url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://newsbook.com.mt/ir-rotta-ta-billejl-ghal-san-giljan-se-tkompli-mil-lejla/
Ir-rotta ta' billejl għal San Ġiljan se tkompli mil-lejla
newsbook.com.mt
Malta Public Transport se terġa' tibda topera r-Rotta ta' Billejl N13 bejn San Ġiljan u l-Belt, b'effett mill-Ġimgħa 24 ta' Lulju. Wara domanda qawwija, din se tkun l-ewwel rotta li se terġa' tiddaħħal minn mindu s-servizz ta' billejl ġie sospiż minħabba l-pandemija tal-coronavirus. N13 topera kull nhar ta' Ġimgħa u Sibt, b'karozza tal-linja toħroġ kull 20 minuta f'kull direzzjoni, u tagħmel waqfiet f'Tas-Sliema, il-Gżira, l-Imsida, Tal-Pietà, u l-Floriana. L-ewwel karozza lejn il-Belt titlaq minn San Ġiljan fil-23:30 u l-aħħar waħda toħroġ fis-2:30. Fid-direzzjoni opposta, l-ewwel karozza titlaq mill-Belt għal San Ġiljan fil-23:10 u l-aħħar waħda toħroġ fis-1:50. In-noll regolari se jibqa' japplika: €2.50 għal min juża Tallinja Card u €3.00 għal dawk li jixtru l-biljetti tagħhom fuq tal-linja. Dawn tal-aħħar huma mfakkra li għandhom joħorġu l-flus bl-eżatt għaliex ix-xufiera ma jistgħux jagħtu bqija lura biex kemm jista' jkun jitnaqqas il-kuntatt. Ir-rotta N13 hija inkluża fl-Explore Card u l-ExplorePlus Meep, u l-passiġġiera jivvjaġġaw mingħajr m'għandhom bżonn jagħmlu pagament ieħor. It-12 Day Journey Card hija aċċettata wkoll fuq din ir-rotta u kull vjaġġ jiswa żewġ 'journeys', li jammontaw għal €2.50. Aktar informazzjoni tinsab fuq publictransport.com.mt .
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/spanja-titpogga-fuq-il-lista-ta-kwarantina-tal-ingilterra/
Spanja titpoġġa fuq il-lista ta' kwarantina tal-Ingilterra
newsbook.com.mt
Il-Gvern Ingliż mistenni jibda jordna lil dawk li deħlin fil-pajjiż minn Spanja imorru ġimagħtejn kwarantina f'każ li jkollhom il-coronavirus wara s-Sibt li ġej. Ir-Reuters ikkwota rapport tal-gazzetta Sunday Times. L-editur politiku tal-gazzetta Tim Shipman qal fuq Twitter li t-tieni mewġa tal-COVID-19 wasslet biex Spanja titneħħa mil-lista s-sigura tal-pajjiżi tal-Ingilterra. BREAKING: Govt to announce shortly that tourists in Spain will have to quarantine for two weeks when they return (unless they're back by midnight tonight). Second wave of Covid-19 there has prompted decision to kick Spain off the safe country list — Tim Shipman (@ShippersUnbound) July 25, 2020 Il-Ministeru għas-Saħħa Ingliż ma għamel l-ebda kumment immedjat dwar ir-rapport. Jekk ir-rapport huwa minnu, dan ikun daqqa ta' ħarta kbira għal Spanja li qed tipprova tirkupra. Dan wara l-impatt negattiv li kellu l-COVID-19 fuq is-settur turistiku. L-Istati Uniti b'aktar minn 1,100 mewt għat-tielet jum konsekuttiv
[ 1, 10 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-xinhi-s-saltna-tas-smewwiet-the-hand-book/
Filmat: "X'inhi s-Saltna tas-Smewwiet" – The Hand-Book
newsbook.com.mt
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Bernard Micallef u l-kantanta Pamela Bezzina. Il-qari tal-ġurnata Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f'għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa. Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/frontliner-jirreagixxi-ghall-persuna-li-qaltlu-jhaffef-waqt-l-iswab/
Frontliner jirreaġixxi wara li persuna qaltlu jħaffef waqt l-iswab
newsbook.com.mt
Wieħed mill-frontliners li qed jagħmel l-iswabbing għall-coronavirus irreaġixxa għall-kliem ta' persuna li qaltlu jgħaġġel waqt il-proċess. Fuq Facebook, Thomas Grixti tefa' ritratt tiegħu ta' kif jidher wara sagħtejn liebes l-ilbies protettiv fis-sħana. Qal li meta ħa r-ritratt kien fadallu sitt sigħat oħra xogħol. Grixti semma' li persuna qaltlu jgħaġġel waqt li kien qed jagħmel l-iswabbing. Qal li wieħed ikollu ħafna stress waqt li qed jerfa' r-responsabbilità li jagħmel l-iswabbing fis-sħana. *Addressed to that person that asked me to hurry up whilst swabbing …*This is the result of just 2 hours of donning… Posted by Thomas Grixti on Tuesday, July 28, 2020 Qal ukoll li l-virus għadu fil-komunita u appella lin-nies biex joqgħodu attenti. Intant diversi persuni qed jippruvaw iċemplu l-helpline tal-111 biex jagħmlu appuntament għall-iswab test tal-coronavirus imma ħadd mhu qed iwieġeb it-telefonati tagħhom. Newsbook.com.mt jinsab infurmat li hemm min ilu aktar minn ġurnata jipprova jaqbad ma xi ħadd. Meta din il-kamra tal-aħbarijiet ippruvat iċċempel hi wkoll fuq il-helpline damet ħames minuti tistenna, iżda kien kollu għal xejn. Nies jippruvaw iċemplu l-111 għat-test imma ħadd ma jwieġeb F'Malta llum ġew reġistrati seba' każi ġodda ta' coronavirus. 7 każi ġodda
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/argument-iehor-fuq-il-gozo-channel-minhabba-l-maskri/
Argument ieħor fuq il-Gozo Channel minħabba l-maskri
newsbook.com.mt
Dalgħodu kien hemm argument ieħor fuq vapur tal-Gozo Channel minħabba l-ilbies tal-maskri. Il-vapur li kellu jitlaq fid-9am mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa ttardja b'madwar 20 minuta. Il-kaptan tal-vapur informa lill-passiġġieri abbord li d-dewmien kien minħabba passiġġier li ma riedx jilbes maskra. L-ilbies tal-maskri bħalissa huwa obligatorju fuq il-vapuri tal-Gozo Channel minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Persuna li kienet fuq il-vapur qalet lil Newsbook.com.mt li raġel li kien f'karozza kien qed jgħajjat ma' ħaddiem tal-Gozo Channel minħabba l-ilbies tal-maskri. Abbord l-istess vapur kien hemm għadd ta' passiġġieri bilqiegħda madwar l-imwejjed li ma kinux lebsin maskra. Din mhix l-ewwel darba li kien hemm diżgwid minħabba l-ilbies tal-maskri fuq il-flotta tal-Gozo Channel. Is-Sibt li għadda l-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Channel qalu li grupp ta' rġiel taw xebgħa liċ-Chief Officer ta' wieħed mill-vapuri. Il-ħaddiem kien qed jipprova jenforza r-regola tal-ilbies tal-maskri. Iċ-Chief Officer kellu jittieħed l-isptar minħabba l-inċident. Dakinhar iċ-Chairperson tal-Gozo Channel Joe Cordina qal lil Newsbook.com.mt li jappella lin-nies biex ikomplu jilbsu l-maskri meta jkunu abbord il-vapuri tal-Gozo Channel. Qal ukoll li jappella lill-Gvern biex jipprovdi uffiċjali tal-infurzar fuq il-vapuri. Cordina qal li l-ħaddiema tal-Gozo Channel ma jistgħux jinfurzaw il-liġijiet. Allura issuġġerixxa li l-Gvern għandu jibgħat enforcement officers fuq il-vapuri kif isir fuq il-karozzi tal-linja. 2 l-isptar wara ġlieda dwar maskra fuq il-Gozo Channel
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/pulpetti-tat-tonn-taz-zejt/
Pulpetti tat-tonn taż-żejt
newsbook.com.mt
Riċetta u ritratt: Rose Spiteri Ingredjenti 2 laned tonn taz zejt kbar bott fażola bajda, neħħi l-ilma, laħlaħ u għaffeġ ħabaq u nagħniegħ imqatta' rqiq qoxra la lumija maħkuka (għal min jiggostaha) 2 bajdiet Metodu Ħawwad kollox flimkien u fforma f'pulpetti. Aqli jew aħmi fil-forn Jistgħu jittieklu sħan jew kesħin.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/sejhu-elezzjoni-ghal-kap-qabel-ikun-tard-wisq-appell-ta-mps-lill-kunsill-generali/
"Sejħu elezzjoni għal Kap qabel ikun tard wisq" – appell lill-Kunsill Ġenerali
newsbook.com.mt
Attivisti għall-bidla fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li huma tal-fehma li Adrian Delia għandu jwarrab mill-kariga ta' Kap qed jappellaw lill-Kunsilliera tal-Partit biex jinbeda l-proċess għal elezzjoni għal Kap ġdid. F'messaġġ li bagħtu lill-membri tal-Kunsill Ġenerali, huma insistew li dan jeħtieġ li jsir "issa, mhux meta jkun tard wisq." Il-Kunsill Ġenerali se jitlaqqa' nhar il-Ġimgħa 31 ta' Lulju, biex jiddeċiedi fuq x'għandu jsir. Dan wara li Delia tilef żewġ voti ta' fiduċja, wieħed fil-Grupp Parlamentari tal-PN u l-ieħor fost il-Kumitat Eżekuttiv. Il-Kunsill irid jiddeċiedi bejn żewġ għażliet, li t-tnejn se jwasslu biex il-Partit isejjaħ konferenza ġenerali li fiha, it-tesserati jiġu mistiedna jivvutaw. Delia jippreferi li t-tesserati jkollhom vot ta' fiduċja fih, iżda dawn li huma kontrih, inkluż il-maġġoranza tal-MPs tal-PN, iridu li ssir elezzjoni għal Kap ġdid. Filmat: L-aħħar kelma dejjem tat-tesserati – Delia L-attivisti qalu li l-Partit jinsab f'salib it-toroq, imma li l-pass li jmiss għandu jwassal għal Partit imġedded. Huma argumentaw li l-Partit ma jistax jaffordja li jistenna sentejn, sal-elezzjoni ġenerali, biex jagħraf li xi ħaġa mhix f'postha: "Meta xi ħadd jara organizzazzjoni bi problema, ma joqgħodx jistenna sentejn biex jagħmel xi ħaġa. U s-sinjali tal-problema huma ovvji u qed jaggravaw." Huma semmew kif il-PN tilef it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew, id-distakk fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kiber, u issa għad għandu biss 19 minn 68 kunsill. Enfasizzaw illi "dan meta għandna quddiemna Gvern mgħerreq fil-kriminalità Statali u fit-tixħim. Jiġifieri meta messna qegħdin ħafna aħjar. Dan kollu ngħiduh bl-istess diqa li tħossu intom." Ikkummentaw ukoll fuq stħarriġ riċenti li wera li tliet kwarti tal-Kunsilliera tilfu kull tama għall-elezzjoni li jmiss, u qalu li, "Din hi fil-fatt ħaġa tal-biża': li intom, il-qalba tal-Partit, tkunu tant qalbkom maqtugħa inqas minn sentejn qabel elezzjoni ġenerali. Jekk m'aħna se nagħmlu xejn issa, il-Partit li tant inħobbu se jkun qed jaqla' daqqa enormi fl-elezzjoni ġenerali li ġejja. Imma hemm x'nagħmlu biex noħorġu lill-Partit minn dan il-periklu kbir." Kunsill Ġenerali PN: Delia naqaslu l-appoġġ; sitwazzjoni imprevedibbli – stħarriġ L-attivisti irrikonoxxew il-fatt li Delia ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jikkontesta jekk ikun hemm elezzjoni għal Kap, imma semmew ukoll kif oħrajn urew interess. Skonthom, huwa evidenti li jkun hemm għadd ta' kandidati validi lesti li jservu u jgħaqqdu lill-Partit. Huma temmew l-appell tagħhom billi qalu li l-Kunsill għandu għażla importanti quddiemu, u li 'l quddiem, għad iħarsu lura b'sodisfazzjon jekk jagħrfu l-importanza li dan il-vot għandu għall-futur tal-Partit Nazzjonalista. Il-messaġġ finali tagħhom kien, "Aħna lkoll inħobbu ħafna lill-Partit Nazzjonalista li għamel affarijiet kbar għal Malta. Ejja issa nerġgħu nqabbduh it-triq it-tajba biex nerġgħu nrabbu l-kuraġġ u nerġgħu ngawdu l-Partit li jixirqilna." "Delia qed joħloq firda" – il-maġġoranza tal-MPs tal-PN
[ 12 ]
https://newsbook.com.mt/jinstab-kaz-iehor-pozittiv-tal-coronavirus-relatat-mal-party/
Jinstab każ ieħor pożittiv tal-coronavirus; relatat mal-party
newsbook.com.mt
Fl-aħħar 24 siegħa nstab każ ieħor pożittiv tal-coronavirus marbut mal-cluster li ħareġ mill-party li seħħ aktar kmieni f'Lulju. Dan ħareġ mill-infografika tal-lum tal-Ministeru għas-Saħħa. Kien spjegat li matul il-jum tal-bieraħ saru total ta' 850 swab test. B'hekk issa fil-pajjiż hawn 27 każ attiv tal-coronavirus. Jidher li ma kien hawn l-ebda fejqan ġdid mill-virus. OFFICIAL COVID-19 figures for 27•07•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta Posted by saħħa on Monday, July 27, 2020 B'kollox il-pajjiż affaċċja 701 pożittivi tal-coronavirus. Minnhom fiqu 665 u mietu disgħa. L-għadd ta' swab tests totali li saru s'issa jammonta għal 120,995. Il-persuna pożittiva għall-coronavirus marret party kbir f'lukanda Nhar il-Ġimgħa kien irrappurtat l-ewwel każ tal-coronavirus b'rabta mal-party Hotel Takeover li sar fil-lukanda Radisson Blu f'San Ġiljan. Minn hemm, is-Sibt instabu sitt persuni oħra pożittivi għall-virus li kellhom x'jaqsmu mal-każ tal-Ġimgħa. Intant, matul il-jum tal-Ħadd kienu kkonfermati disa' każi ġodda ta' persuni b'rabta mal-istess cluster. B'hekk issa hemm 17-il każ ta' coronavirus li oriġinaw mill-party. 14-il każ ġdid tal-coronavirus; 9 minn party f'lukanda
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/awdjo-bhal-lum-bugs-bunny-iddebbutta-fic-cinema/
Awdjo: Bħal-lum Bugs Bunny iddebbutta fiċ-ċinema
newsbook.com.mt
Bħal-lum fl-1940 il-karattru Bugs Bunny iddebbutta fiċ-ċinema fl-Amerika permezz tal-film animat qasir bl-isem ta' A Wild Hare. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/tensjoni-fid-dar-ta-aldo-u-emma/
Tensjoni fid-dar ta' Aldo u Emma
newsbook.com.mt
Illejla fl-10pm se tkompli s-sensiela Vittmi ta' Lino Grech. Din is-sensiela bi produzzjoni ta'NJoy Media qed tixxandar nhar ta' Tnejn u nhar ta' Ġimgħa, fl-10pm fuq l-istazzjon Net. Fl-episodju tal-lejla, Lino is-Social Worker, jinduna li fid-dar ta' Aldo u Emma qegħda tinħass tensjoni kbira. Kif se jgħin fis-sitwazzjoni peress li kien ħabib antik ta' Ġovanna? Aldo jkollu żjara xejn mistennija fl-uffiċju tiegħu. Mingħand min tkun din iż-żjara? Għaliex Patrick jgħid lin-nannu Karmenu biex jagħmel kuraġġ u ma jagħmilx bħat-tfal? Karmenu u Ġovanna lil min imorru jaraw flimkien? U x'kien fiha l-ittra li rċeviet Emma? Lil min kienet indirizzata u mingħand min? Emma min-naħa tagħha baqgħet tiltaqa' ma' Frank? U l-imgħallem tiegħu għaliex bagħat għalih? Vittmi għandu kitba ta' Lino Grech b'direzzjoni ta' Daniel Borg Carbott u Fabian Scerri De Carlo. F'dan l-episodju jidhru wkoll Ronald Saliba, Eric Grech, Rita Camilleri, Martin Giordano, Lenies Gauci u Tania Bartolo.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/isehh-dak-li-t-tribu-ta-agii-qatt-ma-basar/
Iseħħ dak li t-Tribù ta' Agii qatt ma basar
newsbook.com.mt
Dalgħodu fl-10.15am fuq TVM se jixxanndru żewġ puntati oħra mis-sensiela Il-Misteru tan-Nannu Ton. Illum imiss id-disa' u l-għaxar episodju. Fid-disa' puntata naraw kif f'Agii Brimbu jgħid lin-nies tiegħu b'dak li għadda minnu t-tribù, filwaqt li jsemmi kemm huwa importanti għalihom il-Ktieb tal-Misteri. Min-naha l-oħra Nusu jaf li l-ktieb qiegħed għand Xewka. Forsi qed jgħid hekk biss biex ibeżżagħha? Ir-ritwal jeħtieġ li jsir u għalhekk issa jmiss lin-nannu! Imma waqt li jibda dan ir-ritwal iseħħ dak li t-Tribù ta' Agii qatt ma basar. U għaliex Warda tixtieq tant li l-ktieb tal-misteri jinstab? Mela x'hemm daqshekk importanti f'dan il-ktieb? Min-naħa l-oħra Mark u Sharon jippruvaw minn kollox li jmorru mill-ġdid f'Agii imma l-problemi għalihom dejjem jiżdiedu. X'hemm lest għal Nusu? Fl-għaxar episodju naraw għaliex in-nannu jsir importanti għal kulhadd. Warda tridu jibqa' fid-dinja tagħhom għax skond it-tbassir tagħha u skond il-ktieb tal-Misteri se jagħmel xi ħaġa importanti. X'se jagħmel eżatt? U għal xiex Xewka tridu wkoll? Mark u Sharon ma jieqfux jinsistu li n-nannu jerġa' lura magħhom. Iżda min minnhom se jirbħu lin-nannu? Warda tinduna bi tnejn min-nies li saru ħbieb. Min huma dawn it-tnejn? U jekk Mark u Sharon jmorru biex iġibu lin-nannu mid-dinja ta' Agii, kemm se jirnexxilhom wara kollox? Jieħdu sehem: Jurgen Ciantar, Carly Zarb, Raoul Briffa, Dylan Hili, Amarea Camilleri, Rebecca Ferrante, Louise Cassar u Mike Mifsud fost oħrajn. Il-Misteru tan-Nannu Ton għandu kitba ta' Dominic Said, produzzjoni ta' Hermann Bonaci u direzzjoni ta' Frida Cauchi. Jiehdu sehem: Jurgen Ciantar, Carly Zarb, Raoul Briffa, Dylan Hili, Amarea Camilleri, Rebecca Ferrante, Louise Cassar u Mike Mifsud fost ohrajn.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/il-marci-mhumiex-responsabbilta-tal-knisja/
Il-marċi mhumiex responsabbiltà tal-Knisja
newsbook.com.mt
Il-Knisja f'Malta sostniet li għal din is-sena qed torganizza l-festa fil-parroċċi u fi knejjes oħra b'quddiesa u pellegrinaġġ biss. Sostniet li attivitajiet oħrajn bħalma huma l-marċi, mhux responsabbiltà tagħha. Fi stqarrija, il-Knisja f'Malta sostniet li l-marċi huma responsabbiltà tal-entità li torganizzahom u tal-awtorità ċivili li tawtorizzahom. F'dan il-każ, il-każini tal-banda u l-pulizija. Il-Knisja f'Malta appellat biex kulħadd josserva b'attenzjoni d-direttivi dwar il-prevenzjoni tal-COVID-19 għall-ħarsien tas-saħħa tagħna u tal-oħrajn. Dan jgħodd ukoll għall-Quddies fil-knejjes. Fl-aħħar jiem Malta rat żieda ta' każi tal-coronavirus. Filwaqt li fil-maġġoranza tagħhom kien irrappurtat li kienu relatati mal-party li sar fil-lukanda tar-Radisson f'San Ġiljan, jidher issa wkoll li kien hemm każi relatati wkoll ma' marċi tal-festi. Propju llum, l-awtoritajiet tas-saħħa żvelaw li persuna pożittiva għall-coronavirus attendiet avvenimenti relatati mal-festa ta' Santa Venera. L-avvenimenti jinkludu li marret il-każin tal-banda nhar it-22 ta' Lulju u l-marċ tal-banda tal-Ħamis 23 ta' Lulju.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/imur-sir-alan-parker-idderiega-midnight-express-fmalta/
Imut Sir Alan Parker; idderieġa Midnight Express f'Malta
newsbook.com.mt
Miet fl-età ta' 76 id-direttur ċelebri Sir Alan Parker li f'pajjiżna kien idderieġa l-film Midnight Express. Parker kien ukoll f'Malta fl-2016 waqt il-Valletta Film Festival. Nominat darbtejn għall-Oscar, Parker miet aktar kmieni wara nofsinhar, wara kumplikazzjonijiet minn marda li kien ilu jiġġieled. Mhux jingħataw dettalji dwar x'marda kellu. Sir Alan Parker ħadem fuq numru kbir ta' films fosthom Fame, Evita, Bugsy Malone, The Commitments, Angela's Ashes u Birdy. Id-direttur ċelebri kien miżżewweġ lil Lisa Moran-Parker. Huwa kien missier ta' ħamsa u nannu ta' seba'.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/qatt-minsi-grace-dwar-mario-ellul/
"Qatt minsi" – Grace dwar Mario Ellul
newsbook.com.mt
Bil-kliem "Qatt minsi" Grace Ellul dalgħodu, permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook , fakkret il-memorja ta' żewġħa, l-attur u kantant Mario Ellul li kien ħalliena bħal-lum 16-il sena ilu. Huwa miet fl-età ta' 40 sena nhar il-31 ta' Lulju tal-2004. Il-mewta tiegħu kienet ta' ħasda għal bosta nies, speċjalment għal dawk li ftit minuti qabel kienu għadhom kif rawh jinterpreta tliet siltiet mill-musical Notre Dame De Paris fil-Casino di Venezia. Matul il-karriera tiegħu, Mario Ellul kien jagħmel parti mill-kor ta' Voices kif ukoll mill-bord tal-Maltasong, li f'dak iż-żmien kienet tieħu ħsieb il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Eurovision Song Contest. Huwa kien ta sehem f'għadd ta' produzzjonijiet fuq it-televiżjoni u fuq il-palk, fosthom f'sensiliet bħal Villa Sunset u Dejjem Tiegħek Becky, u musicals bħal Żeża tal-Flagship, u Spiru Ċefai. Bħala kantabt, Mario kien ukoll mal-gruppi Fog u Mirage. Mario u Grace kienu żżewġu f'Ġunju tal-1991 u kellhom tifel, Daniel.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/jisplodu-l-appuntamenti-ghas-swab-tests-nappellaw-ghall-pacenzja/
"Jisplodu l-appuntamenti għas-swab tests; nappellaw għall-paċenzja"
newsbook.com.mt
Il-Kap tat-Taqsima tal-Infezzjonijiet fl-Isptar Mater Dei, Dr Tanya Melillo appellat lill-pubbliku biex ikun paċenzjuż u jifhem li hemm lista ta' stennija għall-iswab tests, hekk kif ammont kbir ta' nies qed iċemplu biex jagħmlu t-test. Waqt Newsbook Q&A, Dr Melillo aċċertat li qed jagħmlu ħilithom kollha biex jaqdu lil kulħadd fl-iqsar żmien possibbli. "Jekk iċċempel illum għandek xi jiem tistenna. Qed nippruvaw indaħħlu kemm nistgħu nies kuljum. Kulħadd irid jieħu paċenzja minħabba irresponsabbiltà ta' min mar jiddeverti. Is-swabbers qed jaħdmu bla waqfien bejn it-8am u t-8pm, lebsin ilbies protettiv fil-qilla tax-xemx", żiedet tgħid. Dr Melillo semmiet ukoll li ħafna nies mhux jirnexxielhom jaqbdu mill-ewwel, għax qed ikun hemm ħafna telefonati f'daqqa. Spjegat li jkun hemm "xi 100 jċemplu l-istess numru fl-istess ħin". Fil-jiem li għaddew, qarrejja ta' Newsbook.com.mt qalu li kienu ilhom aktar minn ġurnata jippruvaw jaqbdu mal-111 biex jagħmlu appuntament għall-iswab test. Nies jippruvaw iċemplu l-111 għat-test imma ħadd ma jwieġeb "Kull persuna jkollha kuntatt ma' bejn 50 u 100 persuna" Il-konsulent għas-Saħħa Pubblika fissret kif għall-party li sar f'lukanda f'San Ġiljan attendew mat-800 persuna u li fi tlett ijiem kellhom xi 400 telefonata għal appuntament. Kompliet tispjega li kull persuna jkollha kuntatt ma' bejn 50 u 100 persuna, "u għalhekk in-numri splodew biex in-nies imorru jagħmlu t-test". Appellat mill-ġdid għal paċenzja sakemm ikun imisshom għat-test. Dr Melillo fissret li l-agħar f'din is-sitwazzjoni hi li ż-żgħażagħ li marru l-parties u rriżultaw pożittiv għall-Covid-19 iridu jagħmlu kwarantina. "Mhux huma biss, imma kull min jgħix id-dar magħhom jispiċċaw kwarantina". Saħqet li dan kollu hu tort ta' "nies irresponsabbli, li kellhom is-sintomi u marru x-xogħol ġimgħa sħiħa. Kien hemm saħansitra li kellu s-sintomi u marru jaraw lin-nanniet l-isptar". Enfasizzat li min imur jiddeverti mhux qed jaħseb f'nies oħrajn, li huma vulnerabbli u li jekk ilaqqtu l-virus jista' jkollhom riperkussjonijiet serji. Appuntament għal 11-il jum ieħor Newsbook.com.mt hu infurmat li persuna li ċemplet illum il-Ġimgħa, ingħatat appuntament għall-11 ta' Awwissu. Din il-persuna kellha kuntatt ma' persuna li attendiet party il-Ħadd li għada. L-uffiċjali tas-saħħa qalulha li ladarba m'għandhiex sintomi m'hemmx bżonn tagħmel kwarantina. Madanakollu saħqu li jekk joħorġulha s-sintomi terġa' ċċempel 111 biex jagħtuha appuntament qabel. Persuni oħra li kienu l-party tal-Ħadd ingħataw l-istess data wkoll. Madanakollu dawk li għandhom is-sintomi ssejħu biex imorru l-Isptar Mater Dei biex isirilhom it-test illum. Il-persuna ma kinitx infettiva meta marret party nhar il-Ħadd – Il-Ministeru "Agħtu kas l-informazzjoni li toħroġ b'mod uffiċjali" Ma' Newsbook.com.mt , Dr Tanya Melillo saħqet dwar l-importanza li l-pubbliku jagħti kas biss l-informazzjoni li toħroġ uffiċjalment. Fissret li mhux prudenti li persuni jċemplu għal swab test minħabba allarm fuq il-mezzi soċjali, u li mhux ġust li dawk li ġenwinament ikollhom bżonn jagħmlu t-test jispiċċaw idumu jistennew minħabba l-lista ta' stennija. Dwar is-swab tests Dr Melillo qalet li għalkemm it-test mhux pjaċevoli, jieħu veru ftit ħin. L-intervista sħiħa ma' Dr Tanya Melillo: Dħalna fil-fażi tat-tieni mewġa tal-pandemija tal-coronavirus?
