url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://netnews.com.mt/2020/12/17/koppja-suspettata-bhasil-ta-miljuni-ta-ewro-tinghata-l-liberta-provizorja/
Koppja suspettata b'ħasil ta' miljuni ta' ewro tingħata l-libertà proviżorja
netnews.com.mt
Koppja suspettata b'ħasil ta' miljuni ta' ewro ingħatat il-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €50,000 u garanzija personali ta' €150,000 kull wieħed. Gordon Debono u martu Yvette qattgħu l-aħħar tliet ġimgħat taħt kustodja preventiva wara li wieġbu mhux ħatja dwar l-arrest tagħhom fil-25 ta' Novembru Il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-koppja bdiet nhar l-Erbgħa wara nofsinhar għall-ewwel smigħ tal-kumpilazzjoni tal-provi iżda wara xhieda twila mill-Prosekuzzjoni tal-Ispettur Omar Caruana dwar in-natura tal-investigazzjonijiet dwar dejta finanzjarja voluminuża relatata mal-kontijiet bankarji tagħhom kif ukoll dokumenti oħra li jirreġistraw trasferimenti ta' propjetà , l-ebda' reat speċifiku speċifiku ma setax jiġi identifikat. Skont id-digriet tal-pleġġ, il-koppja huma marbuta b'curfew sat-8pm u jridu jiffirmaw fl-Għassa tal-Pulizija darbtejn kuljum. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li l-libertà proviżorja kienet qed tingħata minħabba li l-każ huwa bbażat kompletament fuq dokumenti u m'hemm l-ebda biża'reali li jiġu mbagħbsa l-provi. Informazzjoni kunfidenzjali kienet qajmet investigazzjonijiet kontra l-koppja lura fl-2013, taħt operazzjoni konġunta mal-Europol u l-Guardia di Finanza Taljana, imsejħa Operation Proteus. Dawk l-investigazzjonijiet kienu żvelaw li Gordon Debono kellu kont tas-Satabank li rċieva madwar €530,000 fuq sentejn, minn sorsi fosthom Petroplus u Petroplus Trading Ltd, tnejn mill-11-il kumpanija fejn il-koppja kellhom rwoli ta' Direttur. Dak il-kont ingħalaq f'Marzu 2018. L-investigazzjonijiet ittraċċaw ukoll bosta kontrolli magħmula lil Shaun Higgins, li kien jaħdem għal Debono, li ġie mixli separatament b'ħasil ta' flus. Il-valur totali taċ-ċekkijiet msarrfa minn Higgins kienu allegatament aktar minn €7.1 miljun. Waqt li aġixxew taħt mandat ta' tfittxija u arrest, il-Pulizija kienu qabdu apparat elettroniku mid-dar tal-koppja u xi 30 vettura li kienu ta' Debono u martu, li minkejja li sostnew li hija ma kellha l-ebda impjieg għal dawn l-aħħar tmien snin, kienet xtrat xi proprjetà ta' 1.7 miljun f'Ċipru. Taħt l-interrogazzjoni, żewġha kien allegatament qal lill-Pulizija li kien jaqla' xi €5,000 fix-xahar minn proprjetajiet mikrija, iżda ma kienx kapaċi jelenka dawk il-proprjetajiet. L-Ispetturi Joseph Xerri, Omar Caruana u James Turner mexxew il-Prosekuzzjoni, assistiti mill-Avukati tal-AĠ Elaine Mercieca u Cinzia Azzopardi Alamango. L-Avukat Roberto Montalto kien avukat difensur ta' Gordon Debono, filwaqt li l-avukat Joe Giglio assista lil Yvette Debono.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/21/covid-19-il-vittmi-jitilghu-ghal-194/
COVID-19: Il-vittmi jitilgħu għal 194
netnews.com.mt
88 każ ġdid - ifiqu 137 Il-firxa tal-pandemija fi xtutna qed tkompli tħalli aktar vittmi. Dan hekk kif tul ix-xahar ta' Diċembru s'issa tilfu ħajjithom 57 persuna kawża tal-Covid-19, 8 aktar meta ċ-ċifri ġew mqabbla max-xahar preċedenti, xahar rekord fejn jidħlu mwiet marbuta mal-pandemija f'pajjiżna, li ħalla warajh 75 vittma. Dan kollu wara li l-Ministeru għas-Saħħa fuq il-paġna ta' Facebook ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom 4 persuni oħra. Dan filwaqt li tħabbar ukoll li bejn il-Ħadd u t-Tnejn ġie rreġistrat 88 każ ġdid, sabiex b'hekk il-każi totali minn Marzu 'l hawn jammontaw għal 11,802. Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 137 u għaldaqstant, l-ammont totali ta' persuni mfejqa mill-Covid-19 f'pajjiżna jammontaw għal 10,115. Dan ifisser li meta jiġi kkalkolat kemm fiequ persuni flimkien mal-vittmi, il-każi attivi jammontaw għal 1,493. Intant, mit-93 każ ġdid imħabbar tul il-jum tal-Ħadd; 16-il każ kienu qraba ta' persuni li ttestjaw pożittiv preċedentament, 12-il każ minn fuq il-post tax-xogħol, 6 każi kuntatt dirett ma' każi pożittivi oħra, u 4 każi minn attivitajiet soċjali. Dan ifisser li 55 persuna ma jafux minn fejn jew mingħand min ġew infettati bil-virus tal-Covid-19.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/17/suspettat-dwar-qtil-mehlus-fuq-plegg-ta-e50000/
Suspettat dwar qtil meħlus fuq pleġġ ta' €50,000
netnews.com.mt
Wieħed miż-żewġ żgħażagħ akkużati li qatel raġel u pprova joqtol lill-kuġin tiegħu nħeles fuq pleġġ ta' €50,000. Owen Schembri, li qed jiċħad l-involviment tiegħu fl-isparatura fatali fl-Imqabba f'Lulju li għadda, ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €15,000 u garanzija personali ta' €35,000 mill-Imħallef Edwina Grima. Schembri ta' 18-il sena u suspettat ieħor, Leon Debono ta' 19-il sena jinsabu akkużati bil-qtil ta' Saviour Gaffarena u l-feriment gravi fuq il-kuġin tiegħu Vince Gaffarena. Saviour Gaffarena ta' 27 sena kien instab mejjet bi sparatura f'rasu fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, l-Imqabba. Vince Gaffarena ta'17-il sena ġie sparat f'sidru u f'wiċċu, iżda baqa' ħaj mill-attakk. Fid-digriet tagħha, l-Imħallef Grima, li tippresjedi l-Qorti Kriminali, tat il-libertà proviżorja lil Schembri wara li kkunsidrat l-istadju avvanzat tal-proċeduri kriminali. L-ispettur tal-Pulizija Kurt Zahra qal lill-Qorti li kien hemm ċivili li jistgħu jiġu msejħa bħala xhieda jew huma stess akkużati b'ċerti reati. L-Imħallef qieset ukoll il-fatt li Vince Gaffarena kien għażel li ma jixhedx biex ma jinkriminax lilu nnifsu. Missier Schembri qal lill-Qorti li kien lest li jidħol bħala garanti għal ibnu. Il-kundizzjonijiet tal-pleġġ jinkludu curfew u ordni ta' superviżjoni proviżorja. Debono ma talabx il-libertà proviżorja u jibqa' f'kustodja preventiva fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Għal Schembri dehru l-avukati Arthur Azzopardi, Alfred Abela u Rene Darmanin. L-avukati Giannella De Marco u Stephen Tonna Lowell qed jassistu lil Debono.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/21/minn-ghada-sospizi-t-titjiriet-minn-u-lejn-ir-renju-unit/
Minn għada sospiżi t-titjiriet minn u lejn ir-Renju Unit
netnews.com.mt
Minn għada, t-Tlieta 22 ta' Diċembru ser ikunu sospiżi t-titjiriet minn u lejn ir-Renju Unit għajr għal Maltin u l-Għawdxin kif ukoll persuni oħra residenti Malta li preżentament jinsabu fl-Ingilterra, Wales, Skozja u l-Irlanda ta' Fuq. Dan ħabbru l-Gvern Malti ftit wara li l-Partit Nazzjonalista ħeġġu sabiex ikun responsabbli u jieħu l-aktar deċiżjoni għaqlija bil-għan li ma tinxteħitx aktar pressjoni fuq is-saħħa pubblika. Dan kollu fid-dawl tal-varjant il-ġdid tal-Covid-19 li instab fir-Renju Unit hekk kif numru ta' pajjiżi Ewropej aktar kmieni matul il-jum diġà ssospendew it-titjiriet minn u lejn ir-Renju Unit. Ġie spjegat li dawk il-Maltin li għal xi raġuni jew oħra jinsabu f'dawn il-pajjiżi ser ikunu qed jingħataw l-opportunità li jirritornaw lura fil-Gżejjer Maltin, madanakollu ser ikun qed isirilhom swab test mandatorju mal-wasla tagħhom kif ukoll ser ikunu soġġetti għal kwarantina obbligatorja ta' 14-il jum.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/30/taqtiegha-bejn-hamrun-u-sliema-ghar-rebh-tal-kampjonat/
Taqtiegħa bejn Ħamrun u Sliema għar-rebħ tal-kampjonat ?
