url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://netnews.com.mt/2020/09/21/crystal-palace-jridu-lill-attakkant-zaghzugh-ta-liverpool-rhian-brewster/
Crystal Palace jridu lill-attakkant żagħżugħ ta' Liverpool Rhian Brewster
netnews.com.mt
Crystal Palace offrew €20 miljun lil Liverpool għaż-żagħżugħ Rhian Brewster, inkluż €7 miljun oħra fuq add-ons. Fil-ftehim hemm ukoll l-għażla li t-tim Ingliż jistgħu jerġaw jixtru l-plejer lura għas-somma ta' €40 miljun. Liverpool jeħtieġu jbiegħu xi plejer, hekk kif iridu jirkupraw il-flus li ntefqu fuq Thiago Alcantara u Diego Jota b'total ta' €76 miljun. Brewster skorja 10 gowls f'20 partita fl-istaġun li għadda meta kien fuq self ma' Swansea fiċ-Championship Ingliż. Il-futur tal-plejer ta' Tottenham Dele Alli jinsab f'dubju, hekk kif Paris Saint-Germain jinsabu nteressati li jakkwistaw lil midfielder. Dan wara li Alli tħalla barra mill-iskwadra għal żewġ partiti konsekuttivi, dawk kontra Lokomotiv Plovdiv fl-Europa League u kontra Southampton fl-istaġun Ingliż. Minkejja dan, jidher li Tottenham lesti li jħalluh jitlaq iżda fuq self u mhux fuq trasferiment permanenti. Mid-dinja tat-trasferimenti, Wolves offrew €32 miljun għal Nelson Semedo ta' Barcelona filwaqt li l-istess Barcelona jridu lil Hector Bellerin ta' Arsenal.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/09/29/finali-mill-isbah-tal-european-masters-tas-snooker/
Finali mill-isbaħ tal-European Masters tas-Snooker
netnews.com.mt
Mark Selby għeleb lil Martin Gould 9 frames għal 8 sabiex rebaħ l-għaxar ranking tournament konsekuttiv u l-ewwel wieħed fl-istaġun 2020-2021 Selby li fis-semi finali elimina lil Shaun Murphy 6 – 3 filwaqt li Gould elimina lil Judd Trump wkoll 6 – 3 , fil-finali għamel breaks ta' 130 , 96, 59, 56, 113 u 72 filwaqt li Gould irrisponda bi breaks ta' 70, 131, 94, 65, 107 u 96 Selby deher riesaq għal rebħa facli meta fetaħ vantaġġ ta' 4 frames għal xejn. Madankollu reazzjoni immedjata minn Gould li rebaħ l-erba' frames ta' wara biex mar 4 – 4 . Minn dak il-ħin fil-finali l-frames bdew jintrebħu wieħed fuq kull naħa sal punteġġ ta' 8 – 8 Fl-aħħar frame, break ta' 72 minn Mark Selby kien biżżejjed biex jirbaħ it-18 ir-ranking tournament tal-karriera apparti it-80,000 lira Sterlina mill-fond ta' premjijiet fil-European Masters.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/09/30/sar-attentat-biex-tinxtara-arma-tan-nar-u-munizzjon-li-kellu-jintbaghat-portomaso/
Attentat biex tinxtara arma u munizzjon li kellhom jintbagħtu lil George Fenech f'Portomaso, li ilu mejjet mill-2014
netnews.com.mt
Il-Kap fit-Taqsima ta' Kontra t-Terroriżmu George Cremona qal li sar attentat biex tinxtara arma tan-nar, munizzjon u 'silencer' li kellu jintbagħat Portomaso. Dan kien se jintbagħat f'pakkett fuq l-indirizz, George Fenech 'level 21' Portomaso, San Ġiljan. Huwa kien infurmat b'dan id-dettal mill-Homeland Security tal-Istati Uniti fid-29 ta' Settembru tas-sena l-oħra. Dan ifisser li min ried jimporta dawn l-armi u munizzjon uża l-indirizz ta' persuna li kienet ilha mejta minn Diċembru tal-2014. George Fenech jiġi missier Yorgen Fenech, akkużat bl-involviment fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Fuq din ix-xhieda l-Avukat Jason Azzopardi qal lill-Bord li kif ħareġ minn diversi recordings fix-xhieda ta' Melvin Theuma, qal li dan kien il-perjodu li fih l-istess Melvin Theuma kien qed jibża li se jinqatel minn Yorgen Fenech. Is-Supretendent George Cremona ta dawn id-dettalji meta kompliet l-inkjesta pubblika fuq l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Punt ieħor żvelart minn Cremona kien li kien hu li ħa l-inizzjattiva biex jagħmel kuntatt mal-FBI biex dawn jgħinu fl-investigazzjoni fil-qtil ta' Caruana Galizia, Dan huwa statement li jwaqqa' kull dikjarazzjoni li kien għamel Joseph Muscat u Keith Schembri flimkien ma' għadd ta' Ministri u esponenti tal-Gvern, li kienu Muscat u Schembri li ħadu l-inizzjattiva. Dwar l-armi u munizzjon Cremona qal li kien infurmat li dawn kellhom jinxtraw minn fuq dik li tissejjaħ dark web, tip ta' internet li huwa sigriet u ħafna u diffiċli biex taċċessaħ. Dan id-dark web kien jismu Berlusconi George Cremona qal li ftit wara li sar magħruf li kienet inqatlet Daphne Caruana Galizia. għall-ħabta tal-4.30pm. kien beda l-kuntatti ma' counterparts Amerikani biex jassistu lill-Pulizija Maltija għax hu kellu wkoll il-kuntatti. Qal li għamel hekk għax għandhom l-esperjenza f'każijiet bħal dawn. Ikkonferma li kienet inizzjattiva tiegħu personali u li hu ma kienx informa lis-superjuri tiegħu għax dak huwa xogħolu. Wara biss li għamel il-kuntatti kien informa lill-Assistent Kummissarju Silvio Valletta li kien is-superjur tiegħu. Qal li sar kuntatt mal-FBI, l-ewwel fl-uffiċċju tagħhom Ruma u dejjem wara kien nforma lill-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar li qallu biex imexxi. Informa wkoll lill-Ambaxxata Amerikana. Ix-xhud ġab miegħu fl-awla d-dokumenti kollha dwar dak li ddikkiskuta mal-persuna tal-FBI f'Ruma. Dan għamlu l-ewwel permezz ta' What's Up mal-'legal attache' f'Ruma, u dawn minn naħa tagħhom bagħtu x'jistgħu joffru. Qal ukoll li ma kellhom l-ebda informazjoni fuq ICT dwar Malta. Tenna li sar ħafna xogħol ieħor bejn iż-żewġ partijiet, imma dwar dan ried li jixhed bil-magħluq għax huma punti delikati ħafna. Huwa qal li fid-29 ta' Settembru 2019 ġie nfurmat mill-Amerikani li kienu qegħdin jinvestigaw persuna li riedet tixtri arma, munizzjon u silencer, hawn ukoll xtaq li jagħti aktar informazjoni bil-magħluq. Dan il-każ kien żvelat lili mill-Home and Security Amerikana. Kienu wettqu nvestigazzjoni fuq dark web, li hija wkoll sistema minn fejn il-kutrabandu jiġi mixtri u dan mhux permezz ta' VISA imma bil-Bitcoin biex ikun diffiċli biex wieħed jinqabad. Qal li ħadem fuq każ simili ta' ċertu Jomic Calleja, li allegatament ipprova jixtri il-velenu Polonium, u li kien sar control delivery fuq dan il-każ. "Konna se naħdmu l-istess imma d-dark web Berlusconi tniżżlet mill-awtoritajiet Taljani u ma stajniex inkomplu mmexxu qal ix-xhud. Wara l-Bord talab lill-ġurnalist bex jirtiraw biex il-każ ikompli jinstema' bil-magħluq. L-A.Ġ. Peter Grech kien qal lill-Bord tal-Accountancy biex ma jiddixxiplinax lil Brian Tonna u Karl Cini L-inkjesta semgħet ukoll ix-xhieda ta' żewġ uffiċjali mill-Bord tal-Kontabilità, li ġġustifikaw in-nuqqas ta' azzjoni tagħhom li jieħdu passi fil-konfront tal-kumpanija Nexia BT u Brian Tonna li kien immexxiha u Karl Cini, l-partner tiegħu. Dan fuq fuq il-bażi ta' parir legali mogħti mill-Avukat Ġenerali Peter Grech biex ma jiddixxiplinawxhomx qabel kundanna kriminali. Dan xehdu dwaru ċ-Chairman tal-Bord tal-Accountancy il-Professur Peter J. Baldacchino u Martin Spiteri li huwa s-Segretarju tal-Bord. Dawn qalu li xtaqu li tinbidel il-liġi fuq kif għandhom jittieħdu passi, imma l-Avukat Ġenerali kien qalilhom li aħjar le, għax tkun perikoluża. Il-Professur Baldacchino qal li rċevew ittra minn naħa ta' Nexia BT biex il-proċeduri li ttieħdu, dik li rtirlawlhom il-liżenzji jiġu ritirati. Qal li dan sar fuq allegazzjoni ta' self ta' €100,000 u l-bord mhux konvint li din kienet loan. Qal li huma għamlu "quality assurance" fejn għamlu spezzjonijiet u marru l-uffiċċju ta' Nexia BT fuq files. Qal li fil-25 ta' Settembru li għadda tħabbar li l-Bord tal-Accountancy ħa azzjoni kontra Brian Tonna u Karl Cini minn Nexia BT wara l-arresti tagħhom il-ġimgħa li għaddiet, u ssospendielhom il-liċenzji tagħhom bħala accountants. Il-Bord issospenda wkoll iċ-ċertifikati tal-prattika taż-żewġ irġiel fl-editjar, u r-reġistrazzjoni ta' Nexia BT u s-sussidjarji tagħha, BTI Management Limited u Nexia BT Advisory Services Limited. Tenna li kellhom ukoll laqgħat mal-FIAU. Ix-xhud jgħid li l-Bord apponta espert finanzjarju wkoll sabiex jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru mill-Membru Parlamentari Ewropew David Casa. Baldacchino ikkonferma li fl-2017, it-Taqsima tal-Quality Assurance fil-Bord kienet għaddejja b'ħidma biex tinvestiga lil Nexia BT. Fl-2017, il-Bord ħa l-parir tal-Avukat Ġenerali. Żied jgħid li għall-Bord ma kienx ċar sa fejn kellhom jinvestigaw. Żied jgħid li għall-Bord ma kienx ċar sa fejn kellhom jinvestigaw. Il-Professur Baldacchino stqarr li l-Avukat Ġenerali qalilhom li perikoluż li tbiddel il-liġi. Fuq mistoqsijiet tal-Avukat Therese Comodini Cachia huwa ssokta jgħid li l-Bord ma setax iwettaq l-investigazzjonijiet bl-aħjar mod, u semma kif, pereżempju, ma rċivewx kopja tar-rapport fuq l-inkjesta maħruġa fl-aħħar jiem fuq allegazzjonijiet ta' tixħim ta' flus minn Brian Tonna fil-bejgħ tal-passaporti. Mistoqsi fuq jekk il-Bord tal-Accountancy talabx informazzjoni fuq il-kumpaniji sigrieti li Nexia BT fetħet fil-Panama. Baldacchino qal li l-Bord kien sejjaħ lil Brian Tonna u talbu jagħti spjegazzjoni. Hu pprova jikkonvinċihom bil-verżjoni tiegħu "tal-verità." L-Imħallef Abigail Lofaro bdiet tippressa lil Baldacchino b'mistoqsijiet fuq l-investigazzjonijiet li għamel il-Bord fuq Brian Tonna u qaltlu li wara erba' snin kellkom ukoll tal-anqas l-obbligu li jagħmlu xi ħaġa wara li ħarġu l-tal-istejjer Panama Papers li ħamġu lil Malta. "Bħala Bord għandkom taraw x'inhu jiġri għal ġid ta' professjoni qalet l-Imħallef. Qal li kienu qed isegwu kollox il-Bord fuq Nexia u anke Egrant, ltaqgħu mal-Pulizija u anke ma' Ian Abdilla li kien imexxi l-FIAU u suppost kellhom jerġgħu jiltaqgħu. Il-Professur Baldacchino qal li bdew jinvestigaw lil Brian Tonna fuq l-allegazzjonijiet ta' ħasil tal-flus. L-Avukata Comodini Cachia staqsiet jekk ikkunsidrawx il-"loan li rċieva Keith Schembri bħala falza." Ix-xhud qal li Tonna qalilhom li ma kellu l-ebda flus f'idejh u li kellu bżonn il-flus għas-separazzjoni. Tenna li anke fuq parir legali hu qal li bħala Bord ma jistgħux jieħdu azzjoni peress li l-każ ikun għadu għaddej fil-Qorti. Il-Bord tal-Accountancy ra l-ftehim tas-separazzjoni. L-Avukata Comodini Cachia ssemmi kif l-FIAU ttraċċaw "ir-repayment tal-loan" u staqsew jekk rawx provi ta' xi dokumenti biex jittieħed il-loan. Baldacchino qal li f'Malta hawn żewġ problemi ewlenin: ir-relazzjoni mar-regolaturi u l-fatt li l-proċeduri legali ma jħallux lill-Bord tal-Accountancy jinvestiga kif inhu xieraq. Il-Bord tal-Inkjesta hawn ma qabilx u nnota kif il-Bord tal-Accountancy għandu d-dover li jissalvagwardja l-integrità tal-professjoni u bl-ebda mod ma messu ttollera l-iskandlu internazzjonali tal-Panama Papers. L-Imħallef Lofaro urtata bit-tweġibiet tax-xhud qalet: "Kif jista' jkun m'għamiltu xejn?!" Li kieku l-Accountacy Bord għamlet ix-xogħol tagħha ma kienx ikun hemm konsegwenzi. L-inkjesta għandha l-għan tiddetermina jekk l-Istat setax għamel aktar biex jipprevjeni l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u qed tinstema' mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, li qed imexxi l-inkjesta, l-eks Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro Għall-familja ta' Daphne Caruana Galizia qed jidhru l-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia. L-inkjesta se tkompli l-Ġimgħa bix-xhieda ta' Paul Apap Bologna u Mark Gasan, li huma s-sħab ta' Yorgen Fenech fid-deal tal-Electrgas u jista' jkun li għandhom informazzjoni li tista' tagħti aktar saħħa lill-Bord ta' Inkjesta biex tasal għad-deċiżjoni finali tagħha. Apap Bologna li huwa mportatur tal-mediċini u Gasan fost tnejn mid-diversi persuni nvoluti fid-deal tal-Electrogas u li għandhom persentaġġ għoli fl-isħma tal-powerstation li qajjmet tant kontroversarji fil-pajjiż.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/09/29/jitellghu-il-poloz-tal-finali-tat-tazza-l-kbira/
Jitellgħu il-poloz tal-finali tat-Tazza l-Kbira
netnews.com.mt
Ilbieraħ wara nofsinhar ittellgħu l-poloz tal-finali tat-Tazza l-Kbira li ser issir nhar il-Ħadd 11 ta' Ottubru. Il-poloz ittellgħu miċ-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg u l-Executive PR u Marketing Manager tal-BOV Charles Azzopardi. Normalment din il-kompetizzjoni ssir fl-ewwel parti tal-istaġun iżda minħabba l-pandemija tal-coronavirus ġiet posposta. Minkejja l-pandemija l-interess kien wieħed kbira fejn ħadu sehem numru rekord ta' żwiemel fl-ogħla ktargorija. Iż-żwiemel se jitilqu b'dawn in-numri 1. Andante, 2. Glenn Boko, 3. Paparazzi, 4. Big Match, 5. Vanderlov, 6. R.G.'S Thunderbolt, 7. Vasco De Viette, 8. Alf De Melandre, 9. Vichenko Chef, 10. Vivaldi du Vivrot, 11. Xceed G.T., 12. Output Pressure Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/01/il-plejers-veterani-jpoggu-lil-valletta-rebha-boghod-mill-kampjonat-tal-ewwel-divizjoni/
Il-plejers veterani jpoġġu lil Valletta rebħa bogħod mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni
netnews.com.mt
Stewart Said VALLETTA IZIBET……………………… 12 MARSASKALA FISH AND FISH…… 5 (4-3), (2-1), (3-0), (3-1) Valletta IZIBET jinsabu rebħa bogħod milli jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għall-ewwel darba mill-2013. Determinanti kienu t-tliet akkwisti veterani ta' Valletta din is-sena, jiġifieri Niki Lanzon, Michele Stellini u Edward Aquilina li bil-gowls tagħhom xaqilbu l-miżien favur it-tim tagħhom. Għalkemm Valletta bdew favoriti qabel il-konfront, Marsaskala taw daqs kemm qalgħu fl-ewwel parti. Iżda l-preċiżjoni ta' plejer bħal Niki Lanzon għenet lil Valletta biex jiftħu distakk li minnu Marsaskala ma rkuprawx. Valletta rnexxielhom jiksbu vantaġġ ta' 3-1 fl-ewwel sessjoni permezz ta' doppjetta minn Michele Stellini u Niki Lanzon, b'Luca Felice jġib id-draw parzjalment. Marsaskala rkupraw l-iżvantaġġ doppju permezz ta' Paul Privitera u Felice, sakemm Edward Aquilina daħħal lil Valletta 4-3 minn fuq Fit-tieni sessjoni, Paul Privitera ġab id-draw mill-viċin fl-ewwel man-up tal-partita. Iżda Niki Lanzon wera l-kwalitajiet tiegħu b'żewġ gowls intelliġenti (it-tieni wieħed minn man-up) b'Valletta jibdew it-tielet sessjoni 6-4. Dan il-vantaġġ saħħaħ il-konvinzjoni ta' Valletta, bit-tim ta' Srdjan Lazarevic jaċċerta mir-rebħa wara l-mistrieħ. Lanzon skorja ġmiel ta' gowl, Aquilina għamilhom 8-4 u Lanzon kabbar id-distakk għal ħames gowls minn penalty. L-andament tal-logħba baqa' l-istess fl-aħħar sessjoni, b'Valletta jibqgħu xorta jilagħbu l-logħba tagħhom u anki kellhom iċ-ċans li jkabbru l-vantaġġ. Marsaskala lagħbu l-aħħar minuti mingħajr il-kowċ Arpad Babay li ġie muri t-tieni karta safra. Valletta: R. Sciortino, P. Borg, E. Aquilina (2), M. Stellini (4), A. Agius, R. Mock, A. Bianchi, N. Farrugia (1), M. Zammit, K. Galea, N. Lanzon (5), T. Micallef Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, P. Privitera (2), M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro, M. Manara, L. Felice (2), G. Galea, R. Attard, D. Camilleri, A. Muscat Referees: Massimo Angileri, Peter Balzan Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/05/il-budget-se-jigi-pprezentat-fid-19-ta-ottubru/
KONFERMATA: Il-Budget se jiġi ppreżentat fid-19 ta' Ottubru
netnews.com.mt
Waqt laqgħa tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, ġiet ikkonfermata l-aħbar li ħareġ Net News ilbieraħ filgħodu li l-Budget se jitressaq nhar id-19 ta' Ottubru. Tħabbar ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun qed jagħmel ir-replika tiegħu it-Tnejn 26 ta' Ottubru, filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela jitkellem it-Tlieta 27 ta' Ottubru.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/05/miami-heat-jirbhu-t-tielet-loghba-kontra-la-lakers/
Miami Heat jirbħu t-tielet logħba kontra LA Lakers
netnews.com.mt
Miami Heat rebħu t-tielet logħba minn sebgħa kontra Los Angeles Lakers fil-finali tal-play-offs tal-NBA li qed isiru f'Orlando fl-Istati Uniti. L-eroj għal Miami Heat kien Jimmy Butler fejn minkejja li kellhom numru ta' plejers neqsin minħabba injuries irnexxielhom jirbħu t-tielet partita wara li tilfu l-ewwel tnejn. Fi tmiem il-partita Le Bron James faħħar lill-istess Butler u ddeskrivieh bħala pelejr fenomenali. Ir-raba' partita bejn iż-żewġ timijiet tintlagħab matul il-lejl ta' bejn għada u nhar l-Erbgħa.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/07/il-pn-jawgura-lit-tfal-kollha-u-l-genituri-taghhom-ghas-sena-skolastika-l-gdida/
Il-PN jawgura lit-tfal kollha u l-ġenituri tagħhom għas-sena skolastika l-ġdida
netnews.com.mt
Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, it-Tiġdid tad-Dinja tax-Xogħol u d-Djalogu, Clyde Puli, f'isem il-Partit Nazzjonalista intqal li "illum l-iskejjel bdew jiftħu l-bibien tagħhom għall-istudenti aktar tard mis-soltu għaliex l-inkompetenza tal-Ministeru tal-Edukazzjoni wasslitu biex jibda jippjana tard ħafna b'konsegwenza li ħafna skejjel ma' kienux ippreparati sew biex jiftħu fil-ħin. Uliedna jeħtieġu pjan maħsub biex jingħataw edukazzjoni ta' kwalita' f'ambjent sigur għall-iżvilupp sħiħ tagħhom." L-istqarrija kompliet tgħid li l-inkompetenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni u tal-Gvern Laburista qed twassal biex l-edukazzjoni t'uliedna qed issofri ta' kuljum u qed twassal biex: is-sena skolastika bdiet tard minħabba nuqqas ta' preparazzjoni. is-sistema edukattiva għadha mhix ippreparata b'sistema u kontenut tajjeb ta' remote għal jekk ikollna nagħlqu l-iskejjel minħabba żieda fl-imxija tal-pandemija. il-bini ta' skejjel ġodda qed jaqaw snin minn kif imwiegħed li jinfetħu biex il-liġi ġdida tal-edukazzjoni issa ilha 5 snin fuq l-ixkaffa. Il-Partit Nazzjonalista jawgura lit-tfal kollha u l-ġenituri tagħhom għas-sena skolastika l-ġdida filwaqt li jsellem lill-edukaturi kollha li f'dawn l-aħħar ġranet reġgħu għal darb'oħra għamlu ħilithom kollu biex ipattu għan-nuqqasijiet tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, temmet tgħid l-istqarrija tal-PN.
[ 5 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/07/pn-jsejjah-ghall-pubblikazzjoni-immedjata-tal-ftehim-dwar-l-immaniggjar-tal-mizieb/
Il-PN jsejjaħ għall-pubblikazzjoni immedjata tal-ftehim dwar l-immaniġġjar tal-Miżieb
netnews.com.mt
Il-Partit Nazzjonalista ħa nota tal-aħbar li ħarġet li ntlaħaq xi ftehim bejn il-Gvern u l-FKNK dwar l-immaniġġjar tal-art pubblika tal-Miżieb. Ninnotaw li l-Gvern naqas li jikkonsulta mal-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar dwar dan il-ftehim u li lanqas għadu biss ippubblika dan l-istess ftehim. Il-Partit Nazzjonalista jistenna li jara l-kontenut ta' dan il-ftehim qabel jikkumenta aktar fil-fond. Jisħaq però li ma jaċċetta qatt li art pubblika jkollha l-aċċess magħluq għall-pubbliku għajr għal raġunijiet xjentifiċi stabbiliti. Il-Partit Nazzjonalsita qal dan permezz ta' stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal-Ambjent u l-Emerġenza tal-Klima, David Thake.
[ 7 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/05/il-prim-ministru-jwahhal-fbernard-grech-u-adrian-dalia-ghas-sitwazzjoni-tal-moneyval/
Il-Prim Ministru jwaħħal f'Bernard Grech u Adrian Dalia għas-sitwazzjoni tal-Moneyval!
netnews.com.mt
Iffaċċjat bil-pressjoni tar-rapport Moneyval, il-Prim Ministru Robert Abela llum fil-parlament ipprova jitfa' l-ħtija ta' din is-sitwazzjoni fuq l-Oppożizzjoni; propju fuq il-Kap tal-PN Bernard Grech u l-ex-Kap tal-PN Adrian Delia. Wara stqarrija ministerjali mil-Prim Ministru fil-parlament, l-Oppożizzjoni għamlet diversi mistoqsijiet. Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius tkellem dwar il-COVID-19 u rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu f'dan is-settur u wassal il-kondoljanzi lill-familjari tal-vittimi li mietu bil-pandemija. Hu qal li Malta għandha bżonn tanalizza s-sitwazzjoni tal-anzjani u staqsa jekk Malta hix assigurata minn ftehim dwar il-vaċċin tal-COVID-19. David Agius qal li minn €2 biljuni mill-UE, Malta se tinvesti 20% fl-ekonomija diġitali; dan juri kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni li Malta tissieħeb fl-UE. Hu appella biex ikun hemm iktar investiment f'dan is-settur. Dwar it-Turkija Greċja u Ċipru, David Agius qal li d-diplomazija trid issolvi l-konfronti u staqsa xi rwol ħadet Malta biex ikun hemm il-paċi fil-Mediterran. Dwar il-Konferenza dwar il-Lvant tal-Mediterran, David Agius staqsa meta se ssir u x'hemm fuq l-aġenda. Hu tkellem dwar ir-relazzjoni mar-Renju Unit u staqsa jekk hemm diskussjonijiet dwar din it-transizzjoni. David Agius staqsa wkoll lill-Prim Ministru dwar id-diskussjonijiet mal-Amerika fuq SOFA. Id-deputat Nazzjoalista Beppe Fenech Adami qal li bla dubju l-Prim Ministru hu konxju mill-katorsfi fit-turiżmu fil-pajjiż; liema sitwazzjoni setgħet ġiet evitata kieku l-gvern ma bagħtx il-messaġġi kollha ħżiena meta tneħħew ir-restrizzjonijiet wara l-ewwel mewġa tal-COVID-19. Hu fakkar li l-Prim Ministru kien qal li l-pandemija għaddiet u li l-mewġ kien fil-baħar; fil-fatt sar dak kollu li pajjiżi oħra kienu qed jiskartaw. Dan wassal biex wara ġimgħtejn is-sitwazzjoni ħarbet minn idejn il-gvern biex issa saret sitwazzjoni traġika fejn n-nies qed imutu kuljum. Il-Prim Ministru Robert Abela appella biex l-COVID-19 ma tkunx politiċizzata u qal li Malta se jkollha 330,000 vaċċin u wara se jkun hemm għall-populazzjoni jkollha iżda dan mhux se jkun obbligatorju. Hu qal li jekk hemm bżonn il-gvern jinvesti iktar fl-ekonomija diġitali. Dwar is-SOFA, il-Prim Ministru qal li l-gvern ma ffirma ebda ftehim tas-SOFA u ċaħad li kien hemm rabta bejn is-SOFA u r-rapport tal-Moneyval. Hu kompla li l-gvern għamel minn kollox biex Malta tgħaddi mill-Moneyval u kompla li l-Kummissarju tat-Taxxa qed jidħol fi ftehim dwar nuqqas ta' ħlasijiet fit-taxxa flok jieħu passi. Dan hu wieħed min-nuqqasijiet ewlenin, sostna l-Prim Ministru.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/05/stati-uniti-donald-trump-lest-biex-jirritorna-ghax-xoghol/
Stati Uniti: Donald Trump 'lest biex jirritorna' għax-xogħol….