[ 1, 6 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-kemm-il-darba-nghixu-mjassra-fr-giovann/
Filmat: "Kemm il-darba ngħixu mjassra" – Fr Ġiovann
newsbook.com.mt
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Ġiovann Tabone u l-attur Joseph Galea. Il-qari tal-ġurnata Mela wasal jum li fih Erodi għalaq sninu, u bint Erodja ħarġet fin-nofs tiżfen, u għoġbot lil Erodi; għalhekk wegħedha taħt ġurament li jagħtiha kulma titolbu. U hi, mogħwija minn ommha, qaltlu: "Agħtini issa stess ras Ġwanni l-Battista fuq platt". Is-sultan tnikket, iżda minħabba l-ġurament li ħa u l-mistednin tiegħu ordna li tingħatalha. U bagħat jaqta' ras Ġwanni fil-ħabs. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/dan-l-attur-illum-jiccelebra-gheluq-is-36-sena-gharaftu/
Dan l-attur illum jiċċelebra għeluq is-36 sena. Għaraftu?
newsbook.com.mt
Awguri lill-attur, awtur u direttur Clive Psicopo li llum qed jiċċelebra għeluq is-36 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum it-30 ta' Lulju tal-1984. Fir-ritratt ta' fuq jidher meta kien għadu żgħir, flimkien ma' ommu Maryrose. Lil Clive narawh fis-sensiela L-Għarusa bħala l-Ispettur Abela u wkoll bħala Dr Mark Laferla fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa. Clive imexxi Theatre Lab Malta fejn iħarreġ tfal żgħar jimxu 'l quddiem fix-xena teatrali. Kiteb, ipproduċa u dderieġa bosta produzzjonijiet teatrali bħal Dar Darun, u It-Tfajjel ta' Fuq il-Bandla, Inverżjoni. Kiteb ukoll Fejn Jeħodna r-Riħ u Meta Ġrejna Wara X-Xemx. Clive kien kiteb ukoll is-sensiela Anġli: Kapitlu Ġdid. Huwa għarus lill-attriċi Claire Buhagiar u se jkunu qed jiżżewġu fiż-żmien li ġej. Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, l-attur dalgħodu kiteb li "il-ħajja mhux dejjem faċli imma xorta hemm elf raġun biex inkun grat!" Aqra: "Din is-sena Diċembru beda isbaħ mis-soltu" – Clive Piscopo Nawguraw lil Clive l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/il-papa-frangisku-jerga-jahtar-lil-rev-hector-scerri-bhala-konsultur/
Il-Papa Franġisku jerġa' jaħtar lil Rev. Hector Scerri bħala konsultur
newsbook.com.mt
Il-Papa Franġisku reġa' ħatar lil Rev. Prof. Hector Scerri konsultur tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda fost l-Insara. Rev. Prof. Hector Scerri diġà kien wieħed mill-konsulturi tad-Dekasteru tal-Ekumeniżmu. Fl-2014, meta kien sema' b'din l-aħbar, kien stqarr ma' li kien sorpriż ħafna bid-deċiżjoni tal-Papa. Huwa għandu jkun inkarigat minn materji relatati mad-Djalogu Ekumeniku bejn diversi knejjes u t-tradizzjonijiet Insara. Rev. Prof. Hector Scerri huwa Assistent Ekkleżjastiku tal-Aid to the Church in Need Malta. Aid to the Church in Need qalet li, "Waqt li dan huwa ta' unur u ta' servizz għall-Knisja Universali huwa wkoll unur għall-Arċidjoċesi ta' Malta. Dan l-unur hu tassew mistħoqq lil Rev. Prof. Hector Scerri. Aħna nwegħduh it-talb u l-appoġġ tagħna biex il-Mulej ikompli jgħinu f'din il-ħidma tant importanti." Aġġornata: "Kont sorpriż bid-deċiżjoni tal-Papa" – Dun Hector
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/brimbu-u-warda-jaslu-ghand-in-nanna/
Brimbu u Warda jaslu għand in-nanna
newsbook.com.mt
Dalgħodu fl-10.15am, TVM se jkun qed ixandar żewġ episodji oħra mis-sensiela Il-Misteru tan-Nannu Ton fejn naraw lil Brimbu u lil Warda jaslu għand in-nanna. Sharon u Mark tgħidx kemm huma ferħana għax bi ħsiebhom idawruhom ma' Malta kollha. Nina, il-ġara ta' Dolor, għadha ġejja u sejra għandha, iżda hemm wkoll is sinjura Spedit, jew aħjar Xewka, li l-ħin kollu qed tiġi ddejjaq lin-nanna biex tixtri jew tikri d-dar tagħha. Imma għalfejn tridha d-dar tan-nanna din Xewka? Nusu issa għandu responsabbiltà kbira biex jara li Agii qed timxi mingħajr problemi. Iżda x'kien fiha dik l-ittra urġenti li ġab wieħed suldat mingħand Xewka? Fit-tieni episodju tal-lum naraw jekk Mark u Nusu jinqabdux minn Xewka u s-suldati tagħha. Jew hemm xi tama li jsalvaw? U waqt li Brimbu u Warda qed jieħdu ftit tan nifs u jgawdu l-gżira sabiħa tagħna, Malta, fid dinja ta' Agii qed ikompli jsir taqlib kbir. Imma x'qed jinkiteb aktar fil-ktieb tal misteri? U għaliex Xewka trid tieħu f'idejha hi d-dinja ta' Agii? Xi skop għandha? Tgħid skop tajjeb għandha? Jew wieħed ħażin? Jieħdu sehem: Jurgen Ciantar, Carly Zarb, Raoul Briffa, Dylan Hili, Amarea Camilleri, Rebecca Ferrante, Louise Cassar u Mike Mifsud fost oħrajn. Il-Misteru tan-Nannu Ton għandu kitba ta' Dominic Said, bi produzzjoni ta' Hermann Bonaci u direzzjoni ta' Frida Cauchi.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/melita-taghti-dehra-gdida-lic-centru-ta-ghajnuna-online-taghha/
Melita tagħti dehra ġdida liċ-ċentru ta' għajnuna online tagħha
newsbook.com.mt
Melita Limited irrinovat u tat dehra ġdida liċ-ċentru ta' għajnuna online tagħha www.melita.com/help/ biex twassal esperjenza aħjar u iktar intuwittiva fejn qed tipprovdi lill-klijenti l-opportunità biex jitgħallmu aktar dwar prodotti u servizzi, kif ukoll kif isolvu d-diffiċultajiet li jistgħu jinqalawlhom. Is-sit hi aċċessibbli minn kwalunkwe apparat diġitali, u jinkludi wkoll kontenut bi vidjows rilevanti biex jgħin lill-klijenti jaċċessaw u jifhmu aħjar it-tagħrif li għandhom bżonn. Graziella Costa, Kap tal-Customer Experience mal-Melita, qalet: "Hekk kif il-klijenti qed ikomplu jagħmlu użu dejjem akbar mill-apparat diġitali għal informazzjoni u appoġġ, Melita kompliet tinvesti wkoll fiċ-ċentru tal-għajnuna onlajn tagħha. Mhux biss għamilna l-pjattaforma iktar intuwittiva, iżda għamilna wkoll użu minn ħafna vidjows biex ngħinu lill-klijenti jifhmu aħjar t-tagħrif u tkun aktar faċli għalihom biex isegwu l-istruzzjonijiet pass pass. Il-pjattaforma hija kompletament integrata fil-websajt tagħna biex tiżgura li l-informazzjoni kollha u l-appoġġ li jeħtieġu l-klijenti jinstabu faċilment f'post wieħed." Il-pjattaforma ġiet ipprogrammata biex tqiegħed b'mod intelliġenti l-aktar mistoqsijiet attwali fuq il-quċċata tal-lista. Dan it-tip ta' tqassim iseħħ ukoll fi ħdan kull paġna tal-kategorija, biex ikun żgurat li l-kontenut ikun dejjem l-iktar relevanti u ta' għajnuna. Fil-ġimgħat li ġejjin Melita se tkompli ttejjeb iċ-ċentru ta' għajnuna online bbażat fuq il-feedback tal-klijenti. Fil-fatt, il-klijenti se jkunu jistgħu jipprovdu l-fehma tagħhom b'mod immedjat dwar l-utilità tal-kontenut li jkunu għadhom kemm qraw jew raw. Għal aktar tagħrif, wieħed jista' jżur is-sit: www.melita.com/help/ Ritratt: Melita Limited irrinovat u tat dehra ġdida liċ-ċentru ta' għajnuna onlajn tagħha www.melita.com/help/ Dan it-tagħrif twassal minn Melita Cable plc.
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/l-ispizjara-jiddikjaraw-tilwima-mal-gvern-minhabba-l-attivitajiet-tal-massa/
L-ispiżjara jiddikjaraw tilwima mal-Gvern minħabba l-attivitajiet tal-massa
newsbook.com.mt
Il-Kamra tal-Ispiżjara ddikjarat tilwima mal-Gvern minħabba l-policy tiegħu li jħalli l-attivitajiet tal-massa jsiru. Fi stqarrija l-Kamra tal-Ispiżjara qalet li l-pandemija tal-coronavirus għadha kwistjoni nazzjonali u globali. Qalet li hemm bżonn maniġjar tajjeb, dixxiplina, u azzjoni responsabbli. Appellat lil kulħadd biex jiġbed ħabel wieħed lejn is-sigurtà. Qalet li wieħed jista' jitkellem dwar il-perjodu ta' wara l-COVID-19 meta jkun hemm vaċċin. L-Ispiżjara qalu li hemm min ma tgħallimx mis-sagrifiċċji li saru u mill-imwiet li kien hemm. Dan fid-dawl tal-attivitajiet tal-massa li qed jiġu organizzati u fid-dawl tal-politiċi u l-membri tal-pubbliku li qed jinjoraw il-linji gwida. Spjegat li dan ipoġġi lill-frontliners fil-periklu. Ta' dan il-Kamra tal-Ispiżjara se żżomm lill-Gvern, lill-organizzaturi tal-attivitajiet, u lill-parteċipanti responsabbli. Il-Kamra fakkret lill-ispiżjara biex isegwu d-direttivi li ħarġu minn Marzu. Tat struzzonijiet ukoll lill-pubbliku: Spiżerija għandha ddaħħal sa massimu ta' żewġ persuni fl-istess ħin Il-klijenti għandhom isegwu kull struzzjoni tal-amministrazzjoni tal-ispiżerija Il-pubbliku għandu jilbes maskra jew visor u juża' hand sanitiser qabel ma jidħol jew joħroġ mill-ħanut In-nies għandhom iżommu distanza ta' żewġ metri minn xulxin L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qalet li l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli għandha tirrikonoxxi r-responsabbilità tagħha u twaqqaf l-attivitajiet tal-massa kollha. Farrugia Portelli għandha twaqqaf l-attivitajiet tal-massa – MAM
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/parties-tal-massa-fil-lukandi-u-fit-toroq-mhux-idea-tajba-sant/
Parties tal-massa fil-lukandi u fit-toroq mhux idea tajba – Sant
newsbook.com.mt
L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant sostna dalgħodu li l-ebda tip ta' party tal-massa mhu tajjeb, la fit-toroq u lanqas fil-lukandi. Hu kien qed jitkellem fid-dawl tal-aħħar żviluppi fejn għexieren ta' persuni qed joħorġu pożittivi għall-virus wara li attendew party f'lukanda f'San Ġiljan, ftit wara anke ħarġu każi pożittivi ta' persuni li attendew marċi tal-festi fit-toroq. Nifhem il-problemi enormi li qed jaffaċċjaw dawk li jmexxu l-lukandi tagħna bħalissa.Nemmen li dawn il-problemi mhux… Posted by Alfred Sant on Tuesday, July 28, 2020 Sant qal li jifhem il-problemi enormi li qed jaffaċċjaw dawk li jmexxu l-lukandi bħalissa. Jemmen li dawn il-problemi mhux se jirrisolvu ruħhom fi żmien qasir. Hu staqsa: "Minn fejn il-lukandiera se jibqgħu jġibu l-finanzi biex iżommu l-istabbiliment tagħhom "ħaj" minkejja li vojt jew kważi?" Spjega li f'ċirkostanzi hekk, kull inizjattiva li tressaq ftit dħul lejn l-istabbiliment ma tistax twarrabha kif ġieb u laħaq. Minkejja dan, ma jarax li parties tal-massa jistgħu jitqiesu bħala idea tajba. Sostna li s-sogru li jagħtu isem ħażin lil-lukanda u lit-turiżmu f'Malta tkun kbira wisq. Hu qal li huwa veru li kien hemm ċerti baned li telqu biex isegwu d-deċiżjoni tal-lukandi u organizzaw parties "tal-massa" fit-toroq. Qal li fil-fehma tiegħu, lanqas dawn ma għamlu tajjeb. "Bla sens tappella għar-responsabbiltà jekk tħalli eluf jiltaqgħu f'massa u jiskru" – Tobba Minbarra l-65 każ ta' coronavirus importati mill-grupp ta' immigranti li ddaħħlu Malta t-Tnejn li għadda u li ġew ikkonfermati lbieraħ, jidher li l-każi sintomatiċi fil-pajjiż qed jerġgħu jitilgħu. Is-seba' każi li kienu rrappurtati lbieraħ wara nofsinhar kienu jinkludu każ ieħor marbut mal-party Hotel Takeover li sar fil-lukanda Radisson Blu f'San Ġiljan u kien organizzat mill-kumpanija G7. Bħalissa, id-dipartiment tal-contact tracing jinsab għaddej b'ħidma kbira sabiex jipprova jlaħħaq mal-kuntatti differenti li seta' kellhom il-persuni li nstabu pożittivi fl-aħħar jiem. Dan ġie wara perjodu twil ta' ġranet fejn il-pajjiż ra ftit biss każi ġodda u l-għadd ta' każi pożittivi kien niżel anki għal tliet persuni. Issa, fil-pajjiż, jidher li l-għadd ta' każi pożittivi tela' għal 99.
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/il-germanja-twissi-kontra-l-ivjaggar-lejn-regjuni-fi-spanja/
Il-Ġermanja twissi kontra l-ivvjaġġar lejn reġjuni fi Spanja
newsbook.com.mt
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fil-Ġermanja nhar it-Tlieta wissa lil persuni li se jsiefru fuq vaganza biex ma jivvjaġġawx lejn diversi reġjuni Spanjoli, inkluż Barċellona f'Catalonia, fejn kien hemm żieda fir-rati ta' infezzjoni tal-coronavirus. "Bħalissa qed inwissu kontra vjaġġi turistiċi mhux neċessarji lejn il-komunitajiet awtonomi ta' Aragona, Catalonia u Navarra minħabba l-għadd għoli ta' infezzjonijiet u l-miżuri lokali ta' lockdown," iddikjara l-Ministeru fuq is-sit elettroniku tiegħu. Iż-żieda fil-każijiet ta' COVID-19 wasslet biex diversi reġjuni jimponu regoli dwar l-użu ta' maskri kullimkien, u f'diversi żoni inkluż Barċellona, ir-residenti qed jiġu mħeġġa biex jibqgħu fi djarhom sabiex iżommu d-distanza soċjali.
[ 1, 10 ]
https://newsbook.com.mt/484-ivvutaw-fl-elezzjoni-bikrija-tal-kunsill-generali-straordinarju-tal-pn/
484 ivvutaw fl-elezzjoni bikrija tal-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-PN
newsbook.com.mt
Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista avżat li 484 Kunsillier ivvutaw fl-elezzjoni bikrija tal-Kunsill Ġenerali Straordinarju li saret ilbieraħ. 404 ivvutaw fid-Dar Ċentrali tal-PN f'Tal-Pietà u 80 ivvutaw fis-sottokwartieri tal-PN f'Ta' Sannat f'Għawdex. Il-Kunsilliera eleġibbli li jivvutaw jammontaw għal 1,630. Il-Kunsill Ġenerali Straordinarju se jsir għada, bil-votazzjoni bejn is-6pm u t-8pm fid-Dar Ċentrali. Il-votazzjoni tkompli l-għada s-Sibt bejn it-8am u s-6pm fid-Dar Ċentrali u bejn id-9am u l-4pm f'Ta' Sannat. "Sejħu elezzjoni għal Kap qabel ikun tard wisq" – appell lill-Kunsill Ġenerali Il-Kunsill irid jiddeċiedi bejn żewġ għażliet, li t-tnejn se jwasslu biex il-Partit isejjaħ konferenza ġenerali li fiha, it-tesserati jiġu mistiedna jivvutaw. Delia jippreferi li t-tesserati jkollhom vot ta' fiduċja fih, iżda dawn li huma kontrih, inkluż il-maġġoranza tal-MPs tal-PN, iridu li ssir elezzjoni għal Kap ġdid. Dan wara li Delia tilef żewġ voti ta' fiduċja, wieħed fil-Grupp Parlamentari tal-PN u l-ieħor fost il-Kumitat Eżekuttiv. Stħarriġ li sar mill-MISCO juri li għalkemm Adrian Delia tilef l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, għadu diffiċli li wieħed jgħid x'jista' jiġri. Kunsill Ġenerali PN: Delia naqaslu l-appoġġ; sitwazzjoni imprevedibbli – stħarriġ
[ 12 ]
https://newsbook.com.mt/awdjo-bhal-lum-l-album-ta-grease-kien-fil-quccata-tal-klassifika/
Awdjo: Bħal-lum l-album ta' Grease kien fil-quċċata tal-klassifika
newsbook.com.mt
Bħal-lum fl-1978 is-soundtrack tal-film Grease, mimli diski kantati minn John Travolta u Olivia Newton John, kien tela' fl-ewwel post tal-klassifika Amerikana. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/ghandna-l-vizjoni-li-nghaddu-lil-malta-minn-trasformazzjoni-digitali-clayton-bartolo/
"Għandna l-viżjoni li ngħaddu lil Malta minn trasformazzjoni diġitali" – Clayton Bartolo
newsbook.com.mt
Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo nieda boroż ta' studju li jammontaw għal €100,000 fil-qasam tal-Intellġenża Artifiċjali f'kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali u l-Università ta' Malta. Għal din l-okkażjoni l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali s-Sur Stephen McCharty innota kif ħafna esperti u speċjalisti barranin huma impressjonati b'dak kollu li qed isir fis-settur diġitali ta' pajjiżna. B'dan kollu attribwit għal edukazzjoni li hija offruta f'Malta. Is-sur McCarthy spjega li kien għalhekk li ġie inkluż fond għal boroż ta' studju fejn tidħol l-Intelliġenża Artifiċjali meta kienet qed tinbena l istrategija nazzjonali fl-istess qasam dan sabiex ikompli jitkabbar l-għarfien Malti fejn tidħol l-Intelliġenza Artifiċjali. Min-naħa tiegħu, ir-Rettur tal-Università ta' Malta l-Professur Alfred Vella rrimarka li din l-okkażjoni hija ċelebrazzjoni ta' tnissil tal-għerf fost iż-żgħażagħ u anke nies oħrajn li huma interessati jagħmlu l-Intelliġenża Artifiċjali parti integrali mill-karriera tagħhom. Is-Sur Vella semma kif il-fatt li l-Università tkun involuta f'dan il-proġett hija b'mod naturali għaliex l-għan ta' din l-istituzzjoni edukattiva huwa li tferrex l-edukazzjoni u ssaħħaħ dak li għada pitgħada se jkun parti minn ħajjitna. "Jiena nixtieq li dawk l-istudenti li jibbenefikaw minn dawn il-fondi jużawhom bil-għan li nkomplu nsaħħu l-qasam tar-riċerka f'din it-tekonoloġija emerġenti", kompla jgħid is-Sur Vella. Fl-indirizz tiegħu lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo saħaq kif illum qed jitwieled proġett li permezz tiegħu ser tintwera l-viżjoni tal-Gvern fis-settur diġitali. "Tabilħaqq, illum qed niftħu l-bieb tad-dinja diġitali għal ġenerazzjoni ta' llum u għada. Nistgħu niddibattu, jista' jkollna ħafna ideat dwar fejn iridu nieħdu lil pajjiżna għas-snin li ġejjin. Anzi, ma fiha xejn ħażin li noħolmu bħala pajjiż. Għaliex meta ngħaqadna flimkien dejjem wasalna fid-destinazzjoni mixtieqa. U għalhekk iva, għandna l-viżjoni li ngħaddu lil Malta minn trasformazzjoni diġitali. Ikollna pajjiż mibni fuq niċeċ ekonomiċi marbutin mat-teknoloġiji emerġenti. Fuq kollox pajjiż li jkun preparat għal kull daqqa esterna li tista' ġġib magħha d-dinja ta' illum", qal is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo. Is-segretarju parlamentari kompla jgħid kif l-Intelliġenża Artifiċjali hija d-dinja ta' illum u għada u bħala pajjiż irridu nkunu preparati għaliha. Għalhekk, il-boroż ta' studju se jkunu mifruxin għal qasam akkademiku kollu u mhux biss għal dawk li għandhom esperjenza fil-qasam teknoloġiku. "Intix avukat, imprenditur, xjentist, għalliem, inġinier, nistiendek biex jekk għandek għal qalbek il-qasam tat-tekonoloġija emerġenti tapplika għal dawn il-boroż ta' studji", saħaq is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo. Finalment, huwa enfasizza li l-Gvern qed jaħdem biex titħejja l-infrastruttura diġitali għas-snin li ġejjin. Madankollu, is-suċċessi ta' din il-viżjoni se jkunu ibbażati mhux biss fuq l-investiment fil-bini u apparat imma kemm inċentivajna żgħażagħ Maltin u Għawdxin biex jibdew karriera fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali. Ritratt: DOI / Pierre Sammut Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/awdjo-bhal-lum-kien-miet-jim-reeves/
Awdjo: Bħal-lum kien miet Jim Reeves
newsbook.com.mt
Bħal-lum fl-1964 kien miet fi kraxx ta' ajruplan żgħir l-istilla tal-mużika country Jim Reeves. 22 sena wara, bħal-lum fl-1986, Chris de Burgh kien fl-ewwel post tal-klassifika Ingizż bil-kanzunetta The Lady in Red. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/live-fuq-103-il-pandemija-u-l-iskandlu-tal-vitals/
Filmat: Coronavirus: Il-UĦM titlob laqgħa mal-Prim Ministru
newsbook.com.mt
Il-UĦM – Voice of the Workers qed titlob laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela sabiex tinforza d-djalogu soċjali qabel ma jkollha tittieħed azzjoni industrijali fir-rigward tal-coronavirus. Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella dalgħodu kien wieħed mill-mistednin fuq il-programm Newsbook Hour fuq 103 Malta's Heart u fuq Newsbook.com.mt , ippreżentat minn Fr Joe Borg. Vella qal li nhar it-Tnejn, il-UĦM se tibgħat ittra miftuħa lill-Prim Ministru billi r-responsabbiltà taqa' fuqu. Qal li filwaqt li diversi unjins qed jieħdu azzjoni industrijali, it-tattika tal-UĦM hi li l-ewwel tipprova tiddjaloga, u mbagħad jekk ma tasalx bid-djalogu tikkunsidra li tieħu azzjoni. Sostna li jridu li l-messaġġ tagħhom jasal b'mod ċar u dirett. Issospendu d-direttivi – L-MEA lill-unions Huma jridu jiddiskutu t-tħassib ta' diversi ħaddiema li jħossu li qed jitpoġġew f'periklu bla bżonn minħabba l-attivitajiet tal-massa li għadhom jistgħu jsiru, iżda issa tħabbru xi restrizzjonijiet fuqhom. Vella qal li dawn ir-restrizzjonijiet, iżda, ma jsejħilhomx miżuri, imma suġġerimenti, billi m'hemmx infurzar fuqhom peress li mhumiex ibbażati fuq avviż legali. Stqarr kif meta Malta kulħadd kien qed joqgħod ġewwa, kien hawn inqas każijiet u aktar infurzar. Skont is-CEO tal-UĦM, kien żball li meta Malta donnha ħarġet b'suċċess mill-ewwel mewġa tal-coronavirus, trattatha daqslikieku rebħet il-gwerra, mhux il-battalja. Huwa appella biex ma jsirx tfixkil bejn il-gwerra u l-battalja peress li l-gwerra tista' tintrebaħ biss ladarba jkun jeżisti vaċċin. Prof. Gauci tiddistanzja ruħha mill-Gvern dwar l-attivitajiet tal-massa
[ 1, 6, 12 ]
https://newsbook.com.mt/pariri-minghand-organizzatur-tat-tigijiet-minhabba-r-restrizzjonijiet/
X'għandek tagħmel jekk se tiżżewweġ fil-ġimgħat li ġejjin?
newsbook.com.mt
Aktar kemm jiżdiedu l-każijiet tal-coronavirus, aktar qed jikber it-tħassib fost in-nies minħabba l-avvenimenti l-kbar. Saru diversi appelli lill-awtoritajiet biex l-attivitajiet tal-massa ma jitħallewx isiru, imma l-Gvern ma waqqafhomx. Minflok, mill-bieraħ daħlu restrizzjonijiet li jillimitaw l-għadd ta' persuni li jattendu dawn l-attivitajiet u anke l-kuntatt bejniethom. Dan jolqot direttament lill-industrija tat-tiġijiet, li ilha fil-limbu għal dawn l-aħħar xhur minħabba l-pandemija. Newsbook.com.mt tkellem mal-organizzatur tat-tiġijiet Jurgen Briffa, li qasam magħna xi pariri li qed jagħti lill-klijenti tiegħu li se jiżżewġu fl-ġimgħat li ġejjin. Briffa qal li kien qed jistenna li joħorġu miżuri bħal dawn, iżda ħaseb li joħorġu aktar fi żmien Ottubru, allura kellu tama li t-tiġijiet pjanati fis-sajf jilħqu jsiru mingħajr wisq limitazzjonijiet. L-ewwel ħaġa li qegħdin jagħmlu dawk li se jiżżewġu u l-organizzaturi hija li jistaqsu lill-postijiet fejn ikunu se jsiru t-tiġijiet kemm jakkomodaw nies kull erba' metri kwadri, billi r-restrizzjonijiet il-ġodda jitolbu li jkun hemm persuna kull erba' metri kwadri. Briffa sostna li ħadd ma ħa pjaċir b'dil-ħaġa, speċjalment dawk li kellhom mal-500 jew 700 mistieden, iżda kellha ssir biex tittaffa l-imxija tal-virus. Xi pariri li qed jagħti Briffa lill-klijenti tiegħu huma: Li fl-invit ma jsemmux fejn se ssir il-quddiesa u fi x'ħin; din l-informazzjoni jgħadduha biss lill-qraba sabiex il-quddiesa tkun aktar intima u jattendu għaliha inqas nies Li jitpoġġa hand sanitiser f'kull post possibbli: mal-entratura, fit-toilets, mal-bars, fuq kull mejda Li minflok l-għarajjes iduru lill-mistednin persuna persuna biex jirringrazzjawhom u joħdulhom bi jdejhom, iduruhom grupp grupp, inkella jagħmlu diskors bil-mikrofonu biex jispjegaw is-sitwazzjoni u jirringrazzjaw lil kulħadd Li l-wejters u n-nies kollha li jipprovdu servizz fit-tieġ jilbsu maskra jew visor, imma l-mistednin ma jkunux obbligati jilbsuha billi dan jaf iwaqqafhom milli jattendu għat-tieġ. X'inhuma l-miżuri? Filmat: Il-Ministru Fearne jħabbar miżuri għall-attivitajiet tal-massa L-għarajjes x'jaħsbu? Newsbook.com.mt tkellem ukoll ma' Raquel Galdes, kantanta li kellha tiżżewweġ fit-28 ta' Ġunju, u kienet ilha tippjana t-tieġ tagħha għal tliet snin. Stqarret li meta feġġ il-coronavirus, ma ħadithiex bi kbira li ċċaqlaq it-tieġ billi kien hawn inċertezza dwar kollox. Hi u l-għarus tagħha ppjanaw tliet dati tentattivi meta jiżżewġu: Settembru ta' din is-sena, jew April jew Settembru tas-sena d-dieħla. Meta s-sitwazzjoni kkalmat u l-każijiet naqsu, huma ddeċidew li jkollhom it-tieġ f'Settembru ta' din is-sena. Għarusa oħra li kellha tiżżewweġ dan is-sajf qalet li l-akbar preokkupazzjoni għaliha hija l-mistednin, peress li tħoss li hija inġusta jekk tkun diġà tajthom l-invit, imbagħad trid ma tistedinhomx. Qalet iżda li ħafna nies jifhmu s-sitwazzjoni kurrenti. Iktar minn 200 koppja jħassru t-tieġ Għall-kuntrarju ta' ħafna għarajjes, Raquel sodisfatta bir-restrizzjonijiet li ħabbar il-Gvern, għaliex hekk taf li se tiżżewweġ f'sitwazzjoni sigura u kkontrollata. "L-aktar ħaġa importanti għalija hi li nkun nista' nagħmel it-tieġ u li niċċelebraw b'mod reponsabbli mal-iktar nies qrib tiegħi. Hemm ħafna nies li għajruni tosta, u missni nistħi għax ħa nagħmel ir-reception, però għalina dik hi importanti daqs it-tieġ għax ħa nagħmluha mal-istess nies li verament inħobbu u li għalina huma importanti." Raquel temmet tgħid li fil-fehma tagħha, din hija xi ħaġa li rridu ngħixu biha, allura hi beħsiebha tiżżewweġ xorta waħda lill-maħbub tagħha minkejja ċ-ċirkostanzi. Bil-każijiet imħabbrin ilbieraħ, Malta issa għandha total ta' 150 każ tal-coronavirus, li kulma jmur qed jiżdiedu billi qed jitfaċċaw ħafna każijiet minn avvenimenti kbar, bħall-party li sar ġo lukanda f'Tas-Sliema u l-festa ta' Santa Venera. 10 każijiet ġodda tal-coronavirus; 6 mill-festa ta' Santa Venera
[ 1, 2 ]
https://newsbook.com.mt/il-kunsilliera-tal-pn-ikomplu-jivvutaw-qabel-ma-johrog-ir-rizultat-illejla/
80% tal-kunsilliera tefgħu l-vot tagħhom dwar is-sitwazzjoni ta' Delia
newsbook.com.mt
Mat-80% tal-kunsilliera kienu tefgħu l-vot tagħhom sas-2pm. Illum huwa l-aħħar jum fejn il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista f'Malta u f'Għawdex jistgħu jissottomettu l-vot tagħhom biex ikun iddeterminat x'se jiġri mill-kwistjoni ta' Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. Fi stqarrija mibgħuta lill-midja llum waranofsinhar kien spjegat li matul il-jum tal-lum, sas-2pm, kienu marru jivvutaw 457 Kunsillier ieħor. Filwaqt li 417 ivvutaw Malta, kien hemm 40 minnhom li vvutaw Għawdex. B'hekk b'kollox, ivvutaw 1,317-il Kunsillier. Dan ifisser 80.67% tal-Kunsilliera eleġibbli li jivvutaw li jammontaw għal 1,630. Il-Kunsill Ġenerali straordinarju qed ikompli llum is-Sibt bil-votazzjoni tkompli bejn it-8am u s-6pm fid-Dar Ċentrali f'Malta u bejn id-9am u l-4pm fis-sub headquarters f'Ta' Sannat f'Għawdex. Il-Kunsill irid jiddeċiedi bejn żewġ għażliet, li t-tnejn se jwasslu biex il-Partit isejjaħ konferenza ġenerali li fiha, it-tesserati jiġu mistiedna jivvutaw. Delia jippreferi li t-tesserati jkollhom vot ta' fiduċja fih, iżda dawn li huma kontrih, inkluż il-maġġoranza tal-MPs tal-PN, iridu li ssir elezzjoni għal Kap ġdid. Ivvutaw aktar minn nofs il-Kunsilliera tal-PN Dan wara li Delia tilef żewġ voti ta' fiduċja, wieħed fil-Grupp Parlamentari tal-PN u l-ieħor fost il-Kumitat Eżekuttiv. Ir-riżultat mistenni joħroġ tard illejla wara l-proċess tal-għadd tal-voti li mistenni jibda għall-ħabta tas-6pm, jiġifieri wara li jingħalaq il-proċess tal-votazzjoni. Stħarriġ li sar mill-MISCO juri li għalkemm Adrian Delia tilef l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, għadu diffiċli li wieħed jgħid x'jista' jiġri. Il-maġġoranza tal-Grupp Parlamentari tal-PN li jrid kap ġdid qal li l-Kunsilliera se jagħżlu bejn il-kontinwità ta' dak li raw matul l-aħħar tliet snin u bidu ta' paġna ġdida b'elezzjoni bejn diversi persuni. Dawn id-19-il deputat qalu dan fi stqarrija li fiha qalu li l-proċess li għaddej minnu l-partit mhux wieħed faċli. Intant l-hekk imsejjaħ grupp tal-Vuċi tat-Tesserati qal li l-Kunsilliera għandhom iċ-ċans jikkonfermaw il-"ħidma kbira" li saret tul l-aħħar tliet snin tat-tmexxija ta' Adrian Delia. Delia jgħid li ssagrifika lill-familja għall-PN Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u l-President tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) Joseph Grech indirizzaw lill-Kunsillieri tal-PN ilbieraħ filgħaxija. B'vuċi miksura, Adrian Delia qal li huwa ssagrifika kollox saħansitra lill-familja tiegħu għaliex telaq il-karriera ta' avukat biex beda jmexxi lill-Partit Nazzjonalista. Tkellem ukoll dwar il-ħidma tiegħu fil-Qorti biex iġib lura l-isptarijiet pubbliċi mill-bejgħ li qal li sar b'mod korrott lil Vitals. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien qed jagħmel l-aħħar argumentazzjoni tiegħu biex il-Kunsilliera jagħżlu vot ta' fiduċja minflok elezzjoni għal Kap ġdid fis-sessjoni tal-lum tal-Kunsill Ġenerali. Filwaqt li Adrian Delia ffoka d-diskors tiegħu billi ta rendikont tal-avvenimenti ewlenin taħt it-tmexxija tiegħu minn Settembru 2017 sa issa, Joseph Grech tkellem dwar l-involviment taż-żgħażagħ u kif il-Partit Nazzjonalista għandu bżonn bidla fit-tmexxija. Joseph Grech qal li l-PN għandu bżonn tmexxija soda, kredibbli li tista' twassal lill-Partit Nazzjonalista għal rebħa elettorali u appella lill-Kunsilliera biex fil-votazzjoni ta' bħalissa jivvutaw biex it-tesserati jagħżlu kap ġdid. Filmat: Delia jgħid li ssagrifika kollox għall-PN; Grech jappella għall-bidla Intant, il-maġġoranza tad-deputati tal-Partit Nazzjonalista stqarru li l-bidla fit-tmexxija trid issir qabel l-elezzjoni ġenerali għaliex wara jkun tard wisq. Fil-bidu tal-Kunsill Ġenerali li qed jitlaqqa' mill-Kap tal-PN Adrian Delia, id-deputati qalu li l-proċess li beda xahar ilu "diġà qed iħalli l-frott", hekk kif spjegaw li hu evidenti li l-entużjażmu fil-PN reġà beda jinħass. Qalu li bosta nies qed jagħmlu kuraġġ bit-tama li l-PN ikollu Kap ġdid li jagħti lill-partit "sens ta' dinjità, serjetà, kredibilità u għaqda". "Bidla qabel l-elezzjoni; wara jkun tard wisq" – il-maġġoranza tal-MPs tal-PN
[ 12 ]
https://newsbook.com.mt/15-il-kaz-gdid-2-kazijiet-impurtati/
15-il każ ġdid tal-coronavirus; 2 każijiet impurtati
newsbook.com.mt
Illum ġew ikkonfermati 15-il każ ġdid ta' coronavirus f'Malta bi tnejn minnhom huma każi impurtati. Dan ħareġ fl-infografika tal-jum li qed tiġi ppubblikata fuq il-paġna ta' Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa. Intqal ukoll li persuna waħda fieqet b'hekk it-total ta' każijiet attivi f'Malta huwa ta' 185 każ. Is-Sibt saru 1,418-il swab test biex it-total ta' swab test li saru mill-bidu tal-pandemija sa issa huwa ta' aktar minn 130,000. Jidher li kien hemm xi każijiet li marru għax-xogħol bis-sintomi tal-virus hekk kif fl-aġġornament tal-lum ingħad li l-maġġoranza tal-każijiet ma marrux għax-xogħol meta kienu sintomatiċi. 4 persuni mill-15 kienu mill-cluster tal-festa ta' Santa Venera u żewġ każijiet oħra kienu mill-cluster ta' Paceville. 7 każijiiet kienu sporadiċi. L-awtoritajiet tas-saħħa assugraw li bħalissa qed isir il-contact tracing. Ilbieraħ l-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex ħabbru li l-pellegrinaġġi tal-festi kollha għal din is-sena se jitħassru. Jitħassru l-pellegrinaġġi kollha għall-festi tal-2020 Ilbieraħ ukoll ġew ikkonfermati 21 każ pożittiv tal-coronavirus fil-pajjiż, fosthom persuna anzjana ta' 80 sena.
