħallew kważi bla ebda informazzjoni dwar dak li se jiġri. Ilbieraħ ġie maqbul li f'laqgħa tal-kabinett se jkomplu d-diskussjonjiet dwar it-tneħħija ta' aktar miżuri u kif ukoll pjan ġdid għal ftuħ tal-iskejjel fir-Renju Unit. Fir-Renju Unit ilbieraħ kien hemm 'il fuq minn elf każ ġdid ta' Coronavirus, filwaqt li numru ta' vittmi għal din l-imxija tela' għal aktar minn 40,500. | 0not_entailment
|
Barcelona jidħlu fl-aħħar ħin, jaqbżu lil Roma u jakkwistaw lil Malcom | Barcelona rnexxielhom jakkwistaw lil Malcom fl-aħħar mumenti wara li l-plejer Brażiljan kien kważi lest biex jilgħab fis-Serie A ma’ Roma. Il-Katalani akkwistaw il-plejer mingħand Bordeaux għal somma li tista’ titla għal €42 miljun. Stqarrija fuq is-sit ta’ Barcelona qalet li l-Brażiljan se jiffirma kuntratt ta’ ħames snin. Malcom hu mistenni li jasal Barcelona llum fejn se jkollu r-ritratt tradizzjonali bl-arma ta’ Barcelona barra l-uffiċji tal-klabb, qabel ma jagħmel l-eżami mediku l-Erbgħa filgħodu. Il-plejer ta’ 21 sena jingħaqad mal-klabb fit-tour tal-pre-season li qed jagħmlu fl-Istati Uniti. Roma kienu laħqu ftehim ma’ Bordeaux għas-somma ta’ ftit aktar minn €35 miljun fejn kien jonqos biss l-eżami mediku, iżda meta sar jaf bl-interess ta’ Barcelona, Malcom talab li jitkellem magħhom. Hu kien fil-mira wkoll ta’ Tottenham f’Jannar qabel ma Lucas Moura ffirma mingħand PSG. Hu skorja 23 gowl f’96 logħba mat-tim tal-Ligue 1, wara li ngħaqad magħhom mingħand it-tim Brażiljan Corinthians fl-2016. | 1entailment
|
Ħadd ma weġġa’ wara li gaffa ħadet in-nar fl-Imsida | Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’inċident li seħħ aktar kmieni fi Triq Misraħ il-Barrieri fl-Imsida. Inewsmalta jinsab infurmat li għall-ħabta tas-2:00 p.m il-Pulizija daħlilha rapport li gaffa kienet qiegħda taqbad fl-imsemmija Triq. Fil-post issejħu l-Pulizija u Membri Tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-gaffa kienet tħalliet hemm minn xi ħaddiema ftit tal-ħin qabel u meta dawn ħallew is-sit għal xi raġuni l-gaffa spiċċat inħakmet minn nirien. Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha. | 1entailment
|
Idur id-dinja bla fjuwil | Il-PM Muscat żvela x'inhi l-kundizzjoni ewlenija tal-Gvern permezz ta' kummenti mal-midja... L-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) telqet 'l barra mil-laqgħa li kellha mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, dwar il-proposti tal-Gvern fl-Att dwar l-Edukazzjoni. Dan ġara hekk kif l-MUT insistiet li l-Prim Ministru kien qed jinforma lill-midja bl-iżviluppi li kienu qed iseħħu waqt il-laqgħa, meta l-laqgħa kienet għadha ma ntemmitx u kien għadu ma ntlaħaqx qbil. Fil-fatt il-Prim Ministru Muscat, f'kummenti lill-ġurnalisti u fi tweet, qal biss x'inhi l-kundizzjoni ewlenija tal-Gvern, jiġifieri li jekk l-MUT tirtira l-azzjoni, l-Gvern jkun lest li jirtira l-Att proposti u jerġa jpoġġi bilqiegħda mal-unjin biex isiru d-diskussjonijiet meħtieġa L-MUT ħabbret illi l-istrajk ta' nhar it-Tnejn li ġej se jkompli kif ippjanat. Intant il-Ministru Evarist Bartolo, f'kummenti lill-ġurnalisti qal illi l-Gvern xorta se jkun qed jirtira l-Atti proposti u jerġa jmur lura għad-diskussjoni dwarhom. Ara hawnhekk x'inhuma r-raġunijiet tal-MUT għall-istrajk | 0not_entailment
|
Anton Pace jirbaħ f’korsa fl-Iżvezja … Warren Grech jispiċċa r-raba’ | Raġel ta' 43 sena mill-Filippini li kien qed jagħmel xogħol bħala careworker, inżamm arrestat wara li nqabad ibagħbas anzjana ta' 77 sena. Il-każ seħħ fid-dar tal-anzjana stess f' Ħaż Żebbuġ fejn allegatament, il-Filippin ikkommetta l-abbuż wara inqas minn siegħa biss li sar jafha. Quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera hu wieġeb mhux ħati minkejja l-fatt li fil-Qorti intwerew filmati tas-sigurta fejn allegatament il-Filippin jidher ibagħbas l-anzjana. | 0not_entailment
|
Sevilla b'rebħa komda fl-ewwel partita mir-ritorn tal-La Liga | Wara tliet xhur sopsiż minħabba l-pandemija tal-coronavirus, illejla irritorna l-La Liga bid-derby ta' Seville bejn Sevilla u Real Betis. Sevilla dehru ferm aktar preparati mill-avversarji u fetħu tajjeb tant li wara għaxar minuti resqu viċin li jiftħu l-iskor meta xutt angolat ta' Ocampos stampa mal-lasta. Sevilla komplew jersqu viċin meta daqqa ta' ras ta' Kounde għaddiet ftit barra. It-tim ta' Julen Lopetegui iżda mar fil-vantaġġ fit-tieni taqsima. Fl-54 minuta Marc Bartra deher jiffawlja lil De Jong fil-kaxxa bir-referee jordna penalty favur Sevilla. LUCAS OCAMPOS ma żbaljax u tefa' lil Sevilla fil-vantaġġ. Tmien minuti wara Sevilla żiedu ieħor meta minn corner, il-ballun waqa f'saqajn FERNANDO li mill-viċin ma żbaljax biex għamilhom 2-0. Real Betis pruvaw iwettqu reazzjoni u kellhom opportunità permezz ta' Emerson fis-77 minuta biex xutt tiegħu jgħaddi ftit barra. Ftit tal-minuti wara Joaquin ukoll resaq viċin li jnaqqas id-distakk iżda x-xutt tiegħu kien imblukkat. B'din ir-rebħa Sevilla saħħew posthom fit-tielet post tal-klassifika, fejn għandhom 50 punt, erba' punti aktar minn Real Sociedad li jinsabu fir-raba' post. Ilbieraħ Għada Il-Ħadd | 1entailment
|
Il-prezz tal-ikel jibqa' jogħla u jogħla skont ċifri tal-NSO | Meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech l-Ispettur Keith Arnaud qal illi it-Tabib Adrian Vella - it-tabib ta' Yorgen Fenech u anke ta' Keith Schembri għal xi żmien - kien qallu illi kien imur jixrob il-whiskey għand Keith Schembri xi kultant. L-avukat difensur ta' Yorgen Fenech Charles Mercieca irrimarka kif Fenech kien qal lill-pulizija illi hu, flimkien ma' Keith Schembri u t-tabib Vella kienu marru l-Istati Uniti flimkien. "Jista' jkun li semmieha," iwieġeb Arnaud. Dwar il-karti li l-ġimgħa l-oħra t-tabib Vella xehed kif kien ħa mid-dar ta' Keith Schembri fil-Mellieħa - wara li dan indikahom b 'rasu - għal għand Yorgen Fenech, Mercieca jistaqsi lil Arnaud kif ħadd ma kien arrestat dwar dan l-episodju. "Ibbażat fuq l-informazzjoni li kellna, kien arrestat Vella. Vella ikkonferma li għadda l-karti mingħand Schembri għal għand Fenech imma qal ukoll li ma rax il-kontenut." Dan fil-fatt huwa konsistenti max-xhieda ta' Vella. Arnaud qal illi fil-ħin tal-arrest il-pulizija ma ħaditx il-mobile ta' Vella. Skont it-tabib, meta kienu qed iħabbtulu fuq il-bieb il-pulizija, huwa kien fuq it-telefon ma' Keith Schembri li għall-ewwel qallu biex ma jiftaħx, imma imbagħad qallu jiftaħ malli sar jaf li pulizija qed iħabbtu. Qallu wkoll biex ineħħi l-whatssapp chat li kellhom bejniethom. Ix-xhieda daret fuq l-eks membru tas-sigurtà tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat Kenneth Camilleri. Arnaud qal li l-aħħar li kellem lil Camilleri kien meta dan tela' jixhed. "Staqsejtu jekk kellux xi jżid fuq dak li kien diġa' qal u qalli le." Huwa jixhed illi Kenneth Camilleri - li allura kien jaħdem Kastilja - kien qallu li lil Keith Camilleri ma kienx jafu u li qatt ma ltaqa' ma' Yorgen Fenech. Schembri kien qal ukoll illi lil Camilleri ma kienx jafu ħlief li kien jsellimlu. L-Ispettur ikkonferma li lanqas f'dan il-każ il-pulizija ma ġabrux il-mobile ta' Camilleri. Ara x'qal waqt l-istess xhieda l-Ispettur Kurt Zahra. | 0not_entailment
|
FILMAT: “Spiċċa msawwat” fl-Isptar Monte Karmeli | Riżultat ta’ ftehim ta’ tlett ijiem ta’ waqfien mill-ġlied bejn il-Gvern u ribelli Sirjani, persuni qed jaħarbu minn waħda mill-bliet l-aktar milquta, Homs. Fl-ewwel ġurnata ġew evakwati 83 mara, tfal, kif ukoll persuni anzjani. Evidenti n-nuqqas ta’ ikel, għejja u stat batut li jinsabu fih. Ħaddiema b’għajnuniet umanitarji mill-Programm Dinji tal-Ikel qed jirrapurtaw li bosta huma dawk li kienu qed jgħixu biss fuq weraq, ħaxix u żebbuġ. Il-Gvernatur ta’ Homs, Talal Al-Barazi, esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-mod kif l-evakwazzjonijiet mexjin, minkejja xi problemi ta’ loġistika. Qal li għall-ewwel darba wara sena, karozzi tal-linja u viżitaturi irnexxielhom jidħlu fil-parti l-antika ta’ din il-belt. L-awtoritajiet Sirjani qalu li dawk li se jħallu l-belt Sirjana ser jingħataw għajnuna medika u saqaf, filwaqt li ser tingħata għajnuna umanitarja lil dawk li jiddeċiedu li se jibqgħu fil-belt. Dettalji: Ian Gatt | 0not_entailment