netnews.com.mt
Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jirritorna fil-White House wara li l-kundizzjoni tiegħu kompliet taqleb għall-aħjar. Trump kien ittestja pożittiv għall-coronavirus matul il-ġimgħa li għaddiet iżda issa beda juri titjib sinifikanti, minkejja r-rapporti dwar 'kumplikazzjonijiet' , fi tmiem il-ġimgħa. It-tobba li kienu intervistati qalu li Donald Trump 'jidher li sejjer tajjeb bit-trattament li qed jingħatalu', u meta l-President għaddej bil-kuntatti kontinwi mal-Kap tal-Istaff tiegħu, Mark Meadows. Aktar tard mistennija jsiru l-laqgħat bejn Donald Trump, Mark Meadows u t-tobba biex ikun evalwat il-progress li qed juri l-President. L-istess Mark Meadows, fi tmiem il-ġimgħa, kien ħareġ bi pronostiku inkwetanti dwar il-kundizzjoni ta' Trump fejn irrefera għal 'indikazzjonijiet ferm preokkupanti' relatati mal-effetti tal-virus. Madankollu, it-Tabib tal-White House, Dean Conley, wara, ħareġ b'analiżi ħafna aktar pożittiva dwar il-kundizzjoni tal-President, li baqa' juri t-titjib matul il-lejl tal-Ħadd. Sadanittant, hemm ukoll element ta' xettiċiżmu dwar il-prospetti li Donald Trump jintbagħat lura d-dar ( mill-isptar) 'fi kwistjoni ta' sigħat'. Dan fost rapporti li l-President Amerikan kien ingħata trattament għal 'nuqqas ta' ossiġinu' flimkien ma steroid li s-soltu jkun preskritt għall-'każi serji'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/05/mart-il-kap-tal-pn-negattiva-ghat-test-tal-covid/
Mart il-Kap tal-PN negattiva għat-test tal-COVID
netnews.com.mt
AnneMarie Grech se tkun qed toħroġ mill-kwarantina għada f'nofsillejl, fuq struzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika AnneMarie, mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, irriżultat negattiva għat-test tal-COVID-19. Fuq struzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika hi se tkun qegħda ttemm il-perjodu ta' kwarantina ta' 14-il ġurnata għada f'nofsillejl. Il-familja tal-Kap tal-PN tirringrazzja lil dawk kollha li bagħtu messaġġi u lill-professjonisti mediċi li urew professjonalita' kbira matul dan il-perjodu. kap tal-partit nazzjonalista //= $special ?>
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/05/konrad-mizzi-jitlef-erba-libelli-dwar-skandlu-fuq-tbaghbis-ta-smart-meters/
Konrad Mizzi jitlef tliet libelli dwar skandlu fuq tbagħbis ta' 'smart meters'
netnews.com.mt
L-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi tilef tliet libelli li huwa stess kien għamel kontra l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u l-eks Ministru Nazzjonalista George Pullicino, b'rabta ma' tbagħbis fl-ismart meters. L-allegazzjonijiet kienu jorbtu lil Konrad Mizzi ma' eks uffiċjal tal-Enemalta, fl-involviment ta' racket tal-ismart meters. Konrad Mizzi kien ħassu malafamat fuq kummenti dwar il-korruzzjoni li kienet għaddejja b'rabta mal-ismart meters. Konrad Mizzi kien allega li dawn kienu xejn għajr "teorija ta' konspirazzjoni "mill-Partit Nazzjonalista biex jattakka lil Konrad Mizzi. Il-każijiet kienu jikkonċernaw kummenti li saru fl-2014 li Mizzi kien viċin uffiċjal għoli tal-Enemalta, u li dan ingħata trattament preferenzjali meta ġie akkużat b'tbagħbis ta 'smart meters. "Il-verità se toħroġ," kiteb Pullicino fuq post li huwa tella' fuq facebook, filwaqt li Fenech Adami qal li din ir-rebħa kkonfermat ukoll li huwa kellu raġun li jsejjaħ lil Konrad Mizzi "korrott" dak iż-żmien. Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Victor Axiaq qal li l-kummenti tal-esponenti tal-Partit Nazzjonalista ma kienux malafamanti u għalhekk ma laqgħetx it-talba li ppreżenta Konrad Mizzi biex jingħata danni minħabba li ismu tħammeġ għal xejn. Il-kawżi ta' libell kienu ppreżentati minn Konrad Mizzi li huwa magħruf għall-kontijiet sigrieti tiegħu fil-Panama u l-kuntratti tal-isptarijiet, imorru lura għall-2014. Ftit wara li faqqa' skandlu ieħor, dak tat-tbagħbis tal-ismart meters. Il-każ kien jiċċentra dwar persuna li kien jingħad li hija "qrib il-Ministru Mizzi" u li din kienet involuta fl-iskandlu. Kien allegat li Louis Attard kien jagħmel parti mit-tim fil-kampanja ta' Konrad Mizzi għall-elezzjoni ġenerali, argument li Mizzi dejjem ċaħad. L-istorja kienet iddur madwar Louis Attard, uffiċjal impjegat fid-dipartiment tal-kontijiet tal-Enemalta, u li aktar informazzjoni dwar dan kien ingħata mid-Deputat Beppe Fenech Adami u l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, f'żewġ okkażjonijiet separati fuq il-programm Dissett fuq TVM. L-eks deputat tal-PN George Pullicino kien tkellem ukoll dwar l-involviment ta' dan l-uffiċjal fl-iskandlu u t-trattament preferenzjali li dan kien jingħata, waqt konferenza stampa fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Attard, li kien nstab ħati ta' serq tal-elettriku u ġie kkundannat 14-il xahar ħabs sospiżi għal 28 xahar kien deskritt bħala l-'ispjun' tal-Ministru jew aħjar 'il-widna' fl-Enemalta, u li kien ġie proċessat kriminalment minħabba l-involviment tiegħu fir-rakkett tal-ismart meters.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/09/zaghzugh-mixli-battentat-ta-feriti-gravi-fuq-ufficjali-ta-transport-malta/
Żagħżugħ mixli b'attentat ta' feriti gravi fuq uffiċjali ta' Transport Malta
netnews.com.mt
Żagħżugħ minn Birkirkara ngħata l-libertà proviżorja wara li ġie mixli b'attentat ta' feriti gravi fil-konfront ta' żewġ uffiċjali pubbliċi u numru ta' reati marbuta mas-sewqan, f'seduta fejn l-avukati tiegħu akkużaw lill-Ispettur tal-Pulizija bi ksur serju tad-drittijiet. Aden Christian Fenech ta' 19-il sena qed jiġi mixli fuq inċident fejn allegatament saq fuq żewġ impjegati ta' Transport Malta kważi xahar ilu. Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli fuq akkużi ta' attentat ta' ġrieħi gravi fuq żewġ uffiċjali pubbliċi, li rreżistewhom, sewqan perikoluż u traskurat, li kiser sinjal tal-one-way, li biddel in-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozza tiegħu, li kiser ħelsien kundizzjonali u li sar reċidiv. L-avukati tiegħu, Ishmael Psaila u Shaun Zammit, ikkontestaw il-validità tal-arrest, u qalu lill-Maġistrat li l-Pulizija rrifjutaw li jiżvelaw l-akkużi kontra l-akkużat u ħadu dikjarazzjonijiet mingħajr l-assistenza tal-avukat tiegħu. "Qatt ma rajt arrest bħal dan," qal Psaila, lill-Qorti. "Ilbieraħ qaluli l-Pulizija li l-klijent tiegħi ried ikellimni. Tlabt għall-iżvelar tal-każ. L-unika ħaġa li qaluli kienet li l-klijent tiegħi saq fuq xi impjegati ta' Transport Malta. "Sekondi ilu, sirt naf li huwa għamel żewġ stqarrijiet. Għandi lista ta' telefonati li għamilt lill-Ispettur jistaqsi dwar l-akkużi iżda l-Ispettur irrifjuta li jagħtini kopja għax kellu bżonn jistaqsi lis-superjuri tiegħu u kien għadu qed jinvestiga. "Fit-8.30am ġejt imsejjaħ mill-klijent tiegħi mill-lock up. Żewġ minuti ilu, barra l-awla, sirt naf li fit-12:15 pm illum ittieħdet dikjarazzjoni fil-preżenza tal-Ispettur u oħrajn." Id-drittijiet tal-akkużat ġew mittiefsa, qal l-avukat irrabjat. Barra minn hekk, huwa qal li l-Prosekuzzjoni naqset milli tipprovdi l-iżvelar tal-evidenza inkriminanti lill-Avukati tal-akkużat. Dan kien bi ksur tad-drittijiet tiegħu taħt il-Kodiċi Kriminali u bi ksur tal-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, sostna Psaila. Il-Maġistrat Josette Demicoli talbitu biex jiġġustifika l-arrest tar-raġel. Huwa qal li kien hemm attentat biex jikkawża ħsara gravi fuq żewġ uffiċjali. "Ir-reat huwa punibbli bil-ħabs u l-Pulizija għandhom id-diskrezzjoni li jżommuh arrestat," qal l-ispettur. L-inċident allegatament seħħ fit-3 ta' Settembru, iżda l-karozza tar-raġel twaqqfet biss il-Ħamis li għadda wara li nstabet minn wieħed mill-vittmi. Huwa ġie arrestat fl-għassa tal-Ħamrun wara li ġie identifikat. L-Avukat Psaila qal li jistenna li l-uffiċjal tal-Prosekuzzjoni jagħti aktar bħala spjegazzjoni, hekk kif l-arrest ta' Fenech seħħ aktar minn xahar wara l-fatt. "Nixtieq li l-ispettur jitfa' iktar dawl fuq id-dikjarazzjonijiet u l-proċedura adottata. Tista' tgħidli min kien preżenti waqt l-istqarrija? " "Jien u kuntistabbli tal-P," wieġeb l-uffiċjal. "Ilni nitlobkom għall-akkużi mill-bieraħ … tajtu ittra ta 'drittijiet u ma għidtlux li jista' jkollu avukat," qal Psaila, leħen jogħla. "Il-klijent tiegħi ried iċempilli mill-maħżen tal-pulizija u ħadd ma għarrafni!" L-avukat l-akkużat ma ngħatax id-disclosure għax kien hemm il-possibbiltà li jibdel l-avukat tiegħu, qal l-ispettur ,. F'dan il-punt il-Qorti ordnat projbizzjoni fuq ir-rappurtaġġ ta' parti mill-proċeduri li fihom issemmew uffiċjali għolja tal-Pulizija, wara li dan intalab mill-avukat difensur. Il-Qorti mbagħad irtirat fis-sigrieta biex teżamina l-każ.Meta rritornat wara kważi siegħa, kien deżiż li l-arrest tar-raġel kien legali. Id-difiża mbagħad iddikjarat li kienet se tikkontesta l-validità tad-dikjarazzjoni maħruġa mill-akkużat. Il-Qorti kompliet tistaqsi lill-akkużat jekk wieġebx ħati jew le. Huwa wieġeb mhux ħati u talab il-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-unika oġġezzjoni tagħha kienet li kien hemm xhieda li għad iridu jixhdu. Id-difiża sostniet li għalkemm l-akkużat kellu problemi mal- liġi fil-passat issa kien qed jgħix ħajja li tħares il-liġi u għandu mpjieg stabbli. Kien għadda aktar minn xahar mill-inċident, irrimarka Psaila, "li kieku kien hemm xi forma ta' kontaminazzjoni tax-xhieda dan kien jiġri issa." Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta' €5,000. Inħarġet ordni ta' protezzjoni favur iż-żewġ individwi allegatament aggrediti. Il-Qorti wissiet lil Fenech li ksur tal-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja tiegħu jirriżulta fl-arrest mill-ġdid tiegħu u fil-konfiska tal-garanzija tiegħu. Aktar molestazzjoni taż-żewġ allegati vittmi iġġib magħha multa ta' € 7,000 u sa sentejn ħabs taħt l-ordni ta' protezzjoni, qalet il-Qorti.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/19/id-decizjonijiet-dwar-il-covid-19-ghandhom-ikunu-fidejn-l-awtoritajiet-tas-sahha-u-mhux-fidejn-il-prim-ministru-pn/
Id-deċiżjonijiet dwar il-COVID-19 għandhom ikunu f'idejn l-Awtoritajiet tas-Saħħa u mhux f'idejn il-Prim Ministru – PN
netnews.com.mt
It-tim t'azzjoni dwar il-pandemija mmexxi mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, f'laqgħat mas-Supritendent tas-Saħħa Pubblika, l-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN) u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) Id-deċiżjonijiet dwar il-COVID-19 għandhom ikunu f'idejn l-Awtoritajiet tas-Saħħa u mhux f'idejn il-Prim Ministru. Dan sostnieh il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt laqgħa li hu kellu mas-Supritendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci. Din il-laqgħa kienet waħda minn numru ta' laqghat li qed ikollu t-tim t'azzjoni dwar il-COVID imwaqqaf mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Matul il-laqgħa, Bernard Grech reġa' tenna l-fiduċja tal-Partit Nazzjonalista fis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika u fl-esperti li jaħdmu magħha u esprima dispjaċir għall-fatt li ħidmiethom ġie mxekkel minn dikjarazzjonijiet kontrastanti li għamel il-Prim Ministru. F'laqgħa oħra li kellu mal-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN), il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech tenna l-apprezzament għall-ħidma bla heda mill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u l- frontliners kollha, partikolarment l-isfidi li għaddejjin minnhom u l-pressjoni li din il-pandemija qed toħloq lilhom u l-familji tagħhom. Ġie diskuss ukoll in-nuqqas ta' riżors uman fis-settur tas-saħħa u dwar is-sitwazzjoni kurrenti fejn mhux biss in-numru ta' sodod fl-ITU huwa importanti iżda li kull sodda jkollha infermiera speċjalizzati sabiex jimmaniġġjaw il- ventilators f'każ ta' bżonn. Bernard Grech qal li l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista hi li pajjiżna għandu bżonn tmexxija responsabbli u strateġija ċara ta' x'qed isir biex tiġi kkontrollata din l-imxija b'mod urġenti. Aktar tard illum dan it-tim t'azzjoni se jkun qed jiltaqa' mal-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) sabiex magħhom ukoll jitkomplew id-diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/19/il-parlament-isellem-lil-fredrick-azzopardi/
Il-parlament isellem lil Fredrick Azzopardi
netnews.com.mt
Il-parlament llum sellem lill-ex deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi li miet fl-aħħar ġranet. L-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-Gvern u l-Oppożizzjoni sellmu lil Fredrick Azzopardi u taw il-kondoljanzi lill-familja tiegħu. Fil-parlament il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament David Agius sellem lill-ex deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi u qal li hu xieraq li l-parlament jikkommemora lil Fredrick Azzopardi propju fl-ewwel seduta wara l-mewt tiegħu. Fredick kien raġel fuq l-irġiel; kien ġentlom ta' veru, sostna David Agius. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li Fredrick Azzopardi kien ġentlom, umli, profond fil-ħsieb u dejjem preżenti fil-parlament. Fredrick Azzopardi kien bniedem li tista' titkellem miegħu fuq diversi suġġetti, sostna l-Prim Ministru. L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li għal Fredrick Azzopardi, il-familja kienet kollox. Hu kien jiddibatti u jirrispetta lill-avversarju fejn ma jaqbilx miegħu. Hu qal li kien baqa' viċin Fredick Azzopardi u qed jitħejja ktejjeb dwar Fredrick Azzopardi.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/19/l-ekonomija-tac-cina-qed-tirkupra-mill-effett-dizastruz-tal-covid-19/
L-ekonomija taċ-Ċina qed tirkupra mill-effett diżastruż tal-Covid-19
netnews.com.mt
L-ekonomija taċ-Ċina kompliet tirkupra mill-effetti tal-pandemija tal-Covid-19, skont ma qegħdin juru l-aħħar ċifri uffiċjali ta' dan il-pajjiż. Iċ-Ċina – it-tieni l-akbar ekonomija tad-dinja – rat żvilupp ta' 4.9 fil-mija bejn Lulju u Settembru, meta mqabbel mal-istess perjodu taż-żmien, fl-2019. Madankollu, iċ-ċifra hi anqas mit-5.2 fil-mija li kienu qed ibassru l-ekonomisti. Intant, iċ-Ċina tinsab fuq quddiem fost il-pajjiżi li qed jissieltu biex ipattu għal telf ekonomiku diżastruż li rriżulta mill-pandemija. U d-data relatata mal-Prodott Gross Domestiku (GDP) taċ-Ċina qed turi li l-iżvilupp ta' kważi ħamsa fil-mija hu qabża kbira 'il fuq mis-sitwazzjoni tal-ekonomija Ċiniża fil-bidu tas-sena – meta kienet feġġet il-pandemija għall-ewwel darba. Għall-ewwel tliet xhur tas-sena, l-ekonomija taċ-Ċina kienet naqset b'xi 6.8 fil-mija u fejn spikkaw shutdowns ta' fabbriki u impjanti ta' manifattura fl-artijiet tagħha. It-tnaqqis kien l-ewwel għall-ekonomija ta' dan il-pajjiż mindu ċ-Ċina, fl-1992, bdiet tirreġistra d-data għall-perjodi rispettivi ta' erba' xhur. Sadanittant, l-istatistika ekonomika ewlenija tissuġġerixxi li ċ-Ċina bdiet tirkupra b'rata mgħaġġla f'sens ekonomiku – għalkemm l-esperti kemm-il darba jiddubitaw kemm id-data taċ-Ċiniżi hi preċiża.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/18/sliema-jiehdu-t-tliet-punti-minkejja-li-laghbu-l-maggoranza-tal-partita-bi-plejer-anqas/
Sliema jieħdu t-tliet punti minkejja li lagħbu l-maġġoranza tal-partita bi plejer anqas
netnews.com.mt
Jordi Farrugia Senglea………………..0 Sliema…………………2 Senglea: M. Farrugia, Z. Cassar, A. Abela, F. Aboulezz (I. Misan 45'), K. Atkinson (D. Abela 60'), C. Riascos, A. Scicluna (L. Galea 10'), Z. Matombo (J. Tanti 60'), J. Diwoto, D. Kukic, W. Gomes Sliema: J. Galea, G. Da Silva (M. Scerri 76'), J. Cisotti, D. Holla (E. Agius 84'), R. Kisil (J. P Farrugia 25'), G. Aquilina (J. Mintoff 84'), A. Linton, A. Cunha, M. Beerman, D. Vukovic, D. Comvalius Referee: D. Portelli Assitent referee: T. Debono, J. Muscat Imwissija: L. Riascos (SA), K. Atkinson (SA), A. Cunha (SW) Tkeċċew: S. Comvalius (SW), J. Diwoto (SA) Skorjaw: Gilmar (S), J.P. Farrugia (S) Sliema Wanderers kisbu tliet punti importanti biex resqu eqreb lejn Ħamrun Spartans fil-quċċata tal-klassifika fejn wara li lagħbu aktar minn 75 minuta bi plejer inqas għelbu lil Senglea Athletic 2-0. F'bidu pjuttost agressiv miż-żewġ timijiet, Sliema bdew jikkontrollaw il-partita bit-tim ta' Senglea jipprova jopera bil-kontrattakk. L-ewwel xutt tal-partita wasal fit-8 minuta meta minn cross fil-baxx ta' Gilmar il-konklużjoni ta' Vukovic għaddiet għoli mil-lasti ta' Farrugia. Senglea kienu sfurzati jagħmlu sostituzzjoni wara biss għaxar minuti meta d-difensur laterali Andre Scicluna ma setgħax ikompli l-partita wara injury fil-hamstring biex floku daħal Lee Galea. (16)Sliema Wanderers kellhom ikomplu l-konfront bi plejer anqas wara li l-attakkant Sylvano Comvalius ntwera' l-karta l-ħamra wara daħla kerha fuq Kukic. Fit-23 minuta Sliema kienu perikolużi meta l-corner ta' Gilmar fuq l-ewwel lasta ħasad lil Farrugia. Ftit sekondi wara Sliema ngħataw penalty meta Kukic waqqa' lil Gilmar fil-kaxxa u minn ħdax –il metru l-istess GILMAR ma żbaljax. Sliema kellhom ċans jirduppjaw meta fid-29 minuta minn pass minfuq ix-xellug, is-sostitut Jean Paul Farrugia wara li daħal fil-kaxxa ra l-konklużjoni tiegħu tkun salvata b'mod tajjeb mill-gowlkiper ta' Senglea. Fit-33 minuta Senglea resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs meta minn cross fil-baxx ta' Matombo, l-konklużjoni ta' Diwoto kienet devjata fil-ħin għall-corner. Sliema għal darb'oħra perikolużi fis-36 minuta meta minn pass fl-għoli ta' Gilmar, l-konklużjoni ta' Farrugia kienet blokkata fil-ħin minn Matthew Farrugia. Fil-41 minuta, wara azzjoni personali, Jean Paul Farrugia daħal fil-kaxxa iżda għal darb'oħra sab lill-gowlkiper ta' Senglea attent. Fil-ħin addizzjonali fi tmiem l-ewwel taqsima, ix-xutt ċentrali ta' Gomes kien salvat faċilment minn Galea. Minkejja li bi plejer inqas, Sliema ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u minn cross ta' Vukovic, d-daqqa ta' ras ta' Cisotti għaddiet ftit barra. Fit-52 minuta freekick mid-distanza ta' Gilmar kien imdawwar f'croner b'diffikultà minn Farrugia. It-tim ta' Andrea Pisanu rdoppja fl-54 minuta meta wara li rċieva pass mit-tul din id-darba, JEAN PAUL FARRUGIA kkonkluda b'eleganza wara Matthew Farrugia. Jean Paul Farrugia kien għal darb'oħra perikoluż fil-65 minuta meta l-konklużjoni fil-baxx tiegħu kienet salvata. Fis-70 minuta, l-freekick ta' Cisotti għadda barra. Żewġ minuti wara Gilmar għal darb'oħra fil-qofol tal-azzjoni u wara li ħabba il-ballun ma' numru ta' plejers minn pożizzjoni angolata kkonkluda barra. Senglea wkoll temmew il-partita b'għaxara meta fl-injury time Junior Diwoto ntwera' l-karta l-ħamra wara daħla kerha fuq Edmond Agius.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/19/htiega-li-jsir-aktar-investiment-fis-settur-tas-sahha-pn/
"Ħtieġa li jsir aktar investiment fis-settur tas-Saħħa" – PN
netnews.com.mt
Ringrazzjament qawwi lill-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa mill-Kap tal-PN Bernard Grech għall-isforzi li kontinwament qed jagħmlu l-infermiera u l-qwiebel fl-eqqel ta' pandemija – dikjarazzjoni li saret waqt laqgħa li hu kellu mal-MUMN fid-Dar Ċentrali tal-PN Bernard Grech tkellem dwar il-ħtieġa li jsir investiment kontinwu fis-settur tas-saħħa. Hu qal li l-PN dejjem żamm f'qalbu kull professjoni, u tenna li ma nistgħux ninsew lill-infermiera u l-qwiebel li l-professjoni tagħhom hija wara kollox vokazzjoni. Il-President tal-MUMN Paul Pace tkellem fost l-oħrajn dwar in-nuqqas ta' risorżi umani fis-settur tas-saħħa u qal li minkejja l-isforzi li għamlet il-Union fl-aħħar snin biex din il-problema tkun megħluba… dwar dan sar ftit li xejn. Tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni kurrenti fejn qal li mhuwiex biss in-numru ta' sodod fl-ITU li huma importanti iżda li kull sodda jkollha infermiera speċjalizzati halli jimmaniġġjaw il-ventilators. Infatti fl-aħħar jiem l-MUMN talbet laqgħa mat-tmexxija tal-isptar Mater Dei dwar "din il-kwistjoni serja". L-MUMN semmiet il-wegħdiet li kienu saru ta' investiment fis-settur – investiment li baqa' fuq l-ixkaffa.. inkluż dak li suppost sar fl-isptar Monte Carmeli. Fi tmiem il-laqgħa t-tmexxija tal-MUMN awgurat lil Bernard Grech għall-irwol il-ġdid tiegħu, filwaqt li l-Kap tal-PN mill-ġdid tenna l-appoġġ tiegħu lejn il-ħaddiema kollha tas-saħħa f'dan il-mument tant u tant delikat. Tul il-laqgħa flimkien mal-Kap tal-PN kien hemm il-Kelliem tas-Saħħa Stephen Spiteri, il-Kelliem tal-Ekonomija Claudio Grech, il-Kelliema tal-Ugwaljanza sħiħa Claudette Buttigieg u Clyde Puli l-Kelliem tal-Edukazzjoni, li lkoll jiffurmaw parti mit-tim ta' azzjoni li waqqaf ftit tal-jiem ilu Bernard Grech. Ritratti: Matthew Tabone Ikkummenta //= $special ?>
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/17/stennija-biex-il-gvern-jibda-jiddiskuti-l-protokolli-ghall-gheluq-tal-iskejjel-l-mut/
"Stennija biex il-Gvern jibda jiddiskuti l-protokolli għall-għeluq tal-iskejjel" – L-MUT
netnews.com.mt
Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, qed tistenna li l-Gvern jibda jiddiskuti l-protokolli għall-għeluq tal-iskejjel hekk kif dan, minn ħin għal ieħor, issa hu inevitabbli bl-isplużjoni ta' każijiet ġodda pożittivi ta' kuljum. Dan apparti li t-trażmissjoni allarmanti tal-virus fil-komunità qed jimpatta mhux ftit l-iskejjel, l-edukaturi, l-istudenti u l-familji tagħhom. L-għalliema sa issa huma fil-għama dwar il-kriterji ta' kif se jingħalqu l-iskejjel, bil-union tistaqsi jekk huwiex se jkun hemm uniformità fid-deċiżjonijiet, għaliex ħadd ma jista' jiddistingwi bejn skola tal-Gvern u oħra indipendenti, jew bejn skejjel f'livelli primarji, sekondarji jew post-sekondarji. L-MUT tistenna li l-Gvern jagħti prijorità massima lil din is-sitwazzjoni filwaqt li affermat mill-ġdid li kien il-Gvern, u ħadd aktar, li għażel li jiftaħ l-iskejjel. Jiġri jiġri fl-iskejjel jew bħala konsegwenza għall-ftuħ tagħhom b'mod fiżiku, ir-responsabbiltà kollha jġorrha l-Gvern, temmet tgħid l-istqarrija tal-union tal-għalliema. FTUĦ SKEJJEL saħħa skejjel //= $special ?>
[ 1, 5, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/15/jemen-l-akbar-skambju-ta-prigunieri-mill-2015/
Jemen: L-akbar skambju ta' priġunieri mill-2015
netnews.com.mt
Mijiet ta' priġunieri tal-konflitt fil-Jemen, fl-aħħar sigħat, ingħataw il-libertà fl-akbar skambju ta' dan it-tip bejn in-naħat avversarji mindu bdew l-ostilitajiet fil-pajjiż partikulari, fl-2015. 'Il fuq minn 600 ribelli Houthi u mal-400 priġunier li jappoġġjaw lill-Gvern tal-Jemen mistennija jibbenefikaw mill-proċess u joħorġu ħielsa fuq perjodu ta' jumejn. L-iskambju tal-priġunieri fuq livell hekk kbir kien miftiehem ix-xahar li għadda waqt taħditiet li saru fl-Iżvizzera taħt is-superviżjoni tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, li qed jissorvelja l-iskambju tal-priġunieri, intant, ikkonferma li ħames ajruplani tal-istess kumitat telqu mill-ajruporti fl-ibliet ta' Abha, Sanaa u Seiyoun, fil-Jemen. L-ajruplani qegħdin jintużaw għat-trasport tal-priġunieri u Martin Griffiths, ir-Rappreżentant Speċjali tan-NU għall-Jemen, qal li l-ħelsien ta' daqstant priġunieri hu sinjal ieħor li 'id-djalogu paċifiku kapaċi jwassal għar-riżultati'. Griffiths qed jittama li, 'il quddiem, isiru aktar taħditiet rigward il-ħelsien ta' aktar priġunieri relatati mal-konflitt fil-Jemen. Fl-aħħar xhur tal-2018, il-Gvern tal-Jemen u l-avversarji tal-Houthi ( li huma appoġġjati mill-Iran) kienu qablu biex jeħilsu total ta' 15,000 priġunier, iżda l-ftehim għad irid ikun implimentat.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/19/riskju-li-1300-ghalliem-fl-iskejjel-tal-ingliz-jitilfu-l-impjieg/
Riskju li 1,300 għalliem fl-iskejjel tal-Ingliż jitilfu l-impjieg
netnews.com.mt
"Stampa inkwetanti għall-futur tal-iskejjel tat-tagħlim tal-lingwa Ingliża" Skont studju li sar minn Deloitte, mal-1,300 għalliem fl-iskejjel tal-Ingliż qed jirriskjaw li jitiflu xogħolhom. Il-Federazzjoni li tarrappreżenta l-organizzazzjonijiet tat-tagħlim tal-Ingliż f'pajjiżna, il-Feltom ippubblikat analiżi tal-impatt tal-pandemija fuq dawn l-iskejjel. Din l-analiżi ta' kif il-pandemija qed taffettwa lill-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż li saret minn Deloitte sabet li 1,378 impjieg jinsabu f'riskju jekk l-industrija ELT ma tkunx sostnuta. L-aħjar xenarju provdut minn Deloitte xorta wera' li 643 persuna jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom, jekk il-Gvern ma jgħinx lil din l-industrija. Ir-rapport jipprovdi stampa inkwetanti għall-futur tal-iskejjel tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża (ELT). Ir-rapport ġie ppreżentat dan l-aħħar lill-Ministru tat-Turiżmu waqt laqgħa ma' FELTOM bħala parti mill-eżerċizzju ta' konsultazzjoni ta' qabel il-baġit tal-Gvern. L-industrija ELT dejjem kienet kontributur qawwi għall-ekonomija Maltija. Deloitte tistma li n-nefqa annwali totali mill-istudenti tal-ELT kienet ta' madwar €145 miljun fl-2019. Dik is-sena, is-settur tal-ELT kien jammonta għal 8.6% tat-total ta' ljieli ta' turisti, bi 3% tat-turisti kollha jkunu studenti tal-ELT. Is-settur ELT għandu rwol ewlieni fid-diversifikazzjoni tas-settur tat-turiżmu u minħabba li l-industrija timpjega wkoll mijiet ta' familji ospitanti u tipprovdi negozju lil fornituri ta' akkomodazzjoni u trasport, supermarkets u ristoranti, l-effett fuq l-ekonomija huwa wieħed sostanzjali. Il-Kap Eżekuttiv ta' FELTOM James Perry spjega kif għall-kuntrarju ta' swieq oħra tat-turiżmu, din l-industrija tattira nies li normalment ma jivvjaġġawx lejn Malta. Fil-fatt, aktar minn nofs l-istudenti ELT (56%) kienu minn pajjiżi li mhumiex fl-UE / EEA fl-2019. Għalkemm l-ogħla numru ta' studenti ġew mill-Italja (12% jew 28,367 ġimgħat ta' student), dan huwa segwit mill-Kolombja (9.1% jew 21,688 ġimgħa ta' student) u l-Brażil (21,230 ġimgħa ta' student jew 9%). Il-pandemija Covid-19 kienet xokk bla preċedent fuq l-ekonomija lokali b'mod ġenerali, iżda b'mod speċjali fuq l-industrija ELT fejn bejn il-5 u s-16 ta' Marzu li għadda, in-numru ta' kanċellazzjonijiet minn studenti tal-lingwa Ingliża żdied minn 4,000 għal 20,000 – kollha fi medda ta' ġimgħatejn. Il-kanċellazzjonijiet baqgħu jiżdiedu matul il-ġimgħat sussegwenti. Filwaqt li Lulju tal-2019 ra total ta' 18,457 ġimgħa ta' student, l-istima ta' din is-sena kienet ta' 9.4% ta' dak l-ammont li jissarraf f'1,740 ġimgħa ta' student. L-istudju jħares ukoll lejn l-impatt finanzjarju ta' Covid-19 fuq is-settur ELT. In-negozju fl-2020 waqa' b'80%. Tnaqqis fid-dħul mill-industrija se jkollu impatt sinifikanti fuq il-fornituri tal-akkomodazzjoni, it-trasport u l-attivitajiet li jammontaw għal 43% tal-ispejjeż varjabbli totali tal-industrija. It-telf ta' dħul iġġenerat mis-settur tal-ELT jista' jkollu impatt gravi fuq l-ekonomija ta' Malta. Deloitte tistma li t-telf nett fl-attività ekonomika jista' jilħaq €88 miljun. Id-dħul tal-gvern mill-attività ekonomika ta 'l-industrija jista' wkoll potenzjalment jonqos b'66%. Dan huwa bbażat fuq il-VAT, taxxa fuq id-dħul u NI ġġenerati mill-industrija. Analiżi tax-xenarju tal-aħjar każ (tnaqqis ta '30% tal-istudenti fil-wasliet) ikun ifisser li d-dħul iġġenerat mill-gvern jinżel għal € 15.2 miljun. "Is-settur ELT huwa kruċjali għas-settur turistiku u għall-kaxxa tal-pajjiż. Għajnuna sostnuta mill-gvern hija għalhekk ta' importanza kbira għas-settur. L-industrija tibda tirkupra biss ladarba jkun hemm inqas inkwiet dwar is-saħħa u l-ivvjaġġar. Iżda dan kapaċi għadu 'l bogħod ħafna," qal James Perry. Deloitte irrakkomandat bil-qawwa li s-suppliment tal-paga jinżamm, għalkemm b'rata dejjem tonqos, sakemm il-volum tan-negozju jerġa' lura għal 70% ta' dak li kien qabel il-pandemija. Is-suppliment tal-paga u l-appoġġ għall-kontribuzzjoni tal-ispejjeż fissi jistgħu jvarjaw bejn €2m u €7.9m. Ir-rapport jirrakkomanda wkoll appoġġ progressiv immirat biex jgħin lill-operaturi li jġarrbu telf ta' aktar minn 40% ta' studenti u investiment mill-ġdid ta' €13.5m mid-dħul tal-gvern mis-settur biex jistimula l-irkupru aċċellerat u aktar minn €100m ta' attività ekonomika. Stimolu bħal dan jista' jsir permezz ta' investiment dirett jew permezz ta' inċentivi għall-istudenti nfushom fosthom ġimgħat sussidjati ta' tagħlim meta jixtru aktar minn ġimgħatejn studju jew titjiriet sussidjati mal-linja nazzjonali. għalliema imjpjieg ingliż riskju skejjel //= $special ?>
[ 1, 5 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/18/disa-gowls-floghba-spettakolari/
Disa' gowls f'logħba spettakolari
netnews.com.mt
Chris Cassar SWIEQI……………5 PIETA………………4 Swieqi: E. Gatt, M. Attard (I. Micallef 65'), J. Magri Overand (S. Elfarsi 80'), J. Micallef, S. Ibrahim (KW Micallef 80'), AD. Schembri Wismayer, M. Ivanovic, A. Shaw (K. Muscat 65'), C. Cutajar, F. Temile (J. Willy 58'), J. Azzopardi Pieta: J. Chircop St. John, S. Okoh, L. Cassar Jackson, JJ Pace, N. Pace Cocks, J. Ghio (G. Borg 77'), D. Segura (S. Pisani 77'), C. Bouvet, N. Pisani, J. Lucas Caetano, J. Scicluna Referee: Emanuel Grech Skorers: Neil Pace Cocks 2' (P), Diego Segura 20' (P), A. Shaw 29' (S), A. Schembri Wismayer 42' pen (2), S. Ibrahim 50' (S), J. Scicluna 53' (P), S. Ibrahim 64' pen (S), K. Muscat 69' (S), J. Scicluna 83' (P) Karti sofor: J. Azzopardi 15', JL Caetano 43', S. Ibrahim 57', Neil Pace Cocks 63' Karta ħamra: Neil Pace Cocks 65' Wara li kienu żewġ gowls minn taħt fil-bidu tal-ewwel taqsima, Swieqi rnexxilhom idawwru l-logħba biex kisbu tlett punti f'logħba ferm missielta, mimlija azzjonijiet, li rat xejn anqas minn 9 gowls u tkeċċija. Kienu Pieta' fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti logħob grazzi għal freekick mill-isbaħ ta' Neil Pace Cocks minn barra l-kaxxa l-kbira, u għalkemm il-gowlkiper Gatt deher jinxteħet fuq in-naħa t-tajba, ix-xutt kien b'saħħtu wisq biex jilqgħu. Pieta' rduppjaw il-vantaġġ tagħhom fl-20 minuta, meta minn freekick angolat minn barra l-kaxxa l-kbira ta' James Scicluna, Diego Segura sab ir-rokna tax-xibka f'xutt fil-baxx li ma ta l-ebda ċans lil gowlkiper Gatt. Swieqi daħlu fil-partita fid-29 minuta, meta Andrew Shaw ittanta xortieh minn distanza konsiderevoli b'xutt mill-isbaħ, li għadda minn fuq il-gowlkiper Chircop St John li nqabad barra minn postu u spiċċa fir-rokna tax-xibka. Huma rnexxielhom jiksbu l-gowl tad-draw tlett minuti qabel il-mistrieħ, meta Ibrahim Salis deher jitwaqqa' fil-kaxxa minn Scicluna, bir-referee jsaffar għal penalty. Mill-ħdax-il metru, Alan David Schembri Wismayer ma falliex. Swieqi marru fil-vantaġġ ftit minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima, b'daqqa ta' ras ta' Salis Ibrahim fuq kross ta' Jeremy Micallef, li ma tat l-ebda ċans lid-difiża ta' Pieta'. Swieqi ma tantx damu jgawdu dan il-vantaġġ, għaliex tlett minuti biss wara, James Scicluna seraq ballun minn barra l-kaxxa, għadda tajjeb minn qalb id-difiża avversarja u kkonkluda fir-rokna tax-xibka. Fit-62 minuta, Lesley Cassar Jackson deher jgħolli saqajh b'mod perikoluż fil-kaxxa u jolqot lil Joseph Willy, bir-referee jsaffar għal penalty. Mill-ħdax-il metru, Salis Ibrahim xeħet fix-xibka. Neil Pace Cocks deher jipprotesta mar-referee kemm qabel l-għoti tal-penalty u anke wara, u fi spazju ta' ftit minuti, intwera żewġ karti sofor. Deher jitkeċċa wkoll uffiċjal minn fuq il-bank ta' Pieta. Fid-69 minuta, Swieqi komplew kabbru l-vantaġġ b'daqqa ta' ras tas-sostitut Kurt Muscat fuq korner ta' Schembri Wismayer. Pieta naqqsu d-distakk seba' minuti mit-tmiem permezz ta' James Scicluna, li qabeż lid-difensuri ta' Swieqi, inkluż il-gowlkiper, u kkonkluda fix-xibka minn angolatura ferm diffiċli. Dan il-gowl ġie tard wisq u ma kienx biżżejjed biex Pieta jirnexxielhom jiksbu punt minn din il-partita.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/17/tirbah-elezzjoni-wara-li-ma-ddejqitx-timponi-restrizzjonijiet-kbar/
Tirbaħ elezzjoni wara li ma ddejqitx timponi restrizzjonijiet kbar
netnews.com.mt
Rebħa kbira għal Jacinda Ardern. Jacinda Ardern se tkun il-Prim Ministru ta' New Zeeland wara rebħa komda fl-Elezzjoni Ġenerali… hi se tkun qed tkompli fil-kariga li kienet qed tokkupa għal dawk l-aħħar snin. Din ir-rebħa kienet xi ftit mistennija hekk kif Ardern kienet il-favorita wara s-suċċess li kellha bħala Prim Ministru matul il-pandemija hekk kif il-pajjiż gawda minn ġimgħat sħaħ mingħajr każi pożittivi. Hi imponiet lockdown wara l-ieħor, liema pass kien apprezzat minn nies ta' New Zealand hekk kif ġabet is-saħħa tan-nies l-ewwel u qabel kollox. Il-votazzjoni kienet oriġinarjament se ssir f'Settembru iżda ġiet posposta b'xahar minħabba li l-pajjiż reġa' ra żieda fil-każi ta' COVID-19. F'din l-elezzjoni ivvutaw iktar minn miljun persuna.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/17/radiocity-jibda-jxandar-fil-qalba-tal-komunita-beltija/
Radiocity jibda jxandar fil-qalba tal-komunità Beltija
netnews.com.mt
Ftehim li wassal biex ir-radju jaħdem mill-qrib mas-Società Filarmonica Nazionale La Valette F'għeluq l-10 sena minn kemm ilha xxandar fost il-komunità Beltija, RadioCity mis-Sibt bdiet esperjenza ġdida ta' xandir mis-sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, fi Triq ir-Repubblika l-Belt. Id-direttur u l-maniġer tal-istazzjon fuq il-frekwenza 98FM, Carmelo Zammit, tana aktar tagħrif dwar dan il-ftehim. "Issa bi ftehim u wara ħafna tentattivi biex ningħaqdu mas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, biex aħna niġu fis-Soċjetà u hekk inkunu fi Strada Rjali, il-post fejn jixraqlu radju tal-komunità Beltija, ilħaqna dan il-ftehim fejn huma offrewlna s-sede, aħna nxandru minn hawnhekk, huma jagħmlu l-parti tagħhom, ikollhom il-ħin tagħhom fuq l-istazzjon u jwasslu l-vuċi tagħhom ukoll bħala Soċjetà." Ritratt: Carl Farrugia Ma jistax jonqos li bi studios ġodda, RadioCity kif ukoll Radju La Valette ħejjew skeda mżewwqa ta' programmi varjati, li wieħed anki jista' jsegwi online permezz tal-live streaming: "Mis-Società Filarmonica Nazionale La Valette, għandhom programmi ta' marċi, ta' kultura u oħrajn li fihom jiġu intervistati bosta nies. Nista' ngħid il-programmi kollha. Bħala RadioCity imexxu programmi kemm ta' informazzjoni u mużika biex nolqtu l-gosti ta' kulħadd." Fi kliem il-President tas-Soċjetà, Jonathan Grima, din kienet kisba importanti għaliha, kemm minħabba l-fatt li l-banda bħalissa ma tistax issemma leħinha kawża tal-pandemija u anki biex twessa' l-vuċi tagħha 3 snin qabel anniversarju importanti għaliha. "Is-Soċjetà qed taħseb għall-festi tal-150 sena, ħa jkollna festi ċentinarji kbar bħalma jixirqilha Società Filarmonica Nazionale, u b'din is-sistema ta' radju tal-komunità Beltija nistgħu nxandru l-affarijiet li qed isiru minna u minn għaqdiet oħra tal-Belt Valletta." It-tnedija ta' din il-kollaborazzjoni, li anki ġie fis-seħħ b'kuntratt quddiem nutar pubbliku, saret fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet is-Sibt filgħodu li fiha l-istudios ġew imbierka mill-Arċipriet tal-Kolleġġjata ta' San Pawl, il-Kan, David Cilia. Ritratt: Carl Farrugia Ikkummenta Radju tal-komunità
[ 2 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/15/abela-jrid-aktar-pulizija-fit-toroq-shift-mill-ghassa-tal-imsida-kollha-pozittivi/
Abela jrid aktar Pulizija fit-toroq; shift mill-għassa tal-Imsida kollha pożittivi
netnews.com.mt
Net News jista' jiżvela li fl-għassa tal-Imsida hemm shift sħiħ li instab pożittiv għall-Covid-19. Dan wassal biex l-għassa kważi tingħalaq, bid-Distrett idur għal Pulizija mill-għases oħrajn. Ironikament din l-aħbar tasal eżatt fil-ġurnata li fiha l-Prim Ministru ħabbar li se jdur fuq il-Pulizija biex irażżar il-pandemija. Iżda hemm elementi mill-Korp li sfortunatament mhumiex disponibbli. TVM qed jirrapporta li fi tmiem l-ewwel sessjoni tas-summit, Robert Abela ħabbar li f'Malta se tiżdied il-preżenza tal-forzi tal-ordni fit-toroq biex tkun ikkontrollata aħjar il-pandemija, u ħeġġeġ aktar l-ilbies tal-maskri. Abela qal ukoll li bħala Gvern se jkompli jikkontrolla l-pandemija. Aktar tard fuq ix-Xandir Nazzjonali, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li wasal iż-żmien li jissaħħaħ l-infurzar fit-toroq.
