title
stringlengths
2
1.28k
text
stringlengths
49
40.4k
label
class label
2 classes
Sewwieq ta' mutur iweġġa' gravi f'inċident fil-Mellieħa
Hekk kif l-attakkant ta’ Barcelona Luis Suarez se jkun qed jiskadilu l-kuntratt mal-Blaugrana f’Ġunju tas-sena d-dieħla, hu qed iħares madwaru sabiex jara x’se jkun il-futur tiegħu. Fl-istess waqt il-club mill-Katalunja qed jibqa’ jsemmi lil Lautaro Martinez li mistenni jkun il-werriet tal-attakkant veteran Urugwajan. Dan tal-aħħar ma jixtieqx iqatta’ l-aħħar sena tiegħu ma’ Barcelona fuq il-bank tas-sostituti u għalhekk qed jaħseb x’għandu jagħmel. Il-club li jilgħab fil-Major League Soccer Amerikan, jiġifieri Inter Miami, qed ifittex li jakkwista s-servizzi ta’ Suarez. Is-sid ta’ dan il-club huwa l-eks player internazzjonali Ingliż David Beckham, jixtiequ parti mit-team tiegħu fil-futur. Jidher li matul dan is-sajf iż-żewġ diretturi sportivi rispettivi se jkunu qed jaħdmu fuq din il-possibbiltá, bi Suarez li jista’ jilbes il-flokk numru 9 tal-club mill-Istati Uniti.
0not_entailment
Hasheminejad se joħroġ mill-ħabs iżda jrid jilbes ċinga elettronika
Hasheminejad ġie arrestat fl-Istati Uniti akkużat, fost oħrajn li pprova jevadi sanzjonijiet li l-Istati Uniti poġġiet fuq l-Iran Is-sid tal-Bank Pilatus, Ali Sadri Hasheminejad se jkun qed jinħareġ mill-ħabs fi żmien ħmistax, wara li fl-aħħar jiem huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest. Mal-ġurnal Times of Malta, l-avukati ta’ Hasheminejad qalu li l-klijent tagħhom se jinħareġ mill-ħabs meta jkun assigurat li se jżomm mal-kundizzjonijiet kollha imposti mill-Qorti. Fost dawn, Hasheminejad se jkollu jilbes ċinga elettronika bil-għan li l-awtoritajiet ikunu jafu fejn jinsab. Intant, ilbieraħ, filwaqt li Hasheminejad għadu fil-ħabs, Maria Efimova allegat li sigħat biss wara li ngħata l-ħelsien mill-arrest irċeviet theddid. Dwar dan, Efimova għamlet rapporti lill-Pulizija Griega. Hasheminejad ġie arrestat fl-Istati Uniti akkużat, fost oħrajn li pprova jevadi sanzjonijiet li l-Istati Uniti poġġiet fuq l-Iran, frodi u ħasil ta’ flus. Jekk jinstab ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontih, Hasheminejad jista’ jeħel sa 125 sena ħabs. Intant, il-ġimgħa li  għaddiet, l-Avukat li qed imexxi l-proskeuzzjoni rabat il-Bank Pilatus f'Malta ma "dħul kriminali.” Arrestat iċ-ċermen tal-Bank Pilatus fl-Istati Uniti Iffriżati l-operazzjonijiet finanzjarji tas-sid u direttur tal-Bank Pilatus L-MFSA vverifikat il-kompetenza u l-integrità ta’ Hasheminejad qabel tagħtu l-liċenzja Il-Prosekuturi Amerikani jorbtu l-Bank Pilatus mal-kriminalità Efimova tallega qed tiġi mhedda sigħat wara li Hasheminejad ingħata l-ħelsien mill-arrest
1entailment
Min qiegħed jonqos lill-verità: Robert Abela jew Neville Gafà? – PN
Dan is-sit huwa infurmat li kien l-klabb stess kien li informa l-Uffiċjal għall-Integrità tal-MFA Is-sit Illum.com.mt huwa infurmat li l-Pulizija flimkien ma’  l-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta (MFA) qegħdha tinvestiga numru ta’plejers li jagħmlu parti mit-tim ta’ Tarxien Rainbows u li allegatament  huma involuti f’każijiet ta’ ‘match-fixing’. Sorsi ferm viċin Tarxien Rainbows żvelaw mal-ILLUM, li b’kollox ħames plejers qegħdin jiġu investigati. Is-sit hu infurmat li kienu  nies minn ħdan il-kumitat tal-klabb stess li għaddew informazzjoni lill-Pulizija wara li saru jafu b’dawn il-każijiet. Is-sorsi tal-illum.com.mt indikaw min huma l-plejers in kwistjoni. Fost dawk il-persuni f’nofs l-investigazzjoni hemm xi plejers li fil-passat għamlu parti mill istruttura ġiovanili tat-tim nazzjonali Malti. Ikkuntatjat mill-ILLUM, l-Uffiċjal għall-Integrità tal-MFA, Franz Tabone kkonferma li għadejja l-investigazzjoni fuq il-każ, però hu ma elaborax aktar. Lura għal Marzu tal-2016, l-Pulizija kienet fetħet investigazzjoni fuq diversi plejers li kienu jagħmlu parti mit-tim Malti ta’ taħt il-21 sena, wara li Franz Tabone, għall-Integrità tal-MFA kien għada informazzjoni rigward każ’ ta xiri ta’ plejers fil-logħba U-21 Malta v Montenegro. Tarxien Rainbows Football Club bħalissa qed jipparteċipa fl-ogħla diviżjoni tax-xena tal-futbol lokali, jiġifieri l-BOV Premiere League, u jinsab it-tieni mill-aħħar hekk kif wara 12-il logħba huma irnexxielhom jiksbu biss 12 -il punt. Rainbows kienu ġew promossi għal-għola  diviżjoni wara li spiċċaw rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni ta’ Malta fl-2007-08. Il-klabb kien twaqqaf bħala Little Rainbows lura għal 1944. Intant f’Awissu li għadha, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima nieda konsultazzjoni pubblika dwar liġi proposta biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni fl-isports, l-abbozz se jtejjeb il-liġijiet attwali li jiffissaw il-‘match fixing’, estensjoni tal-ġurisdizzjoni ta 'Malta fuq persuni involuti fil-korruzzjoni, filwaqt li joffri wkoll protezzjoni lil whistleblowers li jitkellmu kontra l-korruzzjoni.
0not_entailment
L-Opożizzjoni tressaq l-abbozz dwar l-obesità
L-Oppożizzjoni ressqet abbozz ta’ liġi privat fil-Parlament dwar stili ta’ ħajja sana, bi proposti biex tkun miġġielda l-obeżità. Il-Kelliem Nazzjonalista għaż-Żgħażagħ u l-Isport Robert Cutajar qal li dan l-att għandu jistabilixxi u jassigura approċċ inter-ministerjali favur l-edukazzjoni fiżika u dieti tajba u bbilanċjati għat-tnaqqis tal-livell ta’ obeżità tul il-ħajja. L-abbozz jipproponi fost oħrajn li jitwaqqaf kunsill konsultattiv dwar stili ta’ ħajja aħjar li jagħti pariri lill-Gvern dwar kwistjonijiet marbuta mas-saħħa, l-attivita’ fiżika u n-nutrizzjoni. Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco qal li l-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom jitkellmu b’lingwa waħda dwar kwistjonijiet ta’ saħħa. L-Ispeaker Anġlu Farruġia faħħar din l-inizjattiva u qal li ser jara li dan l-abbozz jiġi diskuss fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra biex eventwalment ikun hemm dibattitu. Huwa nnota b’sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni diġa avviċinat lill-Gvern dwar dan l-abbozz.
1entailment
Il-PE jirrakkomanda is-sospensjoni tan-negozjati mat-Turkija dwar sħubija mal-UE
Kati Piri tisħaq illi jekk l-UE tirrispetta l-valuri tagħha stess għandha tissospendi n-negozjati biex it-Turkija ssir membru tagħha Il-Parlament Ewropew (PE) irrakkomanda illi jkunu sospiżi n-negozjati għad-dħul tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea (UE). Kati Piri, MEP Soċjalista mill-Olanda u li hija r-rapporteur tat-Turkija sostniet illi jekk l-UE tieħu l-valuri tagħha bis-serjetà, ma jista' jkun hemm ebda konklużjoni oħra ħlief li jkunu sospiżi d-diskussjonijiet mat-Turkija. "L-għajtiet kontinwi tagħna biex id-drtittijiet fundamentali jkunu rispettati waqgħu fuq widnejn torox," sostniet Piri.
1entailment
Is-Sindku tar-Rabat kburi li mhuwiex parti mill-“klikka” tal-Partit Laburista
“F’isem il-Partit Nazzjonalista, jien se nkompli naħdem fis-settur tal-isport.” Kien dan kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia f’laqgħa maċ-ċiklisti tal-Lifecycle Challenge filwaqt li awgura kull suċċess fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Adrian Delia faħħar il-fatt li din l-isfida qed issir mhux biss għalihom infushom iżda wkoll bi ħsieb li jgħinu persuni li jinsabu għaddejjin minn żmien diffiċli. Il-Fondazzjoni LifeCycle ilha għal dawn l-aħħar 21 sena tagħmel xogħol siewi mal-pazjenti b’mard tal-kliewi, kif ukoll tagħti appoġġ lill-familji tagħhom. Dan filwaqt li kompliet tkabbar l-għarfien dwar id-donazzjonijiet u t-trapjanti tal-organi f’pajjiżna. Bħalissa, 27 ċiklist jinsab għaddej bl-aħħar preparamenti għal din l-isfida li se tibda t-Tnejn 9 ta’ Settembru u se tieħu għaxar t’ijiem. Din l-isfida se tieħu rotta ta’ kważi 2,000 kilometru u se tibda mill-Vjetnam lejn Laos u finalment jispiċċaw il-Kambodja. Il-Fundatur tal-Fondazzjoni, Alan Curry wera l-apprezzament tal-appoġġ ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista filwaqt li qal li dan se jkompli jsaħħaħ l-ispirtu u d-determinazzjoni tagħhom. Preżenti kien hemm kemm atleti li din hi l-ewwel sena tagħhom li daħlu għal din l-isfida, iżda wkoll oħrajn li ilhom is-snin jgħatu l-kontribuzzjoni tagħhom. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Isport, Ryan Callus. Huwa ħeġġeġ biex iktar nies jieħdu l-eżempju ta’ dawn iċ-ċiklisti li qed jiġbru fondi għal għan nobbli. Ritratt: Matthew Tabone
0not_entailment
FA Trophy Semifinal live on TVM2
Ingliż ta' 30 sena, residenti n-Naxxar ġie kkundannat ħames snin u nofs ħabs fuq każ ta' pusses fuq importazzjoni ta'4.1 kilo kannabis għal skop ta' traffikar biex ffranka sentenza massima ta' għomor il-ħabs. Il-Brittaniku Thomas Appleby kien spiċċa arrestat ma' raġel ieħor wara li l-Pulizija sabet 2.1kilo ta' droga fil-karozza tiegħu fl-2019. Huwa wieġeb ħati minflok ma jgħaddi ġuri. Minħabba l-ammissjoni l-ġuri ma sarx u dan wara li l-Avukati tiegħu Franco Debono u Marion Debono għamlu patteġġament mal-Avukat Ġenerali fuq il-piena. Appleby kien ġie arrestat flimkien ma' David Alexander Grima, minn Ħaż-Żabbar u li kienu ħew akkużat b'konfoffa għall-importazzjoni tad-droga. M'rabta ma' dan il-każ kien ġie arrestat Ingliż ieħor. Matul l-arrest tiegħu, Appleby ammetta lill-pulizija li kien importa żewġ kilo oħra ta' kannabis li kien fir-residena tiegħu, biex b'hekk l-ammont totali ta' droga kien ftit iktar minn erba kilo. Fl-akkuża tal-ħati, l-Avukat Ġenerali talab il-piena massima għat-traffikar tad-droga – dik ta' għomor il-ħabs. Sussegwentement sar negozjar u argumenti bejn l-Avukat Ġenerali u d-difiża u ġiet deċiża li l-piena ta' priġunerija għandha tkun dik ta' ħames snin u nofs. Huwa ġie mmultat ukoll is-somma ta' €10,000. Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera filwaqt li l-Avukat Elaine Mercieca deheret f'isem l-Avukat Ġenerali. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri kienu avukati tad-difiża għall-akkużat.
0not_entailment
'L-isticker hija parti minn inizjattiva iktar wiesgħa' - Helena Dalli
F’Liverpool illum ingħatat l-aħħar tislima liċ-ċkejken Alfie – it-tifel Ingliż illi miet minħabba kundizzjoni rari li kellu. Hu kellu biss 23 xahar. Il-każ ta’ Alfie ġibed l-attenzjoni wara li l-ġenituri tiegħu tilfu battalja legali quddiem il-Qorti Superjuri fl-Ingilterra, fejn l-isptar tħalla jneħħi l-apparat respiratorju tat-tifel. Il-media mal-ewwel segwiet il-każ tiegħu, fejn kien hemm ġlieda kontinwa bejn it-tobba u l-ġenituri dwar is-saħħa tat-tifel. Kważi ġimgħa wara li tneħħa dan il-makkinarju li bis-saħħa tiegħu kien qed jgħix, Alfie miet. Alfie twieled f’Liverpool f’Mejju tal-2016, u l-ewwel kien ġie rikoverat fl-isptar Alger Hey Children’s Hospital f’Liverpool. F’Diċembru sofra numru ta’ puplesiji, u minn hemmhekk baqa’ rikoverat dejjem fl-isptar imsemmi.
0not_entailment
Tariffa ġdida għat-trolleys fl-ajruport
Il-kumpanija li tmexxi l-ajruport żiedet sors ieħor ta’ dħul hekk kif mil-lum daħħlet tariffa għall-uzu tat-trolleys tal-bagalji fl-ajruport. Il-kumpanija qalet li l-passiggieri ser ikunu jistgħu jużaw it-trolleys b’tariffa ta’ €2. Ewro minhom jista’ jittieħed lura meta t-trolley jittregga’ lura f’postijiet apposta fl-ajruport u fil-parkeġġ tal-ajruport. Waqt li daħħlet din it-tariffa, l-MIA qalet li mil-lum stess żanżnet 240 trolley aktar moderni li ser jieħdu post il-200 trolley qodma. L-MIA qalet li d-deċizjoni tagħha li tintroduċi tariffa għall-uzu tat-trolley hija fl-istess direzzjoni li qed jieħdu diversi ajruporti barranin. Sadanittant, paragun mal-ajruporti oħra fl-Unjoni Ewropea, l-ajruport ta’ Malta kellu r-raba’ l-ogħla żieda perċentwali fil-passiggieri matul l-2012, meta għaddew aktar minn 3,600,000 passiggier. Statistika tal-Eurostat turi li mill-ajruporti Ewropej, is-sena l-oħra għaddew 830 miljun passiggier. L-ajruporti kellhom żieda medja ta’ 0.7 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.  L-ajruport ta’ Malta żied il-passiggieri b’4.1 fil-mija – r-raba’ l-ogħla żieda wara l-ajruporti tal-Litwanja, l-Estonja u l-Polonja.
1entailment
Il-Pubbliku Se Jibqa' Jkollu Aċċess Liberu Għar-Riservi Fil-Miżieb U L-Aħrax Tul Is-Sena Kollha
Dik li konna nafuha bħala l-GRTU – General Retailer and Trader’ Union, minn issa ‘l quddiem se tkun qed tissejjaħ il-Malta Chamber of SMEs, jew il-Kamra tan-Negozji Żgħar u medji. Dan ħabbritu f’konferenza tal-aħbarijiet li ssejħet fejn ġew elenkati wkoll għadd ta’ inizjattivi ġodda li qed tnedi l-istess Kamra biex tkompli tgħin u ssaħħaħ in-negozji f’pajjiżna Waħda mill-inizzjattivi l-ġodda se tkun il-Face of Maltese Business – inizjattiva intiża biex tagħti immaġni aktar pożittiva tan-negozji Maltin, hekk kif skont il-Kap Eżekuttiv ta’ din il-Kamra, Abigail Mamo, l-immaġna tan-negozji f’Malta, qatt ma kienet daqsekk negattiva. Il-konferenza ġiet imsejħa biex tħabbar propju din il-bidla li mhix biss bidla fl-isem iżda hija bidla li qed tagħti identità ġdida lil din l-organzzazzjoni filwaqt li żżomm l-istess spirtu. Il–Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs Abigail Mamo spjegat li l-organzziazzjoni se tkun qed tespandi s-servizzi tagħha billi tgħin lin-negozji jiksbu aktar fondi mill-UE, billi torganizza aktar attivitajiet ta’ networking bejn in-negozji, toffri aktar aċċess għal teknoloġiji ġodda u għall-intelliġenza artifiċjali,  u tgħin lin-negozji jsibu metodi ta’ għajnuna għall-investiment tagħhom. Il-President tal-Kamra Paul Abela minn naħa tiegħu qal li huwa d-dmir tal-Malta Chamber of SMEs li tħares mhux biss l-interess tal membri imma anke l-interess nazzjonali, filwaqt li tibqa’ voċifera meta jkun hemm kwistjonijiet partikolari, bħall-instabiltà tal-aħħar żmien. Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji tirrappreżenta u taħdem ma’ għadd kbir ta’ negożji żgħar li huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija. Negozji li evolvew mas-snin, u kien għalhekk li l-Kamra ħasset il-ħtieġa li tagħmel eżerċizzju fl-aħħar xhur li wassal għal deċiżjonijet dwar kif l-istess assoċċjazzjoni tista’ taġġorna ruħha. Kien dan li wassal għal bidla mhux biss kożmetika iżda li verament taġġornaha bħala assoċċjazzjoni li dejjem baqgħet kredibbli u li tkompli tagħti appoġġ sħiħ u opportunitajiet ġodda lis-settur diversi tan-negozju f’pajjiżna, minn childcare centres, għal djar tal-anzjani, minn kumpaniji tal-konsulenzi għal operaturi fis-settur finanzjarju, u ħafna oħrajn.
0not_entailment
Il-Kamra tal-Kummerċ Irlandiża tissuġġerixxi lill-Gvern biex timxi fuq il-passi ta' Malta u tintroduċi skema ta' vouchers
Omtzigt qal dan waqt laqgħa f’Kastilja mal-Prim Ministru Robert Abela u diversi membri tal-Kabinett Pieter Omtzigt ilmenta dwar il-fatt li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja u entitajiet oħra ma ġewx implimentati mill-amministrazzjoni ta’ Joseph Muscat. Ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa tefa’ t-tort l-aktar fuq il-Ministru Owen Bonnici u saħaq li fi żmien li għamel Ministru għall-Ġustizzja ma implimentax il-bidliet li kienu meħtieġa biex Malta ssaħħaħ is-saltna tad-dritt. Omtzigt qal dan waqt laqgħa f’Kastilja mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministri Edward Zammit Lewis, Byron Camilleri, Edward Scicluna, Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi. Huwa lmenta għax fi kliemu Malta kaxkret saqajha biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja u tal-Greco u l-Moneyval. Mill-banda l-oħra huwa rrikonoxxa li fl-aħħar ġimgħat l-affarijiet jidhru li bdew jiċċaqilqu. “Diversi affarijiet serji kienu ħżiena fis-sistema tas-saltna tad-dritt f’Malta, saħaq Omtzigt. “Qed inħares lejk Owen Bonnici. Kont ilek sentejn Ministru għall-Ġustizzja u ma rajtx ir-riżultati li ħabbar issa Robert Abela,” saħaq Omtzigt Fi kliemu, Malta hija attiva f’kull settur tal-ekonomija li huwa meqjus li għandu “riskju għoli,” inkluż il-Bitcoin, il-gaming u l-bejgħ tal-passaporti. Kien għalhekk li saħaq li f’dan ir-rigward, Malta għandha “problemi serji.” Waqt li kienu qed jitkellmu fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-Gvern mhux se jħalli xejn mistur u jrid jassigura saltna tad-dritt b’saħħitha. Huwa insista li hemm bidliet li bdew iseħħu, fosthom fil-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija, is-separazzjoni tal-irwoli tal-Avukat Ġenerali billi ġie appuntat Avukat tal-Istat u oħrajn. “Nirrikonoxxi li kien hemm kwistjonijet li tappnu r-reputazzjoni tagħna,” saħaq Abela waqt li insista li għalhekk il-Gvern mhux se jkun qed ikaxkar saqajh.
0not_entailment
Xi Ħadd Joffrilek €20,000 Biex Torqod Miegħu … X'Tagħmel?
Ir-raġel ġie kkundannat tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena u mmultat €1000 Illum tressaq il-Qorti raġel Taljan ta' 39 sena akkużat li hedded u weġġa'  Spettur u Surġent tal-Pulizija. Il-każ immur lura għall-15 ta’ Jannar 2019 meta ġewwa l-Għassa tal-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-imputat hedded u weġġa'  Spettur u Surġent tal-Pulizija. L-imputat ammetta għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu fi stadju bikri. Huwa ġie kkundannat tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena u multa ta’ €1000. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Silvio Magro.
0not_entailment
Il-proġett fil-Maqluba b’attrazzjonijiet turistiċi ġodda
Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca attendiet għar-riċeviment li sar fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Russja, fil-11 ta’ Ġunju, flimkien ma’ numru ta’ politici, ambaxxaturi u persuni ewlenin mill-qasam tan-negozju. Ir-riċeviment sar fir-residenza Russa tal-Ambaxxatur tal-Federazzjoni Russa, is-Sur Marchuk u martu, is-Sinjura Marchuk. Il-merħba uffiċjali kienet segwita mill-kant tal-innijiet nazzjonali taż-żewġ pajjiżi, minn l-atturi u kantanti Russi, Alexey Safiulin u Elena Reshetnikova. Waqt dan ir-riċeviment kien servut ikel u xorb tradizzjonali Russu, u fuq stedina tal-Ambaxxatur, sar ukoll żfin.
0not_entailment
Rekord ta' adozzjonijiet fl-2018...possibbilità ta' adozzjonijiet minn pajjiżi ġodda
Traffiku kbir fiz-zona viċin il-mini ta' Paceville minħabba li bħalissa qed isiru xi xogħlijiet fl-istess mini. Net News hu infurmat li l-karozzi jinsabu kompletament iġġamjati. Hu rakkomandat li min jista' jevita l-inħawi tal- lights ta' Paceville, il-mini kif ukoll il-pjazza ta' San Ġiljan.
0not_entailment
Il-liġi saret b’għaġla; aktar minn 2,000 sit bix-xogħol wieqaf
F’kummenti li ta lil NET News, il-President tal-Assoċċjazzjoni Żvillupaturi Maltin – MDA – Sandro Chetcuti, qal li l-liġi l-ġdida saret b’għaġla u li aktar minn 2000 sit ta’ kostruzzjoni bħalissa jinsab bix-xogħol wieqaf. Sidien ta’ propjetà qed ikomplu jsofru inċertezza kawża tal-Avviż Legali dwar ir-regolamenti tal-bini li l-Gvern ħareġ b’mod mgħaġġel din il-ġimgħa. Dan l-Avviż Legali qed ikompli jkun ta’ problema għas-sidien tal-propjetà, il-periti, il-kuntratturi u l-ħaddiema kollha li jaħdmu fis-settur tal-bini bl-aktar li jmorru minn taħt ikunu s-sidien li qed ikollhom jibdew ħafna mill-proċessi mill-ġdid filwaqt li jħallsu aktar flus. Dan filwaqt li għal ħafna, ix-xogħol ma jistax jitkompla qabel ir-regolamenti kollha fl-Avviż Legali jiġu onorati. Qed tinħoloq ukoll kontroversja sħiħa dwar l-irwol il-ġdid tal-Uffiċjal Tekniku li sakemm jiġi appuntat, ħafna mix-xogħol ma jistax jitkompla. Dawn ir-regoli l-ġodda ħarġu fl-aħħar jiem wara li numru ta’ siti ta’ kostruzzjoni kkawżaw ħsarat kbar fi propjetà ta’ terzi persuni kif ukoll ipperikolaw il-ħajja ta’ ħafna – Madanakollu l-Gvern ħareġ dan l-Avviż Legali wara biss 5 t’ijiem ta’ konsultazzjoni anke jekk il-Kamra tal-Periti opponiet id-dettalji tiegħu. Wara li kien komunikat dan l-avviż, il-Kamra tal-Periti ħarġet direttiva bi struzzjoni lill-membri kollha biex jirrispettaw strettament ir-regolamenti l-ġodda u għalekk ħafna mix-xogħol jinsab staġnat. Ftit jiem qabel ħareġ dan l-avviż, l-Uffiċċju tar-Regolamentazzjoni tal-Bini – BRO – qalu li bħalissa hemm madwar 2,500 sit ta’ kostruzzjoni miftuħ filwaqt li l-Kamra tal-Periti qalet li f’Malta hawn madwar 1,100 perit u huma biss ftit anqas minn nofshom li jaħdmu direttament fl-industrija tal-kostruzzjoni.