|
Tfal jissieltu għan-nifs | Adrian Delia jgħid li ż-żidiet fil-pagi f'Malta huma fost l-inqas u mhumiex biżżejjed biex ilaħħaqu maż-żieda fil-prezzijiet u l-kirjiet Meta kien qed ikun intervistat dalgħodu, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal illi minkejja li Malta hija l-iżgħar pajjiż fl-UE hija l-pajjiż b’fost l-akbar żieda fil-popolazzjoni u fost l-inqas żieda fil-pagi. Hu kien qed jikkwota statistika tal-Eurostat illi turi li fit-tieni kwart tal-2019 il-pagi f’Malta żdiedu b’1% meta l-medja Ewropea kienet ta’ 3.1%. “Dan ifisser illi jekk persuna taqla’ €1,000 issa, biż-żieda fil-pagi f’Malta qed taqla’ €1,110. Jiġifieri €10 fix-xahar. Il-kirjiet b’kemm għolew?” staqsa rettorikament Delia. “B’€10 iktar fix-xahar fil-paga x’se tkopri? Il-kirjiet waħedhom irduppjaw, imma mbagħad hemm l-essenzjali wkoll. Il-Kap tal-PN semma wkoll ir-rapport tal-Moneyval u fakkar illi qabel ħareġ dan ir-rapport kien diġà ppubblikat bħal sommarju ta’ dak li għandha bżonn tagħmel Malta, “imma minflok il-Gvern ħa l-biċċa xogħol bis-serjetà, il-Ministru Edward Scicluna sempliċiment qal li kull pajjiż għandu problemi ta’ ħasil ta’ flus.” “Dan ir-rapport għandu konsegwenzi, fosthom li bħala pajjiż niġu blacklisted u ħadd ma jibqa’ jeħodna bis-serjetà,” sostna Delia. Filwaqt li fakkar illi kien Gvern Nazzjonalista li attira lejn pajjiżna ħafna mill-industrija tas-servizzi finanzjarji, Delia qal illi l-PN se juri fejn il-Gvern qed jiżbalja u fejn hemm hemm bżonn ikun irranġat. Finalment Delia ta ħarsa lejn l-ambjent u sostna li donnu l-Gvern sar jogħxa u jeheda jqaċċat is-siġar. “Jekk tara l-iżvilupp li għaddej bl-addoċċ, tinduna li l-Gvern m’għandux pjan." “M’hawnx fejn tieħu nifs, qed nifgaw lil dan il-pajjiż u iktar żgħażagħ qed iħarsu biex jitilqu barra minn Malta. Meta jgħid li l-ambjent huwa prijorità għalih qed jidħak bin-nies.” Delia akkuża lil Muscat illi b’Malta kożmopolitana jfisser li jrid jibni lil Malta kollha. | 0not_entailment
|
Floriana Granaries prepped up for a more 'responsible' Isle of MTV | Less than a day separates local fans, and not only, from this year | 1entailment
|
Senatur Taljan ixejjen rapport falz li tfajla spiċċat l-ITU f'Palermu bil-Covid-19 wara li kienet fuq btala f'pajjiżna | Rapporti li bdew iduru u jgħidu li tfajla li waslet f'Palermu wara li kienet f'pajjiżna spiċċat tiġi rikoverata mill-Coronavirus fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, ġew imxejna għal kollox u esposti bħala fake news minn senatur Taljan Lello Ciampolillo. Dan hekk kif stqarr li meta indaga hu fuq dawn ir-rapporti sab li bħalissa m'hemm ħadd f'Palermu fi Sqallija li qiegħed jiġi rikoverat mill-Coronavirus fit-taqsima tal-kura intensiva. Huwa spjega kif kompla jinvestiga u sab li għalkemm għal xi raġuni bosta ġurnali Taljani qed jipprovaw jagħtu l-impressjoni li f'Malta hawn xi sitwazzjoni disastruża fejn in-nies qed jaqgħu u jmutu fit-triq minħabba l-Coronavirus, fil-verità, pajjiżna qed jikkontrolla sew l-imxija. L-AGI irrapportat kif il-Ministru tal-Affarijiet Reġjonali Taljan, Vincenzo Boccia, mal-Corriere della Sera stqarr li 70% tal-każijiet huma ta' trasmissjoni lokali. Għalhekk mhux minnu li l-maġġoranza tal-każijiet fl-Italja ġew impurtati minn pajjiżi tal-madwar, fosthom pajjiżna. | 1entailment
|
Surġent u Kuntistabbli feruti b’arma taqta u bil-ponta fil-Floriana | Membri tal-ekwipaġġ tal-vapur Lifeline li ilhom maqbudin Malta ‘l fuq minn xahrejn dalgħodu mxew b’tebut fuq spallithom minn Pjazza Kastilja sa quddiem il-Qorti. Dawn il-membri, li magħhom mexa wkoll il-Kaptan Claus-Peter Reisch, mexxew dan il-‘funeral’ bħala simbolu tal-mewt tad-drittijiet umani fl-Ewropa. It-tebut li kienu qed iġorru kien imgeżwer f’bandiera tal-Unjoni Ewropea. Stqarrija tal-NGOs Mission Lifelne u Seawatch qalet li filwaqt li l-Kaptan Reisch ħadem biex isalva 235 ruh, qed jiġi akkużat li hu għamel dan mingħajr ma l-bastiment kien irreġistrat kif suppost. L-istqarrija qalet li ħadd ma kien ħa jwaqqaf membri tat-tifi tan-nar milli jaħdmu biex jitfu nirien, sempliċiment għax il-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-fire engine hemm ċans li mhumiex tajbin. L-istqarrija kompliet tgħid li l-Kaptan kien għamel dak li hu marbut li jagħmel moralment u legalment meta salva persuni li kienu qed jegħerqu quddiemu. Filwaqt li l-politiċi Ewropej ilhom idawru wiċċhom in-naħa l-oħra għal snin twal, aħna nitolbu biss li tiġi rrispettata d-dinjità tal-bniedem u l-valur ugwali tal-ħajja, kompliet l-istqarrija. L-NGOs sostnew li ma kien hemm l-ebda prova li r-reġistrazzjoni tal-bastiment kien filfatt irregolari u qalu li dan kien biss attakk bla mistħija fuq NGOs li kienu qed jesponu nuqqasijiet gravi fil-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni. Huma qalu li Malta qed tipprova tagħti eżempju bil-każ tal-Lifeline biex NGOs jitwaqqfu milli jkomplu b’missjonijiet ta’ salvataġġ. Iż-żamma f’Malta fuq bażi legali tas-Sea Watch 3 u l-ajruplan Moonbird li jintużaw għal dawn il-missjonijiet huwa xhieda ta’ dan u permezz ta’ hekk, il-gvern Malti qed iħalli iktar nies imutu mgħarrqa fil-baħar Mediterran. Intant is-seduta tal-llum fil-każ kontra l-Kaptan tal-Lifeline Reisch damet biss ftit minuti hekk kif l-ispettur Daryl Borg informa lill-qorti li l-ittri rogatorji li ntbagħtu lill-awtoritajiet olandiżi intbagħtu fuq formoli ħżiena. Għaldaqstant l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali se jkollu jerġa jibgħat id-dokumentazzjoni mill-ġdid. Il-Maġistrat Joe Mifsud għamel apoloġija lill-Kaptan Reisch u qallu li jinsab imbarazzat bis-sitwazzjoni. Reisch qed ikollu jivvjaġġa bejn Malta u l-Ġermanja kull darba li tinżamm seduta. | 0not_entailment
|
In-nisa jaqilgħu 12 fil-mija inqas mill-irġiel | F’Malta n-nisa jaqilgħu 12 fil-mija inqas mill-irġel – diskrepanza li qed tiżdied gradwalemnt hekk kif il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol kulma jmur qiegħda dejjem tiber. Saħqet dan Renee Laiviera, il-Kummissarju għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, l-NCPE, waqt seminar li tratta t-tema tad-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irgiel. L-isterjotipi tas-sess, in-nuqqas ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u d-diskriminazzjoni fil-pagi kollha jsaħħu d-diskrepanza fil-pagi abbażi tal-ġeneru. Eventwalment dan kollu jwassal ukoll għad-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel. L-indipendenza ekonomika ugwali hija meħtieġa mhux biss biex l-individwi jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom iżda wkoll sabiex in-nisa u l-irġiel ikollhom kontroll aħjar fuq ħajjithom u jagħmlu għażliet aktar għaqlin. Minkejja li l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol żdiedet, in-nisa in ġenerali huma ferm inqas indipendenti ekonomikament mill-irġiel. Waqt dan is-seminar, diversi akkademiċi u stakeholders iddiskutew il-korrelazzjoni bejn l-għażliet edukattivi u d-differenza fil-pagi bejn in-nies u l-irġiel u l-fatturi li l-istudenti jikkunsidraw meta jagħmlu l-għażliet tas-suġġetti tagħhom kif ukoll kif dawn l-għażliet jolqtu l-karrieri tagħhom. Dan filwaqt li rappreżentanti tat-trejd unions, tal-assoċjazzjoni ta’ min iħaddem u esperti akkademiċi ddiskutew il-konsegwenzi tad-diskrepanzi fil-pagi u l-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel u kif dawn jistgħu jiġu indirizzati Min-naħa tagħha Joana Micallef, Promutur tal-Proġett mal-NCPE, irrimarkat li n-nisa jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali aktar mill-irġiel u dan ir-riskju jiżdied skont l-età.Preżenti għal dan is-seminar kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar id-Drittijiet Indaqs, Libertajiet Ċivili u Drittijiet taċ-Ċittadin Claudette Buttigieg. | 1entailment