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/linji-gwida-fkaz-li-l-iskejjel-ma-jifthux/
Linji gwida f'każ li l-iskejjel ma jiftħux
newsbook.com.mt
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema ta' kull livell f'każ li l-iskejjel ma jiftħux f'Settembru minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Ippubblika wkoll reviżjoni tas-sillabi għal diversi xenarji. L-għalliema u l-Learning Support Educators (LSEs) irċivew email illum bl-aħbar illi l-Ministeru ppubblika linji gwida għalihom u sillabi riveduti bi tliet xenarji: jekk l-iskejjel jiftħu normali f'Settembru, jekk l-iskejjel jiftħu għal xi studenti biss u jekk l-iskejjel ma jiftħux u t-tagħlim isir online. Il-linji gwida huma mqassmin fuq kull livell edukattiv: kindergarten, edukazzjoni primarja u dik sekondarja. Fil-każ tal-edukazzjoni primarja u sekondarja, hemm linji gwida u sillabi riveduti għal kull suġġett li jiġi mgħallem. B'mod ġenerali, il-linji gwida jistruzzjonaw lill-għalliema biex jemendaw it-tagħlim skont kif jaraw xieraq billi l-istudenti tilfu n-normalità fis-sena skolastika li għaddiet meta l-iskejjel ingħalqu f'Marzu li għadda minħabba l-imxija tal-coronavirus. Il-linji gwida għall-kindergarten assistants Fit-28 ta' Settembru se jerġgħu jiftħu l-iskejjel – Bonnici Il-ġimgħa li għaddiet, fil-Parlament, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li hu kommess li fit-28 ta' Settembru tkun l-ewwel ġurnata normali tal-iskola. Madankollu, f'din l-aħħar ġimgħa, il-każijiet tal-coronavirus f'Malta żdiedu drastikament billi issa telgħu għal 199 każ attiv. Din il-qabża fil-każijiet donnha spuntat minn xi attivitajiet tal-massa, ewlenin fosthom party li sar f'lukanda f'San Ġiljan u l-festa ta' Santa Venera. F'dawn l-aħħar jiem tfaċċa wkoll grupp ta' każijiet li oriġina minn Paceville. Għaldaqstant, jidher li l-Ministeru mhuwiex jeskludi li l-iskejjel ma jinfetħux f'Settembru li ġej u t-tagħlim jibqa' jsir online, inkella li l-iskejjel jiftħu bi gruppi ta' studenti li jalternaw, jiġifieri li f'xi ġranet ikun imiss grupp u fi ġranet oħra jmiss grupp ieħor. 14-il każ ġdid inkluż 5 minn cluster ta' Paceville Tista' taċċessa dawn id-dokumenti minn hawn.
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/dan-huwa-x-xahar-gianluca/
"Dan huwa x-xahar" – Gianluca
newsbook.com.mt
Il-kantant Gianluca Bezzina u martu Vanessa jinsabu biss ftit jiem il-bogħod li jerġgħu jsiru ġenituri. "Dan huwa x-xahar," Gianluca kiteb fuq Instagram hekk kif kompla żied jgħid "Ma nistgħux nistennew li niltaqgħu miegħek". Il-kantant li rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2013 bil-kanzunetta Tomorrow, kien sar missier għall-ewwel darba f'Diċembru tal-2018 meta lejn l-aħħar tas-sena martu Vanessa kienet weldet lil Lyla. Nawguraw l-isbaħ xewqat lill-koppja Bezzina f'dawn l-aħħar ftit tal-ġranet qabel il-jum li tant qed jistennew.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/astronawti-tan-nasa-jtemmu-l-vjagg-fil-kapsula-spacex-crew-dragon/
Astronawti tan-NASA jtemmu l-vjaġġ fil-kapsula SpaceX Crew Dragon
newsbook.com.mt
L-astronawti Amerikani Bob Behnken u Doug Hurley, li vjaġġaw lejn l-Istazzjoni tal-Ispazju Internazzjonali fil-kapsula l-ġdida Crew Dragon ta' SpaceX, niżlu fil-Golf tal-Messiku nhar il-Ħadd wara vjaġġ ta' xaharejn fl-ispazju. Din kienet l-ewwel missjoni tan-NASA bl-astronawti li telqet mill-Istati Uniti f'dawn l-aħħar disa' snin. Behnken u Hurley, li qattgħu 64 ġurnata fl-ispazju, telqu mill-istazzjoni nhar is-Sibt u rritornaw lura f'pajjiżhom meta niżżlu l-kapsula tagħhom fl-ilmijiet kalmi madwar il-kosta ta' Pensacola fi Florida kif wara vjaġġ ta' 21 siegħa matul il-lejl bil-vettura Crew Dragon "Endeavor." "Din kienet kemxejn ta' odissea," Hurley qal lill-uffiċjali għolja tan-NASA u SpaceX matul ċerimonja biex tilqagħhom lura wara l-vjaġġ tagħhom, li ġiet organizzata fil-Johnson Space Center tan-NASA fi Houston, Texas. "Huwa inkredibbli li lħaqna dan il-punt, bħala l-ewwel titjira b'ekwipaġġ fuq id-Dragon." L-atterraġġ b'suċċess, l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu li sar min-NASA f'dawn l-aħħar 45 sena, kien l-aħħar test biex ikun stabbilit jekk il-vettura spazjali ta' SpaceX, li l-Kap Eżekuttiv tagħha huwa Elon Musk, tistax tittrasporta astronawti f'orbita – l-ewwel darba li kumpanija privata rnexxielha tagħmel dan. "Dan il-jum jimmarka era ġdida għall-esplorazzjoni tal-ispazju," qal Musk. "M'inix persuna reliġjuża, imma tlabt biex din il-missjoni tirnexxi." L-amministratur tan-NASA, Jim Bridenstine qal li s-suċċess tal-missjoni jimmarka "era ġdida għall-ivjaġġar ta' bnedmin fl-ispazju, fejn in-NASA m'għadhiex dik l-organizzazzjoni li tixtri, tipposjedi u topera l-ħardwer kollu," iżda hija waħda minn diversi konsumaturi futuri ta' vjaġġi fl-ispazju. "Illum tassew ktibna l-istorja," qal Bridenstine meta tkellem matul konferenza stampa. Minkejja r-restrizzjonijiet mill-Gwardja Kostali u r-riskji għas-sigurtà, diversi spettaturi nġabru f'dgħajjes privati madwar is-sit fejn kien ippjanat l-inżul, għexieren ta' mili mill-kosta. Intant, it-tims tas-salvataġġ ta' SpaceX u NASA użaw krejn biex jirkupraw il-vettura mill-ilma u jtellgħuha fuq dgħajsa. Il-ġbir tal-ekwipaġġ mill-Crew Dragon kien ittardjat ftit sakemm it-timijiet ħadmu biex ibattlu t-tankijiet tal-fjuwil wara li nnutaw xi traċċi ta' dħaħen ta' tetrossidu tan-nitroġenu barra l-kapsula, gass tossiku li rriżulta mill-fjuwils fjammabbli tal-vettura spazjali.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-fil-hajja-hemm-hafna-aljenazzjonijiet-fiona/
Filmat: "Fil-ħajja hemm ħafna aljenazzjonijiet" – Fiona
newsbook.com.mt
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Bernard Micallef u l-kantanta Fiona Cauchi. Il-qari tal-ġurnata Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha. Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/l-r-factor-jitla-1-39-binfezzjonijiet-fil-komunita-marmara/
L-R-factor jitla' 1.39 b'infezzjonijiet fil-komunità – Marmarà
newsbook.com.mt
Bħalissa l-R-factor, jiġifieri r-rata tat-trażmissjoni f'Malta qiegħda 1.39, simili għal dik tal-15 ta' Mejju li għadda fil-qilla tal-pandemija. Dakinhar ir-rata li biha persuna tista' tinfetta oħrajn kienet ta' 1.3. F'intervista ma' Newsbook.com.mt l-istatistiku Dr Vincent Marmarà, spjega li din il-figura hija bbażata biss fuq il-każi fil-komunità u ma tinkludix persuni li ddaħħlu Malta f'ħidmiet ta' salvataġġ. Fisser li l-immigranti li nstabu pożittivi għall-Covid-19 huma cluster wieħed ikkontrollat. "Il-fatt li huwa iżolat jgħin hekk kif il-possibilità li dan il-grupp ta' nies ixerred il-virus lil hinn mill-cluster huwa diffiċli", żied jgħid. Madanakollu, stqarr, li f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat xorta rajna żieda fil-każijiet, "li anke jekk fil-maġġoranza tagħhom ġejjin minn clusters, iżda b'numru ta' każijiet li qed isiru b'mod sporadiku jfisser li rridu nagħtu kas x'qed jiġri u jittieħdu l-miżuri ta' mitigazzjoni neċessarji". "La l-prinċipju ta' kontroll hu d-distanza soċjali, ma kienx lok għall-attivitajiet tal-massa" Saħaq li wara li jiġru l-affarijiet, kulħadd jista' jiġġudika u jgħid x'messu sar jew ma sarx. Insista li la l-prinċipju ta' kontroll huwa d-distanza soċjali, l-attivitajiet tal-massa ma kienx hemm lokhom. "Il-fatt li kellna tliet clusters, li kollha għandhom oriġini ta' attivitajiet tal-massa, jikkonfermaw li dan ma kellux isir. Wieħed jittama li jekk dawn l-attivitajiet jitwaqqfu jew jiġu kkontrollati, l-R-factor ma jkomplix jiżdied. Awdjo: Jekk il-każi jkomplu jiżdiedu l-R factor se jaqbez il-1 – Marmarà "S'issa kellna 3 ċikli" Dr Marmarà spjega li sa issa kellna tliet ċikli: L-ewwel fażi: Każijiet sporadiċi fil-komunità li kienu bdew jinfirxu imma ma kinux marbuta ma' clusters It-tieni ċiklu: Segwa l-ewwel wieħed u kien normali fid-dawl tat-tneħħija tal-ewwel sett ta' miżuri ta' restrizzjoni. Kellna żieda fil-bidu ta' Ġunju, u dan kien ġej minn cluster partikolari. Minkejja li kien hemm żieda fil-każijiet, l-R Factor ma nbidilx, għax il-cluster kien ikkontrollat. Iċ-ċiklu ta' bħalissa huwa differenti. Għandu dominanza li ġejja minħabba li l-oriġini huwa minn clusters kbar. Filwaqt li dan huwa riskju u jżid in-numru, għandu l-vantaġġ li tikkontrollah. Minkejja dan f'dawn l-aħħar jiem qed naraw żieda tal-każijiet fil-komunità u b'hekk l-R-factor qabeż il-1. "Dak li qed ngħixu bħalissa, fejn kważi nofs il-każijiet kollha ġejjin minn tliet clusters partikolari diġà jagħmel dan il-każ differenti. Ir-restrizzjonijiet kienu differenti u anke t-temp kien differenti. L-ewwel ċiklu kien ikkontrollat u b'hekk żammejna l-kurva ċatta bir-rata ta' mwiet kienet baxxa ħafna, u min qabdu l-Covid-19, fil-maġġoranza ma kellhomx kumplikazzjonijiet", temm jgħid Marmarà.
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/bnf-bank-jghin-lil-hospice-malta/
BNF Bank jgħin lil Hospice Malta
newsbook.com.mt
Maruska Buttigieg Gili, l-Uffiċjal Kap għar-Riskju ta' BNF Bank flimkien ma Mrs. Bernardette Bonnici Kind, il- President u Mr. Kenneth Delia, Kap Eżekuttiv ta' Hospice Malta BNF Bank huwa kommess li jagħti kontribut lejn il-progress soċjali tal-kommunita' billi jgħin organizzazzjonijiet lokali, voluntarji u mhux għall-profitt li jħabirku sabiex jagħmlu d-differenza fl-għixien tan-nies. Hospice Malta, speċjalisti fil-kura paljattiva, hija waħda mill-organizzazjonijiet li tibbenefika mill-programm ta' Responsabbilta' Soċjali Korporattiva ta' BNF Bank. Din l-għaqda mhux governattiva, toffri s-servizzi tagħha mingħajr ħlas filwaqt li toffri għajnuna psiko-soċjali u emozzjonali lill-pazjenti u lill-familji tagħhom fi żmien meta jkunu l-iktar vulnerabbli. Hospice Malta tkun tista' żżomm l-operat tagħha għaddej grazzi għal donazzjonijiet mill-pubbliku u intrapriżi, kif ukoll għat tim ta' voluntiera dedikati li bi ħġarhom jagħtu l-ħin tagħhom. Wara preżentazzjoni ta' donazzjoni lil Hospice Malta għan-nom tal-Bank, Maruska Buttigieg Gili, Uffiċjal Kap għar-Riskju qalet li "matul is-snin, BNF Bank kompla jiżviluppa l-programm ta' responabbilta' soċjali f'wieħed li jista' jħalli mpatt fil-komunita'. BNF Bank japprezza l-impenn kontinwu ta' Hospice Malta, biex itaffi t-tbatijiet li n-nies ikunu għaddejin minnu, permezz ta' kura paljattiva lill-pazjenti u lill-familji tagħhom." Is-Sinjura Bernardette Bonnici Kind, li tippresiedi Hospice Malta, ikkumentat li, "huwa grazzi għal dan l-att ta' solidarjeta' u oħrajn bħalhom li għal dawn l-aħħar 31 sena, Hospice Malta kienet tista' tkompli bis-servizz li toffri kura paljattiva b'xejn fil-gżejjer Maltin. Bl-għajnuna minn benefatturi bħal BNF Bank inwiegħdu li nżommu livell ta' servizz eċċellenti. Inti wkoll tista' tagħmel differenza fil-ħajja ta' xi ħadd billi tagħti donazzjoni u tingħaqad mal-komunita' ta' sostenituri ta' Hospice. Tista' tagħti l-kontribuzzjoni tiegħek direttament fuq is-sit tagħhom – www.hospicemalta.org.
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/salad-bl-gheneb-iswed-gorgonzola-u-gewz/
Salad bl-għeneb iswed, gorgonzola u ġewż
newsbook.com.mt
Ingredjenti 50g gorgonzola (jew ġobon tat-tursina) 150g għeneb iswed, li tneħħilu ż-żerriegħa u maqtugħ minn nofs 1 ħassa ftit rocket lettuce mqatta' biċċiet kbar 25g ġewż bżar iswed żejt taż-żebbuġa meraq ta' nofs lumija kuċċarina mustarda Metodu Saħħan taġen bla żejt. Itfa' l-ġewż fih u saħħan għal żewġ minuti. Qassam il-ħass u r-rocket lettuce fuq żewġ platti. Farrak il-ġobon fuqhom u wara l-għeneb. Ferrex il-ġewż fil-wiċċ. F'bieqja żgħira ħallat flimkien il-bżar iswed, iż-żejt taż-żebbuġa, il-meraq tan-nofs lumija u l-mustarda. Ferragħ din it-taħlita fuq l-insalata u hekk tista' tikolha.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/taljan-pozittiv-ghall-coronavirus-wara-zjara-fmalta/
Taljan pożittiv għall-coronavirus wara żjara f'Malta
newsbook.com.mt
Żagħżugħ Taljan li kien Malta għal vaganza rriżulta pożittiv għall-coronavirus mal-wasla tiegħu fl-Italja. Il-midja reġjonali fl-Umbria rrappurtat kif żagħżugħ ta' 27 sena kien sintomatiku meta għamel is-Swab Test f'Terni li hija belt fit-Tramuntana tal-kapitali Ruma. Jidher li ż-żagħżugħ irritorna minn Malta fil-ġranet li għaddew. L-awtoritajiet tas-saħħa f'Terni għaddejjin bil-contact tracing biex jiġu infurmati l-ħersuni li kellhom kuntatt maż-żagħżugħ. L-aħbar kienet irrappurtat ukoll fuq il-Corriere dell'Umbria. Dan wassal għal reazzjoni mill-eks Kandidat tal-PN Peter Agius fejn appella lill-Prim Ministru Robert Abela biex dwar l-attivitajiet tal-massa jisma' mill-esperti qabel ikun tard wisq.
[ 1, 10 ]
https://newsbook.com.mt/il-fidi-dejjem-tizviluppa-fr-bernard/
Filmat: "Il-fidi dejjem tiżviluppa" – Fr Bernard
newsbook.com.mt
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Bernard Micallef u l-kantanta Fiona Cauchi. Il-qari tal-ġurnata Id-dixxipli resqu lejn Ġesù għalihom weħidhom u qalulu: "L-għala aħna ma rnexxilniex inkeċċuh lix-xitan?". U hu qalilhom: "Minħabba l-fidi żgħira tagħkom! Għax tassew ngħidilkom, li kieku għandkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din il-muntanja: "Warrab minn hawn u mur hemm", u hi kienet twarrab; u ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/15-il-minuta-ghaz-zjarat-fid-djar-tal-anzjani/
15-il minuta għaż-żjarat fid-djar tal-anzjani
newsbook.com.mt
Abbażi tad-direzzjonijiet mill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, il-qraba se jitħallew jibqgħu jaraw lill-anzjani fid-djar residenzjali bl-introduzzjoni ta' miżuri ġodda. Fi stqarrija l-Gvern ħabbar li l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali se tkun qed tiżgura wkoll li kull ġimgħa jsiru attivitajiet li jferrħu u jżommu lill-anzjani okkupati f'dawn ir-residenzi. Il-faċilità għall-kura fit-tul San Vinċenz De Paul L-Amministrazzjoni tal-faċilità għall-kura fit-tul ta' San Vinċenz De Paul se tkun qed tintroduċi servizz ta' visti abbażi tar-regolamenti maħruġin mill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika. Dan is-servizz se jibda minn nhar it-Tnejn 10 ta' Awwissu. Il-Ġimgħa 7 ta' Awwissu, is-Sibt 8 ta' Awwissu u l-Ħadd 9 ta' Awwissu mhux se jżiru żjarat. Ir-residenza ta' San Vinċenz De Paul hija kumpless kbir u fiha jgħixu 1,100 resident li huma mqassma fi 30 sala. Għal dan il-għan, saru preparazzjonijiet loġistiċi apposta li jkomplu jħarsu s-saħħa u s-sigurtà tar-residenti fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti f'pajjiżna. Ġew għalhekk stabbiliti 'visiting points'. Il-familjari se jiġu ggwidati lejn 'visiting point' partikolari abbażi tas-sala li fiha r-resident li jkunu ġew iżuru jgħix. Iż-żjarat se jsiru kif indikat hawn taħt: · Iż-żjarat se jsiru mit-Tnejn sal-Ħadd bejn id-9.30 u l-11 ta' filgħodu u bejn il-5 ta' waranofsinhar u s-7 ta' filgħaxija. · Il-viżitaturi għandhom iċemplu fuq in-numru 22912373 jew jibagħtu email fuq svpr-customercare.mfcs@gov.mt sabiex jingħataw appuntament għaż-żjara. · Dan għandu jsir minn jumejn qabel iż-żjara skont kif ikun skedat. · Il-massimu ta' ħin għaż-żjara huwa ta' kwarta. · Iż-żjarat se jkunu qed isiru minn wara perspex. · Kull resident/a jista' jirċievi sa massimu ta' 4 persuni waqt il-ħin taż-żjara skedata għalih/a, skont il-linji gwida mid-dipartiment tas-saħħa pubblika. · Se jkun hemm parkeġġ wieħed allokat għal kull żjara barra d-dħul prinċipali ta' San Vinċenz de Paul. · Se jkun hemm post addattat fejn l-entratura biex il-viżitaturi jirreġistraw skont l-appuntament skedat. Il-viżitaturi għandom jippreżentaw il-karta tal-identità biex jinħareġ pass biex wara li jsir l-iscreening meħtieġ, jidħlu fir-residenza . · Se jkun provdut shuttle service mill-entratura prinċipali għall-visiting points. · Il-viżitaturi jridu jilbsu l-maskra u/jew il-visor tagħhom qabel jidħlu mill-entratura prinċipali ta' San Vinċenz. Waqt iż-żjara dan l-ilbies protettiv m'għandu jitneħħa fl-ebda ħin. Jista' jitneħħa biss wara li l-viżitatur ikun ħareġ minn San Vinċenz, kif rakkomandat mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Mhux se jkun permess dħul fil-faċilità mingħajr dan l-ilbies protettiv. · Waqt iż-żjara, il-viżitaturi għandom jimxu mal-linji gwida indikati fejn kull visiting point biex tiġi assigurata s-saħħa u s-sigurtà tar-residenti. · Wara ż-żjara lill-għeżież tagħhom, il-viżitaturi għandom joħorġu mill-faċilità bla dewmien biex jiġi evitat iffullar ta' nies ġewwa San Vinċenz de Paul. · Dawk il-qraba li jġibu xi mediċini lir-residenti huma mħeġġa li jġibu konsenja ta' mediċini għal madwar xahrejn. Il-mediċini ser jitħallew mas-security fid-daħla prinċipali u jintbagħtu fis-sala għar-resident/a partikolari. · Viżitaturi u familjari jistgħu jġibu xi oġġetti bħal ilma jew ikel li ma jkollux bżonn li jitpoġġa ġo fridge jew friża. Dan jista' jsir waqt il-ħin tal-visti. L-oġġetti jistgħu jitħallew fl-entratura prinċipali ta' San Vinċenż. · Importanti li kull oġġett ikun indikat ċar bl-isem tar-resident kif ukoll is-sala. M'huwiex rrakomandat li ġġibu oġġetti ta' valur. Min ma' jkollux żjara jista' xorta waħda jġib l-affarijiet f'dawn il-ħinijiet. Biex is-sistema tkun ta' suċċess, il-kooperazzjoni mill-viżitaturi hija importanti ħafna. Għalhekk, il-viżitaturi għandhom iżommu l-ħin taż-żjara kif jingħata lilhom waqt it-telefonata. Jekk il-viżitaturi jaslu tard għaż-żjara tagħhom, dan ifisser tnaqqis mill-ħin taż-żjara tagħhom. L-ebda viżitatur mhu se jkun jista' jidħol mingħajr appuntament skedat. Kulħadd huwa mitlub li josserva l-istruzzjonijiet mogħtija lilhom waqt din il-vista sabiex b'hekk tibqa' tiġi assigurata s-saħħa tar-residenti f'din ir-residenza. Id-djar tal-anzjani tal-Gvern, tal-Knisja u dawk privati L-istess bħall-miżuri li saru għar-residenza ta' San Vinċenz De Paul, l-għan tal-miżuri għall-visti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern, tal-Knisja u dawk privati huwa li tiġi evitata kemm jista' jkun it-trażmissjoni lokali u t-tixrid tal-infezzjoni bejn il-viżitaturi u r-residenti li jinsabu f'dawn id-djar. Dawn il-miżuri se jgħinu wkoll sabiex tiġi evitata l-konġestjoni tal-qraba u r-residenti. Bis-saħħa ta' dawn il-miżuri hemm proċedura organizzata u sistematika. Iż-żjarat f'dawn id-djar se jsiru kif indikat hawn taħt: · Kull dar tal-anzjani għandha tidentifika żona sabiex isservi bħala visiting area . Din trid tkun sigura u jrid ikun hemm ħġieġ jew perspex li jisseparaw l-anzjani minn mal-qraba. · Iż-żjarat kollha se jiġu skedati permezz ta' appuntament. Il-viżitaturi għandhom iċemplu d-dar tal-anzjani partikolari sabiex jagħmlu appuntament. · Il-massimu ta' viżitaturi li jistgħu jidħlu waqt vista waħda huwa ta' 4. Kull resident se jingħata ħin ta' 15-il minuta. · La darba dawk il-15-il minuta jkunu għaddew, ir-resident se jitlaq mill-visiting area sabiex resident ieħor ikun jista' jiltaqa' mal-qraba tiegħu. Meta jsir dan, il-miżuri sanitarji neċessarji jridu jiġu segwiti. · Il-ħinijiet taż-żjarat għandhom jiġu skedati mid-djar residenzjali rispettivi u ssir komunikazzjoni mal-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali. · Il-viżitaturi kollha jridu jilbsu maskra jew visor tul il-ħin kollu taż-żjara. · Waqt il-ħinijiet taż-żjarat, l-impjegati tad-djar tal-anzjani jridu jżommu l-areas identifikati għaż-żjarat disponibbli.
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/se-nkun-qed-nizzewweg-lill-ikbar-habib-tieghi-sarah/
"Se nkun qed niżżewweġ lill-ikbar ħabib tiegħi" – Sarah
newsbook.com.mt
Awguri lill-preżentatur Fabian Demicoli li proprju llum se jkun qed jingħaqad fiż-żwieġ mal-maħbuba tiegħu Sarah Cachia. Fabian u Sarah ilhom flimkien għal dawn l-aħħar 4 snin. Hu pproponilha waqt kunċert ta' Andre Rieu f'Perth fl-Awstralja. Il-jum tat-tieġ tagħhom ilhom jippjanaw għalih u minħabba fil-pandemija tal-Covid-19 diġà kienu ħasbu biex jipposponu t-tieġ għas-sena d-dieħla. Iżda meta s-sitwazzjoni kienet bdiet tikkalma ddeċidew li jmorru għad-data oriġinali u għalhekk illejla se jkunu qed jiżżewġu fil-Forti Sant'Iermu. Għalkemm it-tieġ se jsir ħassru l-qamar-il għasel u flok l-Amerika se jkunu qed iqattgħu xi ġranet f'Għawdex. "Għalkemm dan mhuwiex se jkun it-tieġ kbir li dejjem kont noħlom li jkolli, se nkun qed niżżewweġ lill-ikbar ħabib tiegħi, ir-raġel li jġiegħlni nħossni kompluta, dak li dejjem jirnexxielu jdaħħakni anki meta ma jkollhiex aptit. Dan hu dak li jimporta," kitbet it-tfajla proprju lbieraħ f'lejliet dan il-jum importanti. Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Fabian u lil Sarah f'dan il-jum tant speċjali għalihom.