1entailment
Simon Busuttil sworn in as Opposition leader. First speech in Parliament in new role
Updated 6.35pm Immediately after the Parliamentary questions session was over, Prime Minister Joseph Muscat took the floor with a short address specifically aimed at welcoming the new Opposition leader Dr Simon Busuttil. Dr Muscat praised Dr Busuttil for his contribution in the European scenario and said he was confident that Dr Busuttil would be an asset for both the
1entailment
Pagun Jistenna L-Ministru Tal-Finanzi Jasal Fil-Palazz Ta' San Anton
Jerġa' jisħaq li mal-MEPs Nazzjonalisti se jimxi 'għajn għal għajn u sinna għal sinna' Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew u l-kandidat Alfred Sant saħaq li l-Partit Nazzjonalista ta l-oppoġġ tiegħu lill-Manfred Weber, il-kandidat għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Partit Popolari Ewropew, biex ineħħi l-politika tal-unanimità fil-Kunsill Ewropew dwar il-politika tat-tassazzjoni tal-istati membri. Fil-leġislatura li għadda, kompla jisħaq Sant, Casa, Metsola u Zammit Dimech qablu u vvutaw favur din il-proposta. Sant qal dan waqt attività politika fil-Mosta saħaq li l-vot tal-Ewroparlamentari Nazzjonalisti għall-proposta ta’ Weber tkisser il-kompetittività fil-politika tat-tassazzjoni ta’ pajjiżna u li fi kliemu ġibdet lejn Malta operaturi tas-servizzi finanzjarji li jħaddmu bejniethom aktar minn 20,000 impjegat. Intant, il-Partit Nazzjonalista, tul din il-kampanja, ma waqafx jakkuża lill-Partit Laburista li qed jappoġġja lis-Soċjalisti u lill-kandidat tagħhom Frans Timmermans li jrid taxxa komuni ta’ taxxa, dik ta’ 18%, għall-kumpaniji kollha madwar l-Unjoni Ewropea. “Inuti jinfexxu jgħajruni personalment għax kxifthom li ivvutaw vvutaw li għandha titneħħa  l-unanimità biex tkun deċiża l-politika tat-tassazzjoni fl-UE. Fir-records tal-Parlament Ewropew hemm miktub bl-iswed fuq l-abjad li dawn it-tliet MEP ivvutaw favur il-linja tal-Kap tal-PPE. Dan għamluh fit-13 ta’ Diċembru 2017.  Ma jistgħux jiċħduh dan,” insista Sant. Huwa insista li jekk ikollu l-fiduċja tal-poplu fl-elezzjonijiet Ewropej, ikompli jipproteġi l-interessi sovrani ta’ Malta u Għawdex fil-Parlament Ewropew. “Se nagħmel ħilti kollha biex  Malta ma toqgħodx għal  deċiżjonijiet sfurzati fuq il-politika tat-tassazzjoni.  Ninsab determinat li jekk l-MEPs Nazzjonalisti jerġgħu jaħdmu kontra l-interessi ta’ Malta se nimxi magħhom bl-għajta bibblika Għajn għal għajn, sinna għal sinna,” tenna Sant.
0not_entailment
Ħames snin ħabs għall-pedofolu u stupratur li reġà nqabad
Il-PD jisħaq li l-Ministeru tal-Ambjent huwa fid-dover li jżomm, jirrestawra, u jsebbaħ l-ambjent u l-karatteristiċi rurali tal-widien Maltin u Għawdxin Fi stqarrija l-Partit Demokratiku qal li jemmen li b’immaniġġjar tajjeb, u impenn sħiħ minn entitajiet governattivi, partikolarment il-PA u l-ERA, in-natura terġa tieħu dak li hu tagħha, u Wied Qirda jfejjaq lilu nnifsu. Fakkar kif Wied Qirda jissepara l-konfini ta’ Ħaż-Żebbuġ minn tas-Siġġiewi, u hu magħruf għall-kuridur dejjaq imma spettakolari mimli siġar tal-ħarrub, taż-żebbuġ, tal-lewż, u tar-rand, u għall-kappella ħelwa ddedikata lill-Madonna tal-Viżitazzjoni, u post minn fejn id-Dejma kienet tagħti l-allarm fi żmien il-Kavallieri. "Hija Riserva Naturali, u Post ta’ Konservazzjoni Speċjali ta’ importanza nazzjonali, li ġie wkoll iddikjarat post fejn is-siġar huma protetti. Huwa wkoll l-uniku ambjent fejn it-tulipani Maltin jikbru b’saħħithom fil-beraħ." "Sfortunatament, il-kanal tal-ilma f’Wied Qirda qed jiġi traskurat, u nħakem minn pjanta dominanti minħabba l-intervent uman li ndaħal fin-natura u fixkel il-passaġġ tal-ilma." Il-Partit Demokratiku qal li se jżomm lill-Awtorità tal-Ippjanar responsabbli talli ma ħaditx azzjoni fil-ħin kontra l-Ministeru tal-Infrastruttura u entitajiet oħrajn. Dan filwaqt li nnota li  wara li tlesta l-Proġett Nazzjonali tal-problemi tal-għargħar (2015) fejn hemm kanali taħt l-art minn Ħaż-Żebbuġ li jagħtu għal Wied Qirda, il-qiegħ tal-kanal taħt il-pont mis-Siġġiewi sa Ħaż-Żebbuġ ġie wżat minn vetturi tqal, u mhux talli dan l-aċċess ma nġabx lura għall-istat oriġinali, talli baqa’ miftuħ għat-traffiku u xi partijiet minnu ngħatalhom il-konkrit. Il-PD innota wkoll kif qed jintrema ħafna imbarazz u skart tal-kostruzzjoni. "Agħar minn hekk, hemm numru ta’ postijiet fejn l-ilma ġie mblukkat bit-terrapien (flok inbnew pontijiet) biex ikun hemm aċċess faċli għal proprjetà privata n-naħa l-oħra tal-wied. Dan l-aħħar, aċċess partikolari twessa’ biex jinkludi post għall-parkeġġ u ngħata t-tarmak minn Transport Malta, minn fondi tal-UE li suppost jintużaw biex jitranġaw t-toroq rurali. Mhemmx għalfejn ngħidu li nħarġu numru ta’ enforcement notices (imma ma ġewx segwiti) mill-PA." "Il-PD jisħaq li l-Ministeru tal-Ambjent huwa fid-dover li jżomm, jirrestawra, u jsebbaħ l-ambjent u l-karatteristiċi rurali tal-widien Maltin u Għawdxin.Bħala t-tielet vuċi fil-Parlament, il-PD se jkompli jħares l-interessi ambjentali u ekonomiċi veri tal-pajjiż u se jkompli jaqdi dmiru fl-iskrutinju favur governanza tajba."
0not_entailment
Mis-sigurtà għal Brexit – fuq l-aġenda tal-mexxejja
Il-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea se jkunu qed jiddiskutu is-sigurtà, l-migrazzjoni, ix-xogħol fost iż-żgħażagħ u r-relazzjonijiet ma' pajjiżi li m'humiex membri. Dwar is-sigurtà fl-invit li ntbagħat lill-mexxejja, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk sostna li s-sigurtà hija prijoritá fl-isfond tal-isfidi ġeopolitiċi. Suġġett iffukat fuq tliet prijoritajiet , l-istrateġija globali ewropea, il-pjan t'Azzjoni dwar id-difiża Ewropea u d-dikjarazzjoni iffirmata bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO. Dwar il-migrazzjoni, se jkun diskuss il-ftehim li kien sar bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija , il-progress li sar ma' ftehim simili li saru ma' pajjizi fil-kontinent Afrikan, il-progress li sar fuq il-Pjan t'Azzjoni li tfassal fil-Valletta Summit u r-riforma fis-sistema tal-ażil u kif għandhom jiġu mplimentati il-prinċipji ta' solidarjetà u responsabilità. Se tkun diskussa l-ekonomija, iz-zgħazagħ u x-xogħol. Suġġetti li se jħarsu lejn l-investiment u inizjattivi marbuta maz-zgħazagħ. U dwar ir-relazzjonijiet esterni, il-mexxejja ewropej se jiddiskutu r-relazzjoni bejn ir-Russja u l-kunflitt fis-Sirja u s-sitwazzjoni fl-Olanda fl-isfond tal-ftehim t'assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna. Imbagħad is-sebgħa u għoxrin membru tal-Unjoni Ewropea se jiltaqgħu biex jiddiskutu l-proċess Brexit. Laqgħa li se ssir mingħajr il-Prim Ministru Ingliż Theresa May.
1entailment
Paul Abela kkonfermat bħala l-President tal-Kamra tal-SMEs
Paul Abela ġie kkonfermat bħala l-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji (SMEs) għas-sena li ġejja. Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali, Abela rringrazzja lill-kunsill tas-sapport tiegħu. Huwa qal li s-sena 2019 kienet waħda ta' suċċess għan-negozju, iżda s-sena 2020 kienet waħda diffiċli kważi għall-membri kollha tal-Kamra minħabba l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija Covid-19. Il-President stqarr li fis-sena li ġejja, beħsiebu jkompli jaħdem biex isaħħaħ l-organizzazzjoni u jkompli jibni fuq is-suċċess li kitbet f'70 sena. Fiehem li l-proċess ta' tibdil li għaddiet minnu l-organizzazzjoni diġà renda l-frott. Huwa rringrazzja lill-Kap Eżekuttiv tal-organizzazzjoni Abigail Mamo u lill-impjegati ta' xogħolhom. Il-Kamra tal-SMEs fuq it-tieni mewġa tal-coronavirus "Irridu pjan ċar biex niġġieldu t-tieni mewġa tal-coronavirus" – Kamra tal-SMEs
1entailment
Ritratti: Protesti vjolenti f'Pariġi jħallu ħerba
Il-kumpanija nazzjonali tal-ajru Air Malta lbieraħ ikkonfermat l-aħbar żvelata minn il-mument il-Ħadd li għadda, ċioè li l-preżentatur ta’ ‘One’ – Karl Stagno Navarra li fil-passat kien impjegat mal-media Nazzjonalista u kien jogħxa jattakka lill-Partit Laburista u lill-partitarji Laburisti – kien impjegat bħala l-Kap tar-Relazzjonijiet Pubbliċi u Corporate Social Responsibility tal-kumpanija. Dan hu impjieg li jġorr miegħu dħul annwali ta’ għexieren ta’ eluf ta’ ewro u skont sorsi li tkellmu ma’ In-Nazzjon bl-għażla sfaċċata ta’ Karl Stagno Navarra nqabżu kemm ħaddiema diġà impjegati fil-marketing mal-Air Malta kif ukoll terzi oħrajn li setgħu applikaw minn barra. Bla dubju ta’ xejn li l-għażla ta’ Karl Stagno Navarra saret bl-intervent dirett ta’ Kastilja fit-tentattiv li tgħinu joħroġ mill-problemi finanzjarji kbar ta’ djun u frodi li hu għandu fir-rigward ta’ numru ta’ persuni li gidimhom mijiet jew eluf ta’ ewro fis-snin li għaddew. Karl Stagno Navarra, illum preżentatur mal-istazzjon Laburista ‘One’, se jkun qed imexxi t-Taqsima tal-Media fi ħdan l-Air Malta. Grazzi għal dan l-impjieg li ngħata minn Kastilja, Karl Stagno Navarra issa qed jgħid li se jirriżenzja minn rwoli ta’ konsulenza mal-Gvern fejn ukoll kien idaħħal l-eluf tal-ewro. Fost l-oħrajn hu kien jagħmel xogħol ta’ konsulenza mal-Malta Enterprise, ma’ Transport Malta u anki direttament mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn kien jitqabbad jagħmel xogħol ta’ propaganda. Kelliem għall-Air Malta dwar l-impjieg ta’ Karl Stagno Navarra ikkonferma li: “Mr. Karl Stagno Navarra has been selected for the post of Head of Public Relations and Corporate Social Responsibility after a call was issued and a diligent selection process followed.” Ħaddiema fl-Air Malta li lbieraħ għal darba oħra tkellmu mal-ġurnal In-Nazzjon staqsew b’xettiċiżmu kbir kemm Karl Stagno Navarra se jkun jista’ jlaħħaq max-xogħol il-ġdid tiegħu fl-Air Malta u mal-programm ta’ kuljum fuq l-istazzjon Laburista! “Imma dwar dan għad irridu naraw fil-ġimgħat li ġejjin.” L-impjieg ta’ Karl Stagno Navarra mal-Air Malta jmur lura għal nofs ix-xahar ta’ Lulju ’19 meta isem Karl Stagno Navarra tniżżel fuq il-kotba tal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta bħala impjegat ġdid fil-kamp tal-marketing, preċiżament bħala l-Kap li jmexxi d-Dipartiment tal-Media. Il-pakkett mogħti lil Karl Stagno Navarra hu ta’ għexieren ta’ eluf ta’ ewro u hu direttament maħsub biex jgħinu joħroġ mill-problemi kbar li għandu ta’ djun minħabba li hu sigriet magħruf li Karl Stagno Navarra għandu jiġru warajh diversi persuni li għandhom jieħdu flejjes konsiderevoli mingħandu. Sa mill-aħħar ta’ Frar li għadda l-qasba kienet ilha ċċaqċaq li Karl Stagno Navarra kien se jingħata impjieg favoluż fl-Air Malta, iżda f’Marzu li għadda l-Air Malta kienet ċaħdet li kienet se timpjega lill-preżentatur tal-istazzjon Laburista u kienet ippruvat tbella’ r-ross bil-labra li kien qed isir proċess ta’ għażla. Dakinhar kien żvelat ukoll li l-pakkett li Karl Stagno Navarra kien se jingħata kien ta’ xejn inqas minn €90,000… iżda din iċ-ċifra kienet miċħuda kemm mill-Air Malta u anki minn Karl Stagno Navarra. Madankollu sorsi fl-Air Malta li fil-jiem li għaddew tkellmu ma’ In-Nazzjon qalulna li l-pakkett li ngħata Karl Stagno Navarra hu ta’ għexieren ta’ eluf ta’ ewro u hu preċiżament maħsub biex jgħinu joħroġ mill-problemi kbar ta’ djun li għandu fejn bosta persuni qed jiġru warajh wara li b’xi mod jew ieħor gidimhom mijiet jew eluf ta’ ewro u sa llum għadhom ma ħadux lura dak li hu tagħhom. Il-kariga li ngħatat lil Karl Stagno Navarra hi dik ta’ Kap tar-Relazzjonijiet Pubbliċi u Corporate Social Responsibility… fejn sfaċċatament ħaddiema tal-kumpanija, minkejja s-snin twal ta’ esperjenza li għandhom, ġew imwarrba għaliex sa mill-bidu nett l-għażla kienet iffukata fuq Karl Stagno Navarra. Tajjeb li minn hawnhekk infakkru kif Karl Stagno Navarra kien sejjaħ l-antiċipazzjoni li se jkun impjegat mill-Air Malta bħala “fake news” u nnega kull konnessjoni f’dan is-sens. Madankollu sorsi li b’kunfidenzjalità tkellmu ma’ In-Nazzjon qalulna li “iżda kulmin jaf lill-preżentatur ta’ ‘One’ jaf tajjeb kif kliemu għandu jitnaqqas bi tliet kwarti, u dejjem għandu jittieħed with a pinch of salt u qatt bis-serjetà… min qatt ħa kliem Karl Stagno Navarra bis-serjetà spiċċa biex ingidem mijiet jew eluf ta’ ewro!” Karl Stagno Navarra, eks impjegat tal-Partit Nazzjonalista, issa ilu għal dawn l-aħħar snin jimmilita fil-Partit Laburista fejn jinqdew bih għall-istazzjon ‘One’ iżda ma hu fdat assolutament xejn tant li anki xewqtu li jkun fost il-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju li għadda ma kenitx kalkulata. Karl Stagno Navarra ra fl-elezzjoni ta’ Mejju li għadda opportunità ideali għalih kemm biex jitbiegħek minn Malta u hekk ikollu ferm inqas nies jiġru warajh għal flushom, kif ukoll għaliex mill-Ewropa seta’ jaqla’ kemmxa flus tajba biex forsi jibda jħallas djunu ma’ bosta terzi persuni. Madankollu taħt il-Gvern Laburista kemm fil-leġislazzjoni li għaddiet u anki f’din il-leġislazzjoni hu mar u sejjer tajjeb għaliex dejjem ingħata postijiet vantaġġjużi minfejn seta’ jimpala l-flus. Ma hux magħruf jekk ta’ dan hux marbut li jippreżenta fuq il-‘One’mingħajr ħlas u min qed jagħmel tajjeb għall-ħlasijiet fil-‘One’. Li hu fiċ-ċert hu li fl-aħħar snin Karl Stagno Navarra kien jokkupa diversi karigi, fosthom fil-Malta Enterprise u fi Transport Malta fejn ukoll kien jitħallas eluf ta’ ewro għal taparsi rwoli ta’ konsulent jew ko-ordinatur fil-media. Filwaqt li Kastilja ma tafda assolutament xejn lil dan il-frodist, tipprova tisfrutta l-kwalitajiet pożittivi tiegħu ta’ preżentatur tajjeb għalkemm f’bosta okkażjonijiet fuq il-‘One’ irrenda ruħu kummidjant u buffu. Iżda hu spiss ikun aġevolat minn Kastilja tant li anki f’Novembru li għadda ngħata direct order ta’ €21,600 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jagħmel suppost xogħol relatat ma’ kommunikazzjoni u riċerka! Ta’ min ifakkar li l-ħatra ta’ Karl Stagno Navarra bħala Consultant Media Coordinator ma’ Transport Malta kienet waħda reċenti ħafna u ġġorr magħha ħlas ta’ €1,500 fix-xahar li fl-aħħar tas-sena tammonta għal eluf ta’ ewro. Hu stat ta’ fatt li hemm numru ta’ persuni li għadhom sal-ġurnata tal-lum jiġru għal flushom meħuda b’ingann minn Karl Stagno Navarra. Dan il-ġurnal In-Nazzjon kemm-il darba ppubblika rapporti fir-rigward ta’ Karl Stagno Navarra versu ħruġ ta’ ċekkijiet foloz mill-istess Karl Stagno Navarra fejn imbagħad min jirċievi tali ċekkijiet jinduna li dawn ma jissarrfux hekk kif imorru f’xi bank u tali ċekkijiet ma jissarrfux għaliex flus ma jkunx hemm! Ta’ min ifakkar kif fl-aħħar xhur biss Karl Stagno Navarra diġà kien imfittex minn numru ta’ persuni privati għal flushom wara li dan ingannahom. Fil-fatt l-istejjer fil-Qorti dwar sekwestri lil Karl Stagno Navarra, preżentatur ta’ programm fuq l-istazzjon Laburista ‘One’,  baqgħu jakkumulaw… fosthom b’sekwestri friski ta’ aktar minn €5,800 mill-eks mara tiegħu u aktar minn €4,000 minn Vodafone Malta Limited. Dawn l-istejjer uffiċjali fil-Qorti jiżdiedu ma’ bosta stejjer oħrajn minn terzi persuni li għadhom jiġru wara flushom mingħand l-istess Karl Stagno Navarra li gidimhom flejjes taħt xi forma jew oħra. F’din is-sensiela ta’ terzi persuni, kumpaniji privati u entitajiet pubbliċi li qed jiġru wara Karl Stagno Navarra għal flushom, l-aktar reċenti huma digriet li ngħataw mill-Qorti ftit tax-xhur ilu fejn Karl Stagno Navarra instab li għandu jagħti xejn eluf ta’ ewro lil numru ta’ persuni jew entitajiet privati. Fost il-lista, sa ftit ilu biss, ta’ entitajiet li kienu qed jiġru għal flushom mingħand Karl Stagno Navarra kien hemm ukoll il-kumpanija tal-Gwardjani LESA għal ċitazzjonijiet fuq żewġ karozzi reġistrati f’isem Karl Stagno Navarra. B’kollox l-ammonti dovuti huma ta’ mijiet ta’ ewro. Minħabba f’hekk waħda mill-karozzi reġistrati fuq l-istess Karl Stagno Navarra għamlet ġimgħat sħaħ ‘abbandunata’ taħt siġra fl-inħawi tal-Mistra Village biċ-ċitazzjonijiet jakkumulaw mal-windscreen. Saħansitra anki l-Pulizija kellhom rapporti dwar din il-karozza partikulari li dwarha diġà kien pubblikat rapport f’dan il-ġurnal ukoll ftit tal-ġimgħat ilu. Hu sigriet magħruf li Karl Stagno Navarra kellu diversi mandati ta’ sekwestru b’individwi u kumpanniji jiġru warajh biex jitħallsu dak li hu tagħhom. Fost dawn hemm kumpanniji stabbiliti iżda wkoll persuni li silfuh flejjes fuq l-idejn. Il-lista ta’ dawk li għandhom jieħdu mingħand Karl Stagno Navarra u li daħħluh il-Qorti biex b’sekwestru jew b’sentenza tal-Qorti jiġbru flushom hi twila u fiha hemm diversi każijiet mill-eks mara tiegħu għal nuqqas ta’ ħlas ta’ kontijiet li ħalla jinġemgħu. Fost l-iżjed migduma hemm kumpannija li tikri l-proprjetà fejn wara li żgumbratu minn appartament bdiet passi legali biex tiġbor f’għexieren ta’ eluf ta’ ewro f’kirjiet mhux imħallsa. Hemm ukoll ħwienet tal-ħwejjeġ li jsostnu li għandhom jieħdu flejjes kbar.
0not_entailment
Sant maħsud li xi dipartimenti tal-Gvern bil-ħaddiema kollha jaħdmu mill-uffiċċju
L-MEP Alfred Sant wera tħassib fuq il-fatt li minn nhar it-Tnejn li ġej, xi dipartimenti tal-Gvern se jkollhom l-istaff kollu jaħdem mill-uffiċċju minkejja twissijiet fuq il-pandemija. Fuq Twitter, il-Membru Parlamentari Ewropew qal li jekk dan huwa minnu, ma jagħmilx sens meta wieħed iqis it-twissijiet tal-esperti li l-pandemija għadha ma spiċċatx, u anke peress li hawn il-varjant tal-coronavirus jinxtered fost il-komunità. 1. Incomprehensible if true. Apparently (some) government departments will as of Monday be returning to a fulltime round the clock presence of staff at workplaces. Yet experts have been warning that the pandemic is far from over & that a more infectious strain doing the rounds. — Alfred Sant (@SantAlfred) January 2, 2021 Huwa staqsa x'sens jagħmel li l-impjegati jinġabru kollha fl-istess spazju. 2. #Continued Allegazzjonijiet ta' ħaddiema vulnerabbli sfurzati jaħdmu mill-uffiċċju Il-Membru Parlamentari David Thake wieġeb it-tweet ta' Dr Sant u qallu li jaf b'nies li kellhom it-talba tagħhom biex jaħdmu mid-dar rifjutata, minkejja li huma nies vulnerabbli. F'Diċembru, Newsbook.com.mt kien infurmat li impjegati li jaħdmu fi ħdan il-Ministeru tal-Agrikoltura huma sfurzati jaħdmu mill-uffiċċju ta' kuljum, għax il-kap tad-dipartiment tagħhom ma jħallihomx jaħdmu mid-dar jew huwa kontra dan il-metodu. Huma kienu stqarrew li l-irwol tagħhom fuq ix-xogħol ma jirrikjedix li jiltaqgħu man-nies, u għalhekk, ma setgħux jifhmu għaliex ma kinux qed jitħallew jaħdmu mid-dar. Żiedu jgħidu li jaħdmu f'uffiċċju żgħir li ma jippermettilhomx li jżommu d-distanza soċjali meħtieġa bejniethom. kien ikkuntattja lis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar fuq dan il-każ, u hu saħaq li l-pożizzjoni tiegħu hi ċara: li talbiet għal xogħol mid-dar f'dawn iċ-ċirkostanzi "għandhom jiġu milqugħa, kemm jekk ġejjin minn persuni dikjarati vulnerabbli u kemm jekk mod ieħor, sakemm is-servizz provdut jibqa' jingħata." Huwa ssokta jgħid li hu infurmat li ma ġewx miżmuma talbiet fil-Ministeru tal-Agrikoltura. F'Awwissu Ħallu l-ħaddiema tal-Gvern jaħdmu mid-dar; iż-żieda fil-każi qed toħloq ansjetà – UĦM
1entailment
Ferħanin bl-għerusija ta’ George Clooney ma’ Amal
Imbikkma, b’ħarsa li donnha lanqas trid temmen dak li qed tara quddiemha – Caroline tipponta lejn ħajt li baqa’ wieqaf u li fuqhom għad hemm imdendla inkwatri tal-Ħniena Divina, tal-Madonna ta’ Lourdes u tal-Familja Mqaddsa. Kien propju bis-saħħa ta’ Caroline li sitta min-nies u kelb ma sfawx midfuna taħt it-terrapien tal-binja li ġġarfet l-Erbgħa filgħaxija fi Gwardamanġa. Għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħaxija, Caroline semgħet ħoss qawwi u staqsiet lil żewġħa li kien rieqed ħdejha jekk kienx sema’ l-ħoss, iżda ftit tas-sekondi wara instema’ ħoss ferm aktar qawwi u saħansitra deher terrapien nieżel minn bejn il-ħitan. Caroline u żewġha ħarġu jiġru mill-appartament tagħhom. F’idejhom kellhom biss il-mobile. Magħhom, il-kelb tal-koppja. Huma bdew iħabbtu mal-bibien tal-ġirien u jgħajjtu “oħorġu oħorġu”. It-tlett koppji li kienu fil-binja dak il-ħin ħarġu biss ftit minuti qabel ma raw il-binja tikkrolla quddiem għajnejhom. “Ħdimt ħajti kollha għalxejn” bkiet Caroline, wieqfa quddiem ix-xena ta’ dik li xi darba kienet darha, u li issa ma hi xejn għajr munzell ġebel u terrapien. Fl-erba’ appartamenti fil-binja kienu joqgħodu tlett koppji u raġel ieħor, li fil-ħin tal-inċident ma kienx fl-appartament. Ir-residenti kollha żgur li jistgħu jgħodduha b’waħda, għax li kieku ma kienx għal Caroline, wisq probabbli llum mhumiex magħna. Iżda minn din it-traġedja ħarġet ukoll il-qalb kbira tal-ġirien u l-ħaddiema tal-forzi tal-ordni, li għalihom, ir-residenti tal-binja mġarrfa ma kellhomx għajr kliem ta’ tifħir, kemm għal dawk li joqgħodu fil-madwar u li mal-ewwel offrew dak kollu li setgħu, kif ukoll għall-pulizija, il-membri tal-RIU u dawk tas-CPD u l-istaff mediku li rrikorrew fil-post f’ħin qasir biex jagħtu l-assistenza. Dwar dan il-każ għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
0not_entailment
Furjaniż f'qagħda kritika wara li waqa' minn fuq sellum meta kien fi stalla
Il-każ seħħ ilbieraħ fil-Bajja tal-Balluta Żagħżugħ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qed jgħum fil-Bajja tal-Balluta. Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar għall-ħabta tat-3:00pm. Iż-żagħżugħ, ta' 19-il sena mill-Brażil, kien qed jgħum meta deher jissielet mal-baħar. Raġel li kien fil-viċin tellgħu fuq ix-xatt sakemm wasal tim mediku u ambulanza u ttieħed Mater Dei. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt. Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.