netnews.com.mt
Hekk kif il-Kampjonat BOV Premier jinsab wieqaf minħabba l-perjodu tal-festi, fil-preżent Sliema Wanderers u Ħamrun Spartans jinsabu fil-quċċata tal-klassifika bl-istess ammont ta' punti, 28 punt. Ħamrun u Sliema huma l-aktar żewġ timijiet li kienu konsistenti dan l-istaġun b'Ħamrun ikunu l-aktar tim li skorjaw s'issa b'35 gowl u għandhom ukoll l-aħjar difiża hekk kif qalaw l-inqas gowls. Fit-tielet post żewġ punti anqas minn Ħamrun u Sliema hemm Hibernians b'26 punt li kienu wkoll wieħed mit-timijiet konsistenti dan l-istaġun. Mosta jinsabu fir-raba' post bi 23 punt segwiti minn Gżira United bi 22 punt. Birkirkara li fl-aħħar partiti rnexxielhom jirkupraw wara l-bidu negattiv li kellhom f'dan l-istaġun. Santa Lucia jinsabu fis-seba' post b'21 punt daqs Birkirkara segwiti minn Gudja United u Valletta b'20 punt, b'dawn tal-aħħar fl-aħħar jiem jaħtru kowċ ġdid lill-Portugiż Antonio Jose Cardoso Mendes wara r-riżenja ta' Jesmond Zerafa. Iċ-champions Floriana li dan l-istaġun ma kienx bħal dak li għadda, wkoll kellhom bidla fit-tmexxija fejn wara r-riżenja tal-President, ftit tal-jiem ilu rriżenja wkoll il-kowċ Enzo Potenza biex minfloku ħa t-tmexxija ta' Floriana l-eks kowċ nazzjonali Malti John Buttigieg. Sirens jinsabu fil-ħdax -il post tal-klassifika b'16 -il punt fejn ukoll fl-aħħar ġimgħat kellhom bidla fit-tmexxija fejn il-klabb ħatar lil Giovanni Tedesco bħala l-kowċ tal-klabb minflok Steve D' Amato. Fit-tnax u fit-tlettax-il post hemm Balzan u t-tim neo-promoss Żejtun Corinthians bi 12-il punt. Fil-preżent Balzan jinsabu għaddejijin minn fażi negattiva hekk kif ilhom ma jirbħu tmien partiti. Żejtun minekjja li offrew sfida lil kull tim fl-ewwel staġun tagħhom fil-Kampjonat BOV Premier tilfu għadd ta' punti f'partiti li setgħu ħarġu b'punt. Tarxien Rainbows jinsabu fl-erbatax -il post bi tmien punti segwiti mit-tim neo-promoss Lija Athletic b'sitt punti. Fil-qiegħ tal-klassifika, Senglea Athletic b'żewġ punti biss. KAMPJONAT BOV PREMIER Partiti li jmiss: It-Tlieta: Hibernians Stadium: Sirens v Birkirkara 5.00pm, Valletta v Ħamrun Spartans 9.00pm Centenary Stadium: Balzan v Santa Lucia 5.00pm, Gudja United v Hibernians 9.00pm L-Erbgħa 6 ta' Jannar: Gżira United v Senglea Athletic 5.00pm, Sliema Wanderers v Mosta 9.00pm Il-Ħamis 7 ta' Jannar: Żejtun Corinthians v Tarxien Rainbows 5.00pm, Floriana v Lija Athletic 9,00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/01/il-paci-hija-s-sigriet-ta-kollox-il-papa-frangisku/
"Il-paċi hija s-sigriet ta' kollox" – il-Papa Franġisku
netnews.com.mt
Xena mhux tas-soltu hekk kif għall-ewwel darba wara numru kbir ta' snin, Pjazza San Pietru kienet vojta. F'temp Xitwi bix-xita ma taqta' xejn, din il-pjazza kienet dominata minn skiet totali. Hija t-tradizzjoni li nhar l-Ewwel tas-sena, il-Papa joħroġ mit-tieqa tal-appartament tiegħu sabiex isellem lill-folla preżenti fi Pjazza San Pietru, fil-Belt tal-Vatikan. Iżda minħabba l-pandemija tal-COVID, din is-sena din il-pjazza kellha tibqa' vojta. Fil-Jum iddedikat għall-paċi li fih tiġi ċċelebrata s-solennita ta' Marija Omm Alla, il-Papa Franġisku ma ħax sehem fil-quddiesa tal-Ewwel tas-Sena peress li bħalissa jinsab ma jiflaħx minħabba x-xatka. Iżda wara li spiċċat din il-quddies, il-Kap tal-Knisja Kattolika wassal il-messaġġ tal-Angelus mis-Sala tal-Bibjoteka fil-Palazz Appostoliku. Huwa qal li f'mument fejn id-dinja kollha tinsab għaddejja minn żminijiet diffiċli kawża tal-pandemija li ħakmet lil kulħadd, huwa ta' konsultazzjoni li wieħed jiftakar li l-Madonna żżomm ħarsitha fuq il-popoli kollha tad-dinja. Saħaq li dan huwa ż-żmien opportun biex inwittu l-mibegħda u d-diviżjonijiet, żmien li nieħdu ħsieb lil xulxin u lill-ħolqien. Il-Papa Frabġistku qal li li l-mumenti diffiċli li mmarkaw din il-pandemija, fetħulna għajnejna biex napprezzaw kull mument li ngħaddu minnu f'ħajjitna. Huwa saħaq fuq l-importanxa li nkunu f'paċi magħna nfusna… b'hekk biss nistgħu nkunu f'paċi mal-proxxmu u ngħelbu l-gwerer. Fl-aħħar tal-messaġġ tieħgħu l-Papa wassal l-awguri tiegħu għal sena ġdid mimlija saħħa, imħabba, serenita u paċi. Kien fl-1967 li l-Beatu Papa Pawlu VI ddikkjara l-ewwel jum tas-sena bħala l-Jum Dinji tal-Paċi, li serva bħala okkażjoni annwali għall-Papiet biex il-Knisja toħloq kuxjenza u tappella għall-paċi u l-ġustizzja. Dan wara li l-Kunsill ta' Efesu fis-sena 431 ipproklama d-Domma ta' Marija Omm Alla.
[ 10, 13 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/01/imut-wara-li-sparaw-fuqu-il-pulizija-fohio/
Imut wara li sparaw fuqu il-Pulizija f'Ohio
netnews.com.mt
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali qajjem agħa sħiħa hekk kif juri numru ta' uffiċjali tal-Pulizija jaraw raġel ta' kartaġġjon skur jieħu l-aħħar nifsijiet tiegħu wara li spara fuqu Pulizija f'Ohio fit-22 ta' Diċembru. Ir-raġel ta' 47 sena, Andre Hill, kien għadu ħaj wara li sparaw fuqu u kien mixħut minn tulu fl-art f'garaxx, bil-Pulizija ma tawhx l-ewwel għajnuna biex isalvawlu ħajtu. Il-vittma ma kienx armat u ħareġ biss mill-garaxx b'mobile f'idu. Madanakollu, minħabba li ħareġ b'id waħda wara dahru, hu mifhum li l-Pulizija ħasbu li kien armat. Hill tħalla mal-art wiċċu l-isfel b'idejh immanettjati sakemm waslet ambulanza fuq il-post. Hu miet ftit tal-ħin wara.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/30/franza-l-ebda-soluzzjoni-militari-ghall-krizi-tal-libja/
Franza: L-ebda soluzzjoni militari għall-kriżi tal-Libja
netnews.com.mt
It-Tmexxija ta' Franza qed issejjaħ biex l-entitajiet tal-ġellieda fil-Libja jissieħbu fl-isforzi lejn it-tisħiħ tal-proċess politiku – taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti – bil-għan li l-pajjiż Afrikan jersaq lejn l-istabbilità wara snin konsekuttivi ta' gwerra. L-appell ewlieni – li hu appoġġjat minn pajjiżi oħra — hu biex il-gruppi armati fil-Libja jżommu lura minn aktar azzjonijiet ostili. L-istqarrija ħarġet fost it-tħassib dwar l-aħħar kummenti u theddid min-naħa tal-Kap militari Libjan, Khalifa Haftar, kontra l-qawwiet tat-Turkija fl-artijiet tal-Libja. Haftar hu l-mexxej tal-Armata Libjana tal-Lvant li damet aktar minn sena tassedja l-belt kapitali ta' Tripli u l-Ministeru Franċiż għall-Affarijiet Barraniun, issa, saħaq li 'ma teżisti l-ebda soluzzjoni militari għall-kriżi tal-Libja'. Numru ta' pajjiżi, fosthom Franza, qed jesiġu biex in-naħat Libjani rispettivi – u l-entitajiet kollha konċernati – jagħtu priorità sħiħa lill-implimentazzjoni tal-ftehim għall-waqfien mill-ġlied (fil-Libja) li ntlaħaq, f'Ġinevra ( fl-Iżvizzera), fit-23 ta' Ottubru. Il-ftehim jesiġi għat-tluq tal-qawwiet barranin kollha – u b'mod partikulari l-ġellieda merċenarji – fil-Libja u biex ikun konkluż il-proċess politiku għal dan il-pajjiż taħt l-awspiċi tan-NU. Appell ewlieni ieħor – minbarra s-sejħa biex jieqfu l-azzjonijiet ostili – hu biex jinħatar Gvern ġdid għal-Libja u biex ikunu organizzati l-elezzjonijiet 'fiż-żmien xieraq' f'dak il-pajjiż – jiġifieri fl-24 ta' Diċembru tal-2021. Intant, ir-rimarki ta' Khalifa Haftar fil-konfront tal-qawwiet Torok fil-Libja komplew iqanqlu preokkupazzjoni u reazzjonijiet verbali. L-aktar kumment inkwetanti ta' Haftar kien jinvolvi t-talba lis-sostenituri armati tiegħu 'biex ikeċċu lill-militar Tork mit-territorji Libjani'. Il-Ministru tad-Difiża tat-Turkija, Hulusi Akar, dritt wara d-diskors ta' Haftar, kien għamel żjara sorpriża fil-Libja u wieġeb fil-pront għat-theddida tal-kap militari Libjan. Hulusi Akar għamilha ċara li kwalunkwe att ostili fil-konfront tas-suldati Torok fil-Libja għandu jfisser li l-aggressur inkwistjoni se jispiċċa mira leġittima għall-Gvern tat-Turkija u l-qawwiet tiegħu.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/30/mewta-ohra-bkagun-tal-covid-19-124-kaz-gdid/
Mewta oħra b'kaġun tal-Covid-19 – 124 każ ġdid
netnews.com.mt
Ifeġġ il-varjant f'pajjiżna - il-vittmi tal-Covid jitilgħu għal 216. L-Erbgħa ġie mħabbar li f'Malta nstabu 3 każijiet tal-varjant tal-Covid-19 li kien instab fir-Renju Unit. Il-każijiet li nstabu jinsabu f'iżolament u fi kwarantina. Jirriżulta li t-tielet każ rreġistrat tal-varjant il-ġdid tal-coronavirus kien ta' mara ta' 75 sena u l-awtoritajiet bħalissa għaddejjin bl-investigazzjonijiet biex jaraw minn fejn il-mara ħadet dan il-varjat tal-virus – iż-żewġ każijiet l-oħra huma barranin li kienu ġew mir-Renju Unit fid-19 ta' Diċembru. Vittma oħra tal-Covid-19 Intant ġie mħabbar ukoll li fil-gżejjer Maltin kellna fatalità oħra b'kaġun tal-Covid-19 biex issa n-numru ta' vittmi tal-imxija tela' għal 216. Il-vittma hija mara ta' 93, li nstabet pożittiva għall-Covid-19 fit-22 ta' Diċembru, u li mietet fl-isptar Good Samaritan. Fl-aħħar sigħat kellna 124 każ ġdid tal-Coronavirus, filwaqt li fiequ 138 persuna. It-total ta' każijiet li kellna s'issa huwa 12,665 filwaqt li minn Marzu 'l hawn fiequ 11,057. Il-każijiet attivi huma 1,392. Tul il-bulletin mediku il-Professur Charmaine Gauci qalet li bħalissa f'Għawdex hemm 87 każ attiv, u li bħalissa fl-isptar Mater Dei hemm 63 persuna, 12-il persuna fl-ITU, 8 fl-IDU u 43 fil-wards apposta tal-istess sptar. Hija fost l-oħrajn tat dettalji tal-aktar etajiet li nstabu pożittivi għall-Covid mill-aħħar bulletin mediku 'l hawn… l-etajiet huma bejn il-25 u l-34 sena. Intant il-Professur Charmaine Gauci ħabbret ukoll fl-aħħar jiem saru numru ta' attivitatjiet soċjali… u qalet li 8 każijiet ta' anzjani nstabu pożittivi għall-pandemija wara li attendew attività ta' tombla. Estensjoni tal-avviż legali Il-Professur Gauci ħabbret li l-Gvern se jippubblika l-estensjoni tal-avviż legali li jgħid li l-bars u l-każini se jkollhom jibqgħu magħluqa sal-1 ta' Jannar. Din id-data suppost għandha tkun estiża għall-1 ta' Frar. Intant hija mill-ġdid appellat biex f'dan iż-żmien ta' festi ma jsirux festini u gatherings, speċjalment f'lejlet l-ewwel tas-sena….