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/15/bernard-grech-jiltaqa-mal-president-tal-partit-popolari-ewropew-donald-tusk/
Bernard Grech jiltaqa' mal-President tal-Partit Popolari Ewropew, Donald Tusk
netnews.com.mt
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, il-Ħamis filgħodu kellu l-ewwel laqgħa tiegħu mill-ħatra fit-tmexxija mal-President tal-Partit Popolari Ewropew, Donald Tusk, qabel is-Summit virtwali tal-Mexxejja tal-partiti Ewropej fi ħdan l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew Għal-laqgħa, li saret online minħabba l-pandemija COVID-19, attendew ukoll il-Kap tad-Delegrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, l-MEP Roberta Metsola, kif ukoll is-Segretarju Internazzjonali tal-PN, Roselyn Borg Knight. Ritratt: Joseph Galea Ikkummenta partit popolari ewropew
[ 3, 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/15/aktar-proposti-konkreti-tal-pn-ghat-turizmu-u-s-settur-kulturali-u-kreattiv/
Aktar proposti konkreti tal-PN għat-turiżmu u s-settur kulturali u kreattiv
netnews.com.mt
Ekonomija li taħdem għan-nies "Ilna xhur sħaħ ngħidu lill-Gvern Laburista li l-industrija tat-turiżmu se tgħaddi minn diffikultajiet kbar u tispiċċa għarkubtejha u kien għalhekk li mal-ewwel bdejna noħorġu bil-proposti tagħna. Proposti konkreti li l-PN ħareġ ukoll fid-Dokument ta' Qabel il-Baġit.", hekk qal il-Viċi Kap tal-PN għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien ma' Therese Comodini Cachia dwar il-proposti għat-turiżmu u s-settur kreattiv. Robert Arrigo qal li l-proposti li ressqet l-Oppożizzjoni għas-settur tat-turiżmu huma konkreti u jaħsbu għall-futur mhux bħall-Gvern Laburista li m'għandux pjan fit-tul. Dan meta jeħtieġ li tingħata għajnuna f'waqtha u pronta u li tħares lejn sitt xhur oħra. Huwa qal li f'dawn iż-żminijiet huwa essenzjali li l-prodott Malti jiġi upgraded minnufih. Robert Arrigo tkellem dwar il-bżonn ta' monitoring tan-numri tal-imxija tal-COVID-19 madwar l-ibliet fl-Ewropa fejn twettaq titjiriet l-Air Malta biex l-Aworita' għat-Turiżmu tista' tkun flessibbli fil-marketing u meta nħarsu lejn late bookings, il-flessibbilta' tat-titjiriet għandha tkun aħjar. Huwa qal li mis-settur tat-turiżmu jiekol kulħadd u għalhekk jeħtieġ pjan serju fejn ħadd ma jitħalla barra. Il-Viċi Kap tal-PN qal li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jagħti sehemu kemm fil-Parlament u barra filwaqt li se jibqa' jikkonvinċi lill-Gvern biex jaddotta iżjed proposti li jsiru mill-Oppożizzjoni. Therese Comodini Cachia qalet li l-miżuri li l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi għas-settur kulturali u kreattiv jindirizzaw l-isfidi kurrenti ta' professjonisti f'dan is-settur u jipprovdu mezz kif nistabbilixxu investiment u introjtu sostenibbli għal min jopera f'dan il-qasam. Hija qalet li nirrikonoxxu s-sagrifiċċji kbar li professjonisti fis-settur jagħmlu sabiex iwettqu proġetti u qegħdin b'dawn il-proposti nappoġġjaw l-isforzi tagħhom u nipprovdu sostenibbilità. Comodini Cachia qalet li dawn il-professjonijisti jeħtieġ li jkunu fiċ-ċentru ta' dawn il-miżuri u għalhekk il-PN qiegħed iressaq proposti immirati sabiex ma jintilifx it-talent. Dan jista' jsir billi ninċentivaw revenue streams, ninvestu f'medja ta' distribuzzjoni ġodda u fi produzzjonijiet ġodda. Hija spjegat li f'dawn il-proposti, il-PN qiegħed jagħti attenzjoni speċifika lis-settur tal-midja. Ir-raba pilastru tad-demokrazija qiegħed jaffaċċja sfidi serji u l-konsegwenzi miġjuba minn tibdil fil-konsum ta' aħbarijiet u nuqqas kbir ta' introjtu mir-reklamar. Jeħtieġ li nassiguraw id-dritt ta' informazzjoni ta' kull persuna permezz ta' media b'saħħitha, pluralistika u ħielsa, bi standards għolja u ġurnalizmu ta' kwalità. Comodini Cachia qalet li sabiex isir hekk, huwa essenzjali li ikun hemm l-għajnuna finanzjarja diretta anke lil dan is-settur. Għal dan il-għan, il-PN qed iressaq disa' proposti speċifiċi għal dan is-settur. Il-PN jemmen b'mod partikolari li għandu jinbeda b'mod immedjat djalogu nazzjonali fuq il-finanzjament tal-midja bl-iskop li jissaħħah ir-raba' pilastru tad-demokrazija. Din il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata mill-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isfidi fit-Turiżmu f'Dinja Ġdida Robert Arrigo u mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, l-Kultura u l-Midja Therese Comodini Cachia.
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/17/juventus-mizmuma-minn-crotone/
Juventus miżmuma minn Crotone
netnews.com.mt
Juventus ġew miżmuma fi draw ta' 1-1 minn Crotone f'partita li kien fiha minn kollox. Wara biss 12 -il minuta, Crotone marru fil-vantaġġ permezz ta' penalty skorjat minn SIMY. Juventus ġabu d-draw 11-il minuta wara permezz ta' ALVARO MORATA wara li rċieva cross tajjeb mingħand Chiesa. Mas-siegħa logħob, Juventus spiċċaw jilgħabu b'għaxar plejers meta Chiesa daħal daħla kerha fuq Cigarini bir-referee juri l-karta l-ħamra mill-ewwel lill-istess Chiesa. Minkejja bi plejer inqas Juvnetus irnexxielhom jiskorjaw fis-76 minuta permezz ta' Morata iżda l-gowl tiegħu kien imħassar permezz tal-VAR. Serie A Illum: Napoli v Atalanta 4-1, Inter v Milan 1-2, Sampdoria v Lazio 3-0, Crotone v Juventus 1-1 Għada: Bologna v Sassuolo 12.30pm, Spezia v Fiorentina 3.00pm, Torino v Cagliari 3.00pm, Udinese v Parma 6.00pm, Roma v Benevento 8.45pm It-Tnejn: Verona v Torino 8.45pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/19/dejjem-ridt-nieqaf-meta-xtaqt-jien-u-mhux-ghax-inkun-sfurzat-li-nieqaf-aurelien-cousin/
Dejjem ridt nieqaf meta xtaqt jien u mhux għax inkun sfurzat li nieqaf – Aurelien Cousin
netnews.com.mt
Din id-darba hi deċiżjoni definita. Is-semifinali tan-knock-out tal-Ħamis li għadda kienet l-aħħar logħba fil-karriera mill-aqwa ta' Aurelien Cousin, bil-klabb tiegħu Exiles jaħtru bħala kowċ tat-tim minflok Igor Vukanovic. Hu se jkun ukoll il-kowċ tat-timijiet ta' taħt it-13 u l-15-il sena filwaqt li se jsegwi l-iżvilupp tekniku kollu tal-klabb. Il-plejer naturalizzat Malti li għandu 40 sena, kien inġieb f'pajjiżna minn Exiles fl-2007 bħala plejer barrani u wara ħames staġuni konsekuttivi, irtira u nħatar bħala kowċ tat-tim fl-2011. Cousin bidel il-fehma tiegħu u rritorna jilgħab din id-darba ma' San Ġiljan fejn fosthom bejn l-2015 u l-2017 rebaħ darbtejn il-Kampjonat tas-Sajf u tliet darbiet in-knock-out. Cousin irritorna ma' Exiles u fl-aħħar tliet staġuni baqa' fost l-aqwa plejers fit-tim minkejja l-età tiegħu. Cousin li twieled Franza, ġie naturalizzat bħala Malti u kien parti importanti mit-tim nazzjonali Malti li lagħab fil-fażi finali tal-aħħar tliet edizzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew. F'kuntatt li għamel dan is-sit, Aurelien Cousin qal li kien ilu jaħseb li jirtira għal dawn l-aħħar sentejn iżda żied li hu dejjem ried li jonora l-kuntratt li ntemm ix-xahar li għadda. "Dejjem ridt nieqaf meta xtaqt jien u mhux għax inkun sfurzat li nieqaf. Nemmen li għamilt żmieni bħala plejer u minkejja li ħadt gost fil-logħbiet li lgħabt sal-aħħar logħba, kien wasal iż-żmien li nirtira." Mistoqsi dwar id-deċiżjoni għaliex aċċetta l-kariga l-ġdida, Cousin jemmen li għandu ħafna x'jgħallem u l-għażla ġiet naturali għalih meta saret l-offerta mingħand il-President ta' Exiles Andrew Paris. "Il-waterpolo hu parti minn ħajti minn meta kelli disa' snin u meta tiġik opportunità li tkun kowċ wara li tirtira, trid teħodha."
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/15/jinzamm-arrestat-wara-li-gie-mixli-bserq-minn-karozzi/
Jinżamm arrestat wara li ġie mixli b'serq minn karozzi
netnews.com.mt
Raġel minn Ħal Safi nżamm taħt arrest preventiv wara li ġie akkużat bi serje ta' serq minn karozzi. Stefan Cutajar ta' 36 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech dalgħodu akkużat b'seba' akkużi ta' serq aggravat u ħsara u akkuża waħda ta' attentat ta' serq. Ir-raġel allegatament kien fil-mira ta' karozzi pparkjati f'Ħal Qormi, il-qasam industrijali tal-Marsa, Ħal Luqa, Ħal Tarxien, Marsaskala u l-Marsa bejn Ġunju u Ottubru ta' din is-sena. Huwa ġie mixli wkoll li kien fil-pussess ta 'oġġetti ta' valur għoli mingħajr spjegazzjoni wara li fil-passat kien instab ħati ta 'serq u li kiser il-probation. Cutajar, li wieġeb mhux ħati u talab il-ħelsien mill-arrest. L-Ispetturi tal-prosekuzzjoni Roderick Agius u Sarah Zerafa oġġezzjonaw għat-talba tar-raġel biex jinħeles mill-arrest, minħabba ir-rekord kriminali tiegħu. "Huwa nħeles mill-ħabs f'Marzu ta' din is-sena, ingħata t-tieni ċans b'ordni ta' probation u ma ħadhiex," qal l-Ispettur Agius. Fil-fatt ingħata bosta ċansijiet" irrimarka lill-Qorti hekk kif ippreżenta l-kondotta kriminali tiegħu. Il-Prosekuzzjoni żiedet tgħid li għandha xhieda indispensabbli li kienu għad iridu jixhdu. L-avukat difensur Yanika Bugeja argumentat li l-preżunzjoni tal-innoċenza xorta kienet tapplika għar-raġel. "Ir-rekord kriminali tiegħu mhux wieħed feliċi, iżda huwa wkoll indikattiv tal-ħajja preċedenti tiegħu. Huwa għandu problema tad-droga u qed jindirizzaha mas-Sedqa. "Ir-raġel se jkun qed ja"dem f'ħanut tal-familja jekk jingħata pleġġ," hija qalet, u żiedet li kellu problemi mediċi li kellhom jiġu indirizzati. Il-Qorti ċaħdet il-libertà proviżorja minħabba n-nuqqas ta' affidabbiltà tiegħu, u qalet li ma kienx assigurat li ma jerġax joffendi jew javviċina lix-xhieda jekk jingħata l-libertà proviżorja. Il-Qorti ordnat li jirċievi l-kura medika kollha meħtieġa waqt li jkun fil-kustodja.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/16/santa-lucija-jahsdu-lic-champions-renjanti-floriana/
Santa Luċija jaħsdu liċ-champions renjanti Floriana
netnews.com.mt
Drako Stankovic, Duncan Spencer. Wara Gżira Utd. u Mosta, fl-Istadium Ċentinarju kien imiss lil Sta. Luċija u Floriana biex jirritornaw għal-logħob mill-Kampjonat Premier wara l-waqfa Internazzjonali. Il-partita ntemmet f'riżultat li ħadd ma stenna meta Sta. Luċija għelbu lil Floriana bl-iskor ta' 2-1. Fil-5 minuta kellna l-ewwel azzjoni tal-partita meta Ante ra x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa imblukkat minn Ruiz. Floriana rrispondew minuta wara meta d-daqqa ta' ras ta' Ruiz mill-korner spiċċat ftit għoli mill-lasti ta' Vella. Fit-13-il minuta, Camenzuli rebaħ il-ballun viċin il-kaxxa avversarja, bil-konklużjoni tiegħu tispiċċa ferm għoli mill-lasti ta' Sta. Luċija. Fil-15 il-minuta azzjoni perikoluża minn Sta. Luċija fejn De Arujo daħal tajjeb fil-kaxxa pero ma żamx sew biex il-ballun spiċċa f'gowl kick għal Floriana. Fit-22 minuta freekick minn tarf il-kaxxa għall-Floriana minn Venanzio spiċċa ferm għoli. Fit-32 minuta kross tajjeb ta' Dias lejn nofs il-kaxxa li deher jaħsad lill-Camenzuli bil-ballun jispiċċa faċilment f'idejn Vella. Fis-37 minuta kross tajjeb minn freekick f'nofs il-ground wasal għand Jamie Zerafa, bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata b'mod tajjeb minn Spiteri. Fit-42 minuta konklużjoni mid-distanza ta' Tachikawa kienet kompletament żbaljata. Fl-44 minuta CHEVERSAN ħarab tajjeb wara id-difensuri ta' Sta. Luċija, daħal fil-kaxxa u kkonkluda, bil-balluna jispiċċa fix-xibka għal 0-1. Fis-47 minuta Tachikawa rċieva fil-kaxxa mingħand Da Silva Souza, bil-konklużjoni tiegħu tispiċċa f'idejn Spiteri mingħajr wisq diffikultà. Fit-53 minuta Sta. Luċija jagħmluhom 1-1 meta ANTE b'xutt stupend minn freekick perikoluż skorja fir-rokna ta' taħt tax-xibka. Ma' laħqitx għaddiet minuta meta Sta. Luċija marru fil-vantaġġ b'kontra attakk veloċi fejn TACKIKAWA għamilhom tnejn f'azzjoni ta' wieħed kontra wieħed. Fit-63 xutt tajjeb ta' Da Silva Souza minn tarf il-kaxxa kien salvat tajjeb minn Spiteri. Fis-67 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta' Camenzuli spiċċa salvat faċilment minn Vella. Fis-77 minuta, Keqi qabeż żewġ plejers, daħal fil-kaxxa u l-kross-shot tiegħu kien salvat minn Vella. B'hekk il-partita ntemmet favur Sta. Luċija li ħarġu mill-grawnd bi 3 punti wara li dawru telfa f'rebħa ta' 2-1 fuq iċ-ċhampions renjanti, Floriana, biex b'hekk issa jitilgħu b'4 punti.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/17/skont-it-tobba-dan-hu-infurzar-falz/
Skont it-tobba dan hu "infurzar falz"
netnews.com.mt
L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) fi stqarrija nnotat n-numri rekord ta' każijiet ta' COVID-19 akkumpanjati minn żieda ta' persuni fl-isptarijiet. It-tobba saħqu li dan se jwassal għal aktar persuni fi bżonn ta' kura intensiva u mwiet li dalwaqt se jsegwu. Huma saħqu li "sfortunatament il-poplu Malti għad irid jara l-agħar ta' din il-pandemija." It-tobba saħqu li "l-attitudni tal-Gvern ta' ' business as usual ' u l-illużjoni 'falza' ta' normalità, li qed jitkellem dwarha l-Prim Ministru, wasslu għal rekord wara rekord ta' każijiet." Huma saħqu li kemm is-saħħa tal-poplu Malti kif ukoll l-ekonomija sofrew bil-kbir minħabba dawn l-iżbalji. Il-MAM qalet li qed tilqa'' wħud mill-miżuri mħabbra lbieraħ filgħaxija, li b'mod ġenerali rriflettew dak li ilha tinsisti fuqhom sa minn Awwissu. Madankollu saħqu li jibqgħu xettiċi ħafna u mhux konvinti dwar ir-rieda tal-Gvern biex jinforza dawn il-miżuri. It-tobba fakkru fil-"miżuri foloz" bħal tal- crisps fil-bars u każini fejn qalu li dawn aġixxew bħala superspreaders tal-virus. "Ebda infurzar, flimkien ma' multi "foloz" u maħfra ta' multi wasslu għal avvenimenti tal-massa regolari f'żoni bħal Paceville u l-Belt Valetta." Il-MAM qalet li l-għeluq ta' stabbilimenti ta' dan it-tip fil-11.00pm mhu se jkollu l-ebda impatt, filwaqt li n-numru baxx ħafna ta' 800 multa ma jawgurax tajjeb. "Sfortunatament it-tnejn jirriflettu li l-Gvern fir-realtà mhux lest li jinforza." komplew it-tobba. Il-MAM qalet li l-miżura ta' ttestjar minimu fl-ajruport kienet miżura oħra 'falza', li jfisser li possibilment mijiet ta' każi ta' Coronavirus qed jiġu Malta kull ġimgħa u jibqgħu ma jinstabux. "Għandhom jiġu introdotti testijiet obbligatorji fuq il-passiġġieri kollha li ma jkollhomx ċertifikat qabel il-wasla tagħhom f'pajjiżna." L-Assoċjazzjoni tat-tobba qalet li qed tilqa' l-introduzzjoni ta' maskri obbligatorji hekk kif sa issa l-ilbies tal-maskri fuq il-post tax-xogħol kien obbligatorju biss għal ħaddiema f'kuntatt mal-pubbliku. Huma saħqu li "din il-miżura 'falza' kienet qarrqet b'eluf ta' ħaddiema fl-uffiċċji u fil-fabbriki biex ma jilbsux maskri fuq ġewwa. Sal-lum 90% tal-impjegati f'Malta ma kellhom l-ebda obbligu li jilbsu maskri ġewwa. "Wara numru diżastruż ta' każijiet ta' COVID-19 fil-postijiet tax-xogħol, jidher li din it-taħwida issa tista' tiġi rranġata. Il-MAM talbet għal iktar 'teleworking' filwaqt li saħqet li dan huwa l-aħħar ċans għall-poplu Malti "għax wara kollox huwa l-poplu Malti biss li jista' jagħti tama f'din is-sitwazzjoni." It-tobba temmew jgħidu li jekk dawn il-miżuri jfallu ma jkun baqa' l-ebda għażla ħlief lockdown u curfews kif ġara fi Spanja, Franza u r-Renju Unit.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/18/gowl-iehor-gha-hayley-bugeja-fis-serie-a-femminile/
Gowl ieħor għal Hayley Bugeja fis-Serie A Femminile
netnews.com.mt
Ilbieraħ Hayley Bugeja għal darb'oħra reġgħat niżżlet isimha fuq il-lista tal-iskorers meta fil-partita mis-Serie A Femminile hi kienet waħda mill-iskorers fir-rebħa ta' 3-0 fuq Florentia San Gimignano. Haley Bugeja Goal vs Florentia San Gimignano (17/10/20) #MalteseAbroad 🇲🇹4️⃣ Serie A games.4️⃣ Sassuolo goals.Haley Bugeja scores again for U.S. Sassuolo, this time against Florentia San Gimignano.🇲🇹⭐️ Gepostet von MFA Women's Football am Samstag, 17. Oktober 2020 Il-gowl ta' Bugeja wasal fis-56 minuta meta minn azzjoni personali ikkonkludiet b'eleganza għal 3-0. Dan kien ir-raba' gowl ta' Bugeja minn daqs tant partiti.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/20/apap-bologna-jghid-li-fuq-l-electrogas-l-affarijiet-setghu-saru-ahjar/
Apap Bologna jgħid li fuq l-Electrogas l-affarijiet setgħu saru aħjar
netnews.com.mt
Paul Apap Bologna, li għandu ishma fl-Electrogas u li għat-tieni darba kien qed jixhed fil-Qorti fl-inkjesta pubblika fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qal li l-affarijiet setgħu saru aħjar dwar l-Electrogas. Filwaqt li għal darba oħra huwa qal li ma kienx jaf kif saru ċertu affarijiet tenna li kellu jsir self jew aħjar kellha titħallas miżata biex il-proġett jimxi bil-eks Imħallef Michael Mallia jgħidlu "Skużani, imma jidher li bdejt taħleb il-baqra qabel ma l-baqra pproduċiet il-ħalib!" Mix-xhieda ħareġ li l-konsorzju Electrogas ħallas miżata ta' €4.1 miljun u li Paul Apap Bologna, wieħed mill-azzjonisti fl-impriża jikkonferma li biex ikomplu jmexxu jista' jkun li kien jistħoqqilhom ħlas ta' miżata biex ikun hemm xi forma ta' suċċess. Fix-xhieda tiegħu qal ukoll li ma nemminx li l-qtil ta' Daphne kellu x'jaqsam mal-Electrogas u tenna wkoll li ma kienx jaf bis-sapport ta' Mizzi għall-proġett Fi grilling ta' sagħtejn, Apap Bologna saret mistoqsija ibbażata fuq numru ta' emails dwar il-proġett kontroversjali tal-Electrogas li kienu ġew leaked lil Caruana Galizia qabel ma din ġiet maqtula fi splużjoni ta' karozza bomba f'Ottubru 2017. Waħda minn dawk l-emails, mibgħuta minn Siemens lill-Electrogas u datata 12 ta' April, 2016, għamlet referenza għal €16-il miljun fi spejjeż ta' qabel il-kostruzzjoni jew żvilupp li Oxera, id-ditta ta' konsulenza li tgħin lill-Gvern Malti fil-proċess li jikseb l-approvazzjoni ta' għajnuna mill-istat proġett, x'aktarx li kienet forma ta' tħassib. "X'għandna ngħidu dwar dan lil Oxera, għax dan jista' jitqies bħala kumpens żejjed?" min bagħat l-email kien qal. Tliet sigħat wara, email mibgħuta lill-Ministeru relattiv ħalliet barra iċ-ċifra ta' €16-il miljun, qalet dan lix-xhud l-avukat parte civile Therese Comodini Cachia, li spjegat li l-inklużjoni tagħha kienet possibilment twassal biex il-proġett ma jiġix approvat. "Ma nafx dwar dan," wieġeb Apap Bologna. Mistoqsi jekk dik l-ommissjoni kinitx innotata fir-reviżjoni forensika mwettqa, Apap Bologna qal li l-awdituri ngħataw "aċċess bla xkiel" u "carte blanche" biex jirrevedu d-dokumenti kollha. Ix-xhud waħħal "f'abbozzar ħażin" għal ftehim bejn l-azzjonisti tal-Electrogas GEM u New Energy Supply Ltd ta' Yorgen Fenech li kien datat 2007. Apap Bologna qal li Fenech sar jaf l-ewwel darba dwar il-proġett f'Jannar 2013. Apap Bologna, Fenech u l-familja Gasan flimkien għandhom GEM Holdings, li mbagħad għandhom ishma fil-konsorzju Electrogas. New Energy Supply Ltd, li għandha wkoll ishma f'GEM Holdings, hija proprjetà ta' Fenech biss. Apap Bologna qal li huwa rrealizza biss li l-ftehim ġie abbozzat ħażin "madwar ġimgħatejn ilu", waqt li kien għaddej minn dokumenti wara li ffaċċja mistoqsijiet mill-ġurnalisti. Madankollu, dik it-tweġiba ġiet milqugħa b'aktar mistoqsijiet mill-Bord."Allura l-partijiet kollha tilfuha? U lanqas l-avukati ma ndunaw? " staqsiet l-Imħallef Abigail Lofaro. Apap Bologna ma setax jiftakar min kien fassal dak il-ftehim datat l-2007, u spjega li l-partijiet ma kinux megħjuna minn avukati peress li kien hemm fiduċja reċiproka bejniethom. "Jien, Paul Apap Bologna, ngħid li Yorgen Fenech, ma kienx jaf dwar dan il-proġett sa Jannar 2013," huwa qal. Ix-xhud iddikjara wkoll li ma kienx involut fl-amministrazzjoni tal-Electrogas fl-2017, anke jekk f'email li kiteb lill-maniġer tal-operazzjonijiet tal-Electrogas Catherine Halpin kien irringrazzjaha għax-xogħol tagħha matul dik is- "sena ta 'sfida u eżawrjenti." Apap Bologna qal ukoll li hu qatt ma attenda l-laqgħat tal-bord tal-Electrogas bħala direttur, iżda pjuttost bħala "osservatur". Mistoqsi għal kemm laqgħat kien attenda, huwa wieġeb, "Ma nafx, imma mhux daqs kemm għandi jkolli." Fir-rigward tan-numru ta 'konċessjonijiet tal-proġett li jiddependu fuq intervent mill-eks ministru Konrad Mizzi jew is-segretarju permanenti tiegħu, Apap Bologna qal li ma jafx dwar dan, billi żamm max-xhieda preċedenti tiegħu qabel l-inkjesta, li hu ma ltaqax ma' Mizzi sa aktar tard. Imejls oħra msemmija minn Comodini Cachia dehru jissuġġerixxu indħil mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-immaniġġjar ta 'l-Electrogas ta' l-inkjesti tal-midja, bl-uffiċjali tal-komunikazzjonijiet tal-gvern "" Lindsey Gambin, Alexander Cutajar u Keith Caruana "jgħidu lil Electrogas kif iwieġbu l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. L-ispettru tal-involviment tal-Gvern deher ukoll fl-għażla tal-fornituri tas-servizzi, bi skambju ta' email wieħed li jinvolvi lil Yorgen Fenech u qal, "jekk jogħġbok żomm kif it-talba kienet mingħand GOM (Gvern ta' Malta) u ma rridx niddejjaqhom." "Din hija l-ewwel darba li qed tisma 'dwar dawn l-emails?" staqsa l-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino. "Assolutament! Żgur li kont nistaqsi, "wieġeb Apap Bologna. Apap Bologna kkonferma wkoll li serva fuq il-bord tal-MEPA wara li ġie avviċinat direttament mill-Ministru Michael Farrugia, minkejja l-esperjenza tiegħu fl-ippjanar li tammonta għal "xejn." Iżda huwa ċaħad li tkellem ma 'Farrugia, dak iż-żmien responsabbli għall-Ippjanar, dwar pjanijiet biex jinbnew torrijiet għoljin fl-Imrieħel. Dokumenti miksuba mill-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia żvelaw kif Farrugia ta l-ordni biex l-Imrieħel jiġi inkluż f'politika għolja ftit sigħat biss wara li ltaqa' privatament ma' Fenech. Farrugia insista li l-laqgħa tiegħu ma' Fenech kienet tikkonċerna proposta għar-reklamazzjoni tal-art li kellu f'moħħu Yorgen. Apap Bologna qal ukoll li ma kien jaf xejn dwar ordni diretta biex jiġi rranġat il-palazz tal-Girgenti, li ngħata lil membru tal-familja tiegħu. Dik l-ordni diretta allegatament inħarġet minn mill-mara tal-eks Prim Ministru, Michelle Muscat, allega l-avukat parte civile Jason Azzopardi. Fir-rigward tas-sentimenti tiegħu dwar il-proġett Electrogas li kien qajjem tali kontroversja, Apap Bologna qal li huwa ħassu "imdejjaq." "L-ikbar tħassib tiegħi huwa li qed jintqal ħafna li fir-rigward tal-qtil tal-qtil tal-ġurnalista huwa kawża għal dan il-proġett inniffsu.Ma nemminx li l-Electrogas hija l-kaw ża," huwa qal. L-inkjesta tkompli nhar il-Ġimgħa Ikkummenta //= $special ?>
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/15/neptunes-fil-finali-wara-battikata-minn-exiles/
Neptunes fil-finali wara battikata minn Exiles
netnews.com.mt