0not_entailment
"M'intomx waħedkom... tibżgħux" – L-Arċisqof
Għadha kif ġiet organizzata it-tielet konsultazzjoni mal-pubbliku ta' qabel il-budget. Fil-preżenza ta' diversi persuni li attendaw għall-laqgħa, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna sema' l-opinjonijiet tal-pubbliku dwar il-baġit 2019 li se jitħabbar fit-22 ta' Ottubru li ġej. Waqt id-diskors tiegħu spjega kif għadha kif telqet delegazzjoni imparzjali tal-IMF li qed tħejji rapport ieħor pożittiv dwar pajjiżna. L-IMF evalwat ukoll il-governanza tal-pajjiż, u fis-sigħat li ġejjin mistenni jiġi żvelat rapport tajjeb ħafna dwar it-trasparenza f'Malta. Dan xejjen dak li qed tipprova tpinġi sezzjoni żgħira tal-popolazzjoni fejn qed tagħmel ħilitha kollha sabiex ixerred perċezzjonjiet bla bażi dwar pajjiżna mal-komunità internazzjonali. Scicluna faħħar ukoll il-ħidma tad-Dipartiment tat-taxxa u tal-VAT hekk kif Malta tinsab fost l-aħjar pajjiżi li tiġbor flusha mit-taxxa fuq il-valur miżjud. F'dan Malta kklassifikat fir-raba' post fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Scicluna spjega kif it-tema tal-baġit hija 'Fostering a Quality Culture' u tenna li dan ifisser li issa l-Gvern qed jaqta' l-frott wara ħames snin ta' ħidma sfieqa. Issa li t-tkabbir huwa aktar milli kien mistenni, se jkun hemm ħidma sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. L-investiment se jkun dwar il-kwalità u mhux kwantità. Se jkun hemm investiment bla preċedent fis-saħħa u l-edukazzjoni. Il-Ministru tkellem ukoll dwar il-penzjonanti hekk kif fil-maġġoranza tagħhom igawdu minn penzjoni waħda. Iżda l-għan tal-Gvern huwa li fil-futur ikollna 3 penzjonijiet; tal-Istat, tax-xogħol u dik privata. Hemm ħafna familji fejn bħalissa hemm penzjonanti b'introjtu wieħed hekk kif din il-ġenerazzjoni ta 'penzjonanti għandha ħafna nisa li qatt ma ħadmu. Il-Professur Scicluna qal ukoll li l-ġid irid jitqassam iżda t-tkabbir ma jistax jiġi injorat. Hawnekk saħaq li t-tkabbir ekonomiku huwa l-għan ta' kull ġid. Għalekk il-Gvern qed isib setturi ġodda bħal dak tal-blockchain sabiex inkomplu inkabbar l-ekonomija tal-pajjiż. Dwar dan is-settur, Scicluna qal li Malta saret l-eżempju tad-dinja. Fost il-mistoqsijiet kien hemm persuni li ssuġerixxew li jsir master plan dwar Buġibba u San Pawl il-Baħar. Dwar dan Scicluna qal li din tinsab minn ta' quddiem fil-pjan tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja f'din il-lokalità. Fost l-interventi kien hemm ukoll tħassib dwar is-suq tal-kera. Il-Ministru spjega kif bħalissa d-domanda għall-propjetà kibret minħabba influss kbir ta' ħaddiema barranin li qed jagħtu kontribut kbir lill-ekonomija Maltija. Dwar dan, il-Gvern qed jipprepara sabiex f'dan il-baġit iwieġeb għal din id-domanda. Kien hemm mistoqsija wkoll dwar il-pazjenti Għawdxin li jiġu għall-kura Malta. Hawnekk il-Ministru fakkar dwar kif bil-pjan tal-Gvern, l-isptar ta' Għawdex se jsir teaching hospital u jibda jattira lejh pazjenti barranin. B'hekk bl-investiment tal-akbar kumpanija fis-settur tas-saħħa Amerikan, Steward Health Care, il-pazjenti Għawdxin mhux se jkollhom bżonn li jiġu aktar Malta għall-kura.
0not_entailment
Il-pajjiż jista jnaqqas l-emissjonjiet tal-karbonju jekk ma jibqax jintuża l-petrol, id-dieżel u l-heavy fuel oil
Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku, fi stqarrija konġunta, qalu li huwa tajjeb li l-Prim Ministru qed jammetti li pajjiżna għandhom jittieħdu miżuri għal soċjetà iktar ġusta u ekonomija mingħajr l-użu tal-karbonju biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Il-kelliema ta' Alternattiva Dr Ralph Cassar u Samuel Muscat qalu li l-pajjiż jista' jnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju jekk ma jibqax jintuża l-petrol, id-dieżel u l-heavy fuel oil, kif ukoll bi pjan serju għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u ż-żieda ta' elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli.
1entailment
AĠĠORNAT: Periklu minn arbli mqaċċtin f’Ħal Lija
Aġġornat: Kelliema għall-Korporazzjoni Enemalta, kkonfermaw ma’ tvm.com.mt li m’hemm l-ebda periklu ta’ elettriku mill-arbli mkisrin f’Ħal Lija. Qalu wkoll li l-arbli mhumiex tagħhom u li kienu jintużaw biex jixgħelu l-ground tal-football. Qalu wkoll li l-Korporazzjoni lesta toffri l-għajnuna biex jitneħħew. Nistiednu lill-qarrejja tagħna biex jibgħatulna ritratti u filmati fuq
1entailment
LEAK MILL-PN: NIPPUBBLIKAW ID-DISKORS TA' SIMON BUSUTTIL QABEL JITKELLEM
Mit-8 ta’ Jannar, il-kumpanija Spanjola Autobuses De Leon se tieħu f’idejha it-trasport pubbliku f’Malta. Il-ftehim ġie ffirmat kmieni is-Sibt filgħodu wara li d-diskussjonijiet baqgħu għaddejjin matul il-lejl. Bil-ftehim, in-nollijiet mhux ser jiżdiedu u s-sussidju tal-gvern fl-ewwel sena mistenni ikun ta’ €23 miljun. Il-Ministru għat-trasport Joe Mizzi qal lil li l-kumpanija Spanjola se tixtri mingħand il-kumpanja Malta Public Transport li twaqfet temporanjament wara li telqet l-Arriva. L-Ispanjoli ser iħallsu €8 miljuni biex fost oħrajn jieħdu l-flotta tal-karozzi li kienu għaddew għand il-gvern mat-tluq tal-Arriva. “Il-kumpanija aħna konna xtrajniha €1. Irriżulta li fil-perjodu tat-transizzjoni minn mindu spiċċat l-Arriva sa meta mexxejna aħna il-gvern, irnexxielna li minflok biegħejniha €1 euro biegħejniha €8 miljuni,” qal il-Ministru Joe Mizzi. Il-Ministru qal li r-rottot il-ġodda mhux se jidħlu fis-seħħ mill-ewwel iżda se jibdew jahdmu gradwalment matul is-sena. Qal li bl-istess mod se jdaħħlu fis-seħħ l-infrastruttura tal-IT u dik tal-biljetti. Żied jgħid li l-kumpanija se tixtri 142 vettura ġdida ta’ daqsijiet differenti li għandhom jaslu Malta madwar seba’ xhur mindu jibda l-operatur il-ġdid. Dwar in-nollijiet il-Ministru Mizzi qal li se jibqgħu l-istess u f’ċertu każi jistgħu anke jkunu orħos. “Li qed ngħatu disinċentiv lil min jixtri biljetti mill-karozzi innifishom u ma jaqbillekx tixtri minn hemm pero se jkun hemm inċentivi li it-tariffi jibqgħu l-istess u se jkun hemm każi li jkunu orħos anke għall-istudenti,” spjega l-Ministru Mizzi. Il-Ministru qal li l-Gvern se jara li jkunu infurzati r-regolamenti tat-traffiku biex jizgura li l-kumpanija tkun tista topera aħjar. Is-Sur Mizzi qal li mhux biss se jinżammu il-ħaddiema iżda se jkunu qed jiżdiedu aktar xufiera minħabba li se jiżdiedu il-vetturi. Aktar kmieni: Matul il-lejl li għadda ġie ssiġġillat il-ftehim tat-trasport pubbliku bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon. Kelliema għall-Ministeru tat-Trasport ikkonfermat ma’ li l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku qabel li jħallas €8 miljuni għall-kumpanija Malta Public Transport Services – il-kumpanija tal-Gvern li nxtrat mill-Arriva għal €1 fil-bidu tas-sena. Is-sussidju li se tingħata l-kumpanija Autobuses de Leon jammonta għal €23 miljun u mistennija tibda topera f’Malta mit-8 ta’ Jannar.
0not_entailment
Jeħtieġ titjib fil-prodott turistiku Malti…l-Air Malta fi problemi li qed jeffettwaw lis-settur
Imtella' Lulju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Lulju, 2020 8:33pm Il-komunità tas-sajjieda bbażata fil-Port tal-Imġarr f'Għawdex dalwaqt se jkollha faċilitajiet aħjar, hekk kif miexi ġmielu x-xogħol fuq proġett li qed twettaq Infrastructure Malta bi spiża ta' sitt miljun Ewro.Fil-jiem li għaddew, tpoġġew f'posthom l-ewwel tnejn minn erba' puntuni ġodda fil-Menqa ta' dan il-port wara li fix-xhur li għaddew inbnew mill-ġdid il-mollijiet u l-iskali. Erba' puntuni b'tul ta' bejn 55 u 150 metru fil-jiem li tgħabbew fuq barkun li mill-Port il-Kbir f'Malta baħħar bihom għall-Port tal-Imġarr f'Għawdex. Il-puntuni se joffru 286 post għall-irmiġġ. Il-puntuni l-ġodda huma akbar minn dawk li kien hemm qabel, tant li se jiżdiedu b'madwar 90 il-postijiet għall-irmiġġ tad-dgħajjes tas-sajjieda. Is-sajjieda Għawdxin ilhom snin jistennew li jingħataw spazju fejn jorbtu b'mod aktar sigur id-dgħajjes u l-laneċ li bihom jaqilgħu l-għixien tagħhom waqt li jkollhom aċċessibilità aħjar. Malli l-puntuni twasslu Għawdex, tniżżlu minn fuq il-barkun. Tnejn mill-puntuni diġà tqiegħdu f'posthiom mal-mollijiet il-ġodda, bit-tnejn l-oħra se jiġu stallati fil-ġimgħat li ġejjin. Kelliem għal Infrastructure Malta spjega li l-kuntratturi tal-aġenzija użaw 7,857 tunellata konkos u 630 tunellata azzar biex bnew mill-ġdid il-mollijiet u l-iskali fil-Menqa. Żied jispjega li l-proġett li qed jitwettaq b'investiment ta' €6 miljun hu kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd tal-Unjoni Ewropea u mill-Ministeru għal Għawdex. Il-proġett se jkun indirizza problema oħra: il-kwantita' kbira ta' ħama u materjali li nġemgħu f'qiegħ il-baħar tant li s-sajjieda kien qed ikollhom diffikulta' jimmanuvraw id-dgħajjes u l-laneċ tagħhom. Bil-proġett, din il-parti tal-port se tkun tnaddfet u tfanndet b'madwar żewġ metri u nofs. Infrastructure Malta se tagħmel ukoll faċilitajiet ġodda fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jisseparaw u jarmu l-iskart li jiġġeneraw mill-ħidma tagħhom. B'hekk jintlaħaq l-għan li l-Menqa fil-Port tal-Imġarr tkun tista' tinżamm aktar nadifa. B'mod ġenerali, il-proġett se jgħin biex din iż-żona tkun organizzata aħjar u tidher isbaħ ukoll. Minbarra s-sajjieda, dawn l-inħawi huma popolari wkoll ma' ħafna Għawdxin, Maltin u turisti għal xi passiġġata sar-Ramla taż-Żewwieqa.
0not_entailment
Żvediż ta’ 24 sena jeħel tmien xhur ħabs
Per Johanssson, Żvediż ta’ 24 sena ntbagħat tmien xhur ħabs u weħel multa ta’ €500 wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke li nhar it-Tlieta li għadda u qabel ittraffika d-droga kokaina u kannabis. Il-Pulizija wara li sabet ammont żgħir ta’ droga fuqu, saret tfittxija f’post fejn kien qed jikri fis-Swieqi flimkien ma’ ħbieb tiegħu. Huwa twaqqaf fejn l-iskola ta’ l-ITS. Hemm instabu affarijiet relatati mad-droga, fosthom miżien elettroniku u boroż tal-plastik biex tiġi ppakkjata d-droga. Huwa ġie arrestat nhar l-Erbgħa. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Nikolai Sant.
1entailment
"Int l-affarijiet is-sbieħ kollha tad-dinja għalija" – Corazón lil Neville
Il-membri tal-Kabinett ta’ Joseph Muscat jafu min se jkun il-President ta’ Malta, ladarba f’April li ġej jispiċċa t-terminu ta’ Marie Louise Coleiro Preca. Kien il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo stess li kkonferma li jaf min se jkun il-President li jmiss. Madankollu, hu ċaħad – bi tbissima – li se jkun hu fit-tmun tal-Presidenza. Evarist Bartolo wieġeb il-mistoqsijiiet ta’ NET News dwar jekk problemi li s’issa għadhom pendenti fil-Ministeru tiegħu hux se jitħallew fuq l-ixkaffa jekk hu jsir President tar-Repubblika. Min-naħa l-oħra, u minkejja li normalment il-President ta’ Malta jintagħżel mill-Prim Ministru, li jinforma wkoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Ministru tal-Edukazzjoni kkonferma li hu jaf min intagħżel. Fil-fatt, hu qal wkoll li awguralu għal din il-pożizzjmi l-ġdida. Fil-ġimgħat li għaddew, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista appellat biex, f’ġieħ l-għaqda nazzjonali, il-President ta’ Malta ma jkunx persuna mill-kamp Laburista. Il-President il-ġdid se jkun l-għaxar wieħed ta’ Malta Repubblika.
0not_entailment
Filmat: Beppe Fenech Adami joħroġ mill-Isptar
Steward HealthCare, l-akbar kumpanija privata fil-qasam tas-saħħa fl-Istati Uniti se tkun qed tieħu f'idejha t-tmexxija u l-operat tal-isptar ġenerali ta' Għawdex, l-isptar Karin Grech u r-rinovar tal-isptar San Luqa. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat ħadet f'idejh l-konċessjoni ta' tletin sena mogħtija lill-Gvern lill-Vitals Global Health Care. Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sejjaħ dan il-ftehim bħala sinjal ta' fiduċja f'Malta u assigura li dan il-ftehim mhux se jaffettwa lill-ħaddiema jew lis-servizz tas-saħħa ta' pajjiżna. Il-kumpanija Steward Health Care, l-akbar kumpanija privata fil-qasam tas-saħħa fl-Istati Uniti se tkun qed tieħu l-operat u t-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-isptar Karin Grech u r-rinovar tal-isptar San Luqa. Dan wara li l-kumpanija Amerikana li topera mas-sitta u tletin sptar kisbet il-konċessjoni ta' tletin sena li ngħatat ftit aktar minn tliet snin ilu l-Vitals Global Health Care. L-aħbar li Steward Health Care kisbet it-tmexxija tat-tliet sptarijiet Maltin mingħand il-Vitals Global HealthCare u tidħol għat-tmexxija u l-operat tagħha ntlaqgħet tajjeb mill-Gvern, bil-Viċi Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne jispjega li l-ftehim iffirmat bejn dawn iż-żewġ kumpaniji mhu se jibdel xejn minn dak maqbul diġà mal-Gvern. Il-Ministru qal li l-Gvern jinsab sodisfatt li dan il-ftehim se jkompli jsaħħaħ ix-xogħol li għaddej minn VGH fuq il-bini ta' sptar ġdid f'Għawdx u r-rinovar tal-isptar San Luqa u dak ta' Karin Grech, kif ukoll il-ħolqin tal-kampus ta' Barts f'Għawdex. Spjega li Steward Health Care hija l-akbar operatru tas-saħħa privat fl-istati uniti u hija responsabbli għal xejn anqas minn sitta u tletin sptar u tħaddem mas-37,000 elf professjonist. Il-Ministru għas-Saħħa assigura li l-proġetti li bdew minn Vitals Global Healthcare se jitwettqu kollha hekk kif stipulat fil-kuntratt oriġinali. Qal li l-ftehim bejn Vitals Global Healthcare u Steward Health Care jiggarantixxi l-kontinwazzjoni ta' xogħol li beda minn Vitals, skont l-istandards li l-Gvern fassal fil-ftehim oriġinali. Il-ftehim se jinżamm fl-intier tiegħu. Fi stqarrija, il-Gvern sosnta li d-dħul ta' operatur ġdid fis-sistema tas-saħħa ta' pajjiżna bl-ebda mod mhu se jaffettwa s-servizz tas-saħħa ta' pajjiżna u se jibqa' b'xejn. Qal li Steward Health Care hija kommessa kif kienet il-VGH li żżomm il-kundizzjonijiet kollha tax-xogħol għall-ħaddiema tagħha waqt li żżom il-ftehimiet kollha li ġew iffirmati mal-unjins rispettivi. Il-Gvern sostna li l-involviment ta' din il-kumpanija kbira fil-qasam tas-saħħa hija vot ta' fiduċja kbira f'pajjiżna. Qal li dan se jwassal biex is-sistema ta' saħħa b'xejn f'Malta tkompli tissaħħaħ u titjib għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin u tal-ekonomija lokali.
0not_entailment
Hekk Ħabbtet Qalb Maltija - Tislima lil Oliver Friggieri Oliver Friggieri mil-lenti ta' eks student tiegħu stess …
L- Ingilterra għaddiet għas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba wara 12-il sena wara rebħa ta’ 40-16 kontra l- Awstralja fl-istadium magħluq ta’ Oita. It-tim ta’ Eddie Jones kabbar is-sensiela ta’ rebħiet fuq l-Awstralja għal seba’ logħbiet, li bdiet wara l-aħħar Tazza tad-Dinja. Il-Wallabies kellhom bidu pożittiv hekk kif anki rnexxielhom imorru 3-0 minn fuq b’penalty ta’ Christian Lealiifano iżda l-Ingliżi kienu aktar kliniċi u fetħu vantaġġ tajjeb b’żewġ tries ta’ Jonny May fit-18 u l-21 minuta. Owen Farrell għamel iż-żewġ conversions u penalty ukoll biex daħlu jistrieħu 17-3 minn fuq. Fit-tieni taqsima, l-Awstralja daħlet fil-logħba bi try mill-aqwa fil-bidu tat-taqsima ta’ Marika Koribete u conversion ta’ Lealiifano għal 17-10. Iżda l-Ingliżi reġgħu kkontrollaw il-logħba bi try ta’ Kyle Sinclair u conversion ta’ Farrell biex baqgħu jkabbru l-vantaġġ għal rebħa konvinċenti, b’Farrell jagħlaq il-logħba b’20 punt.
0not_entailment
Xogħlijiet bil-lejl f'Tal-Balal u l-Marsa-Ħamrun Bypass
Il-Qorti laqgħat it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest ta' Steven Azzopardi mixli bl-attentat ta' qtil ta' missieru Peter Azzopardi kmieni t-Tlieta filgħodu fil-Għargħur. Azzopardi ġie mixli li spara lil missieru Pietru fi Sqaq ix-Xaqquf il-Għargħur stess. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Spiteri qal li każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u kwart meta l-pulizija ġiet infurmata li seħħet sparatura f'għalqa. Minnufih marru fuq il-post il-pulizija mill-Għassa tan-Naxxar fejn sabu lill-vittma li kien ferut f'għonqu. L-ispettur Spiteri qal li l-pulizija sabet balla mal-art madankollu l-pistola għadha ma nstabitx. Huwa qal li Stephen ġie arrestat mill-pulizija madwar nofsiegħa wara li seħħ il-kaz wara li niżel lura d-dar bil-karozza pparkjaha fil-garaxx. Il-Prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li jista jkun hemm interferenza fix-xhieda għaliex joqogħdu viċin xulxin. L-Avukat difensur Franco Debono semma kif dan il-każ jinvolvi storja twila ta' persekuzzjoni liema azzjoni anke kienet fil-konfront ta' omm l-akkużat- jiġifieri l-mara tal-allegat vittma; Id-difiża saħqet li għandu jinħoloq bilanċ għall-ħelsien mill-arrest fuq punti xierqa għall-fatt li wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni li l-missier sofra ġrieħi ħfief. B'reazzjoni, l-Ispettur Spiteri semma li l-vittma għad għandu l-balla mwaħħla ma' spallejh u li għadha trid issirlu operazzjoni fejn irid jinqasamlu l-muskolu. L-Ispettur Roderick Spiteri irrakkonta li mill-investigazzjonijiet irriżulta, li l-allegat vittma Peter Azzopardi kien mhedded għal diversi drabi f'okkażjonijiet differenti. Qal li diżġwid beda jwassal sabiex kullma jmur, l-aggressivita' bejn l-akkużat u l-vittma kienet dejjem qed tiżdied saħansitra kien hemm theddid ta' mewt. Kien għalhekk, li minħabba dan it-theddid fosthom bl-allegat arma tan-nar li ntużat fix-xena fejn seħħet l-allegat sparatura, Peter Azzopardi wasal sabiex ħa diversi deċiżjonijiet kontra l-volonta tiegħu minħabba biża'. Fosthom li jaqleb it-titolu tal-għalqa fejn seħħ l-allegat każ fuq l-akkużat Steven Azzopardi.
0not_entailment
Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta
Fil-Marsa Sports Club, nhar il-Ħadd se jintlagħabu l-BOV Tennis Master u l-Ladies Top 6, kampjonati li huma organizzati mill-Federazzjoni Maltija tat-Tennis. Fil-BOV Masters tal-Irġiel, Matthew Asciak s'issa ddomina dan il-kampjonat fejn rebaħ il-logħbiet kollha fil-fażi tal-gruppi. Fi Grupp 1, Asciak għeleb lil Nicholas Dagaetano, Dwayne Pullicino u Matthew Cassar Torregiani 6-0 6-0. Matthew Cassar Torregiani klassifika fit-tieni post tal-grupp. Fi Grupp 2, Alex Degabriele rebaħ it-tliet logħbiet tiegħu fej għeleb lil Zack Zammit 6-0 6-0, lil Denzil Agius 6-3 7-6 u lil Liam Delicata 3-6 6-4 6-2 biex temm l-ewwel f'dan il-grupp, b'Liam Delicata jtemm fit-tieni post. Matthew Asciak se jilgħab kontra Liam Delicata nhar is-Sibt fis-1.00pm filwaqt li Alex Degabriele se jilgħab kontra Matthew Cassar Torregiani fis-semifinali. Fl-istess jum se tintlagħab il-finali tal-BOV Ladies Top 6 fejn Elaine Genovese se tilgħab kontra Emma Montebello.
0not_entailment
Jammetti li traffika l-ecstasy iżda jinħeles mill-Qorti tal-Appell
Dan għax kien ammetta mal-pulizija meta ma kienx għadu akkumpanjat minn avukat Raġel li kien ammetta li kien qed jitraffika l-ecstacy inħeles mill-akkużi wara li kien instab ħati fl-2013. L-akkużat, li għandu 38 sena, kien instab ħati b’pussess u traffikar tal-ecstasy u ngħata sentenza ta’ 9 xhur ħabs u multa ta’ €1,500. Madanakollu, l-akkużat appella mis-sentenza, bl-avukati tiegħu, Franco Debono u Amadeus Cachia jinsistu li s-sentenza kienet ibbażata fuq stqarrija li qal lill-pulizija ftit wara li ġie arrestat. L-akkużat kien qal li qassam il-pinnoli lit-tfajla tiegħu biex tqassamhom waqt party li kienu sejrin. Madanakollu, insistew li hu għamel din l-istqarrija meta ma kienx akkumpanjat minn avukat, prattika li kienet legali dak iż-żmien, iżda li aktar tard bdiet tiġi meqjusa bħala illegali. Waqt id-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Antonio Mizzi, qal li ma jistax ma jagħmilx referenza għal deċiżjonijiet riċenti tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u qrati oħra li jistipulaw li persuna arrestata għandha d-dritt għal assistenza legali mill-bidu nett tal-investigazzjoni. Kompla jisħaq li nuqqas ta’ assistenza legali, ifisser li jkun hemm ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Minħabba l-fatt li l-uniku prova kontra l-akkużat kienet l-istqarrija tiegħu, liema stqarrija saret fin-nuqqas ta’ preżenza ta’ avukat, il-Qorti tal-Appell kellha teħles lill-akkużat mis-sentenza u l-akkużi kollha miġjuba kontrih.
1entailment
Ix-xita mistennija tkompli...