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/30/nadal-u-federer-eletti-fil-kunsill-tal-plejers-atp/
Nadal u Federer eletti fil-kunsill tal-plejers ATP
netnews.com.mt
Il-leġġendi tat-tennis Rafael Nadal u Roger Federer, rispettivament ikklassifikati fit-tieni u l-ħames post fid-dinja ġew eletti mill-ġdid fil-kunsill tal-plejers tal-ATP, li t-terminu tiegħu jibqa 'sejjer sa Ġunju 2022. Il-kunsill, kif ivvutat mill-membri tal-plejers tal-ATP, ra wkoll l-elezzjoni mill-ġdid tal-Kanadiż Felix Auger-Aliassime, l-Awstraljan John Millman, l-Afrikan t'Isfel Kevin Anderson, il-Brittaniku Andy Murray u l-Brażiljan Bruno Soares. Barra minn hekk, il-Franċiż Gilles Simon irritorna fil-kunsill wara li serva fil-Kunsill ta' qabel . Eletti wkoll Pablo Andujar ta' Spanja u Marcus Daniell ta' New Zealand se jkunu fl-ewwel mandat tagħhom. Il-Brittaniku Colin Dowdeswell u l-Venezwelan Daniel Vallverdu ġew eletti bħala rappreżentanti ta 'plejers irtirati u kowċis rispettivament Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/31/ungeriz-jaccetta-li-jigi-estradit-lura-lejn-pajjizu/
Ungeriż jaċċetta li jiġi estradit lura lejn pajjiżu
netnews.com.mt
Ungeriż, li ħarab minn terminu ta' priġunerija lura f'art twelidu, għandu jintbagħat lura biex jiffaċċja l-ġustizzja wara li ta l-kunsens tiegħu għal talba ta' estradizzjoni li saret mill-awtorijiet ta' pajjiżu. Karoly Laszlo Nagy, ta' 60 sena li għandu permess ta' residenza f'Malta u li kien jgħix il-Ħamrun, ressaq il-Qorti wara li ġie rintraċċat mill-Pulizija li kienet qed taġixxi fuq talba ta' mandat ta' arrest Ewropew maħruġ mill-Qorti Reġjonali ta' Budapest (ritratt) f'Settembru 2018. Ir-raġel mfittex kien ħarab minn pajjiżu fejn kien instab ħati ta' serq, u wettaq il-ħarba tiegħu hekk kif kien se jiskonta sentenza ta' erba 'snin ħabs. It-taba kienet ġiet immarkata fuq is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen f'Ottubru 2018, wara t-talba għall-estradizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ġudizzjarji Ungeriżi. It-talba intlaqgħet mill-Avukat Ġenerali nhar l-Erbgħa u r-raġel ġie arrestat u ttieħed il-Qorti l-Ħamis, u ta l-kunsens tiegħu għall-estradizzjoni. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, wara li kkonfermat l-identità tal-persuna mfittxija u fid-dawl tal-kunsens tagħha, poġġietu taħt kustodja, sakemm jiġi estradit. L-Ispettur Mark Galea mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Joseph Bonnici deher għall-Ungeriż.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/03/ryan-garcia-jeghleb-lil-luke-campbell-bknock-out/
Ryan Garcia jegħleb lil Luke Campbell b'knock-out
netnews.com.mt
Il-Boxer Amerikan Ryan Garcia għeleb li Brittaniku Luke Campbell fis-seba' round b'K/O f'Dallas Texas biex b'hekk rebaħ it-titlu tal-Interim WBC Lighteweight. Luke Campbell irnexxielu jwaqqa' lil Garcia għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu fit-tieni round tal-ġlieda, iżda l-Amerikan irnexxielu jirkupra u rebaħ il-ġlieda fis-seba' round meta Campbell ma rnexxielux jqum wara 'bodyshot' b'saħħtu ta' Ryan Garcia. Meqjus bħala wieħed mill-aqwa boxers żgħażagħ ta' bħalissa Garcia għandu rekord impekkabli fejn iġġieled 21 darba u rebaħhom kollha, bi 18 minnhom jirbaħhom permezz ta' knock-out. B'din ir-rebħa Garcia witta it-triq sabiex jiġġieled liċ-champion renjanti tad-WBC Devin Haney kif ukoll lill-boxer promettenti Gervonta Davis li ħafna jqiesuh bħala l-aktar boxer viċin tal-leġġenda Floyd Mayweather. Bosta huma dawk li ferħu lil Ryan Garcia ta' din ir-rebħa fosthom il-boxer famuż Canelo Alvarez li kien preżenti ġewwa Texas sabiex jagħti is-sapport lil dan il-boxer żagħżugħ.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/03/bosta-klabbs-iharsu-li-jsahhu-l-iskwadri-taghhom-fis-suq-tat-trasferimenti-ta-jannar/
Bosta klabbs iħarsu li jsaħħu l-iskwadri tagħhom fis-suq tat-trasferimenti ta' Jannar
netnews.com.mt
Hekk kif minn għada jiftaħ is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar lokalment, fl-aħħar jiem kienu bosta t-tħejjijiet mill-klabbs lokali sabiex isaħħu l-iskwadri rispettivi tagħhom sabiex jilħqu l-għanijiet tagħhom sa tmiem l-istaġun. Ħamrun Spartans li jinsabu jaqsmu l-ewwel post fil-Kampjonat BOV Premier jidher li se jkunu attivi sew f'dan is-suq tat-trasferimenti hekk kif matul ix-xahar li għadda neħħew lil attakkant Brażiljan Marcelo Barbosa fej rritorna f'Għawdex ma' Nadur Youngster bl-għan li jillibera post fl-iskwadra ta' Ħamrun għal akkwist barrani maġġuri. Minkejja li fl-aħħar sigħat il-klabb ta' Ħamrun ċaħad rapporti li dehru f'sezzjonijiet tal-midja lokali, li l-klabb se jkun qiegħed jakkwisti lil Mario Balotelli u lil Alexandre Pato, jidher li l-klabb jinsabu f'diskussjonijiet biex jakkwista lill-attakkant Franċiż eks Arsenal fost l-oħrajn Yaya Sanogo li jinsab mingħajr klabb. Jidher li hemm bosta klabbs li qed jiġru wara l-firma ta' Sanogo bil-favoriti jkunu Spartak Moscow. Skond sorsi qrib il-paġna tal-programm Replay, Ħamrun jidher li qed ifittxu wkoll li jakkwistaw difensur kif ukoll attakkant u fl-aħħar sigħat jidher li l-klabb talab informazzjoni dwar l-attakkant Nikola Vasic li se jkun qed iħalli lil Reggina, bl-istess sorsi jikkonfermaw li l-klabb se jkun qiegħed iħares lejn invesitment sostenibbli aktar milli se jkun qed jibbaża fuq ismijiet sensazzjonali. Klabb ieħor li jidher li se jkun ferm attiv f'dan is-suq tat-trasferimenti huwa l-klabb ta' Senglea Athletic fejn il-klabb se jkun qed jagħmel tibdil kbir fl-iskwadra bl-għan li jisaħħaħ u jsalva postu fil-Kampjonat BOV Premier hekk kif Senglea jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika b'żewġ punti biss. Il-klabb mill-Isla fl-aħħar jiem ħabbar l-akkwist tal-eks gowlkiper ta' Rabat Ajax Andrew Zammit li ngħaqad magħhom b'self sat-tmiem l-istaġun kif ukoll tal-plejer versatili eks San Ġwann Dion Fava. Senglea ffirmaw ukoll lid-difensur Sergio Osagho Uyi li diġa lagħab mal-klabb fl-istaġun 2017/18 kif ukoll lill-midfielder Samuel Buhagiar u lill-attakkant Freud Gnindokponou Minn naħa tagħhom il-klabb għażel li jneħħi lil Kevaun Atkinson, lid-difensur Serb Nikola Terzin, lill-midfielder Uros Parezanin u lid-difensur ta' esperjenza Lee Galea. Gżira United ukoll se jkunu mpenjati ferm f'dan is-suq tat-trasferimenti hekk kif wara li l-klabb laħaq ftehim ma' Amadou Samb biex itemm l-esperjenza tiegħu, jidher li l-klabb ta' Gżira laħaq ftehim biex id-difensur Karl Pulo jirritornaw mal-klabb wara esperjenza ma' Tarxien Rainbows. Il-klabb laħaq ukoll ftehim mal-attakkant ta' Sirens Maxuell Samurai li se jkun qiegħed jinaqgħad magħhom fil-jiem li ġejjin b'Hamed Kone jissieħeb ma' Sirens, kif ukoll tal-attakkant mill-Bosnija, eks Celtic Bahrudin Atajic. Lija Athletic jidher li mhux se jċedu għall-pressjoni ta' bosta klabbs ewlenin li għamlu talba biex jakkwista l-attakkant prolifiku Erjon Beu, bil-klabb jirrifjuta bosta offerti filwaqt li Lija ċedew lil Ryan Dalli u lil Mc Allister Clinch. Balzan akkwistaw lill-midfielder Serb Milan Duric li fl-aħħar snin kien qed jilgħab fis-Serbja ma' Vojvodina kif ukoll ma' Central Coast Mariners fl-Awstralja. Jidher li dan mhux se jkun l-unika akkwist għall-klabb ta' Balzan hekk kif il-klabb jinsab fit-tnax –il post tal-klassifika bi 12-il punt.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/05/covid-19-l-ingilterra-mill-gdid-fi-stat-ta-lockdown-wara-azzjoni-deciziva-ta-boris-johnson/
Covid-19: L-Ingilterra mill-ġdid fi stat ta' lockdown wara azzjoni 'deċiżiva' ta' Boris Johnson
netnews.com.mt
Kelliema għall-Gvern tar-Renju Unit qalu li l-Prim Ministru Britanniku, Boris Johnson, ħa azzjoni 'deċiżiva' bil-konferma li l-Ingilterra tinsab mill-ġdid taħt lockdown, fost il-kriżi tal-Covid-19. Il-lockdown ġdid kellu jsir fid-dawl ta' informazzjoni ġdida provduta mill-esperti mediċi, u meta n-nies iridu jibqgħu d-dar – ħlief għal raġunijiet speċjali. Fl-istess ħin, l-iskejjel fl-Ingilterra se jibqgħu magħluqin għall-maġġoranza tal-istudenti. Il-Kanċillier tal-Finanzi, Rishi Sunak, qal li l-azzjoni bilfors li kellha tqanqal sens ta' dispjaċir iżda hu sewwa li l-awtoritajiet jieħdu dawn il-miżuri fil-konfront tal-virus qattiel. Intant, il-miżuri fl-Ingilterra se jgħaddu minn reviżjoni fil-15 ta' Frar. Fl-aħħar sigħat, l-uffiċjali mediċi ewlenin fir-Renju Unit irrakkmandaw biex il-livell tat-theddida mill-Covid-19 jiżdied għal 'ħamsa', li hu l-ogħla livell f'din is-sitwazzjoni. Intant, Boris Johnson qal li l-programmi tat-tilqim – sa nofs Frar — għall-erba' gruppi ta' ċittadini li ħaqqhom jingħataw l-ogħla priorità kapaċi jwasslu, 'il quddiem, għal tnaqqis fir-restrizzjonijiet. Madankollu, il-Ministru tal-Kabinett Michael Gove qal lil Sky News li dawn il-miżuri kapaċi jibqgħu fis-seħħ anki sa Marzu. Ir-restrizzjonijiet ġodda tal-lockdown qed ikunu implimentati wkoll fl-Iskozja u fejn ir-regoli se jgħaddu minn reviżjoni 'il quddiem dan ix-xahar. Il-Ministru Ewlieni tal-Iskozja, Nicola Sturgeon, qalet li s-servizzi tas-saħħa f'pajjiżha huma impenjati biex ilaqqmu lin-nies kollha ta' 'il fuq minn 50 sena, flimkien ma nies aktar żgħażagħ bi problemi tas-saħħa partikulari, sal-bidu ta' Mejju. Sadanittant, l-iskejjel u l-kulleġġi f'Wales – li ilu taħt lockdown nazzjonali mill-20 ta' Diċembru – sse jibqgħu magħluqin sat-18 ta' Jannar għall-parti kbira tal-istudenti. Ir-Renju Unit irrapporta rekord ta' 58,784 każi ġodda tal-Covid-19 għall-jum tat-Tnejn biss. Dan fost rapporti dwar 407 mewta ġdida fi żmien 28 ġurnata mindu l-vittmi kienu ħarġu pożittivi mit-testijiet. Fi żvilupp ieħor, il-Kanċillier Sunak ħabbar li numru ta' negozji, b'mod partikulari dawk fis-setturi tad-divertiment u l-ospitalità, se jingħataw għotja flus (grant) ta' darba ekwivalenti għal ftit aktar minn 10,000 ewro – b'din il-miżura se tiswa madwar erba' biljun lira Sterlina lir-Renju Unit. Sadanaittant, fl-Ewropa għaddejja polemika dwar ir-ritmu tat-tilqim għal kontra l-coronavirus. Filwaqt li l-Istati Uniti u r-Renju Unit għandhom vantaġġ sostanzjali fuq l-Istati-membri tal-Unjoni fl-aspett ta' persuni mlaqqmin, l-aktar pajjiż avvanzat f'dan ir-rigward, bla dubju, hu Iżrael, li laqqam 'il fuq minn għaxra fil-mija tal-popolazzjoni ta' disa' miljuni. Ir-raġunijiet għad-dawmien fil-programmi tat-tilqim fl-Ewropa qed ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Intant, il-Kummissjoni Ewropea – li qed taġixxi għas-27 Stati membri – ikkonkludiet ordnijiet għal żewġ biljun doża tal-vaċċin li suppost jagħmlu tajjeb għal 'erba darbiet id-daqs tal-popolazzjoni sħiħa tal-Unjoni Ewropea.'