|
Il-kollass tat-Tieqa tad-Dwejra għandu jwassal għal riflessjoni dwar il-wirt nazzjonali – Il-Knisja | Wara li s-serq mir-residenzi privati kienu fost il-ftit każijiet ta’ serq li żdied tul l-2018, il-gazzetta ILLUM tikseb statistika dwar il-każijiet kollha li ħadmet fuqhom il-Pulizija minn Jannar tas-sena li għaddiet Minn Jannar tas-sena li għaddiet sa Frar ta’ din is-sena, il-Pulizija ħadmet fuq 992 każ ta’ serq minn djar privati f’Malta u f’Għawdex. Skont l-istatistika li kisbet din il-gazzetta mill-Korp tal-Pulizija, dan ifisser li fl-aħħar 14-il xahar insterqu medja ta’ żewġt idjar kuljum. L-akbar ammont ta’ serq minn residenzi kien irrapportat f’San Pawl il-Baħar. F’din il-lokalità, li tinkludi wkoll Burmarrad, Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija u l-Wardija, fost lokalitjiet żgħar oħra, insterqu 117-il dar. Dan ifisser li kważi 12% tas-serq kollu mid-djar li kien irrapportat f’dawn l-14-il xahar seħħew f’dawn il-lokalitajiet. Wara San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema ra l-akbar ammont ta’ serq mir-residenzi, fejn b’kollox, fl-istess perjodu, insterqu 66 dar. Warajh, il-lokalità turistika tant qrib, San Ġiljan, fejn ħallelin irnexxielhom jidħlu u jisirqu 59 residenza privata. Fl-Imsida, f’Birkirkara u f’Birżebbuġa, fl-istess perjodu, il-Pulizija rċeviet aktar minn 40 rapport dwar serq minn residenzi. Mill-Imsida, il-Pulizija rċeviet 44 rapport, filwaqt li f’Birkirkara ħadmet fuq 43 każ. Għall-Imsida, dan l-ammont huwa sinifikanti aktar u aktar meta tqabblu mar-rata ta’ serq f’Birkirkara li l-popolazzjoni tagħha hija kważi t-triplu ta’ dik Misidjana. L-istess jista’ jgħodd għal Birżebbuġa. Minkejja li skont l-aħħar ċensiment il-popolazzjoni ta’ dan ir-raħal hija kważi nofs dik Karkariża, f’Birżebbuġa nsterqu kważi l-istess ammont ta’ djar. Kif irrapportat din il-gazzetta l-Ħadd li għadda, f’Birżebbuġa, kienu rrapportati 41 każ ta’ serq minn djar privati, bi 13-il serqa jseħħu kollha x-xahar li għadda. Mill-istatistika li għandha f’idha din il-gazzetta, jirriżulta li l-Mosta u Bormla kienu wkoll fost l-aktar lokalitajiet li fihom insterqu djar. Bħal fil-każ tal-Imsida, Birkirkara u Birżebbuġa, f’Bormla seħħ kważi l-istess ammont ta’ serq mid-djar li seħħ fil-Mosta u dan minkejja li l-popolazzjoni Mostija hija kważi erba’ darbiet akbar dik Bormliża. Bejn Jannar 2018 u Frar li għadda, fil-Mosta nsterqu 32 dar filwaqt li minn Bormla nsterqu 30 residenza. F’lokalitajiet oħra, jiġifieri f’Ħ’Attard, fil-Fgura, fil-Gżira, fil-Ħamrun, f’Wied il-Għajn, fil-Mellieħa, fin-Naxxar, f’Raħal Ġdid, f’Ħal Qormi, fis-Swieqi u f’Ħaż-Żabbar, f’dawn l-14-il xahar, kienu rraportati ’l fuq minn 20 serqa. F’Għawdex insterqu 41 residenza f’14-il xahar Bejn Jannar tas-sena li għaddiet u Frar ta’ din is-sena, f’Għawdex insterqu 41 residenza. L-aktar lokalità li fiha nsterqu residenzi kienet dik taż-Żebbuġ li magħha jagħmel ukoll il-villaġġ turistiku ta’ Marsalforn. F’dawn iż-żewġ villaġġi, insterqu 10 residenzi. Fir-Rabat, kienu rrapportati 8 każijiet, filwaqt li fil-lokalitajiet l-oħra Għawdxin kienu rrapportati inqas minn 5 serqiet. Il-maġġoranza tas-serq seħħ meta ħallelin daħlu f’residenzi okkupati L-istatistika li għandha f’idha din il-gazzetta tagħmel ukoll distinzjoni bejn is-serq li seħħ f’residenzi li fihom jgħixu n-nies, oħrajn vakanti li jinkludu wkoll proprjetajiet ta’ villeġġjatura u anke serq minn fuq barra ta’ djar, bħal ngħidu aħna minn parapetti. Il-maġġoranza assoluta tas-serq li seħħ mid-djar f’dawn l-aħħar 14-il xahar, jiġifieri 717-il serqa, seħħew proprju meta l-ħallelin irnexxielhom jidħlu fir-residenzi li fihom jgħixu n-nies. 147 rapport ieħor kienu jinkludu serq minn fuq barra tad-djar, filwaqt li nsterqu wkoll madwar 128 dar vakanti jew proprjetajiet ta’ villeġġjatura. Il-Pulizija ma setgħetx twieġeb kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti u kemm minnhom għadhom pendenti. X’tista’ tagħmel biex tevita li tiġi misruq? Fid-dar persuna għandha s-sigurtà tagħha. Kulħadd jagħmel mill-aħjar li jista’ biex jassigura li daru tkun protetta, iżda kulħadd ġieli llaxka xi ftit bħal meta hawn min iħalli ċ-ċavetta fil-kaxxa tal-ittri jew f’xi qasrija quddiem il-bieb. Dawn huma ftit punti li tagħmel aċċenn għalihom il-Pulizija u li jistgħu jnaqqsu r-riskju ta’ serq minn residenzi: | 0not_entailment
|
25 SENA ILU: Ajax Champions tal-Ewropa għar-raba’ darba | Il-Partit Nazzjonalista jrid li kull Malti jkollu d-dritt li jgħix b’mod sigur ġewwa daru. Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Adrian Delia waqt laqgħa virtwali li saret mal-Home Owners Association. Din l-assoċjazzjoni twaqqfet madwar sentejn ilu fejn sal-lum tilqa’ fiha 9,000 membru. Matul din il-laqgha, l-Assoċjazzjoni tkellmet dwar id-dritt ta’ kull persuna li tgħix f’darha mingħajr ebda inkonvenjent ikkaġunat minn konstruzzjoni li tkun qed issir fil-viċinanzi. Dan apparti d-dritt ta’ kulħadd jgħix f’daru mingħajr ħsieb li jista’ jkun hemm xi tip ta’ periklu. Urew wkoll it-tħassib tagħhom li sidien ta’ propjetà li biswit r-residenza tagħhom ikun qiegħed isir xoghol ta’ kostruzzjoni m’għandhomx fuq min iduru u biex jissalvagwardjaw d-drittijiet taghhom ikollhom jonfqu mijiet ta’ euro f’konsulenzi u rapporti. Għalhekk huma pproponew li għandu jsir qafas fejn kull sid ta’ dar ikun jista jissalvagwardja d-drittijiet tiegħu mingħajr ma jidħol fi spejjeż żejda. Fl-istess laqgħa ġew diskussi wkoll il-prezzijiet tal-kirjiet fejn anke familji b’pagi medji qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-prezzijiet tal-kera. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li huwa importanti wkoll li jkun hemm bilanċ bejn l-interessi tal-iżviluppaturi u l-interess tal-pubbliku inġenerali. Għalhekk għandu jkun assigurat li l-liġi tkun osservata minn kulħadd. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm id-Deputati Nazzjonalisti Toni Bezzina, Kevin Cutajar u David Thake. | 0not_entailment
|
Michael Schumacher joħroġ mill-isptar | Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera beda jinstema' l-appell tal-kaptan tal-MV Lifeline li ġie ordnat iħallas €10,000 minħabba irregolaritajiet fir-reġistrazzjoni tal-bastiment. Il-kaptan kien instab ħati quddiem l-ewwel Qorti li daħal fl-ibħra territorjali Maltin mingħajr l-liċenzja neċċessarja. Il-Maġistrat Joe Mifsud li ppreseda l-każ fl-ewwel Qorti kien qal li fil-każ kien seta' tefa' l-ħabs lil Kaptan iżda minflok impona l-multa. | 0not_entailment
|
Sentenza sospiża għal mara li wettqet abort | Il-Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman iddikjara li huwa jaqbel fis-sħiħ li għandhom jitwaqqfu minnufih l-attivitajiet tal-massa. Fi stqarrija, il-Kummissarju Charles Messina qal li jemmen li mill-evidenza disponibbli, m'hemmx dubju li hemm bżonn li tittieħed azzjoni qabel is-sitwazzjoni issir waħda iddisprata. Qal li fl-aħħar xhur saru sagrifiċċji kbar mill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, mill-pubbliku u min-negozjiu għalhekk għandu jiġi żgurat li dak li nkiseb ma jintilifx. Is-Sur Messina qal li f'dan l-istadju hemm il-ħtieġa ta' direzzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. | 0not_entailment
|