Bħalissa huwa l -aqwa zmien għat-għasir tat-tadam. Hekk iddeskr iv a dan il-perjodu John Magro , wieħed mis-sidien ta' fabbrika ewlenija f'Għawdex li tipproduċi prodotti magħmulin mit-tadam . Fi żjara tas -Segretarju Parlamentari Clint Camilleri nnutajna numru ta ' bdiewa Għawdxin li minkejja x-xemx tiżreġ fuq rashom komplew b il-ħidma tagħhom fil-qtugħ tat-tadam. Dehret ċara d-dedikazzjoni ta' dawn il-bdiewa li sena wara sena ikunu qed jistennew dan iż-żmien biex wara staġun ta' ħidma j kunu jistg ħu ibi għu l-prodotti tagħhom u jgħadduhom għall-ipproċessar. Emanuel Bartolo , kordinatur ta ' kumpanija ewlenija fl-ipproċessar tat-tadam , spjeg alna l-proċess minn x'ħin jitqassmu ż-żerriegħa sa meta jinqata t-tadam.
0not_entailment
Sidien ta' lukanda ħadu l-liġi b'idejhom
“ Bottle-feeding għandha tkun l-eċċezzjoni u mhux in-norma” saħaq is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne waqt it-tnedija tad-dokument ta’ konsultazzjoni għall-Politika ta’ Breastfeeding ġdida. Din il-politika timmira li żżid l-għadd ta’ nisa li jagħżlu li jreddgħu t-tarbija tagħhom u tipprovdi strateġija ħolistika lejn twettiq ta’ miżuri favur it-treddigh tat-trabi. Dawn il-miżuri jinkludu d-dħul ta’ leġislazzjoni ġdida, it-taħriġ ta’ professjonisti tas-saħħa fil-promozzjoni tat-treddigh tat-trabi u l-iżvilupp ta’ inizjattivi fil-komunità. Din il-politika tappella lis-soċjetà biex tadotta miżuri li jiżguraw li l-ommijiet ikollhom l-ambjent adegwat għat-treddigh tat-trabi. Is-settur privat se jkun qiegħed jiġi mħeġġeġ jippromwovi dawn il-miżuri u l-Gvern se jkun qiegħed jagħti eżempju billi jħejji kamra għat-treddigh tat-trabi fiċ-ċentri tas-saħħa primarja filwaqt li l-Isptar Mater Dei se jkun qed jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkwalifika bħala sptar “Baby Friendly”/ “ Baby Friendly Hospital .” Is-Segretarju Parlamentari qal li l-politika ta’ breastfeeding huwa pass importanti fil-ġlieda kontra l-obesità u se twitti t-triq biex jiksbu numri ogħla ta’ breastfeeding għall-ewwel sitt xhur u wara ma’ ikel kumplimentari xieraq.
0not_entailment
Ir-rapport tad-due diligence fuq il-qagħda tas-sidien ta’ Vitals se jibqa’ mistur
Il-proċess ta’ due diligence li l-Gvern għamel dwar il-qagħda finanzjarja tas-sidien ta’ Vitals Global Healthcare se jibqa’ fil-kexxun minkejja li l-kumpanija ħarġet mill-kuntratt li kellha mal-Gvern biex tmexxi l-Isptarijiet San Luqa, Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan kien deċiż mill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data Saviour Cachia wara l-appell magħmul minn The Times of Malta. Fid-deċiżjoni tiegħu, Cachia qal li d-dokument ma jistax jinħareġ għax fih hemm dettalji personali li ma jistgħux ikunu ppubblikati. Iżda mhux talli baqa’ ma jridx jippubblika dan ir-rapport, talli l-Gvern baqa’ lanqas ma qal liema kumpanija ta’ awditjar għamlet l-eżerċizzju qabel l-iffirmar mal-Vitals. Minflok, kien ippubblikat biss parti mill-kuntratt għax il-kumplament tiegħu kien immarkat b’kaxxi suwed. U dan minkejja l-wegħdiet tad-Deputat Prim Ministru Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kien wiegħed li l-kuntratt kien se jkun ippubblikat. Bil-kuntratt mal-Gvern, Vitals suppost kienet marbuta tinvesti madwar €200 miljun fl-ewwel erba’ snin biex ikunu aġġornati diversi faċilitajiet fit-tliet Sptarijiet. U min-naħa tiegħu, il-Gvern kellu jħallas madwar €80 miljun fis-sena biex jikri l-faċilitajiet mediċi mingħand il-Vitals. Skont il-ftehim, kellha tibda tinbena wkoll Skola Medika ġdida f’Għawdex. Iżda sa meta tal-Vitals telqu minn Malta, fil-post kien għad fadal biss toqba. Kellhom isiru wkoll għadd ta’ servizzi addizjonali, bil-Gvern iħallas għall-ispejjeż, iżda lanqas hawn baqa’ ma sar xejn.
1entailment
"Int strument għad-demokrazija ġusta f'pajjiżna"
Il-Prim Ministru ta' New Zealand Jacinda Ardern rebħet l-elezzjoni ġenerali b'49 fil-mija tal-voti fl-elezzjoni li kellha ssir aktar tard mid-data oriġinali kawża tal-imxija. Il-Partit Nazjonalista ta' New Zealand kiseb 27% tal-voti, il-partit aċċetta t-telfa elettorali.
0not_entailment
Il-PN jiddiżassoċja ruħu minn sejħiet għal boycott bil-vouchers
Il-Partit Nazzjonalista qal li qed jiddiżassoċja ruħu kompletament minn kull sejħa għal boycott jew għażla ta' negozji fuq oħrajn fl-iskema tal-vouchers tal-Gvern. Fi stqarrija l-PN qal li jrid jiġbed ħabel wieħed fl-isforzi kollettivi ta' Malta biex l-ekonomija tqum fuq saqajha. "Il-valur tal-ġid komuni għandu jirbaħ dejjem fuq kull forma ta' tribaliżmu politiku," qal il-PN. Ilbieraħ persuna fuq Facebook qalet li għandha titħejja lista ta' negozji Laburisti. Dan bl-għan li wieħed jevita milli juża l-vouchers li se jqassam il-Gvern fil-ħwienet tagħhom jew inkella biex wieħed jonfoqhom f'dawn il-ħwienet jekk toħloq konfużjoni dwar is-sistema. Facebook It-Tnejn li għadda l-Gvern ħabbar li se jkun qed jagħti €100 f'vouchers lil kull persuna li għandha minn 16-il sena 'l fuq. Se jinħarġu vouchers ta' €20 b'total ta' €100: €80 għall-konsum fil-lukandi, fir-restoranti u f'bars; €20 oħra għall-ħwienet li kienu magħluqin waqt il-pandemija. Filmat: Vouchers biex jintefqu fir-ristoranti; roħs fil-kontijiet tan-negozji Iċ-ċekkijiet li jammontaw għal €100 mhux se jkunu jistgħu jissarrfu fil-gyms. Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Edward Scicluna hu u jwieġeb mistoqsija ta' Newsbook.com.mt . Filmat: Il-vouchers ma jistgħux jintużaw f'gyms – Scicluna
1entailment
Ħatfuha, daħħluha f'karozza u stuprawha quddiem it-tarbija tagħha
Fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, kelliema Laburisti ġġustifikaw il-bini fuq art ODZ fiż-Żonqor. Waqt attività politika fil-Għargħur, is-Sindku ta’ Marsascala Mario Calleja mhux talli ġġustifika, iżda talli kważi beda jiftaħar bid-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jagħti l-art taż-Żonqor għall-ODZ. Skont dan il-kelliem ta’ Muscat, hemm bżonn li tinbena Università tal-Ġordaniżi… minħabba l-iskart. Bl-istess kelliem Laburista, jgħid grazzi lil Muscat talli xorta se jeqred parti sostanzjali taż-Żonqor minkejja l-oppożizzjoni qawwija mill-poplu għal dan. Il-kummenti tas-Sindku ta’ Marsascala sabu l-approvazzjoni ta’ Joseph Muscat, li kien bilqegħda ftit passi bogħod minnu waqt intervista politika. Dan kollu jikkuntrasta bil-kbir mal-pożizzjoni ċara u inekwivoka tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li kkommetta ruħu li ma jkunx hemm bini fuq art ODZ fiż-Żonqor. Waqt l-attività politika fil-Għargħur, il-Prim Ministru ma qagħdx lura milli jattakka numru ta’ proposti tal-Partit Nazzjonalista, bil-Prim Ministru saħansitra jirredikola l-Partit Nazzjonalista dwar il-proposti tiegħu fuq persuni b’diżabilità.
0not_entailment
Imut id-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi
Fit-tieni ġurnata tal-kompetizzjoni St James Hospital Shield Hibs kisbu t-tieni rebħa meta għelbu lil Depiro filwaqt li Starlites Gig ħallew lil Bupa Luxol jfittxu l-ewwel rebħa. Rebħa għal Starlites bi tmiem drammatiku Starlites Gig…………….83 Bupa Luxol………………82 (20-23, 14-17, 20-27, 29-15) Starlities: A. Felice Pace 11, M. Azopardi, R. Bonnici 9, I. Felice Pace 2, M. Fabri, M, Sceri , D. Carabott 15, I. Kumivic , K. Knoles 28, J. Merseilles 18. Luxol: J. Cefai 8, V. Jandric 39, K. Cauchi, L. Trapani, F. Mifsud Bonnici 8, J.P. Schembri 10, K. Dimech 15, I. Pace, E. Caruana Montaldo, S. Capello 2. Referees: J. Mantere, K. Dwarnezeck u D. Dobroseljevic. Luxol li kienu dejjem fuq quddiem ħlief għall-ewwel minuti kellhom iċedu fl-aħħar sekondi tal-logħba biex sofrew it-tieni telfa u tnejn fl-aħħar minuti, Starlites bdew jagħfsu fl-aħħar għaxar minuti bl-għajja tidħol fit-tim tal-Luxol minbarra l-fawls. Starlities kellhom bidu tajjeb biex marru 10-2 minn fuq. Mal-ħin Luxol tjiebu biex lejn is-seba’ minuta marru punti minn fuq 15-14. Luxol spiċċaw l-ewwel sessjoni 23-20 minn fuq. Luxol komplew fejn ħallew fil-bidu tat-tieni sessjoni biex kabbru l-vantaġġ għal 29-20. Minuta mistrieħ u sostituzzjoniet għenu lil Starlites jirkupraw biex naqqsu xi ftit id-distakk 31-26. Ir-risposta ta’ Luxol rathom jiftħu ħdax-il punt vantaġġ 37-26. Starlites għaddew minn dan il-mument diffiċli biex inaqqsu xi ftit l-iżvantaġġ sal-mistrieħ 40-34. Fil-bidu tat-tielet sessjoni Starlites kienu basket ’il bogħod 42-40. Wara perjodu bilanċjat, tlett minuti mit-tmien is-sessjoni, Luxol kellhom mument tajjeb biex fetħu vantaġġ ta’ 67-54 għall-aħħar għaxar minuti. Starlites żiedu l-isforzi tagħhom u bdew jippressaw. Sa ħames minuti mit-tmiem Luxol kienu 74-67 minn fuq. Hawn bdiet dieħla l-għejja u x-xuttijiet tagħhom ma baqgħux preċiżi biex Starlites ħadu vantaġġ u minuta mit-tmien marru 79-78 minn fuq. Luxol tilfu żewġ free-throws u ta’ dan pattew qares għax tliet sekondi mit-tmiem Starlites kisbu l-basket tar-rebħa. Il-barranin ta’ Depiro mhux biżżejjed Depiro…………………….68 Hibs………………………..95 (17-20,15-27, 16-29, 20-19) Depiro: M. Naudi, Q. Copper 36, D. Farrugia, M. Brincat 2, I. Attard, A. Chomo 17, O. Said 3, A. Attard, K. Xuereb 10, M. Borg. Hibs: P. Attard 4, D. Bugeja 4, K. Caruana , L. Farrugia 9, W. Alhberg 9, I. Bonett 4, N. Vasovic 12, A. Axiaq 7, M. Matijevic 6, M. Attard 2, C. Rowe 22, I. Dencesen 16. Referees: G. Barbara , I. Simic u S. Jaflica, Hibs komplew bil-bidu tajjeb għall-istaġun meta kisbu rebħa faċli fuq Depiro li għandhom tim nieqes mill-esperjenza. Depiro jridu juri titjib għal kontra Starlites. Wara l-ewwel minuti, Hibs bdew jieħdu s-soppravent biex marru 18-10 minn fuq. Fl-aħħar minuti tas-sessjoni kien hemm ir-reazjoni tad-Depiro 20-17. Fil-bidu tat-tieni sessjoni Hibs ħarġu aktar determinati biex ikabbru l-vantaġġ għal 33-39. Għalkemm tjiebu Depiro ma rnexxilhomx iwettqu pressjoni fuq Hibs li kkontrollaw tajjeb biex marru jistrieħu 47-32 minn fuq. Hibs komplew ikunu l-aħjar tim anki wara l-mistrieħ biex komplew jiddominaw u l-vantaġġ jikber għal 76-48 għall-aħħar għaxar minuti. Fl-aħħar sessjoni naqsu xi ftit mir-ritmu u kkontrollaw mingħajr tbatija l-isforzi tad-Depiro sal-aħħar tisfira.
0not_entailment
Il-Prim Ministru se jippreżenta l-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika fis-7pm
Fis-7pm il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jippreżenta l-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika għal pajjiżna. Flimkien mal-Prim Ministru, il-konferenza tal-preżentazzjoni ta' dan il-pjan multi-miljunarju se tkun indirizzata mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri. Dalgħodu l-Kabinett u l-grupp parlamentari tal-Gvern iddiskuta l-aħħar dettalji dwar il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika li se jitħabbar ftit tas-sigħat oħra.
1entailment
AĠĠORNAT: Raġel jittieħed l-isptar wara li nqaleb bil-high-up
Basket fil-pjazza ta' Bormla qajjem suspetti, tant li ssejħu membri mill-Bomb Disposal Unit wara nofsinhar. Irriżulta pero' li l-bakset ma kienx fih materjal perikoluż.
0not_entailment
Żewġ presidenti ġodda għal M.D.A u l-M.B&S.A
Fis-seba' programm SPORT EXTRA fl-iskeda fuq NetTelevision li ser jixxandar illum fl-4.00 pm tkompli s-serje ta' presidenti ġodda li minn din is-sena ħadu t-tmexxija tal-assoċjazzjoni rispettiva. Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli ltaqa' mal-president il-ġdid tal-Malta Darts Association – RODERICK ZAMMIT li ftit tal-ġimgħat ilu kien elett flok Edward Bonnici li ma kompliex fil-kariga wara snin twal bħala President. Ġranet wara li kien elett bħala President tal-Malta Billiards & Snooker Association, IVAN BRINCAT huwa l-mistieden fit-tieni parti tal-programm . Fl-istess waqt flimkien mal-cameraperson Joe Sultana wieħed jista' jara wkoll l-ambjent professjonali kemm fi ħdan il-Malta Darts Association kif wkoll fis-settur tal-billiards u snooker. SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Charles Camenzuli b'muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.
1entailment
Editorjal | Il-politika u l-flus: Il-ħbieb sal-bieb! Hemm bżonn ta' politiċi li m'għandhomx bżonn il-politika biex jgħixu sew u jkollhom dħul xieraq. Politiċi ta' stoffa li jafu fejn hija l-linja l-ħamra u għandhom l-irġulija, l-onestà u l-ġenwinità biex ma jaqbżuhiex
Fejn tibda u fejn tieqaf ir-relazzjoni bejn politiku u negozjant kbir? Għandu jkun hemm relazzjoni bejn it-tnejn? Ir-risposta hija 'iva għandu jkun hemm relazzjoni' għaliex wara kollox dak in-negozjant ħafna drabi jkun tappa importanti, bħal maduma żgħira f'collage ħafna ikbar, li tifforma l-ekonomija. Jekk fil-ferneżija biex inbiddlu u nagħmlu xi ħaġa quddiem l-oxxenitjiet kollha ħerġin mill-Qorti, se nittimbraw lil kull min irnexxa fil-ħajja u kull minn huwa negozjant kbir bħala 'korrott" se nagħmlu żball kbir. Jekk taqbad l-akbar negozji f'pajjiżna - lukandiera, kuntratturi, negozji fil-qasam finanzjarju u ħafna aktar - dawn iħaddmu eluf u eluf ta' nies. Huwa naturali u ovvju li kull partit u Gvern jeħtieġ iżomm kuntatt miftuħ ma' dawk kollha fil-privat li huma għajn ta' ġid ekonomiku. Imma hemm differenza kbira bejn li tħalli kuntatt miftuħ u diskussjoni matura b'benefiċċju reċiproku li jitrattaw il-benesseri tal-pajjiż u li tiftaħ il-bibien biex in-negozjant mhux biss ikun dieħel u ħiereġ fil-kurituri tal-poter, talli jitpoġġa f'pożizzjoni aktar b'saħħitha minn tal-Prim Ministru u f'idejh ikollu l-assi tal-pajjiż. Dak li ġara jew allegat li ġara, fil-każ tal-Power Station, fil-każ tal-Wind Farm u fil-ftehim mal-VGH, messna konna ilna li rajnieh u konna nafu li se jiġri - għaliex meta in-negozju ma jibqax qrib il-Gvern, imma jsir il-Gvern, dak li jiġri. Din mhux l-ewwel darba li l-assi tal-poplu ntużaw b'mod traskurat. Mhux sigriet li l-Mid Med Bank inbiegħ biċ-ċiċri. Mhux xi sigriet li saru ftehim biex individwi jsiru sinjuri bħal fil-każ tal-art fil-Fekruna, il-każ tal-Lowenbrau u anke l-eks Cafè Premier. Imma mhux biss. Hemm bżonn li nsolvu l-akbar dilemma tal-partiti politiċi ta' pajjiżna. Kif se jġibu l-flus dawn biex jagħmlu l-kampanji u jmexxu l-midja tagħhom li qed tiswa ħafna u ħafna flus u li wara kollox jarawhom ħafna u ħafna nies? Se jibqgħu jiddependu minn donazzjonijiet żgħar tal-ġenwini u kbar ta' min fil-partiti jara fonti ta' flus? Jew se niddeċiedu li naddottaw sistema li teskludi l-bżonn li l-partiti jmorru jipprostitwixxu lilhom infushom biex ikollhom il-fondi? Ma nistgħux inċaħħdu lill-partiti - li llum saru jiswew ħafna flus - mill-flus li għandhom bżonn, imbagħad fl-istess ħin ingergru għax qed ifittxu modi u mezzi illeċti u korrotti. It-tielet punt. Hemm bżonn ta' politiċi b'fibra morali. Mhux politiċi tal-pedestalli u qaddisin bir-raġġiera - dawk ma jeżistux u l-qaddisin fil-ġenna u n-niċeċ qegħdin! Imma politiċi li jafu jagħmlu distinzjoni bejn it-tajjeb u l-ħażin u politiċi li għandhom - anke jekk jiżbaljaw huma jew ta' madwarhom - imħabba lejn il-pajjiż u lejn il-poplu u lejn l-assi tiegħu. Li għalihom sptar, triq, università u Power Station huma proġetti li jsiru biex il-poplu jkun aktar komdu, jgħix aħjar, iħallas inqas u jilħaq l-ambizzjonijiet tiegħu. Mhux politiċi li għalihom kull proġett huwa baqra biex jeħilbuha ħalli jsiru sinjuri huma. Politiċi ta' għerf li jafu illi jekk jaċċettaw xi ħaġa mingħand xi ħadd jew ikunu fil-kumpanija ta' xi ħadd se jpoġġu lilhom infushom f'dawl partikolari. U finalment politiċi li ma jintrabu mal-ebda individwu u mal-ebda persuna, imma biss ma' Malta u l-ġid tagħha Hemm bżonn ta' politiċi li m'għandhomx bżonn il-politika biex jgħixu sew u jkollhom dħul xieraq. Politiċi ta' stoffa li jafu fejn hija l-linja l-ħamra u għandhom l-irġulija, l-onestà u l-ġenwinità biex ma jaqbżuhiex. Politiċi ta' għerf li jafu illi jekk jaċċettaw xi ħaġa mingħand xi ħadd jew ikunu fil-kumpanija ta' xi ħadd se jpoġġu lilhom infushom f'dawl partikolari. U finalment politiċi li ma jintrabu mal-ebda individwu u mal-ebda persuna, imma biss ma' Malta u l-ġid tagħha. Lista twila vera. Imma lista li hija importanti. Nieħdu gost naraw nies bħal Daniel Micallef jersaq għal kariga importanti fil-Partit Laburista u l-elevazzjoni ta' nies bħal Aaron Farrugia, Byron Camilleri, Silvio Schembri, Edward Zammit Lewis, Julia Farrugia Portelli, Roderick Galdes, Stefan Zrinzo Azzopardi u oħrajn fil-Kabinett u fil-Gvern. Kif nieħdu gost naraw nies bħal Bernard Grech u Joe Giglio, jingħataw prominenza mill-Partit Nazzjonalista. Nieħdu gost għax jidher - sa issa - li l-ġenerazzjoni ta' politiċi marbutin mad-dekadenza issa qed jinbidlu b'nies li huma retti u li qegħdin fil-politika biex jagħtu servizz mhux biex jisservew. Nies li nittamaw minn qiegħ qalbna li mhux se jaqgħu mal-ewwel offerta malizzjuża ta' flus. Ħadd mhu anġlu u xempju tal-purità fil-politika. Imma ejja ma nilludux ruħna li d-dekandenza li qed nisimgħu u li fiċ-ċentru tagħha hemm assasinju ta' persuna, hija "ok"! Ejja ma nilludux ruħna li kollox sew la għandi sold żejjed fil-but. U kif ilna ngħidu, bix-xenarju politiku kif inhu, l-ewwel bidla u l-akbar bidliet jeħtieġ isiru fil-Partit Laburista issa mmexxi minn Robert Abela, ladarba jidher ċar illi se jerġa jirbaħ elezzjoni ġenerali mhux wisq, wisq 'il bogħod. U allura biex ngħalqu. In-negozju u l-flus, fuq naħa u l-politiċi fuq in-naħa l-oħra m'għandhomx u ma jistax ikunu għedewwa, iżda lanqas għandhom ikunu maħbubin - qrib xulxin u fl-istess sodda. Ħbieb sal-bieb, tkun relazzjoni ħafna aħjar u ħafna inqas riskjuża biex dak li ilu jiġru u ġara issa wkoll ma jerġax jiġri.
1entailment
L-UE twissi konta r-riskji taż-żieda alarmanti ta' każi ta' Covid-19
L-aġenzija għas-saħħa tal-Unjoni Ewropea sejħet fuq numru ta' Stati Membri li qed jesperjenzaw żieda fil-każijiet ta' coronavirus biex jerġgħu jimplimentaw miżuri ta' kontroll, filwaqt li wissiet dwar "ritorn reali" tal-virus f'diversi pajjiżi. F'rapport ta' "valutazzjoni rapida tar-riskju" li kien ippubblikat nhar it-Tnejn, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) wissa dwar "riskju li terġa' teskala l-Covid-19" madwar il-kontinent. F'dikjarazzjoni, iċ-Ċentru qal li "Filwaqt li diversi pajjiżi issa qed jiskopru ħafna każijiet ħfief jew mingħajr sintomi, li rriżulta f'żieda fir-rapporti ta' każijiet, qed naraw żieda allarmanti fil-każijiet f'diversi pajjiżi, wara li ġew rilassati l-miżuri ta' distanza soċjali." L-aġenzija saħqet li f'għaxar pajjiżi iż-żieda ta' każi fl-aħħar jiem kienet ta' iktar minn 20%, fil-waqt li f'numru ta' pajjiżi, fosthom Malta, din kienet ta' 30%. L-aġenzija, li għandha l-bażi tagħha fi Stokkolma, kompliet tgħid li l-pandemija tal-Covid-19 għadha qed "tippreżenta theddida serja għas-saħħa pubblika." Minn meta ntreħew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar, u nbdew ċerti attivitajiet, il-virus reġa' qabad rata mgħaġġla ta' infezzjoni, kompliet l-istqarrija. "Iż-żieda fl-inċidenza tal-Covid-19, u fl-għadd ta' każijiet relatati li kellhom jiddaħħlu l-isptar għall-kura jew pazjenti li tilfu ħajjithom, tista' tiġi kkontrollata jekk jerġgħu jiġu implimentati miżuri suffiċjenti ta' kontroll, u jekk dawn jiġu infurzati malajr kemm jista' jkun," iddikjarat l-aġenzija. Għal dawk il-pajjiżi li qed jaraw żieda fil-każijiet, "ir-riskju li l-CoVid-19 tibqa' teskala huwa tassew għoli." Jekk dawn il-pajjiżi jfallu milli jimplimentaw jew isaħħu r-restrizzjonijiet, ir-riskju se jkun "għoli ħafna", kompliet twissi. L-aġenzija kkonkludiet billi qablet mal-fatt li aktar ma ddum din il-pandemija, "hija ħaġa normali li n-nies jgħejjew u jixbaw bir-restrizzjonijiet, u għalhekk tonqos il-konformità mal-miżuri tas-saħħa pubblika."
1entailment
Jitħaffu l-proċessi għan-negozji
Jonqos iż-żmien u jitħaffef il-proċess biex wieħed jiftaħ negozju f'pajjiżna. B'effett minn dan ix-xahar, persuna tista' twaqqaf negozju ġdid f'inqas minn erbat ijiem permezz ta' formola waħda onlajn. Tkellimna mas-Segretarju Permanenti Nancy Caruana u ma Marika Tonna mill-Malta Enterprise.
1entailment
L-għaxar timijiet tal-Formula 1 jilħqu qbil dwar il-Concorde Agreement
Il-Formula 1 ħabbret li l-għaxar timijiet laħqu qbil dwar il-Concorde Agreement fejn jinkludi regoli li bijhom it-timijiet iridu jikkompetu sal-2025. It-timijiet ta' Ferrari, Williams u McLaren ikkonfermaw li t-Tlieta waranofsinhar iffirmaw dan il-ftehim. Dan il-ftehim li fih jinkludi regoli li ġew imħabbar lura f'Ottubru tas-sena li għaddiet jgħid li se jkun qiegħed jara li t-timijiet kollha tal-Formula jkunu ugwali kemm b'mod finanzjarju u anke b'mod kompetittiv. Dan qiegħed isir biex l-Formula 1 tattira aktar nies fejn dan ikun ta' benefiċċju għal kulħadd. Il-President tal-FIA, Jean Todt qal li wara li ntlaħaq ftehim dwar da nil-Concorde Agreement, dan jassigura future aktar sostennibli għall-isport tal-Formula 1. Hu kkonkluda li fl-aħħar xhur waqt l-isfida tal-pandemija tal-coronavirus, dawk kollha nvoluti fil-Formula 1, ħadmu b'mod kontinwu biex ikun assigurat li dan l-isport ikun wieħed sostennibli u ġust.