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/05/il-ministru-tal-gustizzja-ffaccjat-bmistoqsijiet-dwar-l-inkjesta-fuq-il-bank-pilatus/
Il-Ministru tal-Ġustizzja ffaċċjat b'mistoqsijiet dwar l-inkjesta fuq il-Bank Pilatus
netnews.com.mt
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ppreżenta numru ta' mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis dwar il-konklużjoni tal-Inkjesta Maġisterjal fuq il-Bank Pilatus. Jason Azzopardi staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja jikkonferma li fix-xahar ta' Diċembru 2020 l-Avukat Ġenerali rċeviet il- proces verbal mill-Maġistrat Inkwirenti dwar l-Inkjesta Maġisterjali fuq il-Bank Pilatus; liema Inkjesta kienet inbdiet fl-2018. Jason Azzopardi staqsa wkoll lill-Ministru tal-Ġustizzja jistax jikkonferma li l-Maġistrat Inkwirenti rrakkomanda li jittieħdu passi kriminali għal hasil ta' flus kontra l-Bank imsemmi, passi kriminali għal ħasil ta' flus kontra s-sidien tal-Bank u passi kriminali fuq ħasil ta' flus kontra d-Diretturi tal-Bank u kontra l-Money Laundering Reporting Officer. Il-Ministru tal-Ġustizzja qed ikun mistoqsi wkoll biex jispeċifika li l-Maġistrat Inkwerenti rrakkomanda li jigi investigat l-operat tal-FIAU u tal-MFSA għal possibbli ksur ta' liġi fl-għoti tal-liċenzja lill-Bank Pilatus u komplicita kriminali għal ħabi ta' ksur tal-liġi kriminali min-naħa tal-Bank Pilatus. Il-Ministru tal-Ġustizzja qed ikun mistoqsi wkoll ijispeċifika għaliex il-Gvern għadu m'għamel xejn biex jitlob l-estradizzjoni lejn Malta ta' dawk kollha indikati mill-Maġistrat Inkwirenti li għandhom jitressqu l-Qorti fuq ħasil ta' flus. Hu mistenni li t-tweġbiet għal dawn il-mistoqsijiet jingħataw fl-ewwel seduti tal-parlament li se jerġa' jiltaqa' wara l-vaganzi tal-Milied nhar it-Tnejn li ġej 11 ta' Jannar 2020.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/03/konfermata-sentenza-ta-erba-snin-habs-wara-kaz-ta-pedofelija/
Konfermata sentenza ta' erba' snin ħabs wara każ ta' pedofelija
netnews.com.mt
Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza ta' erba' snin priġunerija mogħtija lil pedofilu li llum għandu 45 sena, talli għamel sess ma' tifla ta' 12-il sena u li kkorrompa lil ħabibha tagħha ta' 10 snin. L-Imħallef Aaron Bugeja sema' l-appell ippreżentat minn Leslie Vella ta' 45 sena mill-Isla li kien ġie akkużat li fl-2017 li għamel użu ħażin mit-teknoloġija billi ppropona li jiltaqa 'ma' tifla ta' 12-il sena, u li pparteċipa f'attività sesswali ma' tifla oħra ta' 10 snin. Meta Vella kien spiċċa arrestat erba' snin ilu, il-Qorti kienet semgħet kif il-ġenituri taż-żewġt itfal kienu marru għand il-Pulizija wara li waħda mill-bniet kienet qalet lill-kuġinuha dwar l-abbuż. Dan minn naħa tiegħu kien qal lil ommu, u din infurmat lill-ġenituri. Vella kien ikkorrpma lit-tifla ta' 10 snin u fil-każ tat-tifla ta' 12-il sena, l-affarijiet marru oltre għax kellu x'jaqsam magħha sesswalment. L-abbuż seħħ ħdejn supermarket f'Ħal Qormi u fejn il-baħar f'Marsascala ħdejn is-sit tal-fejn kienet il-lukanda Jerma. Waqt l-interrogazzjoni tiegħu, ir-raġel kien ammetta mal-Pulizija li kien abbuża minn waħda mit-tfajliet fi proprjetà li qiegħda mal-baħar, iżda mhux lil-oħra. Skont id-difiża t-tifla kienet parteċipant ma' Vella sesswalment bil-kunsens tagħha u li hija diġa kienet diġà attiva sesswalment u argumentat li skont il-liġi persuna li diġa hija 'attiva sesswalment' u għamlet li għamlet bil-kunsens tagħha ma tistax tissejjaħ bħaa persuna li ġiet abbużata. Fil-fatt, l-Imħallef innota li x-xhieda tat-tifla ta' 12-il sena kienet waħda sorprendenti. "Anke l-mod kif iddeskriviet l-approċċ tagħha għall-proposta ta' sess karnali ma' l-appellant, fejn għalkemm għall-ewwel kienet mhux konvinta, ħareġ li ma kellhiex bżonn wisq ħin biex tagħti l-kunsens tagħha u twettaq dak mitlub minnha. "Il-fatt li din l-istess minorenni kienet diġà kellha attivitajiet sesswali ma' tifel sena akbar minnha, u li hija għażlet ukoll li tinvolvi lil Vella fil-wiri ta' filmat tal-ġenitali tat-tifel, wera ċertu laxkezza fil-mod li bih din minuri hija relatata mas-sess – minkejja l-fatt li kienet tifla ta'12-il sena. " Il-Qorti argumentat li anke fis-soċjetà tal-lum, fejn is-sess ma kienx għadu tabù, iżda kien "saret xi ħaġa rħisa imxandra u mibjugħa fuq diversi mezzi tax-xandir u l-internet … fejn is-soċjetà Maltija kienet bdiet tittratta materjal sesswali b'mod differenti, fejn l-età tal-kunsens tnaqqset għal 16 u anke jekk dan il-minuri … ma kienitx ġdida għal esperjenzi sesswali, min-naħa l-oħra ma jistax jingħad li l-imġieba ta' Vella għamlitilha xi ġid. " Raġel li dak iż-żmien kellu 41 sena li għadda minn diversi esperjenzi ta' numru ta' nisa f'ħajtu, ma kellu l-ebda raġuni biex jidħol f'relazzjoni sesswali oħra, din id-darba ma' tifla ta '12-il sena, qal l-Imħallef Bugeja. Għaldaqstant il-Qorti tal-Appell kkonfermat id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati, u osservat li l-laqgħat sesswali li t-tifla kellha mal-akkużat imorru ferm lil hinn minn dak li kienet esperjenzat mal-għarus tagħha ta' 13-il sena. "L-evidenza turi li l-appellant kien introduċieha għas-sess anali. Pjuttost, huwa kien ħeġġeġ din l-attività bil-għan li jkun jista' jikkunsma l-att sesswali mingħajr ir-riskju li l-minuri tinqabad tqila." Il-minuri kienet qalet li r-raġel ried "jidra" din l-attività, li l-qorti interpretat bħala li tindika li r-raġel kellu pjanijiet għal aktar abbuż. Fir-rigward tal-piena mogħtija lill-akkużat, il-Qorti qalet li din kienet taqa' taħt il-parametri tal-liġi, u kienet viċin il-minimu mogħti minħabba l-fatturi aggravanti. "Iżda iktar minn dan, il-piena mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati tirrifletti l-gravità tal-każ fejn l-appellant, raġel ta' 41 sena kien għamel attivitajiet sesswali ripetuti u ħerqana ma' tifla ta' 12-il sena, parti minn grupp ta 'adulti ħbieb u tfal oħra frekwentati mill-appellant." Kieku r-raġel irreżista l-passjonijiet tiegħu u ħasebha sewwa, huwa kien jevita ħafna uġigħ għalih innifsu u għall-oħrajn, kompla jgħid l-Imħallef, hekk kif ikkonferma s-sentenza oriġinali. Il-Qorti imponiet ukoll projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-vittmi. L-Avukat David Camilleri deher għall-akkużat fiklwaqwt li l-avukati Mario Mifsud u Francois Dalli dehru bħala parte civile għan-nom tal-vittmi.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/03/il-process-tat-tilqim-tal-covid-it-tobba-jemmnu-li-miexi-bilmod-wisq/
Il-proċess tat-tilqim tal-COVID: It-tobba jemmnu li miexi bilmod wisq
netnews.com.mt
Huma 1,400 dawk li sa issa ħadu t-tilqima tal-Pfizer għal kontra l-COVID – tilqima li bdiet tingħata eżatt ġimgħa ilu. Dan ifisser li s'issa ġew amministrati mal-20% tad-dożi li kienu waslu Malta fis-26 ta' Diċembru li għadda. Skont il-Gvern, dan huwa proċess li miexi mal-pjan li tfassal. Għalkemm il-President tal-MAM, it-tabib Martin Balzan, qed jgħid li t-tilqim qed jieħu ż-żmien – u sa issa tlaqqmu biss frazjon żgħir tal-popolazzjoni, meta kumparat mad-dożi li rċivejna. L-awtoritajiet qalu li fil-ġranet li ġejjin mistennija jibdew jingħataw 2,000 vaċċin kull ġimgħa biex fil-ġimgħat ta' wara l-ammont jiżdied għal 5,000 vaċċin fil-ġimgħa. Dan biex b'hekk, il-pjan tal-awtoritajiet tas-saħħa hu li sal-bidu tas-sajf pajjiżna jilħaq herd immunity. Il-mira għall-pass li jmiss hi li sa nofs Frar il-frontliners kollha u dawk li għandhom iktar minn 85 sena jkunu tlaqmu. It-tabib Balzan qal li hemm bżonn li jsir sforz ikbar biex it-tilqim jingħata b'rata iktar maġgħel biex pajjiżna jżomm maż-żmien pjanat. Hu kompla jgħid li jekk il-Prim Ministru jixtieq iżomm ma' dak li kien qal ftit tal-ġimgħat ilu, jiġifieri li pajjiżna jmur lura għan-normal kif konna qabel il-pandemija sa Mejju, dan żgur mhux se jseħħ hekk kif waqajna lura fit-tilqim. Kull ġimgħa, pajjiżna kellu jirċievi mal-10,000 vaċċin, li jfisser li f'Malta s'issa waslu 20,000. Dan ifisser ukoll li huwa ammont żgħir ħafna mit-tilqim li beda jingħata, bil-MAM tissuġġerixxi li diġa' waqgħajna lura ħafna. Balzan kompla jgħid li t-tilqim għandu jingħata bl-istess rata li qed nirċievu l-vaċċin, tant li l-freezers għandhom ikunu battala sakemm tasal il-konsenja li jmiss.