Żewġt irġiel arrestati wara qabda ta’ 2 kili droga | Żewġt irġiel kienu arrestati mill-Pulizija wara li lbieraħ waranofsinhar inqabdu b’żewġ kili droga. L-irġiel wieħed ta’ 32 sena minn Ħal Tarxien u ieħor ta’ 31 sena minn Raħal Ġdid kienu arrestati hekk kif kienu ħerġin minn garaxx f’Ħal Tarxien. Il-Pulizija qalet li matul tfittxija li saret f’karozza ta’ wieħed mill-irġiel arrestati, il-Pulizija sabu żewġ pakketti li kien fihom żewġ kili ta’ dak li hija suspettata sustanza ta’ resina tal-Kannabis. Iż-żewġt irġiel jinsabu miżmuma mill-Pulizija biex jassistuha fl-investigazzjonijiet. Dwar din il-qabda infetħet inkjesta mill-Maġistrat Dr M.A Farrugia. | 1entailment
|
Persuni bl-ALS se jingħataw il-benefiċċju tad-diżabilità għall-ewwel darba | Persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-ALS se jibdew jieħdu l-benefiċċji ta' persuni b'diżabilità fiż-żmien li ġej. Dan ifisser li l-Gvern se jkun qed joffri aktar għajnuna lil dawn il-persuni. Dan tħabbar mill-Ministru Michael Farrugia flimkien mal-Ministru Edward Scicluna fis-sessjoni ta' Gvern li jisma', li propju għaddejja bħalissa. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar ukoll ftit tal-jiem ilu li meta se tinbena dar għal persuni bl-ALS, il-Gvern se jkun qed ikopri l-ispejjeż tas-servizzi kollha li jkun hemm bżonn. | 1entailment
|
'Ir-roħs fil-parkeġġ ta' Mater Dei qed ibatuh l-impjegati' | Dawn huma l-ispiżeriji miftuħa l-Ħadd 12 ta' April bejn id-9 u nofsinhar. Valletta, Floriana Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Valletta 21238355 Ħamrun, Marsa St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Ħamrun 21234570 Qormi, Santa Venera Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera 21444648 Birkirkara, Fleur-de-Lys St Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara 21492151 Gżira, Msida, Ta' Xbiex, Pietà, Gwardamanġa O'Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Gżira 21330268 San Ġwann, St Julians, Is-Swieqi, Pembroke, Ta' Giorni, L-Ibraġ Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann 213811776 Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard 21436531 Mosta, Naxxar, Għargħur, Mġarr Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sagħjtar, Mosta 21415198 Mellieħa, St Paul's Bay, Buġibba, Qawra El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Qawra 21576308 Paola, Tarxien, Santa Luċija Brown's Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola 21821646 Isla, Birgu, Bormla, Kalkara, Fgura (PO) Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Fgura 21673811 Żabbar, Marsaskala, Fgura (PO) St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Żabbar 21666194 Birżebbuġa, Għaxaq, Żejtun, Marsaxlokk, Gudja Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa 21658622 Luqa, Mqabba, Żurrieq, Qrendi, Kirkop Kristianne Pharmacy, Triq ic-Cavi, Mqabba 21683048 Żebbuġ, Siġġiewi De Rohan Pharmacy, Triq Sant' Antnin, Ħaż-Żebbuġ 21464128 Rabat, Dingli, Mtarfa Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat. Malta 21455479 Rabat (Victoria), Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Victoria, Gozo 21556970 Nadur, Għawdex Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t'April 1688, Nadur, Gozo 21563589 Ajruport L-ispiżerija llum se tkun miftuħa biss sa nofsinhar Mobile Blood Donation Il-Ħadd 12 ta' April 2020, ser ikun hemm il- mobile blood donation fi Pjazza 16 ta' Settembru il-Mosta (fejn jarma l-monti) u fil-Berġa tax-Xewkija. Il-ħin għall-għoti tad-demm ikun mit-8.30am sas-1.00pm. Jekk jogħgobkom ħudu magħkom il-karta tal-identità. | 0not_entailment
|
Ritratti u filmat: Il-mexxejja tal-pajjiż jitfgħu l-vot tagħhom | Fid-disa' ta' dalgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Joseph Muscat, flimkien mal-mara tiegħu, tefgħu l-vot tagħhom f'Burmarrad. Fl-istess ħin tefa' il-vot tiegħu anke ic-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Michael Brigulio. Fl-10 ta' dalgħodu, il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi ivvota fl-iskola ta' Wied il-Għajn. Il-President ta' Malta Dr George Abela ivvota f'Wied il-Għajn ukoll fil-10:45 ta' filgħodu. Matul il-ġurnata tefgħu wkoll il-vot tagħhom uffiċjali għolja oħra taż-żewġ partiti. Ritratti u filmat: Daniel Balzan | 1entailment
|
Żewġ persuni jiksru l-kwarantina obbligatorja; Jeħlu €1,000 kull wieħed | Malta sa issa kellha 18-il każ ta' coronavirus. Minn dawn, pazjenta fieqet u tinsab fi kwarantina obbligatorja fid-dar tagħha Illum il-Pulizija u uffiċali mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard u l-Protezzjoni Ċivili, komplew bl-ispezzjonijiet tagħhom fid-djar ta' dawk il-persuni li jinsabu taħt kwarantina obbligatorja. Żewġ persuni, li suppost kienu d-dar, ma nstabux hemm u dawn ingħataw multa ta' €1,000 kull wieħed. Il-Pulizija se jkunu qed ikomplu bl-ispezzjonijiet tagħhom. Il-kwarantina obbligatorja jridu jsegwuha dawk kollha li waslu: Malta sa issa kellha 18-il każ ta' coronavirus. Minn dawn, pazjenta fieqet u tinsab fi kwarantina obbligatorja fid-dar tagħha | 1entailment
|
L-ERA tilqa' r-revoka ta' żewġ permessi f'ODZ | Is-sit fejn inbniet Guest House flok id-dar fejn kienet tgħix Marija Madalena Nhar il-Ħadd 24 ta' Novembru, festa ta' Kristu Re kienet inawgurata Guest House ta' 160 kamra, fil-post li hu meqjus li kienet tgħix Marija Madalena fil-belt ta' Magdala f'Iżrael. Din il-binja hi parti minn proġett akbar magħruf bħala il-Proġett Magdala. Oriġinarjament din il-Guest House kellha tkun inawgurata żmien ilu iżda waqt l-iskavar instabet belt sħiħa tal-ewwel seklu. Minħabba f'hekk il-bini twaqqaf u l-proprjetarji tal-art u l-Awtorità Iżraeljana tal-Antikitajiet għażlu li s-sit ikun żviluppat bħala attrazzjoni għall-viżitaturi u l-pellegrini, minħabba l-valur storiku, kulturali u reliġjuż tiegħu. L-iskavar li kompla jsir kixef Sinagoga tal-ewwel seklu, suq u villaġġ sħiħ komplut bil-banjijiet tar-rit Lhudi li kienu jieħdu l-ilma min-nixxiegħa naturali li għadha taħdem sal-lum u fdalijiet tal-industrja tas-sajd fil-port tal-post. Fejn ippriedka Kristu Sejba importanti kienet ġebla skolpita li kienet fis-Sinagoga li fuqha kien hemm rappreżentazzjoni artistika tat-Tieni Tempju ta' Ġerusalemm. Fil-post instabu wkoll muniti li jmorru lura għas-snin 29 sa 64 Qabel Kristu. Dawn is-sejbiet jagħtu x'jifhem li hawnhekk Kristu seta' ppriedka u ltaqa' mal-ewwel segwaċi tiegħu. Il-konnessjoni bejn din il-belt u Santa Marija Madalena ilha rikonoxxuta ħafna u għalkemm l-iskavi għad iridu jikxfu evidenza diretta, l-arkeologi għandhom xiehda minn pellegrini lejn l-Art Imqaddsa, li jpoġġu lil Marija Madalena f'din il-belt. Dr. Marcela Zapata-Meza mill-Università Anahuac tal-Messiku li qed tmexxi l-iskavi li qed isiru fil-post, innutat kif "l-ewwel pellegrini lejn l-Art Imqaddsa fosthom Theodosius u Epifanio, tar-raba' u l-ħames seklu, jiddeskrivu l-belt ta' Magdala bħala l-post fejn twieldet Marija Madalena. Epifanio fil-fatt kiteb li "kien hemm knisja f'Magdala li nbniet flok id-dar fejn kienet tgħix Marija Madalena qabel il-Mulej fejjaqha". Fr. Juan Solana, il-fundatur ta' dan il-proġett innota li "il-post fejn jinsab dan is-sit li hu qrib il-Baħar tal-Galilea jagħmlu post uniku għal proġett ta' ospitalità bħal dan. Naħseb li Magdala tiġbor fiha dak li viżitatur isib li dan hu l-post fejn l-istorja Lhudija u dik Kristjana, iltaqgħu. Issa se nkunu nistgħu noffru wkoll esperjenza tal-Ewwel Seklu fil-kumditajiet tas-Seklu 21". Attrazzjoni turistika Is-sit arkeoloġiku nfetaħ għall-pubbliku fl-2014 bl-għajnuna ta' ħafna benefatturi minn madwar 20 pajjiż differenti u viżitaturi minn madwar id-dinja li taw donazzjonijiet biex ikomplu l-iskavi u jkun żviluppat is-sit. Minn dakinhar, il-post sar wieħed mill-akbar attrazzjonijiet fir-reġjun tal-Galilea, f'Iżrael. Fil-fatt fl-2018 is-sit kien ivvutat bħala wieħed mill-aqwa 25 attrazzjoni turistika fil-Lvant Nofsani. Il-proġett sħiħ issa kważi hu komplut u mistenni jħalli effett pożittiv fuq l-ekonomija tar-reġjun li qed jiżviluppa. Fih se jkun hemm din il-Guest House b'160 kamra kollha b'galleriji u veduti tal-Baħar tal-Galilea, il-Park Arkeoloġiku Magdala u mdawwar b'xenarju mill-isbaħ. Għall-inawgurazzjoni tal-proġett nhar il-Ħadd li għadda kienu preżenti dinjitarji għolja tal-Knisja fosthom il-Kardinal Carlos Auiar Retes, Arċisqof fil-Messiku; Mons Leopoldo Girelli, Nunzju Apostoliku f'Iżrael; Mons Pierbattista Pizzaballa, Amministratur Apostoliku ta' Ġerusalemm; rappreżentanti tal-Gvern Iżareljan u tal-Awtorità tal-Antikitajiet kif ukoll is-Sindku ta' Migdal. | 0not_entailment