1entailment
Qorti tal-appell tikkonferma l-mandat ta’ arrest ta’ Julian Assange
Dgħajsa li kienet qiegħda ġġorr 251 persuna tinqeleb kawża ta' maltempata fil-kosta tal-Filippini tal-Lvant. Huwa mifhum li iktar minn 3 persuni mietu f'din it-traġedja. Mewġ qawwi kien irrapurtat iżda dgħajjes lokali sfidaw il-maltemp xorta waħda taw l-ewwel għajnuna tagħhom u pruvaw isalvaw xi individwi li kienu fid-dgħajsa ħdejn l-iżola ta' Polillo. Servizzi tal-emerġenza lokali stqarru li d-dgħajsa ġarrbet toqba kbira b'riżultat li d-dgħajsa nqelbet. Numru ta' individwi għadhom ifittxu l-ilmijiet bit-tama li jsibu n-nies mitlufin.
0not_entailment
Il-Maġistrat reġa' bagħat 'l hemm lil Simon Busuttil... twissija wkoll
Il-Magistrat Dr Aaron Bugeja f'digriet li ta llum fuq rikors tal-Kap tal-Oppozizzjoni, rega' bagħat it-tieni ka ż li mar bih għand maġistrat ieħor. Bħal ma ġara fl-ewwel ka ż , il-Kap tal-Oppożizzjoni mar b'dak li sejjaħ evidenza li ma għandha xejn x'taqsam mal-gidba dwar Il-Prim Ministru u l-familja tiegħu. Għalhemm ma kellu qatt imur għand il-Maġistrat li investiga l-każ Egrant. Il-Magistrat wissa' wkoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu mezzi oħra flok irrikorra b'rapport għand il-Magistrat. Dan jikkonferma li l-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed biss jilgħab għall-hin biex jipprova jgħatti l-gideb tiegħu stess. Meta Simon Busuttil reġa' mar għand il-Maġistrat Bugeja il-ġurnalisti kienu baqgħu mistgħaġba u staqsew dwar dan.
1entailment
Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq l-estensjoni ta’ San Vinċenz
Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol tal-bini tal-erba’ blokok fil-proġett ta’ tkabbir tar-residenza tal-anjazni San Vinċenz de Paul. Il-bini tal-blokok il-ġodda huma mifruxa fuq 33,500 metru kwadru u ser ikollhom 200 kamra ġdida. Il-Perit tal-proġett, Darren Sciberras, spjega li 85% tal-kostruzzjoni tal-proġett tlestiet waqt li 70% tas-servizzi tpoġġew. Il-Perit Sciberras qal li l-proġett beda f’Lulju li għadda u mistenni jistlesta fil-ħin biex sa Mejju li ġej jilqa’ l-anzjani. Fiċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-estensjoni tar-residenza, is-Segretarju Paralmentari għall-Anzjanita’ Attiva u l-Persuni b’Diżabilità, Anthony Agius Decelis, qal li l-proġett qed isir b’investiment kapitali ta’ 30 miljun ewro u ser jiżdiedu 500 sodda għal anzjani b’dipendenza għolja minħabba problemi mediċi akuti. Is-Sur Agius Decelis qal li dan huwa l-ikbar investiment mill-Gvern fil-qasam tal-kura tal-anzjani fl-aħħar 25 sena. Il-Kap Eżekuttiv tar-residenza, Dr Josianne Cutajar qalet li l-estensjoni tal-proġett ser iżżid il-ħidma fl-operat ta’ San Vinċenz de Paul b’45%. Spjegat li ser jiżdiedu 600 ħaddiem – konsuluenti, tobba, infermiera u carers u ħaddiema fl-amministrazzjoni. Fost il-faċilitajiet fl-estensjoni ser ikun hemm pixxina, gym, kappella u żoni fejn l-anzjani jissoċjalizzaw bejniethom u mal-qraba li jżurhom. Madwar elfejn metru kwadru se jkunu spazji miftuħa u sar ukoll parkeġġ taħt l-art.
1entailment
FILMAT: Studenti u professjonisti mediċi jipprotestaw dwar is-servizz tas-saħħa
Grupp ta’ studenti u anke professjonisti fil-qasam tas-saħħa li twaqqfu taħt l-isem Patients Not Profit qed jitolbu li jkun hemm trasparenza fil-kuntratti tal-privatizazzjoni tas-saħħa u li jkun hemm politika tas-saħħa pubblika ibbażata fuq l-evidenza u r-riċerka filwaqt li s-sistema tas-servizzi tas-saħħa tkun iffukata fuq il-pazjent u mhux fuq il-profitt. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret waqt attivita’ pubblika fi Pjazza de Valette fejn membri ta’ din l-organizazzjoni volontarja spjegaw l-iskop ta’ din l-inizjattiva. Alex Clayman li hu student tal-mediċina fl-aħħar sena tal-kors qal li l-organizazzjoni twaqqfet wara li li l-Gvern ipprivatizza l-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Iswptar Ġenerali ta’ Għawdex filwaqt li l-iskola medika li se titwaqqaf se tkun ta’ xkiel għas-sistema ta’ tagħlim eżistenti fil-qasam tas-saħħa għax din se tkun hemm biex tagħmel il-qligħ u dan jipperikolu l-futur tal-istudenti, tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u fl-aħħar mill-aħħar l-futur tal-istudenti. Matthew Drake li wkoll hu student tal-mediċina fl-aħħar sena tal-kors qal li qal li hu ta’ diżappunt li hemm nuqqas kbir ta’ trasparenza fil-kuntratti dwar il-privatizazzjoni tal-isptarijiet. Hu fakkar li dawn l-isptarijiet inbnew u kienu qed jagħtu s-servizz bis-saħħa tat-taxxi li jħallas il-poplu Malti imma l-privat l-iskop tiegħu hu li jagħmel il-profitt u dan ifisser lui l-pazjent se jiħi wara l-profitt. Hu saħaq li l-istat irid jaħdem biex itejjeb is-servizzi tas-saħħa u li dawn ikunu ta’ servizz għan-nies u mhux jipprivatizza l-qasam tas-saħħa.
1entailment
Il-budget għall-2017 approvat
#IbqaDDar Diversi personalitajiet televizivi u atturi inghaqdu flimkien mid-dar biex f'dawn iz-zminijiet iwasslu messagg b'sahhtu. #IbqaDDar. Ixxerja ma shabek. Flimkien ser nirbhu Posted by 26th frame on Wednesday, April 8, 2020 Diversi personalitajiet televiżivi u atturi ngħaqdu flimkien mid-dar biex f'dawn iż-żminijiet iwasslu messagg b'saħħtu, "Ibqa' d-dar". Il-personalitajiet jinkludu lil Clare Agius, Pauline Agius, Moira Muscat, Claire Agius Ordway, Manuel Cauchi, Anna Bassily, Shelly Spiteri, John Bundy, Charles Saliba, Charles Sammut, Mariella Muscat, Fabian Scerri De Carlo u Peter Galea li filwaqt li jsipjegaw is-sentiment tan-nies f'dan il-perjodu qed iħeġġu lil kulħadd biex jibqa' f'daru iżda fl-istess waqt inisslu messaġġ ta' tama hekk kif jgħidulna li "flimkien se nirbħu". Segwi l-messaġġ kollu fil-filmat li ħejjew 26th Frame. X'inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus? 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni; 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f'wieħed mill-pajjiżi ta' riskju għoli u jridu jiġu lura Malta; 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta' ikel u mediċini. 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus. 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra. 25903030 – Helpline għall-anzjani ta' 'l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix .
0not_entailment
Omm arrestata wara li abbużat sesswalment minn binha ta’ 12-il sena
Malta rebħet l-ewwel midalja tad-deheb permezz tal-atleta Charlotte Wingfield ilbieraħ bil-lejl fl-ewwel jum ta' kompetizzjoni fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru f'San Marino. Wingfield rebħet it-tiġrija tal-100 metru fi 11.62 sekondi biex kienet qed tirbaħ id-deheb f'din it-tiġrija għat-tieni edizzjoni konsekuttiva wara li kienet rebħet ukoll sentejn ilu fl-Islanda. Malta b'kollox rebħet sitt midalji lbieraħ – 1 deheb, 3 fidda u 2 bronż. Il-midalji tal-fidda ntrebħu mit-tim tan-nisa taċ-ċikliżmu, it-tim tal-boċċi (raffa) u l-għawwiem Mikhail Umnov fil-200 metru butterfly , waqt li l-bronż intrebħu mit-tim tal-irġiel taċ-ċikliżmu u mill-għawwiem Andrew Chetcuti fil-100 metru freestyle .
0not_entailment
Sewwieq jinqaleb bil-karozza fil-Magħtab
L-eks plejer ta' Rabat Ajax, Valletta u Birkirkara Drasko Braunovic ħabbar fuq il-profil tiegħu fuq facebook li se jkun qed jirritorna ma' Valletta fl-irwol ta' Direttur Tekniku tal-klabb. Braunovic kien diġà jinsab f'pajjiżna wara li f'Marzu nħatar bħala assistent kowċ ta' Vladan Tomic. Iżda l-esperjenza tiegħu kienet qasira ferm hekk kif mexxew lit-tim għall-konfront kontra Sliema Wanderers biss, hekk kif il-kampjonat twaqqaf minħabba l-Covid-19. Intant, il-leġġenda ta' Valletta Gilbert Agius se jibqa' mal-klabb fl-irwol ta' assistent kowċ wara laqgħa li fiha ntlaħaq ftehim. Għal Agius kien hemm interess minn klabbs oħra iżda għażel li jibqa' mal-Beltin biex iservi bħala assistent tal-kowċ Giovanni Tedesco. Agius serva bħala assistent kowċ taħt diversi kowċis ta' Valletta fl-aħħar tmien snin.
0not_entailment
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum
Il-gazzetti kollha tal-lum fuq il-faċċatta għandhom l-istorja li l-Malti li kien maħtuf fil-Libja ilbieraħ tard bil-lejl irritorna qawwi u sħiħ. l -orizzont turi ritratt ta’ Martin Galea mal-wasla tiegħu f’Malta bit-titlu “Kien maħtuf mit-twajba” filwaqt li qalu li l-Malti responsabbli mis-saħħa u s-sigurta fil-kumpanija taż-żejt jeħlisha mingħajr grieħi viżibbli wara ħidma sfieqa tal-Gvern. l -orizzont fi storja oħra tgħid li s-sitwazzjoni fil-Libja qed tkompli sejra għall-agħar hekk kif l-ambaxxatriċi Amerikana għal-Libja tinsab Malta. The Malta Indpendent wkoll turi ritratt mal-wasla ta’ Martin Galea f’Malta bit-titlu Martin Galea lura Malti qawwi u sħiħ. Tgħid li hemm numru ta’ pjani ta’ evakwazzjoni fis-seħħ minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja u tikwota lill-Prim Ministru fost l-oħrajn jirringrazzja lil min ħadem fis-silenzju. In-Nazzjon wkoll b’ritratt ta’ Martin Galea u bit-titlu’ Kuntent li ninsab qawwi u sħiħ filwaqt li tgħid li ma hemm ebda informazzjoni dwar kif inħeles mill-grupp ta’ militanti għalkemm l-indikazzjonijiet huma li nħeles minn grupp ta’ Libjani stess. Storja oħra tgħid kif il-Gvern Libjan qed jitlob l-għajnuna minħabba l-kriżi u li l-Partit Nazzjonalista qal li l-ħelsien ta’ Martin Galea hi aħbar sabiħa għal kull Malti. The Times of Malta wkoll b’ritratt ta’ Martin Galea u tgħid li l-ħaddiem Malti li kien maħtuf wasal lura Malta mil-Libja. Fost l-oħrajn tikkwottah jirringrazzja lill-konslu Marisa Farrugia talli salvatlu ħajtu. Ara wkoll l-ewwel reazzjoni ta’ Galea f’Malta fuq dan il-link: http://www.tvm.com.mt/news/jinheles-u-jasal-malta-l-malti-mahtuf-fil-libja/
1entailment
Jidħlu fis-seħħ l-emendi biex jipproteġu l-każini mill-iżgumbrament
Il-psikologu Anthony Gatt huwa d-direttur ġdod għal Caritas Malta, li se jkompli jaħdem biex il-Knisja, permezz tal-Caritas, issaħħaħ is-servizzi li toffri bla ħlas b'mod partikolari fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga, il-ħidma b'risq il-fqar u l-familji li għaddejjin minn problemi soċjali, u l-ħidma favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-persuna. Gatt huwa psikologu li ilu jaħdem fil-qasam tal-għajnuna soċjali mill-1999. L-ewwel impjieg tiegħu kien ma' Caritas Malta bħala koordinatur tal-voluntiera, u għal għaxar snin għamel xogħol volontarju mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ. Kompla l-ħidma tiegħu bħala psikologu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga mal-Aġenzija Sedqa. Ħadem għal numru ta' snin fil-privat qabel ma' reġa' ngħaqad ma' Caritas Malta f'dawn l-aħħar tliet snin. Huwa ukoll lettur mistieden fl-Università ta' Malta fil-qasam tal-counselling u l-psikoterapija, il-psikoloġija umanista u l-psikoloġija tal-organizzazjonijiet.
0not_entailment
Tnejn minn 18 li ħadu l-parole lura l-ħabs
Tmintax-il priġunier bbenefikaw mill-parole minn meta bdiet titħaddem is-sistema u ħarġu mill-ħabs qabel skontaw is-sentenza kollha mogħtija mill-Qrati. Tnejn mill-priġunieri kellhom il-parole irtirata u reġgħu spiċċaw fiċ-ċella. Fi żjara lill-uffiċċjali tal-ħabs xogħol fl-ewwel jum tas-sena, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela wera l-fehma li r-riżorsi tal-istituzzjoni li tamministra l-parole iridu jissaħħu aktar u kien ċar dwar il-viożjoni tal-gvern fuq il-parole. Mindu fl-2013 bdiet titħaddem il-liġi tal-parole kien hemm 18-il prigunier li ħarġu mill-ħabs bil-parole qabel skuntaw is-sentenza kollha tagħhom. Tnejn minnhom iżda reġgħu ddaħħlu l-ħabs minħabba li kisru l-kundizzjonijiet tal-parole. F’kummenti lil waqt zjara fil-ħabs, Il-Ministru tal-Intern Carmelo Abela qal li l-istituzzjoni tal-parole għad trid issaħħah ir-riżorsi tagħha biex taħdem aħjar. “Jista’ jkun hemm persuni oħrajn li applikaw għaliha imma jista’ jkun li ma kienx hemm riżors biex ikunu proċessati l-applikazzjonijiet… infatti din hija xi ħaġa li se nkomplu nsaħħu għax jista jkun hemm aktar persuni li jkunu jistgħu jikkwalifikaw,” qal il-Ministru tal-Intern. It-tul tas-sentenza li jeħel priġunier hu wieħed biss mill-fatturi li jiddetermina meta jkunu jistgħu japplikaw għall-parole. Il-bord tal-parole iqis fatturi oħrajn fosthom l-imġieba tal-priġunier fil-ħabs u kemm kien lest isegwi programm ta’ edukazzjoni u taħriġ. Jingħata ukoll piż lill-fehma tal-vittma tar-reat dwar il-priġunier li ikun applika għal parole. Il-Ministru Abela qal li l-politika tal-gvern hija li jħaddem l-parole b’mod meqjus; mingħajr iżda ma tkun mittiefsa is-sigurtà tal-pajjiż. “Tara li jkollok ir-riżorsi, ir-riżorsi li jfisser dawk umani u tan-nies esperti li jsegwu dawn il-persuni u din hija parti mir-riintegrazzjoni tas-soċjetà tagħna fid-dija tax-xogħol per eżempju; jien infurmat li l-esperjenza li dawn in-nies kellhom fid-dinja tax-xol kienet pożittiva,” spjega l-Ministru Carmelo Abela. Waqt laqgħa mal-amministraturi u l-gwardjani tal-ħabs fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin, il-Ministru Abela qal li l-funzjoni tal-ħabs hi biex ikun riformat l-aġir ta’ dawk li żbaljaw u mhux biex ikunu kastigati. Huwa radd ħajr lil dawk li jagħtu sehemhom f’dan il-proċess ta’ riforma b’mod volontarju fosthom id-direttur spiritwali tal-ħabs u ghaqdiet u individiwi oħra li jgħinu fil-proċess ta’ rijabilitazzjoni. Waqt żjara aktar qabel fil-kwartieri tal-Forzi Armati f’Ħal Luqa, il-Ministru Abela ntlaqa’ mill-Kap Kmandant, il-Brigadier Jeffrey Curmi li fost ohrajn spjega lil Minsitru kif jigu koordinati l-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ mil-forzi armati.
1entailment
Jippromwovu s-saħħa fiżika fil-Jum Dinji tal-Fiżjoterapija
Hekk kif madwar id-dinja kollha, fit-8 ta’ Settembru tiġi ċċelebrata ‘World Physiotherapy Day’, il-Malta Association of Physiotherapists organizzat numru ta’ attivitajiet biex iqajjmu kuxjenza dwar l-importanza ta’ dan il-jum. L-attivitajiet saru fil-Belt Valletta quddiem il-Parlament. NET News tkellem mal-President tal-Malta Association of Physiotherapy, Victoria Massalha, li qaltilna li dawn l-attivitajiet saru biex jippromwovu s-saħħa fiżika attiva. Għal din is-sena intgħażlet it-tema ‘Physical Activity for Life’, fejn kien hemm numru ta’ persuni jagħmlu diversi sports fosthom futbol u żfin. Iċ-Chief of Executive Officer tal-Malta Association of Physiotherapy, Audrey Schembri. “Ikkolaborajna ma’ MOVE Malta kif ukoll mal-Malta Health Students Association (MHSA). Għamlilna numru ta’ attivitajiet fosthom tgħalim taż-żfin u nies li setgħu jilgħabu l-futbol,” spjegat ma’ NET News. Din l-assoċjazzjoni, li bdiet fl-1974, tiltaqa’ kull sena biex tippromwovi s-saħħa tal-bniedem. Preżenti kien hemm is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima u l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista David Aguis, li saħqu dwar l-importanza tal-għarfien tas-saħħa. Fil-messaġġ tiegħu, David Aguis saħaq dwar il-bżonn li ndaħħlu l-isport aktar fil-kultura Maltija hekk kif l-attività fiżika hija importanti ħafna.
1entailment
Covid-19: Varjant ġdid tal-marda kapaċi qed iwassal għal rata ta' infezzjoni aktar mġħaġġla
Repubblika tisħaq li 'din id-deċiżjoni ma taffettwax d-determinazzjoni tagħna fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni' Fi stqarrija Repubblika qalet li se tagħmel talba ġdida għal inkjesta dwar it-trasferiment tat-tliet sptarijiet lill-Kumpanija VGH. Ilbieraħ il-Qorti tal-Appell irrevokat is-sentenza tal-ewwel Qorti u ddeċidiet li m’hemm ebda bażi għal investigazzjoni dwar it-trasferiment tat-tliet sptarijiet lill-kumpanija VGH. Il-kawża miftuħa minn Repubblika kienet talbet inkjesta biex tistabbilixxi jekk kienx hemm kompliċi kriminalment il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona. Fl-istqarrija Repubblika qalet li, “l-applikazzjoni tagħna ġiet aġġornata b’aktar informazzjoni," filwaqt li qalet ukoll li tinsab mħassba dwar id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell. “L-imħallef qal li l-investigazzjonijiet minn ġurnalisti mhumiex bażi xierqa biex tibda inkjesta, aħna ma naqblux,” irrimarkat Reppublika. Żiedet tgħid li f’kull demokrazija xogħol il-ġurnalist huwa indispensabbli għall-funzjoni tas-saltna tad-dritt. “Il-ġurnaliżmu investigattiv jippubblika dak li l-istituzzjonijiet jonqsu milli jagħmlu u jġiegħel l-istess istituzzjonijiet jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet tagħhom,” saħqet Repubblika. Fl-aħħar nett Repubblika qalet li, “din id-deċiżjoni ma taffettwax d-determinazzjoni tagħna fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.”
0not_entailment
Bil-Filmat: Żewġ Għalliema Joħolqu Logħob Kreattiv Għat-Tewmin Tagħhom… Xalata Sħiħa Għamlu!
Ma tistax ma tarahx dan il-filmat. Ajma xi ġmiel! It-tewmin ta' 10 xhur Stefano u Francesco jidhru ħadu gost mhux ħażin. Tkellimna ma' ommhom Alessandra u qaltilna li hi flimkien ma' żewġha David jippruvaw joħolqu ezerċizzji ħelwin li lit-tfal jgħallimhom ukoll sa minn din l-età ċkejkna. Fil-fatt Alessandra hija speċjalizzata fis-snin bikrin tat-tfal! Użaw drapp 'chiffon' ikkulurit; saħansitra f'waqt minnhom xarbuh ħalli jħossu d-differenza tiegħu. Purament festa ta' kuluri u moviment għat-tewmin. "Xalata sħiħa għamlu Stefano u Francesco", qaltilna Alessandra. Kemm huma sbieħ dawn il-mumenti. Grazzi lill-ġenituri li tawna permess naqsmu dawn l-attivitajiet mal-pubbliku għaliex jagħtu ideat sbieħ u ferrieħa. Insellmulhom liċ-ċkejknin; la jikbru jgħidu ara ta' 10 xhur konna diġà fuq il-Gwida. U ħa ngħidlek, għandhom il-fans e! Ritratt: Facebook/ Alessandra Bazlan Mingħajr tbissima jħossu b'xi ħaġa nieqsa. L-istorja ta' Malta hija mwaħħda miegħu. Is-safar mhux inqas fejn l-hena tiegħu jiskopri kulturi differenti fejn hemm jintilef f'dinja ta' memorji u nostalġiji li biddlet id-dinja tul iż-żmien. "Ħriġtli Xi Demgħa Jew Tnejn… Issa Taf Li Qalbi Żgħira U Drajtni Ftit Inbexxex" - Chiara Siracusa Francesca Rausi Tiltaqa' Mal-Prim Ministru U Ma Taqtax Xi Staqsietu! Pass 'Il Bogħod Minna Maltempa Kbira Bir-Ragħad It-Tifla Ta' Elvis Presley Qalbha Maqsuma Bil-Mewt Ta' Binha Li Kien Fula Maqsuma Ma' Missierha
1entailment
Ħidma sfiqa għal bajjiet nodfa
Matul it-tliet xhur tas-sajf huma eluf li jirfsu f'xi waħda mill-bajjiet sbiħ ta' pajjiżna. Iżda qatt għadda minn moħħ dawk li juża w hom x' inhi r-raġuni li filgħodu jsibuhom nodfa ? Żgur mhux weħidhom għax waqt li bosta jkunu rashom fuq l-imħadda, i l-ħaddiema tat-tindif ikunu jkunu ilhom li bakkru sa mis-sagħtejn ta' filgħodu biex jibdew inaddfu l-b ajjiet biex mat-tokki tas-sebgħa, in-nies li jmorru ġurnata l- baħar isibu bajja nadifa tazza.
1entailment
Żewġ persuni l-isptar wara li sfaw milquta minn vettura
Żvilupp mingħajr ippjanar jista’ jwassal għal komunitajiet miżerabbli, intollerabbli u insupportabbli għax il-kwalità tal-ambjent urban jaffettwa l-kwalità ta’ ħajjitna. Dan ħareġ minn rapport imħejji mill-Professuri Andrew Azzopardi u Alex Torpiano, id-Dekani tal-Fakultajiet għall-Benesseri tas-Soċjetà u tal-Ambjent Mibni fi ħdan l-Università ta’ Malta, li jitratta t-triq ‘il quddiem madwar id-djalogu dwar l-ippjanar, li għadu qed jiddomina l-aġenda f’pajjiżna. Huma jtennu li benesseri ta’ komunità jistgħu jkunu kumplessi, f’bilanċ diffiċli bejn l-interessi ta’ forzi varji, li joħolqu spazji privati u pubbliċi. Iżda dawn isiru aktar kumplessi meta l-forzi jkollhom aċċess inugwali għall-mezzi u r-riżorsi biex jippreżentaw il-każ. Id-Dekani komplew li l-investiment fl-ippjanar fis-sferi urbani u rurali mhux biċċa xogħol faċli. Għax għalkemm pajjiżna għandu nies kompetenti u mħarrġa biex jagħmlu dan ix-xogħol, dawn għandhom jitħallew jaħdmu professjonalment u mingħajr pressjoni. Il-kompetenza għandha titkejjel fuq bażi ta’ mertu u esperjenza fil-mestjier, kif ukoll b’imħabba lejn is-settur. Huma appellaw għall-armonizzazzjoni tal-organizzazzjoni tal-ispazju għax din tassigura komunitajiet organizzati. Għandu jkun hemm sforzi għal żvilupp sostenibbli b’viġilanza għaż-żoni affettwati, anke fid-dawl li dawn iż-żoni ma jgawdux minn masterplan effettiv mill-Awtorità tal-Ippjanar, iżda magħmul mill-iżviluppatur. Iż-żewġ Dekani appellaw lill-Gvern biex jinvesti fl-aħjar riżorsi possibbli għar-rwoli tal-ippjanar u biex l-Awtoritajiet tal-Ippjanar u tal-Ambjent jiltaqgħu aktar mas-soċjetà ċivili ħalli jsiru diskussjonijiet u konsultazzjonijiet reċiproki. Il-Professuri Azzopardi u Torpiano tennew għadd ta’ appelli oħrajn lill-politiċi u lill-istakeholders, kif ukoll li l-ippjanar urban u rurali għandhom jinġabru f’settur wieħed minħabba r-relevanza tagħhom.