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/06/gzira-jersqu-eqreb-lejn-hamrun-u-sliema-fil-quccata-tal-klassifika/
Gżira jersqu eqreb lejn Ħamrun u Sliema fil-quċċata tal-klassifika
netnews.com.mt
Jordi Farrugia GŻIRA UTD……….4 SENGLEA………….0 Gżira U: J. Haber, G. Bohrer (K. Pulo 77'), S. Borg, N. Muscat, M. Davis, N. Portelli (D. Xureb 63'), M. Maia (A. Cohen 77'), J. Mendoza (C. Borg 69'), R. Correa, S. Borg, J. De Assis (O. Elouni 63') Senglea A: M. Farrugia (A. Zammit 77'), S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela, I. Misan (D. Fava 70'), C. Riascos (D. Xuereb 70'), D. Abela (F. Aboulezz 55'), A. Scicluna, J. Dibola, D. Kukic (J. Tanti 46'), W. Gomes Skorjaw: 3′ M. Maia (G), 37′ R. Correa (G), 38′ M. Jefferson (G), 65′ M. Davis – pen (G) Imwissija: 25′ L. Riascos (S), 45′ Z. Cassar (S) Referee: D.Portelli Assistenti Referees: A.Camilleri, T.Debono Gżira United kisbu rebħa kbira ta' 4-0 fuq it-tim tal-qiegħ Senglea Athletic fejn dan l-istaġun għadhom ma' rebħux partita. Għat-tim ta' Senglea ddebuttaw numru ta' plejers li akkwistaw fl-ewwel jiem tas-suq tat-trasferimenti ta' dan ix-xahar fejn daħlu bħala sostituti l-gowlkiper eks-Rabat Ajax Andrew Zammit u l-midfielder eks-San Ġwann Dion Fava. Għal Gżira kien qed jiddebutta mill-bidu nett l-eks plejer ta' Sirens Maxuell Maia fejn saħansitra niżżel ismu fost l-iskorers. Din kienet is-seba' rebħa dan l-istaġun għal Gżira filwaqt li għal Senglea din kienet il-ħdax –il telfa. Gżira kienu l-aħjar tim mill-bidu u marru fil-vantaġġ fit-tieni minuta meta minn corner min fuq il lemin ta' Correa kien MAXUELL MAIA li ħalla mpatt immedjat ma' Gżira li għola fuq kulħadd biex tefgħa għal ġewwa. Gzira reġgħu kienu perikolużi fit-12 –il minuta meta min cross fuq ix-xellu ta' De Assis, Nicholas Muscat ra l-volley tiegħu jgħaddi għoli. Gzira jirduppjaw fis-36 minuta permezz ta' xutt mill-isbaħ mid-distanza tal-Urugwajan RICARDO CORREA. Inqas minn minuta wara Gzira għamluhom tlieta' meta min pass fuq il-lemin ta' Martin Davis kien JEFFERSON DE ASSIS li xeħet wara Farrugia għal 3-0. Fit-tieni taqsima, Gżira komplew fejn ħallew u kien fil-65 minuta li għamluhom 4-0 premezz ta' peanlty ta' MARTIN DAVIS, wara li s-sostitut Omar Eloni kien mwaqqa' fil-kaxxa bir-referee Daniel Portelli jordna penalty favur Gżira. Lejn it-tmiem Senglea kellhom ċans tajjeb li jiskorja l-gowl ta' konsolazzjoni meta x-xutt ta' Wilkerson Gomes kien mdawwar f'corner b'mod tajjeb minn Justin Haber. B'hekk b'din ir-rebħa Gżira United telgħu b'25 punt fir-raba' post tal-klassifika u resqu eqreb taż-żewġ timijiet li jinsabu fl-ewwel post Ħamrun Spartans u Sliema Wanderers.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/06/sentenza-ghal-ragel-involut-fil-mewt-ta-zaghzugha-fuq-droga-tonqos-wara-21-sena/
Sentenza għal raġel involut fil-mewt ta' żagħżugħa fuq droga tonqos wara 21 sena
netnews.com.mt
Il-Qorti tal-Appell Kriminali naqqset drastikament is-sentenza mogħtija lil Lawrence Attard għas-sehem tiegħu fil-mewt ta' Theresa Agius (ritratt) fl-1999 u t-traffikar u l-pussess ta' eroina minħabba dewmien biex jingħalaq il-każ. Agius, ta' 20 sena, kienet mietet b'doża eċċessiva ta' eroina allegatament mixtrija minn Ħ'Attard f'Ottubru 1999. Agius kienet ġiet irrappurtata nieqsa u l-katavru tagħha eventwalment instab fil-baħar f'Delimara. Ħabib tagħha kien qal lill-Pulizija li kien raha tingħata doża eċċessiva fuq l-eroina wara li raġel injettatha bid-droga. Fl-2013, Attard, magħruf bħala Wenzu l-Għawdxi, instab ħati ta' omiċidju involontarju u li ssuplixxa l-eroina u kien ġie kkundannat sitt snin ħabs, kif ukoll ġie ordnat iħallas multa ta' € 10,000. Wara kien ċertu Joseph Azzopardi li nstab ħati li ta d-doża fatali lil Agius u nstab ħati ta' qtil, deċiżjoni kkonfermata fl-Appell fl-2018. Wara li nstab ħati Attard kien ressaq appell billi argumenta li l-Qorti kienet interpretat il-fatti tal-każ ħażin, u wassal għaliha li waslet għall-konklużjoni żbaljata li hu kien dak li biegħ id-droga lil Agius. Il-Qorti tal-Appell Kriminali kienet ordnat li l-każ jerġa' jinstema' wara li ġie nnutat li fost affarijiet oħra, il-Qorti tal-ewwel istanza kienet irreferiet b'mod żbaljat l-artikolu ħażin tal-liġi f'diversi punti fis-sentenza. Meta tat is-sentenza fil-każ, l-Imħallef Edwina Grima osservat li l-każ kien dam 21 sena biex wasal f'dan l-istadju. Żewġ każijiet Kostituzzjonali kienu ġew ippreżentati minħabba t-tul eċċessiv tal-proċeduri. Ġie nnutat ukoll li minkejja li l-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-Qorti tal-Maġistrati tiddeċiedi l-każ mingħajr dewmien fl-2004, l-Ewwel Qorti kienet għaddiet biss is-sentenza finali tagħha fl-2013. sentenza kienet sussegwentement ġiet annullata, u wasslet biex il-każ jerġa' jinstema' mill-bidu. Attard kien konsistentement ċaħad li kien taha d-droga u insista li ma kien hemm l-ebda rabta stabbilita bejn il-kawża tal-mewt ta' Agius u d-doża eċċessiva, minħabba l-istat avvanzat ta' dekompożizzjoni li nstab li kien fih il-ġisem. Huwa sostna li l-uniċi żewġ xhieda li rabtu lilu għad-delitt, Philippa Chircop u Paul Micallef, kienu kkontradixxew ix-xhieda ta' xulxin. L-Imħallef, waqt li eżaminat l-atti tal-proċeduri, qalet li ma kien hemm l-ebda dubju li Agius kienet marret għand l-akkużat u Chircop biex tixtri d-droga qabel mewtha u għamlet dan regolarment. Diversi xhieda kienu kkonfermaw li Agius ma kienx jaf kif jamministra d-drogi hi stess u għalhekk ġie injettat minn Joseph Azzopardi, magħruf bħala "Iz-Zikizokk". Fix-xhieda tiegħu l-appellant kien sostna li d-drogi kienu jinbiegħu kuljum mill-appartament ta' Chircop, fejn kien joqgħod ukoll hu, iżda ċaħad li huwa kien akkwista d-droga għal Agius fil-lejl tal-mewt tagħha. Il-Qorti madankollu osservat li l-provi kollha dehru li jindikaw fid-direzzjoni opposta, b'mod partikolari x-xhieda ta' Micallef, li sostna li wissa lil Agius li kien potenzjalment fatali għal Azzopardi li tinjetta lil Agius bl-eroina għax kienet ħadet pilloli li fihom is-sedattiv. "Dalmain." Ix-xhieda ta' Micallef kienet ikkorroborata minn evidenza forensika, qalet il-Qorti. Ċaħdet ukoll l-affermazzjoni li l-kawża tal-mewt ta' Agius ma setgħetx tiġi stabbilita minħabba l-istat avvanzat ta' dekompożizzjoni li nstab ġisimha, waqt li għamlet referenza għas-sejbiet fil-każ kontra Joseph Azzopardi li ddikjara li kien hemm feriti friski ta' titqib fil-labra f'waħda mill-vini ta' idha u li livelli għoljin ta' morfina – metabolit ta 'eroina – instabu fil-fwied tagħha. L-evidenza ċirkostanzjali, marbuta max-xhieda ta' Micallef, wasslet lill-Qorti biex tikkonkludi li l-vittma miet b'doża eċċessiva ta' droga injettata fiha minn Joseph Azzopardi, liema droga kienet għadha kemm inxtara mingħand Lawrence Attard. Il-kundanna ġiet għalhekk ikkonfermata. Dwar id-dewmien fid-deċiżjoni tal-każ, l-Imħallef innotat li l-każ tal-Appell ġie trasferit lilha f'Jannar 2019, wara li kien ippresedut minn Imħallef ieħor u mbagħad kellu jerġa' jiġi ppruvat minħabba żball legali li sar mill-ewwel Qorti. Hija qalet li dan id-dewmien kellu jinżamm f'moħħu, iżda fl-istess ħin ma setax jissarraf f'nuqqas li l-parti ħatja tħallas għall-għemejjel tiegħu. Filwaqt li osserva li Attard biddel ħajtu, l-Imħallef qalet li sentenza ta' ħabs għal traffikar ta' droga kienet obbligatorja. Il-Qorti qieset ukoll il-perjodu twil imqatta 'f'arrest preventiv – kważi sentejn. Waqt li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, il-Qorti qalet li se tagħti piena baxxa skont il-liġi, sabiex tagħmel tajjeb kemm għall-ksur tad-drittijiet tiegħu kif ukoll għall-azzjoni kriminali li wasslet għall-mewt ta ' mara żagħżugħa. Is-sentenza ta' Attard għalhekk tnaqqset għal sentejn ħabs u multa ta' €1,000. Il-ħin mgħoddi f'kustodja preventiva kellu jitnaqqas mit-terminu tal-ħabs. Sadanittant €958 fi spejjeż għandhom jitħallsu mill-appellant. L-Avukat Edward Gatt deher għal Lawrence Attard.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/07/il-kungress-jikkonferma-r-rebha-ta-joe-biden/