|
COVID-19: "Mhix taħt kontroll? Assulutament li le!" – Robert Abela | Għandu 89 sena u huwa l-iktar bniedem sinjur f’Hong Kong. Li Ka-shing issa jidher li se jirtira wara li mexxa l-imperu tiegħu CK Hutchison Holdings Limited u ttrasformah fl-iktar suċċess finanzjarju li qatt ra Hong Kong. Għandu ġid li jaqbeż it-33 biljun dollaru Amerikan u beda mix-xejn fis-snin sittin meta kien wieħed mill-imħuħ li beda ftit ftit it-trasformazzjoni ta’ Hong Kong f’wieħed mill-iktar oqsma finanzjarji b’saħħithom fid-dinja. Ħames snin ilu Li Ka-shing għadda r-riedni tal-imperu tiegħu lil ibnu iżda kien f’dawn il-ġranet li l-Wall Street Journal indika li Li Ka-Shing se jirtira għalkollox. | 0not_entailment
|
Amber u Mary Rose Mallia jniedu 'Tifkiriet' | Tifkiriet hija diska oriġinali bil-Malti miktuba minn Elton Zarb, Amber u Simon Bartolo Amber u Mary Rose Mallia ghadhom kemm niedew il-Kanzunetta “Tifkiriet” Tifkiriet hija diska oriġinali bil-Malti miktuba minn Elton Zarb, Amber u Simon Bartolo. Kantata minn Amber u Mary Rose Mallia. Id-diska ser iġġedded ħafna memorji lil ħafna nies li jħobbu l-mużika Maltija. Mary Rose Mallia illum il-ġurnata hija ikkunsiddrata bħala waħda mill-ikoni maltin fejn tidħol il-mużika Maltija. Għamlet suċċess mhux biss f'Malta imma ukoll barra minn xtutna. Hija persuna mimlija b'ħafna passjoni lejn dak kollu li hu Malti u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-arti. Amber tghid li Huwa ta' unur ghaliha li tahdem ma ikona b'hal ma hija Mary Rose. Simon Bartolo li huwa wieħed mill-kitiba ewlenin f'din id-diska irnexxilu jżewwaq titli u frażijiet minn kanzunetti Maltin li kienu u għadhom popolari. Jissemmew diversi affarijiet li huma tipiċi u tradizzjonali Maltin, li jagħmlu mhux biss din id-diska imma anki il-kultura tagħna unika. L-element ta kuntrast bejn il-modern u tradizzjonali nhass ukoll fis-song, kemm mill-arrangeamnet maghzul kif ukoll filkitba. Flimkien ma’ Simon Bartolo, Elton Zarb u Amber ħadmu fuq il-mużika ta' din id-diska fejn bla ma trid tqabdek nostalġija għal-mużika tipika Maltija. Huma jghidu li B'din id-diska xtaqu li jfakkru lil dawk kollha li jħobbu mużika Maltija kemm żagħar u kbar fil-mużika tal-passat. Jemmnu li dawn id-diski li ssemmew f'din id-diska huma ftit mill-ħafna diski Maltin li ma jintesewx. U għalhekk b'din id-diska xtaqu natuhom il-mertu li jisthoqilhom u forsi anki tqajjem kurżita’ fost iż-żagħżagħ biex ifittxu dawn id-diski u jisimawhom u japprezzaw il-mużika tal-imgħoddi li fl-aħħar mill-aħħar żvillupat il-mużika Maltija tal-lum., u b'hekk kullhadd japrezza it-tifkiriet Hawn taht ghandkom il- Links ghall-vidjo tad-diska. Jekk tkunu tixtiequ aktar informazzjoni tiddejqu xejn li tikkuntattjawna. Nirringazzjawkom ghas-sostenn kontunwu taghkom favur il-prodott muzikali Malti, Mużika ta' Elton Zarb u Amber Kliem ta' Simon Bartolo Produzzjoni tal-Mużika: @ Elton Zarb u Matteo Depares ta' WickedandLoud Filmat: Olwyn Jo | 1entailment
|
Greece gets two more years but bailout is delayed | Eurozone finance ministers have agreed to give Greece until 2016 to meet its deficit-reduction targets, an extension of two years. However, the Eurogroup has delayed the release of the latest 31.5 billion euro instalment of bailout funds. The Eurogroup President Jean-Claude Juncker said there would be a further meeting on November the 20th. | 1entailment
|
Xandiriet ta' World Pro Racing fuq ESPN | Tlett ifkieren intefgħu lura fil-baħar dalgħodu minn Nature Trust Malta. Dawn il-fkieren kienu ilhom xhur jingħataw kura minn Nature Trust Malta biex inħelsu l-Ħamis filgħodu f’Golden Bay. Il-fkieren ingħataw l-isem ta’ Europa li għandha 3 snin, Myrtle li ghandha 8 snin u Moana li għandha 12-il sena. Europa kienet instabet f’Mejju viċin il-bajja tat-Torri l-Abjad maqbuda f’xibka u b’sunnara li kienet belgħet. Biex tkun salvata saret operazzjoni b’apparat ġdid li jiswa’ madwar €15,000. Dan l-apparat se jkun qed jagħmilha possibbli għall-fkieren feruti li jirkupraw aktar malajr meta jiġu operati biec titneħħielhom snanar li jkunu belgħu. Myrtle kienet intsabet f’Jannar fix-Xlendi Għawdex. Hi wkoll instabet b’sunnara fl-istonku u b’ferita f’waħda mill-pinnen ta’ quddiem. U l-Fekruna Moana kienet l-aħħar waħda li nstabet. Kienu persuni fuq dgħajsa li kienu fi triqthom minn Sqallija għal Malta li nnutaw il-fekruna li kienet f’wiċċ l-ilma ma tiċċaqlaqx. Huma ġabruha mill-baħar u ħaduha għand Nature Trust Malta. Nature Trust Malta qed tappella lill-pubbliku nġenerali biex jikkuntatjawhom jekk jaraw xi fekruna f’diffikulta’. L-organizazzjoni qed tappella wkoll lis-sajjieda ta’ rieda tajba biex meta jaqtaw ix-xlief minn mal-fkieren jaqtawhom mal-15cm il bogħod minn ħalqhom u mhux aktar. B’hekk il-veterinarji jkun aktar faċli għalihom biex isibu s-sunnara f’ħalq jew fl-istonku tal-fekruna. | 0not_entailment
|
Ikompli t-twaqqiegħ ta’ Villa Injazju; Jirreaġixxu l-NGO’s u l-Kamra Maltija tal-Periti | Ix-xogħol biex titwaqqa’ Villa Injazju fil-Balluta San Ġiljan beda fuq ordni tal-Qorti li ngħatat f’Ġunju. Madanakollu ix-xogħol tat-twaqqiegħ żied il-kontroversja u l-kritika għal din id-deċiżjoni, waqt li żdiedu l-appelli kontinwi mir-residenti u l-NGOs biex il-binja storika ta’ Villa San Injazju fil-Balluta ma titwaqqax. Ftit tal-jiem ilu, ġie rrappurtat li Din l-Art Ħelwa flimkien mar-residenti ħeġġew lill-awtoritajiet responsabbli biex iwaqqfu x-xogħol. Skont il-permess li ħareġ mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, l-unika awtorizazzjoni kienet biss dwar ħitan interni u mhux dawk esterni kif jidher fil-filmat. Il-Villa San Injazju hi waħda mill-aktar binjiet qodma fiż-żona tal-Balluta, fejn hemm dokumenti jixhdu dan sa mill-1839. Fl-aħħar sigħat Din l-Art Ħelwa fi stqarrija qalet li tinsab ixxokjata għall-mod kif qed isir abbuż tal-policies u l-liġijiet li suppost jipproteġu l-wirt ta’ bini storiku ta’ pajjiżna. Din l-art ħelwa tagħmel referenza għal dak deċiż mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li minn applikazzjoni biex jitwaqqgħu xi xorok fuq ġewwa biss kien inbidel il-permess wara li saret modifikazzjoni fl-applikazzjoni, biex il-binja titwaqqa’ kompletament. L-għaqda mhux governattiva qed issostni li x-xogħol li kien għaddej fuq din il-binja is-Sibt 2 ta’ Diċembru kien illegali li jsir għaliex kienet qed tinkiser kundizzjoni partikolari li l-Awtorita’ tal-Ippjanar kienet taf bih, biex xoghol ta’ twaqqih kompla matul il-gurnata tat-tnejn. L-istqarrija ta’ Din l-Art Helwa t-temm tgħid li l-Awtorita’ tal-Ippjanar għandha minnufih twaqqaf it-twaqqih ta’ din il-binja storika, itella’ dak li twaqqa’ u fuq kollox tassigura kif inhu dmirha li l-wirt ta’ bini storiku f’pajjiżna jinżamm intatt u mhux tagħti l-permessi biex jitwaqqa’. Irreaġixxiet anke l-Kamra Maltija tal-Periti li sostniet li dan il-vandaliżmu fuq bini li għandu valur storiku għall-pajjiżna għandu jieqaf. Fi stqarrija sostniet li l-Awtorita’ tal-Ippjanar għandha l-obbligu li tagħmel dan. Il-Kamra tal-Periti ssostni anke li f’pajjiżna għandna ħafna regoli u liġijiet li jekk ma jitħadmux tajjeb u faċli li jkunu njorati jew li jkunu applikati ħażin. Fl-istqarrija jingħad anke li f’pajjiżi oħra meta binja ta’ valur storiku titwaqqa’ minħabba nuqqasijiet ta’ osservanza lejn dawn ir-regoli u liġijiet, il-Qorti tordna biex din terġa tinbena. Iżda f’pajjiżna il-permess għat-twaqqih ta’ din il-binja ħareġ fuq ordni tal-Qorti. | 1entailment