0not_entailment
€834.7 miljun f'kontribuzzjonijiet mill-IIP
Fl-aħħar rapport annwali tiegħu dwar il-program ta' ċittadinanza b'investiment, ir-regolatur tal-programm Carmel De Gabriele sostna li matul is-sena li għaddiet kompliet ix-xejra 'l isfel fl-applikazzjonijiet. Dan konsegwenza diretta ta' kompetizzjoni minn programmi simili li bdew joperaw pajjiżi oħrajn fl-aħħar xhur. Dan wara kritika inġusta li saret dwar dawn il-programmi, partikolarment fil-konfront tal-programm Malti. Madankollu, ir-regolatur sostna li fix-xhur li ġejjin, l-applikazzjonijiet mistennija jerġgħu jibdew jiżdiedu f'livelli aħjar minn dawk li waslu bejn Lulju tal-2017 u Ġunju tal-2019. Is-Sur Carmel De Gabriele tenna d-diżappunt tiegħu fil-konfront ta' missjonijiet li ġew Malta mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew li ddeċiedew li jikkritikaw il-programm bla ma talbu laqgħa mal-uffiċċju tiegħu jew tal-inqas analizzaw ir-rapporti annwali. Skont is-sitt rapport annwali maħruġ mir-regolatur tal- IIP joħroġ li bejn l-1 ta' Lulju 2018 sal-aħħar ta' Ġunju 2019 sar 311-il applikazzjoni, jiġfieri 19-il applikazzjoni inqas mit-12-il xahar ta' qabel meta daħlu 330 applikazzjoni. L-applikazzjonijiet kienu ġejjin minn seba' reġjuni differenti tad-dinja bl-akbar ammont ta' applikazzjonijiet baqgħu jsiru mir-reġjun tal-Ewropa segwiet mir-reġjun Asjatiku. Ir-rapport juri wkoll li l-ammont ta' applikazzjonjiet approvati wara proċess ta' skrutinju kien jammonta għal 237 applikazzjoni. Matul dan il-perjodu, l-għadd ta' applikazzjonijiet li ġew irrifjutati jew irtirati kienu jammontaw għal 115, medja ta' għaxar applikazzjonijiet fix-xahar. Dan kien ifisser 33% tal-applikazzjonijiet. Joħroġ ukoll li mindu tnieda l-programm, l-għadd ta' applikazzjonijiet irrifjutati tela' għal 23 %, żieda ta' 3.5% miċ-ċifra rreġistrata fir-rapport tal-2018. Ir-rapport juri wkoll li mindu tnieda l-programm, ġew approvati 1,054 applikazzjoni. Dan ifisser 58.6 fil-mija tal-massimu ta' appliazzjonijiet li jista' jkollu l-programm ta' 1,800. Matul dan il-perjodu, il-kontribuzzjonijiet miġbura mill-aġenzija kienu jammontaw għal kważi €163 miljun. Dan ifisser li mindu tnieda l-programm, il-Gvern daħħal kważi €835 miljun.
1entailment
Heritage Malta bil-ħsieb li tiftaħ aktar siti storiċi
Sal-lum Robert Abela għadu ma tkellimx mal-media dwar il-każi ġodda ta' COVID-19 Hekk kif pajjiżna jinsab f'waħda mill-għar ġimgħat ta' każi ġodda ta' COVID-19 sa minn meta bdiet il-pandemija f'pajjiżna, minn Kastilja għadna ma smajna xejn. Illum il-Prim Ministru Robert Abela, għal darb'oħra, għażel li ma jaffaċjax il-media lokali dwar is-sitwazzjoni ta' pajjiżna u biex seta' jagħmel dan, ma stidinx lill-media meta żar lukanda flimkien mal-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia. Normalment, meta Prim Ministru jżur lukandi jew kull tip ta' stabbiliment ieħor, jistieden lill-media, iżda Robert Abela għażel li jagħmel il-kontra u b'hekk ħarab għal kollox milli jaffaċċja mistoqsijiet dwar x'qed jippjana l-Gvern fid-dawl ta' aktar minn 100 każ attiv ta' COVID-19 f'temp ta' ftit jiem. Robert Abela mhux biss qed jinjora u jaħrab mill-media iżda qed jagħmel l-istess ukoll mal-korpi kostitwiti li ilhom jiem sħaħ joħorġu stqarrija wara l-oħra bi proposti b'risq is-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin.
0not_entailment
“Għandhom jintrefgħu r-responsabbiltajiet” – Kamra tal-Kummerċ
Dan l-inċident huwa evidenti li seħħ kawża tas-sitwazzjoni sintomatika li hija totalment inaċċettabbli f’pajjiż ċivilizzat. Dan saħqitu l-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija hekk kif esprimew il-ħasda li ħadu mal-aħbar tat-tiġrif ta’ binja oħra f’qasir żmien – din id-darba fil-Mellieħa. Filwaqt li ser jistennew ir-riżultati tal-investigazzjonijiet jiġu mgħarrfa pubblikament, huma insistew li r-raġuni tidher waħda evidenti. Huma saħqu li fid-dawl ta’ dawn l-inċidenti għandhom jintrefgħu r-responsabbilitajiet filwaqt li d-drittijiet tal-vittmi għandhom jiġu mħarsa. Kelliema għall-Kamra saħqu li l-medjokrità u xogħol mhux ta’ livell mistenni għandhom jiġu mibdula f’kultura ta’ eċċellenza. Għaldaqstant il-Kamra tal-Kummerċ sejħet b’mod urġenti għal awtorità tal-bini li tħares lejn l-industrija b’mod aktar komprensiv u kwalitattiv.
1entailment
Jinqatel xjentist responsabbli għall-programm nukleari tal-Iran
Mohsen Fakhrizadeh, xjentist prominenti fil-qasam tal-programm nukleari tal-Iran, ġie maqtul f'attakk viċin il-belt ta' Tehran. Dan miet wara li gurpp ta' persuni armati sparaw fuq il-karozza fejn kien hemm Fakhrizadeh, li miet b'kawża ta' ġrieħi serji fi sptar. Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin tal-Iran ikkundanna dan l-attakk bħala wieħed terroristiku statali. Dan l-assassinju seħħ fi żmien ta' inkwiet rigward iż-żieda ta' attività marbuta ma' armi nukleari min-naħa tal-Iran. Kmandant fi ħdan l-armata tal-Iran saħaq li dan il-qtil se jiġi mpatti.
1entailment
Yorgen Fenech investigat dwar importazzjoni ta' velenu
Il-Grand Prix tal-Italja se tibqa’ uffiċjalment fil-kalendarju tal-Formula tal-anqas sal-2024 wara li ġie ffirmat kuntratt ġdid ta’ ħames snin. Fl-aħħar xhur kien hemm diġà ftehim fil-prinċipju iżda l-aħbar uffiċjali saret fil-ġimgħa tal-Grand Prix ta’ Monza, ftehim li tħabbar waqt attività għall-partitarji fi Piazza Duomo f’Milan biex jiġi ċċelebrat id-90 sena anniversarju ta’ Ferrari. Iċ-chairman tal-Formula 1 Chase Carey qal li Monza hu wieħed mill-erba’ ċirkwiti li kienu parti mill-ewwel kampjonat fl-1950 u flimkien mal-Grand Prix tar-Renju Unit, huma l-uniċi li saru f’kull kampjonat minn dakinhar. “L-istorja, il-veloċità u l-passjoni huma kliem li l-partitarji tal-motorsport jassoċjaw ma’ Monza,” qal Carey. Monza li tinsab fuq in-naħa ta’ barra ta’ Milan, hu l-aktar ċirkwit li ospita tlielaq tal-Formula 1 minn meta beda l-kampjonat fl-1950. Din l-aħbar ifisser li ċ-ċirkwiti kollha li jinsabu fil-kalendarju rekord ta’ 22 tellieqa għas-sena d-dieħla kollha għandhom kuntratt. L-istaġun tas-sena d-dieħla jibda fl-Awstralja fil-15 ta’ Marzu u jispiċċa fid-29 ta’ Novembru f’Abu Dhabi u jonqos biss il-konferma uffiċjali mill-FIA. Il-kalendarju tal-2020 jinkludi tellieqa ġdida fil-Vjetnam filwaqt li se jirritorna ċ-ċirkwit ta’ Zandvoort fl-Olanda. It-tiġdid tal-kuntratt ta’ Monza isegwi kuntratti ġodda simili għaċ-ċirkwiti tal-Awstralja, Spanja, l-Ażerbajġan, ir-Renju Unit u l-Messiku.
0not_entailment
Mara tqila tammetti li ttraffikat id-droga minn garaxx fil-Marsa
Mara tqila ta' 20 sena ammettiet għal akkużi ta' traffikar ta' droga wara rejd mill-Iskwadra tad-Droga tal-Pulizija f'garaxx fil-Marsa. Ir-rejd seħħ wara diversi jiem ta' osservazzjoni fuq l-garaxx, li kien qed jintuża biex tinibiegħ id-droga. Nhar it-Tnejn id-dħul u l-ħruġ għall-bini ġew imblukkati mir-Rapid Intervention Unit. L-Ispecial Intervention Unit imbagħad daħlu billi qatgħu bieb tal-ħadid, hekk kif il-bqija tal-bieb tal-garaxx kien imbarrat minn ġewwa. Ladarba nkiseb aċċess, uffiċjali mill-Iskwadra tad-Droga daħlu fil-post u arrestaw lit-tfajla ta' 20 sena, Kimberly Aly mill-Birgu. Il-Pulizija sabu 63 qartas ta' eroina, 110 qartas ta' kokaina, u 15-il qartas ta' crack kokaina mgeżwra u lesti għall-bejgħ. Ammont konsiderevoli ta' flus kontanti nstab fl-istess kamra. Il-valur totali fit-triq tad-drogi misjuba kien stmat li hu €4,000. Aly tressaq b'arrestat quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima mill-Ispetturi tal-Pulizija Mark Anthony Mercieca u Justine Grech. Hija ġiet akkużata li forniet id-droga kokaina, eroina u kannabis, kif ukoll li kellha s-sustanzi f'ċirkostanzi li juru li ma kinux għall-użu personali tagħha. Il-mara, li qalet li ma taħdimx, wieġbet ħatja tal-akkużi. Wara li ngħatat diversi opportunitajiet biex tirrinunzja l-ammissjoni tagħha mill-Qorti. L-avukati tagħha Franco Debono, Amadeus Cachia u Francesca Zarb talbu lill-Qorti biex tikkonverti ruħha għal Qorti tad-droga għal skopijiet ta' sentenza. Huma talbu wkoll il-libertà proviżorja sakemm tingħata s-sentenza. Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għall-ħelsien mill-arrest, fid-dawl tal-ammissjoni u minħabba li l-mara għandha tqala ta' ħames xhur. Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien tagħha mill-arrest, u ordnatha tiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa tal-Pulizija u tosserva curfew. Il-garanzija ġiet garantita b'depożitu ta' €2,000 u garanzija personali ta' € 10,000. Hija kienet ipprojbita wkoll milli tmur fiż-żona tal-Marsa.
1entailment
ARA: Raġel l-isptar wara inċident fil-lift taċ-ċinema fir-Rabat Għawdex
Imtella' Lulju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Lulju, 2020 2:48pm Raġel Għawdxi ttieħed l-isptar għall-kura wara li kien involut f'inċident fil-lift taċ-ċinema fir-Rabat Għawdex. Minn informazzjoni li għandu tvm.com.mt jidher li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol ta' manutenzjoni fuq is-saqaf tal-lift x'ħin għal xi raġuni, il-lift ċeda u waqa' madwar sular. Minkejja l-moviment veloċi f'tebqa t'għajn, ir-raġel irnexxielu jibqa' fuq is-saqaf tal-lift. Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'Għawdex irnexxielhom joħorġu lir-raġel mill-bokka tal-lift. Huwa ttieħed l-isptar ġenerali ta' Għawdex għall-kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 a.m. Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident.
1entailment
Kim Jong-un jakkuża lill-Istati Uniti b’’atteġġjament qarrieqi’
L-aġenzija tal-aħbarijiet KCNA tal-Korea ta’ Fuq żvelat li l-Mexxej Korean komunista, Kim Jong-un, akkuża lill-Istati Uniti dwar ‘atteġġjament qarrieqi’ u ‘nuqqas ta’ intenzjoni ġenwina’ waqt is- summit ta’ Frar, fil-Vjetnam, bejn l-istess Kim u l-President Amerikan, Donald Trump. Ir-rimarki ta’ Kim Jong-un qed jingħad li saru waqt is- summit li kellu nhar il-Ħamis mal-President Russu, Vladimir Putin, fl-inħawi ta’ Vladivostok, fir-Russja. Fl-istess ħin, Kim hu rappurtat li qal li l-paċi fil-peniżola Koreana għandha tiddependi ‘kollha kemm hi’ minn Washington. Skont ir-rapporti, Kim Jong-un qal lil Putin li ‘is-sitwazzjoni fil-peniżola Koreana u r-reġjun tinsab staġnata u anki waslet sa punt kritiku’. Fl-istess ħin, il-Mexxej Korean komunista wissa li s-sitwazzjoni fil-peniżola ‘tista’ tirritorna għall-istat (ta’ tensjoni) oriġinali peress li l-Istati Uniti naqset milli turi rieda ġenwina fuq bażi unilaterali waqt l-aħħar taħditiet ( ta’ Frar, f’Hanoi).’ In-negozjati bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Istati Uniti kienu kkrollaw mingħajr l-ebda ftehim dwar l-armi nukleari tar-reġim fi Pyongyang. Intant, il-President Putin, waqt is- summit tal-Ħamis, ipprova jaqdi l-funzjoni ta’ ‘arbitru’ fil-kwistjoni delikata. Sadattant, il-KCNA irrappurtat li l-President Putin aċċetta stedina biex iżur il-Korea ta’ Fuq u li din iż-żjara għandha ssir ‘fi żmien meqjus bħala wieħed konvenjenti’.
1entailment
Lyndsay Pace tirbaħ l-Aqwa Kanzunetta fil-Polonja
Dan it-tmiem il-ġimgħa kien wieħed mill-aktar interessanti, mhux biss għas-sehem ta' Michela Pace fil-Eurovision, u għal Ruth Portelli fil-festival Discovery fil-Bulgarija, iżda wkoll għal Lyndsay Pace li kienet qegħda tieħu sehem fil-15-il edizzjoni tal-Rzeszow Carpathia Festival (Hartbex Carpathia Festival). Il-poster tal-avveniment Il-kantanta Maltija ħadet sehem bil-kanzunetta Butterfly, li titkellem fuq l-affarijiet sbieħ fil-ħajja u titkellem ukoll fuq il-liberta. Waqt dan il-festival li l-finali tiegħu sar il-bieraħ, Lyndsay Pace rebħet l-unur tal-Aqwa Kanzunetta. Nawguraw aktar suċċess kemm lil Lyndsay Pace, kif ukoll lill-artisti kollha li qed jieħdu f'kompetizzjonijiet internazzjonali u qed jiksbu riżultati pożittivi. Segwu hawn taħt il-mument tal-premjazzjoni. {"type":"video","tracklist":true,"tracknumbers":true,"images":true,"artists":true,"tracks":[{"src":"https:\/\/cdn.newsbook.com.mt\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/Lyndsay-Pace-filmat.mp4","type":"video\/mp4","title":"Lyndsay-Pace-filmat","caption":"Lyndsay Pace fil-mument tal-premjazzjoni fil-Polonja. Filmat: Facebook","description":"","meta":{"length_formatted":"0:33"},"dimensions":{"original":{"width":400,"height":226},"resized":{"width":674,"height":381}},"image":{"src":"https:\/\/newsbook.com.mt\/wp-includes\/images\/media\/video.png","width":48,"height":64},"thumb":{"src":"https:\/\/newsbook.com.mt\/wp-includes\/images\/media\/video.png","width":48,"height":64}}]}
1entailment
In-nirien li ħakmu t-Tramuntana ta' Sydney huma wisq kbar biex jiġu kkontrollati
Mara ta' 50 sena li toqgħod is-Swieqi sfat aggredita minn raġel ta' 38 sena, residenti Santa Venera. Il-każ ġara llum għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta' filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Trejqet Isouard, il-Marsa. Irriżulta li kien għadu kemm seħħ argument li nqala' fil-karozza bejn iż-żewġ persuni fejn ir-raġel aggredixxa lill-mara b'arma bil-ponta u anke allegatament twadbilha likwidu aċiduż fuqha. Fuq il-post issjeħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija qed iżomm lir-raġel għal aktar investigazzjoni. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D Clarke LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Sors fuq il-post tal-inċident qal ma' dan l-istazzjon li l-mara dehret li kellha ġrieħi gravi tant li kellha għadd ta' feriti u wiċċha mimli bid-demm karozza 3 karozza 3 karozza 2 karozza 2
0not_entailment
L-Olanda kontra l-Italja fil-kwarti tal-finali
Mara u raġel jinsabu f'qagħda kritika wara li nstabu mitlufin minn sensihom. Dan wara li qed ikun irrapurtat li l-koppja setgħet kienet esposta għal xi sustanza. Il-każ seħħ f'Amesbury li tinsab mal-għaxar mili 'l bogħod minn Salibury, l-istess post li tliet xhur ilu, instabu vvalenati l-eks spija Russu Sergei Skripal u bintu.
0not_entailment
Magħżula l-aqwa offerta biex tieħu f’idha t-trasport pubbliku – Wara l-Arriva l-Autobuses de Leon?
Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi ħabbar dalgħodu li ntgħażlet l-aqwa offerta mit-tliet konsorzja li wieġbu għas-sejħa ta’ interess biex joperaw it-trasport pubbliku. jinsab informat li kumpanija Spanjola AUTOBUSES de Leon mistennija tieħu f’idejha s-sistema tat-trasport pubbliku ta’ pajjiżna. F’April li għadda nfetħu l-offerti tat-tliet konsorzja li kkompetew biex joperaw is-servizz tat-trasport pubbliku wara li f’Jannar li għadda l-Gvern ħa f’idejh is-servizz tat-trasport pubbliku mingħand il-kumpanija Arriva. Il-kumitat ta’ evalwazzjoni beda jiltaqa’ minn dik il-ġimgħa stess biex jibda l-proċess ta’ evalwazzjoni tal-offerti li saru mit-tliet konsorzja, fosthom l-Gozo First Travel, l-Island Buses Malta u l-kumpanija Spanjola tat-trasport AUTOBUSES de Leon. Il-Ministeru tat-Trasport kien sostna li l-proċess ried isir fl-iqsar żmien possibbli iżda fl-istess ħin ried li dan isir bl-akbar trasparenza.
1entailment
Mil-lum tiżdied ġurnata oħra leave għall-ħaddiema
Mil-lum kull ħaddiem uffiċjalment ingħatalu jum 'leave' miżjud għal din is-sena. Ħabbar dan il-Ministru għall-Impjiegi u u r-Relazzjonijiet industrijali Carmelo Abela hekk kif spjega li ż-żieda addizzjonali ta' tmien sigħat leave oħra bi ħlas kienet imħabbra fil-Budget 2020. B'din il-ġurnata oħra leave din hija t-tielet sena konsekuttiva li l-Gvern qed irodd lura ġurnata leave lill-ħaddiema biex b'hekk jagħmel tajjeb għall-ġranet tal-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa. "Għat-tielet sena konsekuttiva Gvern Laburista żamm kellmtu mal-ħaddiema fejn dawk il-festi li jaqgħu s-Sibt jew il-Ħadd qed jingħataw lura lill-ħaddiema tagħna wara li ħaddieħor kien neħħihom u ħadomlhom." Fi stqarrija tal-Gvern ġie spjegat kif is-sigħat addizzjonali ta' leave bi ħlas għandhom jingħataw b'żieda ma' dawk is-sigħat ta' leave bi ħlas li huma diġa provduti kemm bil-liġi u anke ma' kundizzjonijiet stabbiliti fil-kuntratt tax-xogħol. Il-Ministru Carmelo Abela qal li b'hekk Gvern Laburista qed jagħti lill-ħaddiem jum ieħor fis-sena biex dan iqattgħu kif jixtieq hu. Jum li jissarraf f'nifs ieħor lill-ħaddiema tagħna biex jiffukaw fuq il-ħajja 'l bogħod mix-xogħol; mal-familja tagħhom jew f'ambjenti li jirrilassawhom. "Bħala Gvern kburin li qed nippruvaw nilħqu u nagħmlu l-għalmu kollu tagħna biex dan il-bilanċ nilħquh ħalli b'hekk anke l-ħaddiema tagħna jkollhom mhux biss id-dħul xieraq permezz tal-ħidma tagħhom imma li jkunu kuntenti li jsibu aktar ħin biex iqattgħu mal-għeżież tagħhom."
1entailment
Il-Pulizija tarresta lill-anzjan li ta senter tal-kaċċa lil tifel taħt l-età
Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbru żvilupp ġdid fil-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex, hekk kif illum għalqet is-sejħa għal parteċipazzjoni fi pre-qualification questionnaire (PQQ) li Infrastructure Malta ħarġet f’Jannar 2020 u estendiet sal-lum wara talba mill-offerenti prospettivi. B’kollox kien hemm 4 offerenti, magħmula minn 2 konsorzji u 2 kumpaniji minn diversi pajjiżi differenti, inkluż Malta. Il-Ministru Ian Borg qal, “Dan il-Gvern għal darb’oħra qiegħed iwettaq dak li wiegħed u qed naraw aktar progress fuq proġett li se jkun qiegħed jagħti opportunitajiet aktar ugwali lill-Għawdxin. Illum kellna l-aħbar li għalaq l-istadju tal- pre-qualification questionnaire u kellna 4 offerenti. Dan huwa pass ieħor ’il quddiem favur aktar konnettività, infrastruttura ta’ kwalità għal kulħadd u faċilitajiet ġodda għall-poplu, b’mod speċjali dawk li jgħixu Għawdex. Inħares ’il quddiem biex nagħmlu aktar passi flimkien ‘il quddiem u biex din il-ħolma Għawdxija, li saret ħolma tal-Gvern, fl-aħħar issir realtà.” Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li l-interess tal-konsorzji internazzjonali fil-proġett jimla lill-Gvern b’kuraġġ biex ikompli jwettaq dik li għal ħafna Għawdxin kienet biss ħolma. Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-aħbar u spjega kif din il-mina se toffri ħafna vantaġġi għall-Għawdxin li jaqsmu l-fliegu biex imorru għax-xogħol kuljum. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li dan il-proġett se jkun l-ikbar proġett infrastrutturali f’Malta u Għawdex u wieħed iħares ’il quddiem biex jitkompla l-proċess ħalli dan il-link permanenti jseħħ. Hu qal li l-link permanenti se tfisser li l-Għawdxin iħossuhom aktar ottimisti biex ikunu jistgħu jilħqu kwalunkwe opportunità bħal kull ċittadin ieħor Malti. Dan il-Gvern għamel l-almu tiegħu biex itejjeb il-qagħda ekonomika f’Għawdex u qed iħares lejn dan il-proġett bħala dak li se jiżgura l-qawmien mill-ġdid tal-isferi soċjali u ekonomiċi tal-gżira. Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li Għawdex u l-Għawdxin qegħdin jingħataw prijorità permezz ta’ investiment infrastrutturali li qiegħed ipoġġi fuq quddiem nett il-karatteristiċi ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ Għawdex. Il-mina bejn Malta u Għawdex mistennija tkun twila 14-il kilometru u se tkun parzjalment taħt l-ilma, b’korsija waħda f’kull direzzjoni u oħra fin-nofs għal każijiet ta’ emerġenza. Wara l-evalwazzjoni ta’ dan il-kwestjonarju, tibda d-diskussjoni dwar il-pjanti u l-pjanijiet għall-implimentazzjoni tal-proġett mill-offerenti magħżula.
0not_entailment
Bernard Grech jiltaqa' mal-President tal-Partit Popolari Ewropew, Donald Tusk
Is-sit illum.com.mt jinsab infurmat minn sorsi fi ħdan il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista li hemm rabja fost membri tal-fergħa hekk kif ma kienx hemm konsultazzjoni dwar l-istqarrija uffiċjali li ttellgħet dalgħodu fuq Facebook u li talbet għar-riżenja tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Membru fi ħdan l-eżekuttiv tal-MZPN saħaq mal-ILLUM li qam dalgħodu u sab il-post ma' wiċċu mingħajr ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni dwarha. "Hemm membri fl-eżekuttiv li huma xettiċi dwar Delia li wkoll ma qablux li kellha tittieħed pożizzjoni uffiċjali mingħajr ma jkun hemm diskussjoni u deċiżjoni fl-eżekuttiv," saħaq is-sors. Ikkuntatjat minn dan is-sit, is-Segretarju tal-MZPN, James Aaron Ellul ma xtaqx jikkummenta u saħaq li dak li jiġri fi ħdan l-MZPN jibqa' fi ħdan il-Moviment. Ilbieraħ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ġie sfiduċjat minn dsatax-il membru tal-Grupp Parlamentari anke jekk hu ddikjara li se jibqa' Kap tal-Partit u anke Kap tal-Oppożizzjoni.