[ 2 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/18/sid-ta-ristorant-mhux-hati-li-seraq-beluf-ta-ewro-fkurrent-elettriku/
Sid ta' ristorant mhux ħati li seraq b'eluf ta' ewro f'kurrent elettriku
netnews.com.mt
Raġel ta' nazzjonalità Ingliża li għandu 56 sena, residenti Malta, ma nstabx ħati mill-Maġistrat Joe Mifsud li f'perjodu ta' ħames snin huwa bagħbas f'meter tal-elettriku biex seraq aktar minn €48,000 f'kurrent elettriku u li bl-imgħax telgħu għal aktar minn €150,000 għad-dannu tal-Korporazzjoni Enemalta. Il-każ kien beda wara li uffiċjali tal-Korporazzjoni kienu sabu siġilli miksurin fir-ristorant li huwa jmexxi. Gary Richard Hincks, mill-Madliema, ma nstabx ħati li wettaq dan ir-reat fil-perjodu ta' bejn il-25 ta' Mejju 2010 u l-25 ta' Mejju 2015 fir-ristorant li jiġġestixxi f'San Ġiljan. Il-Qorti tal-Maġistrati lliberatu minn akkużi li huwa għarraq apparat tas-servizz tal-elettriku, jiġifieri l-meter tad-dawl installat fl-imsemmi post. Huwa ma nstabx ħati wkoll li għamel dan b'mezzi qarrieqa sabiex il-konsum tal-elettriku seta' jwaqqaf jew ibiddel il-kejl fl-istess meter. Ma nstabx ħati lanqas li kellu x'jaqsam ma' dan is-serq jammonta għal aktar minn €2329.37. Hincks lanqas ma nstab ħati li sar reċediv. Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li ma ngħatatx spjegazzjoni dettaljata kif l-Enemalta kienet waslet għall-ammont ta' elettriku mhux reġistrat. Dan skont hi kien jammonta għal €48,011. Ix-xhieda tal-Enemalta sempliċiment qalu li sar tqabbil bejn il-konsum reġistrat bil-meter l-antik u l-konsum bil-meter il-gdid u abbażi ta' hekk sar il-kalkolu tal-konsum mhux reġistrat. Lanqas ma ġie spjegat kemm kellu jkun il-konsum eżatt tal-elettriku fir-ristorant. L-Ispettur Trevor Micallef li ressaq lil Hincks qal fil-Qorti li fil-bidu ta' Frar tal-2016 kien rċieva kwerela mill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jipproċedi kontra l-imputat fuq serq tal-elettriku minn ristorant li jinsab fi Triq Wied Għomor, San Ġiljan. Qal li r-rapport li kien gie mgħoddi lilu mill-Enemalta kien jghid li waqt spezzjoni li kienet saret minn uffiċjali tal-Korporazzjoni kienu instabu xi rregolaritajiet fil-meter. L-Ispettur Micallef kompla jispjega kif huwa bagħat għal Hincks li ċahad li bagħbas xi meter. Hincks spjega li uffiċjali tal-Enemalta kienu marru fir-ristorant sabiex jibdlu l-meter u x'ħin qalgħuh dawn l-uffiċjali kienu sabu toqba fih. L-Ispettur ikkonferma li l-uffiċjali tal-Enemalta kienu sabu toqba fil-meter filwaqt li s-siġilli kienu miksurin kollha. L-Ispettur ikkonferma li Hincks kien kera l-post minn Ottubru 2010 u kien beda jaħdem minnu f'Dicembru 2010. Michael Buttigieg li jaħdem fir-Revenue Assurance Section tal-Enemalta. spjega li kien hemm konsum ta' dawl mhux reġistrat fl-ammont ta' €48,011. Bil-penali u l-imgħax dan tela' għall-ammont ta' € 153,527. Spjega li l-ammont mhux reġistrat ta' elettriku inħadem billi ittieħdet medja tal-konsum bil-meter l-antik u medja tal-konsum bil-meter il-ġdid, inħarġet id-differenza fil-konsum u ġew applikati t-tariffi ghal tali differenza. Buttigieg qal li biex jikkwantifikaw l-ammont ta' dawl misruq, l-Enemalta tagħmel stima billi tieħu l-kalkoli tar-readings tad-dawl kemm qabel ikun inqala' l-meter kif wkoll wara li jkun inqala' l-meter. Dawn ir-readings tal-aħħar jittieħdu bil-meter li jkun twaħħal. Mistoqsi jekk il-konsum tad-dawl kienx naqas wara li nbidel il-meter, ix-xhud wieġeb fin-negattiv. Anzi mir-readings li ttieħdu, l-konsum kien żdied. Hekk kif qalgħu l-meter l-antik minn postu, sabu toqba n-naħa ta' fuq tal-meter li kienet tindika li xi ħadd seta' abbuża mill-meter. Kompla jghid li kellmu lil Hincks, li qal li ma kienx jaf bit-toqba u li ma kienx qed jirreġistra. Il-meter kellu t-trab fuqu u ma kienx nadif u fit-toqba ma sabu xejn u lanqas kien hemm marki tas-swaba jew grif. Gary Richard Hinks xehed li huwa kien kera l-fond fejn kien jinsab il-meter f'Settembru 2010. Huwa imbagħad beda jopera f'Dicembru 2010. Qabel ma kien beda jopera hu, l-ħanut ma kienx qieghħd jopera u fil-fatt kellu jaghmel refurbishment totali tal-post. Qal li huwa kellu jhallas kont ta' €7,000 dawl li kien ħalla ta' qablu, u l-meter baqa' reġistrat fuqu peress li l-Enemalta baqgħu ma dawrux il-meter fuq ismu peress li min kien fil-post qablu ma setax jinstab u għalhekk ma setax jiffirma biex il-meter jinbidel ghal fuq ismu. Fil-fatt il-kontijiet baqghu johorgu fuq isem min kellu l-post u l-imputat lanqas ma kien jirċievi l-kont jew inkella jingħata nformazzjoni fuqu peress li ma kienx fuq ismu. Huwa ċaħad li huwa kien mess xi siġilli. Spjega wkoll li l-meter l-antik kien qiegħed issikkat f'kaxxa u li huwa ma setax jara l-parti ta' fuq tal-meter. L-imputat ċahad bl-aktar mod kategoriku li huwa kien bagħbas xi meter. Huwa kien sar jaf bit-toqba fil-meter meta impjegati tal-Enemalta kienu marru biex jibdlu l-meter għal wieħed ġdid u sabu din it-toqba fil-meter. B'riferenza għar-ritratti li ġew esebiti, l-imputat spjega li dawn kienu ittieħdu wara li l-meter kien inqala' minn postu u nstabet it-toqba. B'riferenza għaz-żieda fil-konsum tal-elettriku, l-imputat stqarr li kien ġab aktar makkinarja għar-ristorant li wassal sabiex żdied il-konsum taddawl. Il-Qorti qalet li l-Prosekuzzjoni bbażat l-każ tagħha fuq il-fatt li meta ħaddiema tal-Enemalta marru biex jbiddlu l-meter minn wieħed antik ghall-Smart Meter instabet toqba fuq in-naħa ta' fuq tal-meter kif wkoll is-siġilli tal-meter miksurin. Il-Qorti tfakkar wkoll li anke li kieku kellu jirriħulta r-reat ta' serq, is-serq kien sejjer ikun limitat ghall-konsum ta' dawl mhux reġistrat dak ta' € 48,011 u mhux għall-ammont kollu. Huwa ċar li l-ammont li kien jaqbeż il-konsum mhux reġistrat kienu penali u VAT, li assolutament ma jaqgħux taħt il-parametri tal-akkuża tas-serq. Il-Prosekuzzjoni ma rnexxieliex tipprova li sid ir-ristorant seraq xi elettriku. Għaldaqstant il-Qorti iddikjarat li mhux qed issib lill-imputat ħati tal-akkużi kollha fil-konfront tiegħu u ghalhekk illiberatu minn kull akkuża.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/17/l-artisti-jehtieg-ghajnuna-immedjata/
L-artisti jeħtieġ għajnuna immedjata
netnews.com.mt
Karl Gouder, PN Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex l-artisti jingħataw għajnuna immedjata minħabba l-effetti negattivi li kellhom bil-COVID-19. Fil-parlaemnt Karl Goduer qal li l-poplu Malti ma tantx ta kas tal-wirt kulturali fejn diversi siti kienu delapidati iżda bid-dħul fl-UE, il-poplu beda jieħu dan il-wirt b'iktar serjetà fejn saru investimenti qawwija. Hu semma' l-Fortizza Ricasoli u qal li dan jinsab fi stat fejn qed jikkrolla; jekk ikun restawrat dan il-forti jista' jagħti kontribut kbir għall-ekonomija. Dan għandu jkun prijorità ewlenija fir-restawr. Id-deputat Nazzjonalista sostna li m'għandhomx jitneħħew l-ebda monumenti jew statwi li huma assoċjati mal-passat tal-poplu Malti; kull monument għandu s-sinifikat tiegħu. Hu appella biex isiru kampanji edukattivi għal iktar apprezzament l-iskejjel. Jeħtieġ li jkun kampanja wkoll dwar it-teatru waqt li jkun hemm għajnuna lill-industrija artistika.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/18/il-promozzjonijiet-tal-brigadier-jeffrey-curmi-u-l-kurunell-mark-mallia-kienu-dubjuzi-il-qorti/
"Il-promozzjonijiet tal-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Kurunell Mark Mallia kienu dubjużi" – Il-Qorti
netnews.com.mt
Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mll-Prim Imħallef Mark Chetcuti qalet li l-proċess li bih ġew promossi l-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Kurunell Mark Mallia kien wieħed dubjuż. Dan meta wieħed jikkunsidra li dawn ġew promossi darbtejn fi żmien ġimagħtejn. Il-Qorti qalet dan minkejja li ma laqgħetx it-talba tal-Logutenent Kurunell Andrew Mallia li saret diskriminazzjoni kontrih. Qalet li ma tistax iżda ssejjes id-deċiżjoni tagħha fuq suspetti jew dubji, iżda fuq provi konkreti li jiġu ppreżentati quddiemha. Din id-deċiżjoni saret fid-dawl ta' ma talba magħmula mill-Logutenent Kurunell Andrew Mallia li kkontenda li saret diskriminazzjoni fil-konfront tiegħu b'rabta ma' promozzjoni fi ħdan l-Armata. Il-Qorti qalet li ma saritx diskriminazzjoni fil-konfront tiegħu li kien qal li erba' uffiċjali fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta qabżuh fil-proċess ta' promozzjoni fi ħdan l-Armata fl-2013. Il-kawża kienet preżenatata mill-Logotenent Kurunell Mallia kontra tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Il-Logotenent Kurunell Mallia kien saħaq li fis-sena 2013 saret diskriminazzjoni kontrih meta ġew promossi għall-grad ta' Kurunell Pierre Vassallo, Mark Said, Jeffrey Curmi u Mark Mallia fuq il-bażi li dawn kienu anqas anzjani minnu. Fir-rikors li kien għamel fil-Qorti kien tenna li dan l-aġir sar bi ksur tad-drittijiet tiegħu għax kien ħaqqu promozjoni aktar mil-Brigadier Jeffrey Curmi. Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li wieħed mill-kriterji li għandhom jittieħdu meta tingħata promozzjoni hija kemm-il persuna hija tajba u kumplimentari għal dik il-vakanza. Il-Qorti finalment qalet li wara li eżaminat il-kisbiet tal-erba' persuni u analizzat ix-xhieda kollha, qalet li ħareġ ma saret l-ebda diskriminazzjoni u ċaħdet it-talba.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/18/valletta-jipprezentaw-lill-kowc-jesmond-zerafa/
Valletta jippreżentaw lill-kowċ Jesmond Zerafa
netnews.com.mt
Valletta ppreżentaw lill-kowċ il-ġdid tagħhom Jesmond Zerafa li ffirma kuntratt ta' sentejn. Kienet il-paġna ta' Facebook ta' Replay li kkonfermat din l-aħbar il-Ħadd li għadda. Zerafa se jkun qiegħed jieħu post l-kowċ Taljan Giovanni Tedesco wara li telaq minħabba nuqqas ta' ftehim dwar il-physical trainer. Jesmond Zerafa minbarra li kien anke plejer tat-tim Belti, hu kien inħatar kowċ ta' Valletta fl-istaġun 2010/2011. Flimkien ma' Nardu Farrugia, Zerafa rnexxielu jirbaħ żewġ kampjonati konsekuttivi flimkien ma' żewġ suċċessi fis-Super Cup. Minbarra ma' Valletta, Jesmond Zerafa kellu wkoll esperjenzi qosra ma' Qormi, Balzan, Naxxar Lions, Tarxien Rainbows u Gżira United.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/18/thabbret-il-mewt-ta-willie-thorne-ikona-tal-isnooker/
Tħabbret il-mewt ta' Willie Thorne- ikona tal-isnooker
netnews.com.mt
Ilbieraħ tħabbret il-mewt tal- eks plejer tal-isnooker Willie Thorne fl-eta' ta' 66 wara li kien f'koma artifiċjali minħabba problemi respiratorji. Thorne kien ilu marid għal bosta xhur u kien il-ġimgħa li għaddiet li ddaħħal fi sptar fi Spanjna minħabba li kellu pressjoni baxxa. Il-ħabiba tiegħu u l-persuna li kienet qed tieħu ħsiebu, Julie O'Neill ħabbret din l-aħbar fejn qalet li jiddispaċijha li Thorne tilef ħajtu. Thorne rebaħ il-Mercantile Credit Classic fl-1985 u fl-istess sena spiċċa runner-up fil-finali taċ-Championships tal-Ingilterra meta tilef kontra Steve Davis 16-14. Fl-aħħar snin kellu wkoll problemi ta' dejn minħabba li kien issellef madwar miljun ewro. F'Mejju, Thorne kien spiċċa kważi pparalizzat hekk kif ma setax aktar iċaqlaq idejh.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/23/tliet-ufficjali-tal-kazin-tal-banda-lourdes-kundannati-disa-snin-habs-fuq-frodi/
Tliet uffiċjali tal-każin tal-banda Lourdes kundannati disa' snin ħabs fuq frodi
netnews.com.mt
Il-President, is-Segretarju u t-teżorier tal-każin tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes ta' Raħal Ġdid ġew kundannati disa' snin ħabs fuq frodi ta' aktar minn €25,000 għad-dannu tal-Maltapost. Josef Grech ta' 39 sena, residenti l-Marsa u li huwa s-Segretarju ġie kundannat erba' snin ħabs, Omar Caruana, ta' 42 sena minn Ħal Tarxien u li huwa avukat ġie kundannat tliet snin ħabs filwaqt li Vincent Farrugia ta' 74 sena, residenti Marsaskala, l-President ġie kundannat sentejn ħabs. Il-każ instema' quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia u mill-provi rriżulta li bejn l-2008 u l-2009 huma ffrodaw lill-kumpanija Maltapost meta t-tlieta li huma kienu firmatatji konġunti għall-kont bankarju li s-soċjeta kellha mal-APS Bank. Il-Qorti ordnat ukoll lill-ħatja biex iħallsu lill-Maltapost is-somma ta' €19,971. Irriżulta wkoll li Grech u Caruana kienu wkoll firmatarji flimkien għall-kont bankarju f'isem l-Għaqsa Mużikali Santu Wistin. Minn Novembru tal-2008 huma kienu joħorġu ċekkijiet favur il-Maltpost permezz ta' xiri ta' money orders mingħand il-kumpanija. Dan sabiex jixtru 'money orders' mingħand l-istess Maltapost u jiddepożitawhom fl-istess kont bankarju tagħhom fl-APS u joħorġu ċekkijiet favur terzi persuni. Dan kollu baqa' għaddej sa Diċembru 2008, bil-manuvra tissejjaħ 'kite-flying', li jfisser għoti ta' bilanċ ta' kreditu fittizju sakemm kif ġara f'dan il-każ, li xi ħadd jingidem, fejn jispiċċa jiġi espost għal ċekkijiet li ma jissarfux. Ħareġ ukoll li bejn it-3 ta' Jannar u l-14 ta' Jannar tal-2019 kienu nxtraw 64 'money order' għal €36,000 permezz ta' 15-il ċekk tal-APS, li minnhom inħarġu mill-kont bankarju tal-istess Soċjeta Filarmonija Loursed u tnejn mill-kont bankarju f'isem l-Għaqda Mużikali Santu Wistin. Minn dawn il-'money orders' ġew imsarrfa biss €25,000 u minħabba li ċ-ċekkijiet ma kienux qegħdin jissarfuq ma kienx hemm biżżejjed flus fil-kont, il-Maltapost waqqfet il-ħlasijiet. Kien il-bank APS li għamel rapport lill-Pulizija dwar dan kollu. Il-Qorti qalet li hija tal-opinjoni li t-terminu ta' priġunerija m'għandux ikun l-istess għal kulħadd, iżda għandu jiġi ikkalibrat. Qalet li Vincent Farrugia iffirma żewġ żekkijiet inqas mit-tnejn l-oħra. Sadanittant skont il-kondotta tagħhom ta' min isemmi li Josef Grech, għandu 10 kundanni għal diversi reati, li fosthom erba' kundanni huma fuq frodi, kundanna għal serq ta' chequebook u falsifikazzajoni, u kundanna għal ksur tal-ligijiet dwar is-sewqan. Huwa ingħata diversi opportunijiet mll-Qrati, inkluż, libertà kundizzjonata u sentenza ta' ħabs sospiża, iħda jidher żar li ma jridx jitghallem mill-iżbalji tiegħu u jitbiegħed mit-triq tal-kriminalità. Fil-fatt huwa ingħata anke piena ta' ħabs effettiv. Huwa indikattiv li ħafna mill-kundanni, inklużi dawk ta' frodi ġew kommessi, wara li saru dawn il-proċeduri. Mill-kondotta aġġornata tiegħu jirriżulta li ta' Omar Caruana hija netta. Minn naħa l-ohra, dan huwa avukat, u jeżerċita professjoni li hi bbażata fuq il-fiduċja tal-pubbliku. Vincent Farrugia instab hati disa' darbiet mill-Qrati. Ħamsa minnhom għal reati minuri relatati mal-liġjiet tas-sewqan, kundanna li naqas li jobdi ordnijiet tal-Pulizija, kundanna li kkaġuna ferita hafifa fuq persuna, u kundanna fuq frodi. Huwa sinifikanti li l-aħħar reat ta' frodi gie kommess wara li seħħew dawn il-proċeduri, u jirrigwarda wkoll is-Soċjetà Filarmonika Lourdes.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/23/zanardi-se-jibqa-fcoma-artificjali-sa-mill-anqas-il-gimgha-d-diehla/
Zanardi se jibqa' f'coma artifiċjali sa mill-anqas il-ġimgħa d-dieħla
netnews.com.mt
Fl-aħħar aġġornamenti dwar saħħet Alex Zanardi, it-tobba tal-isptar Le Scotte qalu li Zanardi se jibqa' f'coma artifiċjali sa mill-inqas ġimgħa oħra. Zanardi kien involut f'inċident waqt kompetizzjoni tal-handbike fejn għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma' trakk li kien ġej mid-direzzjoni opposta b'konsegwenza li ġarrab ġrieħi serji f'rasu. Hu ġie operat b'mod immedjat, bil-professuri fi tmiem il-ġimgħa jsostnu li minkejja li jinsab stabbli l-kundizzjoni tiegħu hi waħda serja.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/24/robert-abela-ma-ddecidiex-fwaqtu-dwar-konrad-mizzi/
Robert Abela ma ddeċidiex f'waqtu dwar Konrad Mizzi
netnews.com.mt
Il-Kap tal-PN Adrian Delia Il-Kap tal-PN Adrian Delia sostna fil-parlament li l-Prim Ministru Robert Abela ma ddeċidiex f'waqtu li Konrad Mizzi jitkeċċa mill-PL; kieku d-deċiżjoni ttieħdet f'waqtha kieku l-poplu evita l-miljuni li kellu jħallas fil-korruzzjoni. Il-Kap tal-PN għamel riferenza għat-tkeċċija ta' Konrad Mizzi mill-PL u r-raġuni tal-PL tgħid li dawn id-deċiżjonijiet qed jittieħdu f'waqthom biex ma tiġix imtappna l-ħidma tal-PL fil-Gvern. Hu qal li d-deċiżjoni suppost ilha li ttieħdet snin iżda l-PL qed jgħid li ttieħdet ilbieraħ biex ma tiġix imtappna r-reputazzjoni tal-partit. Hu sostna li isem il-pajjiż ilu jiġu mtappan u Konard Mizzi kien il-persuna li fost oħrajn tappan din ir-reputazzjoni. Il-Kap tal-PN qal li jiskanta kif il-PL wasal għal din id-deċiżjoni propju t-Tlieta; isem Konrad Mizzi inxtered mad-dinja meta kien l-uniku ministru fl-UE li ma kienx irriżenja wara li nqabad bil-Panama Papers. Adrian Delia staqsa jekk il-Prim Ministru kien jaf qabel t-Tlieta bil-Panama Papers u b'17 Black. Dawn kienu fatti li jafhom il-poplu Malti u l-ġurnali lokali u internazzjonali. Qisu l-Prim Ministru sar jaf bihom nhar it-Tlieta. Bl-istess mod id-deċiżjoni tal-Montenegro fejn il-Prim Ministru qal li kien diżgustat meta kien ilu jaf min-Novembru, skont kif stqarr l-istess ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Robert Abela hu persuna li mhux veru qed jieħu d-deċiżjonijet iżda qed joħodhom ħaddieħor u hu jħabbarhom. Il-Kap tal-PN kompla li d-deċiżjoni tal-PL li jkeċċi lil Konrad Mizzi ma kientix f'waqtha. Hu rrifera għat-turiżmu u għall-MTA fejn fil-PAC irriżulta li kienet instabet kumpanija privata li tawha €4.5 miljun biex jagħmlu xi ħaġa li ma saritx u biex jagħmlu investiment ta' turisti lejn il-pajjiż, li ma ġewx. Il-Kap tal-PN kompla illi kieku Konrad Mizzi tneħħa f'waqtu, kieku l-poplu ma kienx iħallas dawn l-€4.5 miljun. Konrad Mizzi inħatar ukoll konsulent wara li dan irriżenja minn Ministru tat-Turiżmu. Kieku d-deċiżjoni kienet f'waqtha kieku ma sarx il-kuntratt tal-Electrogas u kieku l-poplu franka €96 miljun. Kieku d-deċiżjoni kienet f'waqtha Konrad Mizzi ma kienx jiffirma kuntratt ta' €100 mal-Vitals biex jorbot lill-poplu li jridu jitħallsu €100 miljun u kieku n-negozju mal-Montenegro ma kienx jiswa €10 miljuni lill-poplu Malti. Dwar Joseph Muscat, Robert Abela qal li kien jaf b'kollox imma ma kellux kumpanija, iddefendieh u ma ħax passi. Robert Abela kien l-avukat ta' Joseph Muscat, ivvota favur Konrad Mizzi u kien ta l-fiduċja lil Joseph Muscat li żamm lil Konrad Mizzi. Issa Robert Abela qed jgħidilna li Muscat żbalja li żamm lil Konrad Mizzi. F'xahar biss kien hemm 500 iktar jirreġistraw, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-gvern ma jiddeċidix l-affarijiet f'waqthom għaliex jipproteġi biss lil min hu maħmuġ. Hu staqsa meta se jkun il-waqt li l-kuntratt tal-Vitals jitwaqqaf biex ma jibqgħux jieħdu €90 miljun, li jeżamina u jippubblika l-kuntratt tal-Electrogas, min qed jieħu l-profitti minn fuq il-ħaddiem Malti u meta se jġib l-interessi tal-Maltin bl-interessi tal-barranin u tal-maħmuġin. Kull ġurnata l-poplu u s-setturi kollha tal-ekonomija jafu li qed iħallas minn butu għall-indeċiżjoni ta' Robert Abela. Il-PN qed iwiegħed li ma kull ġurnata nibqgħu ngħafsu fuq il-gvern biex irodd lura dak li seraq lill-poplu u li jintemmu l-kuntratti u li jaħdem u jispjega biex jiggarantixxi li PN fil-gvern jagħmel dak li m'għamilx dan il-gevrn bili jinvestiga l-kuntratti kollha li kien involut fihom Konrad Mizzi.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/siraj-eddin-arab-jissieheb-ma-floriana/
Siraj Eddin Arab jissieħeb ma' Floriana
netnews.com.mt
Floriana ħabbru l-akkwist tal-attakkant ta' 26 sena Siraj Eddin Arab. Kienet il-paġna ta' Replay li żvelat li ftehim bejn iż-żewġ partijiet kien imminenti bl-aħbar uffiċjali tasal biss siegħat wara. Arab għandu esperjenza vasta fil-Kampjonat Premier fejn lagħab għall-bosta klabbs fosthom, Senglea Athletic, Sirens, Valletta, Tarxien Rainbows, Ħamrun Spartans u Balzan.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/il-qorti-tapprova-s-sensja-lil-69-pilota-minn-mal-air-malta/
Il-Qorti tapprova s-sensja lil 69 pilota minn mal-Air Malta
netnews.com.mt
Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Toni Abela f'digriet li hija tat qalet li t-tkeċċija ta' 69 pilota minn mal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta hija waħda ġustifikata. Għaldaqstant il-linja tal-ajru nazzjonali issa tista' tipproċedi bil-pjanijiet tagħha biex tara li dawn is-sensji jiġu fis-seħħ. Sadanittant kienet milqugħa t-talba mill-Assoċjazzjoni tal-Piloti, l-ALPA biex 30 pilota ieħor, li l-Air Malta riedet twaqqa' l-grad tagħhom ma jistax jintmiss u jridu jibqgħu jokkupaw l-istess pożizzjoni. L-Imħallef Toni Abela qal li l-Qrati ma għandhomx is-setgħa li jwaqqfu s-sensji minħabba li d-deċiżjoni fuq it-tkeċċijiet kienet diġà daħlet fis-seħħ. Iktar kmieni dan ix-xahar, iol-Union tal-bdoti kienet ippreżentat rikors biex is-sensji ma jiġux fis-seħħ, bil-mandat jintlaqa' b'mod temporanju. Dan kien seħħ siegħat wara li kien tħabbar li l-Air Malta kienet keċċiet lill-piloti wara li t-taħdidiet kienu fallew. Skont l-Air Malta, l-union kienet insistiet fuq €73 miljun bħala pakkett għall-irtirar kmieni. Minn naħa tagħha l-ALPA kienet akkużat il-linja tal-ajru li qed tuża l-pandemija tal-COVID-19 bħala pretest biex tneħħi l-kundizzjonijiet attwali tal-impjieg. Intant fi stqarrija, l-ALPA ħabbret li mistennija tieħu l-azzjonijiet legali meħtieġa sabiex il-bdoti mkeċċija jingħataw kumpens xieraq filwaqt li tindirizza n-nuqqasijiet imsemmija mill-Qorti.
[ 16 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/l-ebda-ftehim-bejn-air-malta-mal-union-tal-piloti-bil-qorti-tiddeciedi-dwar-mandat-ta-inibizzjoni/
L-ebda ftehim bejn Air Malta mal-Union tal-Piloti, bil-Qorti tiddeċiedi dwar mandat ta' inibizzjoni
netnews.com.mt
L-ebda ftehim għadu ma ġie ffinalizzat bejn l-Air Malta u l-piloti tagħha hekk kif l-I-Imħallef Toni Abela qal li se jagħti digriet kameralment dwar mandat ta' inibizzjoni li kien tressaq mill-union tal-bdoti kontra l-linja tal-ajru. L-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru tal-Piloti trid twaqqaf is-sensji ta' 69 pilota kif ukoll biex oħrajn ma jispiċċawx fi grad aktar baxx hekk kif il-linja tal-ajru qed tgħid li ma tridx tkompli titlef il-flus minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Wara li ġimgħa qabel deher li ż-żewġ partijiet kienu se jaslu għall-ftehim jidher li kollox baqa' kif kien fejn skont il-piloti, l-linja tal-ajru tidher li m'għandhiex ir-rieda li tasal għal ftehim li jagħmel ġieħ liż-żewġ partijiet. L-Imħallef Toni Abela sema' lill-avukati Andrè Portelli għall-ALPA u Ron Galea Cavallazzi għall-Air Malta jiskambjaw argumenti dwar l-mandat ta' inibizzjoni f'seduta twila fil-Qorti. Minkejja dan in-nuqqas ta' ftehim, sorsi qrib il-Gvern qalu li sar l-aħħar attentat u l-ALPA ingħatat proposta oħra li tara lill-piloti kollha jinżammu, bix-xogħol kollu jinqasam bl-istess mod. Dan ifisser li l-paga bejn wieħed u ieħor tkun madwar nofs dak li jaqilgħu l-piloti bħalissa. Minn informazzjoni li għandna l-union tal-pilota lesta tisma' imma b'kawtela. Għaldaqstant kollox jindika li l-ALPA mistennija tieħu l-proposta l-ġdida lill-membri tagħha l-ġimgħa d-dieħla. Minkejja dan kollu ż-żewġ partijiet xorta għamlu l-argumenti tagħhom fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. L-Avukat Andrè Portelli f'isem il-piloti akkuża l-linja tal-ajru fejn qal li din qed tieħu vantaġġ mill-pandemija COVID-19 biex iġġiegħel lill-Kaptani biex jaċċetta kundizzjonijiet agħar. Qal ukoll li ma kien hemm l-ebda forma ta' kunsens fejn jidħlu sensji u l-varjazzjoni ta' obbligi kunntrattwali minn naħa tal-assoċjazzjoni biex tippermetti dan kollu. Il-Kaptan Matthew Degiorgio, pilota b'esperjenza ta' 20 sena, bl-aħħar sentejn ikunu bħala Kaptan qal fil-Qorti li huwa wkoll irċieva l-avviż tat-tmiem il-post tax-xogħol tiegħu riċentement. "Suppost kellna nirċievu abbozz ta' ftehim iżda minflok irċivejna avviżi ta' tmiem mibgħuta tard bil-lejl. L-Air Malta għamlet it-terminazzjonijiet tagħna effettiv f'nofsillejl tat-8 ta' Ġunju. Dan wara li ġejnna imċaħħda mill-aċċess għall-rosters tagħna li kienu mneħħija." Kompla jgħid li l-kumitat tal-ALPA ma kellu l-ebda avviż minn qabel. "Għalina kienet sorpriża. Minn ħames membri fil-kumitat, tlieta ġew mitmuma u wieħed twaqqaf. Silvio Schembri tagħna assigurazzjonij li ħadd ma kien se jispiċċa sakemm jispiċċaw id-diskussjonijiet, li l-pakketti jkunu -sstandard tas-suq, imma jumejn wara bdejna nirċievu avviżi dwar it-tmiem mill-impieg. "Sal-lum għandna problema peress li m'għandna l-ebda lista ta' dawk milquta minn tnaqqis fil-grad jew sensji. Ma nafux ir-raġunijiet jew il-kriterji li fuqhom inżammu dawk li nżammu." Xehed ukoll l-Uffiċjal Kap tar-Riżorsi Umani għall-Air Malta, James Genovese fejn żvela li l-piloti kienu għadhom qed jitħallsu bħala Kaptani, minkejja li kienu rreġistrati bħala First Officers. Iżda l-fatt li pilota aċċetta li jtir bħala First Officer kien jirrikjedi li jitħarreġ mill-ġdid biex isir Kaptan mill-qiegħ qal Portelli. Genovese qal li d-derogi kienu rregolati mill-ftehim kollettiv. Il-linja tal-ajru ma kinitx staqsiet lill-piloti jekk kinux jaqblu dwarha minn qabel, huwa qal dan b' tweġiba għal serje ta' mistoqsijiet minn naħa tal-Avukat Portelli, u li lanqas ma' kien ikkonsulta mad-Dipartiment dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol (DIER) qabel it-tkeċċijiet. "Konna qed inħallsu bejn €5 u 7000 għal kull titjira. Ma nistax inħallas dak l-ammont għal 10 sigħat xogħol. M'aħniex nagħmlu titjiriet ħlief ta' ripatrijazzjoni." Tenna li dawk li inżammu huma l-iktar piloti anzjani. 30 pilota ma kellhom l-ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tagħhom, 32 tniżżlu fil-grad u 69 tkeċċew. Il-kriterji użati fis-sensji kienu li min daħal l-aħħar jispiċċa ewwel, qal Genovese. Il-Piloti qed jargumentaw li ma ngħatawx il-kriterji għall-għażla u l-lista biex tara jekk ġewx segwiti jew le u li seta kien hemm diskriminazzjoni. Fis-7 ta 'April bdew is-sensji b'mod kollettiv. L-ALPA bdiet diskussjonijiet mal-kumpanija u qalulha li 108 pilot kienu se jispiċċaw barra. Iżda d-diskussjonijiet kienu dwar kwistjonijiet mhux relatati mal-COVID. Wieħed mill-Kaptan li spiċċa downgraded, Carmel Borg Guiliano, spjega li t-taħriġ tiegħu kien se jintrema' wara li tniżżel fil-grad. "Jekk nagħżel li mmur ma' linja tal-ajru oħra, jkolli naħdem bħala First Officer u rrid nerġa' nieħu t-taħriġ kollu biex insir kaptan mill-ġdid. Il-fatt li spiċċajna demoted jirrifletti ħażin fuq ir-reputazzjoni tagħhna," huwa qal. L-Avukat Galea Cavallazzi qal fil-Qorti li l-Kaptani li tnaqqsilhom il-grad ma sofrew l-ebda tnaqqis fil-paga bażika jew fl-allowances tagħhom. Dak li kien qed iseħħ fid-dinja il-preżent, b'mod partikolar fl-industrija tal-avjazzjoni b'mod partikolari ma setax jiġi injorat, huwa sostna, filwaqt li insista li t-terminazzjonijiet u t-tnaqqis fil-gradi kienu meħtieġa. "L-għażla kienet waħda, jew li tinżel għall-First Officer jew li tispiċċa bla xogħol. Issa jekk ma tridx ittir bħala First Officer minħabba li tippreġudika l-pożizzjoni tal-grad tiegħek, int liberu li titlaq. "Ma naħsibx li l-preġudizzju huwa tali li jaffettwa l-prospetti tax-xogħol tiegħek ... L-Air Malta ma biddlitx il-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħek." qal l-Avukat tal-kumpanija. Il-Qorti aġġornat is-seduta għal digriet li mistenni jiġi kommunikat fis-sigħat jew ġranet li ġejjin.