Stewart Said NEPTUNES………………………. 13 EXILES FERRETTI………….. 9 (3-1), (3-3), (2-5), (5-0) Kellha tkun wirja tajba fl-aħħar sessjoni li salvat lil Neptunes minn eliminazzjoni kontra Exiles Ferretti. Wara bidu pożittiv, Neptunes sofrew rimonta mill-aqwa ta' Exiles bejn it-tieni u t-tielet sessjoni. Iżda Neptunes għarfu jitjiebu fid-difiża u kif ġabu d-draw, iddominaw biex għalqu l-logħba. Kien Kurt Griscti li poġġa lil Exiles minn fuq iżda immedjatament Stevie Camilleri ġab id-draw, bl-istess plejer u ħuh Jordan għamlu l-iskor 3-1. Il-vantaġġ ta' Neptunes kiber għal 6-1 sal-ewwel żewġ minuti tat-tieni sessjoni. Kollox deher faċli għalihom iżda Exiles kellhom ħsibijiet oħra. Mark Fenech minn penalty, Nicky Paris minn man-up u penalty ta' Kurt Griscti qatgħu d-distakk għal żewġ gowls. It-tim ta' Igor Vukanovic saħansitra għamel l-iskor 6-6 b'xutt sabiħ ta' Aurelien Cousin mid-distanza u r-raba' gowl fil-logħba ta' Griscti. Gabriel Pace ħalla lil Neptunes minn fuq iżda Cousin, Jake Bajada u Griscti għamlu l-iskor 9-7 favur Exiles, b'Pace jnaqqas id-distakk. Bi żvantaġġ ta' gowl, il-pressjoni kienet kollha fuq Neptunes. Jake Muscat ġab id-draw, Stevie Camilleri poġġiehom fil-vantaġġ u fl-aħħar tliet minuti skorjaw tliet gowls mingħajr risposta. Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (2), G. Pace (2), S. Busuttil (1), J. Spiteri Staines, S. Camilleri (5), J. Camilleri (1), J. Abela (1), M. Farrugia, S. Stellini, S. Gialanze (1), B. Busuttil, M. Castillo Exiles: M. Castillo, J. Bajada (1), A. Magri, P. Paris, T. Sullivan, S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti (4), N. Paris (1), A. Cousin (2), D. Fenech, G. Borg Referees: Mario Dalli, Ronnie Spiteri SIRENS MECCA MARIN………… 7 SAN ĠILJAN TUM INVEST…… 21 (1-5), (3-4), (1-4), (2-8) Iċ-champions il-ġodda San Ġiljan TUM Invest komplew il-mixja tagħhom biex jiksbu doppjetta. Fis-semifinali ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Sirens Mecca Marin u din se tkun il-ħames darba fl-aħħar sitt snin li se jikkontestaw il-finali. Bidu b'saħħtu fl-ewwel sessjoni għen lil San Ġiljan jikkontrollaw il-logħba. Il-Ġiljaniżi rebħu l-ewwel tmien minuti 5-1b'gowls tas-soliti Dino Zammit (2), Matthew Zammit, Ben Plumpton u Andreas Galea. Sirens pruvaw inaqqsu d-distakk fit-tieni sessjoni iżda San Ġiljan permezz ta' Matthew Zammit, Ben Plumpton u Andreas Galea żiedu l-vantaġġ għal ħames gowls. It-tim ta' Dorian Pisani neħħa kull dubju mir-rebħa bi tliet gowls konsekuttivi fit-tielet sessjoni. Minkejja d-distakk kbir, San Ġiljan baqgħu jilagħbu b'intensità għolja u ftit taw ċans lil Sirens. Anki fl-aħħar sessjoni, San Ġiljan baqgħu bl-aqwa formazzjoni b'eċċezzjonijiet żgħar u skorjaw seba' gowls konsekuttivi. Kien fl-aħħar minuti li plejers żgħażagħ bħal Dean Ciantar, Marco Mannino, Jake Bonavia u Zach Micallef ħadu aktar ħin fl-ilma b'San Ġiljan jikkontrollaw sat-tmiem. Sirens: O. Gauci, J. Ciantar, K. Erdogan (1), G. Melillo, J. Zerafa Gregory, T. Said, L. Falzon, I. Riolo, J. Napier, M. Cutajar, M. Sciberras (1), M. Azzopardi (3), G. Galea Curmi, G. Farrugia (1) San Ġiljan: J. Tanti, K. Tanti, A. Galea (2), D. Ciantar, M. Mannino (1), M. Zammit (5), B. Plumpton (4), J. Bonavia (2), Z. Micallef, Da. Zammit (1), P. Fava, Di. Zammit (6), G. Vassallo, M. Ortoleva Referees: Massimo Angileri, Alex De Raffaele Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/15/il-pn-jsellem-il-memorja-ta-charles-caruana-carabez/
Il-PN jsellem il-memorja ta' Charles Caruana Carabez
netnews.com.mt
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wera sogħba u sellem il-memorja tal-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez. Caruana Carabez kellu karriera twila ta' edukatur u għal dawn l-aħħar tlett snin serva bħala Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman. Caruana Carabez iddedika ħajtu għat-tagħlim u sabiex joħloq ġustizzja fuq min sofra minn amministrazzjoni ħażina. Il-Partit Nazzjonalista estenda l-kondoljanzi lill-familja tiegħu. partit nazzjonalista //= $special ?>
[ 5 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/18/brexit-il-bieb-mhux-maghluq-ghat-tahditiet-kummercjali/
Brexit: Il-bieb mhux magħluq għat-taħditiet kummerċjali
netnews.com.mt
Michael Gove, Ministru ewlieni fil-Kabinett Britanniku, qal li l-bieb 'għadu imbexxaq' għal taħditiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' ftehim kummerċjali ġdid għal wara Brexit. Madankollu, Gove insista li dan isir possibbli biss 'f'każ li l-UE iċċedi ftit' fil-pożizzjonijiet li qed iżżomm dwar ċerti oqsma. In-negozjati bejn Londra u Brussell jinsabu f'paraliżi fost id-diżgwid dwar l-issues ta' kompetizzjoni ġusta u kwistjoni tas-sajd. Fil-fatt, fi tmiem il-ġimgħa kien hemm indikazzjonijiet sostanzjali mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru Britanniku li 'it-taħditiet ( mal-UE) kienu sfumaw'. Min-naħa tiegħu, Gove ħalla miftuħa l-possibbiltà li t-taħditiet ikomplu iżda, waqt intervista mal-BBC , qal li l-Unjoni Ewropea teħtieġ tħaffef il-proċess tan-negozjati waqt li toffri kundizzjonijiet aħjar lir-Renju Unit. Dan meta l-UE qalet li filwaqt li tinsab lesta 'biex tintensifika' it-taħditiet ma' Londra, mhix lesta biex tidħol fi ftehim kummerċjali mar-Renju Unit 'għal kwalunkwe prezz'. Intant, l-organizzazzjonijiet kummerċjali qegħdin iħeġġu biex il-Gvern Britanniku jikkonċentra fuq inizjattivi li jsolvu d-differenzi tiegħu mal-UE. Huma qed jinsistu li 'ftehim kummerċjali għal wara Brexit huwa kruċjali biex jgħin lir-Renju Unit jirkupra mill-effetti diżastrużi tal-Covid-19'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/17/204-kazi-godda-ta-covid-19-fmalta/
204 każi ġodda ta' COVID-19 f'Malta
netnews.com.mt
Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra rekord ieħor ta' każi ta' COVID-19, kważi d-dopju tar-rekord li rreġistra fil-jumejn ta' qabel. 204 huma l-każi ġodda ta' Coronavirus f'Malta u f'Għawdex, numru li jkompli juri kemm qed tkun b'saħħitha t-tieni mewġa fuq pajjiżna. Filfatt il-każi attivi huma 1,261, żieda ta' 162 fl-aħħar sigħat. Dan in-numru jinkludi wkoll 4 immigranti li jinsabu pożittivi għall-virus waqt li qegħdin f'pajjiżna. Fl-aħħar seba' t'ijiem, pajjiżna rreġistra aktar minn 800 każ u 4 mwiet bit-total ta' dawk li tilfu ħajjithom jitla' għal 45. B'hekk pajjiżna se jkun qed jibda it-33 ġimgħa tal-pandemija bl-akbar ammont ta' każi pożittivi li issa ssuperaw ukoll il-każi totali ta' COVID-19 li pajjiżna kien ra sa qabel is-Sajf. Dawn in-numri xokkanti jaslu fil-ġurnata li l-użu tal-maskri sar obligatorju bil-liġi. Dan tħabbar ftit tas-sigħat ilu mill-Prim Ministru Robert Abela, f'konferenza tal-aħbarijiet li fiha saħaq li "is-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll." Permezz ta' post fuq Facebook, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li fiequ 42 persuna biex b'hekk minn total ta' 4,703 każ, 3,184 fiequ mill-Coronavirus. Intant, mill-122 każ li tħabbru lbieraħ, 70 ma jafux minn fejn ħadu l-virus. Dan filwaqt li l-204 każ li ħarġu fl-aħħar 24 siegħa għadhom qed jiġu investigati.
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/17/l-mumn-tghid-li-mhemmx-bizzejjed-infermiera/
L-MUMN tgħid li m'hemmx biżżejjed infermiera
netnews.com.mt
Minkejja l-pompa tal-Gvern li hemm 75 sodda fl-ITU u 25 sodda fl-Isptar t'Għawdex… m'hemmx biżżejjed infermiera mħarrġa u disponibbli għal numru daqshekk kbir ta' sodod. Din kienet id-dikjarazzjoni iebsa tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) li tinsab imħassba biż-żieda ta' każijiet ta' COVID-19 li qed joħorġu ta' kuljum. "żieda bħal din żgur se jkollha impatt negattiv fuq l-isptarijiet kollha u l-istituzzjonijiet tal-anzjani għad-detriment tal-pazjenti u l-istaff." L-MUMN saħqu li "mhuwiex biss in-numru ta' sodod fl-ITU li huwa importanti iżda li kull sodda jkollha infermiera speċjalizzati biex jimmaniġġjaw ventilators u kura intensiva. L-MUMN talbet laqgħa mat-tmexxija tal-isptar Mater Dei dwar "din il-kwistjoni serja peress li fl-aħħar mill-aħħar l-infermiera se jsofru. bil-pazjent iħallas il-prezz aħħari." Huma saħqu li l-pressjoni fuq il-forza tax-xogħol eżistenti tal-infermiera speċjalment fl-ITU diġà qed tħalli l-effett tagħha. Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel appellat għall-infurzar, għall-ħasil tal-idejn, id-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskri fejn qalet li "huma speċjalment importanti." Fl-istess ħin l-MUMN qed tistenna li l-Gvern jikkunsidra miżuri oħra li qed isegwu pajjiżi oħra Ewropej. "Eventwalment numri daqshekk kbar ta' każijiet tal-COVID-19 se jkunu katastrofiċi kemm fis-settur tas-saħħa kif ukoll fl-ekonomija."
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/18/tao-geoghegan-hart-jirbah-il-15-il-stadju-tal-giro-ditalia/
Tao Geoghegan Hart jirbaħ il-15-il stadju tal-Giro d'Italia
netnews.com.mt
Ir-rebbieħ tal-15-il stadju tal-Giro d'Italia huwa l-Brittaniku Tao Geoghegan Hart ta' Team Ineos li sar fuq distanza ta' 185 kilometru minn Frecce Tricolori sa Piancavallo. Fit-tieni post daħal Wilco Kelderman ta' Sunweb segwit minn sieħbu Jai Hindley. Joao Almeida żamm il-flokk ir-roża minkejja li ma kellhux riżultat mixtieq. Hart issa jinsab f'ċans kbir li jirbaħ il-Giro d'Italia wara s-suċċess tal-lum. Almeida għadu fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali, iżda kollox jista' jinbidel fl-aħħar ġimgħa tal-kompetizzjoni, hekk kif Kelderman jinsab 15-il sekonda biss warajh.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/15/in-nuqqas-ta-komunikazzjoni-man-nies-minn-naha-tal-entitajiet-huwa-inkwetanti-pn/
In-nuqqas ta' komunikazzjoni man-nies minn naħa tal-entitajiet huwa inkwetanti – PN
netnews.com.mt
Fi ftit tal-jiem kien hemm żewġ każijiet oħra li juru kif Transport Malta u Infrastructure Malta ma jikkomunikawx id-deċiżjonijiet tagħhom man-nies meta dawn ma jkunux għażliet jew aħbarijiet popolari. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mid-deputati Toni Bezzina u Jason Azzopardi. Ftit tal-jiem ilu, ħaddiema ta' Infrastructure Malta marru jibdew xogħolijiet fi Sqaq Museum u d-Daħla tas-Sienja Ħad Dingli mingħajr ma infurmaw lir-residenti tal-inħawi jew imqar l-bdiewa li fl-għelieqi tagħhom se jsir l-iżvilupp. In-nuqqas ta' konsiderazzjoni lejn ir-residenti u n-nies tkompli toħroġ fil-beraħ meta lbieraħ inbeda l-qtugħ ta' żewġ ħarrubiet li għandhom 400 sena, ġurnata biss wara li nħareġ il-permess mill-ERA meta suppost il-pubbliku għandu perjodu ta' 30 ġurnata biex jappella d-deċiżjoni. Dan ikompli juri gvern li għaddej gaffa mingħajr ebda ħsieb lejn in-nies. In-nuqqas ta' attenzjoni lejn dak li qed iħasseb lin-nies tidher ukoll fi Transport Malta, fejn kellhom jgħaddu tliet ġimgħat u kien biss għax tkellem id-deputat parlamentari Dr Jason Azzopardi, biex Transport Malta temmetti li fil-lejl ta' bejn il-25 u s-26 ta' Settembru, s-servers ta' TM sofrew cyber-attack u possibilment ġiet misruqa informazzjoni sensittiva tal-impjegati u l-kumpanija. Insaqsu lill-Ministru Ian Borg li taħtu taqa' l-entità Transport Malta: – Għalfejn kellhom jgħaddu 20 ġurnata sabiex ħarġet ċirkolari biex jkunu infurmati l-impjegati b'dan li ġara? – Nafu insterqitx informazzjoni u jekk iva, liem informazzjoni? – L-impjegati ta' TM jistgħu jaħdmu b'moħħhom mistrieħ b'ċertezza li ma jkunux suxxettibbli għal aktar telfien ta' informazzjoni?
[ 16 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/15/il-libja-arrestat-traffikant-ewlieni-tal-immigranti/
Il-Libja: Arrestat traffikant ewlieni tal-immigranti
netnews.com.mt
L-Awtoritajiet fi Tripli arrestaw raġel magħruf sew mal-Interpol bħala protagonista fit-traffikar tal-immigranti. L-arrest ta' Abd al-Rahman al-Milad — magħruf bħala Bija — seħħ fl-aħħar sigħat u kien ikkonfermat mill-Gvern tal-Libja li jgawdi l-għarfien internazzjonali. Fl-2018, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kien impona s-sanzjonijiet fuq Milad u ħames irġiel oħra b'konnessjoni mat-traffikar tan-nies fil-Libja.Dan il-pajjiż ,fl-aħħar snin, sar 'rotta ewlenija' għall-movimenti ta' immigranti illegali lejn l-Ewropa. Il-gruppi favur id-drittijiet umani fil-Libja qed jgħidu li l-immigranti f'dan il-pajjiż Afrikan qegħdin ikunu suġġetti għal livelli inaċċettabbli ta' vjolenza u abbuż. L-Ambaxxata Franċiża fil-Libja laqgħet b'sodisfazzjon l-arrest ta' Milad u fissritu bħala 'żvilupp importanti fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin'. Minbarra l-mandat ta' arrest internazzjonali fil-konfront tiegħu, qed jingħad li Milad kien imfittex ukoll biex iwieġeb għal allegati 'reati' li seħħew fil-Libja proprja. Madankollu, diffiċli biex wieħed jikkonkludi l-arrest ta' persuni (fil-Libja) li jispiċċaw suġġetti għal mandat ta' arrest internazzjonali. Dan minħabba r-rwol influwenti u konsiderevoli tal-gruppi tal-milizji lokali fil-pajjiż partikulari.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/11/95-kaz-gdid-ta-covid-19-fmalta/
95 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta
netnews.com.mt
Malta qed tibki vittma oħra tal-Covid-19 dan hekk kif anzjan ta 67 sena tilef ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei waqt li kien pożittiv għall-virus. Din il-mewta tfisser it-42 waħda b'kawża tal-Covid-19 u t-30 mewta meta tgħodd tax-xahar ta' Settembru u sa issa ta' Ottubru. Fl-aħħar sigħat Malta rreġistrat 95 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 30 fiequ minn din il-pandemija. Dan in-numru jfisser li fl-ewwel jumejn ta' din it-32 ġimgħa ta' din l-imxija fostna, Malta rreġistrat 195 każ ġdid. It-total ta' każijiet attivi issa tela' għal 774, bit-total kollu ta' każijiet sa issa huwa ta' kważi 4,000 każ, biċ-ċifra hi dik ta' 3,993. Sa issa l-ammont totali ta' nies li fiequ minn dan il-virus huwa ta' 2,967. Intant jissokta d-disgwit industrijali bejn in-nurses u l-Gvern dan hekk kif l-infermiera mhux qed jagħtu t-tilqima tal-influwenza. L-MUMN, il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel appellat lill-ħaddiema membri biex fl-ebda ċirkustanza ma jagħtu t-tilqima. Din id-direttiva fir-realtà inħarġet ftit tal-ġimgħat ilu lill-infermiera kollha tal-kura tas-saħħa primarja… dan wara disgwit dwar l-allowances għall-ikel u l-leave żejjed mogħti lill-ħaddiema minflok btajjel pubbliċi fi tmiem il-ġimgħa. L-ordni tad-direttiva kienet iffirmata mill-Presidnet tal-MUMN Paul Pace fejn ħeġġeġ lill-ħaddiema biex ma jaċċetawx tibdil fir-roster biex jagħtu t-tilqima… jew li jaħdmu xi overtime. Il-każi kkonfermati bejn is-Sibt u l-Ħadd għadhom qed jiġu investigati. Intant mill-100 każ tas-Sibt hemm: 31 każ li huma qraba ta' persuni pożittivi, 9 li kienu kuntatti fuq il-post tax-xogħol, ħamsa li kienu kuntatti diretti u żewġ każi ta' persuni f'attivitajiet soċjali. Dan ifisser li kien hemm total ta' 53 li huma sporadiċi.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/21/lance-stroll-ta-racing-point-kien-instab-pozittiv-ghall-coronavirus-wara-l-grand-prix-tal-germanja/
Lance Stroll ta' Racing Point kien instab pożittiv għall-coronavirus wara l-Grand Prix tal-Ġermanja
netnews.com.mt
Is-sewwieq tal-Formula 1 Lance Stroll ħabbar li ma kienx tellaq fil-Grand Prix tal-Ġermanja minħabba li ġurnata qabel ħassu ma jiflaħx. Dan irriżulta biex l-għada ħareġ pożittiv għall-coronavirus. Postu kien ħadu Nico Hulkenberg fejn kien temm fit-tmien post. Lance Stroll kien irriżulta negattiv fit-testijiet ta' qabel it-tellieqa, però ħarġulu s-sintomi s-Sibt u nstab pożittiv l-għada fil-ġurnata tal-Grand Prix. Hu ħabbar din l-aħbar fuq il-midja soċjali, kif ukoll informa l-pubbliku li issa jinsab tajjeb u rkupra mill-coronavirus. Dan ifisser li se jirritorna għal Grand Prix ta' tmiem il-ġimgħa ġewwa l-Portugall.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/21/darmanin-demajo-bl-ewwel-intervista-esklussiva-fi-15-il-xahar/
Darmanin Demajo bl-ewwel intervista esklussiva fi 15-il xahar
netnews.com.mt
15-il xahar wara li spiċċa minn President tal-Malta Football Association, Norman Darmanin Demajo se jkun qed jagħti l-ewwel intervista fil-media lokali, mingħajr aġenda u b'mistoqsijiet diretti u mingħajr kantunieri tal-Kap tat-Taqsima Sport ta' Net Television u producer eżekuttiv tal-programmi Replay li jixxandru fuq l-istess stazzjon, Christian Micallef. Din l-intervista hi parti mir-rubrika popolari ta' kull ġimgħa u li tixxandar f'Replay tal-Ħadd filgħaxija, 'Replay Drive'. Darmanin Demajo se jkun qed iwieġeb domandi dwar diversi temi li huma marbuta direttament miegħu, fiż-żmien li kien President tal-MFA, kif ukoll dwar l-attwalitá tal-futbol Malti. Fost oħrajn, Darmanin Demajo ma żammx lura milli jgħid tiegħu meta kien mistoqsi biex jagħti ġudizzju għall-mod ta' kif l-amministrazzjoni preżenti tal-MFA, taħt it-tmexxija ta' Bjorn Vassallo, mexxiet l-affarijiet meta kellu jieqaf il-futbol milgħub sforz l-pandemija tal-COVID-19. Bl-istil uniku tiegħu, Micallef se jkun qed jistaqsi direttament lil Darmanin Demajo dwar ir-relazzjoni li llum hu għandu mal-istess Vassallo, li kien tant kien qrib tiegħu fil-maġġoranza tas-snin li hu għamel bħala President tal-MFA, l-avukat Chris Bonett, li ukoll kien wieħed mill-persuni qrib Darmanin Demajo madankollu jidher li din ir-relazzjoni ma baqgħetx l-istess, kif ukoll mal-eks President tal-MFA, l-Avukat Joe Mifsud, li l-istess Darmanin Demajo kellu każ il-Qorti kontra tiegħu. L-intervista ta' Darmanin Demajo se tixxandar f'Replay ta' nhar il-Ħadd li ġej, fid-8:45pm fuq Net Television. Mingħajr dubju din għandha tkun intervista li kwalunkwé dilettant tal-futbol Malti m'għandux jitlef, anke għaliex din se tkun l-ewwel intervista bla aġenda ta' Darmanin Demajo fil-media lokali wara li temm minn disa' snin fit-tmexxija tal-akbar assoċjazzjoni sportiva f'Malta, l-MFA. L-intervista ta' Darmanin Demajo f'Replay, se tixxandar nhar il-Ħadd li ġej, fid-8:45pm fuq Net Television, bil-kollaborazzjoni ta' Continental Cars.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/10/il-kampjonat-jirritorna-fil-klabb-ta-san-giljan-ghat-tielet-darba-fsitt-snin/
Il-kampjonat jirritorna fil-klabb ta' San Ġiljan għat-tielet darba f'sitt snin
netnews.com.mt
Stewart Said NEPTUNES…………………………… 8 SAN ĠILJAN TUM INVEST…. 9 (2-3), (2-3), (1-1), (3-2) Il-jum tant mistenni għal San Ġiljan finalment wasal. Għalkemm mhux b'wirja eċċezzjonali bħal dik tal-Ħamis, San Ġiljan TUM Invest ġew iddikjarati champions wara li għelbu lil Neptunes 9-8 f'logħba missielta. B'hekk ma kellhomx bżonn it-tielet finali tal-play-off. Din kienet il-11-il darba li San Ġiljan rebħu l-Kampjonat tas-Sajf u b'hekk laħqu lil Valletta United fil-lista tar-rebbieħa ta' dan il-kampjonat, li kien differenti minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19. Staġun fenomenali għall-Ġiljaniżi li kif għamlu fl-2017, rebħu l-partiti kollha fil-kampjonat. Dan is-suċċess kien l-ewwel wieħed taħt il-Presidenza ta' Peter Bonavia filwaqt li l-kowċ Dorian Pisani rebaħ l-ewwel Kampjonat Premier tiegħu bħala kowċ wara li s-sena l-oħra mexxa lil Marsaskala għal doppjetta fl-Ewwel Diviżjoni. Neptunes urew titjib mil-logħba tal-Ħamis u ma ċedewx l-armi sal-aħħar, anki jekk iż-żagħżugħ Jake Muscat lagħab biss sessjoni u nofs. Huma skorjaw ħames man-ups minn għaxra li kellhom. L-istess persentaġġ għal San Ġiljan li skorjaw tlieta minn sitt okkażjonijiet. Il-logħba kellha bidu b'saħħtu biż-żewġ timijiet joħorġu determinati u aggressivi, ritmu li għamilha diffiċli għaż-żewġ referees biex jikkontrollaw il-logħba. Dino Zammit u Andreas Galea taw il-vantaġġ lil San Ġiljan f'żewġ okkażjonijiet iżda Stevie Camilleri ġab id-draw fiż-żewġ okkażjonijiet minn man-up. Dan sakemm Dino Zammit reġa' poġġa lit-tim Ġiljaniż fil-vantaġġ. Daqqa ta' ħarta għal Neptunes li f'nofs it-tieni sessjoni tilfu lil Jake Muscat li ġie fouled-out meta l-iskor kien 4-2. Il-vantaġġ tal-Ġiljaniżi kiber għal 6-2 permezz ta' Andreas Galea u xutt b'saħħtu ta' Matthew Zammit. Il-logħba dehret li setgħet tieħu triq waħda iżda żewġ gowls minn man-ups ta' Jeremy Abela u Gabriel Pace taw tama lil Neptunes li setgħu jirbħu l-logħba. Neptunes baqgħu fil-logħba fit-tielet sessjoni hekk kif bdew ilaħħqu mal-avversarji. Huma bdew iħallu aktar lil San Ġiljan imorru għax-xutt u jippruvaw jaqbduhom fuq sieq waħda. San Ġiljan ma bdewx ikunu preċiżi fix-xuttijiet tagħhom u anki kellhom penalty salvat minn Borg Cole minuta mit-tmiem tas-sessjoni. Kif mistenni t-tensjoni fiż-żewġ timijiet żdiedet. San Ġiljan qrib il-kampjonat u Neptunes b'tama li jwettqu rimonta. Andreas Galea qabbeż b'mod preċiż fuq Borg Cole u għamel l-iskor 8-5 b'ħames minuti għat-tmiem. Neptunes baqgħu jittamaw b'żewġ gowls konsekuttivi ta' Gabriel Pace u Sam Gialanze. Il-pressjoni żdiedet fuq San Ġiljan iżda kellu jkun Plumpton li reġa' stabbilixxa l-vantaġġ doppju. Neptunes ma qatgħux qalbhom u wara li Stevie Camilleri falla penalty minuta u nofs mit-tmiem, l-istess plejer naqqas id-distakk bi 53 sekonda għat-tmiem. San Ġiljan irnexxielhom jassorbu l-aħħar sekondi ta' pressjoni u kisbu r-rebħa importanti. Fi tmiem il-logħba, bdew iċ-ċelebrazzjonijiet ristretti tal-plejers u l-membri tal-kumitat ta' San Ġiljan. Il-qofol intlaħaq meta l-President tal-ASA Joe Caruana Curran u Anthony Scicluna mill-BOV ippreżentaw it-trofew lill-captain Matthew Zammit. Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat, L. Calleja, G. Pace (2), S. Busuttil, J. Spiteri Staines, S. Camilleri (3), J. Camilleri (1), J. Abela (1), M. Farrugia, S. Stellini, S. Gialanze (1), B. Busuttil, M. Castillo San Ġiljan: J. Tanti, K. Tanti, A. Galea (3), D. Ciantar, M. Mannino, M. Zammit (1), B. Plumpton (2), J. Bonavia, Z. Micallef, Da. Zammit, P. Fava, Di. Zammit (3), G. Vassallo, M. Ortoleva Referees: Mario Dalli, Ronnie Spiteri Marsaxlokk fis-semifinali OTTERS………………… 8 MARSAXLOKK … 10 (2-4), (3-2), (2-3), (1-1) Marsaxlokk Brown's Pharma għaddew għas-semifinali tan-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni. Huma għelbu lil Otters Nivea 10-8 biex fil-logħba li jmiss jaffrontaw lil Marsaskala. Għal Otters dan kien it-tmiem tal-kampjonat tagħhom filwaqt li x-Xlukkajri jittamaw li jirbħu dan l-unur għall-ewwel darba mill-2016. Marsaxlokk kellhom vantaġġ ta' 2-1 u 4-2 fl-ewwel sessjoni filwaqt li kienu 5-3 minn fuq fit-tieni sessjoni. Reazzjoni tajba minn Otters li rkupraw l-iżvantaġġ Marc Lanzon u Gabriel Mizzi sakemm Benji Lanzon ħalla lil Marsaxlokk gowl vantaġġ. Fit-tielet u l-aħħar sessjoni, Marsaxlokk żammew il-vantaġġ u għalkemm dan kien minimu, rari dehru li setgħu jitilfuh. Otters: D. Spiteri, M. Lanzon (2), R. Caruana, L. Hyzler (2), E. Meli (1), D. Dimech, K. Scicluna, G. Mizzi (1), I. Azzopardi, D. Zahra (2), D. Tully, S. Xerri, G. Gatt Ellis, L. Dimech Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Portelli, M. Martellacci, L. Saliba, T. Agius (3), B. Lanzon (3), K. Cremona, R. Scerri (1), M. Cacici (3), O. Zammit, F. Buhagiar Referees: Peter Balzan, Stefan Licari Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/11/lewis-hamilton-jilhaq-ir-rekord-ta-schumacher/