Il-Kungress jikkonferma r-rebħa ta' Joe Biden
netnews.com.mt
Ftit tal-ħin ilu, il-Kungress Amerikan ikkonferma r-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali ta' Novembru li għadda, u l-vot tal-Kulleġġ Elettorali. B'hekk, issa hija uffiċjali li Joe Biden se jibda l-Presidenza tiegħu fl-20 ta' Jannar li ġej meta ssir l-Inawgurazzjoni. It-tħabbira tal-konferma ta' Joe Biden saret fil-Kungress stess minn Mike Pence u Nancy Pelosi. Tard ilbieraħ bil-lejl dan ir-riżultat tal-Kulleġġ Elettorali kien qed jiġi kontestat minn nurmu ta' dimostranti li invadew il-Capitol ta' Washington. Fl-irvellijiet saħansitra mietu 4 persuni.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/06/l-ewropa-se-tkun-qed-tapprova-l-uzu-tal-vaccin-tal-moderna/
L-Ewropa tapprova l-użu tal-vaċċin tal-Moderna
netnews.com.mt
Malta se tkun qed tieħu 100,000 doża mingħand din il-kumpanija Illum l-UE awtorizzat l-użu tat-tilqima li produċiet il-kumpanija Moderna. Dan wara li l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tat il-konferma tagħha għall-użu ta' dan il-vaċċin madwar l-Ewropa kollha. Il-Ministru Chris Fearne illum ikkonferma li fl-ewwel ġimgħa tas-sena ingħataw biss 1,400 doża tat-tilqima Pfizer. Għalkemm qal li sal-aħħar ta' Mejju jkunu tlaqqmu l-frontliners, in-nies vulnerabbli u dawk fi djar tal-anzjani. Il-Ministru tas-Saħħa qal ukoll li s-sitwazzjoni ta' herd immunity se tintlaħaq sas-Sajf. U l-popolazzjoni kollha se tieħu sa l-aħħar tas-sena biex titlaqqam. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/06/il-ministeru-tal-edukazzjoni-mghandux-jilghab-mas-sahha-tuliedna-u-tal-edukaturi-taghhom-pn/
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni m'għandux jilgħab mas-saħħa t'uliedna u tal-edukaturi tagħhom – PN
netnews.com.mt
"Il-Ministeru tal-Edukazzjoni għandu jieħu l-azzjonijijiet kollha neċessarji u jagħti assigurazzjoni li saħħet it-tfal u l-edukaturi mhix qed tiġi pperikolata kapriċċjożament kawża ta' ċirkostanzi ġodda u inazzjoni tal-Gvern." Sostna dan il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli fejn saħaq li d-dikjarazzjoni tal-Malta Union of Teachers (MUT) li l-Gvern qed jinjora l-pariri tas-saħħa, hija waħda ta' tħassib anke fil-kuntest li: In-numru rekord tal-lum stess ta' infezzjonijiet ġodda tal-COVID-19. It-taħlit ta' nies li seħħ fil-festi tal-Milied li jaf iwassal għal aktar rati għolja ta' każijiet fil-ġranet li ġejjin. Dan kif stqarret ukoll il-Union of Professional Educators (UPE). Il-konferma li qabel Mejju mhux se jkollna l-vulnerabbli kollha vvaċċinati u l-istqarrijiet tal-unjins tat-tobba u l-infermiera li l-amministrazzjoni tal-vaċċin s'issa qed issir b'mod kajman. Il-varjant il-ġdid tal-COVID-19 li qed jingħad li jinfirex aktar malajr minn ta' qablu kif ukoll hemm tħassib li jista' jaffetwa aktar lil tfal u żgħażagħ mill- virus li rajna s'issa. Il-Partit Nazzjonalista qed jappella għal kawtela u responsabbilta' kif ukoll għal djalogu trasparenti u onest sabiex jinstabu soluzzjonijiet li jissalvagwardjaw lill-istudenti, l-edukaturi u l-ġenituri. L-għebusija tar-ras u l-arroganza żgur mhix it-triq 'il quddiem.
[ 5 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/09/jisparixxi-ajruplan-tal-paassiggieri-fjakarta/
Jisparixxi ajruplan tal-passiġġieri f'Jakarta
netnews.com.mt
Madwar 62 persuna abbord Ajruplan li fuqu kellu madwar 62 persuna abbord sparixxa minn fuq is-sistemi ftit wara li telaq mill-ajruport ta' Jakarta, il-belt kapitali tal-Indonesja. L-ajruplan, Boeing 737-500, telaq mill-ajruport fis-2.40 ta' wara nofsinhar u kien fi triqtu lejn Pontianak. Mhux magħruf x'wassal għal dan l-għibien li seħħ is-Sibt madwar erba' minuti wara t-tlugħ iżda jidher li ftit qabel l-ajruplan deher nieżel b'veloċità ta' iktar minn 3,000 metru f'temp t'inqas minn minuta. Bħalissa, il-Ministeru għat-Trasport tal-pajjiż ordna operazzjoni ta' tiftix u salvataġġ. This radar image shows the flight path of Indonesian Sriwijaya Air Flight 182 before it dropped off radar, Saturday, Jan. 9, 2021. The Sriwijaya Air passenger jet carrying 62 people lost contact with air traffic controllers after taking off from Indonesia's capital on Saturday on a domestic flight, officials said. (Flightradar24.com via AP) Ikkummenta Passiġġieri //= $special ?>
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/08/imressaq-il-qorti-tghawdex-bdiversi-akkuzi/
Imressaq il-Qorti t'Għawdex b'diversi akkużi
netnews.com.mt
Il-Pulizija ressqet b'arrest fil-Qorti t'Għawdex lil raġel ta' 40 sena residenti r-Rabat quddiem il-Maġistrat Bridgette Sultana. Hu ġie akkużat li nhar it-3 ta' Jannar għall-ħabta tat-8.30pm, u matul il-ġranet ta' qabel, waqt li kien fir-Rabat, Għawdex, għamel użu mhux xieraq b'apparat ta' telekomunikazzjoni, ikkaġuna biża' li ser tintuża vjolenza kontra persuna, ta fastidju u kiser waħda mill-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti. Il-raġel ġie akkużat ukoll li llum stess waqt li kien qiegħed fil-binja tal-Qorti, Għawdex, hedded u ikkaġuna ġrieħi ta' natura ħafifa fuq persuna, u li kiser il-paċi pubblika. L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u nżamm taħt arrest. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/01/08/digriet-fuq-il-kaz-daphne-caruana-galizia-ghandu-jwassal-ghal-evidenza-gdida/
Diġriet fuq il-każ Daphne Caruana Galizia għandu jwassal għal-evidenza ġdida
netnews.com.mt
It-tliet allegati qattiela fl-assassinju ta' Dapnhe Caruana Galizia, huma mistennija li jirritornaw il-Qorti fil-jiem li ġejjin wara digriet tal-Qorti li għandu jwassal fil-ġbir ta' evidenza ġdida. Dan l-aħħar stadju fil-proċess ġudizzjarju li għaddej kontra l-aħwa George u Alfred Degiorgio u Vincent Muscat, huwa mistenni li jseħħ wara digriet mogħti mill-Qorti Kriminali, li għandu mistfisenni jfisser ritorn lejn ix-xhieda minn naħa tal-middleman, Melvin Theuma. Minbarra li tkompli u tikkonkludi b'mod definittiv il-kontroeżami ta' Theuma, il-Qorti mistennija tirċievi wkoll recordings ta' Theuma li huma relevanti għall-każ, kif ukoll kopja awtrentika tal-maħfra presidenzjali tiegħu kif ukoll traskrizzjonijiet ta' evidenza annaliżżata minn tliet esperti maħtura mill-Qorti. L-Imħallef Edwina Grima, li tippresiedi l-Qorti Kriminali li għandha f'idejha l-impenn li tmexxi l-ġuri mill-ġuri tat-tliet irġiel akkużati li wettqu l-karozza bomba li qatlet il-ġurnalista lura f'Ottubru 2017, tat id-digriet f'dan is-sens. Lura f'Ottubru tas-sena li għaddiet, l-istess Qorti kienet ċaħdet l-eċċezzjonijiet preliminari kollha għall-proċess, b'kollox 126, f'sentenza twila ta' 209 paġna, wara li l-akkużati kien avżaw b'appell. Madankollu nhar l-Erbgħa, il-Qorti tal-Appell bagħtet ir-rekords tal-każ lura lill-Qorti Kriminali għal xhieda ġodda u dokumenti friski li għandhom jinġabru mill-Qorti tal-Maġistrati li oriġinarjament kienet ippresediet il-kumpilazzjoni ta' proċeduri ta' evidenza. Għal din ir-raġuni, u billi kemm l-Avukat Ġenerali kif ukoll l-akkużat, kienu talbu provi addizzjonali bħal dawn, l-Imħallef Grima rreferiet il-każ lura lill-Qorti ta' inkjesta kriminali, preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit biex kull evidenza tiġi ppreżentata fi ħdan dan il-perjodu ta' żmien (rinviju). Il-Qorti ordnat in-notifika tad-digriet lill-partijiet kollha involuti fil-proċeduri.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/01/l-open-ta-madrid-fdubju-minhabba-l-coronavirus-a/
L-Open ta' Madrid f'dubju minħabba l-coronavirus
netnews.com.mt