[ 0, 4, 16 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/intom-il-mibghuta-tal-karita-tal-knisja-l-arcisqof/
"Intom il-mibgħuta tal-karità tal-Knisja" – L-Arċisqof
netnews.com.mt
Charles Scicluna jordna 4 djakni ġodda żgħażagħ fil-Knisja taż-Żejtun " Intom qed tiġu ordnati f'dan il-mument ta' ħajjitkom bħala r-riġlejn tal-Knisja. Xi tfisser? Li intom il-mibgħuta tal-karità tal-Knisja." Saħaq dan l-Arċisqof, Charles Scicluna, waqt l-omelija tiegħu f'quddiesa solenni s-Sibt filgħodu li fiha ordna 4 djakni żgħażagħ ġodda fil-Knisja Arċipretali ta' Santa Katerina taż-Żejtun. Dawn huma Roderick Baldacchino u Jean-Claude Schembri mill-istess Parroċċa Żejtunija, Joshua Cortis mill-Parroċċa ta' San Gejtanu, il-Ħamrun, kif ukoll il-Fra Kapuċċin, Mark Scicluna, minn Ħal Balzan. L-Arċisqof spjega kif sa mill-ibgħad żminijiet, id-djaknu kien jassisti lill-isqof biex mill-artal tal-Ewkaristija jwassal l-Ewkaristija lil min ma setax ikun hemm, saħansitra lill-ħabsin, lill-foqra u lill-morda, bħal San Lawrenz. Fid-dawl li dawn id-djakni għad jitressqu għas-saċerdozzju, l-Arċisqof appella fuq l-importanza li wieħed iservi u jaqdi kull fejn hemm l-iżjed bżonn, bħala xhieda ħajja ta' Ġesù: " Id-djakonat mhux tarġa għal xi ħaġa oħra biss fil-kuntest tas-saċerdozju; hu stil ta' ħajja. Jalla dan il-ministeru u dan l-ordni li l-Knisja qiegħda tagħtikom illum mhux biss ikun karattru fir-ruħ tagħkom imma jkun stil ta' ħajja li jixbah 'il dak li neża' l-mantar, tħażżem b'fardal u ħasel riġlejn id-dixxipli." Wara l-omelija segwiet l-ordinazzjoni djakonali nnifisha li fiha, l-4 djakni imteddu fl-art għat-talb tal-miġemgħa, li fiha talbu għall-interċessjoni ta' Ġesù Kristu u l-qaddisin għal dan il-pass importanti f'ħajjithom, biex imbagħad saret iċ-ċeremonja tat-tqegħid tal-idejn mill-Arċisqof biex ta l-barka tiegħu fuqhom. Din l-ordinazzjoni djakonali qed issir fi tmiem il-ġimgħa impenjattiva ferm għall-Knisja f'Malta, hekk kif mhux biss il-Katidral ta' Malta qiegħed jiċċelebra l-Imnarja, izda se jiġu mbierka ż-żjut tas-sagramenti l-Ħadd fl-istess Katidral, ċeremonja posposta minn Ħamis ix-Xirka ħabba l-pandemija, filwaqt li t-Tnejn, se jigu ordnati 10 sacerdoti ohra fil-Knisja Parrokkjali ta' Kristu Re f'Raħal il-Ġdid.
[ 13 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/sentenza-mnaqqsa-wara-li-ffalsifika-firma-ta-huh/
Sentenza mnaqqsa wara li ffalsifika firma ta' ħuh
netnews.com.mt
Raġel li ffalsifika l-firma ta' ħuh fuq bejgħ ta' karozza kellu s-sentenza tiegħu mnaqqsa mill-Qorti tal-Appell. George Grech, ta' 50 sena, kien instab ħati li bagħabas dokument biex jittrasferixxi karozza mportata minn negozjant lokali u kuntratt informali ta' bejgħ relatat mal-vettura, li kienet ġiet importata minn ħuh f'ismu. Peress li Grech ma kienx jaf il-kompjuter, huwa kien talab lil ħuh biex jordna l-vettura mir-Renju Unit u jġibha bil-baħar u jikkonsenjaha f'ismu. Grech kien sussegwentement ingaġġa negozjant lokali tal-karozzi biex ibiegħ il-vettura importata, jittrasferixxi l-karozza lin-negozjant qabel ma jerġa' jbiegħha sabiex jevita li jħallas multi amministrattivi kuljum ladarba l-limitu ta' żmien għar-reġistrazzjoni tiegħu jkun skada. It-trasferiment sar direttament mingħand ħu Grech man-negozjant. Problema li nqalgħet, madankollu kienet meta kien hemm nuqqas ta' qbil dwar il-ħlas dovut min-negozjant. Grech kien għamel proċeduri ċivili kontra n-negozjant. Kien f'dak il-punt li l-falsifikazzjoni suspettata saret magħrufa, wara l-preżentazzjoni ta' dokumenti kemm privati ​​kif ukoll uffiċjali marbuta max-xiri u t-trasferiment tal-vettura. L-akkużat kien xehed li l-firma fuq il-ftehim ta' trasferiment ma kinitx tiegħu, u għalhekk wasslet biex ll-Qorti tal-Maġistrati tordna investigazzjoni dwar il-kwistjoni. Kemm l-akkużat kif ukoll in-negozjant iffaċċjaw azzjoni kriminali separata. Espert tal-kalligrafija maħtur mill-qorti kkonkluda li l-firma kienet tappartjeni lill-akkużat u mhux lil ħuh. Grech instab ħati u ġie kundannat sentenza ta' sentejn ħabs, sospiżi għal tliet snin. Huwa kien għamel appell kontra l-kundanna. Il-Qorti tal-Appell Kriminali, preseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti, osservat li l-ewwel Qorti kienet invokat ir-rapport tal-espert dwar il-kaligrafija li, għalkemm indikattiv, ma kienx definittiv. Iżda dak ir-rapport, flimkien ma' provi oħra, wera li l-akkużat kien tabilħaqq iffalsifika l-firma ta' ħuh. Madankollu, il-Prosekuzzjoni naqset milli tipprova li l-falsifikazzjoni kienet ikkawżat preġudizzju għad-drittijiet ta' ħaddieħor permezz ta' "qligħ illeċitu," element "meħtieġ" fir-rigward ta 'falsifikazzjoni ta' kitbiet privati. Għal din ir-raġuni, il-Qorti kkonfermat il-kundanna għall-falsifikazzjoni tad-dokument uffiċjali maħruġ mill-awtoritajiet tat-trasport, iżda ħelset lill-appellant tal-falsifikazzjoni fil-kitba privata relattiva għall-bejgħ, u naqqset il-piena għal piena ta '18-il xahar ħabs sospiżi għal sena . L-Avukat David Gatt assista lil Grech.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/trump-jiffirma-ordni-biex-l-istatwi-storici-fl-istati-uniti-jkunu-protetti/
Trump jiffirma ordni biex l-istatwi storiċi fl-Istati Uniti jkunu protetti
netnews.com.mt
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iffirma ordni eżekuttiva li dawk li jagħmlu xi forma ta' danni fuq statwi pubbliċi u storiċi jaffaċjaw il-ġustizzja, ġustizzja li issa taf twassal sa anki snin il-ħabs. Fl-aħħar jiem fl-Istati Uniti kien hemm numru ta' protesti wara l-qtil ta' George Floyd, li fl-eventwalità żviluppaw f'marmalji ta' nies li kissru numru ta' statwi storiċi, bi Trump jgħid li "dawn l-attakki huma fuq dak personaġġi storiċi li għamlu lill-Istati Uniti tal-lum." I just had the privilege of signing a very strong Executive Order protecting American Monuments, Memorials, and Statues – and combatting recent Criminal Violence. Long prison terms for these lawless acts against our Great Country! — Donald J. Trump (@realDonaldTrump) June 26, 2020 Trump qal li dawn l-attakki qed juru biċ-ċar kemm hemm injoranza storika fil-pajjiż. Tags L-Istati Uniti
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/micheal-martin-jinhatar-bhala-prim-m-irlandiz/
Micheal Martin jinħatar bħala Prim Ministru Irlandiż
netnews.com.mt
Tissokta t-taqtigħa politika fir-Repubblika Irlandiża dan hekk kif f'sitwazzjoni straordinarja, dak li kien il-Kap tal-Oppożizzjoni... Micheal Martin inħatar Prim Ministru. Dan kollu qiegħed isir wara koalizzjoni deskritta mingħajr preċedent mar-rivali Fine Gael, kif ukoll ma' Partit alternattiv ieħor, biex jiffurmaw il-gvern il-ġdid fir-Repubblika tal-Irlanda. Taħt it-termini ta' ftehim ta' koalizzjoni, hu se jkollu l-impjieg sal-2022, meta mbagħad ser jerġa' lura l-predeċessur tiegħu, Leo Varadkar.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/espanyol-ikeccu-l-kowc-ghat-tielet-darba-dan-l-istagun/
Espanyol ikeċċu l-kowċ għat-tielet darba dan l-istaġun
netnews.com.mt
Espanyol keċċew għat-tielet darba dan l-istaġun il-kowċ tagħhom. Huma keċċew lill-kowċ Abelardo Fernandez bit-tentattiv li jbiddlu r-rotta u jsalvaw posthom fil-La Liga għas-26 darba. Fernandez ġie appuntat kowċ ta' Espanyol f'Diċembru wara li David Gallego u Pablo Machin ma kisbux ir-riżultati mixtieqa. Minn wara t-tkomplija tal-La Liga wara l-waqfa minħabba l-pandemija kontra l-coronavirus Espanyol wettqu bidu pożittiv, iżda t-telfa ta' 1-0 ta' nhar il-Ħamis kontra Real Betis kienet l-aħħar partita ta' Fernandez. Ma' Espanyol, Fernandez kiseb tliet rebħiet u ħames draws minn 13 –il partita. Espanyol ħabbru li d-Direttur Sportiv Francisco Rufete se jkun qiegħed jieħu t-tmexxija tat-tim għal bqija tal-istaġun. Huma jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika tal-La Liga b'24 punt, tmien punti bogħod minn Eibar li jinsabu fis-17 –il post. Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/roberta-metsola-tinhatar-fbord-ta-think-tank-ewropew/
Roberta Metsola tinħatar f'bord ta' Think Tank Ewropew
netnews.com.mt
Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola għadha kemm inħatret f'bord ta' Think Tank bl-isem tal-Friend of Europe. Uħud mill-għanjiet ta' dan it-Think Tank huma li jkun hemm aktar ħarsien lejn l-ambjent tagħna, li titnaqqas id-dipendenza tal-Ewropej fuq il-plastik, li jkun hemm żviluppi ta' teknoloġija ġdida li minnhom igawdu l-ħafna li ssir dejjem il-ġustizzja u kif ukoll li jiżdied ir-rispett lejn is-saltna tad-dritt. Roberta Metsola qalet li bħal dejjem se tagħmel dak kollu possibbli biex permezz ta' din il-pożizzjoni Malta u Għawdex, flimkien mal-kumplament tal-Unjoni jigwadanjaw mid-deċizzjonijiet li se jittieħdu. unjoni ewropea //= $special ?>
[ 3 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/il-kowc-tat-tim-nazzjonali-malti-ta-taht-il-21-sena-isejjah-32-plejer/
Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena isejjaħ 32 plejer
netnews.com.mt
Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra ta' 32 plejer biex tinbeda l-preparazzjoni għar-rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena li se jsir f'Settembru fejn pajjiżna se jilgħab kontra l-Irlanda ta' Fuq u r-Rumanija. L-iskwadra hija komposta minn bosta elementi fosthom plejers ta' esperjenza mat-tim ta' taħt il-21 sena u oħrajn ġodda kif ukoll hemm inklużjoni ta' plejers mill-Ewwel Diviżjoni. L-iskwadra kollha : Gowlkipers : Andreas Vella (attwalment bla klabb), Timothy Aquilina (Sliema Wanderers ), Amara Sylla (Birkirkara ), Cain Formosa (San Ġwann). Difensuri : Gary Camilleri (Balzan ), Conor Zammit (Hibernians ), Dejan Debono (Senglea Athletic), James Scicluna (Pietà Hotspurs), Darren Borg (Ħamrun Spartans), Zachary Karl Grech (Pembroke Athleta), Christian Gauci (San Ġwann), Nicholas Pulis (Valletta), Carlo Zammit Lonardelli (N.K. Zrinski, Kroazja) Midfielders : Adam Magri Overend (Santa Lucia), Mark Fenech (Naxxar Lions), Neil Frendo (attwalment bla klabb), Jamie Zerafa (Santa Lucia), David Xuereb (Hibernians), Marcus Grima (Balzan), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Adam Bradshaw (Balzan), Jan Busuttil (Floriana), Jan Tanti (Senglea Athletic), Nevin Portelli (Tarxien Rainbows), Ayrton Attard (Hibernians) Attakkanti : Aidan Jake Friggieri (Gudja United), Andrei Spiteri (Senglea Athletic), Omar Elouni (Sliema Wanderers), Zachary Brincat (Mosta), Alex Satariano (Sliema Wanderers) Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/jinzel-is-separju-fu-il-bundesliga/
Jinżel is-separju fuq il-Bundesliga
netnews.com.mt
Illum, ġie fi tmiemu l-Kampjonat Ġermaniż bi programm sħiħ ta' partiti li kollha ntlagħbu fl-istess ħin. Bil-pożizzjonijiet fin-naħa ta' fuq tal-klassifika diġa deċiżi kien baqa' biss biex jiġu kkonfermati l-pożizzjonijiet fin-naħa t'isfel, b'Bayern Munich ġew ippreżentati b' 'The Meisterschale'. Iċ-champions Bayern Munich barra minn darhom għelbu lil Wolfsburg 4-0. Bayern Munich fetħu tajjeb u marru fil-vantaġġ wara erba' minuti meta l-Franċiż KINGSLEY COMAN ġie waħda mal-gowlkiper wara li rċieva pass mit-tul li minn qagħda komda ma falliex. Bayern Munich ingħataw penalty fit-72 minuta fejn mill-istess azzjoni tkeċċa Gilavogui għal Wolfsburg biex minn ħdax –il metru LEWANDOWSKI skorja l-34 gowl tiegħu dan l-istaġun. THOMAS MUELLER għamilhom 4-0 fid-79 minuta. Fis-37 minuta, it-tim ta' Hans Flick irdoppja permezz taż-żagħżugħ MICKAËL CUISANCE li b'xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Casteels. Borussia Dortmund tilfu f'darhom kontra Hoffenheim bl-iskor ta' kbir ta' 4-0, bl-eroj ikun Andrej Kramaric li skorja erba' gowls. Hoffenheim fetħu l-iskor wara tmien minuti meta minn cross ta' Pavel Kaderabek kien ANDREJ KRAMARIC li kkonkluda mill-viċin. Man-nofsiegħa logħob, l-istess KRAMARIC irdoppja meta kkonkluda mill-viċin. KRAMARIC għaqqad il-hat-trick fl-48 minuta biex l-istess plejer żewġ minuti wara għamilhom 4-0 minn penalty. It-tim ta' Peter Bosz, Bayer Leverkusen għelbu lil Mainz f'darhom bl-iskor ta' 1-0. Leverkusen fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti meta VOLLAND wara azzjoni personali tefa' wara Mueller. Leverkusen laħqu viċin li jirduppjaw fis-47 minuta meta minn pożizzjoni komda d-daqqa ta' ras ta' Weiser ħabtet mal-lasta. RB Leipzig barra minn darhom għelbu lil Augsburg ta' 2-1. TIMO WERNER li kien qiegħed jilgħab l-aħħar partita tiegħu ma' Leipzig tefagħhom fil-vantaġġ fit-28 minuta wara pass tajjeb ta' Haidara. Augsburg ġabu d-draw fit-72 minuta permezz ta' RUBEN VARGAS. Tmien minuta mit-tmiem is-solitu TIMO WERNER reġgħa fetaħ l-vantaġġ favur Leipzig. Borussia Mönchengladbach għelbu lil Hertha Berlin 2-1. Kien JONAS HOFMANN li fetaħ l-iskor wara biss seba' minuta wara pass ta' Embolo. BREEL EMBOLO rdoppja tnax –il minuta mit-tmiem B' Hertha Berlin jiskorjaw il-gowl ta' konsolazzjoni fid-90 minuta permezz ta' VEDED IBISEVIC. Werder Bremen se jilgħabu l-play-off wara li rnexxielhom jevitaw r-relegazzjoni meta għelbu lil Cologne 6-1. Werder Bremen għalqu l-partita f'temp ta' għaxar minuti bejn 20 u d-29 minuta. YUYA OSAKO kkonkluda mill-viċin wara li x-xutt ta' Eggestein kien imblukkat. Fis-27 minuta wara MILOT RASHICA rdoppja biex żewġ minuti biss wara NICLAS FUELLKRUG għamilhom 3-0 wara cross tajjeb ta' Friedl. Fit-tieni taqsim Werder Bremen komplew iżidu fil-logħob tagħhom u fil-55 minuta DAVY KLASSEN skorja r-raba' gowl wara li x-xutt ta' Milot Rashica ħabat mal-lasta. Tliet miunti wara YUYA OSAKO għamilhom 5-0 qabel ma DREXLER naqqas l-iskor għal Cologne. Fit-68 minuta, Werder Bremen għamluhom sitta permezz ta' JOSHUA SARGENT. Fortuna Düsseldorf sfaw relegati wara li barra minn darhom tilfu kontra Union Berlin bl-iskor ta' 3-0. Union Berlin fetħu l-iskor wara 27 minuta permezz ta' ANTHONY UJAH. Fit-tieni taqsima Union Berlin komplew iżidu l-pressjoni u fil-55 minuta GENTNER b'xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Kastenmeier. Union Berlin għalqu l-partita fid-90 minuta permezz ta'SULEIMAN ABDULLAH. Freiburg f'darhom għelbu lil Schalke bl-iskor kbir ta' 4-0. Kien GIAN-LUCA WALDSCHMIDT li fetaħ l-iskor wara 20 minuta. Fit-38 minuta SCHMID irdoppja wara cross minn free-kick ta' Guenter. Minuta wara ftuħ it-tieni taqsima, LUCAS HOELER għamilhom 3-0 biex fis-57 minuta WALSCHMIDT għamilhom 4-0. It-tim diġa relegat Paderborn tilfu fl-aħħar partita tal-Bundesliga kontra Eintracht Frankfurt bl-iskor ta' 3-2. SEBASTIAN RODE tefa' lil Frankfurt fil-vantaġġ wara disa' minuti. Fit-33 minuta ANDRE SILVA kkonkluda mill-viċin wara pass tajjeb ta' da Costa. Tmien minuti minn ftuħ it-tieni taqsima, BAS DOST għamilhom tlieta qabel ma DRAEGER naqqas d-distakk għal Paderborn. Paderborn daħlu fil-partita fis-76 minuta permezz ta' SVEN MICHEL. Bundesliga Illum : Augsburg v RB Leipzig 1-2, B. L'kusen v Mainz 1-0, B. Dortmund v Hoffenheim 0-4, B. M'g'bach v H. Berlin 2-1, E. Frankfrut v Paderborn 3-2, Freiburg v Schalke 4-0, U. Berlin v F. Düsseldorf 3-0, W. Bremen v Cologne 6-1, Wolfsburg v B. Munich 0-4 Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/arjen-robben-se-jirritorna-ma-fc-groningen/
Arjen Robben se jirritorna ma' FC Groningen
netnews.com.mt
Wara li rtira fi tmiem l-istaġun li għadda l-Olandiż Arjen Robben, ħabbar li se jkun qiegħed jirritorna fil-grawnd mat-tim li beda l-karriera tiegħu miegħu FC Groningen. F'vidjo fuq is-sit uffiċjali tal-klabb Olandiż, Robben qal li se jkun qiegħed jirritorna fil-post li sejjaħ bħala "daru". Qal li f'dan il-mument ta' kriżi għad-dinja u anke għal FC Groningen, huwa kien lest jagħmel minn kollox biex jgħin lill-klabb Olandiż. Robben qal li ma ħasibiex darbtejn għat-talba ta' FC Groningen. Arjen Robben lagħab 96 darba għal pajjiżu u kien ma' FC Groningen bejn is-sena 2000 u 2002 qabel ma' mar ma' PSV. Hu lagħab ukoll għal Chelsea, Real Madrid u Bayern Munich.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/man-utd-l-ewwel-tim-li-jikkwalifika-ghas-semifinali/
Man. Utd l-ewwel tim li jikkwalifika għas-semifinali
netnews.com.mt
F'Carrow Road Manchester United kwalifkaw għar-rawnd li jmiss tal-FA Cup wara li wara l-ħin barrani għelbu lil Norwich 2-1. Minkejja li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika tal-Premier League, Norwich xorta waħda kellhom prestazzjoni piżittiva. It-tim ta' Daniel Farke kien l-aktar perikoluż matul l-ewwel taqsima fejn ħolqu numru ta' okkażjonijiet fejn setgħu marru fil-vantaġġ. Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima resqu viċin li jagħmlu dan meta wara xogħol tajjeb fuq ix-xellug minn Cantwell, kien Rupp li ra x-xutt tiegħu mblukkat minn Harry Maguire. Manchester United marru fil-vantaġġ fil-50 minuta meta minn cross ta' Luke Shaw sab lil Mata li għadda lejn ODION IGHALO li b'xutt b'saħħtu għeleb lil Tim Krul. Norwich setgħu ġabu d-draw fit-68 minuta meta x-xutt ta' Buendia kien milqugħ minn fuq il-linja minn sieħbu stess Godfrey. Norwich ġabu d-draw fil-75 minuta wara xutt tajjeb minn barra l-kaxxa taż-żagħżugħ TODD CANTWELL. Fit-89 minuta Norwich spiċċaw jilagħbu b'għaxar plejer wara li Timm Klose tkeċċa għal fawl fuq Odion Ighalo. Il-partita marret għall-ħin barrani u kien HARRY MAGUIRE li tliet minuti mit-tmiem tefgħa lil Manchester United fil-vantaġġ.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/27/brescia-u-genoa-jtemmu-fi-draw-u-cagliari-jirbhu/
Brescia u Genoa jtemmu fi draw u Cagliari jirbħu
netnews.com.mt
Brescia u Genoa temmew fi draw ta' 2-2 f'partita diretta bejn żewġ timijiet li jinsabu fil-ġlieda kontra r-relefazzjoni. Kienu Brescia li fetħu l-iskor wara biss għaxar minuti permezz ta' ALFREDO DONNARUMMA wara li rċieva cross tajjeb mingħand Stefano Sabelli. Tliet minuti biss wara huma rdoppjaw permezz ta' ALESSANDRO SEMPRINI wara pass preċiż ta' Birkir Bjarnason. Genoa ngħataw penalty fis-36 minuta wara fawl ta' Papetti fuq Cristian Romero. IAGO FALQUE nkariga ruħu minn ħdax –il metru li ma żbaljax. Fit-tieni taqsima, Genoa komplew iżidu l-pressjoni u fid-69 minuta huma ngħataw penalty ieħor wara li Daniele Dessena deher imiss il-ballun b'idu. Din id-darba kien ANDREA PINAMONTI li b'penalty preċiż għeleb lil Joronen. Cagliari żammew it-tamiet tagħhom li jiksbu post fl-Ewropa s-sena d-dieħla ħajjin u tefgħu lil Torino f'aktar inkwiet meta f'darhom rebħu 4-2. Cagliari fetħu tajjeb u wara 13 –il minuta marru fil-vantaġġ permezz ta' xutt sabiħ ta' NAHITAN NANDEZ wara żball ta' Izzo. Ħames minuti wara huma żiedu l-iskor permezz ta' GIOVANNI SIMEONE wara cross ta' Lykogiannis bir-referee jikkonsulta mal-VAR qabel ikkonvalida l-gowl. Minuta minn ftuħ it-tieni taqsima, it-tim minn Sardegna għamilhom tlieta wara li x-xutt ta' NIANGGOLAN kien devjat għal ġox-xibka. Torino naqsu d-distakk mas-siegħa logħob permezz ta' GLEISON BREMER. Ħames minuti wara l-captain ta' Torino ANDREA BELOTTI għamilhon 3-2 biex JOAO PEDRO minn penalty reġa' fetaħ vantaġġ doppju. Serie A : Il-Ġimgħa : Juventus v Lecce 4-0, Ilbieraħ : Brescia v Genoa 2-2, Cagliari v Torino 4-2, Lazio v Fiorentina tard, Illum : Milan v Roma 5.15pm, Napoli v SPAL 7.30pm, Sampdoria v Bologna 7.30pm, Sassuolo v Verona 7.30pm, Udinese v Atalanta 7.30pm, Parma v Inter 9.45pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/28/covid-19-l-infezzjonijiet-jaqbzu-l-ghaxar-miljuni-madwar-id-dinja-bl-izviluppi-tal-pandemija-jibqghu-jinhassu-madwar-l-ewropa/
COVID-19: L-infezzjonijiet jaqbżu l-għaxar miljuni madwar id-dinja... bl-iżviluppi tal-pandemija jibqgħu jinħassu madwar l-Ewropa
netnews.com.mt
Kelliema għall-Johns Hopkins University ta' Baltimore, fl-Istati Uniti, li qed tagħmel ir-riċerka dwar l-effetti globali tal-Covid-19 ikkonfermat li, issa, hemm 'il fuq minn 10 miljun każ ta' dan il-coronavirus ġdid madwar id-dinja. Sadanittant, l-ammont tal-imwiet relatati mal-virus qabeż in-nofs-miljun fuq skala globali, bil-pajjiżi qed ikomplu jirreġistraw l-imwiet mill-effetti tal-marda. L- Istati Uniti , li hi l-aktar pajjiż b'każi ta' infezzjoni, ikkonfermat li l-każi fl-artijiet tagħha, issa, qabżu t-2.5 miljuni, bil-vittmi fil-pajjiż ilaħħqu mal-125,000. Intant, l-Istati Amerikani ta' Florida u Texas reġgħu imponew il-kontrolli għall-istabbilimenti tax-xorb bil-għan li jrażżnu spinta ġdida fil-każi tal-Covid-10. Fi żviluppi oħra, iċ- Ċina imponiet sistemi stretti ta' lockdown viċin il-belt kapitali ta' Beijing biex iżżomm lura inċidenza ġdida ta' infezzjonijiet u meta din il-miżura qed taffettwa lil talanqas 500,000 persuna. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet fl- Iran – li bla dubju hu l-agħar pajjiż milqut mill-coronavirus fil-Lvant Nofsani – qed iħejju biex, fil-jiem li ġejjin, isir obbligatorju l-ilbies tal-maskri min-nies fit-toroq u f'postijiet pubbliċi oħrajn. L- Indja hi pajjiż ieħor li tidher qed tegħreq fil-morsa tal-coronavirus u meta l-inħawi ta' Delhi huma stabbiliti bħala l-aktar zona li ġarrbet l-effetti katastrofiċi tal-Covid-19. Dan meta l-pajjiż irreġistra mat-73,000 każ tal-coronavirus u mill-anqas 2,500 mewta relatata. Sadanittant, l-impatt tal-pandemija għadu qed jinħass madwar l-Ewropa, fejn il-pajjiżi qegħdin inaqqsu r-restrizzjonijiet għall-movimenti tan-nies biex isalvaw, kemm jista' ikun, l-istaġun tas-sajf għall-ekonomiji li jibbażaw l-aktar fuq it-turiżmu. Il-gżira Griega ta' Kos, minn għada, se tilqa' għexieren ta' tobba Ġermaniżi li se jqattgħu xi btajjel b'xejn f'din il-gżira. Il-Ministeru tat-Turiżmu tal- Greċja qal li dan qed isir 'b'rikonoxximent għall-kontribuzzjoni tat-tobba fl-impenji intensivi kontra l-coronavirus'. Fil- Ġermanja , l-uffiċjali għadhom qed jinkwetaw dwar l-isplużjoni tal-infezzjonijiet li seħħet jiem ilu ġo fabbrika tal-laħam fil-belt ta' Gutersloh. Dan meta aktar minn 2,000 persuna qabdithom i l-Covid-19 fl-inħawi, fost rapporti li l-każi tal-infezzjoni qed jiżdiedu fost in-nies li mgħandhomx konnessjoni ma' dik il-fabbrika. Ir- Repubblika Ċeka reġistrat żieda sinifikanti fl-ammont ta' persuni infettati bil-virus. Dan meta fl-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati mal-260 każi ġodda tal-virus li hi l-ogħla ċifra għal ġimgħat f'dan il-pajjiż. Fi Franza , numru ta' votanti – lebsin il-maskri tal-wiċċ obbligatorji – ħadu sehem fir-rawnd finali tal-elezzjonijiet lokali li kienu ilhom posposti minn Marzu minħabba din il-pandemija. Il-konkorrenza tal-votanti, intant, qed tkun meqjusa bħala waħda baxxa meta paragunata ma' ta' elezzjonijiet simili oħrajn fil-pajjiż.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/28/murray-ma-jaqbilx-mal-kalendarju-aggornat-tal-atp/
Murray ma jaqbilx mal-kalendarju aġġornat tal-ATP
netnews.com.mt