Lewis Hamilton jilħaq ir-rekord ta' Schumacher
netnews.com.mt
Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tal-Ġermanja hekk kif laħaq ir-rekord ta' Schumacher bl-iktar rebħiet fil-Formula 1. Huma rebħu 91 tellieqa fil-Formula 1, filwaqt li Hamilton jinsab viċin ukoll li jilħaq ir-rekord ta' Schumacher tal-iktar sewwieq li rebaħ kampjonati, b'seba' titli fuq ismu. Fit-trakka ta' Nurburgring, Max Verstappen ta' Red Bull daħal fit-tieni post segwit minn Daniel Ricciardo ta' Renault. Ricciardo tela' għall-ewwel darba fuq il-podju ma' Renault, filwaqt li kien ilu ma jiġi mal-ewwel tlieta mill-2018. Sergio Perez ta' Racing u Carlos Sainz ta' McLaren daħlu fir-raba' u l-ħames post rispettivament. Is-sewwieq ta' Ferrari Charles Leclerc temm fis-seba' post, b'sieħbu Sebastian Vettel spiċċa fil-11-il post. Racing Point kellhom ġurnata pożittiva, hekk kif Perez temm fir-raba post, Nico Hulkenberg beda t-tellieqa fl-20 post u rnexxielu jirkupra billi temm it-trakka fit-tmien post. Romain Grosjean ta l-ewwel punti lil Haas wara iktar minn sena. Valtteri Bottas beda fuq quddiem tat-tellieqa, u fit-13-il dawra inqabeż minn Hamilton, fejn ftit wara kellu jieqaf minħabba problemi fil-magna. Ma temmewx it-tellieqa wkoll kienu Lando Norris ta' McLaren, Alexander Albon ta' Red Bull, Esteban Ocon ta' Renault, u George Russell ta' Williams. Kif spiċċaw: 1. L. Hamilton 1.35.49, 2. M. Verstappen +4.470, 3. D. Ricciardo +14.613, 4. S. Perez +16.070, 5. C. Sainz +21.905, 6. P. Gastly +22.766, 7. C. Leclerc +30,814, 8. N. Hulkenberg +32.814, 9. R. Grosjean +39.081, 10. A. Giovinazzi +40.035, 11. S. Vettel, 12. K. Raikkonen, 13. K. Magnussen, 14. N. Latifi, 15. D. Kvyat. Ma spiċċawx: L. Norris, A. Albon, E. Ocon, V. Bottas, G. Russell Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/11/indonezja-tfittxija-ghall-kaxxi-s-suwed-tal-ajruplan-imgarraf/
netnews.com.mt
Il-qawwiet tal-baħar Indoneżjani ħarġu filmati tal-bugħaddasa qegħdin ifittxu qalb il-fdalijiet ta' ajruplan tal-passiġġieri li, fi tmiem il-ġimgħa, iġġarraf fil-baħar fost ċirkustanzi misterjużi. Dan meta t-tfittxija intensiva, fl-aħħar sigħat, ikkonċentrat fuq zona fejn, qabel, kienu indikati xi 'sinjali' mill-kaxxi s-suwed tal-ajruplan Boeing 737 tal-linja Sriwijaya. L-ajruplan inkwistjoni, nhar is-Sibt, kien beda vjaġġ minn Jakarta lejn il-gżira ta' Borneo u wara ftit minuti biss sparixxa minn fuq ir-radar. Fuq l-ajruplan kien hemm 62 persuna, inklużi membri tal-ekwipaġġ u l-awtoritajiet, issa, qatgħu qalbhom li jistgħu jsibu xi ħajjin fost dawn in-nies. L-iskwadri tas-salvataġġ diġà tellgħu xi fdalijiet umani u partijiet tal-ajruplan mill-baħar u issa qed tingħata urġenza massima lit-tfittxija għall-kaxxi s-suwed ( flight recorders ) tal-Boeing. L-uffiċjali, fil-fatt, enfasizzaw l-urġenza tal-missjoni u rreferew għaliha bħala 'waħda li mgħandhiex tieqaf'. Huma sostnew li 'mhuma qed iżommu lura minn xejn biex jirkupraw il-vittmi tal-ajruplan mill-aktar fis possibbli'. Dan meta xi 2,600 membru tal-iskwadri tas-salvataġġ kienu qed jieħdu sehem fis- search operation u fejn kienu qed jingħataw l-appoġġ minn għexieren ta' bastimenti, dgħajjes u ħelikopters. Issemmiet ukoll il-possibbiltà li l-ajruplan – li kien ilu jagħti servizz għal 26 sena — inqasam f'diversi biċċiet bl-impatt mal-baħar. Il-linja Sriwijaya Air, li twaqqfet fl-2003, hi kumpanija lokali 'low cost' li topera l-vjaġġi lejn id-destinazzjonijiet fl-Indoneżja u zoni Asjatiċi oħra lejn ix-Xlokk.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/10/l-isport-fl-edukazzjoni-u-tara-vella-clark-fi-sport-extra/
netnews.com.mt
Il-programm numru 12 mis-serje SPORT EXTRA, it-tieni wieħed għas-sena 2021 ser jolqot żewġ aspetti differenti . Ir-rwol tal-isport fis-settur tal-edukazzjoni u l-ewwel suċċess ta' ċertu livell fil-ġinnastika. Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli intervista lil Dr.Andrew Decelis, Direttur tal-Istitut ta' Edukazzjoni Fiżika u Sport (IPES) fejn kien diskuss ir-rwoll tal-isport fil-qafas tal-edukazzjoni u l-programmi li IPES iħejji minn sena għal oħra. Fit-tieni parti l-enfażi hija l-ġinnastika u dak li Tara Vella Clark, ġinnasta ta' 14 il-sena wettqet fl-aħħar Kamponati tal-Ewropa tal-Ġinnastika li saru f'Mersin, Turkija. Intervista wkoll ma' Nataliya Berehova Pantileeva kowċ fi ħdan Gym Stars li kienet wkoll il-kowċ ta' Vella Clark f'Mersin. SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Charles Camenzuli b'muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta' Joe Sultana.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/14/l-italja-pressjoni-akbar-fuq-conte-waqt-krizi-politika/
netnews.com.mt
Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte qed jikkunsidra l-għażliet quddiemu wara li l-eks Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi, qajjem kriżi tal-gvern ġdida bil-ħruġ tal-partit tiegħu, Italia Viva (IV), mill-koalizzjoni. Żewġ ministri tal-Gvern li huma membri tal-partit ta' Renzi, sa fl-aħħar, irriżenjaw wara ġimgħat ta' theddid relatati, fost oħrajn, mad-diżgwid dwar il-Pjan għall-Irkuprar ( tal-Italja) fil-kriżi tal-Covid-19. L-istess partit taċ-ċentru anki esprima ruħu urtat talli l-Gvern naqas minn impenn biex jikseb madwar 37 biljun ewro mingħand il-European Stability Mechanism, bil-għan li l-flus ikunu investiti fis-sistema tas-saħħa nazzjonali. B'hekk, l-eżekuttiv tal-koalizzjoni ta' Conte – appoġġjat ukoll mill-PD taċ-ċentru-xellug, il-Movimento Cinque Stelle u l-grupp LeU tax-xellug – ma jidhirx li għandu maġġoranza effettiva fil-Parlament. Dan waqt li Giuseppe Conte qed jakkuża lill-Partit Italia Viva (IV) 'b'li għamel ħsara konsiderevoli lill-Italja. L-għażliet għal Conte, issa, jinvolvu sejħa għal vot fil-Parlament biex jara jekk l-eżekuttiv tiegħu għandux l-appoġġ tal-maġġoranza tad-deputati. Għażla oħra hi 'tentattiv biex jitwaqqaf Gvern ġdid' jew 'li hu jirriżenja minn Prim Ministru'. Sadanittant, l-Oppożizzjoni taċ-ċentru-lemin kienet qed tinsisti għal elezzjoni nazzjonali bikrija fl-Italja.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/17/indonezja-ix-xita-ttellef-it-tfittxija-ghan-nies-wara-t-terremot/
netnews.com.mt
L-uffiċjali mal-iskwadri għall-emerġenzi qalu li l-inżul tax-xita qalila, fl-aħħar sigħat, kienet qed ittellef it-tfittxija għall-persuni li setgħu għexu fost it-terremot kbir li, nhar il-Ġimgħa, laqat il-Gżira Indoneżjana ta' Sulawesi. Il-vittmi tat-terremot issa qabżu l-75 u dawn kienu jinkludu ħames membri tal-istess familja. Intant, eluf ta' nies tilfu djarhom b'kaġun tat-theżżiża u fejn huma kostretti li jgħixu qalb ix-xelters temporanji. Dan fost il-biża' li tfeġġ u tinfirex epidemija tal-Covid-19 minħabba l-iffullar tan-nies u l-elementi 'naturali' li jiġġeneraw l-epidemiji tal-mard f'dawn iċ-ċirkustanzi. L-epiċentru tat-terremot – li mmarka 6.2 fuq l-Iskala Richter – kien indikat xi sitt kilometru lejn il-grigal tal-belt ta' Majene. Intant, filwaqt li qed jintużaw ħafna inġenji u 'makkinarju tqil' fiz-zoni ta' diżastru speċifiċi, il-ħidma biex jinstabu l-ħajjin baqgħet imfixkla mix-xita tal-istaġun tal-monsoon – u meta kien hemm ukoll periklu li jċedu aktar bini b'konsegwenza ta' theżżiż tal-art sekondarju ( aftershocks ).
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/18/inter-jirbhu-d-derby-d-italia/
netnews.com.mt
Inter kisbu rebħa faċli ta' 2-0 fuq Juventus biex b'hekk laħqu lil Milan fil-quċċata tal-klassifika b'40 punt, b'Milan ikunu impenjati kontra Cagliari għada filgħaxija. L-eks tal-partita ARTURO VIDAL fetaħ l-iskor wara 12-il minuta b'daqqa ta' ras preċiża, biex NICOLO BARELLA fit-52 minuta għamilhom 2-0 b'konklużjoni b'saħħitha fuq pass fit-tul ta' Bastoni. Napoli rritornaw għar-rebħ bil-kbir hekk kif għelbu lil Fiorentina 6-0. Il-gowls ta' Napoli waslu permezz ta' dopjetta ta' LORENZO INSIGNE fil-5 u t-72 minuta, DIEGO DEMME fis-36 minuta, HRIVING LOZANO fit-38 minuta, PIOTR ZIELINSKI fil-45 minuta u MATTEO POLITANO minuta mit-tmiem. SERIE A Il-Ġimgħa: Lazio v Roma 3-0 Is-Sibt: Bologna v Verona 1-0, Torino v Spezia 0-0, Sampdoria v Udinese 2-1 Ilbieraħ: Napoli v Fiorentina 6-0, Crotone v Benevento 4-1 , Sassuolo v Parma 1-1, Atalanta v Genoa 0-0, Inter v Juventus 2-0, Illum: Cagliari v Milan 8.45pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/20/bzonn-ta-trasparenza-dwar-il-ftehim-tal-isptarijiet-editorjal-maltatoday/
netnews.com.mt
Il-Gvern ghandu jipprovdi trasparenza assoluta fil-kuntratt li bih amministrazzjoni Laburista rabtet tlett sptarijiet tal-pubbliku Malti ghand il-barrani – dan qabel mal-Kabinett ta' Abela iberbaq aktar flus minn but iċ-ċittadini. Hekk intqal fl-Editorjal fil-ħarġa tal-Erbgħa tal-ġurnal Malta Today, bid-deal li ntlaħaq oriġinarjament ma' Vitals Global Healthcare mill-Gvern Laburista jigi deskritt bħala deal ħażin ħafna – deal ikkundannat ukoll mill-Awditur Ġenerali, fejn saħansitra insista li l-kuntratt kellu jiġi skwalifikat – bl-Editur jghid li huwa ta' importanza massima li l-iżbalji li saru ma jerġgħux jirrepetu ruħhom, u li l-interessi tal-poplu jiġu l-ewwel u qabel kollox. Il-kuntratt li ntlaħaq mal-VGH, gie deskritt bħala falliment totali – minkejja l-mossi kollha minn naħa tal-Uffiċċju tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat sabiex l-isptarijiet jispiċċaw f'idejn Vitals. Dan il-konsorzju, li ma kellu l-ebda idea kif tmexxi sptar, inevitabbilment ikkollassa u biegħ l-isptarijiet lil Steward Healthcare 21 xahar wara li ffirma l-kuntratt. Waqt dan kollu – il-Gvern Malti spiċċa ħallas lil VGH €70miljun fis-sena għas-servizz li ma rajna xejn minnu – bil-ġurnal jisħaq li Muscat innifsu żvela li preżentament il-Gvern ta' Abela qed iħallas €64,000 kuljum lil Steward minn but il-poplu – biċ-ċifra mistennija titla' għal €250,000. Bil-ftehim li intlaħaq, il-Gvern Laburista intrabat li ġaladarba joħroġ mill-kuntratt ikollu jħallas €100miljun lil Steward, kif ukoll kull dejn li l-kumpanija Amerikana għandha. Preżentament, bħal ma żvela wkoll il-ġurnal il-mument, il-Prim Ministru Robert Abela għaddej b'diskussjonijiet godda dwar dan id-deal skandaluz – ghalkemm id-domanda tibqa' wahda, x'se jsir mill-miljuni kollha imberbqin għalxejn?
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/21/renju-unit-battibekk-dwar-l-istatus-diplomatiku-tal-ue/
netnews.com.mt
Ir-Renju Unit, bħalissa, għaddejja b'aktar diżgwid mal-Unjoni Ewropea – din id-darba dwar l-istatus tal-Ambaxxatur tal-istess Unjoni għal Londra. Il-Gvern Britanniku, f'din is-sitwazzjoni, qed jirrifjuta li Joao Vale de Almeida jingħata status diplomatiku sħiħ fuq l-istess livell ta' ambaxxaturi oħrajn. Dan għaliex il-Foreign Office f'Londra insista li Joao Vale de Almeida u l-uffiċjali tiegħu mgħandhomx ikollhom il-privileġġi u drittijiet għall-immunità li jgawdu d-diplomati taħt il-kriterji tal-Konvenzjoni ta' Vienna. Għaldaqstant, l-indikazzjonijiet huma li r-Renju Unit ma jridx iwaqqaf preċedent b'li jitratta entità jew grupp (ta' pajjiżi) internazzjonali daqslikieku pajjiż jew Stat speċifiku. Skont l-aħħar żviluppi, l-ambaxxatur tal-UE għal Londra mhux se jkollu l-opportunità biex jippreżenta l-kredenzjali tiegħu lir-Reġina Eliżabetta, l-istess bħall-kapijiet tal-missjonijiet diplomatiċi oħrajn. Id-deċiżjoni tal-Britanniċi hi kuntrast assolut għall-142 pajjiż madwar id-dinja fejn l-UE għandha d-delegazzjonijiet u fejn l-ambaxxaturi tagħha kollha qed jingħataw l-istess status daqs diplomatiċi li jirrappreżentaw lill-Istati sovrani.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/19/allegat-ta-abbuz-sesswali-fil-konfront-ta-rebbieha-olimpika/
netnews.com.mt
Sofia Bekatorou rebbieħa tal-midalja tad-deheb għal Greċja fl-Olimpijadi tal-2004 allegat li kienet abbużata sesswalment fl-1998 minn membru ta' livell għoli tal-Federazzjoni Griega tal-ibburdjar. Bekatorou, li rebħet id-deheb fil-klassi 470 fil-Logħob Olimpiku f'Ateni, għamlet l-allegazzjoni waqt konferenza online organizzata mill-Ministeru tal-Isport tal-Greċja. Illum li għandha 43 sena qalet li uffiċjal wettaq att sesswali wara li stedinha fil-kamra tal-lukanda tiegħu biex ikunu diskussi t-tħejjijiet għall-Olimpjadi ta 'Sydney 2000. Bekatorou qalet li l-att ma kienx kunsenswali fejn tenniet li hija ma riedet ebda relazzjoni minkejja li dan l-uffiċjal uża kliem ħelu u falz u qal li mhu xejn ħażin. Hija rrakkuntat kif ħassitha wara li kienet abbużata. Skont il-Ministeru tal-Isport Grieg, Bekatorou qalet li ma ddikjaratx fil-pubbliku dwar l-abbuż dak iż-żmien minħabba l-biża' li kienet ittappan il-karriera tagħha fl-ibburdjar. Il-Federazzjoni tal-Ibburdjar tal-Greċja fi stqarrija talbet biex Bekatorou jkun aktar speċifika dwar l-inċident. Il-federazzjoni aktar tard qalet li talbet ir-riżenja tal-viċi-president tagħha Aristides Adamopoulos, allegatament l-uffiċjal li abbuża minn Bekatorou. Adamopoulos kiteb lill-Kumitat Olimpiku Grieg biex jikkonferma li mhux se jibqa' jipparteċipa fil-laqgħat tal-organizzazzjoni . L-istess Kumitat Olimpiku Grieg talab lill-Kumitat għall-Isport u Etika tal-organizzazzjoni biex iniedi investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet magħmula minn Bekatorou. Il-President tal-Kumitat Olimpiku Grieg Spyros Capralos ħareġ stqarrija fejn faħħar id-deċiżjoni kuraġġuża ta 'Bekatorou li tkellmet dwar l-abbuż li seħħ fuqha minn uffiċjal ta'federazzjoni .
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/21/l-unjoni-tal-bdoti-tghid-lill-qorti-li-l-kuntratti-tal-malta-med-air-huma-kaz-car-ta-impjieg-prekarju/
netnews.com.mt
Kuntratti ġodda għal piloti impjegati mal-linja tal-ajru nazzjonali tal-Gvern Malta Med Air jixbħu każ klassiku ta' mpjieg prekarju, dan sostnitu fil-Qorti l-assoċjazzjoni tal-piloti tal-linji tal-ajru ALPA, L-ALPA ġiet ammessa bħala parti leġittima fi proċeduri legali kontra t-tkeċċijiet kollettivi mill-Air Malta matul il-pandemija fl-2020 meta l-piloti rrifjutaw tnaqqis estensiv fil-pagi. L-Air Malta keċċiet xi 69 pilota wara li l-ALPA rrifjutat li tipparteċipa fin-negozjati dwar tnaqqis fis-salarji fl-2020. Il-Gvern sussegwentement waqqaf il-Malta Med Air, linja tal-ajru li t-titjira inizjali tagħha saret f'Awwissu 2020, billi rreklutat disa' eks piloti tal-Air Malta fuq perjodu ta' sitt xhur. Dan kien fuq kuntratt baħal self employed, liema kuntratt ġie deskritt bħala "eżempju ċar ta' impjieg prekarju"mill-ALPA, u attentat mill-Gvern biex ikisser id-drittijiet u l-kundizzjonijiet kollettivi tal-membri tal-ALPA. L-ALPA talbet lill-Qrati biex il-Gvern jonora l-obbligi kuntrattwali lejn il-piloti, iżda l-Gvern argumenta li l-union m'għandhiex ir-rappreżentanza ġuridika biex taġixxi f'isem il-piloti li ngħataw is-sensja. Il-Gvern ċaħad l-akkuża li naqas milli jonora l-ftehim tiegħu mal-assoċjazzjoni, u insista li għamel minn kollox biex jilħaq soluzzjoni aċċettabbli taħt iċ-ċirkostanzi straordinarji tal-pandemija COVID-19. L-imħallef ċaħad l-argument tal-Gvern, li l-ALPA kellha tipprova li kienet tgawdi minn rappreżentanza ġudizzjarja. Il-Qorti qalet li l-ALPA kienet ġiet awtorizzata mill-membri tagħha biex jaġixxu f'isimhom. I l-każ ġie ppreżentat mill-ALPA u 46 eks piloti tal-Air Malta, li qed jinsistu fuq ftehim kollettiv innegozjat f'Jannar 2018 u flimkien ma' side letter tal-gvern li tigarantixxi il-paga tagħhom f'impieg ieħor mal-Gvern. Il-ftehim kien ġie ffirmat mill-Ministru tat-Turiżmu ta' dak iż-żmien Konrad Mizzi.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/20/pembroke-jirritornaw-ghar-rebh/
netnews.com.mt
Naxxar Lions……………………………………0 Pembroke Athleta……………………………..2 F'partita oħra mill-15 il-ġurnata tal-BOV Challenge League, Pembroke wara li fl-aħħar partita temmew fi draw ta' 3 – 3 kontra Pieta' kisbu rebħa mportanti biex baqgħu għad-dell ta' Marsa u saħħew posthom fit-tieni post bi 33 punt. Naxxar Lions baqgħu fit-tmien post b'20 punt. Pembroke ħadu biss għaxar minuti biex marru fil-vantaġġ b'gowl minn JONATHAN BAJADA li minn barra l-kaxxa l-kbira għeleb lil Omar Borg. B'Naxxar jonqsu milli jwettqu reazzjoni, fil-21 minuta l-iskor sar 2 – 0 din id-darba b'gowl ta' NAGBE ADOLPHUS MARSHALL. Bil-partita deċiża l-andament matul it-tieni taqsima baqa' l-istess l-aktar wara li fid-79 minuta Pembroke komplew ikabbru l-iskor permezz ta' LAWRENCE CHIEDOZIE li kien daħal bħala sostitut għat-tieni taqsima.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/19/mekkanizmu-korrettiv-tas-sessi-hija-mehtiega-ghall-bilanc-bejn-in-nisa-u-l-irgiel-fil-parlament-ncpe/
netnews.com.mt
Fil-kuntest tad-dibattitu li għaddej bħalissa dwar ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE) tenfasizza li l-mekkaniżmu korrettiv bejn is-sessi huwa biss element wieħed mir-riformi meħtieġa biex jinkiseb Bilanċ bejn in-Nisa u l-Irġiel fil-Kamra tad-Deputati. Tali riformi jirrikonoxxu l-ħtieġa li l-ostakli strutturali għall-parteċipazzjoni politika li jiffaċċjaw in-nisa jiġu indirizzati u jiddefinixxu diversi inizjattivi meħtieġa biex jintlaħaq dan il-għan. Peress li l-allokazzjoni ta' siġġijiet Parlamentari addizzjonali tibda meta s-sess sottorappreżentat jikseb perċentwal ta' inqas minn 40%, dan il-mekkaniżmu ma jkunx meħtieġ kieku l-partiti politiċi u l-istituzzjonijiet ikunu aktar effettivi biex iżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika bħal pereżempju, jeleġġu aktar nisa f'pożizzjonijiet ta' tmexxija u f'organizzazzjonijiet interni fi ħdan il-partiti nfushom u b'hekk il-partiti jkunu jistgħu joħorġu listi ta' kandidati bbilanċjati bejn in-nisa u l-irġiel. Rigward il-proposta li qed tiġi diskussa bħalissa fil-Kamra, xi wħud qed jargumentaw li l-partiti politiċi u l-gvern għandhom jindirizzaw din il-kwistjoni b'mezzi oħra aktar milli b'mekkaniżmu korrettiv kif qed jiġi propost. Huwa interessanti li wieħed jinnota li matul dawn l-aħħar 70 sena li matulhom il-partiti politiċi u l-Gvern kellhom l-opportunità li jieħdu azzjoni u, riċentament, minkejja diversi sejħiet mill-NCPE u l-NGOs li jaħdmu fil-qasam tal-ugwaljanza, huwa biss issa li ngħatat attenzjoni b'saħħitha minn mezzi differenti tal-midja. Qabel, ftit ilħna semmgħu leħinhom dwar il-bidla importanti li kullħadd kien jagħraf il-ħtieġa tagħha. Jista' jkun li din hija waħda mill-kisbiet tar-riforma proposta. Minkejja dan, id-dibattitu li għaddej bħalissa jeħtieġ li jagħmel ħafna iktar enfasi fuq il-fatt li l-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa fil-politika ġejja minn inugwaljanzi storiċi u strutturali li jiżvantaġġjaw lin-nisa, inklużi sterjotipi tan-nisa u l-irġiel migfruxin, nuqqas ta' kundizzjonijiet li huma favur il-familja u sfera politika ddominata mill-irġiel. Ir-Riforma dwar il-Bilanċ bejn is-Sessi fil-Parlament tressaq proposti lil diversi partijiet ikkonċernati, inklużi lill-partiti politiċi, biex jindirizzaw dawn l-ostakli u jinvolvu aktar nisa fil-politika. Filwaqt li tirrikonoxxi l-miżuri adottati mill-partiti politiċi biex iżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, matul dawn l-aħħar snin, l-NCPE ressqet rikmandazzjonijiet sabiex tgħin lill-partiti politiċi jindirizzaw il-fatturi li jagħmlu l-politika mhux daqstant attraenti għan-nisa, inklużi: Li tipprova tattira n-nisa lejn l-isfera politika u billi tipprovdi aktar strutturi fi ħdan il-partiti li huma favur il-familja; L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fl-operat kollu tal-partit, inkluż fix-xogħol, fil-politiki u fl-istrutturi tagħhom; L-evitar tal-isterjotipi abbażi tal-ġeneru u l-isforz attiv biex in-nisa jkunu rappreżentati fl-oqsma kollha tal-politika u l-livelli tal-partit; L-iżgurar li r-riżorsi meħtieġa, inklużi dawk finanzjarji, ikunu disponibbli għan-nisa għal kampanji effettivi u xogħol ieħor; L-iżgurar li n-nisa jingħataw slots adegwati biex jitkellmu f'avvenimenti pubbliċi u dehriet fil-midja. Ir-Riforma dwar il-Bilanċ bejn is-Sessi fil-Parlament tirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa li jiġi riformat l-operat tal-Parlament permezz ta' Pjan Strateġiku dwar l-Ugwaljanza abbażi tal-Ġeneru li jħares lejn fatturi bħall-ħin tas-seduti Parlamentari, il-possibbiltà li jkun hemm Membri Parlamentari full-time u l-provvediment ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal għall-Membri Parlamentari. L-Ispeaker ħabbar li ġie identifikat post għal childcare centre għall-Membri Parlamentari li huma ġenituri. L-NCPE tawgura li ċentru bħal dan jinfetaħ fil-futur qarib. Iżda aktar importanti minn hekk, is-soċjetà tagħna, inklużi nies f'pożizzjonijiet importanti, għandhom jisfidaw l-istatus quo attwali li ngħixu fih – status quo patrijarkali li jonqos milli jagħti kredenza lill-kapaċitajiet ippruvati tan-nisa kemm fil-ħajja pubblika kif ukoll fil-ħajja privata, iżda pjuttost ikompli jimbotta 'l quddiem l-istampa tradizzjonali tan-nisa fis-soċjetà tagħna. L-NCPE ttenni li l-parteċipazzjoni baxxa persistenti tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi toħloq demokrazija mhux kompluta fejn nofs il-popolazzjoni hija konsistentament sottorappreżentata b'mod nieqes ħafna. Huwa meħtieġ sforz koordinat minn atturi differenti u f'livelli differenti biex jitneħħew l-ostakli soċjali li jżommu lin-nisa 'l bogħod mill-politika. Jekk Malta tirnexxi f'dan l-isforz, il-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru lanqas ikun meħtieġ.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/19/posposta-l-prezentazzjoni-tat-trabi-fta-pinu/
netnews.com.mt
L-Azzjoni Kattolika, flimkien mar-rettur tas-Santwarju Ta' Pinu, permezz ta' stqarrija qalu li ċ-Ċelebrazzjoni tal-Preżentazzjoni tat-Trabi li ssir kull sena qrib il-Festa tal-Gandlora fis-Santwarju ta' Pinu ġiet posposta minħabba s-sitwazzjoni kurrenti tal-Covid-19. L-istqarrija kompliet li d-data ta' meta se ssir din il-funzjoni se tkun imħabbra aktar 'il quddiem, b'tama li s-sitwazzjoni tal-Covid f'pajjiżna tiġi taħt kontroll f'qasir żmien.