L-Open ta' Madrid jinsab taħt theddida hekk kif l-organizzaturi ngħataw il-parir mill-Ministeru tas-Saħħa fi Spanja biex ma jorganizzaw l-ebda avveniment minħabba li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 fil-belt qed tkompli tmur għall-agħar. It-tournament hu skedat li jibda fit-12 ta' Settembru. L-organizzaturi qalu li qed janalizzaw is-sitwazzjoni u qed iħallu l-għażliet kollha miftuħa. In-numru tnejn tad-dinja Rafael Nadal hu fost it-tennisti li għażlu li jipparteċipaw. Mill-bidu tal-pandemija, Spanja kellha aktar min 288,000 każ ta' coronavirus u mietu aktar minn 28,000 persuna. It-tournament kien mistenni jservi ta' preparazzjoni għall-Open ta' Franza.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/tarmix-is-sagrificcji-li-ghamlu-l-frontliners-kamra-tal-ispizjara/
"Tarmix is-sagrifiċċji li għamlu l-frontliners" – Kamra tal-Ispiżjara
netnews.com.mt
Iżommu lill-Gvern responsabbli; jgħidu li l-aġir u l-egħbusija tar-ras tal-Gvern qed jimminaw ix-xogħol tal-frontliners Tilwima industrijal oħra mal-Gvern, din id-darba mill-Kamra tal-Ispiżjara b'rabta mal-kwestjoni tal-attiviatjiet tal-massa. Dan hekk kif il-Gvern qed jibqa' determinat li jħalli dawn l-attiviatjiet għaddejjin. Fl-istqarrija tagħhom l-ispiżjara qed iwissu lill-Gvern biex ma jarmix is-sagrifiċċji li għamlu l- frontliners s'issa u qed iżżommuh responsabbli għar-riskju li qed ipoġġi fih lill-ispiżjara. Huma qed jirresġistraw din it-tilwima minħabba l-egħbusija tar-ras tal-Gvern li qed ikompli jxejjen għal kollox is-sagrifiċċji tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, inkluż tal-ispiżjara, bl-aġir personali u bil-politika tiegħu. Huma qed jisħqu li l-pandemija hija kwestjoni Nazzjonali u globali li titlob dixxipplina u azzjoni responsabbli, u qalu li wasal iż-żmien li n-nazzjon sħiħ jingħaqad f'dan. "Żgur mhux iż-żmien li nilgħabu logħob partiġġjan, u mhux żmien biex niskurjaw punti politiċi. Jeħtieġ li kulħadd jiġbed l-istess ħabel sakemm ikolna vaċċin effettiv. Xi ħaġa li jidher li se jkollna fil-futur mhux daqstant 'il bogħod" kompliet l-istqarrija. Ikun biss dakinhar li nkunu verament nistgħu ngħidu li qed ngħixu post-covid. Madankollu bil-permessi li qed jinħarġu għall-attivitajiet tal-massa, bir-relalmar internazzjonali li qed isir, u b'politiċi jinjoraw għal kollox il-linji gwida mogħtija mill-esperti tas-saħħa, ħadna riskji kbar u ma tgħallimna xejn mis-sagrifiċċji li għamlu ħafna. Dan qed ipoġġi f'riskju lill- frontliners , fosthom lill-ispiżjara, li baqgħu miftuħin tul il-pandemija, b'sagrifiċċju personali. kbir Il-Kamra tal-Ispiżjara tfakkar li l-linji gwida u d-direttivi li ħargu f'Marzu li għadda għadhom fis-seħħ u l-pubbliku għandu jimxi u jirrispetta dawn il-linji gwida: L-ispiżeriji jdaħħlu mhux aktar minn tnejn minn nies f'ħin wieħed Fl-ispiżeriji, il-pubbliku għandhu jżomm mad-direttivi mogħtija lilu mill-ispiżjara Dan jinkludi l-ilbies ta' maskri jew visor, l-użu ta' hand sanitizer fid-dħul u l-ħruġ, u ż-żamma ta' żewġ metri distanza bejn persuna u oħra. L-istqarrija appellat lill-pubbliku sabiex jirrispetta u jimxi ma' dawn id-direttivi u rringrazzjat lill-ispiżjara kollha tal-impenn u x-xogħol siewi li qed iwettqu.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/it-tielet-bejta-tal-fkieren-fuq-il-bajjiet-taghna/
It-tielet bejta tal-fkieren fuq il-bajjiet tagħna
netnews.com.mt
Fil-lejl ta' bejn l-Erbgħa u l-Ħamis kellna it-tielet każ din is-sena ta' fekruna li biedet fil-bajjiet ta' pajjiżna. Dan hekk kif fl-Għadira issa hemm dik li qed titqies it-tielet bejta tal-fkieren. Dawn il-bejtiet qed ikunu imħarsa minn volontiera ta' Nature Trust Malta kif ukoll mill-Uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, għalkemm qed issir sejħa għal aktar volontiera biex jgħinu f'din il-ħidma. L-ewwel bejta kienet dik fir-Ramla l-Ħamra f'Mejju li għadda, filwaqt li aktar kmieni dan ix-xahar f'Golden Bay kellna każ ieħor ta' fekruna li biedet. Sa fejn huwa magħruf din hija l-ewwel darba fl-istorja li f'Malta hawn tlett bejtiet fl-istess waqt.
[ 7 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/stati-uniti-ir-repubblikani-jinsistu-li-trump-ma-jistax-jipposponi-l-elezzjoni-ta-novembru/
Stati Uniti: Ir-Repubblikani jinsistu li Trump ma jistax jipposponi l-elezzjoni ta' Novembru
netnews.com.mt
Żewġ uffiċjali għoljin mal-Partit Repubblikan fil-Gvern ċaħdu s-suġġeriment tal-President Amerikan Donald Trump biex l-elezzjoni ta' Novembru għall-Presidenza tal-Istati Uniti tkun posposta għal data oħra minħabba 'tħassib dwar il-potenzjal ta' frodi elettorali'. Il-Kap tal-Maġġoranza fis-Senat, Mitch McConnell u u l-Kap tal-Minoranza fil-Kamra tar-Rappreżentanti, Kevin McCarthy, it-tnejn warrbu għal din il-possibbiltà, meta Trump ma għandu l-ebda awtorità biex jipposponi l-elezzjoni. Dan meta kwalunkwe dawmien għall-proċess inkwistjoni jrid bilfors ikun approvat mill-Kungress ta' Washington. Aktar qabel, Donald Trump qal li ż-żieda fil-proċess li jippermetti għall-votazzjoni kapaċi tgwassal għall-frodi u riżultati 'li ma jirriflettux il-verità taċ-ċirkustanzi'. Hu issuġġerixxa li d-data tal-elezzjoni tkun posposta 'għaż-żmien meta l-Amerikani jkunu jistgħu jivvutaw fis-sigurtà, f'sitwazzjoni xierqa'. Filwaqt li ftit hemm provi li jistgħu jissostanzjalwu l-allegazzjonijiet dwar 'frodi potenzjali', il-President Amerikan kien ilu jilmenta kontra s-sistema li tippermetti biex in-nies jgħaddu l-vot bil-posta u li, skont hu, 'tibqa' suxxettibbli għall-abbuż'. L-awtoritajiet ta' diversi Stati Amerikani jridu jiffaċilitaw l-hekk-imsejjaħ mail-in voting minħabba t-tħassib dwar is-saħħa pubblika f'dawn iż-żmenijiet tal-coronavirus. Is-suġġeriment għall-'posponiment' min-naħa ta' Trump kien ikkonfermat fl-istess żmien ta' statistika ġdida li turi li l-ekonomija tal-Istati Uniti ħadet l-akbar daqqa 'l isfel mill-era tad-Dipressjoni tas-snin tletin. Intant, is-Senatur McConnell għamilha ċara li l-ebda l-elezzjoni għall-Presidenza ma qatt ġiet posposta fiż-żmien kollu li ilhom jinżammu fl-Istati Uniti. Hu sostna li l-gwerer – inkluża l-Gwerra Ċivili Amerikana – u żmenijiet diffiċli oħra li għadda minnu l-pajjiż tul is-snin ma kellhom l-ebda effett fuq id-data tal-elezzjoni. Dan waqt li McConnell enfasizza li 'l-Amerikani se jerġgħu jżommu l-appuntament li jmiss (biex jivvutaw) fit-3 ta' Novembru li ġej'. Kevin McCarthy ukoll saħaq li l-Istati Uniti ma falliet qatt l-appuntament mal-vot fir-rigward tal-elezzjonijiet federali u ma jarax għalfejn il-pajjiż għandu jżomm lura mill-proċess ta' Novembru. Min-naħa tiegħu, Mike Pompeo, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, ma riedx jikkommetti ruħu jew jesprimi opinjoni dwar is-suġġeriment ta' Trump biex l-elezzjoni tkun posposta. Id-data tal-elezzjoni presidenzjali, skont il-liġi tal-Istati Uniti, trid issir fl-ewwel jum tat-Tlieta li tiġi wara l-ewwel ġurnata tat-Tnejn, fix-xahar ta' Novembru. Kwalunkwe bidla fid-data tkun teħtieġ l-approvazzjoni taż-żewġt ikmamar tal-Kungress – f'dan il-każ, il-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senat. Id-Demokratiċi jikkontrollaw il-Kamra tar-Rappreżentanti, b'uħud diġà qed jagħmulha ċara li mgħandhomx jappoġġjaw kwalunkwe dawmien għall-vot. Sadanittant, kull inizjattiva tal-Kungress biex l-elezzjoni Presidenzjali tkun posposta sal-2021 għandha teħtieġ, anki, emenda kostituzzjonali.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/l-ewwel-mewta-mill-covid-19-fil-vjetnam/
L-ewwel mewta mill-Covid-19 fil-Vjetnam
netnews.com.mt