|
Aġġornata | It-tabib Vella jisma' lil Fenech jgħid: 'Jekk ninżel jien...Keith jinżel miegħi' | It-tabib Adrian Vella jgħid li kien sema lil Yorgen Fenech jgħid: "Jekk ninżel jiena, inniżżel lil Keith miegħi" Dalgħodu qed tkompli l-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, akkużat bħala l-mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-ewwel xhud illum huwa l-Ispettur Keith Arnaud li qed imexxi l-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u li tul ix-xhieda tiegħu kkonferma li l-Pulizija rat il-konverżazzjoni li Keith Schembri u Yorgen Fenech kellhom ġurnata qabel dan tal-aħħar ġie arrestat. Xehed ukoll kif skont it-tabib Adrian Vella, Keith Schembri ma kellux x'jaqsam mal-pjan tal-ħarba ta' Yorgen Fenech, bit-tabib jinsisti li Fenech iddiskuta l-ħarba ma' zijuh Ray u ħuh Franco u dan wara li Melvin Theuma kien arrestat. It-tabib qal ukoll lill-Pulizija li meta Yorgen Fenech kien qed jiddiskuti l-ħarba tiegħu ma' ħuh Franco, sema lil Yorgen Fenech jgħid: "Jekk ninżel jiena, inniżżel lil Keith miegħi." Tul il-kumpilazzjoni, ħareġ ukoll li l-Pulizija qatt ma kkonfiskat il-mowbajl ta' Keith Schembri għax qalilhom li tilfu. Arnaud ikkonferma wkoll li Keith Schembri qed ikun investigat fuq 'omiċidju, tbagħbis ta' evidenza u reati oħra' Aqra wkoll: Yorgen Fenech jitlob il-ħelsien mill-arrest Theuma jgħid lil Degiorgio li għandu l-problemi ma' Yorgen Fenech L-Ispettur Keith Arnaud spjega kif Melvin Theuma kien jikkommunika ta' spiss mal-aħwa Degiorgio fil-ħabs, permezz ta' Mario Degiorgio. Xehed kif kien hemm perjodu meta Theuma beda jidher eċitat. Kien jgħid lill-kollegi tiegħu li kellu problemi ma' Yorgen Fenech iżda ma kienx ċar ħafna dwar dak li kien qed jirreferi għalih. Hawnhekk joħroġ ċar li Melvin Theuma beda jirrekordja t-telefonati tiegħu ma' Yorgen Fenech. L-arrest ta' Theuma u l-kaxxa li kellu L-Ispettur spjega kif l-iskwadra tal-omiċidji ma kellix tkun involuta fl-arrest ta' Theuma, iżda fl-14 ta' Novembru tal-2014, It-Taqsima tar-Reati Kriminali informawh li Theuma, probabbilment, kien se jmur xi mkien fejn kienu jilgħabu l-flus fuq l-idejn u hemm jeħles mill-evidenza. Kien hawn li l-Pulizija arrestat lil Theuma, lis-sieħba tiegħu u anke lit-tifla tagħha. Theuma qal lill-Pulizija li kien lest jgħidilhom kollox dwar il-kaxxa li kellu fuqu. Din infetħet, sar inventarju u l-Europol kompliet tinvestiga l-kontenut. Theuma jitlob il-maħfra u jibda jikxef Skont l-Ispettur Arnaud, Theuma kien talab il-maħfra Presidenzjali u wara bdew in-negozjati fis-16 ta' Novembru beda jkunu mitkellem. Qal li l-ewwel tħalla jitkellem hu iżda mbagħad semmgħuh ir-recordings. "Ir-recordings ħarġu ismijiet li qabel ma konnix smajnihom. Kenneth Camilleri u Keith Schembri," qal Arnaud. 'Uża isem Keith biex jintimida lil Fenech' Kompla jgħid kif Yorgen Fenech kien ta xi flus lil Melvin Theuma biex imur btala mal-familja. Sadanittant Fenech kien arrestat u nstabet ittra miktuba bl-idejn li aktar tard Theuma ammetta li kiteb. "Kien iffissat fuq il-fatt li kien fil-periklu. Hu kien l-intermedjarju u l-aħwa Degiorgio ma kinux jafu lil Fenech. Mela jekk jinqatel, Fenech kien jinħeles," saħaq Arnaud. L-Ispettur insista li Melvin Theuma uża isem Keith Schembri, inkluż fl-ittra, biex jintimida lil Yorgen Fenech u jassigura li hu ma jkunx fil-periklu. Fenech ibiddel il-verżjoni fuq Keith Schembri Arnaud spjega kif il-Pulizija kellmu lil Yorgen Fenech erba' darbiet. Dak li qal Yorgen kien investigat. Insista li dak li ntqal fuq Keith Schembri u dak li nstema' fir-recordings kien jaqbel u propju għalhekk ma arrestawx lil Schembri. Iżda Arnaud saħaq li fl-istess ġurnata li ngħatat il-maħfra lil Theuma, Fenech biddel il-verżjoni u anke hu talab il-maħfra "iżda din id-darba l-verżjoni tiegħu fuq Keith Schembri nbiddlet." Huwa qal li biddel il-verżjoni għax meta ta l-ewwel l-ewwel żewġ verżjonijiet kien imwiegħed il-maħfra. Yorgen Fenech jgħid li Keith Schembri spjegalu kif jista' jieħu l-maħfra Presidenzjali Keith Arnaud kompla jisħaq li Yorgen Fenech qal lill-Pulizija li meta kien fuq police bail, darba l-Ħadd, mar għandu d-dar it-tabib Adrian Vella u dan tah dokument. Dan id-dokument kien jinkludi verżjoni li Fenech kellu jgħid lill-Pulizija u jekk jagħmel hekk kellu jingħata l-maħfra Presidenzjali. Jinsisti li lit-tabib Vella kien bagħtu Keith Schembri. It-tabib Vella jammetti li għadda dokument lil Fenech mingħand Keith It-tabib Vella, skont l-ispettur Arnaud, kien ġie arrestat u mill-ewwel ammetta li kien għadda d-dokument. Dan kien tahulu Keith Schembri wara li Yorgen Fenech kien bagħtu għandu. Insista li hu qatt ma ħares lejn id-dokument għax kien issiġġilat f'envelop. It-tabib Vella ħassar kollox minn fuq il-mowbajl L-Ispettur kompla jispjega kif il-Pulizija riedet tanalizza l-mowbajl tat-tabib. "Kollox kien ħassa," saħaq l-Ispettur Arnaud. Mistoqsi għaliex arrestaw lit-tabib, Arnaud spjega kif għall-bidu kien biss suspettat iżda mbagħad beda jbiddel ħafna l-verżjonijiet. X'sar minn dan id-dokument? "Id-dokument ingħata lill-Pulizija. Dan kien ittajpjat fuq il-kompjuter u kellu ħafna kliem u taħżiż bil-pinna. Meta mistoqsi dwar dan id-dokument, Fenech insista li hu kien kiteb fuqu għax ma kienx jaqbel mal-kontenut," kompla jixhed Arnaud. Kompla jispjega kif skont Fenech, dokument ieħor, b'font differenti, kien wasal għandu mingħand Keith Schembri permezz tal-istess tabib Vella. Dan wasal għandu meta kien żaru l-ewwel darba fil-lockup. Skont Arnaud, dan id-dokument kien twil żewġ paġni. It-tieni dokument kien intiż li jagħmel l-ewwel wieħed aktar dettaljat. Fenech jgħid li rrekordja l-konverżazzjoni ma' Schembri ġurnata qabel arrestawh Arnaud kompla jixhed li Fenech qalilhom li ġurnata qabel arrestawh kellu kuntatt ma' Keith Schembri u hu żamm din il-konverżazzjoni. Ilbieraħ Keith Schembri stess ikkonferma dan. Il-Pulizija vverifikat dan billi analizzat il-mowbajl ta' Fenech. 'Jekk ninżel jien inniżżel lil Keith miegħi' Arnaud kompla jgħid li t-tabib qal lill-Pulizija li kien sema lil Yorgen Fenech jgħid li "jekk jinżel hu, se jniżżel lil Keith miegħu." Aqra wkoll: Keith Schembri jgħid lill-Pulizija li tilef il-mowbajl X'sabu fil-mowbajl? Apparti 'l fuq minn 140,000 ritratt, sabu wkoll screenshot ta' meta Kieth Schembri wieġeb 'leeee' għall-mistoqsija ta' Yorgen Fenech dwar jekk hux qed isegwuh. Dan kollu kien ikkonfermat minn Keith Schembri lbieraħ fil-Qorti. Fenech kien qal lil zijuh li kien se jaħrab lejn Franza L-Ispettur ikompli jispjega kif fuq il-mowbajl, sabu konverazzjoni bejn Yorgen Fenech u zijuh Ray dwar l-aħħar żviluppi. Fenech jgħidlu li kellu jitlaq minn Malta mingħajr ma jkun intraċċat. Huwa kien qed jippjana li jmur Franza u zijuh kien issuġġerixxa lil Fenech biex ma jużax il-kards tal-bank. 