[ 13 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/19/erba-xhur-habs-ghal-anzjan-taljan-fuq-abbuz-sesswali-fuq-tifla-ta-14-il-sena/
netnews.com.mt
Anzjan ta' nazzjonalità Taljana ġie kkundannat erba' xhur ħabs mill-Qorti tal-Appell Kriminali wara li nsab ħati li abbuża sesswalment minn tfajla ta' 14-il sena. Carmelo Curcuruto li llum għandu 76 sena u li kien jgħix f'garaxx San Pawl il-Baħar qal li ma kienx jaf li t-tfajla kienet taħt l-età u li r-rapport kien konsenswali. Il-vittma kienet ċaħdet dan kollu u qalet ukoll li kienet qaltlu li kellha biss 14-il sena. Huwa nstab ħati li fil-15 ta' April tal-2017, waqt li t-tifla kienet miexja fit-triq, ħadha fil-garaxx fejn kien jgħix u abbuża minnha sesswalment. Meta tressaq il-Qorti din kienet ordnatlu biex ma jersaqx lejn l-inħawi ta' San Pawl, bit-Taljan jispiċċa jgħix ir-Rabat. Huwa nstab ħati li kkorrompa u wettaq atti sesswali fuq minorenni u li offenda l-morali tal-allegata vittma. Madankollu ma nstabx ħati li żamm lit-tifla kontra r-rieda tagħha Oriġinarjament Curcuruto kien ġie kundannat sitt xhur ħabs bil-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera tnaqqasha b'xahrejn. Fl-appell li ressaq it-Taljan qal li t-tifla qaltlu li għandha isem u età mod meta fil-fatt irriżulta li kellha isem u età differenti. Tenna li għalhekk huwa ġie ingannat minnha u li skont hu għandha ħażen aktar minnu, anke għaliex fil-mument li saru tali atti hija kienet tagħti l-impressjoni li hija żagħżugħa ta' età adulta. Qal li tant li huwa ħaseb li seta' jħallasha sabiex tnaddaflu l-garaxx u kien għalhekk li ħadha tara fejn kien joqgħod f'Buġibba. Tenna li fil-mument li ġraw l-atti li huwa sejjaħ leggeri, ma kellu l-ebda u l-iċken ħjiel li qed jikser xi liġi għaliex mingħalih li l-persuna li kien fil-kumpanija tagħha, hija żagħżugħa adulta mentri kienet minorenni. Qal ukoll li x'ġie allegat mill-minuri ma ġiex pruvat u kien biss dak li stqarr hu tul il-proċess kollu fejn dejjem kien konsistenti u onest. Huwa qal li l-piena ta' sitt xhur ħabs hija waħda eċċessiva, u kull ma għamel kienu atti minuri. Qal li hu ġie ingannat minnha u li qatt ma kellu każijiet preċedenti ta' natura simili. Qal ukoll li s-saħħa fraġli tiegħu, u l-eta' anzjana tiegħu, jekk qatt kellu jinstab ħati, l-piena kellha tkun ta' sentenza sospiża jew inkella xogħol fil-komunità li jkun addattat għalih. Il-Qorti semgħet kif it-tifla ta' nazzjonalità Bulgara qalet li għall-ħabta tal-11.00a.m telqet mid-dar taghha f'San Pawl il Baħar fi Triq Luigi Preziosi u kienet sejra għand oħta li toqgħod fil-viċinanzi. Hemmhekk viċin din ir-residenza iltaqgħet mat-Taljan u dan beda jkellimha u jgħidilha kemm hi sabiħa. F'ħin minnhom qabadha minn idejha u ġibidha lejn id-dar tiegħu. Qalet li beda jbusha u anke missielha sidirha. Qalet li kull meta riedet titlaq kien iżommha min idejha u jgħidilha biex tistenna ftit, iżda wara rnexxilha taħrablu. Meta waslet għand oħtha, qaltiha b'dak li kien ġara. Qalet li t-Taljan kien ta żewġ biċċiet karti, waħda minnhom b'ismu fuqha u l-oħra bin-numru tal-mobile tiegħu u l-indirizz tiegħu. Hija kienet remiet dawn il-karti iżda meta spjegat dak li kien ġara lil oħtha reġgħet marret u ġabrithom. Is-Surġent Anton Buttigieg xehed dwar dak li ġie rapportat lilu mit-tifla meta kienet fil-kumpanija tal-ġenituri tagħha. Spjgega li qaltlu li kienet ġiet molestata minn raġel ta' madwar 60 sena u qaltlu li beda jbusha fuq xuftejha u għonqa u anke pprova jneħħillha it-T shirt u l-qalziet tagħha. Qaltlu iżda li qatt ma neħħa l-ħwejjeġ iżda li beda jagħfas il-parti ġentiali tiegħu ma tagħha. Il-Qorti tal-Appell qalet li t-Taljan instab ħati mill-Ewwel Qorti li huwa reċidiv. Mill-kondotta tiegħu jirriżulta li fis-sena 1998, kien instab ħati ta' reat tat-traffiku fejn ingħata probabtion u għalhekk ma jistax jingħad li għandu xi fedina penali maħmuġa. Jingħad ukoll li t-Taljan illum għandu kważi 77 sena u huwa marid tant li għandu l-'catether'. Jinsab fi stat fraġli ħafna ta' saħħa, anke jekk mill-banda l-oħra ma jistax ma jiġix innutat li l-vitma għadha minuri u li tali esperjenza żgur li ħalliet impatt negattiv fuqha. Il-Qorti qieset dak kollu li għamel l-appellant li huwa aġir kundannabbli, anke meta wieħed jikkunsidra d-differenza fl-eta bejnu u bejn il-vittma, pero rat ukoll li dak li għamel kien li bies lit-tifla fuq wiċċha u għonqa u li mess sidirha minn fuq il-ħwejjeġ. Għalhekk għandu jiġi kastigat ta' tali aġir u li żgur huwa jrid li jitgħallem iġib ruħu tajjeb fis-soċjetà. Il-Qorti għalhekk naqqset il-piena inflitta minn sitt xhur għal erba' xhur priġunerija effettiva. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Paula Ciantar u Godwin Scerri.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/24/il-poplu-tal-portugall-jivvota-ghal-president-fost-il-lockdown/
netnews.com.mt
Il-poplu tal-Portugall qed jivvota biex jeleġġi l-President ta' pajjiżu, bil-votazzjoni ssir fi żmien meta 'il-kuntest' tal-pandemija tal-Covid-19 qed jiġġenera ħafna aktar aħbarijiet mill-prospetti elettorali tal-President Portugiż Marcelo Rebelo de Sousa. L-indikazzjonijiet huma li de Sousa x'aktarx li jikseb mandat ġdid ta' Presidenza, għalkemm il-poplu jinsab aktar inkwetat mill-impatt li qed ikollu l-coronavirus fuq ħajjithom. Il-Portugall – pajjiż ta' xi għaxar miljuni – fl-aħħar jiem kien qed jikser ir-rekords minn jum għall-ieħor fir-rigward tal-imwiet mill-virus. Ta allarm partikulari kienu l-221 mewta f'24 siegħa li l-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali konfermaw għall-jum tal-Ħamis. L-aħħar rawnd tal-kampanja politika ta' qabel l-elezzjoni din id-darba ma sarx minħabba ċ-ċifri inkwetanti u l-impożizzjoni ta' tieni lockdown nazzjonali, jiem ilu, fil-Portugall. Intant, ma kien hemm l-ebda possibbiltà li l-vot tallum jispiċċa pospost. Lanqas ma hu eskluż li l-konkorrenza ta' votanti tkun waħda baxxa 'għal kull żmien' f'dan il-pajjiż.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/24/4-plejers-u-president-ta-tim-tal-futbol-imutu-fincident-tal-ajru-fil-brazil/
netnews.com.mt
Il-President tat-tim tal-futbol Brażiljan, Palmas, kif ukoll 4 plejers – tilfu ħajjithom traġikament wara li ġġarraf ajruplan żgħir li kienu abbord fuqu. Mill-ewwel indikazzjonijiet, it-tim mir-raba diviżjoni Brażiljana kien fi triqtu għal partita mit-tazza domestika kontra Vila Nova meta għal xi raġuni l-ajruplan iġġarraf hekk kif ħalla l-mitjar. Fi stqarrija l-klabb spjega li l-President flimkien mal-plejers u l-bdot mietu mad-daqqa. L-Awtoritajiet spjegaw li abbord l-ajruplan kien hemm biss parti żgħira mill-iskwadra u sfortunatament ħadd mill-passiġġieri abbord ma' salva.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/24/manchester-united-javvanzaw-ghall-ispejjez-ta-liverpool/
netnews.com.mt
Freekick brillanti ta' Bruno Fernandes, li daħal jilgħab bħala sostitut f'nofs it-tieni taqsima, issiġġilla l-kwalifikazzjoni ta' Manchester United għall-ħames rawnd tal-kompetizzjoni għall-ispejjeż tar-rivali eterni Liverpool. B'hekk komplew jiżdiedu l-problemi għall-Merseysiders wara sensiela ta' disfatti fil-kampjonat tal-Premier League, bit-tim ta' Jurgen Klopp qed isofri minn kriżi ta' riżultati ċara. Il-logħba f'Old Trafford żvolġiet f'konfront – cup-tie – mill-aktar eċċitanti biż-żewġ tims joħorġu jfittxu l-gowls waqt li ma naqsux l-azzjonijiet fuq iż-żewġ lasti, kuntrarju għal-logħba tal-league ta' ġimgħa ilu, f'Anfield, bejn dawn iż-żewġ ġganti tal-futbol Ingliż li spiċċat 0-0. Man Utd fetħu tajjeb b'Mason Greenwood jaħli żewġ okkażjonijiet tajbin quddiem il-gowlkiper Allison, b'Liverpool imorru fil-vantaġġ fl-ewwel attakk serju fuq il-lasta ta' Henderson meta Mo SALAH (18) spiċċa waħdu quddiem il-gowlkiper ta' United biex sab ir-rokna tax-xibka b''chip' perfett. Ir-Red Devils kisbu parità tmien minuti wara meta Rashford sab lil GREENWOOD bi kross preċiż, bl-attakkant żgħażugħ ta' United din id-darba ma jiżbaljax quddiem Allison. United marru fil-vantaġġ kmieni fit-tieni taqsima b'RASHFORD (48) javvanza waħdu u jegħleb mill-ġdid lil Allison b'xutt fil-baxx — iżda Liverpool għamlu l-iskor 2-2 mas-siegħa logħob meta Salah mill-ġdid isib ix-xibka mill-viċin. Wara l-gowl Liverpool bdew jieħdu kmand tal-logħba, iżda fit-78 minuta wasal il-mument ta' FERNANDES li daħal jilgħab flok Van de Beek u li skorja l-gowl deċiżiv mill-freekick li ngħata għall-fawl ta' Fabinho fuq Cavani f'tarf il-kaxxa. Chelsea għaddew għall-ħames rawnd tal-FA Cup għall-ispejjeż ta' Luton Town u meta issa jridu jiltaqgħu ma' Barnsley, tim ieħor minn The Championship. L-attakkant Tammy Abraham kien l-eroj indiskutibbli għall-Blues fejn skorja hat-trick, biex b'hekk neħħa ftit mill-pressjoni fuq il-manager tiegħu Frank Lampard wara l-aħħar riżultati deludenti fil-kampjonat. L-ewwel gowl ta' Chelsea wasal wara 11-il minuta meta Abraham xeħet ġewwa fuq il-pass ta' Timo Werner, bl-istess plejer, sitt minuti wara, jagħmilhom tnejn fuq l-assist ta' Reece James. Il-Hatters naqqsu d-distakk minn Jordan Clark man-nofs-siegħa, iżda kwarta mit-tmiem, Abraham għalaq kull diskors bit-tielet gowl għal Chelsea. Ir-rebħa tal-Blues setgħet kienet akbar li kieku Werner ma tilifx penalty wara li spiċċa fawljat minn Clark fil-kaxxa. Leicester City kienu maħsuda minn gowl kmieni fil-konfront ma' Brentford iżda rkupraw tajjeb biex huma wkoll jgħaddu għar-rawnd li jmiss b'rebħa 3-1 fil-Brentford Community Stadium. It-tim ta' The Championship ma setax kellu bidu aħjar meta Bech SORENSEN wara sitt minuti sab ir-rokna tax-xibka minn azzjoni ta' korner, bil-Bees igawdu dan il-vantaġġ sal-mistrieħ. Fit-tieni taqsima, il-folja nqalbet b'Leicester isibu x-xibka tliet darbiet – bil-gowl tad-dro jiskurjah Cengiz UNDER waqt li l-gowls l-oħra waslu minn penalty ta' Youri TIELEMANS u James MADDISON. Burnley kisbu rebħa kbira barra minn darhom għand Fulham 3-0 biex huma wkoll ibbukkjaw post fil-ħames rawnd ta' din il-kompetizzjoni. Dan il-konfront – 'all-Premier clash' ieħor – kien mistenni jkun aktar kumbattut iżda Burnley kienu aħjar mill-avversarji għal ħafna ħinijiet u qatt ma ħarsu lura wara li Jay RODRIGUEZ poġġihom fl-vantaġġ man-nofs-siegħa. Fit-tieni taqsima, Fulham ippruvaw iwettqu reazzjoni iżda kienu Burnley li rduppjaw meta Matej Vydra twaqqa fil-kaxxa u Rodriguez ma żbaljax mill-ħdax-il metru għat-2-0. It-tielet gowl tal-Clarets wasal mid-difensur Kevin LONG li kkonkluda mill-viċin fuq suġġeriment ta' Rodriguez. FA CUP Il-Ġimgħa : Chorley v Wolves 0-1 Ilbieraħ: Southampton v Arsenal 1-0, Barnsley v Norwich 1-0, Brighton v Blackpool 2-1, Milwall v Bristol 0-3, Sheff. Utd v Plymouth 2-1, Swansea v Nott. Forest 5-1, West Ham v Doncaster 4-0, Cheltenham v Man City 1-2 Illum: Chelsea v Luton 1.00pm, Brentford v Leicester 3.30pm, Fulham v Burnley 3.30pm, Man Utd v Liverpool 6.00pm, Everton v Sheff. Wed. 3-0 Għada: Wycombe v Tottenham 8.45pm It-Tlieta : B'mouth v Crawley 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/23/it-tielet-telfa-konsekuttiva-ghal-sliema/
netnews.com.mt
SLIEMA W………………….1 SIRENS………………………3 Sliema : J.Galea, K.Shaw, A.Milesi, Gilmar (Comvalius 58'), J.Cisotti, R.Kisil, G.Aquilina, O.Linton, J.P Farrugia, M.Beerman, D.Vukovic Sirens : D.Cassar, L.Bittaye, W.Domoraud, E.Callegari, A.Borg, J.Walker, S.Tounkara (H.Kone 55'), R.Scicluna, T.Agius, M.Bustos, J.Tamsir Referee : D. Portelli Assistenti Referees : P.Apap, R.Vella Sirens ħasdu lil Sliema meta fl-Istadium Nazzjonali rebħulhom bl-iskor ta' 3-1. Għal Sliema din kienet daqqa ta' ħarta fit-tentattiv tagħhom li jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat. Filwaqt li din kienet it-tielet telfa konsekuttiva għal Sliema, Sirens irritonraw għar-rebħ wara id-disfatta li kellhom kontra Ħarmun biex b'hekk telgħu fl-għaxar post tal-klassifika bi 22 punt. Sirens fetħu l-iskor fl-20 minuta meta minn corner minn fuq il-lemin, l-ewwel tentattiv bir-ras ħabat mal-lasta, biex mit-tieni tentattiv kien LAMIN BITTAYE li tefa' ġewwa mill-viċin. Filwaqt li Sliema iddominaw il-pussess tal-ballun Sirens baqgħu joperaw bil-kontrattakk. Sirens reġgħu kienu viċin għal darb'oħra permezz ta' Bittaye li wara ġirja b'saħħitha min-nofs il-grawnd ra it-tentattiv tiegħu salvat minn Jake Galea. Lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima Sirens kellhom diversi attakki perikolużi, li madanakollu ma sarrfu fl-ebda konklużjonijiet fil-lasti ta' Galea. Iżda fit-43 minuta Sirens ingħataw penalty meta Bittaye twaqqa' fil-kaxxa mid-difensur ta'Sliema, li minnu inkariga ruħu WILFRIED DOMORAUD li mill-ħdax –il metru ma żbaljax, bl-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta' 2-0 favur Sirens. Fit-tieni taqsima Sliema pruvaw iżidu l-pressjoni iżda it-tim immexxi minn Giovanni Tedesco renxxielu jiskorja it-tielet gowl tal-partita permezz ta' xutt mill-isbaħ mid-distanza ta' WILFRIED DOMORAUD. Sliema skorjaw il-gowl ta' konsolazzjoni fis-87 minuta permezz tas-sostitut SYLVANO COMVALIUS għal skor finali ta 3-1 favur Sirens.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/23/rebha-importanti-ghal-zejtun-fil-glieda-kontra-r-relegazzjoni/
netnews.com.mt
ŻEJTUN C…………………..3 SENGLEA A…………………1 Żejtun C .: C. Cassar, L. Moreira, K. Reid, J. Suda, T. Bonfim, C. Grech, V. Vieira (84' R. Do Nascimento), D. Washington (88' G. Bugeja), E. Herrera, N. Tabone (76' G. Azzopardi), A. De Barros Senglea A .: M. Farrugia, S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela (84' J. Attard), F. Gnindokponou, I. Misan, D. Fava, J. Tanti, D. Diwoto, D. Xuereb (80' R. Siong), W. Gomes Referee: P. Farrugia Assitenti referees : J. Spiteri, M. Ciantar Żejtun Corinthians kisbu l-ħames riżultat konsekuttiv pożittiv u rebħa fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta għelbu lit-tim tal-qiegħ Senglea Athletic 3-1. Żejtun ħarġu fuq l-offensiva u wara bosta opportunitajiet ta' skor, fetħu l-iskor fit-33 minuta meta minn kontrattakk veloċi, kien Jurgen Suda li għadda lejn VITOR VIERA li minn pożizzjoni angolata xeħet minn taħt Farrugia. Żejtun irduppjaw sitt minuti wara meta wara ġirja tajba ta' Viera fuq ix-xellug, il-cross tal-istess Viera sab lil KEMAR REID żmarkat fil-kaxxa li mill-viċin għamilhom 2-0. Senglea naqqsu l-iskor fl-64 minuta meta Gnindokponou għadda lejn Jan Tanti li għeleb lil Cassar b'xutt tajjeb minn barra l-kaxxa. It-tim imexxi minn Orosco Anonam reġa fetaħ vantaġġ doppju tliet minuti wara meta kien Jurgen Suda li qassa lejn REID li b'konklużjoni fil-baxx skorja t-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għal Żejtun.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/23/penalty-fl-ahhar-minuti-jikkastiga-lil-lija/
netnews.com.mt
George Cassar Lija A………………………0 Gudja U………………………1 Lija A.: L. Bonnici, C. Cassar (A. Mizzi 67'), (D. Scerri 86'), I. Borg, C. Giordimaina, J.C. Gill, W. Serrano, H. Wood, F. Brandan, C. Flores, E. Beu, M. Jimenez Gudja U.: G. Zammit, N. Micallef, I. Gonzalez, G. Adamovic, J. Bolanos, D. Camilleri, L. Cremona, G. Mensah (L. Pisani 91'), Vanger (H. Vella 90'), Y. Messias, Elton (J. Brincat 76') Skurja: Y. Messias – pen. 88' (G) Referì: E. Mangion Il-plejer tal-logħba: F. Brandan (L) Penalty ta' Yuri Messias, żewġ minuti qabel tmiem il-ħin regolamentari, ta tliet punti lil Gudja United u kkastiga lil Lija Athletic għat-tlettax-il partita konsekuttiva bla rebħa. Din kienet l-ewwel logħba tas-sena 2021 għal dawn it-timijiet hekk kif iż-żewġ skwadri kienu fi kwarantina. Għal Gudja ddebuttaw iż-żewġ akkwisti l-eks Tarxien Vanger Conceicao u l-eks Victoria Hotspurs Elton Da Silva. Għal Lija kellu debutt pożittiv f'nofs il-grawnd l-Arġentin Walter Serrano. L-ewwel taqsima kienet xotta mill-azzjonijiet u kien biss Erjon Beu ta' Lija li resaq qrib b'azzjoni personali fit-38 minuta. Fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima Gudja ġiehom ċans tajjeb b'xutt mill-viċin ta' Vanger li kien salvat ferm tajjeb mill-captain ta' Lija Luke Bonnici. L-azzjoni li ddeċidiet ir-riżultat waslet fit-88 minuta meta Daniel Scerri ġie ġġudikat li waqqa' lil Gabriel Mensah f'tarf il-kaxxa. Yuri Messias skorja l-penalty f'dak li jista' jkun l-aħħar gowl tiegħu ma' Gudja hekk kif qed jiġbed interess minn klabbs barranin.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/22/ir-ragel-li-allegatament-haraq-ark-storiku-fil-floriana-akkuzat-bpussess-ta-kokaina/
netnews.com.mt
Il-pulizija akkużaw raġel b'pussess aggravat ta' kokaina, wara li 30 gramma tad-droga nstabu fil-karozza tiegħu waqt li kien qed isuq lejn il-vapur ta' Għawdex mat-tfajla tiegħu. Bjorn Grima, residenti tas-Sliema ta' 35 sena, u li qabel kien joqgħod il-Floriana nqabad waqt li kien sejjer lejn Għawdex nhar l-Erbgħa, fl-20 ta' Jannar. It-30 gramma kokaina nstabu fil-karozza ta' Grima wara li uffiċjali tal-Pulizija waqfuh u għamu tfittxija fil-vettura. Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Grima ġie mixli b'pussess aggravat ta' kokaina u bi ksur tal-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja. Grima kien diġa ingħata pleġġ wara li kien tressaq il-Qorti fl-2019 u ġie akkużat bil-qerda permezz ta' ħruq ta' ark storiku fil-Furjana. L-Ispettur tal-Alfredo Mangion oġġezzjona bil-qawwa kollha għat-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest. L-avukati difensuri Franco Debono u Amadeus Cachia, madankollu, argumentaw li l-akkużat kien għadu preżunt innoċenti u li l-uniku xhud ċivili kien it-tfajla tiegħu, li kienet diġà qalet lill-Pulizija li ma kinitx taf dwar id-drogi. Il-Qorti laqgħet it-talba ta' Grima għal libertà proviżorja fuq depożitu ta' €5000 u garanzija personali ta' €5000. //= $special ?>
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/23/l-mtta-thabbar-li-l-league-nazzjonali-mhuwiex-se-jsir/
netnews.com.mt
L-assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis (MTTA) ħabbret li l-League Nazzjonali m'huwiex se jsir minħabba is-sitwazzjoni preżenti tal-coronavirus f'Malta. Il-Board saħaq li din id-deċiżjoni ittieħdet sabiex tkun mħarsa is-saħħa tal-membri u l-famijari tagħhom, kif ukoll ta' dawk responsabbli mil-akkademja, il-clubs u t-timijiet li jippateċipaw f'din il-kompetizzjoni. Minn naħa l-oħra, fuq nota aktar pożittiva, il-board laħqu ftehim sabiex isiru Tournaments individwali sabiex iżommu lill-atleti preparati għall-kompetizzjonijiet, filwaqt li jħarsu lejn il-ħtiġijiet tal-livelli differenti li se jipparteċipaw f'dawn it-tournaments Fil-15 u 19 ta' Frar se jkun organizzat is-Seniors Elite Tournament, bl-ateti li lagħbu fl-ewwel u t-tieni diviżjonijiet l-istaġun li għadda jkunu eliġibbli li jipparteċipaw. Fit-12 u l-15 ta' Marzu se jkun organizzat is- Senior Intermediate tournament, bl-atleti li ipparteċipaw fit-tielet u r-raba' diviżjonijiet kif ukoll atleti ġodda, jkunu eliġibbli li jieħdu sehem. Fis-26 ta' Marzu se jkun organizzat Tournament għall-aqwa 12/16 akkademja jew klabbs ibbażat fuq is-sistema Svizzera. Kull akkademja jew klabb se jkunu mistoqsija sabiex jinkludu l-aqwa rapreżentattiv żagħżugħ f'dan it-tournament. Dan it-tournament għandu jservi ta' motivazzjoni għall-membri tal-akkademji jew klabbs sabiex jaħdmu u jistinkaw sabiex jkunu magħżula għall-parteċipazzjoni fit-tournament mill-kowċis rispettivi tagħħhom. Fid-9 t'April se issir kompetizzjoni għall-parteċipanti li għandhom ħdax –il sena jew inqas. Fid-19 u t-23 t'April se jsir avveniment għall-parteċipanti ta' taħt il-21 sena. Fl-10 u l-14 ta' Mejju se jkun organizzat avveniment għal dawk 18 –il sena jew inqas. Il-Kumitat Nazzjonali jħares 'il quddiem għal-parteċipazzjoni ta' Atleti Għawdxin, b'dan il- programm ikun suġġett għal tibdil skond is-sitwazzjoni tal-COVID 19 f'pajjiżna.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/26/jinzamm-arrestat-fuq-atti-sesswali-ma-tifel-ta-10-snin/
netnews.com.mt
Raġel li 32 sena mill-Pakistan li joqgħod Raħal Ġdid inżamm arrestat wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri li abbuża minn tifel ta' 10 snin meta fid-dar tiegħu (tal-akkużat) stess ikkommetta atti ta' natura sesswali. Huwa wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Asher Anwer ġie mixli li tul il-perjodu tas-sena 2020 u sat-22 ta' Jannar li għadda wettaq dawn l-atti mingħajr il-kunsens tat-tifel, u li ġiegħlu jagħmel atti ta' intimità fiżika. Huwa ġie mixli wkoll li l-imġieba tiegħu wasslet għall-konotazzjonijiet sesswali, nkluż b'xi kliem, mossi offensivi u intimidatorji. Anwer li ffaċċa tmien akkużi kien mixli wkoll li xerred materjal indiċenti fuq persuna vulnerabbli u li fit-22 ta' Jannar li għadda pparteċipa f'attivitajiet sesswali mat-tifel. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Roxanne Tabone u Paul Camilleri. L-Avukat Martin Fenech li deher għal Anwer għamel talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona fuq diversi fatturi fosthom li għad baqa' xhieda pajżana biex jagħtu d-depożizzjoni tagħhom fil-Qorti, n-natura tar-reati u l-fatt li l-VISA tal-akkużat waslet biex tiskadi. Il-Qorti ċaħdet it-talba u ordnat li l-Pakistani jinżamm taħt arrest.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/26/thasib-dwar-il-futur-ekonomiku-filwaqt-li-jkompli-tiela-l-qghad/
netnews.com.mt
Filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela kien qed jiltaqa' mal- unions u l-korpi kostitwiti tal-MCESD, l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika kien qed tippubblika ċifri xejn sbieħ f'dak li għandu x'jaqsam mas-sitwazzjoni tax-xogħol f'pajjiżna. Filfatt, l-aħħar istatistika tal-NSO dwar il-qgħad turi li l-persuni bla xogħol f'Malta issa laħqu t-12,490. Dan ifisser li l-persuni qegħda żdiedu b'elfejn f'temp ta' sena. L-istatistika turi li f'Novembru u Diċembru tas-sena li għaddiet ir-rata ta' qgħad kienet ta' 4.5% bir-rata ta' persuni mhux jaħdmu tkun l-ogħla fost iż-żgħażagħ. Diversi rappreżentanti tal-Korpi Kostitwiti li kienu preżenti għall-laqgħa tal-MCESD esprimew tħassib dwar il-prospetti f'dak li ghandu x'jaqsam max-xogħol u n-negozju. Fost dawk li esrpimew kawtela u tħassib kien hemm id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem, Joe Farrugia. Farrugia qal li din se tkun sena diffiċli u kollha sfidi. Hu esprima t-tama li l-pandemija tibda terħi mill-qilla tagħha u jkolna sena ftit aħjar minn dik li għaddiet. Farrugia stqarr li dawk in-negozji marbuta mat-turiżmu madankollu jistgħu idumu biex jirkurpraw aktar minn oqsma oħra. Il-Viċi President tal-Kamra tan-Negożji Żgħar u Medji, Philip Fenech ukoll qal li jittama li din tkun sena aħjar minn dik li għaddiet, izda qal li it-triq tibqa' wahda twila. Intant fi tmiem il-laqgha, il-ġurnalisti staqsew dwar is-sitwazzjoni tal-barijiet li bħalissa jinsabu magħluqin iżda li l-avviż legali li qed iżommhom magħluqin jiskadi nhar it-Tnejn, bil-Prim Ministru jikkofnerma li l-bars se jibqgħu magħluqin tul Frar. Abela ta x'jifhem li f'Marżu se jkunu qed jinfetħu hekk kif qal li se 'nerġħgu għan-normalità'. Dwar Governanza Tajba pruvajna wkoll nistaqsu lill-Prim Ministru fuq dak li stqarr il-Kummissarju għall-Istandards fil-hajja Pubblika George Hyzler. Hyzler fl-aħħar jiem ikkiritikat l-mod ġdid kif se jinħatru Persons of Trust, li jneżżgħu mill-poter li jinvestigahom jekk dawn ikunu implikati f'aġir mhux xieraq. Iżda izda Abela ma weġibx dwar dan u qal biss li 'ħa nota dwaru'. Fl-MCESD, il-Prim Ministru Robert Abela insista dwar l-importanza tal-media u l-mistoqsijiet tal-gurnalisti, iżda ma kienx tal-istess fehma Edward Scicluna li mitlub iwieġeb għad-domandi dwar iż-żieda li ta lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ftit tax-xhur qabel ma ħa l-kariga hu stess, Scicluna irriffjuta għal kollox li jwieġeb u qalilEdna biss 'issa m'għadnix Ministru'. Edward Scicluna jirriffjuta li jwieġeb il-mistoqsijiet ta' Net News Ironikament, minuti biss wara li Scicluna rriffjuta li jweġibna, il-Prim Ministru kien qed jitkellem dwar kif il-Gvern irid ikun dispost għal skrurtinju, fosthom mill-ġurnalisti filwaqt li appellalhom ibex jitsaqsu l-mistoqsijiet. Abla saħansitra emfasiżża li hu obbligu ta' min jinsab f'karigi pubbliċi li jwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulhom il-ġurnalisti. maghluqin mistoqsijiet
[ 4 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/26/ghadhom-ghaddejjin-id-diskussjonijiet-dwar-meta-se-jitlaqqmu-l-ghalliema-mut/
netnews.com.mt
Il-President tal-Union tal-Għalliema Marco Bonnici kkonferma ma' Net News li sa issa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet dwar meta se jkunu qed jitlaqqmu l-għalliema. Il-President tal-MUT qal li wara li fil-bidu ta' Jannar il-Gvern kien wiegħed li l-għalliema se jkunu qed jitlaqqmu bi priorità, sa issa għad mhemmx timeframe jew data speċifika dwar meta filfatt se jseħħ dan. F'Diċembru, il-Ministru Chris Fearne kien qal li l-għalliema kienu se jitlaqqmu mat-tielet grupp wara l- frontliners l-oħra, iżda fil-laqgħa mal-Union f'Jannar il-Gvern ta x'jifhem li l-għalliema kienu se jitlaqqmu qabel dak imwiegħed. Marco Bonnici qal li l-MUT għadha qed tiddiskuti mal-awtoritajiet tas-saħħa iżda sa issa mhux magħruf liema xahar se jara l-bidu tat-tilqim tal-għalliema. Hu insista li jekk l-għalliema jitlaqqmu fi Frar mod, iżda jekk se jkollhom jistennew sa' Mejju imbagħad tkun sitwazzjoni differenti u l-union qed issegwi mill-qrib dak kollu li qed jiġri. Mistoqsi dwar każijiet fl-iskejjel, Bonnici qal li xi skejjel intlaqtu agħar minn oħrajn u spjega li uħud minnhom għandhom numru ta' persuni, kemm studenti kif ukoll ħaddiema li jinsabu fi kwarantina. Il-President tal-MUT qal li l-union qed iżżomm għajnejha fuq kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni.