It-tliet darbiet rebbieħ ta' Grand Slam Andy Murray jinsab xettiku dwar il-kalendarju aġġornat tal-ATP. Dan minħabba l-fatt hemm inklużi seba' tournaments f'seba' ġimgħat, b'Murray jgħid li mhux sigur għat-tennisti u kkonferma li se jkun sfurzat jaqbeż xi avvenimenti kbar minħabba l-iskeda. It-tour ATP li ġie sospiż f'Marzu li għadda minħabba l-coronavirus, hu mistenni li jerġa' jibda fl-14 ta' Awwissu bl-Open ta' Washington segwit mill-Masters ta' Cincinnati li se jsir fi Flushing Meadows qabel l-Open tal-Istati Uniti. Settembru hu dedikat għall-kompetizzjonijiet fuq court tat-tafal bit-tournament tal-Masters f'Madrid fit-13 ta' Settembru, il-Masters f'Ruma ġimgħa wara biex ftit jiem wara jibda l-Open ta' Franza. "Mhuwiex sigur għall-plejers li jmorru minn semifinali jew finali fi New York imbagħad jilagħbu f'Madrid f'altitudni fuq it-tafal meta ilhom ma jikkompetu għal żmien twil. Se jkollok xenarju li fih ħafna mill-aqwa plejers mhux se jikkompetu f'ħafna mill-avvenimenti l-kbar," qal Murray. L-Iskoċċiż ta' 33 sena qal li minħabba li l-avvenimenti se jkunu qed jintlagħbu wieħed wara l-ieħor, iridu jsiru bidliet fis-sistema tal-punti għall-klassifika. Hu ta suġġeriment li għalissa jħarsu fuq sistema ta' sentejn biex dawk it-tennisti li marru tajjeb is-sena l-oħra u ma setgħux jiddefendu t-tournaments li rebħu, ma jkunux ikkastigati. Murray ta ħjiel li se jaqbeż it-tournament ta' Cincinnati biex jipprepara għall-Open tal-Istati Uniti. Hu rritorna wara nuqqas ta' seba' xhur, f'avveniment tal-karità organizzat minn ħuh Jamie li ġie organizzat fl-aħħar jiem.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/28/filmat-sejjer-mal-hamrun-biex-niehu-pjacir-ghazilt-il-klabb-habba-l-partitarji-joseph-portelli/
FILMAT: Sejjer mal-Ħamrun biex nieħu pjaċir, għażilt il-klabb ħabba l-partitarji – Joseph Portelli
netnews.com.mt
L-imprenditur Joseph Portelli kkonferma li ngħaqad bħala sponsor ma' Ħamrun Spartans minħabba l-partitarji. Hu qal dan f'intervista li kellu ma' Christian Micallef fuq il-paġna ta' Replay fuq facebook. Portelli stqarr li l-ambizzjoni prinċipali tiegħu hi li xi darba jkollu tim li jilgħab fil-UEFA Champions League. Minħabba din il-mira, it-tim li jkun involut fih irid jirbaħ il-kampjonat minħabba li hu biss ir-rebbieħ tal-kampjonat Malti li jilgħab fil-kompetizzjoni. Hu għandu pjan ta' tliet snin biex ix-xewqa tiegħu ssir realtà u sostna li bniedem bħalu ma jafx jidħol għal xi ħaġa kemm isalva. L-Għawdxi mexxa lil Nadur Youngsters għar-rebħ tal-Ewwel Diviżjoni f'Għawdex l-istaġun li għadda u għalkemm se jibqa' President tal-klabb, se jkun qed jgħin lil Ħamrun Spartans bħala sponsor bl-għan li jgħinhom jikkumerċjalizzaw iż-żona tal-Victor Tedesco Stadium. Hu ġie avviċinat minn xi nies ta' Ħamrun biex jibdilhom dan il-proġett. Aċċetta li jissieħeb lil Ħamrun meta urewh filmati tas-sapport li kellhom fis-snin 80 u l-bidu tas-snin 90. Meta kien iżgħar, Portelli qal li kien isegwi lil Valletta iżda minħabba l-unuri li rebħu speċjalment fl-aħħar snin, ikkonkluda li ma jistax jagħmel differenza lil Valletta, kuntrarju għal Ħamrun. "Jien sejjer biex nieħu pjaċir. Ovvjament se nonfoq il-flus imma dak hu d-delizzju tiegħi." Portelli se jkun responsabbli biex isaħħaħ it-tim ta' Ħamrun Spartans. Sa issa Mark Buttigieg inħatar kowċ ta' Ħamrun u miegħu se jkollu lil Emerson Marcelina, Marcelo Barbosa u Predrag Djordjevic, plejers barranin li kellu miegħu ma' Nadur Youngsters l-istaġun li għadda. Joseph Portelli qal li mhux se jħalli li jkun hemm problemi ta' finanzi fit-tim u għalhekk mistennija li l-plejers ta' Ħamrun jitħallsu kull xahar. Il-proġett tal-Victor Tedesco Stadium Joseph Portelli qal li l-proġett għadu fil-bidu mal-awtoritajiet u żied li hi ħasra li art ta' dik il-kobor mhix qed tintuża bl-aħjar mod. Hu kompla li l-parkeġġ irid isir bilfors biex anki tibbenefika l-komunità tal-Ħamrun u kkonferma li mhux se jsir stabbiliment ta' ħwienet. Fuq in-naħa l-oħra stqarr li se jkun hemm involut aktar sport fil-kumpless fosthom attenzjoni għall-klabb tal-boċċi ta' Ħamrun kif ukoll pixxina u ħarsa lejn il-basketball. Portelli li hu midħla sew tan-negozju, qal li hemm tliet bnadi minn fejn se jaslu l-fondi għal dan il-proġett fejn semma li jiksbu xi self jew bond biex jiffinanzjaw il-proġett. Hu għamel referenza li l-kumpless ikun mikri għal 10 snin bil-quddiem u jagħti garanzija ta' dħul lill-klabb. Hu saħaq li f'dawn is-snin l-introjtu jkun anqas ikkumparat wara l-ewwel għaxar snin minħabba li jkun irid jitħallas is-self. "Jien minix sejjer il-Ħamrun nagħmel il-proġett biex ndaħħal ċenteżmu. Ma jinteressanix naqla' l-flus mill-klabb. Jien fil-klabb sejjer biex noħroġ il-flus, allavolja ħa nagħmel proġett li jiswa ħafna miljuni." Joseph Portelli kkonferma li mhux veru li se jagħmel tajjeb għad-dejn li għandu l-klabb iżda b'ħidma mill-President attwali Nunzio Antignani, jittama li sa tliet snin li ġejjin, jinqata' d-dejn tal-klabb. Joseph Portelli temm l-intervista b'messaġġ lill-partitarji ta' Ħamrun fejn qal; "Nixtieq li l-Ħamrun jerġa' jingħaqad, il-Ħamruniżi jgħaqqdu t-tajjeb u ma jarawx kbir. Jien se nagħmel l-almu tiegħi." Ħamrun Spartans ilhom ma jirbħu l-kampjonat mill-istaġun 1990/91 u l-FA Trophy mill-istaġun 1991/92.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/28/arsenal-u-chelsea-jinghaqdu-ma-manchester-united-fis-semifinali-tal-fa-cup-b/
Magħrufa t-timijiet ikkwalifikati u l-logħbiet tas-semifinali tal-FA Cup
netnews.com.mt
Arsenal, Chelsea u Manchester City ingħaqdu ma' Manchester United fis-semifinali tal-FA Cup. Arsenal għelbu lil Sheffield United 2-1 b'mod drammatiku. Il-Gunners fetħu l-iskor fil-25 minuta minn penalty ta' Nicolas Pepe wara fawl fuq Alexandre Lacazette. Sheffield United ġabu d-draw fis-87 minuta permezz ta' David McGoldrick wara żball fid-difiża tat-tim ta' Arteta. Iżda l-gowl tar-rebħa għal Arsenal wasal b'xutt fil-baxx ta' Dani Ceballos. Chelsea rebħu 1-0 fil-King Power Stadium kontra Leicester . Ross Barkley skorja l-gowl tar-rebħa fit-63 minuta b'xutt mill-ewwel wara kross ta' Willian. Manchester City eliminaw lil Newcastle b'rebħa ta' 2-0 f'St. James' Park. Kevin de Bruyne fetaħ l-iskor fis-37 minuta minn penalty biex Raheem Sterling irdoppja fit-68 minuta b'xutt minn barra l-kaxxa li spiċċa fir-rokna. Fis-semifinali Manchester United telgħu biex jilagħbu kontra Chelsea filwaqt li Arsenal se jilagħbu kontra Manchester United. Il-logħbiet huma skedati għat-18 jew fid-19 ta' Lulju u se jintlagħbu f'Wembley Stadium bil-bibien magħluqa. Il-finali tintlagħab fl-1 ta' Awwissu.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/29/il-kawzi-fuq-allegati-abbuzi-minn-pulizija-tat-traffic-skedati-fil-qorti-ghal-ghada/
Kawżi fuq allegati abbużi minn Pulizija tat-Traffic skedati fil-Qorti għal għada
netnews.com.mt
Il-kawżi ta' wħud minn 32 membru tal-Korp tal-Pulizija b'rabta mal-allegati abbużi minn Pulizija tat-Traffic huma skedati fil-Qorti tal-Maġistrat għal għada t-Tlieta. L-investigazzjoni dwar allegat abbuż ta' għexieren ta' eluf ta' ewro f'sahra minn Pulizija tat-Traffiku fejn kien qed ikun allegat ukoll li kien hemm ġbir ta' "flus ta' protezzjoni" mingħand kumpaniji tal-kostruzzjoni u miżapropjazzjoni ta' fuel wasslet il-każ jispiċċa fil-Qorti. Huma erba' l-Maġistrati li ġew assenjati lilhom dawn il-kawżi fejn se jkunu qegħdin jisimgħu tmien akkużati kull wieħed. L-ewwel lott se tkun qiegħda tismagħhom il-Maġistrat Audrey Demicoli. Supretendent u żewġ Spetturi mistennija jibdew għaddejjin proċeduri quddiemha flimkien ma' membri oħra tal-Korp tal-Pulizija. Proċeduri kontra aktar Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku se jinstemgħu quddiem l-Maġistrat Rachel Montebello, fejn din se tkun qed tibda tismagħhom nhar it-Tnejn 6 ta' Lulju. L-għada, t-Tlieta, 7 ta' Lulju se jkun qed jibda jisma' lott ta' tmienja oħra, l-Maġistrat Ian Farrugia. Sadanittant minkejja li għad ma hemmx data fissa tal-kawżi li ġew assenjati biex jinstemgħu quddiem il-Maġistrat Marsaenne Farrugia, minn informazzjoni li għandna, dawn mistennija li jibdew jinstemgħu f'Marzu li ġej. Il-piż għalhekk se jkun qed jinqasam ugwali bejn erba' Maġistrati. F'kawżi ta' persuni li jitressqu b'ċitazzjoni, t-terminu tagħhom mhuwiex bħal dawk li jitressqu b'arrest u għaldaqstant dawn jistgħu jieħdu perjodu ferm aktar twil, biex il-proċeduri jibdew. Huwa jew hija biss il-Maġistrat li jiddeċiedi jew tiddeċiedi meta l-kawżi jiġu assenjati. Numru ta' Pulizija, se jkunu qegħdin jiġu akkużati bi akkużi relatati ma' frodi, kompliċità ta' frodi, li għamlu dikjarazzjonijiet foloz u kompliċità tal-istess dikjarazzjonijiet iżda mhux qegħdin ikunu akkużati b'ħasil ta' flus kif kien maħsub oriġinarjament u kien għalhekk li dawn ma tressqux il-Qorti b'arrest. Dawk li se jiffaċċaw il-ġustizzja jinkludu lis-Supretendent Walter Spiteri, Kap tat-Taqsima tat-Traffiku li kien reġa' ddaħħal fil-Korp fl-1 ta' Jannar tal-2017 u li fi Frar li għadda rriżenja b'rabta ma' dan il-każ. Huwa kien imexxi s-Sezzjoni tat-Traffiku u r-riżenja tiegħu kienet ġiet aċċettata. Għandhom jgħaddu proċeduri wkoll l-Ispetturi Pierguido Saliba u Nikolai Sant li flimkien mas-Supretendent Walter Spiteri mistennija jiffaċċaw akkuża ta' falsifikazzjoni ta' dokumenti, dik li approvaw sahra li qatt ma saret. Il-membri tal-Korp tal-Pulizija l-oħra li qegħdin jiġu akkużati huma fir-ranks ta' Surġenti u Kuntistabbli u li minnhom waħda minnhom hija Kuntistabbli femminili. F'perjodu minnhom kien hemm 41 uffiċjal arrestat, u ħafna minnhom kienu ngħataw il-police bail. Bin-numru jinżel għal 32. Kien hemm ukoll seba' riżenji li kollha kienu ġew aċċettati. L-allegat abbuż mis-sahra kien spiċċa wkoll fuq il-media internazzjonali, fosthom fuq Reuters u The New York Times fejn issemma wkoll l-allegat użu ta' fjuwil għall-vetturi privati tal-uffiċjali tal-Korp. Minbarra stejjer ta' eluf ta' ewro fi ħlasijiet minn taħt, fi Frar kienu inkixfu wkoll stejjer ta' theddid fuq uffiċjali oħra tal-Pulizija, relazzjonijiet intimi bejn Pulizija f'forma ta' tpattija, serq ta' fuel, xibka ta' hbiberiji, ċitazzjonijiet maħfura b'mod abbużiv u ħafna aktar. Huma l-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Ekonomiċi u mill-Uffiċċju tal-Affarijiet Interni li mexxew l-investigazzjonijiet tagħhom b'rabta mal-allegat abbuż mis-sahra mill-uffiċjali tal-Pulizija fis-sezzjoni tat-traffiku. Mill-investigazzjoni rriżulta li l-allegati abbużi saru l-aktar fl-2019, iżda hemm oħrajn li jmorru wkoll aktar lura, saħansitra sa erba' snin. Allegatament il-Pulizija kienu jirrappurtaw li jkunu 'extra duty' iżda minn stħarriġ li sar fis-sistema tad-datatrak tal-muturi, instab ma kienux jirrappurtaw għax-xogħol.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/29/franza-habs-ghall-eks-prim-ministru-fillon-wara-hlas-lil-martu-ghal-xoghol-inezistenti/
Franza: Ħabs għall-eks Prim Ministru Fillon wara ħlas lil martu għal xogħol 'ineżistenti'
netnews.com.mt
L-eks Prim Ministru Franċiż, Francois Fillon, u martu, Penelope, instabu ħatja dwar skandlu li kien jinvolvi xogħol ineżistenti għall-iskaptu tal-Istat. Fillon weħel ħames snin ħabs – tlieta minnhom sospiżi – dwar l-akkużi li ħallas lil martu mijiet ta' eluf ta' ewro għal xogħol li qatt ma għamlet fi żmien meta hi kienet impjegata bħala assistenta tiegħu. Intant, martu weħlet sentenza sospiża ta' tliet snin ħabs, fejn insabet ħatja wkoll dwar kompliċità fi frodi relatata ma' fondi pubbliċi. Fillon u martu anki kienu mmultati mat-375,000 ewro. L-iskandku kien ir-raġuni prinċipali wara l-falliment tal-impenn ta' Fillon, b'2017, biex isir il-President ta' Franza – biċ-ċirkustanzi jwittu t-triq għal Emmanuel Macron ( il-President Franċiż attwali) biex jirbaħ l-elezzjoni. L-allegazzjonijiet konnessi mal-iskandklu kissru l-karriera politika ta' Fillon, eks kandidat taċ-ċentru-xellug, bil-verdett tal-bieraħ jintlaħaq proprju tliet snin wara li sfaxxat il-kampanja tiegħu għall-Presidenza.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/29/it-tieni-intervent-mediku-ghal-alex-zanardi-fghaxart-ijiem/
It-tieni intervent mediku għal Alex Zanardi f'għaxart ijiem
netnews.com.mt
L-atleta paralimpiku Alex Zanardi għadda minn operazzjoni f'moħħu għat-tieni darba wara li madwar ġimgħa u nofs ilu sofra minn inċident ikrah. Stqarrija tal-isptar Santa Maria alle Scotte fi Siena qalet li l-operazzoni damet madwar sagħtejn u nofs u li Zanardi jinsab intubat fil-kura intensiva. Id-direttur tal-isptar Roberto Gusinu qal li l-kundizzjoni tiegħu għadha stabbli mill-aspett kardjaku u serja mill-aspett mentali. Hu qal li t-tobba kienu taw parir minn qabel biex issir din l-operazzjoni. Zanardi li għandu 53 sena, iservi ta' ispirazzjoni fid-dinja tal-motorsport u l-isport b'mod ġenerali hekk kif baqa' pożittiv wara li rritorna bi tbissima minn inċident li seta' tilef ħajtu. F'inċident waqt tellieqa f'Lausitzring fil-Ġermanja f'Settembru tal-2001, qalb Zanardi waqfet seba' darbiet, tilef litru demm f'ġismu u spiċċa biex tilef iż-żewġ saqajn mill-irkoppa l-isfel. Zanardi rritorna għall-isport paralimpiku u rebaħ total ta' erba' midalji tad-deheb, tnejn fl-Olimpjadi ta' Londra fl-2012 u tnejn fl-Olimpjadi ta' Rio fl-2016.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/29/gowl-ta-ben-mee-jrebbah-lil-burnley/
Gowl ta' Ben Mee jrebbaħ lil Burnley
netnews.com.mt
Burnley komplew jitilgħu fil-klassifika wara rebħa ta' 1-0 f'Selhurst Park kontra Crystal Palace. Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għat-tim ta' Sean Dyche filwaqt li Palace sofrew it-tieni telfa konsekuttiva wara li kienu megħluba 4-0 minn Liverpool. Qabel din il-logħba, Crystal Palace kienu rebħu l-aħħar erba' logħbiet fil-Premier League kontra Burnley. Burnley skorjaw l-uniku gowl tal-logħba fit-62 minuta meta minn free-kick ta' Ashley Westwood, id-difensur Ben Mee tar minn tulu biex b'daqqa ta' ras għeleb lil Vicente Guaita, bil-gowlkiper imiss il-ballun qabel ħabat mal-wieqfa u daħal fix-xibka. Wara dan il-gowl, it-tim ta' Roy Hodgson żied l-isforzi biex jevita t-telfa iżda ftit kienu diretti u perikolużi lejn il-lasta ta' Nick Pope. B'din ir-rebħa, Burnley laħqu lil Tottenham b'45 punt għalkemm b'logħba aktar filwaqt li Crystal Palace baqgħu fil-11-il post bi 42 punt.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/29/jinzamm-arrestat-fuq-akkuzi-li-ta-daqqiet-ta-sikkina/
Jinżamm arrestat fuq akkużi li ta daqqiet ta' sikkina
netnews.com.mt
Palestinjan ta' 44 sena ttella' l-Qorti akkużat li ta daqqiet ta' arma li taqta' u bil-ponta lil sid ta' ħanut li jinsab f'San Pawl il-Baħar. Abd Al Salam el Adaw Mahmud ilu jgħix għal 15-il sena f'pajjiżna fejn kien irraportat li diġà wettaq attakk simili fil-passat. Il-vittma, Wagih Yousseff Awad jinsab rikoverat fl-Isptar Mater Dei għal xi ġrieħi li sofra. Fortunatament, ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. Il-prosekuzzjoni segwiet filmati ta' CCTV li hemm fil-ħanut stess, liema filmat juri l-aggressjoni u l-attakk li seħħ b'sikkina. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest li saret f'isem l-akkużat hekk kif l-imputat kien instab ħati ta' reati oħra. Hu qed jinżamm arrestat fil-Faċiltà Korrettiva ta' Kordin.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/29/il-polonja-lejn-tieni-rawnd-tal-elezzjoni-ghall-presidenza/
Il-Polonja: Lejn tieni rawnd tal-elezzjoni għall-Presidenza
netnews.com.mt
Il-President Pollakk, Andrzej Duda, hu l-aktar kandidat li kiseb voti fl-ewwel rawnd tal-elezzjoni għall-Presidenza tal-pajjiż, iżda naqas milli jaċċerta minn maġġoranza assoluta. Dan ifisser li Duda jrid jikkonfronta lill-eqreb kandidat – Rafal Trzaskowski, li hu s-Sindku ta' Varsavja – f'tieni rawnd deċiżiv tal-elezzjoni li se jsir fi żmien ġimgħatejn. Fl-ewwel fażi, Duda, li hu alleat tal-Partit għal-Liġi u Ġustizzja (PiS) fil-Gvern, kiseb mal-44 fil-mija tal-vot, bi Trzaskowski, li hu politiku liberali, jirbaħ ftit aktar minn 30 fil-mija. Il-konkorrenza ta' votanti, minkejja sinjali inizjali għall-kuntrarju, kienet waħda għolja minkejja l-effetti tal-coronavirus u r-restrizzjonijet tas-social distancing. Intant, dan hu żmien inċert għall-Polonja minn lat politiku għaliex jekk il-President Duda jitlef it-tieni rawnd tal-elezzjoni, l-Oppożizzjoni tispiċċa f'pożizzjoni fejn tista' tixpruna r-riformi kbar politiċi li għandhom ikunu sinifikanti fuq livell nazzjonali. Il-President Pollakk għandu l-poter għall-veto fil-konfront ta' kwalunkwe leġislazzjoni u, b'hekk, il-preżenza kontinwa ta' Duda f'din il-kariga għandha tkun ta'benefiċċju għall-PiS f'dawn iċ-ċirkustanzi. Min-naħa tiegħu, Rafal Trzaskowski, qed jimpenja ruħu biex – f'każ li jsir President tal-Polonja – jirranġa d-diżgwid attwali bejn pajjiżu u l-Unjoni Ewropea. Dan meta fl-aħħar xhur spikkaw id-differenzi kbar bejn l-alleati politiċi tal-President Duda u l-UE dwar riformi kontroversjali fl-oqsma tal-media u l-ġudikatura fil-Polonja.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/30/sane-se-jinghaqad-ma-bayern-munich/
Sane se jingħaqad ma' Bayern Munich
netnews.com.mt
Bayern Munich laħqu ftehim ma' Manchester City biex jakkwistaw lil Leroy Sane għal somma totali ta' €60 miljun, bil-Ġermaniż mistenni jiffirma kuntratt ta' ħames snin. Iċ-champions Ġermaniżi se jħallsu €49 miljun, bil-kumplament tal-flus jaslu biex diversi klawsoli relatati mal-prestazzjonijiet tiegħu. Manchester City se jieħdu 10% ta' kull profitt li jagħmlu Bayern Munich jekk ma jibqax mal-klabb fil-futur. Il-plejer ta' 24 sena kien suġġett għal spekulazzjoni wara li t-tim Ingliż kien qata' qalbu minħabba li naqas isib ftehim mal-plejer għal kuntratt ġdid. Rapport fil-media internazzjonali qed jgħidu li Sane se jirdoppja s-salarju tiegħu ma' Bayern Munich hekk kif hu mistenni li se jkollu salarju ta' madwar €22 miljun fis-sena. Sane ġej minn staġun sfortunat hekk kif weġġa' fil-Community Shield f'Awwissu li għadda. Hu kien ingħaqad ma' Manchester City mingħand Schalke fl-2016 għal €40 miljun.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/30/konferenza-dinjija-mill-aips-il-hamis-li-gej-fil-jum-dinji-tal-gurnalisti-tal-isport/
Konferenza Dinjija mill-AIPS il-Ħamis li ġej fil-Jum Dinji tal-Ġurnalisti tal-Isport
netnews.com.mt
Fl-okkażjoni tas-96 anniversarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-ġurnalisti tal-isport u biex ikun imfakkar il-Jum Dinji tal-Ġurnalisti tal-Isport, l-AIPS ser tniedi l-ewwel Konferenza Dinjija b'mod virtwali. It-tema ewlenija ser tkun "il-Covid-19 affettwa l-indipendenza u l-futur tal-ġurnaliżmu tal-isport." F'mument daqstant difficli fejn il-programm ta' sport fl-aħħar xhur inbidel għal kollox, l-għan ta' din il-konferenza virtwali hu li ssir analiżi tas-sitwazzjoni. Imwaqqfa fit-2 ta' Lulju tal-1924 qabel il-ftuħ tal-Olimpjadi ta' Pariġi, mill-ftit ġurnalisti preżenti f'dik l-okkażjoni għal Franz Reichel bħala l-ewwel President. Minn dik l-ewwel laqgħa li saħansitra saret f'ring tal-boxing għas-sitwazzjoni attwali b'aktar minn 130 pajjiż affiljat. Għal din il-konferenza virtwali ser jiehdu sehem għadd ta' personalitajiet ta' fama internazzjonali fil-qasam tal-ġurnaliżmu tal-isport u li jirreflettu dak li minħabba l-Covid-19 seħħ fil-kontinenti. B'kollox aktar minn 500 parteċipant minn 129 pajjiż ser jieħdu sehem u filwaqt li ser ikunu indirizzati mill-President tal-AIPS Gianni Merlo, fil-ftuħ ser ikun hemm messaġġ mill-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach fejn huwa fakkar ir-rabta li teżisti bejn il-Moviment Olimpiku u l-AIPS, bi Pierre de Coubertin innifsu kien membru tal-AIPS fit-twaqqif tagħha 96 sena ilu.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/06/30/matthew-magro-u-sue-abela-rebbieha-tal-mtba-memorial/
Matthew Magro u Sue Abela rebbieħa tal-MTBA Memorial
netnews.com.mt
Matthew Magro u Sue Abela rebħu l-kategoriji tal-irġiel u n-nisa rispettivament fit-tournament MTBA Memorial 2020 b'tifkira ta' Silvio Anastasi u Sammy Borg. Magro li għad għandu 18-il sena, żamm l-ewwel post b'serje b'saħħitha ta' 1307 u medja ta' 217.8 biex għeleb liż-żagħżugħ ta' 15-il sena Nicholas Muscat b'disa' pin biss. B'kollox ħadu sehem 23 parteċipant fil-kategorija tal-irġiel. Mark Spiteri spiċċa fit-tielet post segwit mill-qrib minn Neil Sullivan, Mauro Anastasi, Rankin Camilleri. Iż-żagħżugħ ta' 13-il sena Chris Fenech spiċċa fis-seba' post, 72 pin wara Magro. Fil-kategorija tan-nisa, Sue Abela ddominat prattikament mill-bidu sal-aħħar. Dan minħabba li kienet l-uniku waħda mit-12-il kompetitriċi femminili li lagħbet b'medja ta' aktar minn 200 punt. Cynthia Duca u Liliana Spiteri temmew it-tieni u t-tielet post. Spiteri spiċċat indaqs ma' Tiziana Carannante iżda spiċċat qabilha minħabba li kellha l-ogħla punteġġ fl-aħħar logħba. Il-premijiet ġew ippreżentati mill-President tal-MTBA Paul Baldacchino, flimkien mal-familja ta' Sammy Borg filwaqt li mart il-mibki Silvio Anastasi, Melissa, kienet preżenti għall-kompetizzjoni. Din kienet it-tieni edizzjoni ta' dan it-tournament.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/06/il-festival-nazzjonali-tal-ktieb-2020-johrog-il-poster-ta-din-l-edizzjoni/
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – joħroġ il-poster ta' din l-edizzjoni
netnews.com.mt
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippreżenta bi pjaċir il-poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, li dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta' Novembru Dar il-Mediterran. Ix-xogħol illustrattiv fuq il-poster sar minn Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna, u x-xogħol fuq id-disinn grafiku sar minn Steven Scicluna. Moira, Mark u Steven huma ismijiet magħrufa għax-xogħol tagħhom, fost l-oħrajn fuq il-qoxra ta' bosta kotba ppubblikati Malta u lil hinn minnha. Il-poster uffiċjali ta' dis-sena jinkludi karattri famużi mil-letteratura dinjija tat-tfal, bħal Sherlock Holmes, it-Tifla tal-Barnuża Ħamra u l-kelb l-abjad liebes bħall-qattus f'wieħed mill-kotba ta' Dr. Seuss. Il-KNK reġa' rnexxielu jassigura spazju akbar li fih se jsir il-Festival f'Dar il-Mediterran, li jinkludi sala oħra ddedikata għall-bejjiegħa tal-kotba u l-NGOs fejn se jsiru attivitajiet varji bħal preżentazzjonijiet ta' kotba, diskussjonijiet, tnedijiet u attivitajiet relatati mal-kultura. Il-programm sħiħ jiġi ppubblikat f'Settembru u aktar tard jitqassam f'forma stampata fid-djar kollha f'Malta u Għawdex. Fil-ġimgħat li ġejjin il-KNK iħabbar l-ismijiet tal-mistiedna barranin, fosthom ukoll il-mistieden speċjali għal dis-sena. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ b'mod privat it-Tlieta 10 ta' Novembru b'ċerimonja li fiha jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2020 għall-aħjar kotba tat-tfal u l-adolexxenti ppubblikati fl-2019. L-attivitajiet ta' filgħaxija jiftħu l-Erbgħa 11 ta' Novembru bil-konferenza. Dis-sena t-tema tal-konferenza ewlenija tal-Festival se tkun l-esperjenza tat-traduzzjoni ta' kittieba Maltin f'lingwi oħra. Il-Festival se jkun miftuħ għat-tfal tal-iskola filgħodijiet fost il-ġimgħa. Qed jitħejja għalihom programm kulturali speċjali u attivitajiet magħmula biex jitgħallmu waqt li jieħdu pjaċir, fosthom biċċiet teatrali, qari u laqgħat mal-kittieba. Il-KNK qiegħed isegwi l-aħħar żviluppi tal-miżuri Covid-19 tal-Gvern biex inkunu fl-aħjar pożizzjoni li nipprovdu esperjenza sabiħa imma sigura għal kulħadd. Dawk l-eżebituri potenzjali li għadhom ma bagħtux l-applikazzjoni mħeġġa biex jagħmlu dan minn hawnhekk. Is-sottomissjonijiet jibqgħu miftuħa sal-Ġimgħa 14 t'Awwissu f'nofsinhar. Il-membri tal-pubbliku huma mħeġġa jsegwu l-paġna tal-FB tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-paġna uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 fuq is-sit elettroniku tal-KNK għall-aħħar aġġornamenti.