0not_entailment
Operazzjoni biex jiġu salvati iktar minn 400 balena fl-Awstralja
Ħaddiema tas-salvataġġ li qed jippruvaw isalvaw grupp ta' baleni li telgħu fuq ix-xatt 'il barra mill-gżira Awstraljana ta' Tasmania nhar l-Erbgħa qalu li kienu sabu madwar 200 annimal ieħor maqbuda fiż-żona, biex b'hekk it-total tela' għal 470, jiġifieri l-akbar għadd ta' beaching ta' annimali għall-pajjiż. Hekk kif il-ħidma ta' salvataġġ daħlet fit-tielet jum tagħha, 'il barra mill-kosta t'isfel tal-gżira, il-ħaddiema qalu li kienu raw grupp kbir ieħor ta' baleni suwed (pilot whales) matul ħidma ta' sorveljanza mill-ajru fuq il-port remot ta' Macquarie, u qalu li jaħsbu li bosta minnhom huma mejta. "Ma jidhirx li huma f'pożizzjoni li nistgħu nsalvawhom," qal Nic Deka, maniġer reġjonali tas-servizz ta' Tasmania għall-Parks and Wildlife, meta tkellem matul konferenza stampa. "Jidher li bosta minnhom huma mejta. Jekk nistgħu nsalvawhom lesti li nibagħtu ekwipaġġ fiż-żona biex jagħmlu dan." L-iskoperta hija waħda mill-akbar fenomeni ta' annimali maqbuda fuq ix-xatt f'dan l-aħħar żmien fl-Awstralja, u tenfasizza fenomenu naturali li skont l-ixjentisti m'għandu l-ebda spjegazzjoni magħrufa. Fl-1996, 320 balena sewda telgħu fuq il-kosta ta' Western Australia, f'dak li kien irrappurtat bħala l-akbar każ ta' beaching fil-pajjiż. Madwar 600 balena sewda telgħu fuq ix-xatt fi New Zealand fl-2017. Dawn it-tip ta' baleni huma speċi ta' delfin tal-oċean li jikber sa tul ta' 7 metri (23 pied) u jistgħu jilħqu l-piż ta' 3 tunnellati. Mill-270 balena maqbuda li hemm barra minn Tasmania, tal-anqas 90 mietu u l-ħaddiema ta' salvataġġ ħelsu madwar 25 minn meta waslu fuq is-sit nhar it-Tnejn li għadda, madwar 200 km (120 mil) fil-majjistral tal-belt kapitali Hobart. It-tim ta' xi 65 ħaddiem ta' salvataġġ, magħmula minn ħaddiema fil-parks statali, sajjieda u volontiera, kienu qed jittamaw li jeħilsu aktar baleni nhar l-Erbgħa, proċess li jinvolvi li dawn jinżlu sa qaddhom fl-ilma ffriżat, iqabbdu l-irbit mal-annimali u joħorġuhom 'il barra mill-port permezz ta' dgħajsa. "Għadna ma wasalniex f'punt fejn inqisu l-possibilità ta' ewtanasja … imma dan il-ħsieb dejjem ikun f'moħħna," qal Kris Carlyon, bijologu tal-annimali li jaħdem mal-aġenzija tal-konservazzjoni tal-gvern. "Ninsabu ottimisti li llum jirnexxielna neħilsu aktar. Għad għandna tama qawwija." Ritratt: Ryan Bloomfield
1entailment
Il-PD jitlob li ssir konsultazzjoni suret in-nies dwar il-proġett tal-mina bejn il-gżejjer
'Inkredibbli n-nuqqas totali ta’ parteċipazzjoni pubblika fi proġett b’impatt daqstant qawwi fuq in-nisġa soċjali ta’ Għawdex,' isostni l-Partit Demokratiku "Stqarrijiet pubbliċi riċenti jindikaw li l-mina bejn Malta u Għawdex, kif proposta bħalissa, hija fatt kompjut. Inkredibbli n-nuqqas totali ta’ parteċipazzjoni pubblika fi proġett b’impatt daqstant qawwi fuq in-nisġa soċjali ta’ Għawdex. L-ambjent tal-gżira, il-ħajja, il-kapital fiżiku u soċjali se jinbidlu għal dejjem u mhux għall-aħjar." Hekk stqarret il-kandidat għall-Parlament Ewropew Camilla Appelgren. Intant il-Kandidat l-ieħor tal-PĠD Martin auchi Inglott sostna li ġaladarba l-Gvern għandu mandat elettorali għal konnessjoni permanenti bejn iż-żewġ gżejjer, hemm bżonn li jsiru l-istudji kollha fuq l-impatt ambjentali u kwistjonijiet teknoloġiċi. Staqsa jekk il-Gvern ħasibx f’xi teknoloġija differenti minn mina mħaffra, li ma jkollhiex impatt daqshekk negattiv fuq l-ambjent. “Il-mod kif dawn il-proġetti kbar qed jiġu ppreżentati lill-pubbliku meta d-deċiżjonijiet il-kbar kollha ttieħdu, jagħtuk sens ta’ rassenjazzjoni, li rridu ngħelbu. Ma nistgħux inħallu proġetti bħal dawn jiġu ppreżentati lilna qishom fatt komplut,” qal il-kandidat għall-Ewropa Anthony Buttigieg.
1entailment
Miet l-Imħallef Emeritu Gulia
Tħabbret il-mewt tal-Imħallef Emeritu Oliver John Gulia. Kien ibnu Gavin Gulia, politiku u Ċermen tal-MTA li ta l-aħbar fuq is-sit soċjali Facebook. "Telaqna illum tard wara nofsinhar għall-ħajja ta' dejjem fl-età ta' 92 sena. Gawdejnieh kemm flaħna, imma tibqa' ma temminx li qatt jista' jitlaq. Għandna qalbna magħsura bin-niket, imma nafu li, ta' raġel tajjeb, rett, ġust u korrett li kien, bħala bniedem imma anki bħala Imħallef, qiegħed aħjar minna u ma' Alla fil-ħniena u fil-kobor Tiegħu u ma' ommi Joanna Antida, li telqitna aktar kmieni din is-sena," kiteb Gulia.
1entailment
Keith Schembri qed ikun investigat fuq 'omiċidju, tbagħbis ta' evidenza u reati oħra'
Keith Arnaud jisħaq li waqt il-laqgħat f'Kastilja Keith Schembri qatt ma qalilhom li kien ħabib ta' Yorgen Fenech Mistoqsi fil-Qorti, l-Ispettur Keith Arnaud saħaq li Keith Schembri qed ikun investigat dwar “omiċidju, tbagħbis ta’ evidenza u reati oħra.” L-Ispettur li qed imexxi l-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia qal dan waqt li kien qiegħed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, l-allegat mandant. Arnaud saħaq li dawn l-investigazzjonijiet qed isiru minn taqsimiet oħra tal-Pulizija. Schembri kien ġie arrestat fis-26 ta’ Novembru iżda kien inħeles u qatt ma reġa’ ġie arrestat. Aktar kmieni waqt l-istess smigħ, irriżulta li l-Pulizija għadha qed tfittex il-mowbajl tiegħu, għax meta arrestawh, Keith Schembri qalilhom li kien tilfu. L-Avukat Marion Camilleri staqsiet lil Arnaud jekk kien hemm min qed jgħaddi l-informazzjoni mill-investigazzjoni, bl-Ispettur iwieġeb fil-pożittiv u qal li dwar dan staqsa lil Yorgen Fenech. Fenech qed jisħaq li Keith Schembri kien qed jagħtih l-informazzjoni iżda l-eks Chief of Staff qed jiċħad. Arnaud insista wkoll li hu ma kellux idea li Yorgen Fenech u Keith Schembri kienu ħbieb. Fakkar kif Fenech kien ilu minn Awwissu/Settembru tal-2018 suspettat. “Ismu ssemma Kastilja. Schembri qatt ma qalilna li kienu ħbieb,” saħaq Arnaud, xi ħaġa li kkonferma lbieraħ ukoll l-istess Keith Schembri. Aqra aktar dwar dak li ħareġ illum waqt il-kumpilazzjoni:
1entailment
L-ECB b'deċiżjoni preliminari għar-revoka tal-Bank Pilatus
Fl-isfond tal-ħidma għall-iżvilupp ekonomiku u l-eliminazzjoni tad-defiċit, il-Caritas qed taspira li jkollna pajjiż fejn ħadd ma jbati l-faqar u l-esklużjoni soċjali, fejn ħadd ma jħossu waħdu, fejn il-familja u s-sens ta’ komunità jibqgħu l-ogħla valuri li nħaddnu u naħdmu għalihom. Hekk inqtal fi stqarrija li fiha Caritas tat l-ewwel reazzjoni taghha ghall-Budget. Il-Caritas tislet 5 punti partikolari li huma ta’ thassib. Fil-qasam tal-Edukazzjoni kien hemm stennija għal sforz iktar biex jinżammu t-tfal fl-iskola speċjalment d-drop outs mis-sekondarja. Hemm il-bżonn ta’ inċentivi għal familji li t-tfal tagħhom jieqfu jattendu l-iskola. Filwaqt li kien hemm attentat biex jiżdiedu l-penzjonijiet għall-anzjani, tibqa’ l-mistoqsija jekk dawn iż-żidied humiex adegwati. Apparti minn hekk, Caritas Malta tibqa’ ssostni l-bżonn ta’ minimum wage li tagħti biżżejjed dħul għal ħajja diċenti u adekwata. Fl-istqarrija, jintqal illi hemm bzonn sforz akbar fil-glieda kontra d-droga, filwaqt illi Caritas tibqa’ tittama li l-aċċess b’mod legali għall-kannabis jibqa’ biss għal skopijiet mediċinali. L-istqarrija ittemm billi taghmel referenza ghall-fatt li f’pajjizna qed jikber id-distakk bejn il-fqir u s-sinjur.
0not_entailment
Akkużat li stupra lis-sieħba u li pprova jheddidha bi xbiehat ta' natura sesswali
...dan għax id-Direttur tal-ħabs falla milli jirranġalu għal appuntament fi klinika privata George Degiorgio, wieħed mit-tlett irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ppreżenta ittra ġudizzjarja lill-Qorti, bil-għan li d-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jirranġalu għal intervent mediku li għandu bżonn minħabba kundizzjoni li fi kliemu qed tħallih b’ħafna uġigħ. Fl-ittra, Degiorgio saħansitra jinsinwa li qed ikun vittma ta’ trattament inuman u degradanti. L-ittra ressaqha l-Avukat William Cuschieri quddiem l-Ewwel Awla tal-Qorti Ċivili u fiha jispjega kif Degiorgio, ilu xhur sħaħ ibati minn uġigħ kbir fi spalltu. Fl-14 ta’ Novembru li għadda, fil-Qorti nstema’ kif id-Direttur tal-ħabs se jkun qed jirranġalu għal appuntament fi klinika privata u li għalih kien se jħallah l-akkużat stess. Minkejja dan l-appuntament baqa’ sarx. Għalhekk, l-ittra takkuża lid-direttur li qed ikun "passiv" għax qed ifalli milli jara li Degiorgio jkun eżaminat u jingħata l-kura li għandu bżonn. Din l-ittra ġudizzjarja tkompli mas-sensiela ta’ każi Kostituzzjonali li fetħu l-irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. F’Settembru li għadda, Degiorgio fetaħ każ Kostituzzjonali jisħaq li huwa vittma ta’ ‘frame-up’ hekk kif fi kliemu l-Pulizija qed jagħmlu minn kollox biex isibu evidenza bil-għan li jżommuh arrestat. Il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ ta’ Caruana Galizia jkompli għada quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.
0not_entailment
Waqt li tagħlaq sninha, tinħaraq ħajja
Nirien f'kumpless f'Mumbai fl-Indja qatlu minn tal-inqas 15 -il persuna. In-nirien bdew f'ristorant popolari fuq nett tal-kumpless. Bosta persuni pruvaw jevitaw il-qilla tan-nirien billi daħlu f'kamra tal-banju iżda mbagħad inqabdu hemm. Mara ta' 28 sena li kienet qed tiċċelebra għeluq sninha fl-istabbiliment tal-ikel kienet waħda mill-vittmi. Il-President Indjan bagħat il-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi.
1entailment
Il-gwardjani ambjentali tneħħew
– Fredrick Azzopardi, PN Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi kkritika l-mod kif il-gvern Laburista waqqaf il-Gwardjani Ambjentali. Fil-parlament Fredrick Azzopardi qal li s-sistema tal-infurzar lokali ilha titħaddem 17-ils ena u ġabet rivoluzjzoni fil-mod kif isir l-infurzar tal-liġi fil-pajjiż. Il-kunsilli għandhom il-poter li jiżguraw il-ħarsien tal-liġi fuq bażi lokali. Is-sistema tal-gwardjani mhix perfetta iżda fis-snin li għaddew sar progress kbir fil-mod kif dawn iġibu ruħhom mal-pubbliku u b’hekk jikber ir-rispett tal-pubbliku lejhom. Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-mod kif ir-responsabbiltajiet tal-gwardjani lokali u l-kunsilli lokali evolvew fosthom dwar il-gwardjani tal-ambjent biex ikun kontrollat ir-rimi tal-iskart f’postijiet pubbliċi. Dawn illum sparixxew mix-xena lokali. Hu tkellem ukoll dwar l-impenn tal-PN lejn il-kunsilli lokali; impenn ġenwin u konsistenti. Fredrick Azzopardi qal li ż-żieda tal-kunsilli lokali kienet l-aktar element importanti li seħħ u sostna li hu ttamat li t-tibdil fil-liġi jkun ntenzjonat bi skopijiet ġenwini. Il-gvern għandu jispjega koll x’ġara mis-sejħa għall-gwardjani mil-LESA.
1entailment
Inawgurata Dar Charles Miceli
Il-President Viktor Yanukovych tal-Ukrajna issospenda s-sindku ta’ Kiev u lid-deputat kap tal-kunsill tas-sigurtà tal-pajjiż għal mod sproporżjinat li biħ aġixxew biex irażżnu dimostrazzjoni żgħira. Il-president ħa azzjoni wara li l-prosekutur ġenerali ħabbar li dawn iż-żewġ uffiċjali u tnejn oħra qed jiġu investigati dwar allegazzjoni ta’ abbuż tal-poter u dawaqt jarrestawhom. Sadanittant, Yanukovych tenna li mhux lest jirrizżenja kif talbuh jagħmel il-kapijiet tal-partiti fl-oppożizzjoni. Huwa qal li ma kien hemm ebda bażi li jirrizenja wara li rebaħ vot ta’ fiduċja fil-parlament. Nhar it-Tnejn, il-Minstri għall-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi membri talUE se jiltaqgħu fi Brussels u se jiddiskutu s-sitwazzjoni tal-Ukrajna u l-hekk imsejjaħ l-“Eastern Partnership” wara li Yanukovych ta dahru lill-Unjoni u ma ffirmax trattat ta’ assoċjazzjoni u minkejja l-opinjoni pubblika iddeċieda li jxaqleb lejn trattat mar-Russja. Għall-pranzu se jkollhom magħhom il-Ministru għall-Affarijiet barranin Russu Sergei Lavrov. Jidher li r-Russja ħakmet sew lil Yanukovych għax nhar it-Tlieta se jiffirma t-trattat li jagħti ħajja ġdida lir-relazzjonijiet kummerċjali bejn ir-RFussja u l-Ukrajna. Il-Prim Ministru Russu Dmitri Medvedev qal li ż-żjara li dan l-aħħar għamlu rappreżentanti tgal-UE f’Misraħ Indipendenza fi Kiev, iċ-ċentru fejn kienu qed isiru l-protesti kontra Yanukovych, ma kiniet xejn għajr “indħil sfaċċat fl-affarijiet interni ta’ stat Sovran.
0not_entailment
Erba’ entitajiet jingħaqdu b’għan wieħed favur l-għażla għal ħajja sana
L-entitajiet Fondazzjoni Caritas Malta, Fondazzjoni Oasi, Aġenzija Sedqa u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija f’Malta, kuljum jaħdmu ma’ persuni b’dipendenza fuq id-droga u l-familji tagħhom. Inħasset il-ħtieġa li dawn l-entitajiet jersqu aktar lejn xulxin għall-fatt li fil-ħidma tagħhom qed jaraw bidliet fil-kultura tad-droga u żieda sostanzjali fin-numru ta’ persuni li qed jużaw ċerti tipi ta’ sustanzi għal skop rikreattiv. L-impatt ta’ dan qed iħalli ħafna weġgħat mhux biss fuq l-individwi imma anki fuq il-familji immedjati u s-soċjetà. Rappreżentanti ta’ dawn l-entitajiet tkellmu waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret f’lukanda ewlenija f’Malta nhar il-Ġimgħa li għadda. Noel Xerri , CEO tal-Fondazzjoni Oasi, tkellem dwar il-bżonn li l-entitajiet ġew flimkien peress li jinsabu preokkupati dwar is-sitwazzjoni f’dik li hi żieda fl-użu ta’ sustanzi fil-ħidma tagħhom fil-qasam tar-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga. Permezz ta’ din l-għaqda u l-ħidma flimkien il-messaġġ jasal iktar b’saħħtu. “Il-mod kif qed naraw żieda fil-persuni bl-użu ta’ sustanzi u l-mentalità ta’ xejn mhu xejn iħassibna ferm u f’dil-ħidma tagħna flimkien, nistgħu naslu biex inwasslu messaġġ ċar li tista’ tgħix ħajja sana u tapprezza l-ħajja mingħajr dipendenza fuq sustanzi.” Id-Dirtettur tal-Aġenzija Sedqa, Charles Scerri , spjega li hu fl-interess ta’ kull organizzazzjoni li tippromwovi b’mod pożittiv alternattivi sani, imsejħa wkoll natural highs “Naraw ħafna tfal fil-programmi ta’ prevenzjoni tagħna, li magħhom nagħmlu xogħol dwar temi bħal self-esteem u peer pressure, biex meta jaslu għal deċizjonijiet importanti, anke dwar sustanzi, ikunu f’pożizzjoni li jagħmlu dan b’mod infurmat. Min-naħa l-oħra, f’kuntest fejn tiġi legalizzata l-cannabis għal użu rikreattiv, jista’ jkun hemm realtajiet fejn ġenituri jkunu qed jinfluwenzaw b’mod indirett lil uliedhom dwar użu ta’ sustanzi bħala mezz ta’ rikreazzjoni. Dan minħabba li l-ġenituri jimpattaw ħafna d-deċiżjonijiet li jieħdu wliedhom. Fuq skala simili wieħed jista’ jirreferi għal statistika li turi li l-użu ta’ alkoħol fost adolexxenti jinstab l-iktar fl-ambjent tad-dar, u allura l-preokkupazzjoni tagħna tkun li l-cannabis għal użu rikreattiv jaf ikollha l-istess pattern.” Aloisia Camilleri , psikjatra mill-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija f’Malta, tkellmet dwar il-ħidma kontinwa ma’ persuni bi problemi serji ta’ dipendenza. “Dawn nies li jinsabu bla vuċi u nħossu l-bżonn li nkunu l-vuċi tagħhom u tas-saħħa mentali tagħhom. Id-droga rikreazzjonali tbiegħed milli wieħed ikollu saħħa mentali sana u flimkien se naħdmu biex din il-vuċi ta’ dawn il-persuni mkissra tasal biex nipprevenu iktar ħsara u abbuż.” Żiedet tgħid li hemm bżonn ninvestu aktar f’servizzi adattati għal persuni li għandhom dipendenza flimkien ma’ problema ta’ saħħa mentali. Anthony Gatt , Direttur ta’ Caritas Malta, spjega kif l-entitajiet jaħdmu id f’id kuljum mhux biex persuni ma jsibux id-droga għax kontrollata, imma għax ma jħossux il-bżonn għaliha. “Tinkwetana kif qed tinbidel it-trend u l-idea li s-sustanza bħal cannabis ma tagħmillek xejn. Filwaqt li qed isir investiment qawwi mill-awtoritajiet fl-aġenziji li jaħdmu direttament mad-dipendenza, u dan l-aħħar anki fil-prevenzjoni, irridu noqogħdu attenti li bil-legalizzazzjoni ma nkunux qed nieħdu pass li jmur kontra din il-ħidma sfiqa. Hemm il-periklu li l-liġi li tillegalizza tkompli żżid il-ħsieb li l-cannabis ma tagħmillek xejn. Hu qal li l-ħsieb li bil-legalizzazzjoni neqirdu l- black market hi idea żbaljata, u dan nikkonfermawh għax il- black market baqa’ b’saħħtu f’pajiiżi fejn adottaw din il-liġi. Irridu niftakru wkoll li aħna bħala soċjetà għandna tendenzi ta’ inqas dixxiplina meta kumparati ma’ pajjiżi bħall-Kanada. “Nempatizzaw ma’ dak is-‘social user’ li mhux dipendenti fuq is-sustanza u ma jridx jibqa’ jinqeda mill- black market, imma jekk tpoġġi dan kollu fuq miżien iktar hemm żvantaġġi mill-vantaġġi. Il-Liġi tal-2015 qed tagħti riżultati tajbin, u nixtiequ li l-leġiżlatura tagħti iktar għodda lill-ġudikatura biex ma jkollhiex idha marbuta bħal f’każ li jekk persuna li hi dipendenti u maħkuma mis-sustanza tinqabad b’ċertu ammont, tkun kostretta li timponi sentenza ta’ priġunerija. Min għandu dipendenza mhux postu l-ħabs.” L-entitajiet ħabbru li se jtellgħu Konferenza Nazzjonali taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta George Vella, bit-titlu NGĦIX – ĦAJJA SANA GĦAŻLA TAGĦNA, fl-24 ta’ Marzu fil-Palazz tal-President ta’ Malta f’Sant’Anton. Dettalji jitħabbru aktar tard. Min jixtieq jattendi hu importanti li jirreġistra fuq l-email nghixhajjasana@gmail.com minħabba problema ta’ spazju.
1entailment
'Shower Time!' – il-konsegwenzi
F'Marzu ta'din is-sena, l-għadd ta' nies bla xogħol kien ta' 4,033 jew 32 % inqas minn Marzu tas-sena li għaddiet. Il-Gvern Laburista fl-2013 wiret madwar 7350 persuna qegħda, li huwa 82% aktar minn dawk qegħda llum. Meta kien qed jintroduċi t-tieni qari tal-abbozz ta' liġi li jemenda l-att dwar is-servizzi ta' impieg u taħriġ, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal li dan l-abbozz ibiddel in-nomenklatura tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, l-ETC, għal "Jobsplus" Huwa spjega li l-jobsplus l-ewwel li nstema' kien qabel l-elezzjoni meta ġie ffirmat ftehim bejn il-partiti politiċi u l-imsieħba soċjali biex jiżdiedu n-nies fil-qasam tax-xogħol. Waqt li ammetta li Malta għad għand deficit fil-ħiliet tal-ħaddiema, il-Ministru Bartolo qal li dan hu mudell kif għandhom isiru l-affarijiet għall-ġid ta' pajjiżna. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni Carm Mifsud Bonnici qal li l-Gvern qed jaqbad id-direzzjoni t-tajba biex wieħed jiddiskutu fil-fond is-suq tax-xogħol. Huwa qal li l-edukazzjoni u x-xogħol jimxu flimkien u għad hemm ħafna xi jsir.
0not_entailment
L-alleat ta' Merkel - Ursula Von Der Leyen - se tmexxi l-Kummissjoni Ewropea
Din hija l-ewwel darba li mara se tokkupa din il-kariga hekk prestiġjuża fl-UE Il-Mexxejja Ewropej għażlu lill-Ġermaniża Ursula Von Der Leyen biex tmexxi il-Kummissjoni Ewropea għat-terminu li jmiss u tieħu post Jean Claude Juncker. Leyen għandha 60 sena u hija membru tal-partit CDU (Christian Democratic Party) mmexxi minn Angela Merkel. Din hija l-ewwel darba li l-Kummmissjoni se tkun mmexxija minn mara, li hija l-uniku Ministru li baqgħet dejjem fil-kabinett kemm ilha Kanċillier Angela Merkel. Dan jagħmilha qrib ħafna l-kanċillier Ġermaniż u alleat b'saħħtu tagħha fil-Gvern. Il-mexxejja Ewropej ilhom minn nhar il-Ħadd f'laqgħat biex jintlaħaq qbil dwar min se jokkupa l-aktar erba' rwoli importanti fl-Unjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin. Jidher li minkejja diversi xnigħat imma wkoll minkejja tentattivi fuq livell Ewropew il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat mhux se jkun qed jingħata waħda mill-karigi li se jkollhom is-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) fit-tmexxija tal-UE . Fil-fatt il-midja tal-Partit Laburista rrappurtat illi Muscat kien qrib li jieħu l-kariga ta' President tal-Kunsill Ewropew, xi ħaġa iżda li eventwalment ma ġratx lanqas.
1entailment
Id-dinja sportiva ssellem il-memorja ta' Emmanuel Mangani
Il-kumitat EkoSkola tal-Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi organizza mixja ta’ sitt kilometri b’risq id-Dar tal-Providenza u l-istudenti li ħadu sehem  irnexxielhom  jiġbru s-somma ta’ €970. Studenti, ġenituri u għalliema mxew sad-Dar tal-Providenza fejn attendew għal quddiesa fil-kappella tad-Dar. Fil-bidu tal-quddiesa, l-istudenti ppreżentaw lil Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza s-somma li nġabret minn dawk kollha li ħadu sehem. Donazzjoni oħra saret mill-Maniġer tal-Banif Bank fis-Siġġiewi. Is-Sur Patrick Decelis, il-Kap tal-Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi, irringrazzja lil dawk li organizzaw, sponsorjaw jew ħadu sehem f’din l-attività. Il-mixja kienet sponsorjata minn għadd ta’ negozji fis-Siġġiewi u pprovdiet lill-istudenti opportunità mill-aqwa biex iħaddmu direttament il-prinċipji li kienu ddiskutew fil-klassi waqt li għamlu wkoll ħidma ‘l barra mill-konfini tal-iskola u nvolvew ruħhom fil-komunità. Il-programm EkoSkola li qed jiġi implimentat f’għadd ta’ skejjel f’Malta u Għawdex jiffoka fuq l-iżvilupp tat-tfal f’ċittadini responsabbli.