[ 5 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/26/joseph-muscat-brabja-kbira-ghaffeg-email-fuq-provi-ta-korruzzjoni-li-wettaq-jimmy-magro-xhud-jghid-fil-qorti/
netnews.com.mt
B'rabja liema bħala Joseph Muscat qabad u għaffeġ email li kien fiha evidenza ta' korruzzjoni li kienet tinvolvi lill-ex Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jimmy Magro. Dan ħareġ minn xhieda ta' raġel fil-Qorti li żvela dan il-każ wassal biex l-istess Jimmy Magro jispiċċa akkużat fil-Qorti dwar flus li allegatament talab fuq tender. Victor Bonello qal li huwa pprotesta ma '"kulħadd" dwar il-korruzzjoni li ra, mill-Kap tas-Servizz Ċivili Mario Cutajar, sa dakinhar il-Ministru tal-Kunsilli Lokali Owen Bonnici u mbagħad is-Segretarju Parlamentari tal-Fondi tal-UE Ian Borg u mal-Prim Ministru nnifsu. Huwa qal li ltaqa' ma' Muscat f'Kastilja u ppreżentalu email biex isostni t-talba tiegħu, iżda l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien ma riedx jaf. "Irrabja. qabad u għaffeġ l-email u qal, 'ma tiġix għandi b'dawn l-affarijiet', "xehed Bonello. Lura fl-2014, Bonello kien tefa' offertà għal proġett iffinanzjat mill-UE propost mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għall-installazzjoni ta' magna tal-kompost. Qal li ilu li kellu viżjoni biex jiżviluppa magna kapaċi tikkonverti skart organiku f'kompost fuq skala nazzjonali, u investa l-fond tal-pensjoni kollha tiegħu fuq dan. Dakinhar, Magro kien konsulent speċjali għall-Assoċjazzjoni u poġġa fuq il-bord li biex jagħżel ir-rebbieħ tal-offerta. Bonello xehed li ġimgħa qabel ħarġet it-tender, Magro bagħtlu email bid-data li se tinħareġ u n-numru tat-telefon ta 'Kollvik Ltd, li kien se jkun ir-rivali tiegħu fit-tender. Huwa qallu biex jikkuntattja lil Kollvik bil-quddiem sabiex ikunu jistgħu jissottomettu offerta konġunta. Magro ried €10,000 biex iħallas it-taxxa u vaganza Bonello qal li hu u Magro, li nzertaw ħbieb antiki tal-iskola, imbagħad iltaqgħu għand il-Pavi biex jieħdu kafe, fejn Magro żvela li kellu kontijiet pendenti tat-taxxa u tal-vaganzi u talbu s-somma ta' €10,000. Bonello wassal din it-talba lis-sieħeb tiegħu Disma Attard, li mill-ewwel irrifjuta li "jħallas għall-vaganza ta 'Magro". Bonello u Attard lanqas biss spiċċaw applikaw għat-tender, b'Bonello jixhed li Attard kien inkarigat li jissottometti d-dokumentazzjoni iżda kien baqa' rieqed u tilef l-iskadenza. Victor Bonello ta rendikont twil fil-Qorti tal-avvenimenti tal-2014 li kienu wassluh biex imur għand l-awtoritajiet dwar l-allegat aġir irresponsabbli ta' Magro. Dak iż-żmien, l-akkużat kien konsulent speċjali għall-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Bonello qal ukoll li t-tender inħareġ mill-ġdid u din id-darba applika waħdu, iżda ngħata lil Kollvik. Qal li falla minkejja li l-kwotazzjoni tiegħu kienet orħos u l-magna tiegħu teknoloġikament superjuri – fil-fatt huwa argumenta li l-magni tal-kompost ta' Kollvik f'Ta' Qali baqgħu ma joperawx minħabba teknoloġija fqira tagħhom. Bonello mbagħad ilmenta ma' diversi awtoritajiet qabel ma eventwalment ġie kkuntrattat mid-dipartiment tal-verifika interna u l-investigazzjonijiet tal-gvern. Fl-2017, il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni qalet li hija "moralment konvinta" li Magro talab flus bħala parti mill-proċess ta' sejħa għall-offerti. Tliet snin wara, il-pulizija akkużat lil Magro b'korruzzjoni, akkużi li qed iwieġeb mhux ħati tagħhom. L-Ispettur Wayne Borg mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-avukati Michael u Lucio Sciriha, flimkien ma' Matthew Xuereb deheru għal Magro. L-avukat Jason Azzopardi qed jidher għal Bonello.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/28/stati-uniti-l-ahhar-cans-biex-id-dinja-tindirizza-l-krizi-ghall-klima/
netnews.com.mt
Ir-Rappreżentant tal-Istati Uniti b'responsabbiltà għall-Klima, John Kerry, wissa li summit (il-Konferenza tal-COP26) tan-Nazzjonijiet Uniti li se jsir fl-Iskozja lejn l-aħħar tas-sena għandu jitqies bħala 'l-aħħar ċans kbir' għad-dinja li tevita l-agħar konsegwenzi ambjentali fis-snin li ġejjin. Is-summit hu ffissat għal Novembru u Kerry sostna, waqt intervista lill-BBC, li 'intilfu s-snin ta' xogħol għaqli fl-interessi tal-klima' fiż-żmien meta l-Istati Uniti kienet taħt it-tmexxija tal-eks President, Donald Trump. Kerry qal ukoll li Trump 'bl-ebda mod ma kien jemmen' fil-periklu li d-dinja qed tiffaċċja b'kaġun tal-bidliet fil-klima – b'mod partikulari l- global warming . Hu qal dan waqt li l-President Amerikan ġdid, Joe Biden, kien qed jiffirma d-direttivi eżekuttivi li jindirizzaw l-effetti tal-bidliet fil-klima. Biden għamilha ċara, issa, l-Istati Uniti għandha tkun 'il-protagonista' fl-inizjattivi internazzjonali li jindirizzaw direttament din il-kriżi. Dan meta hu ma tilifx iż-żmien biex l-Istati Uniti ssir mill-ġdid pajjiż firmatarju għall-Ftehim ta' Pariġi tal-2016 dwar il-Klima wara li Trump kien ħareġ pajjiżu mill-istess ftehim.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/29/l-iran-il-mizuri-nukleari-se-jibqghu-minghajr-it-tnehhija-tas-sanzjonijiet/
netnews.com.mt
It-Tmexxija Iżlamika fl-Iran mhix se taċċetta d-domandi tal-Istati Uniti biex iddawwar lura l-aħħar 'spinta' li tat lill-programm nukleari tagħha — dment li Washington ma jneħħix is-sanzjonijiet preżenti minn fuq Tehran. Il-Ministru Iranjan għall-Affarijiet Barranin, Javad Zarif, qal li d-domanda tal-Amerikani 'mhix waħda prattika' u sostna li l-Iran 'mhux beħsiebu jagħmel xi pass lura f'dan is-settur ( nukleari).' Zarif kien qed jitkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet f'Istanbul, li għaliha kien preżenti wkoll il-Ministru Tork għall-Affarijiet Barranin, Mevlut Cavusoglu. L-amministrazzjoni ġdida tal-President Amerikan, Joe Biden, qed tgħid li l-Iran irid mill-ġdid jikkoopera bis-sħiħ mal-'kontrolli stabbiliti' għall-attività nukleari tiegħu, u skont il-kundizzjonijiet tal-Ftehim Nukleari storiku li Tehran kien laħaq mal-potenzi tad-dinja, fl-2015. L-Istati Uniti qed tgħid li l-Iran irid bilfors jimpenja ruħu għal dan qabel jista' jissieħeb mill-ġdid fil-ftehim. L-Iran, fl-aħħar xhur, abbuża diversi kriterji tal-ftehim nukleari bħala 'tweġiba' lill-eks President Amerikan Donald Trump, wara li hu, fl-2018, irrifjuta l-patt u reġa' introduċa s-sanzjonijiet għall-Iranjani.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/29/covid-19-il-provvisti-tal-vaccini-jibqghu-issue-jahraq-bejn-l-ue-u-astrazeneca/
netnews.com.mt
Il- Kummissjoni Ewropea għadha kemm ippubblikat versjoni tal-kuntratt tagħha mal-AstraZeneca li titratta l-produzzjoni u distribuzzjoni tal-vaċċini kontra l-Covid-19 . Dan meta fl-aħħar jiem żbruffat tilwima taħraq dwar sitwazzjoni relatata mal-provvisti tal-vaċċin tal-AstraZeneca lill-Istati Ewropej. Intant, din il-versjoni ma ħarġitx 'bid-dettalji sħaħ tal-kuntratt', meta l-Kap tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qed iżżid il-pressjoni fuq l-AstraZeneca minħabba d-deċiżjoni tal-kumpanija biex tnaqqas il-provvisti tat-tilqima lill-UE. Ursula von der Leyen qed tinsisti li l-kuntratt, li kien iffirmat f'Awwissu, fih 'numru ta' elementi li jorbtu lill-kumpanija biex tirrispetta l-obbligi tagħha ( għall-proviżjoni tat-tilqim stipulata)' filwaqt li qed titlob ukoll 'spjegazzjoni'. Intant, l- Unjoni Ewropea qed tkun akkużata li 'żammet lura aktar milli suppost' biex tiffirma l-kuntratt mal-AstraZeneca – u meta dan il-vaċċin, issa, mistenni li jkun approvat mir-regolatur tal-mediċina tal-UE, 'fi kwistjoni ta' sigħat'. Fl-istess ħin, l-AstraZeneca – kumpanija Anglo-Żvediża – għadha qed tinsisti li d-dawmien fil-produzzjoni tal-vaċċin inkwistjoni hu dovut għall-problemi attwali f'żewġ faċilitajiet tal-kumpanija, fl-Ewropa. Il-kumpanija qed tirreferi wkoll għal klawsola fil-kuntratt mal-UE li tagħmilha ċara li l-AstraZeneca hi marbuta biex tagħmel 'l-akbar sforz' biex tilqa' id-domanda mill-Unjoni, iżda mingħajr ma tkun marbuta 100-fil-100 li żżomm ma' xi data jew deadline speċifiku. Madankollu, l-Unjoni Ewropea qed tikkuntesta din il-klawsola – avolja, bħalissa, l-Unjoni qed tkun ikkritikata ħafna għal sitwazzjoni fejn id-distribuzzjoni tal-vaċċini għal kontra l-Covid-19 miexi bil-mod wisq f'numru ta' pajjiżi membri. Intant, Ursula von der Leyen enfasizzat li l-AstraZeneca 'mhix qed tippreżenta spjegazzjoni kredibbli' għall-fatt li l-kumpanija ma providietx lill-UE bl-ammonti tat-tilqim li kienu mwiegħda minn qabel.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/30/esklussiva-intervista-mal-agent-taljan-paolo-palermo/
netnews.com.mt
Matthew Mamo-Replay (Net Television) Hekk kif ninsabu fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti ta' Jannar, diversi aġenti tal-plejers diġa' qed iħarsu lejn l-istaġun li ġej u jibnu kollaborazzjonijiet ġodda ma' klabbs lokali. Fost dawn l-aġent rinomat Taljan Paolo Palermo li ilu għall-aħar snin jaħdem mill-qrib ta' klabbs lokali u fost oħrajn, grazzi għall-kollaborazzjoni ma' aġenti oħra, wassal biex iktar minn 20 plejer illum-il ġurnata jilgħabu f'madwar 7 skwadri lokali, bejn Malta u Għawdex. F'intervista lil Replay (Net Television) Palermo jinnota li l-pandemija ġabet diversi restrizzjonijiet, inkluż biex jinġiebu plejers minn pajjiżi terzi bħall-Arġentina u l-Brażil, fejn Palermo jispeċjalizza. Kien għalhekk li l-enfasi issa qed iddur għall-Ewropa, b'mod speċjali fl-Italja fejn Palermo għandu esperjenza ta' diversi snin, imma wkoll l-Olanda u l-Ungerija fejn beda ħidma ma' plejers promittenti. Fost il-plejers li setgħu jiġu f'pajjiżna matul Jannar hemm Luca Cigliano, midfielder li għandu 22 sena u diġa lagħab kważi 80 logħba fil-Lega Pro fosthom b'esperjenzi importanti ma' Rimini, Caserta, Bari u Ternana. Mistoqsi dwar kif qed jara l-futbol lokali bħalissa, qal li jara titjib iżda mhux bil-livell mixtieq. Waqt li jirrimarka l-investimenti importanti li qed isiru minn klabbs bħal Ħamrun Spartans u Hibernians, jinnota wkoll il-ħidma importanti li qed issir minn klabbs bħal Gżira United, kif ukoll Mosta. Għadu s'issa jaħdem mill-qrib anke ma' Floriana F.C. fejn jirrappreżenta lil plejers bħal Diego Venancio u Matias Garcia. Mistoqsi dwar is-sitwazzjoni tal-klabb bħalissa, anke fl-isfond tal-plejers li jirrappreżenta fi ħdan dan il-klabb, Palermo jinnota li l-istess plejers li lagħbu b'mod regolari ma' Senglea Athletic u taħt it-tmexxija tal-kowċ Enzo Potenza, issa jidher li ma baqgħux fiċ-ċentru tal-proġett tal-kowċ ġdid. L-aġent Taljan jesprimi diżappunt dwar il-pożizzjoni attwali ta' Floriana F.C. u jgħid li ma jistax jifhem din is-sitwazzjoni ta' klabb li mill-glorja qabad it-triq tan-niżla. 'Sfortunatament bħalissa il-klabb għaddej minn żmien diffiċli u r-riżenji tal-President Riccardo Gaucci u l-kowċ Enzo Potenza wasslu biex nies validi bħal Peter Agius tħallew waħidhom. Madankollu nittama li l-klabb jirritorna għal-livelli għolja li jixraqlu,' jiddikjara Palermo. Trasferiment riċenti ta' plejer ieħor ta' Floriana F.C. u li wkoll hu rappreżentat minn Palermo hu Augusto Caseres, li ġie misluf lil Santa Luċija wara li beda l-istaġun ma' Gudja. Hawn ukoll Palermo jinnota li dan hu plejer ieħor li seta' jiġi ġestit ferm aħjar miċ-champions attwali tal-Kampjonat Premier. Opinjoni simili anke fil-każ ta' Tiago Adan Fonseca, plejer ieħor li jirrappreżenta u li ġie traserit għand Hibernians F.C. matul dan is-suq tat-trasferimenti. Matul din l-intervista, Palermo jinnota wkoll diffikultajiet li qed jaffaċċjaw klabbs oħra ewlenin, bħal Balzan u Valletta, u jgħid "li xi drabi l-futbol isir kumplikat għax nagħmluh kumplikat aħna. Il-futbol hu materja sempliċi għal min jifhem kif jaħdem." Sadattant Replay (Net Television) jinsab infurmat li l-kollaborazzjoni ta' Palermo ma' klabbs lokali se tkompli fix-xhur li ġejjin. Hu kellu tifħir b'mod speċjali għall-ħidma li qed issir minn Gudja United, li fl-aħħar jiem b'kollaborazzjoni miegħu kisbu lil Vanger Conceição da Silva, kif ukoll Santa Luċija fejn jesprimi kliem ta' tifħir għall-kowċ Oliver Spiteri.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/01/pressjoni-ghal-elezzjonijiet-fil-libja-sa-dicembru/
netnews.com.mt
Numru ta' delegati Libjani qed jiltaqgħu f'Ġinevra, fl-Iżvizzera, bil-għan li jagħżlu l-mexxejja temporanji għal-Libja li qed tipprova tistejqer minn snin konsekuttivi ta' gwerra u anarkija. Il-laqgħa saret bis-sehem tan-Nazzjonijiet Uniti – b'din l-organizzazzjoni tinsisti bl-importanza li d-delegati u persuni oħra influwenti jirrispettaw l-impenji tagħhom biex isiru l-elezzjonijiet fil-Libja f'Diċembru li ġej. Stephanie Williams, li fil-preżent qed taqdi r-rwol ta' Rappreżentant tan-NU għal-Libja, fakkret lid-delegati f'Ġinevra li huma 'iffissaw data speċifika' għall-elezzjonijiet nazzjonali (f'pajjiżhom) fl-24 ta' Diċembru. Hi insistiet li 'dan l-impenn irid ikun onorat akkost ta' kollox'. Williams anki fakkret fid-diffikultajiet u l-isfidi tal-passat li għenu għal progress fid-djalogu politiku, bit-tama li l-Libja tibbenefika mill-ħidma u fejn tkun tista' tħares lejn il-ġejjieni b'kuraġġ akbar. Intant, in-NU se tkompli timpenja ruħha għal-Libja hi u taċċerta li l-komunità internazzjonali 'tirrispetta d-deċiżjonijiet politiċi li jittieħdu fl-interess tal-pajjiż Afrikan'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/31/tokyo-2021-u-l-ahhar-sajf-ta-berlin-fi-sport-extra-numru-15/
netnews.com.mt
Il-programm numru 15 mis-serje SPORT EXTRA, il-ħames wieħed għas-sena 2021 jixxandar illum fuq NetTV mill-4.00 pm 'l quddiem. Il-programm ser jiffoka fuq żewġ aspetti b'rabta mal-Olimpijadi. Diskussjoni mas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti JOE CASSAR dwar is-sitwazzjoni attwali f'Tokjo u dwar l-idea fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li l-Olimpijadi jsiru . Diskussi wkoll argumenti b'rabta mas-sitwazzjoni preżenti fosthom l-awtonomija tal-isport u dak li għadda minnu l-CONI . Fit-tieni parti tal-programm intervista mal-awtur MARK VELLA u l-aħħar xogħol tiegħu b'rabta mal-Olimpijadi tal-1936 ' L-aħħar sajf ta' Berlin' – intervista b'filmati minn dik l-edizzjoni b'mod li min isegwi b'mod viżiv jifher aktar dak li jiġbor fiħ dan ix-xogħol letterarju.Il-ktieb huwa traduzzjoni ta' ktieb bit-Taljan ' L'ultima estate di Berlino' xogħol Federico Buffa u Paolo Frusca SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Charles Camenzuli b'muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta' Joe Sultana u Bernie Dimech.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/31/l-pn-jikkometti-ruhu-li-joffri-energija-nadifa-u-sostenibbli/
netnews.com.mt
Il-Partit Nazzjonalista qed jikkometti ruħu li jwettaq politika li jkun hemm roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, iżda mhux biss, li tkun qed toffri enerġija nadifa u effiċjenti għal Malta. Hekk tenna l-Kap tal-PN Bernard Grech tul attività politika li kienet imtella' l-Ħadd filgħodu fil-Belt Valletta. Bernard Grech qal li fil-jiem li ġejjin il-PN se jkun qed jipproponi għadd ta' proposti dwar l-enerġija sostenibbli li tkun qed tgħid ukoll fit-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Il-Kap tal-PN tenna fost l-oħrajn li l-energija ser tkun parti essenzjali li nipproduċu enerġija nadifa li ttejjeb is-saħħet il-familji Malti u Għawdxin. Huwa qal li l-energija teħtieġ pjan fit-tul – għax jekk dan ma jsirx jiġri bħalma ġralu l-Partit Laburista, meta tellfilna 400 miljun ewro f'fondi Ewropej għall-pipeline tal-gass għax ra sal-ponta ta' mnieħru. Għaldaqstant il-PN, dwar l-enerġija ser inkunu qed iħabbar il-pilastri li fuqhom ser ikun qed jibni l-politika tiegħu għas-snin li ġejjin. Bernard Grech qal li l-Pilastri jinkludu: provvista tal-elettriku li tiffavorixxi lill-orħos sors; pjan għal ġenerazzjoni ta' enerġija alternattiva; pjan għall-ġenerazzjoni ta' enerġija nadifa fuq skala kbira; l-infrastruttura mehtiega biex nmexxu lill-poplu taghna lejn mezzi tat-trasport biex jaħdmu bl-elettriku u nippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija. Il-Kap tal-PN qal li minkejja t-tfixkil tal-Gvern, il-PN se ikompli bil-ħidma tiegħu biex iwassal politika lil hin mill-kuntratti korrotti li l-Gvern Laburista daħħalna fihom… anzi l-PN qed joffri politika nadifa tassew li minnha se jgawdi minnha kulħadd.
[ 7 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/31/mgarr-united-u-melita-promossi-ghall-bov-challenge-league/
netnews.com.mt
Mġarr United u Melita kienu promossi għall-BOV Challenge League mis-sezzjonijiet rispettivi tagħhom fl-Amateur League. Mġarr kienu promossi wara li lbieraħ għelbu lil Għargħur 4-0 u b'hekk telgħu bi 32 punt bil-gowls jaslu permezz ta' awto-gowl fil-35 minuta, Jean Paul Grima fil-61 minuta, Lazar Doric fil-75 minuta u Russell Maramara fis-86 minuta. Melita wkoll kisbu post fiċ-Challenge League għall-istaġun li ġej hekk kif għelbu lil Kirkop United 2-0 biex b'hekk żammew ir-rekord li jirbħu kull partita li lagħbu s'issa fil-kampjonat. Il-gowls ta' Melita kien skorjati minn Jean Pierre Attard u Antoine Attard. B'hekk issa fadal tim wieħed żewġ timijiet oħra xi jkunu promossi mill-Amateur League, b'tim ikun promoss awtomatikament minn Sezzjoni B, bit-tim l-ieħor jiġi promoss wara play-off bejn it-timijiet li jispiċċaw mit-tieni sar-raba' post ta' kull sezzjoni.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/05/unjoni-ewropea-relazzjoni-difficli-mar-russja-wara-l-arrest-u-kundanna-ta-navalny/
netnews.com.mt
L-Unjoni Ewropea qalet lir-Russja li l-każ ta' Moska kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny u l-priġunerija sussegwenti tiegħu qed timmarka 'punt baxx' fir-relazzjonijiet bilaterali. Alexei Navalny hu kritiku ewlieni tal-President Russu Vladimir Putin u qed tikber il-possibbiltà li l-UE timponi sanzjonijiet ġodda għar-Russja minħabba ċ-ċirkustanzi li sab ruħu fihom Navalny. Intant, fl-aħħar sigħat, il-Kap tal-Affarijiet Barranin tal-UE, Josep Borrell, iltaqa' mal-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, f'Moska. Issa, Navalny qed jiffaċċja akkuża ġdida fil-qorti – f'dan il-każ li hu immalafama veteran tat-Tieni Gwerra li deher f'filmat li jfaħħar it-tmexxija ta' Putin. Dan wara li Navalny, nhar it-Tlieta, kien ikkundannat għal kważi tliet snin priġunerija għal każ li allegatament jinvolvi l-frodi. Il-Kremlin ta' Moska qed jiċħad l-akkużi li l-President Putin, matul is-sajf, ordna biex isir attakk b'nerve agent fuq Navalny — u li kien kważi wassal għal mewtu. Dan il-kritiku ta' Putin ingħata l-priġunerija talli kiser il-kriterji tas- sentenza sospiża li kien ingħata (għal frodi) fl-2014 Ikkummenta //= $special ?>
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/06/3-feruti-wara-spluzjoni-fbordeaux-fi-franza/
netnews.com.mt
Is-servizzi tal-emerġenza Franċiżi qegħdin jirrispondu għal splużjoni li seħħet fi blokka bini f'Bordeaux. L-awtoritajiet Franċiżi stqarru li bħalissa tlieta min-nies jinsabu mweġġa kawża tal-isplużjoni, b'diversi uffiċjali jiddikjaraw li ż-żona fejn seħħet l-isplużjoni tinsab magħluqa għall-publiku. S'issa għadhom mhux konfermati b'mod preċiż id-dettalji marbuta ma' din l-isplużjoni iżda l-medja lokali f'Bordeaux qed tirrapporta li l-każ kien marbuta ma' leak ta' gass fil-binja. Ikkummenta Tags franza internazzjonali //= $special ?>
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/06/aktar-dimostrazzjonijiet-fmyanmar/
netnews.com.mt
1000 student mill-Università ta' Yangon ħarġu jipprotestaw kontra l-armata ta' Myanmar bl-għajta għal-liberta min taħt idejn l-armata nazzjonali u l-liberazzjoni tal-President Aung San Suu Kyi. Il-protesti komplew jikbru wara li l-armata ta' Myanmar iddikjarat li se taqta' l-internet tal-pajjiż. Sorsi lokali ddikjaraw li l-maġġoranza tal-protesti qed isiru filgħaxijja, meta diversi familji joħorġu fil-gallerijji tagħhom isabtu fuq il-borom… tradizzjoni lokali li hija simbolu tat-tkeċċija ta' spirti ħżina. Ikkummenta Tags internazzjonali myanmar //= $special ?>
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/05/tispikka-valletta-kontra-hibernians-fid-dsatax-il-gurnata-mill-kampjonat-bov-premier/
netnews.com.mt
Nhar il-Ħadd fl-iStadium Nazzjonali Valletta jiltaqgħu kontra Hibernians f'dik li hi l-aktar partita li tispikka mid-dsatax-il ġurnata tal-kampjonat. Valletta se jkunu qegħdin ifittxu li jpattu għad-disfatta li kellhom il-ġimgħa l-oħra meta tilfu kontra Gżira United. Min-naħa l-oħra għal Hibernians tliet punti huma imperattivi sabiex jżommu l-pass ma' Ħamrun fit-taqtigħa għar-rebħ tal-kampjonat. It-tim li qed jokkupa l-ewwel post tal-klassifika, Ħamrun Spartans se jilgħab kontra Gudja United fejn se jħarsu li jkomplu fuq il-mixja impresssjonanti tagħhom ta' tlettax –il partita mingħajr telfa fil-Kampjonat Premier. Gudja se jippruvaw jiksbu aktar punti sabiex jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom f'nofs il-klassifika u jkomplu jibnu fuq ir-riżultat ta' draw li kisbu kontra Gżira United. Is-Sibt fil-Hibernians stadium jiltaqgħu Mosta kontra Gżira fejn Mosta se jkunu qegħdin ifittxu li jirritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet fl-aħħar ħarġiet tagħhom kontra Birkirkara u Balzan rispettivament. Min-naħa l-oħra Gżira għandhom bżonn it-tliet punti sabiex jżommu mat-timijiet ta' qabilhom Ħibernians u Ħamrun, fl-aspirazzjonijijet tagħhom għar-rebħ tal-kampjonat. Minkejja il-problemi finanzjarji u r-riżenji fl-amministrazzjoni fl-aħħar ġimgħa, Sliema Wanderers se jaffrontaw it-tim li jinsab fl-aħħar post tal-klassfika, Senglea Athletic. Sliema għandhom bżonn it-tliet punti sabiex iqawwu it-tamiet tagħhom li jiksbu post fl-Ewropa fejn minn naħa l-oħra, Senglea jinsabu destinati li jiġu relegati fejn kisbu biss żewġ punti fil-kampjonat Premier. Fl-ewwel partita tal-ġimgħa Żejtun se jilgħabu kontra Birkirkara, b'dawn tal-aħħar iridu jkomplu fuq ir-riżultati li kellhom fl-aħħar ġimgħat. Żejtun se jfittxu li jiksbu aktar punti u jkomplu jitbiegħdu miż-żona relgazzjoni. Floriana u Santa Lucia se tkun partita bejn żewġ timijiet opposti, fejn Floriana jinsabu fiż-żona relegazzjoni filwaqt li Santa Lucia jinsabu komdi f'nofs il-klassifika. Tarxien se jilgħabu kontra Sirens fejn Tarxien se jħarsu li jirkupraw mit-telfa li kellhom kontra Lija f'nofs il-ġimgħa. Sirens se jippruvaw jiksbu it-tliet punti sabiex jikkonsolidaw posthom f'nofs il-klassifika tal-kampjonat. Fl-aħħar partita Lija se jaffrontaw lil ġirien Balzan f'partita bejn żewġ timijiet li għandhom bżonn il-punti sabiex isalvaw posthom fil-Kampjonat BOV Premier.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/05/gzira-bi-protest-quddiem-l-mfa-kontra-gudja-united/
netnews.com.mt
Gżira daħħlu protest mal-MFA minħabba l-plejer Sergio Cruz Pereira, fejn qegħdin jgħidu li dan il-plejer kien reġistrat ma' numru ta' klabbs aktar milli suppost fi staġun wieħed. Dan il-plejer kien utilizzat bħala sostitut fil-partita ta' nhar l-erbgħa, b' Gudja United jġibu id-draw lejn l-aħħar tal-partita. Sadanittant Gudja United iridu jistennew li jinstema il-protest sabiex ikunu jafu jekk il-plejer hux ser ikun inkluż fl-iskwadra kontra Ħamrun, fejn min-naħa l-oħra, Gżira ser jkunu qegħdin ifittxu li jpattu għal dan id-draw bi tliet punti importanti kontra Mosta.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/08/sakemm-talbitha-zewg-ewro-ghall-petrol-dahlet-tisraq-mid-dar/
netnews.com.mt
Omm li kienet fil-preżenza ta' binha li qed tiġi akkużata b'serq għad-dannu ta' tliet anzjani l-ewwel talbet żewġ ewro għall-petrol u sakemm waħda mill-anzjani daħlet biex iġibilha l-flus, il-mara daħlet ġewwa u serqet żewġ karti ta' €50 li kienu fuq il-mejda fil-kamra ta' barra. Sadanittant il-Qorti qalet li hemm biżżejjed provi biex il-mara titpoġġa taħt att ta' akuża. Dan ħareġ fil-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia ta' Shirley Al Omar ta' 45 sena mill-Mosta li qed tiġi akkużata li meta kienet fil-preżenza binha ta' 12-il sena serqet tliet anzjani f'San Pawl il-Baħar. Waħda mill-vittmi, Yvonne Tabone ta' 78 sena, li xehdet permezz tal-video link qalet li l-każ seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar x'ħin kienet qed tipprepara l-ikel għal ħuha Mario ta' 81 sena. Fir-residenza jgħixu hi, ħuha u oħtha Marianne. Qalet li ħuha kien fil-kamra ta' barra meta qalilha li hemm xi ħadd wara l-bieb. Qalet li hi ħarġet fil-bieb u rat lil mara li talbitha €2 għax qaltilha li spiċċalha l-petrol u riedet tieħu lit-tifel l-isptar għax kellu infezzjoni f'widnejh. L-anzjana qalet li sakemm daħlet ġewwa biex iġġibilha l-flus, minkejja li għalqet il-bieb, l-akkużata u binha daħlu ġewwa fil-kamra ta' barra fejn kien hemm ħuha. Qalet li meta ħarġet lura fil-kamra ta' barra u tagħtha żewġ ewro u 50 ċenteżmu, l-mara waqalha xi ħaġa minnhom u strieħet fuq il-mejda fejn kien hemm xi karti tal-flus u kaxxa bil-hearing aids. Qalet li f'ħin minnhom ħuha beda jgħajjat 'flus, flus, flus' u hi għall-ewwel ma fehmitx. Qalet li ħuha kienet għaddietu puplesija u affetwatlu l-mixi u kif jitkellem u ma setax jiddefendi lilu nnifsu. L-anzjana qalet li hi marret tiġri warajha u meta hi u binha waqfu fejn Supermarket, fittxitilhom fil-ġakketta tal-omm u fil-qalziet tat-tifel. Xehdet li l-akkużata bdiet tgħidilha li ma għandha xejn fuqha. L-anzjana kompliet li ma sabitx flus fuqhom u marret id-dar iċċempel lill-pulizija. Mistoqsija mill-Avukat difensur Mario Mifsud jekk min mar id-dar tagħha għollietx leħinha jew kienet vjolenti fil-konfront tagħha, l-anzjana wieġbet fin-negattiv u li kull ma għamlet ħarbet tiġri. Xehed ukoll l-Ispettur Lydon Zammit li qal li fl-24 ta' Jannar li għadda ntalbet l-għajnuna tal-Pulizija wara rapport li kienet qiegħda ssir serqa f'residenza fi Triq Sir Luigi Preziosi, San Pawl il-Baħar. Tenna li fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distret tal-Qawra, u mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li Shirley Al Omar, li magħha kien hemm tifel minorenni, ħabtet il-bieb tad-dar u bdiet tittallab għal flus. Kif waħda mill-anzjani fetħitilha, Al Omar baqgħet dieħla ġewwa u ħatfet żewġ karti ta' €50 li kien hemm il-mejda, u flimkien ma' binha ħarbu jiġru. L-Ispettur xehed li ftit wara l-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit waqqfu lil mara u lil binha, li fiż-żarbun tiegħu nstabu €93.50. Qal li meta kienet mistoqsija minn fejn ġew il-flus, l-akkużata qalet lill-Pulizija li t-tifel kien biegħ xi scooter. Qal li sabu €93 u mhux €100 għax irriżulta li l-omm u binha, kienu waqqfu jixtru xi ħaġa mingħand il-Maypole. Kompla li l-filmati li ġabru mill-akkwati, inkluż mill-Maypole, juru eżatt x'ġara kif irrakkontatilhom waħda mit-tliet anzjani li sfat misruqa mill-akkużata. Qal ukoll li l-mara nstabet ħatja fuq każi simili fil-passat. Dwar it-tifel, peress li minuri, il-Pulizija, qalet li talbet l-assistenza tal-Aġenzija Appoġġ u eventwalment, it-tifel qed jgħix man-nanniet. Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużata, bl-avukat difensur jgħid li l-akkużata għandha problema akuta ta' droga u għalhekk talab lill-Qorti biex tmur tagħmel programm. Il-Maġistrat Ian Farrugia ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest u l-akkużata baqgħet miżmuma arrestata. Il-kumpilazzjoni tkompli fis-16 ta' Marzu li ġej.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/08/l-olanda-sospizi-l-adozzjonijiet-minn-barra-minhabba-l-abbuzi/
netnews.com.mt
L-awtoritajiet fl-Olanda qed jissospendu l-adozzjonijiet minn barra l-pajjiż b'seħħ immedjat wara inkjesta uffiċjali li żvelat numru sinifikanti ta' abbużi.L-investigazzjoni konċentrat fuq l-adozzjoni tat-tfal minn Bangladesh, il-Brażil, il-Kolombja, l-Indoneżja u s-Sri Lanka, bejn l-1967 u l-1998. Min-naħa tiegħu, Sander Dekker, bħala l-Ministru inkarigat mill-Protezzjoni Lokali, qal li l-Gvernijiet tal-Olanda, tul is-snin, kienu naqsu milli jintervjenu f'din is-sitwazzjoni ta' abbuż.Dan meta l-abbużi kienu jinvolvu każi fejn l-ommijiet tat-tfal kienu 'imġiegħelha' jċedu lit-tfal tagħhom lil ħaddieħor – u meta f'ħafna drabi l-ommijiet tħallsu l-flus biex 'iċedu d-dritt għal uliedhom'. Il-kumitat investigattiv sab li uffiċjali tal-Gvern Olandiż kienu konxji mill-abbuż u li wħud minn dawn l-uffiċjali anki kienu involuti 'f'numru ta' każi'. Intant ma nstabux provi li l-uffiċjali xxaħħmu biex jiffaċilitaw l-abbużi inkwistjoni — iżda Dekker qal li huma 'fallew xorta fid-doveri tagħhom għaliex, fil-parti kbira. injoraw dak li kien qed iseħħ quddiem għajnejhom'. Il-Ministru sostna li l-Gvernijiet Olandiżi ma għamlux dak mistenni minnhom u meta messhom ħadu rwol aktar attiv biex jevitaw l-abbuż relatat mal-adozzjonijiet. Intant, Dekker, issa, qed joffri 'l-apoloġiji għan-nom tal-Kabinett lil kulmin spiċċa mweġġa' minn dan l-abbuż. Diversi Olandiżi, laqgħu tajjeb din id-deċiżjoni tal-Gvern Olandiż minħabba li, skont huma, is-sistema attwali 'kienet qed tinkoraġġixxi lit-traffikar tat-tfal'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/08/il-kabinett-approva-d-deal-tal-isptarijiet-14-il-darba-konrad-mizzi/
netnews.com.mt
"Il-Kabinett ta mill-inqas erbatax-il approvazzjoni għal fażijiet u aspetti tal-proċess kollu b'rabta mal-isptarijiet, wara li kienu tressqu l-aġġornamenti relattivi, u wara diskussjoni sħiħa. Dan apparti diversi briefings li kienu jsiru regolament." Dan intqal mid-deputat Konrad Mizzi, f'kummenti li poġġa' fuq il-media soċjali waqt li dalgħodu kien preżenti fl-awla għall-kawża li infetħet mill-eks Kap tal-PN dwar id- deal tal-isptarijiet. "Filwaqt li dawn il-materji tal-Kabinett huma privileġġjati, nista' nikkonferma li kien hemm parteċipazzjoni u approvazzjoni minn sħabi l-Ministri preżenti", stqarr Konrad Mizzi. Ħafna qed jinterpretaw dan il-kliem bħala turija li Mizzi qed jibqa' jżeffen lil sħabu f'dan id-deal skandaluż.