[ 5 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/06/sean-cipriott-igedded-il-kuntratt-tieghu-ma-balzan/
Sean Cipriott iġedded il-kuntratt tiegħu ma' Balzan
netnews.com.mt
Il-midfielder Sean Cipriott se jġedded l-esperjenza tiegħu ma' Balzan meta ffirma kuntratt tliet snin. Matul l-istaġun li għadda Cipriott kien plejer importanti għat-tim ta' Senglea Athletic fejn kien misluf mingħand l-istess Balzan. Cipriott għażel li jiffirma ma' Balzan minkejja l-interess minn numru ta' klabbs oħra tal-Kampjonat Premier. Il-midfielder ta' 23 sena kien intagħżel minn Replay bħala l-aqwa plejer tax-xahar ta' taħt it-23 sena għal Ottubru-Novembru.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/03/l-eks-direttur-ta-projects-malta-ma-jipprezentax-dokumenti-fil-qorti-fil-kaz-vitals-ghax-tnehha-il-kariga/
L-eks Direttur ta' Projects Malta ma jippreżentax dokumenti fil-Qorti fil-kawża tal-Vitals ... għax tneħħa mill-kariga
netnews.com.mt
James Camenzuli, dak li sa tliet ġimgħat ilu kien Direttur ta' Projects Malta filwaqt li kien ħafna evażiv fit-tweġibiet tiegħu qal fil-Qorti li m'għandux aċċess għal dokumenti mportanti dwar dan il-każ minħabba li tliet ġimgħat ilu ma baqax jokkupa l-kariga li kellu. Camenzuli, li kien qed jixhed fil-kawża li fetaħ biex il-poplu Malti jieħu lura l-isptarijiet tiegħu, nsista li dejjem kien jimxi mal-kumitat ta' evalwazzjoni u aġġudikazzjoni, li hu kien membru tiegħu. Qal li dan il-mandat ma kienx jinkludi eżerċizzju ta' diliġenza. "Kif tista' tivvaluta l-finanzi tal-bidders mingħajr ma tagħmel xogħol ta' diliġenza dovuta?" Staqsa l-Avukat Edward Debono. B'Camenzuli jkompli jinsisti li l-kompitu tagħhom kien li kienu jivvalutaw l-offerti f'konformità mal-RFP (Sejħa għall-Proposti) u fil-fatt, iż-żewġ offerti l-oħra li saru ma kienux konformi u baqgħu biss Vitals fit-tellieqa. "Kont għamilt verifiki fuq Tumuluri?" staqsa l-avukat. "Ma kinitx il-kompitu tagħna li nevalwaw il-persuni imma l-offerta," kienet ir-risposta. "Kont taf dwar il-falliment tiegħu fil-Kanada lura fl-2012?" komplew id-domandi fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien ukoll fost il-protagonisti għal domandi persistenti li kienu qegħdin isiru, bix-xhud jibqa' evażiv. "Le. Wara sirt naf meta ġieli qrajt dwaru fil-gazzetti, bħalek u bħal kulħadd. L-ambitu tagħna kien li nsegwu b'mod strett il-iskeda mqiegħda minn Projects Malta. "Din kienet ir-responsabbiltà tagħna u li nissodisfawha. Aħna ma wettaqna l-ebda investigazzjoni, għamilna biss evalwazzjoni, " kompla jgħid ix-xhud. Mistoqsi jekk kien jaf minn qabel jekk kienx jaf minn qabel li Vitals kienet dik il-magħżula, huwa wieġeb – "Naħlef taħt ġurament li ma kontx." Fir-rigward tal-fatt li l-kumpanija kienet ġiet irreġistrata xahar qabel ma tlesta r-rapport ta 'evalwazzjoni, Camenzuli qal li kien normali għal "konsorzju" li jingħaqdu ftit qabel ma jitfgħu offerta. "Madankollu konsorzju ma kienx dak preferut. VGH biss kienet, "irrimarkaw l-Avukati Debono u Delia. "Huma [VGH] kellhom l-appoġġ ta 'kumpaniji kbar. Forsi l-konsorzju mhux it-terminu eżatt, "wieġeb ix-xhud. Il-ka# ikompli l-Erbgħa 22 ta' Settembru.
[ 0, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/03/lewis-hamilton-fuq-quddiem-fl-ewwel-zewg-sessjonijiet-liberi-u-protest-minn-red-bull-kontra-mercedes/
Lewis Hamilton fuq quddiem fl-ewwel żewġ sessjonijiet liberi u protest minn Red Bull kontra Mercedes
netnews.com.mt
Lewis Hamilton wera s-saħħa tal-karozza Mercedes fl-ewwel żewġ sessjonijiet ta' prattika hekk kif fi tmiem il-ġimgħa ssir l-ewwel Grand Prix tal-istaġun. Iċ-champion tad-dinja kien l-aktar veloċi segwit minn sieħbu Valtteri Bottas. L-istaġun beda erba' xhur tard minħabba li l-coronavirus ħarbat il-kalendarju kollu. Minbarra tmien tlielaq fl-Ewropa skedati għall-għaxar ġimgħat li ġejjin, il-kumplament tal-kalendarju għadu mhux deċiż minħabba tal-impatt differenti tal-Covid-19 madwar id-dinja. Biex jibdew il-kampjonat, it-tmexxija tal-Formula 1ħadet serje ta' miżuri ta' sigurtà biex inaqqsu r-riskju tal-coronavirus bi protokolli ta' distanza soċjali u diversi testijiet. Protest minn Red Bull kontra Mercedes Lejliet il-bidu tal-istaġun, Red Bull daħħlu protest wara s-sessjoni tal-bieraħ kontra s-sistema innovattiva ta' Mercedes magħrufa bħala DAS jew aħjar Dual Axis Steering Red Bull qed jilmentaw li nkisru r-Regolamenti Tekniċi speċifikament artiklu 3.8 li jirreferi għall-influwenza aerodinamika u l-artiklu 10.2.3 li jgħid li ma jista' jsir l-ebda tibdil fis-sistema tas-suspension waqt li l-karozzi qed jimxu. L-istewards se jiddeċiedu jekk il-karozza hux legali. Jekk jiddeċiedu li le, Mercedes ikunu kostretti li jagħmlu l-bidliet neċessarji, jiġifieri jneħħu s-sistema. Jekk id-deċiżjoni tkun li s-sistema hi legali, Mercedes ikunu jistgħu jużaw is-sistema u jwassal għal timijiet oħra li jagħmlu l-verżjoni tagħhom. Id-deċiżjoni se tittieħed qabel it-tielet sessjoni ta' prattika ta' għada.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/03/nipprotegu-l-widien-u-l-kmamar-tan-nar-ta-hal-qormi/
Nipproteġu l-widien u l-kmamar tan-nar ta' Ħal Qormi
netnews.com.mt
Clyde Puli, PN Fil-parlament id-deputat Clyde Puli appella biex nipproteġu l-ambjent naturali taż-żewġ widien prinċipali ta' Ħal Qormi; Wied il-Kbir u Wied is-Sewda kif ukoll biex jiġu protetti ż-żewġ kmamar tan-nar ta San Bastjan u San Gorġ li qiegħdin fiż-żewġ widien rispettivi. Hu tkellem dwar Wied il-Sewda u qal li dan hu wieħed mill-widien sbieħ ta' Ħal Qormi iżda jinsab abbandunat, traskurat u maħmuġ bi skart mormi fih minn persuni rresponsabbli li ħafna drabi jdum ma jinġabarx mill-awtoritajiet. Hu qal li filwaqt li hu tajjeb li se jintefqu flus mill-Ewropa biex isir proġett ta' tisbieħ fil-parti urbana u diġà mibnija tal-wied, hu neċessarju li l-parti naturali tal-istess wied tiġi kkurata u rrestawrata bi pjanti u siġar indiġeni. Minkejja li hemm mogħdijiet tal-konkos għall-bdiewa għad hemm uħud minn dawn it-toroq li għadhom perikolużi minħabba ċnut imwaqqa' u għaldaqstant ta' periklu għall-vannijiet li jgħaddu minn hemm. Hu qal li sa ftit gimgħat ilu inqalbet karozza fiż-żona. Clyde Puli tkellem ukoll dwar Wied il-Kbir u reġa' oppona bil-qawwi għall-applikazzjoni għal żvilupp ta' razzett u tar-raba' tal-madwar f'numru ta' mħażen industrijali. Dan se jeqred l-ambjent sabiħ tal-inhawi, se jkun ta detriment għar-residenti ta' Ħal Luqa u se jhdedded it-tradizzjoni tal-logħob tan-nar ta' Ħal Qormi San Bastjan għaliex dawn jaħdmu u jaħarqu n-nar ftit 'il boghod minn hemm. Hu lmenta li Ħal Qormi diġà mibni ħafna u għandu ħafna toroq arterjali u traffikużi għaddejjin minnu. Dawn il-widien huma l-pulmuni ta' ftit arja friska u nadifa f'Ħal Qormi kif ukoll postijiet ta' rikreazzjoni u ta' kwalità ta' ħajja aħjar għall-familji Qormin u dawk tal-madwar. Hu għalhekk wissa' kontra l-iżvilupp fil-widien u qal li dan jeqred il- ftit ambjent naturali li baqgħalu Ħal Qormi u jnaqqar il-kwalità ta' ħajja tal-Qormin Wied il-Kbir u Wied is-Sewda minbarra numru ta' bdiewa u ambjent naturali jospitaw fihom iż-żewġ kmamar tan-nar tal-festi ta' Ħal Qormi. Hu qal li l-festa u l-logħob tan-nar huma parti importanti mit-tradizzjoni u l-identità Qormija. Hu qal li kull zvilup fuq il-Widien ta' Ħal Qormi qed jhedded mhux biss l-ambjent naturali iżda wkoll l-ambjent kulturali tal-komunità Qormija.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/05/inter-sorprizi-minn-bologna-u-napoli-jaghtu-t-tielet-telfa-konsekuttiva-lil-roma/
Inter sorpriżi minn Bologna u Napoli jagħtu t-tielet telfa konsekuttiva lil Roma
netnews.com.mt
Inter sofrew telfa mhux mistennija f'darhom kontra Bologna biex mhux biss ma ħadux vantaġġ mit-telfa ta' Lazio iżda issa għandhom vantaġġ biss ta' punt fuq Atalanta. Roma sofrew it-tielet telfa konsekuttiva filwaqt li Brescia, Sampdoria u Genoa kisbu punti importanti fit-taqtigħa kontra r-relegazzjoni. BRESCIA – Rebħa fondamentali għal Brescia fit-tama li jevitaw ir-relgazzjoni. Huma għelbu lil Verona 2-0. Iż-żagħżugħ ANDREA PAPETTI fetaħ l-iskor fit-52 minuta b'daqqa ta' ras biex lejn it-tmiem ALFREDO DONNARUMMA għalaq il-logħba minn kontrattakk. CAGLIARI – Atalanta komplew il-mument pożittiv meta din id-darba għelbu barra minn darhom lil Cagliari 1-0 fis-Sardegna Arena. Wara li Cagliari kellhom gowl imħassar ta' Giovanni Simeone imbagħad lil Andrea Carboni mkeċċi fis-27 minuta, Atalanta skorjaw il-gowl importanti minn penalty ta' LUIS MURIEL. MILAN – Inter komplew jitilfu aktar punti u saħansitra qed jissugraw li jitilfu wkoll it-tielet post wara li kienu megħluba minn Bologna f'darhom bl-iskor ta' 2-1. ROMELU LUKAKU fetaħ l-iskor fit-22 minuta wara li daqqa ta' ras ta' Lautaro Martinez ħabtet mal-wieqfa. L-istess Martinez falla penalty fit-62 minuta wara li Roberto Soriano tkeċċa għal Bologna. MUSA JUWARA ġab id-draw fl-74 minuta b'xutt fil-baxx, biex wara li tkeċċa Alessandro Bastoni għal Inter, MUSA BARROW skorja l-gowl tar-rebħa fil-81 minuta minn kontrattakk. NAPLI – Napoli rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Roma 2-1 fi Stadio San Paolo, f'dik li kienet it-tielet telfa konsekuttiva għat-tim ta' Paulo Fonseca. Napoli marru fil-vantaġġ fil-55 minuta bi kross ta' Mario Rui jsib lil JOSE CALLEJON li daħal tajjeb biex għeleb lil Pau Lopez. Roma ġabu d-draw ħames minuti wara b'xutt fil-baxx u minn barra l-kaxxa ta' HENRIKH MKHITARYAN iżda LORENZO INSIGNE kellu ħsibijiet oħra fit-82 minuta meta skorja l-gowl tar-rebħa bi ġmiel ta' xutt minn tarf il-kaxxa. PARMA – Ftit tan-nifs għal Fiorentina li barra minn darhom għelbu lil Parma 2-1 f'logħba dominata mill-penalties. Fiorentina fetħu l-iskor fid-19-il minuta wara li ngħataw penalty għal fawl fuq Lorenzo Venuti, b'ERICK PULGAR ma żbaljax. Imbagħad kien l-istess ERICK PULGAR li rdoppja fil-31 minuta minn penalty mogħti b'mod identiku. Parma naqqsu d-distakk fid-49 minuta għal fawl ta' German Pezzella fuq JURAJ KUCKA, bl-istess plejer ma jiżbaljax mill-11-il metru. ĠENOVA – Tliet gowls fl-ewwel taqsima kienu biżżejjed biex Sampdoria għelbu lil Spal 3-0 fi Stadio Marassi. KAROL LINETTY fetaħ l-iskor wara 12-il minuta b'xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa. MANOLO GABBIADINI rdoppja fil-45 minuta bi free-kick li ħabat mal-wieqfa qabel daħal fix-xibka biex qabel tmiem l-ewwel taqsima reġa' kien KAROL LINETTY li kabbar il-vantaġġ b'xutt fil-baxx mill-kaxxa. UDINE – Genoa rkupraw minn żewġ gowls minn taħt u salvaw punt fi draw ta' 2-2 kontra Udinese fid-Dacia Arena. SEKO FOFANA fetaħ l-iskor b'daqqa ta' ras fl-44 minuta biex is-solitu KEVIN LASAGNA rdoppja fit-73 minuta b'xutt b'saħħtu mil-kaxxa. Genoa naqqsu d-distakk fil-81 minuta b'gowl tal-veteran GORAN PANDEV minn barra l-kaxxa biex fis-97 minuta ANDREA PINAMONTI ġab id-draw wara li Juan Musso kien salvalu l-ewwel xutt minn penalty. Serie A Is-Sibt: Juventus v Torino 4-1, Lazio v Milan 0-3, Sassuolo v Lecce 4-2 Illum: Brescia v Verona 2-0, Cagliari v Atalanta 0-1, Inter v Bologna 1-2, Napoli v Roma 2-1, Parma v Fiorentina 1-2, Sampdoria v Spal 3-0, Udinese v Genoa 2-2 Ikkummenta
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/04/johann-bezzina-jinghaqad-ma-mosta/
Johann Bezzina jingħaqad ma' Mosta
netnews.com.mt
Mosta kisbu lill-midfielder internazzjonali Malti Johann Bezzina b'self mingħand Birkirkara. Bezzina huwa prodott ta' Hibernians, is-sena li għaddiet kien issieħeb ma' Birkirkara. Matul il-karriera tiegħu Bezzina qatta' wkoll staġun b'self għand Sliema Wanderers.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/17/alex-borg-eliminat-mill-open-tal-irlanda-ta-fuq/
Alex Borg eliminat mill-Open tal-Irlanda ta' Fuq
netnews.com.mt
Il-plejer Malti tal-isnooker Alex Borg kien eliminat mill-Open tal-Irlanda ta' Fuq wara li fl-ewwel rawnd ta' din il-kompetizzjoni f'partita bilanċjata tilef 4-2 kontra s-seed numru 9 Stephen Maguire. Borg tilef l-ewwel tliet frames iżda rebaħ it-tnejn ta' wara 14-1 u 53-1 biex kien is-sitt frame li ddeċieda l-konfront. Aktar qabel ic-champion tad-dinja tal-isnooker Ronnie O'Sullivan għadda għar-rawnd li jmiss meta faċilment għeleb lil Jamie O'Neill 4-1.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/17/kundannat-sena-habs-wara-li-haqar-debba/
Kundannat sena ħabs wara li ħaqar debba
netnews.com.mt
In-Niġerjan Robert Omo ta' 22 sena li għadda proċeduri fuq moħqrija tal-annimali ġie kundannat sena ħabs u mmultat €3,000 mill-Maġistrat Joe Mifsud li sabitu ħati ta' moħqrija fuq debba. Omo iżda ma nstabx ħati mhux li kellu x'jaqsam mal-istess debba, anke jekk fil-liġi l-bestjalità mhuwiex att kriminali. Huwa kien qed jiġi mixli fil-Qorti ta' Għawdex li fit-30 ta' Settembru li għadda daħal f'razzett fix-Xewkija u pprova jkollu x'jaqsam ma' debba u li offenda l-pudur b'għemil li sar f'post espost u talli għamel ħsara fi proprjetà privata. Il-Qorti qagħdet fuq filmat li ġie esebit li juri lil Omo isawwat lid-debba b'oġġett iebes, jagħtiha bis-sieq u saħansitra waddbilha tyre. Il-Maġistrat Mifsud qal li fil-filmat esebit jidher b'mod ċar l-imputat waddab rim u tyre ta' karozza lejn id-debba. Il-Qorti qalet li ma temminx lill-imputat li qal li kellu bżonn jagħmel il-bżonnijiet naturali tiegħu u d-debba bdiet tersaq lejh. Anzi mill-filmat jidher li l-imputat jidher javviċina aktar minn darba lejn id-debba u li ħareġ u daħal aktar minn darba, u avviċinaha fi bnadi differenti fejn din imxiet. Il-Qorti qalet ukoll li għandu jintbagħat il-messaġġ lil dawk il-persuni li jwettqu atti ta' moħqrija fuq l-annimali għaliex dawn mhux aċċettabbli. Fakkret li anke l-annimali għandhom id-drittijiet tagħhom u li l-bniedem huwa obbligat li jħarishom. Meta l-Qorti qieset iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ u mill-provi miġjuba rriżulta li kien hemm moħqrija fuq id-debba fejn Omo sawwatha billi taha bis-sieq, u waddbilha oġġetti iebsa. Omo mhux biss instab ħati ta' moħqrija fuq id-debba, iżda wkoll li għamel ħsara fi proprjetà privata. Minkejja li l-Qorti ma sabitx lill-akkużat li kellu x'jaqsam mad-debba, tenniet li l-inkwiet u t-tħassib tar-raħħal, sid id-debba, seta' kien ġustifikat. Il-Maġistrat Joe Mifsud ħeġġeġ lill-Bord tal-Appelli tar-Refuġjati biex sakemm l-imputat iservi din is-sentenza, l-każ tiegħu minn fejn il-Kummissarju tar-Refuġjati fis-17 ta' Ottubru 2019 iddeċidiet li l-imputat għandu jagħmel l-applikazzjoni għall-ażil l-Italja u mhux f'Malta, tkun deċiza. Dan kollu biex immedjatament meta jiskonta s-sentenza jkun deportat lejn l-Italja minn fejn kien qabel ġie Malta. Iż-żagħżugħ kien ġie arrestat l-għada tal-każ wara li kien ntlemaħ idur fl-akwati tar-razzett fejn seħħ l-allegat att. Jirriżulta li sid ir-razzett għaraf l-imputat u prova jżommu bid-diskors. Kien żammu bid-diskors, ħalli ma jitlaqx. Meta Omo telaq, dan kien baqa' jiġi segwit, sakemm ġew il-Pulizija u arrestawh barra s-supermarket tal-LIDL li hemm barra r-Rabat, Għawdex. Huwa kien tressaq il-Qorti mill-Ispettur Bernard Charles Zammit. Id-debba, li ġiet maħqura kienet imgerxa u dan ġie nnutat mir-raħħal meta mar biex jagħlef il-bhejjem. Ir-raħħal saħaq kien dispjaċut b'dak li ġara għaliex il-bhejjem li għandu jħobbhom b'imħabba kbira. "Aħna dawk il-bhejjem parti mill-familja tagħna, inħobbuhom daqs id-dawl t'għajnejna." kien qal ir-raħħal lill-Pulizija.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/16/jehel-il-habs-wara-li-fera-bsikkina-lill-eks-siehba-tieghu-u-ragel-iehor/
Jeħel il-ħabs wara li fera' b'sikkina lill-eks sieħba tiegħu u raġel ieħor
netnews.com.mt
Niġerjan ta' 31 sena ġie kundannat disa' xhur ħabs wara li nstab ħati li fit-13 ta' April tas-sena l-oħra fera żewġ persuni b'sikkina li tintuża mill-koki. Keven Agbigbi residenti San Pawl il-Baħar, li jaħdem bħala kok f'ristorant li huwa jmexxi, nstab ħati li fera gravament raġel u b'mod ħafif lill-eks sieħba tiegħu. Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia fis-sentenza tagħha ordnat ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jibda nvestgazzjoni fil-konfront ta' Agbibi peress li hija temmen li huwa xehed falz f'dawn il-proċeduri. Huwa nstab ħati wkoll li kellu arma li taqta' mingħajr il-liċenzja tal-Pulizija. Il-każ kien investigat mill-Ispettur Godwin Scerri u t-tim tiegħu u mill-provi rriżulta li l-l-każ seħħ f'appartament fi Triq it-Tamar, f'San Pawl il-Baħar. Agbigbi kien jgħix mal-eks sieħba tiegħu Blessing Aloun f'appartament u kellhom flimkien tarbija ta' 18-il xahar u wild ieħor ta' Blessing ta' 10 snin. Ftit qabel l-inċident ir-relazzjoni bejn il-koppja kienet bdiet sejra lura minħabba li xi ħadd kien qal lill-imputat li s-sieħba tiegħu kienet f'relazzjoni ma' xi ħadd ieħor. Blessing ma felħitx aktar u kienet telqet mill-appartament għar-refuġu u marret tgħix f'appartament ieħor jum qabel ma seħħew l-inċidenti. Kienet marret tgħix ma' ċertu William Uti, ħabib tagħha u anke tal-eks sieħeb tagħha u ħadet magħha t-tarbija. Madankolu Keven Agbigbi kien mar u b'forza ħa lit-tarbija tiegħu u ta' Blessing għandu. Blessing u Uti kienu ċemplu lil ċertu Matthew Anoja biex imur għand Agbigbi u jipprova jikkalmah. Dak il-ħin Anoja kien mat-tfajla tiegħu Rachel Fred f'lukanda qed jattendu kunċert. Aktar tard Anoja mar mat-tfajla tiegħu Fred fl-appartament ta' Agbigbi biex jippruvaw jikkonvinċuħ jagħti t-tarbija lura lil Blessing, li wkoll kienet marret fl-appartament flimkien ma' William Uti. Magħhom kien mar ukoll it-tifel il-kbir tagħha. Blessing li kellha ċ-ċavetta qabdet u fetħet l-appartament u lkoll daħlu ġewwa u hawn beda argument bejn Agbigbi u Anoja, li spiċċa sofra minn ġrieħi gravi. Il-Qorti ddeċidiet fuq il-kredibilità tax-xhieda kollha f'dan il-każ, l-aktar fuq ix-xhieda tal-imputat u l-allegati vittmi, liema xhieda kienet waħda totalment differenti minn ta' xulxin. Skond Blessing u Matthew, meta marru fl-appartament, l-imputat kien irrabjat ħafna. Matthew fix-xhieda tiegħu qal li Keven Agbigbi qabdu minn għonqu u mill-għonq tal-flokk, bl-argument isir vjolenti fiżikament. F'dan l-istadju l-imputat ġera fil-kamra tas-sodda tiegħu, fejn kien iżomm sett ta' skieken li jużaw il-koki u mar biex jagħtih b'sikkina minnhom. Matthew irnexxielu jeħodlu s-sikkina u remiha. Waqt li kien għaddej dan kollu Uti pprova jissepara liż-żewġt irġiel u jikkalma s-sitwazzjoni, waqt li Blessing ħadet it-tarbija mill-kamra tas-sodda. B'xi mod it-tliet irġiel marru fil-kamra tas-sodda tal-imputat biex jippruvaw isolvu l-kwistjoni. Madankollu l-qiegħa reġgħet saħnet u ġlieda oħra seħħet fil-kamra tas-sodda. Meta l-ġlieda ikkalmat, Matthew u Uti ħarġu mill-kamra tas-sodda għal kuritur biex jitilqu. Keven Agbigbi mar warajhom b'żewġ skieken, u qata' widnejn Matthew b'sikkina minnhom. F'dan il-punt, William qata 'qalbu, u telaq mill-appartament, għax ma riedx jinvolvi ruħu f'dan il-ġlied, barra li kien ferut u muġugħ. Minkejja dan l-imputat baqa' jattakka u jiġri wara Matthew b'żewġ skieken. Huwa weġġgħu f'sidru b'waħda mis-skieken. Matthew kien qed jiddefendi lilu nnifsu b'idejh, jipprova jevadi tixjir bis-skieken, u spiċċa biex sofra minn qatgħat fil-polz sal-minkeb tal-id il-leminija tiegħu. Matul din il-ġlieda, Blessing ippruvat ukoll tneħħi s-skieken minn idejn l-imputat, iżda spiċċat b'qatgħa fuq is-saba'il-kbir ta' idha x-xellugija. Matthew qal lil Blessing u lil Rachel Fred biex biex joħorġu mill-appartament. Koppja li tgħix fl-appartament ta' taħt taw il-kenn lil Blessing u lil uliedha u ċemplu lill-Pulizija. B'xi mod, Matthew irnexxielu joħroġ mill-appartament, u beda jiġbed il-pum tal-bieb ta' barra tal-appartament, sabiex l-imputat ma jkunx jista' joħroġ, sakemm waslu l-Pulizija. L-imputat irnexxielu jkisser in-nofs tal-bieb ta' barra tal-appartament, u poġġa sikkina fit-toqba biex Matthew kellu jirtira lura biex ma jintlaqatx mis-sikkina, bl-imputat xorta fetaħ il-bieb u ħareġ biż-żewġ skieken f'idejh, fejn baqa' jhedded lil Matthew u jgħidlu li kien se joqtlu. Matthew għafas il-buttuna tal-lift, iżda l-imputat xorta rnexxielu jolqot lil Matthew fuq dahru, eżattament fuq spalltu x-xellugija. Hekk kif ħareġ mill-lift, Matthew sab lill-akkużat fis-sular t'isfel wara li dan uża t-taraġ, u baqa' bis-skieken f'idu. Huwa pprova jattakka lil Matthew għal darba oħra , iżda Matthew imbuttah lura u ħarab mill-blokka tal-appartamenti, fejn kien hemm Rachel tistenna. Rachel neħħiet il-ġakketta tagħha biex tipprova twaqqaf id-demm li joħroġ mill-qatgħa. Hija ċemplet ukoll għall-ambulanza iżda peress li din ittardjat u Matthew kien qed jitlef ħafna demm, Matthew iddeċieda li jsuq it-triq kollha lejn l-Isptar Mater Dei bil-karozza tiegħu, b'Rachel tgħinu. Min-naħa l-oħra, skont l-imputat qal fil-Qorti li l-ġrieħi fuq wiċċ Blessing, kienu kkawżata minħabba li waqt li kien waqt li kien qed żżomm idejha, ​​ippruvat tneħħija u laqatha. Qal ukoll li f'daqqa waħda Matthew ħareġ xi ħaġa mill but, probabbilment sikkina u beda jaqta' l-pala tal-lemin tiegħu magħha. Matthew tah ukoll daqqa ta' ponn fuq wiċċu, u minħabba din id-daqqa tilef żewġ snien ta 'quddiem u sinna oħra spiċċat tiċċaqlaq. Qal li kien Matthew li mbuttah lejn il-gallarija fil-kamra tas-sodda, u bdew jiġġieldu. Tenna li Matthew qabad il-partijiet privati ​​tal-imputat, u biex jeħles minnu, kellu jigdimlu widnejh. Xhieda li l-Qorti ma emmnitx.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/16/il-gvern-mhux-japprezza-l-hidma-tal-kunsilli-lokali/
Il-gvern mhux japprezza l-ħidma tal-kunsilli lokali
netnews.com.mt
Edwin Vassallo, PN Id-deputat Nazzjonalista appella lill-gvern biex japprezza l-ħidma li qed iwettaqu l-kunsilli lokali u li jkollu l-viżjoni neċessarja dwar il-kunsilli. Meta kien qed jitkellem fil-parlament Edwin Vassallo qal li fil-politika qed jintilef it-tifsira ta' xi tfisser tkun fil-politika biex isservi u appella biex il-ħidma tal-kunsilliera lokali u s-sindki tkun rikonoxxuta għaliex ħafna mill-iżvilupp tal-pajjiż jiddependi minn dawn in-nies. Hu tkellem dwar ir-riġenerazzjoni tal-lokalitajiet u tan-negozji partikolarment fil-Kottonera biex din illum hi dik li hi llum. Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan il-gvern Laburista hu nieqes mill-viżjoni anki dwar il-kunsilli lokali, fl-ambjent u fil-biedja. Il-kunsilli lokali għandhom ikunu mgħejjuna biex jaħdmu biex Malta tirbaħ fuq il-VOCID-19 u biex il-pajjiż jerġa' jibni l-ekonomija tiegħu. Hu semma' l-mod kif diversi sindki ilmentaw meta tkellmu fil-parlament dwar il-mod kif ma jistgħux jaqdu l-funzjonijiet tagħhom minħabba l-burokrazija, nuqqas ta' infurzar, bibien magħluqa u diffikulatjiet oħra li qed isibu.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/16/il-ministru-edward-scicluna-joggezzjona-li-jipproduci-dokumenti-tal-qorti-fkawza-ta-libell-li-fetah-hu-stess/
Il-Ministru Edward Scicluna joġġezzjona li jipproduċi dokumenti tal-Qorti f'kawża ta' libell li fetaħ hu stess
netnews.com.mt