'Schembri ma kellux x'jaqsam mal-ħarba' L-Ispettur qal li t-tabib Adrian Vella kkonferma mal-Pulizija wkoll li kien hemm pjan biex Yorgen Fenech jaħrab fil-weekend ta' qabel fil-fatt ġie arrestat. Mistoqsi dwar Keith Schembri, it-tabib insista li l-eks Chief of Staff ma kellux x'jaqsam ma' dan il-pjan. It-tabib qal li wara l-arrest ta' Theuma, Fenech kien ippanikjat. Vella kien offrilu li jmur ftit jiem fil-farmhouse li kellu Għawdex biex jikkalma u jkellem lill-avukati. Qal li tellgħu hu bil-karozza tiegħu. Fenech libes nuċċali tax-xemx u beritta, poġġa baxx fil-karozza u fuq il-vapur ma ħarġux mill-karozza. It-tabib jgħid li Fenech iddiskuta ma ħuh kif se jaħrab It-tabib Vella, kompla jgħid l-Ispettur, qalilhom kif meta kienu Għawdex, Fenech iddiskuta ma ħuh Franco l-pjan biex jaħrab. L-idea kienet li jaħrab lejn Tuneż bid-dgħajsa. "Schembri ma kellu xejn x'jaqsam ma' dan il-pjan, qalilna t-tabib," xehed l-Ispettur. L-avukati ta' Yorgen Fenech jistaqsu lil Arnaud dwar Kenneth u Keith Keith Arnaud ikkonferma li Kenneth, fi żmien meta mar għand Melvin Theuma kien Pulizija u anke security tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Skont Melvin Theuma, dan "Kenneth minn Kastilja" kien mar għandu u qallu li t-tlett irġiel kellhom jirċievu miljun ewro kull wieħed meta jingħataw il-ħelsien mill-arrest. Dwar Keith Schembri, l-ispettur saħaq li sar jafu biss waqt il-laqgħat li kien ikollhom Kastilja biex il-Pulizija tinforma lill-Prim Ministru dwar l-aħħar żviluppi tal-investigazzjoni. Insista li qatt ma kellu laqgħat waħdu ma' Keith Schembri. Ġurnalist informa lil Yorgen Fenech? Kompla jistaqsi l-Avukat u d-Deputat Jason Azzopardi. Staqsa lil Arnaud jekk fil-mowbajl ta’ Fenech sabux xi informazzjoni li għadda xi ġurnalist lil Yorgen Fenech. Arnaud qal li mhux ċert iżda jemmen li Fenech kien informat minn dak li qed jingħad fuq il-midja u għalhekk iddeċieda li jaħrab. Jistaqsi dwar l-ittra li timplika lil Chris Cardona Jason Azzopardi kompla jistaqsi u jikkwota mill-ittra li skont Yorgen Fenech bgħatlu Keith Schembri permezz tat-tabib komuni tagħhom Adrian Vella. Beda jistaqsi jekk “Toni l-iblah” li jissemma fl-ittra huwiex Anthony Sammut, bl-Ispettur jikkonferma u jgħid li dan jaħdem fil-Ministeru ta’ Chris Cardona. Fl-istess ittra, il-Ministru Chris Cardona huwa referut bħala “CC.” Azzopardi jikkwota minn paragrafu li fih jingħad li CC ried jeħles minn Daphne Caruana Galizia minħabba l-istorja tal-Acapulco. “Yorgen Fenech ta lill-Pulizija dettalji dwar informazzjoni li allegatament qallu dwarha Melvin Theuma qabel id-delitt, jiġifieri li kien hemm pjanijiet oħra biex tinqatel Daphne Caruana Galizia minn żewġ persuni. Wieħed minnhom illum mejjet u l-ieħor minn Chris Cardona,” wieġeb Arnaud. Staqsih jekk id-data tat-telefonati fil-każ tal-libell li Cardona fetaħ kontra Daphne Caruana Galizia kinux investigati wkoll “Jiena investigajt l-allegazzjoni dwar Ferdinand’s, jiġifieri jekk hux vera li Cardona u l-irġiel l-oħra ltaqgħu ma’ David Gatt li ppjana kollox. Gatt ġieli deher fit-tinda tal-patata,” kompla Arnaud. X'gara l-ġimgħa li għaddiet? Il-kumpilazzjoni kontra Fenech bdiet il-ġimgħa li għaddiet bix-xhud ewlieni jkun Melvin Theuma, l-intermedjarju li ngħata l-maħfra Presidenzjali. Ħareġ li Melvin Theuma kien ossessjonat biex it-tlett irġiel akkużati li wetqu l-qtil tal-ġurnalista jingħataw il-ħelsien mill-arrest. Qal li kien kellem lil Yorgen Fenech u dan qallu li Keith Schembri, l-eks Chief of Staff se jara x’jista’ jagħmel. Qal ukoll li ċertu "Kenneth minn Kastilja" (li kien security ta' Joseph Muscat) kien mar għandu u qallu li t-tlett irġiel kellhom jirċievu miljun ewro kull wieħed meta jingħataw il-ħelsien mill-arrest. Iżda l-istess Kenneth ipprova jitfa l-ħtija tal-assassinju fuq Theuma wkoll. Theuma kien qed jibża’ wkoll li Keith Schembri se jgħin lil Yorgen Fenech biex jeliminaw lilu jew inkella jiftgħuh l-ħabs. Aqra wkoll | 1entailment
|
Dar tal-anzjani titbattal biex tintuża f'każ li Malta jkollha pazjenti anzjani bil-coronavirus | Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Silvio Parnis jikkonferma u jispjega għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni Kmieni dalgħodu, l-anzjani residenti fid-dar tal-anzjani tal-Gvern fl-Imsida ttieħdu fi djar oħra hekk kif l-istess dar qed tkun ippreparata għall-eventwalità li jkun hemm bżonn tintuża biex fiha jiġu rrekoverati pazjenti anzjani li jkollhom il-coronavirus u li huma residenti fi djar oħra tal-Gvern, jew inkella f'sodod mixtrija mill-Gvern fi djar privati. Dan kien ikkonfermat mas-sit mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Silvio Parnis, li spjega li għalkemm ma kinitx deċiżjoni faċli, il-Gvern irid jipprepara għal kull eventwalità. Dan is-sit jinsab infurmat li meta saru jafu b'din id-deċiżjoni, diversi qraba marru fid-dar tal-anzjani iżda ma tħallewx jidħlu. "J'Alla ma jkunx hemm bżonn li jintużaw, iżda rridu nkunu lesti għal kull eventwalità," insista Parnis. Huwa spjega mal-ILLUM kif il-Gvern xtara aktar sodod fi djar tal-anzjani mmexxija mill-Privat biex l-anzjani residenti fl-Imsida Home setgħu jinħarġu u jittieħdu f'residenzi oħra adegwati għalihom. Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li qed tkun ippreparata sala oħra fir-residenza San Vincenz de Paule biex tkun tista' tintuża għall-istess għan. Parnis qal li l-ewwel pjan kien li l-Gvern jipprepara kamra f'kull dar tal-anzjani, iżda wara ttieħdet id-deċiżjoni li biex tingħata prijorità lis-saħħa tal-anzjani l-oħra residenti, ikun hemm post wieħed fejn l-anzjani li jistgħu jkunu infettati bil-virus, jiġu rikoverati u jirċievu l-kura adegwata. Dan ifisser li l-Imsida Home, jekk ikun hemm bżonn, se tkun qed tintuża biss biex fiha jkunu rekoverati anzjani pazjenti u li bħalissa huma residenti fi djar tal-Gvern jew inkella f'sodod li l-Gvern għandu fi djar privati. Fl-aħħar jiem, il-Gvern ħa diversi miżuri biex jipproteġi lill-anzjani. Il-miżuri huma dawk: L-anzjani huma l-aktar vulnerabbli u għalhekk l-appell huwa biex it-tfal ma jżurux in-nanniet tagħhom. | 1entailment
|
Busuttil jirbaħ ħames libelli wara l-istorja ta' Gaffarena | Kien allegat li Simon Busuttil iltaqa' ma' Joe u Marco Gaffarena biex jakkwista dokumenti kontra John Dalli L-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil rebaħ total ta’ ħames libelli kontra l-eks editur ta’ One news Aleander Balzan u Josef Caruana tal- Orrizont wara allegazzjonijiet li hu kien iltaqa’ man-negozjant Joe Gaffarena qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Bulettini tal-aħbarijiet u anke artiklu kienu jallegaw li Simon Busuttil iltaqa’ ma’ Gaffarrena biex jakkwista dokumenti li setgħu tefgħu dell ikrah fuq l-eks Kummissarju Ewropew u eks Ministru Nazzjonalista John Dalli. L-istorja bdiet fuq il-gazzetta It- Torċa fit-2 ta’ Awwissu tal-2015 meta kien allegat li qabel l-elezzjoni tal-2013 Busuttil kien talab li jiltaqa’ ma’ Joe u Marco Gaffarena biex ikun jista’ jingħata informazzjoni fuq l-iskandlu tad-Daewoo, liema każ imur lura għal 20 sena ilu. Skont l-artiklu, iż-żewġ negozjanti ma kienu ħadu magħhom l-ebda dokument, imma insistew li Busuttil għandu jgħinhom biex jirbħu permess għal pompa tal-petrol f’Ħal Qormi. Busuttil ċaħad dawn l-allegazzjonijiet biż-żewġ edituri jisħqu li ma kien hemm xejn malafamanti fir-rapurtaġġ u li huma rrappurtaw biss dak li kien ġie rrappurtat minn kamra oħra tal-aħbarijiet. Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Maġistrat Francesco Depasquale saħaq li l-istorja kienet ibbażata fuq sors anonimu għalkemm il-ġurnalista kien iltaqa’ ma’ Gaffarena biex jikellem dwar l-informazzjoni li kellu. Il-Maġistrat saħaq mingħajr tlaqliq li l-verżjonijiet mogħtija minn Joe u Marco Gaffarena kienu foloz u mmexxija biss mill-mibgħeda li kellhom kontra Busuttil u l-Partit Nazzjonalista li ma aċċettawx li jgħinuhom biex jiksbu permess għall-pompa tal-petrol li kienet ingħalqet minħabba sular li kien qed jinbena illegalment. Fil-Qorti ntqal kif il-familja Gaffarena, li kienet għadha kemm tat €20,000 lill-Partit Nazzjonalista, kienet qed tistenna li tingħata dan il-permess. Kien għalhekk li l-Qorti kkonkludiet li l-ġurnalisti, filwaqt li għandhom dritt u dmir li jirrappurtaw dak li huwa ta’ interess pubbliku, fl-istess ħin huma obbligati li jagħmlu dan b’rieda tajba u mhux billi jagħtu lill-pubbliku allegazzjonijiet foloz. “Id-dritt għal-libertà tal-espressjoni ma jfissirx dritt li tivvinta,” saħaq il-Maġistrat. Simon Busuttil rebaħ total ta’ €7,000 | 1entailment