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/07/il-partita-bejn-liverpool-u-leipzig-se-tintlaghab-f-budapest/
netnews.com.mt
Il-partita mir-round tal-aħħar sittax taċ-Champions League, bejn Liverpool u Leipzig se tintlagħab fil-Puskas Arena f' Budapest, l-Ungerija. Dan minħabba li Liverpool ma tħallewx jidħlu fil-Ġermanja minħabba li ntlaqtu b'numru kbir ta' każijiet tal-varjanti tal-Covid 19. B'hekk din il-partita se tintlagħab fis-16 ta' Frar fil-Puskas Arena bil-partita ta' ritorn se tintlagħab kif skedata fl-10 ta' Marzu f'Anfield. Il-UEFA rringrazzjat liż-żewġ timijiet tal-koperazzjoni kif ukoll lil Federazzjoni Ungeriża tal-Futbol talli sabu soluzzjoni u qablu li din il-partita issir fl-Ungerija.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/07/ghada-jinghata-bidu-ghall-open-tal-awstralja-fmelbourne/
netnews.com.mt
Għada se jingħata bidu għall-ewwel Grand Slam tas-sena fid-dinja tat-tennis bl-Open tal-Awstralja f'Melbourne. Il-109 edizzjoni ta'dan il-Grand Slam kellu jsir bejn it-18 u 31 ta' Jannar ta' din is-sena iżda ġie pospost minħabba l-pandmeija tal-Covid 19. Dan it-turnament se jkun jikkonsisti minn plejers professjonali fil-kategoriji singles, doubles kif ukoll mixed doubles. In-numru wieħed tad-dinja u iċ-champion renjanti Novak Djokovic se jkun qed jiddefendi it-titlu li rebaħ is-sena l-oħra kontra l-Franċiż Jeremy Chardy, biċ-champion ta' dan il-Grand Slam tan-nisa, Sofia Kenin, tkun fl-azzjoni it-Tlieta kontra Maddison Inglis. Fost it-tennisti li se jkunu fl-azzjoni għada hemm in-numru tlieta Dominic Thiem kontra Mikhail Kukushkin, l-Awstraljan Nick Kyrgios kontra Federico Silva kif ukoll l-Isvizzeru Stan Wawrinka kontra Pedro Souza. Min-naħa l-oħra fil-kategorija tan-nisa se jkun hemm fl-azzjoni il-leġġenda Serena Williams kontra Laura Siegemund, in-numru tnejn Simona Halep kontra Lizette Cabrera kif ukoll in-numru tlieta l-Amerikana Naomi Osaka kontra Anastasia Pavlyuchenkova. Il-plejers kollha li se jipparteċipaw f'dan it-turnament kienu mitluba jagħmlu erbatax-il ġurnata f'perjodu ta' kwarantina obligatorja bil-plejers tħallew jibdew jitrenjaw fil-31 ta' Jannar.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/11/covid-19-il-varjant-tal-kent-virus-mistenni-jkun-l-element-dominanti-madwar-id-dinja/
netnews.com.mt
Il-varjant tal-coronavirus li nstab għall-ewwel darba f'Kent, fl-Ingilterra, kapaċi jsir l-element ewlieni jew dominanti tal-Covid-19 madwar id-dinja. Dan qalitu l-Professur Sharon Peacock, li tmexxi l-programm tar-Renju Unit għal sorveljanza ġenetika u li sostniet li l-varjant inkwistjoni infirex diġà madwar pajjiżha. Fl-istess ħin, il-Professur Peacock semmiet 'il-probabbiltà kbira' li l-varjant ta' Kent ikun l-aktar wieħed komuni għad-dinja fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Hi spjegat ukoll li l-ħidma tagħha li tinvolvi sequencing (sorveljanza) tal-virus x'aktarx li jrid ikompli għaddej għal talanqas 10 snin. Il- Kent variant tal-virus diġà nstab f'50 pajjiż u kien indikat għall-ewwel darba lejn ix-xlokk tal-Ingilterra, f'Settembru tal-2020. Il-firxa rapida tal-varjant, fix-xhur sussegwenti, kienet ir-raġuni għall-introduzzjoni, f'Jannar, tar-regoli tal-lockdown ġodda madwar ir-Renju Unit. Il-Professur Peacock, li hi wkoll direttur tal-Covid-19 Genomics consortium, qalet li l-aktar ħaġa li qed taffettwa lil kulħadd tinvolvi l-'mod ta' malajr kif il-virus qed ikun trasmess minn bniedem għall-ieħor.' Hi spjegat li ladarba x-xjenza medika jirnexxilha tikkontrolla aħjar is-sitwazzjoni u ladarba l-bidliet ( mutations ) fil-virus ma jibqgħux jikkaġunaw il-mard, in-nies, imbagħad, jistgħu ma jinkwetawx aktar dwar il-varjant. Madankollu hi temmen li s- sequencing tal-virus x'aktarx li jrid ikompli għal għaxar snin, filwaqt li saħqet li l-vaċċini approvati għall-użu fir-Renju Unit jidhru li qed jaħdmu tajjeb kontra l-varjanti tal-Covid-19 fil-pajjiż. Fi żviluppi oħra… Il-lockdown fil- Ġermanja mistenni jkompli sas-7 ta' Marzu iżda l-ħwienet tax-xagħar se jitħallew jiftħu mill-bidu tax-xahar id-dieħel. Filwaqt li mhemmx ftehim fuq livell nazzjonali għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel, is-16-il Stati tal-Ġermanja għandhom ifasslu l-pjani tagħhom għas-settur edukattiv. L-Istat ta' Sassonja qed jippjana biex jiftaħ l-iskejjel primarji u daycare centres mit-Tnejn waqt li diversi Stati oħrajn iridu jifgħu mill-ġdid l-iskejjel mit-22 ta' Frar. Intant, fi Franza , mhux se jkompli għaddej ix-xogħol fuq proġett kbir li kien jinvolvi l-bini ta' raba' terminal fl-ajruport ta' Charles de Gaulle f'Pariġi. Waħda mir-raġunijiet li ssemmew jinvolvu aspetti ambjentali, iżda raġuni prinċipali oħra hi li l-pandemija naqqset drammatikament it-traffiku tal-ajru. Għall-ewwel darba din ix-xitwa, is-ski resorts fil-provinċja tal-Lombardija, fl- Italja , għandhom jerġgħu jiftħu mill-bidu tal-ġimgħa d-dieħla – iżda l-faċilitajiet se servizz biss fuq livell ta' 30 fil-mija. Il-Lombardija xhur ilu kienet l-epiċentru tal-bidu tal-pandemija fl-Ewropa u r-rata tal-infezzjonjiet fl-Italja għadha waħda għolja – bi 12,956 każi ġodda tal-Covid-19 jkunu rappurtati nhar l-Erbgħa. Intant, il-Parlament fil- Portugall kien mistenni japprova digriet tal-President Marcelo Rebelo de Sousa biex, min-nhar it-Tnejn, iġedded l-istat tal-emerġenza tal-pajjiż bi ħmistax-il-jum ieħor. Il-President, min-naħa tiegħu, irrefera għall-pressjoni kontinwa fuq l-isptarijiet minkejja l-lockdown fil-pajjiż li ilu effettiv min-nofs Jannar.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/11/l-iran-jipproduci-materjal-babbuz-tal-kriterji-ghall-ftehim-nukleari/
netnews.com.mt
Ir-reġim fundamentalista f'Tehran beda jipproduċi l- uranium metal li hu materjal ewlieni li kapaċi jintuża fil-produzzjoni ta' bomba nukleari. L-aħbar qed jallarma lill-potenzi tad-dinja li, qabel, kienu wissew lill-Iran dwar din il-ħidma li tikkostitwixxi abbuż ieħor għall-Ftehim Nukleari storiku tal-2015 li l-istess potenzi kienu laħqu ma' Tehran. Sar magħruf, issa, li l-ispetturi tal-International Atomic Energy Agency (IAEA), il-ġimgħa l-oħra, kienu verifikaw l-eżistenza ta' 3.6 kilogramma tal-imsemmi materjal fil-faċilità atomika ta' Isfahan. Sadanittant, l-Iran qal li qed imexxi riċerka u żvilupp bil-ħsieb li jipproduċi l-fuel għal reattur li l-pajjiż qed juża 'għal riċerka'. L-Iran jinsisti li l-programm nukleari tiegħu hu wieħed paċifiku għal kollox, iżda fl-aħħar xhur, ir-reġim Iżlamiku rtira minn diversi impenji li kien daħal għalihom taħt il-ftehim nukleari. Fl-istess ħin, l-Iran qal li qed jirritalja għas-sanzjonijiet ekonomiċi tal-Istati Uniti li fl-2018 kienu imposti mill-ġdid fuq il-pajjiż fundamentalista fuq l-inizjattiva tal-eks President Amerikan, Donald Trump. Min-naħa tiegħu, il-President ġdid tal-Istati Uniti, Joe Biden, qal li l-Iran irid jikkoopera u jirrispetta bis-sħiħ il-kundizzjonijiet tal-ftehim storiku qabel jikkunsidra li jneħħi dawn is-sanzjonijiet.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/10/atalanta-fil-finali-kontra-juventus/
netnews.com.mt
Atalanta għeblu lil Napoli 3-1, riżultat li permezz tiegħu mid-draw ta' 0 – 0 ta' ġimgħa ilu f'Napli, kien biżżejjed biex jiksbu post fil-finali tal-Coppa Italia kontra Juventus li ġurnata qabel eliminaw lil Inter. Sodisfazzjoni għal Gian Piero Gasperini li wara biss 10 minuti, Atalanta marru fil-vantagg. Azzjoni ta' Marten de Roon b' DUVAN ZAPATA jgħeleb lil David Ospina. B'Napoli jonqsu milli jwettqu reazzjoni immedjata, Atalanta approfittaw tant li fis-16 il-minuta rduppjaw. Pass ta' Zapata b' MATTEO PESSINA ma jfallix milli jgħeleb lil Ospina għat 2 – 0 . Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima. Napoli fetħu t-tieni taqsima fuq l-attakk tant li fit-53 minuta HIRVING LOZANO għeleb lil Pier Luigi Gollini biex għamel l-iskor 2 – 1. Madankollu f'reazzjoni immedjata fis-77 minuta Atalanta skurjaw t-tielet gowl mill-ġdid permezz ta' MATTEO PESSINA minn azzjoni ta' Zapata. Gowl li għalaq il-partita b'Atalanta fil-finali tal-Coppa Italia.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/10/l-irgiel-akkuzati-li-haftu-zewg-sirjani-u-heddewhom-ftahru-bl-impunita/
netnews.com.mt
Ħames irġiel, allegatament involuti fil-ħtif ta' żewġ ċittadini Sirjani, li tterrorizzahom u heddewhom bi vjolenza fiżika, kienu ftaħru bl-impunità permezz ta' 'kuntatti 'li ddikjaraw li għandhom f'Malta. Iċ-ċittadini Sirjani Alhasan Abdulrahman ta' 36 sena, Ghyas Dahrouj ta' 47, Dahrouj Safi ta' 30 u Hassan Ahmed ta' 27 sena, flimkien ma' Fadel Abdulsalam Ahmed Mohamed, imwieled fi Tripli, ġew arrestati wara investigazzjonijiet mit-Taqsima ta' kontra t-Terroriżmu u kienu taħt kustodja preventiva wara li wieġbu mhux ħatja meta tressqu x-xahar li għadda. L-irġiel reġgħu spiċċaw lura l-Qorti, hekk kif l-allegat vittma tal-ewwel ħtif irrakkonta minn dak lio għadda minnu f'Settembru li għadda, bilkemm xahrejn minn meta kien stabbilixxa ruħu f'Malta. Wieħed mill-akkużati kien avviċinah l-ewwel darba f'Marsascala, u staqsieh, "minn fejn int?" Meta ż-żagħżugħ wieġeb li ġej mill-belt Sirjana ta' Idlib, l-akkużat, identifikat bħala Ahmed fil-Qorti, allegatament kien imbuttah mal-art, u hedded li jinjettalu "20 gramma kokaina"sakemm ma jitlaqx minn Malta. Ftit tal-ġranet wara, Ahmed u Abdulrahman allegatament marru fid-dar tal-vittma tagħhom f'Ħaż-Żabbar, u talbuh imur magħhom għal kafè. Meta r-raġel eżita, ordnawh jidħol fil-Range Rover tagħhom, u wegħduh li ma kienu se jagħmlulu l-ebda ħsara. Iżda minflok ma żammew mal-offerta oriġinali tagħhom, l-irġiel saqu lill-vittma tagħhom lejn Marsascala fejn wissew li kien aħjar li jibbukkja titjira minn Malta minnufih. "Biżajt minnhom," qal ix-xhud, u żied li kien jaf lil xi ħadd ieħor li telaq minn Malta wara li ġie mhedded mill-akkużat. Huwa fil-fatt kien ibbukkja titjira iżda minflok telaq minn Malta, kien mar joqgħod Buġibba. Madankollu, ġimagħtejn wara, ġie msawwat minn żewġt irġiel Libjani li allegatament kienu qed jaġixxu fuq struzzjonijiet mill-akkużat. "Ma jridu lil ħadd minn belt twelidna. Għandha x'taqsam mal-gwerra fis-Sirja, "sostna x-xhud. L-allegat vittma l-ieħor, ċittadin Sirjan ta '20 sena, xehed ukoll aktar kmieni fil-proċeduri dwar kif kien meħud bil-forza mill-post tax-xogħol tiegħu f'Birkirkara f'Jannar wara nofsinhar minn erbgħa mill-akkużati. Il-vittma identifika lil Abdulrahman bħala r-raġel li allegatament kien ġibdu l- barra mill-post tax-xogħol lejn vettura fil-qrib fejn suppost kien qed jistenna z-ziju tal-akkużat. iżda l-karozza kienet vojta. Iż-żagħżugħ ġie mġiegħel jidħol ġewwa, bilqiegħda fuq wara bejn tnejn mill-akkużati, waqt li Abdulrahman saq lejn Marsascala, u ppressa lill-vittma għal tweġibiet dwar il-qtil ta' ċerti qraba li allegatament seħħew fil-belt twelida Sirjana tiegħu lura fl-2012. Madankollu, iż-żagħżugħ ma kellu l-ebda tifkira ta' dawk l-avvenimenti, u spjegalhom lil dawk li ħatfuh li dak iż-żmien kien għadu żgħir wisq. Ma kien hemm l-ebda mod kif toħroġ mill-karozza, spjega x-xhud hekk kif kompla jiddeskrivi kif kompla l-prova tiegħu fis-sigħat ta' wara. Ladarba waslu Marsascala, l-irġiel kienu ħaduh f'post iżolat, viċin xi irdum. Filwaqt li ħass il-periklu, ir-raġel irrifjuta li joħroġ mill-karozza iżda ġie mġiegħel jagħmel dan, billi ġie maqbud minn idejn, miġbud mix-xagħar u mbuttat. L-attentat tiegħu biex iġġib għall-attenzjoni 'jogger' fil-viċin kien kollu għalxejn, u kompla nstiga biss reazzjoni vjolenti mill-allegati persuni li ħatfuh li heddew li jitfgħuh mill-irdumijiet. "Jekk tgħajjat għall-​'Pulizija' jew tagħmel rapport, aħna għandna ċ- ċittadinanza u nistgħu nagħmlu dak li rridu," huma wissewh, u bdew jheddu aktar lill-vittma tagħhom billi jiffilmjawh qed jiġi stuprut "mill-Libjan" u jippubblikaw il-filmati "mad-dinja kollha" sakemm ma jitlaqx Malta. Kien biss sigħat wara, waqt dawra lejn id-dar ta' Ghyas f'Ħal Safi, li l-vittma rnexxielu jaħrab, immarka karozza li kienet għaddejja u ħa rikba lejn 'bus stop' barra l-ajruport. Wara li semgħet iż-żewġ xhieda l-qorti, ippreseduta mill-maġistrat Joseph Mifsud, iddikjarat li kien hemm biżżejjed evidenza biex l-akkużatI jitpoġġew taħt abbozz ta' akkuża. Il-Qorti ċaħdet ukoll talba oħra għall-ħelsien mill-arrest, billi semmiet bħala raġunijiet is-sigurtà tax-xhieda, il-biża' li jaħarbu kif ukoll is-sigurtà tar-Repubblika ta' Malta. "Kunflitti f'pajjiżi oħra m'għandhomx jinġiebu f'Malta minn persuni mogħtija residenza għal raġunijiet umanitarji. Dawk kollha li jgħixu hawn għandhom jimxu mal-prinċipji tal-istat tad-dritt, "iddikjara l-Maġistrat Mifsud. L-Ispetturi Omar Zammit u Geoffrey Cutajar imħarrka. L-avukati Kris Busietta, Lennox Vella u Amanda Spiteri Grech kienu avukati difensuri Ikkummenta //= $special ?>
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/10/biegh-id-droga-lil-persuna-li-spicca-ghamel-suwicidju/
netnews.com.mt
Mohamed Toungaza ta' 40 sena mill-Gambja li joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex kien ikkundannat sentejn ħabs wara li ammetta li ttraffika d-droga kannabis lil persuni vulnerabbli, u li wieħed minnhom spiċċa biex wettaq suwiċidju. Huwa ammetta wkoll li kien fil-pussess tad-droga kannabis f'każ li jmur lura għall-1 ta' Ottubru 2020. Huwa kien ittraffika d-droga, f'ammonti żgħar, iżda lill-persuni vulnerabbli fejn mhux biss wieħed minnhom spiċċa biex għamel suwiċidju, iżda kien hemm persuna oħra li ħadilha d-droga waqt li kienet għall-kenn f'Dar Emmaus. Il-Maġistrat Joe Mifsud ikkunsidra diversi fatturi qabel ma ta s-sentenza fosthom il-kondotta netta tiegħu, kif ukoll li l-ammissjoni tiegħu ma kinitx waħda bikrija. Fuq l-ammissjoni tiegħu ġie kkundannat sentejn ħabs u multa ta' €500. Il-Qorti ordnat ukoll li kif il-ħati jiskonta s-sentenza, jintbagħat lura lejn il-Gambja. Il-Qorti ordnat ukoll lill-imputat iħallas lir-Reġistratur tal-Qorti s-somma ta' €1327.10 bħala spejjeż Peritali kif ukoll id-distruzzjoni tad-droga u l-affarijiet relatati. Finalment il-Qorti ordnat lill-Uffiċċjal Prinċipali tal-Immigrazzjonibiex b'kollaborazzjoni mad-Direttur tal-Facilità Korrettiva ta' Kordin jattwa dak li jipprovdi l-Att tal-Immigrazzjoni biex x'ħin il-ħati jiskonta s-sentenza jintbagħat lura l-Gambia. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/10/aktar-tibdil-fost-il-partiti-mill-kompetizzjonijiet-ewropej/
netnews.com.mt
Wara li l-ġimgħa l-oħra il-UEFA ħabbret li l-partita bejn Leipzig u Liverpool se ssir f'Budapest, din il-ġimgħa ħabbret aktar tibdil fil-partiti minħabba ir-restrizzjonijiet tal-pandemija f'diversi pajjiżi. Mill-UEFA Champions League il-partita bejn Chelsea u Atletico Madrid li kienet skedata li tintlagħab f'Madrid fi Spanja, issa se tintlagħab fl-Arena Nationala f'Bucharest, ir-Rumanija. Il-partita mill-UEFA Europa League bejn Benfica u Arsenal ġiet skedata sabiex tintlagħab fl-iStadio Olimpico f'Ruma minflokk fil-Portugal. Tim ieħor Ingliż milqut minn dan it-tibdil huwa Manchester United fejn l-Allianz Stadium f'Turin se jospita il-logħba li jmisshom kontra Real Sociedad. Dawn it-tibdiliet saru minħabba li lbieraħ Spanja issospendiet it-titjiriet minn l-Ingilterra, il-Brażil u l-Afrika t'isfel sabiex tikkontrolla l-imxija tal-varjanti l-ġodda li qed jinferxu f'dawn il-pajjiżi. Dan filwaqt li l-Ingilterra qiegħda tħalli biss persuni li għandhom bżonn jivvjaġġaw għal bżonn sabiex jidħlu u joħorġu mill-Portugal għall-Ingilterra.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/12/gzira-jirbhu-l-protest-kontra-gudja/
netnews.com.mt
Gżira United rebħu l-protest li resqu kontra l-plejer ta' Gudja United Sergio Crus Periera. Gżira pprotestaw wara li l-plejer kien daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima fil-partita li ntlagħbet fit-3 ta' Frar li ntemmet fi draw ta' 1-1 bi Gżira jsostnu li Periera lagħab ma' aktar klabbs milli suppost fi staġun wieħed. Il-protest li nstema quddiem il-Bord tal-Protesti tal-MFA ddeċieda li Gżira jingħataw rebħa ta' 3-0 f'dan il-konfront.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/12/kull-min-imiss-mal-qorti-ghandu-jitlaqqam-ghax-l-infezzjonijiet-qed-jizdiedu/
netnews.com.mt
Kull min b'xi mod imiss mal-Qrati tal-Ġustizzja qed jistenna li malajr kemm jista' jkun jingħata t-tilqima tal-COVID-19 u dan minħabba l-vulnerabbilità tas-sitwazzjoni. Hekk huma tal-fehma ħafna minn dawk li jqattgħu ħin twil fl-awli, fil-kuriduri tal-Qorti, fir-Reġistru, fl-uffiċini u fil-bqija ta' din il-binja. Dawn jinkludu wkoll Imħallfin, Maġistrati, Avukati, l-ħaddiema kollha tal-Aġenzija tal-Qorti, kemm dawk direttament u anke dawk li jaħdmu indirettament, bħal esperti u tradutturi li ta spiss ikollhom jagħtu x-xhieda tagħhom fil-Qorti. Kien hemm numru minn dawn li spiċċaw infettati. Kienu bosta ħaddiema li infettataw ruħhom u oħrajn għadhom infettati bil-COVID-19 u ħafna oħrajn anke spiċċaw fi kwarantina. Dawn jinkludi l-membri tal-ġudikatura, deputati tagħhom u l-bqija tal-ħaddiema, li fost oħrajn jinkludu skrivani, marixalli u messaġġiera. Ħafna jemmnu li għandu jkun hemm ħinijiet differenti għal kif għandu jopera l-Qorti biex jiġi skansat il-mard, bħal ġurnata iva u ġurnata le. Minħabba din is-sitwazzjoni qegħdin ukoll jiġu kanċellati diversi seduti. Diversi ġurijiet ġew posposti għal darba darbtejn, u f'xi każijiet tliet darbiet u minkejja li issa wħud minnhom ġew appuntati għal Ġunju li ġej, jekk is-sitwazzjoni ma titjibx, il-probabbilità hija li dawn jerġgħu jiġu differiti. Minkejja li n-numru ta' nies li qed jattendu l-Qorti jidher li majna xi ftit, meta jkun hemm is-seduti tad-distrett, in-numru ta' nies preżenti l-Qorti mhuwiex wieħed żgħir. Il-ġudikanti kollha fejn huwa possibbli qegħdin jieħdu l-miżuri kollha neċċessarji biex is-sitwazzjoni tibqa' taħt kontroll, iżda minħabba d-daqs tal-awli u anke l-ammont kbir ta' xogħol li għandhom, mhux qed jagħmillhom il-ħajja faċli. Huwa tajjeb li mill-4 ta' Frar li għadda bdew jitlaqqmu l-frontliners li mhumiex kliniċi li jinkludu l-ħaddiema tal-Forzi Armati, il-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u dan minħabba l-kuntatt li jkollhom mal-pubbliku. Il-kuntatt fil-Qorti mhuwiex bil-wisq anqas u dawn għandhom jingħataw priorità. Ħafna minn dawk li jattendu l-Qorti mhumiex kuntenti bis-sitwazzjoni preżenti u jinsabu nkwetati. Din il-ġimgħa bħal kull ġimgħa fil-Qorti kien hemm min spiċċa infettat jew fi kwarantina. It-tilqima malajr kemm jista' jkun tista' tibda' sserraħ xi ftit ras il-ħaddiema.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/13/prim-ministru-gdid-fl-italja/
netnews.com.mt
Mario Draghi hu uffiċjalment il-Prim Ministru l-ġdid tal-Italja, hekk kif l-eks President tal-Bank Ċentrali Ewropew ħa l-ġurament tal-ħatra wara li l-eks Prim Ministru Giuseppe Conte ta r-riżenja tiegħu. Żviluppi li seħħew wara li Matteo Renzi, mexxej tal-partit Italia Viva, ħareġ mill-koalizzjoni tal-Gvern f'nofs il-kriżi tal-pandemija li ħalliet aktar minn 93,000 vittma fil-pajjiż ġar tagħna. Min-naħa l-oħra, Draghi għandu s-sostenn tal-maġġoranza tal-partiti politiċi ewlenin fl-Italja, inkluż il-Movimento Cinque Stelle. Il-Gvern ta' Draghi, li ħa l-ġurament tal-ħatra s-Sibt waranofsinhar mingħand il-President tar-Repubblika Sergio Mattarella, hu magħmul minn 23 Ministru, fosthom 8 nisa u 8 teknokratiċi – b'dawn tal-aħħar ikunu responsabbli mill-aktar Ministeri ewlenin, fosthom tal-Ġustizzja, tal-Intern, tal-Ekonomija, tal-Ambjent, tal-Infrastruttura u tat-Trasport. Barra minhekk, mit-23 Ministru, huma biss 7 dawk li kienu membri fil-Kabinett tal-Prim Ministru Conte u li issa kienu kkonfermati minn Mario Draghi, fosthom wieħed mill-aktar persuni ewlenin fil-Movimento Cinque Stelle – Luigi Di Maio – li se jibqa' fil-kariga ta' Ministru għall-Affarijiet Barranin. Dan filwaqt li Roberto Speranza mill-Partit Liberi e Uguali nżamm fil-kariga ta' Ministru għas-Saħħa. Fil-Gvern il-ġdid Taljan hemm 4 mill-Movimento Cinque Stelle, 3 mill-Partit Demokratiku, il-Lega, u Forza Italia … u wieħed mill-partiti Liberi e Uguali, u Italia Viva Ikkummenta Tags internazzjonali italja //= $special ?>
[ 10 ]