L-Avukati li jirrappreżentaw lill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna oġġezzjonaw għall-produzzjoni ta' dokumenti tal-Qorti marbuta ma' deċiżjoni ta' Maġistrat biex issir inkjesta dwar il-ftehim tal-isptarijiet tal-VGH, bl-argument li l-informazzjoni kienet kunfidenzjali. It-talba għad-dokumenti saret minn avukati li jirrappreżentaw lill-eks kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Il-kwistjoni ħarġet fil-kors ta' proċeduri ta' libell istitwiti mill-Ministru kontra Busuttil, fuq kumment li ħarġu minn tweet l-għada tad-deċiżjoni Maġisterjali li laqgħet talba mill-NGO Repubblika għal inkjesta dwar it-trasferiment kontroversjali tal-isptarijiet pubbliċi lil Vitals Global Healthcare (VGH). L-inkjesta kellha tistabbilixxi jekk kienx hemm kompliċità kriminali minn Scicluna flimkien mal-eks Ministri Konrad Mizzi u Chris Cardona, fit-trasferiment tal-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u Għawdex. Repubblika kienet talbet l-inkjesta biex tistabbilixxi jekk it-tliet Ministri, kif ukoll id-direttur maniġerjali tat-Technoline Ivan Vassallo, tawx lill-grupp ta' investituri wara VGH vantaġġ inġust fil-proċess tal-għażla tal-kuntratt. Il-kumpanija, li ma kellhiex esperjenza preċedenti fis-settur, kellha l-ishma tagħha mixtrija milli ġgant tal-kura tas-saħħa tal-Istati Uniti Steward inqas minn sentejn wara. "Bħala pajjiż tal- #eurozone MA NISTGĦUX NAFFORDJAW li jkollna Ministru tal-Finanzi mdaħħal f'investigazzjoni dwar il-ħasil tal-flus. Għall-fini ta' pajjiżna @edwardscicluna GĦANDU JITLAQ ISSA, għallinqas sakemm jikklerja ismu," kien ittwitja Simon Busuttil f'Lulju 2019. L-ewwel talba mill-grupp tas-soċjetà ċivili kienet milqugħa mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, u ġiet annullata fuq appell mill-Imħallef Giovanni Grixti, fir-rigward tat-tliet ministri. Sussegwentement, Repubblika ressqet it-tieni talba, permezz ta' applikazzjoni twila ta' 150 paġna, li ġiet milqugħa mill-Maġistrat Doreen Clarke u kkonfermata fuq appell mill-Imħallef Edwina Grima, u b'hekk wittiet it-triq għall-inkjesta Maġisterjali. "Mill-mument li ngħata dak id-digriet, ma stajniex inħallu li jkollok ministru tal-finanzi involut f'tali kwistjoni. Mhux qed nitkellem dwar l-arena ġudizzjarja imma l-arena politika. "It-tnejn huma differenti," kien spjega Busuttil, waqt li kien qiegħed iżomm sod fit-tweet tiegħu meta xehed waqt il-proċeduri ta' libell f'Jannar li għadda. Scicluna kien qal li l-kumment ta' Busuttil kien intenzjonat li jtappan ir-reputazzjoni tiegħu "f'fażi "delikata" meta kien biċ-ċans biex jiġi nominat Kummissarju tal-UE. Meta kien qed jiffaċċja kontro-eżami fil-kawża ta' libell, Scicluna ġie mitlub minn Peter Fenech, l-avukat ta' Busuttil, biex jipproduċi dokumenti marbuta mad-deċiżjoni tal-Maġistrat, ikkonfermati fl-appell f'Novembru 2019. L-avukat tiegħu, Ivan Sammut, oġġezzjona billi argumenta li rekords tal-Qorti bħal dawn kienu "kunfidenzjali" u barra minn hekk, id-dokumenti mitluba ma kinux rilevanti għall-kawża ta' malafama, ​​peress li huma kienu li ddatataw it-tweet li qanqal il-libell. L-avukat ta' Busuttil wieġeb li l-Ministru kien qed juża l-liġi biex "jipproteġi lilu nnifsu" u li billi għamel hekk kien qed iċaħħad lil Busuttil minn difiża effettiva. Wara li semgħet sottomissjonijiet miż-żewġ partijiet il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, osservat li peress li l-Ministru ma kienx semma l-kwistjoni tad-dokumenti mitluba fl-affidavit tiegħu, Busuttil ma setax jagħmel it-talba waqt il-kontro-eżami. Madankollu ma kien hemm xejn li jipprekluduh milli jġib dik l-evidenza direttament, sakemm kienet meqjusa mill-Qorti "ammissibbli u rilevanti għall-merti tal-każ." Meta ċaħdet l-appell tal-Ministri, l-Imħallef Edwina Grima kienet osservat li l-Ministri kellhom "rwol attiv" fin-negozjati u kienu awtorizzaw il-finanzjament tal-ftehim VGH minn fondi pubbliċi. L-iskop tal-inkjesta Maġisterjali kien li jkun magħruf jekk dawk kollha involuti fin-negozjati setgħux jiksru l-liġi, kienet ikkonkludiet il-Qorti tal-Appell. Dik id-deċiżjoni effettivament tfisser li l-Maġistrat, li kien qed imexxi l-inkjesta kontra Ivan Vassallo, kellu jiġbor provi wkoll fir-rigward tat-tliet ministri. Intant, meta deher fis-seduta tal-Ġimgħa li għaddiet fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, l-eks Ministru Cardona kkonferma li kien qed jiffaċċja inkjesta Maġisterjali dwar il-ftehim tal-VGH, iżda kien għadu ma ġiex imsejjaħ biex jixhed. Il-kawża ta' libell tkompli f'Jannar.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/21/cyber-attack-fuq-is-sistemi-elettronici-ta-manchester-united/
Cyber attack fuq is-sistemi elettroniċi ta' Manchester United
netnews.com.mt
Il-klabb tal-football Ingliż Manchester United ħabbar li sofra attakk fuq is-sistemi elettroniċi tiegħu. Uffiċjali tal-klabb ikkonfermaw dan is- cyber attack u qalu li ttieħdet azzjoni pronta sabiex tkun ikkontrollata l-ħsara li saret. Esperti tekniċi qed ikomplu jinvestigaw il-każ u jaħdmu biex is-sistemi jerġgħu lura għan-normal. L-uffiċjali ddeskrivew dan l-attakk bħala wieħed sofistikat ħafna mwettaq minn kriminali esperti, madankollu fakkru li l-klabb għandu protokolli estensivi u proċeduri fissi għal eventwalitajiet bħal dawn, u kienu preparati għal attakki ta' dan it-tip. Huma spjegaw li d-difiżi li kellhom imħejjija għal cyber attacks bħal dawn ħadmu billi identifikaw l-attakk u awtomatikament għalqu s-sistemi biex ġiet illimitata l-ħsara u biex ġiet protetta d-data tal-klabb. Il- media channels l-oħra tal-klabb, inkluż il- website u l- app ma ġewx effettwati u skont l-uffiċjali tal-klabb lanqas ma ġiet minsusa data personali ta' fans jew klijenti. Dan l-attakk mhux mistenni jeffettwa bl-ebda mod il-partita ta' għada f'Old Trafford kontra West Bromwich Albion. elettroniċi
[ 10, 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/21/erling-haaland-jirbah-l-unur-tal-golden-boy-tal-2020/
Erling Haaland jirbaħ l-unur tal-Golden Boy tal-2020
netnews.com.mt
L-attakkant Norveġiż ta' Borussia Dortmund Erling Haaland rebaħ l-unur tal-Golden Boy bħala l-iktar plejer promettenti fid-dinja ta' taħt il-21 sena. Huwa għandu biss 20 sena, u f'Jannar li għadda ħalla t-tim ta' RB Salzburg biex ingħaqad mal-Ġermaniżi għas-somma ta' €20 miljun. Haaland skorja 27 gowl f'29 partita għal Boruasia Dortmund, filwaqt li għat-tim nazzjonali, sab ix-xibka sitt darbiet f'seba' logħbiet. L-attakkant ta' Barcelona Ansu Fati ġie fit-tieni post, segwit mid-difensur ta' Bayern Munich Alphonso Davies. L-ewwel għaxar postijiet inkludew dawn il-plejers; Jadon Sancho (Borussia Dortmund), Edouard Camavinga (Stade Rennais), Dejan Kulusevski (Juventus), Phil Foden (Manchester City), Dominik Szoboszlai (Red Bull Salzburg), Bukayo Saka (Arsenal) u Vinicius Junior (Real Madrid). L-aħħar rebbieħa ta' dan l-unur kienu Kylian Mbappe ta' PSG fl-2017, Matthijs de Ligt ta' Juventus fl-2018 u l-iktar riċenti Joao Felix ta' Atletico Madrid fl-2019.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/21/napoli-kontra-milan-l-aktar-li-tispikka/
Napoli kontra Milan l-aktar li tispikka
netnews.com.mt
Fi Stadio Sao Paolo, Napoli se jkunu qed jittamawa li jagħtu l-ewwel telfa tal-istaġun fis-Serie A lil Milan u jilħquwhom fl-ewwel post tal-klassifika bl-istess ammont ta' punti. Milan se jkunu mingħajr il-kowċ Stefano Pioli u l-assistent tiegħu wara li t-tnejn irriżultaw pożittivi għall-coronavirus bl-eks plejer ta' Milan u l-kowċ attwali ta' Napoli, Gennaro Gattuso se jkun qiegħed ifittex li jikseb t-tliet punti minn dan il-konfront. Juventus se jkunu qed jilgħabu għand Cagliari, bil-kowċ Andrea Pirlo se jkun qiegħed ifittex li t-tim tiegħu jikseb it-tliet punti minn dan il-konfront wara l-bidu bi prestazzjonijiet mhux tal-istess livell li kienu fl-istaġuni li għaddew. Inter se jittamaw li jżommu l-pass mat-timijiet fil-quċċata tal-klassifika meta jilgħabu kontra Torino, liema konfront jista' jkun diffiċli għat-tim ta' Antonio Conte hekk kif l-avversarji jinsabu fis-17 –il post tal-klassifika u se jkunu qed iħarsu li jitbiegħdu minn dik iż-żona. Fi Stadio Olimpico, Roma jilgħabu kontra Parma fejn it-tim ta' Paolo Fonseca se jkun qiegħed ifittex li jkompli fuq il-bidu pożittiv li sa issa kellu dan l-istaġun. SERIE A Illum : Crotone v Lazio 3.00pm, Spezia v Atalanta 6.00pm, Juventus v Cagliari 8.45pm, Għada: Fiorentina v Benevento 12.30pm, Verona v Sassuolo 3.00pm, Inter v Torino 3.00pm, Roma v Parma 3.00pm, Sampdoria v Bologna 3.00pm, Udinese v Genoa 6.00pm, Napoli v Milan 8.45pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/22/stati-uniti-joe-biden-qrib-ir-rebha-anki-fpennsylvania/
Stati Uniti: Joe Biden qrib ir-rebħa anki f'Pennsylvania
netnews.com.mt
Imħallef f'Pennsylvania warrab ir-rikors legali min-naħa tal-attivisti li qed imexxu l-kampanja tal-President Amerikan Donald Trump u li riedu jannullaw ir-riżultat tal-elezzjoni f'dan l-Istat kruċjali. L-aħħar disfatta għat-tentattivi ta' Trump biex jikkuntesta r-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali tat-3 ta' Novembru seħħet wara li l-attivisti mal-President ippruvaw jinvalidaw il-miljuni tal-voti li ntefgħu bil-posta f'Pennsylvania. L-Imħallef Matthew Brann qal, wara, li r-rikors, li kien qed jibbaża fuq allegati irregolaritajiet, kien 'nieqes minn kwalunkwe meritu. L-iżvilupp qed iwitti t-triq għall-konferma tar-rebħa f'Pennsylvania għall-kandidat tal-Partit Demokratiku, Joe Biden. Intant, Biden, il-President-elett tal-Istati Uniti, għandu vantaġġ ta' aktar minn 80,000 vot (fuq Trump) f'dan l-Istat. Minkejja li mhuma jwasslu mkien il-proċessi legali mressqa mill-kamp ta' Trump wara l-elezzjoni Presidenzjali, il-President bl-ebda mod mhu qed jammetti t-telfa. Fil-fatt, hu qed jippersisti bl-allegazzjonijiet dwar 'frodi sistematika fil-proċess elettorali' mingħajr ma jressaq il-provi konkreti u validi. L-aġir ta' Trump, intant, qed itellef il-proċess 'normali' ta' wara elezzjoni fl-Istati Uniti – u meta Joe Biden hu proġettat li jegħleb lil Donald Trump bi 306 vot kontra 232, skont is-sistema tal-Kulleġġ Elettorali li tiddetermina l-Presidenza tal-pajjiż għall-erba' snin li jmiss. Fil-fatt, il-kampanja ta' Trump tilfet sensiela ta' rikorsi legali li kellhom jikkuntestaw ir-riżultati tal-elezzjoni — bl-aħħar sforzi tar-Repubblikani jikkonċentraw fuq l-Istati ewlenin ikkunsidrati bħala 'swing states' ( jiġifieri l-Istati influwenti għar-riżultat elettorali). Dan meta l-President kien qed jittama li jwaqqaf dawn is- swing states li taw ir-rebħa lil Joe Biden milli jiċċertifikaw ir-riżultati – u meta l-konferma mill-Istati inkwistjoni hi essenzjali biex il-kandidat Demokratiku jkun iddikjarat formalment bħala rebbieħ tal-elezzjoni.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/23/il-familja-ta-ragel-li-miet-fil-kustodja-tal-pulizija-titlob-lill-qorti-ghall-access-immedjat-ta-informazzjoni/
Il-familja ta' raġel li miet fil-kustodja tal-Pulizija titlob lill-Qorti għall-aċċess immedjat ta' informazzjoni
netnews.com.mt
Il-familjari ta' raġel li miet fil-kustodja tal-Pulizija qed titlob lill-Qorti Kostituzzjonali biex mill-aktar fis possibbli jkollha aċċess għad-dokumenti kollha tal-inkjesta li qed issir rigward il-mewt tiegħu. Dawn qed jikkontednu li dan l-aċċess huwa dritt fundamentali tagħhom u dan wara li fl-24 ta' Ġunju li għadda kien miet Richmond Tong gewwa l-Lock Up tal-Pulizija gewwa l-Furjana. Il-familja tiegħu ppreżentat kawża Kostituzzjonali biex mhux biss tkun taf x'wassal għall-mewt tiegħu, iżda li jkollha aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha li qed toħroġ mill-inkjesta maġisterjali. Richmond Tong ta' 35 sena residenti l-Imtarfa kien miet matul il-lejl taħt il-kustodja tal-Pulizija. Huwa kellu bżonn assistenza medika hekk kif deher li kien tah attakk ta' aċċessjoni. Tong kien twaqqaf iktar kmieni matul l-istess lejl mill-Pulizija tal-RIU li kienu fuq ronda u wara li qajmilhom suspett u waqqfuh, saritlu tifttxija fejn instab li allegtament kien fil-pussess ta' sustanza allegatament droga. Ġie preżentat rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, Sede Kostituzzjonali minn omm u ħut il-vittma li qegħdin jgħidu li tħallew fl-għama dwar dak li ġara dakinhar li tilef ħajtu u dan aktar u aktar meta huwa ma kellu ebda kundizzjoni medika. Filgħodu wara li miet Pulizija kien mar id-dar tagħhom biex jagħtihom l-aħbar li Richmond kien tilef ħajtu. Ir-rikors ġie ppreżentata minn ommu Monica Tong u ħutu Ian Tong u Maryjo Tong kontra l-Avukat tal-Istat u l-Avukat Generali. Dawn qegħdin jgħidu li għandhom kull interess fl-andament u l-eżitu tal-istess inkjesta. Huma qegħdin jitolbu li jkollhom aċċess b'mod immedjat u dan wara li l-Maġistrat Inkwerenti permezz ta' digriet datat 22 ta' Lulju tas-sena 2020 ċaħdet it-talba u dan minħabba l-fatt illi l-inkjesta għadha miftuħa. Qalu li dan ifisser illi l-familjari tal-vittma Richmond Tong m'għandomx aċċess dwar dak li qed jiġri fl-inkjesta u lanqas informazzjoni dwar l-eżitu u x'qed jigri fl-atti tal-inkjesta. Illi ovvjament il-familjari tal-vittma għandhom interess ġuridiku. Huwa minnu jgħid ir-rikors li "l-atti u d-dokumenti tal-Qorti ma jistgħu jintwerew lil ħadd, lanqas ma jistgħu jingħataw kopji tagħhom, mingħajr permess speċjali tal-Qorti, ħlief lill-Avukat Ġenerali, lill-partijiet fil-kawża jew lill-Avukat jew Prokuratur legali li jkun awtorizzat mill-istess partijiet. Madankollu dawk l-atti kollha li jkunu nqraw fil-Qorti bil-miftuħ, jista' jarahom kull min irid u jistgħu jingħataw kopji tagħhom. Minkejja li huwa minnu illi n-natura ta' inkjesta fiha nnifsha hija wahda kunfidenzjali dan ma jnaqqas xejn mid-dritt tal-familjari tal-vittma li jkollhom access immedjat ghad-dokumenti esebiti. L-Avukati Franco Debono, Amadeus Cachia, Marion Camilleri u Francesca Zarb f'isem il-familja Tong qalet li l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea kif inkorporat fil-liġi Maltija bl-Artikolu 10 tal-Ewwel Skeda tal-Kap. 319 jipprovdi fost oħrajn li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà ta' espressjoni. Il-familja Tong għamlu referenza ghas-sentenza mogħtija mill-Qorti Ewropea tad- Drittijiet tal-Bniedem fit-8 ta' Novembru 2016 fl-ismijiet "MAGYAR HELSINKI BISOTTAG -vs- HUNGARY" fejn gie stabbilit illi f'ċerti ċirkostanzi d-dritt fundamentali għall-liberta' ta' l-espressjoni jinkludi d-dritt għall-informazzjoni: Dan ifisser għalhekk illi anke l-Qrati ta' Strasburgu saħqu fuq il-fatt illi persuna għandha dritt għall-aċċess ta' informazzjoni iktar u iktar fil-kaz inkwistjoni meta qegħdin nitkellmu fuq familjari fejn minn mindu ġara l-incident għandhom lanqas biss jafu x'ġara dakinhar tal-inċident u ingħataw l-ebda tip ta' informazzjoni. Għalhekk dan ir-raġunament illi sakemm l-inkjesta tingħalaq il-familjari tal-vittma m'għandhomx id-dritt illi jkollhom aċċess immedjat ghad-dokumenti esebiti, ma jreġix. Għaldaqstant il-familja Tong qed titlob lill-Qorti Kostituzzjonal tordna, sabiex immedjatament il-familha Tong ikollha aċċess immedjat għad-dokumenti esebiti, u dak kollu li jinsab esebit fl-atti tal-Inkjesta u anke għall-informazzjoni immedjata fost l-oħrajn mingħand l-Uffiċjal Prosekutur rigward tali inċident. Dan kollu skont l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali, l-Artikolu 10 tal-Ewwel Skeda tal-Kapitolu 319 tal-Liġijiet ta' Malta] u/jew fl- Artikolu 41 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta' Malta.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/27/xjenzat-ewlieni-iranjan-maqtul-fil-karozza-tieghu/
Xjenzat ewlieni Iranjan maqtul fil-karozza tiegħu
netnews.com.mt
Mohsen Fakhrizadeh, xjenzat ewlieni Iranjan, inqatel fil-karozza tiegħu meta ġew sparati tiri lejh. Hu ndarab gravi u miet aktar tard fl-isptar. Fl-ewwel reazzjonijiiet tiegħu, il-Ministru Iranjan għall-Affarijiet Barranin qal li hemm 'indikazzjonijiet serji' li f'dan il-qtil hemm l-involviment tal-Izrael. Stqarrija tal-Forzi Armati tal-pajjiz qalu li Fakrizadeh kien midrub gravi fl-isparatura u l-isforzi tat-tobba biex isalvawlu ħajtu ma swew għal xejn. Il-Ministru Iranjan għall-Affarijiet Barranin Mohammad Javad Zarif iddeskriva l-qtil tax-xjenzat bħala att terroristiku u kodard. Tags iranjan iżrael
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/26/il-qorti-tichad-it-talba-tal-avukati-ta-yorgen-fenech-biex-ikollhom-linja-diretta-mieghu-fil-habs/
Il-Qorti tiċħad it-talba tal-Avukati ta' Yorgen Fenech biex ikollhom linja diretta miegħu fil-ħabs
netnews.com.mt
Il-Qorti ċaħdet talba oħra tal-l-avukati ta' Yorgen Fenech li talbu li jkollhom linja diretta u mhux immonitorjata mal-ħabs, u dan biex ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-klijent tagħhom. Fil-preżent l-akkużat kompliċi fil-qtil ta' Daphne Caruana Galaizia jinsab taħt arrest preventiv. It-talba kienet saret aktar kmieni din il-ġimgħa wara li wieħed mill-avukati ta' Fenech irrapporta inċident mad-Direttur tal-ħabs. L-Avukat Charles Mercieca kien ippreżenta rikors quddiem il-Qorti wara li d-direttur tal-ħabs Alex Dalli kien waqqfu milli jieħu dokumenti fil-ħabs, waqt laqgħa ma' Fenech biex jipprepara għas-smigħ tal-għada fil-Qorti. Dak l-inċident kien ippospona f'daqqa l-laqgħa li kellha ssir bejn l-avukat u Mercieca. Sussegwentement kien ukoll tressaq ilment mal-Kamra tal-Avukati, fejn l-Avukat sostna li l-attitudni tad-Direttur affettwat b'mod negattiv id-dmirijiet tiegħu bħala avukat. It-tim legali ta' Fenech imbagħad talab linja diretta mal-klijent tagħhom, li ma ġietx irreġistrata jew interċettata. Madankollu, dik it-talba ġiet miċħuda mill-Maġistrat Rachel Montebello, li qed tippresiedi l-kumpilazzjoni tal-qtil, u osservat li talba bħal din tikser ir-regolamenti tal-ħabs. Dan għaliex is-sejħiet kollha lejn jew mill-ħabs, għandhom jiġu mmonitorjati u l-konversazzjonijiet irrekordjati. Hekk kif l-akkużat argumenta li l-liġijiet għandhom jiġu applikati biex jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali tiegħu, Bl-istess mod iridu jiġu rrispettati l-liġijiet u l-Qorti żgur ma tħassar l-ebda liġi jew regolament, u lanqas tordna lid-Direttur tal-ħabs biex jagħmel dan. Fir-rigward tal-inċident li jikkonċerna lil Dalli, il-Qorti ma tistax tgħid lill-kap tal-ħabs x'għandu jagħmel, ħlief għal kwalunkwe ħaġa li taffettwa l-proċedimenti kriminali li qed isiru. Il-Qorti qalet li l-konsultazzjonijiet bejn l-avukat u l-klijent fil-ħabs kellhom jitwettqu b'tali mod li tiġi evitata kwalunkwe influwenza fuq id-drittijiet tad-difiża, u żiedet li kellhom jingħataw opportunitajiet suffiċjenti biex jippermettu komunikazzjoni effettiva bejn l-akkużat u l-avukati tiegħu. B arra minn hekk, fit-tweġiba tiegħu għat-talba ta' Mercieca, id-Direttur tal-ħabs irrimarka li kien ta permess lill-avukati biex iġibu tagħmir elettroniku li jista' jintuża waqt il-laqgħat tagħhom mal-akkużat.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/23/judd-trump-jirbah-l-open-tal-irlanda-ta-fuq-ghat-tielet-sena-konsekuttiva/
Judd Trump jirbaħ l-Open tal-Irlanda ta' Fuq għat-tielet sena konsekuttiva
netnews.com.mt
Judd Trump għeleb lil Ronnie O'Sullivan 9-7 fil-finali tal-Open tal-Irlanda ta' Fuq biex b'hekk rebaħ dan l-Open għat-tielet sena konsekuttiva u sar l-ewwel plejer tas-snooker li rebaħ Open kompetittiv tliet darbiet konsekuttivi sa mill-1996 meta dakinhar kien waqqaf dan ir-rekord Stephen Hardy. Din is-sena kawża tal-pandemija tal-coronavirus dan l-Open sar f'Milton Keynes fl-Ingilterra. Fl-ewwel sessjoni li saret aktar kmieni lbieraħ waranofsinhar, Trump fetaħ vantaġġ ta' 5-3. Fit-tieni sessjoni, Trump kompla kabbar il-vantaġġ tiegħu u mar 7-3 fil-vantaġġ iżda O'Sullivan irkupra tajjeb u sal-intervall tat-tieni sessjoni l-punteġġ kien dak ta' 7-5. Minkejja l-pressjoni min naħa ta' O'Sullivan lejn it-tmiem, Trump irnexxielu jirbaħ 9-7.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/23/ma-nkisirx-id-dritt-ta-yorgen-fenech/
Ma nkisirx id-dritt ta' Yorgen Fenech
netnews.com.mt
Id-dikjarazzjoni li għamel id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li Yorgen Fenech huwa ħati fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ma kinitx fi ksur tad-drittijiet ta' Fenech. Dan iddikkjaratu l-Maġistrat Rachel Montebello fid-deċiżjoni li tat it-Tnejn fil-Qorti, għar-rikors ippreżentat mill-avukati tal-imprenditur fil-konfront ta' Azzopardi. Ir-rikors kien jirreferi għal kummenti li għadda Jason Azzopardi waqt programm fuq Radju 103 nhar il-31 ta' Ottubru li għadda, meta l-preżentatur Andres Azzopardi staqsih jekk jaħsibx li Yorgen Fenech kien ħati, b'Azzopardi jwieġeb fl-affermattiv. Il-programm kien ixxandar ukoll fuq Facebook. L-avukati ta' Fenech fir-rikors tagħhom qalu li dan kien fi ksur tad-drittijiet ta' Fenech fejn tidħol il-preżunzjoni tal-innoċenza tiegħu. Madankollu l-Magistrat Montebello fid-deċiżjoni tagħha qalet li kliem Azzopardi ma kienu fi ksur ta' ebda dritt għaliex dawn ma kienux kummenti ta' Uffiċjal Pubbliku. drittijiet innoċenza jason azzopardi preżunzjoni
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/22/covid-19-102-kazi-godda-ifiqu-89/
COVID-19 : 102 każi ġodda, ifiqu 89
netnews.com.mt
Komplew jiżdiedu l-każi pożittivi f'pajjiżna, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa rriżulta li 102 persuna oħra rriżultat pożittiv. B'hekk, it-total tal-każi issa tela' għal 9,141. Skont l-aħħar aġġornament tal-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook, fl-aħħar sigħat fiequ wkoll 89 persuna oħra sabiex it-total ta' persuni li fiequ minn dan il-virus huwa ta' 6,654. B'hekk, jekk wieħed jgħodd ukoll lill-111-il vittma li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19… s'issa, il-każi attivi issa huma 2,165. Żewġ anzjani oħra vittmi tal-COVID-19 f'pajjiżna Ikkummenta //= $special ?>
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/24/mara-tqila-tammetti-li-ttraffikat-id-droga-minn-garaxx-fil-marsa/
Mara tqila tammetti li ttraffikat id-droga minn garaxx fil-Marsa
netnews.com.mt
Mara tqila ta' 20 sena ammettiet għal akkużi ta' traffikar ta' droga wara rejd mill-Iskwadra tad-Droga tal-Pulizija f'garaxx fil-Marsa. Ir-rejd seħħ wara diversi jiem ta' osservazzjoni fuq l-garaxx, li kien qed jintuża biex tinibiegħ id-droga. Nhar it-Tnejn id-dħul u l-ħruġ għall-bini ġew imblukkati mir-Rapid Intervention Unit. L-Ispecial Intervention Unit imbagħad daħlu billi qatgħu bieb tal-ħadid, hekk kif il-bqija tal-bieb tal-garaxx kien imbarrat minn ġewwa. Ladarba nkiseb aċċess, uffiċjali mill-Iskwadra tad-Droga daħlu fil-post u arrestaw lit-tfajla ta' 20 sena, Kimberly Aly mill-Birgu. Il-Pulizija sabu 63 qartas ta' eroina, 110 qartas ta' kokaina, u 15-il qartas ta' crack kokaina mgeżwra u lesti għall-bejgħ. Ammont konsiderevoli ta' flus kontanti nstab fl-istess kamra. Il-valur totali fit-triq tad-drogi misjuba kien stmat li hu €4,000. Aly tressaq b'arrestat quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima mill-Ispetturi tal-Pulizija Mark Anthony Mercieca u Justine Grech. Hija ġiet akkużata li forniet id-droga kokaina, eroina u kannabis, kif ukoll li kellha s-sustanzi f'ċirkostanzi li juru li ma kinux għall-użu personali tagħha. Il-mara, li qalet li ma taħdimx, wieġbet ħatja tal-akkużi. Wara li ngħatat diversi opportunitajiet biex tirrinunzja l-ammissjoni tagħha mill-Qorti. L-avukati tagħha Franco Debono, Amadeus Cachia u Francesca Zarb talbu lill-Qorti biex tikkonverti ruħha għal Qorti tad-droga għal skopijiet ta' sentenza. Huma talbu wkoll il-libertà proviżorja sakemm tingħata s-sentenza. Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għall-ħelsien mill-arrest, fid-dawl tal-ammissjoni u minħabba li l-mara għandha tqala ta' ħames xhur. Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien tagħha mill-arrest, u ordnatha tiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa tal-Pulizija u tosserva curfew. Il-garanzija ġiet garantita b'depożitu ta' €2,000 u garanzija personali ta' € 10,000. Hija kienet ipprojbita wkoll milli tmur fiż-żona tal-Marsa.
[ 0 ]