0not_entailment
Il-kundizzjonijiet ekonomiċi jibqgħu qrib il-medja storika
Vibe FM niedew kampanja ta' Drive Safe il-ġimgħa li għaddiet fuq is-social media tagħhom, fejn permezz ta' video rajna li t-tema hija "Grow Up". Gwida.mt kienet b'mod esklussiv wara l-kwinti għal ġbid ta' dan il-video li dam jumejn sħaħ u li inġibed f'diversi postijiet madwar Malta fl-aħħar ġimgħa ta' Settembru. Fl-ewwel ġurnata rajna il-ġbid tax-xeni ta Frank, Martina, JD Patrick, Abel u Gordon ma ommom; biex imbagħad fit-tieni ġurnata kien imiss lil Mya u Nate Frank & Rossi. Filwaqt li ix-xeni kollha kellhom l-isfidi tagħhom din tal-aħħar kienet forsi l-iktar wahda teknikament diffiċli, fejn rajna projector jintuża biex jagħti l-impressjoni li l-karozza li fiha kienu Nate Frank and Rossi kienet qed tinstaq fuq it-triq! Wara l-kwinti rajna lit-tim ta' V Squared jaħdem id f'id ma dak ta' Vibe FM biex flimkien jaraw li jipproduċu video mill-aqwa! Minkejja li ir-restrizzjoniijet fil-konfront tal-Covid-19 lura f'Settembru kienu differenti rajna lil crew jieħu il-prekawzjonijiet kollha, biex ħadd ma jitpoġġa fl-ebda riskju. Vibe FM huwa stazzjon li jkompli ta kuljum jiġbed aktar u aktar semmiegħa, mhux ta' b'xejn li The Morning Vibe u Nate Frank & Rossi ġew ikkonfermati bħala l-iktar breakfast show u l-iktar drivetime shows favoriti f'Malta fl-aħħar stħarriġ tal-Awtorita tax-Xandir! Huwa għalhekk li naraw uħud mill-aktar personalitajiet popolari fuq ir-radju f'pajjiżna jingħaqdu flimkien biex iwasslu messaġġ daqstant importanti! Il-Kampanja Drive Safe qed issir bis-sapport ta' Atlas Insurance, Transport Malta, il-Malta Road Safety Council u il-Ministeru Għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
0not_entailment
Kellimhom Bil-Kwiet u Sfidawh…
Esperti fil-qasam tas-saħħa qegħdin iwissu dwar epidemija tal-marda tas-Syphilis Esperti minn GlobalData, qegħdin ibassru li sas-sena 2027, propju disa’ snin oħra, il-marda sesswali tas-Syphilis se tevolvi f’epidemija globali. F’Novembru li għadda din il-gazzetta kienet żvelat kif fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea (UE), Malta għandna l-ogħla rata ta’ din il-marda trażmessa sesswalment. Skont ir-rapport ta’ GlobalData (kumpanija internazzjonali li tispeċjalizza fil-ħażna u l-analiżi ta’ data ta’ diversi setturi fosthom is-saħħa) il-prattika komuni ta’ sess każwali bħal ‘one night stands’ flimkien maż-żieda fil-popolarità ta’ applikazzjonijiet diġitali bħal Tinder u Grinder, qegħdin ikunu fatturi kbar fiż-żieda tat-tixrid ta’ dan it-tip ta’ mard. Tinder u Grinder huma żewġ tipi applikazzjonijiet li jintużaw biex persuna faċilment tiltaqa’ ma’ persuna oħra fuq bażi romantika li tista’ tinkludi sess każwali. Din il-gazzetta tkellmet mat-tabiba Valeska Padovese, li hi d-Direttur tal-GU Clinic f’Malta. Mal-ILLUM, id-Direttur sostniet li hi wkoll hi tal-fehma li “dawn l-inkontri wara l-użu ta’ dawn l-applikazzjonijiet qed ikunu fattur kbir li jwassal għat-tixrid ta’ aktar mard sesswali,” però qalet ukoll li “dawn huma parti mill-problema, u hemm fatturi oħra.” Is-Syphilis tittieħed u tinxtered pjuttost malajr permezz ta’ attività sesswali, li jinkludi sess orali u anali. Jista’ jkun ukoll li tittieħed permezz ta’ bews fit-tul ukoll. Fil-każ li tkun infettata mara tqila, din tittieħed mit-tarbija, li tista’ saħansitra tmut. “Attwalment is-sess inġenerali qed ikun aktar fuq bażi każwali u fl-istess waqt l-użu tal-kontraċettivi qiegħed dejjem jonqos,” sostniet Padovese. Li ppuntat subgħajha għall-fatt li kuntrarju għal snin ta’ qabel illum ftit li xejn għad hawn biża’ mill-virus tal-HIV, minħabba li bl-avvanz tal-mediċina ħafna qegħdin iqisu din il-marda simili għal mard kroniku ieħor. L-ILLUM staqsiet lit-tabiba jekk taħsibx li tul is-sena li għaddiet żdidux jew inkella naqsux il-każijiet ta’ mard sesswali f’Malta. Padovese għamlitha ċara li avolja m’għandhiex il-figuri kollha f’idejha, “il-mard sesswali kollu żdied din is-sena.” Minkejja dan, it-tabiba qalet li l-GU Clinic jinsab attrezzat bl-istess numru ta’ nies li kellu fi żminijiet preċedenti u għalhekk sikwit qiegħda tkun diffiċli biex ilaħħqu mad-domanda tan-nies. “Hi normali li jekk xi ħadd iċempel għall-eżami nagħmlulu appuntament għal xaharejn jew anke aktar ’il quddiem. Ma nistgħux nagħmlu mod ieħor, jeħtieġ li ssir bidla fis-sistema,” sostniet Padovese. Skontha, “hemm bżonn diċentralizzazzjoni tas-sistema. Għaliex persuna għandha bilfors tiġi l-GU Clinic biex tagħmel test?” irrimarkat id-Direttur. X’kienet irrapportat l-ILLUM ? F’Novembru li għadda din il-gazzetta kienet żvelat kif skont l-aħħar rapport tal-Kummissjoni Ewropea li  jittratta mard sesswali (Health at a Glance – Europe 2016, State of Health in the EU Cycle), Malta kellha l-ogħla rata ta’ Syphilis mill-pajjiżi kollha tal-UE, ħames darbiet iktar mill-medja fl-UE. Dakinhar l-ILLUM kienet irrapportat kif in-numru ta’ nies infettati b’din il-marda huwa d-doppju tal-medja Ewropea. Bażikament, għal kull 100,000 persuna f’Malta, hawn 11.5 persuni li għandhom is-Syphilis. Il-medja Ewropea rrapportata dak iż-żmien kienet ta’ 5 persuni minn kull 100,000.
0not_entailment
Aktar nies jitilfu ħajjithom wara li ntlaħaq ftehim
Lanqas għaddiet ġurnata minn meta ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern Amerikan u dak Russu biex jieqaf il-ġlied fis-Sirja, li ma reġgħux intilfu l-ħajjiet kawża t'attakki mill-ajru fl-istess pajjiż. Madwar mitt persuna tilfu ħajjithom sigħat biss wara li ntlaħaq l-imsemmi ftehim. Attakki mill-ajru fuq suq fil-belt ta' Idib ħallew sittin persuna mejta, filwaqt li minn tal-inqas ħamsa u erbgħin oħra mietu f'attakki fil-provinċja t'Aleppo. Il-ftehim għandu jara waqfa mill-vjolenza f'partijiet fis-Sirja għal għaxart'ijiem jibdew minn inżul ix-xemx tat-Tnejn. Ftehim li ntlaqa' tajjeb mit-Turkija u mill-Unjoni Ewropea, li wissew dwar iktar bżonn t'azzjoni.
1entailment
AĠĠORNATA: Iċ-Chairman tal-Enemalta inkwetat dwar ħsara u nuqqasijiet fil-Power Station il-ġdida
F’Awwissu li għadda, iċ-Chairman tal-Enemalta kiteb lill-Gvern u lill-Electrogas dwar ħsarat u nuqqasijiet – kemm fil-kostruzzjoni u anke fl-operat tal-Power Station il-ġdida, dan minkejja li ġiet tiswa’ lill-poplu Malti mal-€450 miljun ewro biex saret. Dawl intefa’ fuq din il-ħsara jew nuqqas, hekk kif fi 15-il siegħa, kemm hemm tliet inċidenti fil-Power Station tal-gass. Iċ-Chairman tal-Enemalta Fredrick Azzopardi qal li madanakollu, s’issa ma jafux jekk dawn in-nuqqasijiet u ħsara hux qegħdin  hemm minħabba inkompetenza mill-Electrogas, jew inkella hemm ħsara aktar fundamentali fil-binja tal-Power Station. Fl-istess ittra, jidher li Fredrick Azzopardi saħaq li ma jafx jekk il-Power Station ta’ Delimara tistax tagħti garanzija ta’ sigurta’ għall-pajjiż li tipprovdi l-enerġija. Il-ġurnalist ta’ Net News Robert Cremona għamel kuntatt maċ-Chairman tal-Enemealta Fredrick Azzopardi fejn staqsa dwar: Iżda sfortunatament ir-risposti li rċevejna ma kellhom xejn x’jaqsmu ma’ dak li ġie mistoqsi, fejn fost l-oħrajn irrispondew dwar it-taħlita diversifikata tal-elettriku u stqarr li d-diffikultajiet tekniċi f’kull sistema tal-ġenerazzjoni jew disturbazzjoni tal-elettriku huma inevitabbli. Dan filwaqt li qal li m’hijiex prassi tal-Enemalta li meta xi impjant jew l-Interconnector ma jkunux disponibbl tinforma lill-klijenti tagħha. Din il-ħsara ġiet żvelata mill-gazzetta The Times of Malta, fejn qalu wkoll li ċ-Chairman tal-Enemalta mhux lest li jwaqqaf ħesrem il-konnessjoni tal-interconnector ma’ Sqallija biex isiru t-testijiet fuq il-Power Station il-ġdida – dan hekk kif jekk Malta tiġi tiddependi fuq il-Power Station ta’ Delimara biss dan jipperikola l-pajjiż u tieqaf il-provvista tal-enerġija. Filfatt f’Ġunju li għadda, ġie rrappurtat ukoll li l-Enemalta kienet għadha qed tixtri l-maġġoranza l-kbira tal-elettriku mill-interconnector ma’ Sqallija – dan minkejja l-pompa l-kbira li saret dwar il-Power Station tal-gass. Il-Gvern rabat b’kuntratt lill-Enemalta biex jixtri d-dawl mingħand il-konsorzju tal-Electorgas għall-perjodu ta’ 18-il sena.
1entailment
Wara li għaddew b'suċċess għal Supretendent… erba' xhur wara għarrfuhom li fallew
EcoPure Limited qed tavża li, minħabba ħsara teknika f’l-impjant tal-mili, l-integrità mikrobijoloġika ta’ xi kontenituri setgħat ġiet affettwata. Għalhekk, bħala miżura ta’ prekawzjoni u biex tiżgura li l-ilma tax-xorb tagħha jkollu dejjem l-ogħla standards ta’ kwalità, il-kumpanija se tiġbor lura l-kontenituri tat-18.9 litri u tal-10 litri, kif indikat hawn taħt. Biex jiġu identifikati l-kontenituri li għandhom jiġu rritornati se jintużaw il-kodiċi tal-produzzjoni stampati fuq it-tapp tal-kontenituri ta’ EcoPure. Il-kontenituri kollha sal-kodiċi sa’ lott 188, se jinġabru u jinbidlu. Filwaqt li tiskuża ruħha għall-inkonvenjent li tista’ toħloq din il-miżura, il-kumpanija tiżgura lill-klijenti leali tagħha li hija impenjata biex issolvi din il-problema fl-inqas żmien possibbli.
0not_entailment
Il-kolesterol għoli fid-demm
Imtella' Ġunju 17, 2020 Din hija ħarsa lejn l-istejjer fuq il-faċċati tal-ħames ġurnali tal-lum, l-Erbgħa, 17 ta' Ġunju, 2020 The Malta Independent jirrapporta li l-Partit Laburista tilef Deputat Mexxej ieħor. Il-Prim Ministru lbieraħ talab lil Chris Cardona jirriżenja wara l-allegazzjonijiet li ħarġu fil-qorti ftit tal-jiem ilu. F'rapport ieħor fuq il-faċċata ta' The Malta Independent naqraw li d-direttur tal-FIAU, Kenneth Farrugia qal li r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-Moneyval se jkunu ġew implimentati sa Settembru. Qal li diġà implimentaw numru ta' bidliet u qed jaraw ir-riżultati. In-Nazzjon In-Nazzjon jikkwota lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jgħid li l-Prim Ministru Robert Abela jiddeċiedi biss meta jkun tard wisq. Jgħid li l-Partit Nazzjonalista jieqaf jitkellem fuq il-korruzzjoni meta jkollna gvern li mhux kontrollat mill-kriminali u meta jkun hawn gvern li jiddeċiedi favur iż-żgħir u mhux iħares l-interessi ta' dawk li jitimgħuh. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-flus kollha misruqin għandhom jintużaw għall-poplu u li l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista li jiġġieled il-korruzzjoni huwa wieħed ta' tama għan-nies. Malta Today jirrapporta li Chris Cardona għadu ma ppreżentax ir-riżenja tiegħu minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, minkejja li l-Prim Ministru Robert Abela talbu li jagħmel hekk. Malta Today jirrapporta wkoll li l-ex Prim Ministru Joseph Muscat rrifjuta li jikkummenta meta ġie mistoqsi jekk jaħsibx li l-ex chief of staff tiegħu Keith Schembri kien involut fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Muscat qal li f'idejn il-qorti li tieħu dawk id-deċiżjonijiet. Hu rrifjuta li jikkummenta anke dwar l-allegat sehem ta' Chris Cardona. Times of Malta jirrapporta li l-Prim Ministru Robert Abela qal li Chris Cardona se jirriżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit, għalkemm sakemm ġie ppubblikat il-ġurnal ma kienet għada saret l-ebda riżenja. Meta kkuntattjat Dr Cardona ma kkummentax, imma persuni fi ħdan il-partit qalu li fl-aħħar ftit ġimgħat kienu qed jiddiskutu t-tluq tal-ex Ministru tal-Ekonomija mill-politika. Times of Malta jirrapporta li l-investigatut tar-reati finanzjarji, Ian Abdilla qal li sar jaf li s-suspettat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, ried ikellmu dwar skandli kbar ta' korruzzjoni wara li diġà ġie akkużat u ma kienx aktar lest li jitkellem. L-Orrizont L-Orrizont ukoll bl-istorja fuq il-faċċata li l-Prim Ministru jgħid li Chris Cardona se jirriżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. L-Orrizont jirrapporta li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika lesta tikkunsidra safar lejn pajjiżi li mhumiex fil-lista li fihom il-pubbliku jista' jtit mill-1 ta' Lulju li ġej jekk jiġi ppruvat li huwa "neċessarju jew essenzjali". Dan joħroġ mill-avviżi legali maħruġ mill-Gvern fejn b'effett mit-30 ta' Ġunju li ġej se jwasslu, fost oħrajn, għall-irtirar tal-ordni dwar id-dikjarazzjoni ta' emerġenza fis-saħħa pubblika b'rabta mal-Covid-19. L-Orrizont jgħid li t-terapisti tal-familja ma osservawx żieda fil-każi ta' separazzjoni matul il-pandemija. Dr Charles Azzopardi jgħid li hemm ħafna allarmiżmu, waqt li Dr Michael Galea qal li każijiet ta' kunflitt bejn il-koppji mhux storja ġdida.
0not_entailment
Skopri għalfejn Kemmuna hija ġojjel sigriet
Dalwaqt jibdew l-iskedi tal-ħarifa tal-istazzjonijiet lokali u għad-disa' sena se jkun qed jasal il-programm Ilsien In-Nisa, mill-ġdid fuq ONE. Tkellimna ma' Clare Agius, Claire Agius Ordway u Pauline Agius, biex għal sena oħra nippruvaw nitkixxfu xi kurżitajiet interessanti dwarhom. Ritratt: Facebook / Ilsien In-Nisa Clare Agius: L-aktar li nieħu gost nirriċerka huma dawk li jinvolvuli nara x'jagħmlu pajjiżi oħra sew jekk qed nitkellmu fuq turiżmu sostennibli u trendy, kif ukoll suġġetti bħal metodi ta' edukazzjoni u oħrajn. Inħobb ħafna ukoll dak li hu fl-għeruq tal-kultura tagħna u li nħoss li għandna ntuħ importanza u prominenza minħabba r-riskju li jista' jintesa' jew jintilef. Dan inħoss li jagħti rikezza kbira lil identità tagħna. Inħobb ukoll suġġetti li jgħallmuni modi ġodda ta' għixien aħjar kemm b'mod fiżiku, mentali jew spiritwali. Pratikkalment, dak kollu li ma tismax fuqu l-ħin kollu u tara nies jiddiskutuh fuq it-televiżjoni l-ħin kollu. Claire Agius Ordway: Fil-verità l-isbaħ ħaġa ta' dan il-programm hi li b'xi mod jew ieħor mingħajr ma trid tinteressa ruħek u kif naħdmu flimkien issa jirnexxielna niddiskutu minn angoli differenti tant li niġu passjonati mingħajr ma rridu. Imma jekk kelli bilfors nagħżel inħobb ħafna niddiskuti suġġetti fejn jidħlu tfal - saħħa fiżika u mentali u anke issues fejn nistgħu ngħinu u nagħtu leħen lil min għandu bżonn. Pauline Agius: Kollox! Naħseb dak hu s-sabiħ ta' programm bħal dan li dejjem qed titratta suġġetti differenti u dejjem tiltaqa'ma' nies ġodda u dejjem titgħallem. Il-parti tar-riċerka ta' kull programm hi eċitanti daqs il-programm innifsu għaliex tant tiltaqa' ma' affarijiet li ġieli d-diffikultà tkun kif se ddaħħal kollox f'programm ta' satejn. Fost l-aktar programmi għal qalbi dejjem ikun hemm dawk ta' stejjer umani, dawk relati mas-saħħa u oħrajn li jiddiskutu l-psikoloġija tal-bniedem u r-relazzjonijiet ma' xulxin. Ritratt: Facebook / Ilsien In-Nisa Clare Agius: Darba ġratli meta kont barra. Kont mistiedna ta xi ħadd li kien jaf ftit nies imma lili ma kien jafni ħadd u ma ddejjaqt xejn! Ħallejtu jpaċpaċ u jien mort inġib drink u qgħadt bilqiegħda fuq ċint nitpaxxa u nosserva n-nies u nieħu pjaċir li m'għandix għalfejn nitkellem jew nagħmel 'small talk'. Li ġara mbagħad kien li għamilt ħbieb ma' waħda u spiċċajna nparlaw fuq tant affarijiet interessanti li nsejt li kont qiegħda tieġ u vera ħadt gost. Għax jien ħafna nippreferi konversazzjoni interessanti ma' persuna waħda jew tnejn milli trid tkellem mitt persuna fuq ix-xejn sempliċiment biex tkun tidher qed 'tissoċċjalizza'. Claire Agius Ordway: Ma niddejjaq lanqas xejn. Jien l-hena tiegħi nosserva u nara n-nies. Nintefa' niekol u nixrob fir-rokna u noqgħod nosserva u fil-verità jien malajr naqbad konversazzjoni, jiġifieri jekk niddejjaq niċċassa malajr immur ħdejn xi ħadd. Pauline Agius: Biex inkun onesta jien persuna li wara ġurnata xogħol inħobb noqgħod fil-kwiet imma ġo dari mhux f'xi party jew tieġ. Allura jekk tiġrili din, niddejjaq ftit li ma naf lil ħadd għax normalment immur party jew tieġ biex nieħu pjaċir nissoċċjalizza. Nemmen ukoll li kollox jiġri għal xi raġun, jiġifieri jekk xi darba tiġrili, żgur se jkun hemm xi messaġġ jew tagħlima li kelli nieħu minn esperjenza bħal din. Ritratt: Facebook / Ilsien In-Nisa Clare Agius: Jien x'aktarx nagħżel li mmur xi yoga retreat fejn nagħmel ġurnata sħiħa nagħmel yoga, meditazzjoni, niekol nadif u nqatta' l-ħin tiegħi kwieta bla storbju u fin-natura. Bħala post/pajjiż ma jimpurtax, l-importanti li jkun fin-natura bħal f'xi foresta, maġenb xi xmara, fejn nista nosserva t-tlugħ u nżul ix-xemx, nisma' l-għasafar u niġbed arja friska. Claire Agius Ordway: Jiena immur f'post fejn trid timxi biex tara postijiet remoti, għal kwiet u ovvjament fin-natura. Għalkemm inħobb ħafna niskopri il-kultura u l-istorja nammira ħafna min isiefer b'basket wieħed u idur il-postijiet f'avventura waħda. Pauline Agius: Qatt m'għaddietli minn moħħi li nsiefer waħdi s'issa allura qatt ma ħsibt fuqha. Jekk ikolli nagħżel, immur jew fuq xi gżira nirilassa, nixrob il-cocktails, nixxemmex u ngħum jew b'kuntrast, immur fil-muntanji, ġo xi dar żgħira sabiħa bil-fireplace mixgħul, inħares lejn il-veduta, naqra xi ktieb sabiħ u nieħu t-tè. Għalkemm niltaqgħu kollha kull ġimgħa u niddiskutu kollox bejnietna, kull ġimgħa waħda minna jkollha responsabbilità li tipproduċi dak il-programm hi jiġifieri tagħmel kuntatt mal-mistiedna, tiżviluppa r-riċerka ta' dak is-suġġett, tfassal il-programm u tagħmel il-kommunikazzjoni neċessarja mal-oħrajn kif ukoll man-nies tekniċi kollha ħalli dak in-nhar tal-programm tieħu r-rwol ta preżentattriċi bħat-tnejn l-oħra. Hemm ħafna aktar xogħol li jsir ta darba fis-sena imma li jieħu ħafna xogħol u ħin bħas-sett, is-sigla tal-programm, il-materjal promozzjonali eċċ. Dan jitqassam b'mod naturali skont il-bżonn. Imbagħad hemm l-isponsors li huma mqassmin bejnietna kollha allura filwaqt li nkunu nvoluti kollha, kull waħda minna tagħti aktar attenzjoni lill-klijenti tagħha. Ritratt: Facebook / Ilsien In-Nisa Claire Agius Ordway: Faċli ħafna, fix-xitwa ġeneralment ġurnata d-dar bil-piġama naraw serje wara oħra, jekk tkun ġurnata sabiħa ndaħħlu mixja fil-kampanja. Fis-sajf dejjem ġurnata il-baħar. Clare Agius: Meta nkun Malta, ġewwa d-dar, nisbarazza u norganizza d-diżastru tad-dar li jkolli waqt li minn ħin għall-ieħor insajjar xi ħaġa, nilgħab mat-tfal, forsi nimlilhom il-pool iż-żgħir u ngħaddi siegħa nċafċaf imbagħad kif jorqdu, tazza nbid fit-terazzin mar-raġel inparlaw jew fil-kwiet inħarsu lejn l-istilel. Jekk inkun imsiefra, ġurnata niġri barra u nesplora. Pauline Agius: Sajf jew Xitwa, il-Ħadd hi ġurnata speċjali għalija u huwa jum li jien niddedika kompletament għall-familja! La nagħmel tindif u lanqas ħwejjeġ u bħala tisjir jew nipprepara xi ħaġa ħafifa jew xi riċetta l-forn li nagħmel mis-Sibt biex il-Ħadd kemm insajjarha. Din il-ġurnata nuża għall-ħin ta' kwalità mal-familja minn x'ħin inqumu sakemm norqdu. Il-ġurnata dejjem tibda bil-'breakfast in bed' mhux neċessarjament bit-toast u l-bacon imma imqar kikkra kafè u galletina, biżżejjed! Fis-sajf u kull meta t-temp jippermetti ssir fil-bitħa jew terrazzin din il-biċċa xogħol imma dejjem issir. Il-Ħadd hi ġurnata li mhux biss fiżikament imma anke mentalment, inkun irrid saħti lura għal kumplament tal-ġimgħa. Ritratt: Facebook / Ilsien In-Nisa Clare Agius: Il-Maths u l-Physics u l-letteratura Ingliża. L-istejjer u l-leterattura servewni ħafna fir-reċtar speċjalment meta kont nagħmel il-produzzjonijiet ta Shakespeare. Il-Maths u l-Physics inħoss li ħarrġuli moħħi biex jagħmel somom malajr u għalkemm ftit niftakar il-formoli, dawk is-somom ikkumplikati u l-equations esaġġ, it-training fin-numri hemm qiegħed u nħossni naf nagħmel kalkoli malajr ħabba hekk. Claire Agius Ordway: Jien kont inħobb ħafna l-istorja u għalkemm ma sibtx ix-xogħol tiegħi mhux relatat direttament fil-verità jkolli ħafna intervist li fihom tidħol l-istorja. Il-PE kont inħobbu ukoll imma ma kontx passjonata daqs kemm jien illum żgur u qatt ma kont nobsor li se nkun daqshekk involuta fil-fitness. Iżda dejjem kelli għalliema li kienu jagħmlulna dik il-lezzjoni interessanti u kont nippreferiha minn lezzjoni fil-klassi. Pauline Agius: Meta kont l-iskola fost is-suġġetti għal qalbi kelli dawk tax-xjenza, speċjalment il-bijolġija li għalkemm mhux relatat xejn max-xogħol tiegħi llum il-ġurnata, huwa suġġett li b'xi mod jew ieħor tmiss miegħu kuljum. Għalhekk xorta nħoss ċertu importanza. Barra minn hekk, jgħini ħafna meta niddiskutu suġġetti relatati mas-saħħa jew bħal meta kelli ż-żewġt itfal għaliex nifħem ftit aktar l-iżviluppi li jkunu qed isiru fil-ġisem. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin.
0not_entailment