|
Baġit | Funtani tal-ilma potabbli fl-iskejjel | Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna b'numru ta' proposti. Waqt id-diskors tal-Baġit il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar numru ta' proposti ambjentali fosthom magni li jagħtu lura l-ħlas ta' 10 ċenteżmi għall-fliexken li jiġi riċiklati u l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ single used plastics mis-sena 2021 u projbizzjoni fuq il-bejgħ u distribuzzjoni fis-sena 2022. Apparti minn hekk huwa ħabbar l-introduzzjoni ta' funtani tal-ilma potabbli fl-iskejjel. | 1entailment
|
L-Istat għandu jħares lejn min iwettaq ir-reat u lejn il-vittmi u l-familjari | Id-definizzjoni ta' ikel servut minn bars jew każini hi waħda "sekondarja" u li għandha tiġi interpretata bħala snacks u platters . Fi stqarrija li tirreferi għall-Avviż Legali ippubblikat ilbieraħ dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-ftuħ ta' bars u każini, l-MTA qalet li l-prinċipju ewlieni hu li ikel u xorb ikun servut biss lil klijenti bilqiegħda ma' mejda. L-MTA qed tirreaġixxi wara kritika qawwija li l-interpretazzjoni ta' ikel servut tinkludi snacks hi biss mezz biex iktar bars jibqgħu miftuħin u jitnaqqar l-effett tal-miżuri mħabbra t-Tnejn li għadda. L-MTA qalet li d-definizzjoni ta' ikel servut minn bar jew każin għandha tiġi interpretata "b'raġjonevolezza u sens komun". L-Awtorita' qalet li wieħed jipprova jdur mal-ispirtu tal-liġi u jgħawweġ ir-regolamenti a skapitu tas-saħħa tan-nies mhux aċċettabbli. każini | 0not_entailment
|
In Pictures: When in Mgarr… | Colleague, Fiorella Pace sent us pictures of the scores of people who visited Mgarr for this year’s edition of ‘Festa Frawli’. As the name suggests, a variety of this local produce are put on sale. The feast takes place in the main square of Mgarr. | 1entailment
|
7,000 li saru 40,000 u reġgħu niżlu għal 30,000 | Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq il-Ħamrija fix-Xewkija Anzjana tilfet ħajjitha wara li ttajret minn vettura fi Triq il-Ħamrija fix-Xewkija. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6:30am. Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-anzjana, li għanda 78 sena ntlaqtet minn vettura misjuqa minn żagħżugħa ta' 25 sena mix-Xewkija stess. Fuq il-post issejħet l-għajnuna medika iżda l-anzjana kienet iċċertifikata mejta fuq il-post. | 0not_entailment
|
"Mhux Komuni Li Tisma' Li L-Għarusa Għamlet Il-Maġija Waqt It-Tieġ" - Aleandro Pace Tahir B'Esperjenza Indimentikabbli Waqt It-Tieġ T'Oħtu Andreana | Dal-lejl kien wieħed impenjattiv għall-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili, dan hekk kif bejn l-10:00 ta' filgħaxija u s-1:40 ta' filgħodu ġew imsejħa biex jitfu nirien f'żewġ lokalitajiet. Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili l-ewwel issejħu għall-ħabta tal-10:00 ta' filgħaxija wara li żewġ garaxxijiet ħadu n-nar fi Triq il-Quċċata f'Wied il-Għajn. Kien għall-ħabta tas-1:40 ta' dagħlodu meta ssejħet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfu vettura tat-tip Maruti li ħadet in-nar fi Triq ix-Xwejni fil-Marsa. Fortunatament ħadd ma weġġa'. | 0not_entailment
|
Pariri mit-tabib dwar il-COVID-19 | Miktub Minn Dr Malcolm Paul Galea Ftit inqas minn xahrejn wara l-ewwel każ ta’ Covid-19 ġewwa l-gżejjer Maltin, il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela, f’konferenza tal-aħbarijiet mad-deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-supretendent tas-saħħa pubblika Charmaine Gauci, ħabbru li wasal iż-żmien li nnaqqsu xi ftit mir-ristrizzjonijiet li kellna f’pajjiżna tul dawn l-aħħar ġimgħat. Din hija aħbar li ntlaqgħet b’mod differenti min sezzjonijiet differenti tas-soċjetà, kif ukoll min nies li iħarsu lejn din il-pandemija b’perspettivi differenti. Minn naħa rridu nibżgħu għal dak li bnejna b’sagrifiċċju fl-ahhar ġimgħat, però min naħa l-oħra ma nistgħux nibqgħu ġġamjati la darba l-figuri qed juruna li ninsabu f’punt fejn nistgħu nibdew nirrilassaw ftit miżuri. Ma nistgħux ninjoraw l-implikazzjonijiet ekonomiċi li l-pandemija kellha fuq pajjiżna, bħal fil-kumplament tad-dinja. Bħal ma dejjem saħqu l-awtoritajiet, is-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin u dawk residenti fi gziritna għandha dejjem tibqa l-ewwel u qabel kollox. Ma nistgħux ninsew li filwaqt li pajjiżna qed jiġġieled l-imxija tal-Covid-19, problemi ta’ saħħa oħrajn għadhom magħna. Ma nistgħux nieqfu f’limbu fejn ninjoraw is-saħħa sakemm il-mard ma jkunx relatat mal-Covid-19. Huwa għalhekk essenzjali li, la darba mill-aspett ta’ saħħa pubblika wasalna f’punt li jtina daqxejn flessibilita, nkomplu bis-servizzi ta’ saħħa oħrajn bħal screening, li minnhom infushom ikunu qed isalvaw l-ħajjiet ukoll! Importanti wkoll nirrealizzaw li miżuri stretti iktar milli hemm għalfejn jista jkollhom effetti negattivi fuq s-saħħa mentali ta’ dawk l-iktar vulnerabbli li jkollhom dawn il-problemi. Barra min hekk, ikun irresponsabbli li ma nharsux lejn l-implikazzjonijiet l-oħra u nippruvaw nnaqqsu l-impatt negattiv f’setturi oħrajn, bħal xogħol, li finalment ukoll jaffetwaw l-ħajja tagħna wkoll. Huwa essenzjali li nilħqu bilanċ. Ħadd ma qal li nistgħu mmorru lura għal ħajja ta ftit xhur ilu. Żgur li le! Anzi huwa issa l-mument fejn rridu nkunu responsabbli għal xulxin iktar minn qatt qabel. Ejja ma noħorġux b’ kapriċċ jew għal sempliċiment ħarġa. Nagħmlu użu mis-servizzi jekk niġu bżonnhom imma nibqgħu nirrispettaw d-distanza soċjali u l-istruzzjonijiet mogħtija. Min jirnexxielu jinqeda b’ servizzi ta’ delivery, nħeġġuh jagħmel dan. Min iħoss li m’għandux għalfejn joħroġ, ma joħroġx. Nkomplu nieħdu ħsieb l-anzjani u dawk l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Ejja nibżgħu għal xulxin bħal ma għamilna s’issa. Nagħlaq billi nħeġġeġ li nkomplu nuru fiduċja assoluta fl-awtoritajiet. Il-mexxejja tagħna u l-uffiċjali tas-saħħa pubblika mexxewna b’għaqal liema bħalu u kif mexxewna s’issa nemmen li se jkomplu jagħmlu. Nemmen li kull ma se jkun hemm bżonn isir, ser isir – inkluż fejn ikun hemm bżonn li jerġgħu jidħlu fis-seħħ miżuri jekk jerġgħu ikunu indikati – biex inkomplu flimkien noħorġu minn din l-imxija bl-unuri u fuq kollox b’ saħħitna u bl-inqas impatt fuqna u fuq pajjiżna! | 1entailment
|
Malta l-anqas pajjiż li għamel riċiklaġġ tal-plastik | Fl-Unjoni Ewropea huwa stmat li 42% tal-iskart tal-ippakkeġġjar tal-plastik ġie riċiklat fl-2017. F’seba’ stati Membri tal-UE, aktar minn nofs l-iskart tal-ippakkeġġjar tal-plastik iġġenerat ġie riċiklat fl-2017. Dan ħareġ mill-istatistika tal-Eurostat. Dan iżda b’kuntrast għal Malta, li 24% biss tal-ippakkeġġjar tal-plastik ġie riċiklat fl-2016, il-Eurostat indikat li għall-2017 ma kienx hemm informazzjoni. Meta mqabbel mal-2005, ir-rata ta’ riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik żdied bi 18-il punt perċentwali fl-UE (minn 24% fl-2005 għal 42% fl-2017). Rapport tal-Kummissjoni Ewropea għall-Parlament Ewropew pubblikat f’Settembru 2017 jispeċifika li Malta qed taqa’ lura f’diversi setturi tal-implimentazzjoni tal-liġijiet tal-UE dwar l-iskart. Minn dan ir-rapport jirriżulta li Malta mhix tilħaq il-miri tar-riċiklaġġ b’marġni qawwija f’diversi oqsma fosthom ir-riċikaġġ, il-ġbir ta’ skart mid-djar, il-ġbir ta’ tagħmir elettroniku u elettriku, l-ippakkeġġjar, il-karti u l-kartun, l-injam, il-metall u l-ħġieġ. L-istatistika tal-Eurostat tikkonferma li għalkemm iddaħħlu skemi ta’ riċiklaġġ, pajjiżna għadu lura f’dan is-settur, bil-Gvern Malti klassifikat fl-aħħar post fost il-pajjiżi kollha tal-UE. | 1entailment
|