Il-Vjetnam ikkonferma l-ewwel mewta (f'artu) dovuta għal infezzjoni bil-coronavirus ġdid u li qed titqies ukoll bħala 'daqqa devastanti' għall-pajjiż li sa ftit ilu kien kburi bil-fatt li ma rreġistra l-ebda vittmi tal-Covid-19 fuq livell lokali. Il-persuna li mietet kienet identifikata bħala raġel ta' 70 sena, li kien residenti fil-belt ta' Hoi An. Il-Vjetnam kien ilu ma jirrapporta infezzjoni waħda bil-Covid-19 għal aktar minn tliet xhur u qabel, kmieni din il-ġimgħa, feġġet inċidenza tal-virus fir-resort popolari ta' Da Nang. Dan il-pajjiż, li għandu popolazzjoni ta' madwar 95 miljun, irrapporta biss 509 każi tal-coronavirus mill-bidu tal-pandemija 'il hawn. Il-Vjetnam, kuntrarju għal ħafna pajjiżi oħra, kien ħa azzjoni sa minn qabel feġġ l-ewwel każ tal-Covid-19 f'artu u fejn, fost oħrajn, għalaq minnufih il-fruntieri għal kulmin xtaq li jivvjaġġa lejn it-territorju tiegħu. Sadanittant, l-awtoritajiet f'Hanoi u l-provinċji tal-Vjetnam aċċettaw biss iċ-ċittadini li kienu qed jirritornaw lejn arthom minn barra l-pajjiż. Intant, din il-ġimgħa sar magħruf li nstabu każi ġodda tal-Covid-19 fir-resort ta' Da Nang u fi żmien meta l-inħawi kienu mimlijin b'għexieren ta' eluf ta' turisti minn madwar il-pajjiż. Dawn it-turisti kienu ħasbu li t-theddida tal-virus kienet 'għaddiet', bil-Gvern Vjetnamit issa jordna lockdown totali tal-belt ta' Da Nang. Il-Prim Ministru tal-Vjetnam, Nguyen Xuan Phuc, wissa li kull provinċja u belt fil-pajjiż għandha tieħu passi 'aktar malajr u drastiċi' biex jikkontrollaw l-inċidenza ġdida tal-mard.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/napoli-jhabbru-l-akkwist-ta-victor-osimhen/
Napoli jħabbru l-akkwist ta' Victor Osimhen
netnews.com.mt
Napoli ħabbru l-akkwist tal-attakkant Niġerjan Victor Osimhen mingħand Lille għas-somma ta' €70 miljun flimkien ma' xi bonus. L-internazzjonali Niġerjan ta' 21 sena ffirma kuntratt ta' ħames snin. Fl-istaġun li għadda, Osimhen skorja 18-il gowl fil-kompetizzjonijiet kollha, b'Lille jispiċċaw ir-raba' f'Ligue 1 li ma tkompliex minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Osimhen kien għamel id-debutt fl-2017 ma' Wolfsburg fil-Bundesliga u wara żewġ staġuni kif ingħaqad mal-klabb Belġjan Charleroi fejn skorja 20 gowl. Mat-tim nazzjonali Niġerjan skorja erba' gowls fi tmien logħbiet. Fl-2015 rebaħ it-Tazza tad-Dinja ta' taħt is-17-il sena u spiċċa bħala l-aqwa skorer b'10 gowls.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/01/kontra-l-attivitajiet-tal-massa-prof-charmaine-gauci/
"Kontra l-attivitajiet tal-massa" – Prof. Charmaine Gauci
netnews.com.mt
Il-MAM tgħid li l-Gvern Laburista għandu bżonn jagħmel eżami tal-kuxjenza Għall-ewwel darba, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ħadet pożizzjoni ċara rigward l-avvenimenti tal-massa. Dan hekk kif f'komunikat uffiċjali… il-Professur Charmaine Gauci saħqet li mhijiex favur li jiġu organizzati attivitajiet tal-massa jew kwalunkwè avveniment ieħor. Dan għaliex jekk f'avveniment partikolari jkun hemm tixrid ta' Covid-19, hemm il-possibilità li jkun hemm impatt qawwi fis-sistema tas-saħħa ….ġaladarba t-tixrid tal-virus ikun wieħed sostanzjali. L-Assoċjazzjoni Medika Maltija faħħret din id-dikjarazzjoni ta' Professur Gauci fejn saħqu li kif spjegat hi stess, avvenimenti tal-massa organizzati f'dan il-perjodu jaf ikollhom konsegwenzi devastanti għal pajjiżna – bir-riskju li s-sistema tas-saħħa lokali titlef il-kontroll fuq il-pandemija. It-tobba stqarrew id-diżappunt tagħhom lejn il-Ministeru għat-Turiżmu, li bis-sostenn tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Robert Abela…. iddeċiedew li jinjoraw l-appelli tas-Suprintendent tas-Saħħa, u għadhom ma kkanċellawx uffiċjalment l-avvenimenti tal-massa li qed ipoġġu liċ-ċittadini f'riskju estrem. L-Assoċjazzjoni Medika insistiet li dawk kollha li qed jieħdu din id-deċiżjoni għandhom jagħmlu eżami tal-kuxjenza dwar il-ħsara li qed jagħmlu lill-poplu Malti u Għawdxi kemm fiżikament kif ukoll ekonomikament. Sa issa…. il-Gvern ghadu qed ifarfar ir-responsabbilità fuq l-organizzaturi fejn fost oħrajn avvenimenti varji inkluż festini tal-praċett jew tiġijiet – għandhom ikollhom ħinhom ridott kemm jista jkun, b'mod speċjali jekk l-avveniment ikun organizzat ġewwa. L-organizzaturi għandhom jiċċekkjaw it-temperatura tal-mistiedna u għandhom ukoll jiprovdu marki viżibli barra s-sala bil-għan li tinżamm żewġ metri distanza huma u deħlin. Dan filwaqt li l-mistiedna ma jistgħux iqumu ghal xarba mal-bar, mal-medja tal-ikel tal- buffet jew jisservew 'finger-food'. Minflokk għandhom jitqiegħu fuq mwejjed, fi gruppi ta' għaxar persuni, bil-waiters iservulhom kemm ix-xarbiet, kif ukoll il-platt tal-ikel bil-porzjon tagħhom. Intant, għall-avvenimenti li jkollhom aktar minn mitt mistieden, inkluż parties jew saħansitra tieġ – l-organizzaturi għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm diżinfettazzjoni kontinwa kif ukoll għandu jkun hemm protokol serju ġaladarba xi ħadd mill-mistiedna jiżviluppa s-sintomi waqt li jkun qed jattendi l-avveniment. Mhux hekk biss, iżda l-organizzatur irid jiftiehem kemm mal-awtoritajiet tas-saħħa u uffiċjali tas-sigurtà sabiex jinstab post sigur u ta iżolament għal persuna li tiżviluppa xi sintomi jew saħansitra toħroġ li hija pożittiva waqt li tkun preżenti.
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/01/jithassru-ufficjalment-il-pellegrinaggi-tal-festi/
Jitħassru uffiċjalment il-pellegrinaġġi tal-festi
netnews.com.mt
"Segwejna l-indikazzjonijiet…li qed jagħtuna l-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa" Fi stqarrija qasira ffirmata mill-isqfijiet ta' Malta u Għawdex, tħabbar li ġie deċiż li ma jsirux aktar pellegrinaġġi matul is-sena 2020. Din l-istqarrija, maħruġa mill-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Elett ta' Għawdex Anton Teuma, l-Amminstratur Appostoliku ta' Għawdex, Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju ta' Malta, Joseph Galea-Curmi – waslet wara li l-isqfijiet innotaw u taw każ tal-karba tal-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll l-indikazzjonijiet u l-pariri provduti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Dan jumejn wara li l-Ministru għas-Saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li fi ftehim mal-Kurja kienu ġew ikkanċellati l-marċi tal-festi – madanakollu fi standards li tħabbru fl-aħħar 48 siegħa l-pellegrinaġġi setgħu jseħħu bil-parteċipazzjoni ta' massimu 100 persuna li jsegwu d-distanza soċjali. Madanakollu l-Kurja saħqet li, minkejja dan l-istandard mħabbar, ġie deċiż li ma jsirux aktar pellegrinaġġi.
[ 13 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/julia-farrugia-twahhal-fil-kabinett/
Julia Farrugia twaħħal fil-Kabinett
netnews.com.mt
Id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu kontra l-Coronavirus huma tal-Kabinett b'mod kollettiv. Hekk iddikjarat il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia fid-dawl tat-tħassib ta' kull Malti u Għawdxi li mewġa ġdida tal-virus tista' tkun wara l-bieb. Dan wara li fl-aħħar jiem, l-ammont ta' każi attivi sploda 'l fuq. Kawża ta' dan, hu evidenti t-tħassib ta' ħafna…anke minhabba li s-suppost għajnuna lill-ekonomija, qed tirriżulta f'nuqqas ta' bejgħ minħabba l-biża'. Fil-bidu ta' dan ix-xahar, il-Ministru tat-Turiżmu stqarret mal-istazzjon televiżiv internazzjonali BBC li pajjiżna hu ppreparat biex jilqa' lit-turisti, u hu l-aktar pajjiż sigur fil-Mediterran.ulia Farrugia u membri oħrajn tal-Kabinett issa qed jiffacjaw kritika għaż-żieda fin-numru tal-każi ta' Coronavirus, partikolarment wara l-ftuħ tal-ajruport u l-portijiet, kif ukoll il-ħruġ ta' permessi għal parties u attivitajiet oħrajn tal-massa. Iżda issa, iffaċċjata minn din il-kritika u l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Ministru tat-Turiżmu farfret ir-responsabbiltà minn fuq spallejha u tefgħetha fuq sħabha fil-Kabinett, qabel ma telqet tgħaġġel lejn il-karozza. Fi tweġiba oħra, hi dawret il-kanuni lejn it-Tobba u akkużathom li ppruvaw ibeżżgħu lill-poplu meta ressqu l-appelli tagħhom lill-Gvern. Dan meta, l-Assoċjazzjoni tat-Tobba appellat kemm-il darba, fost l-oħrajn, għal proċessi aktar rigorużi fir-rigward tat-turisti li jżuru pajjiżna. Iżda wara li tefgħet l-attakk, baqgħet xorta ma weġbitx dwar it-tħassib tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Fl-aħħar sigħat, il-MAM fakkret li kienet ilha tagħti l-pariri lill-Prim Ministru Robert Abela biex jiftaħ bil-mod, iżda għażel li jibqa' jagħmel ta' rasu. It-tobba qalu ukoll li l-Ministru Farrugia ghandha terfa' r-responsabbilta', u twaqqaf b'mod immedjat l-attivitajiet kollha tal-massa. Il-MAM fil-fatt qed tipproponi li l-massimu ta' persuni li jkunu permessi jingabru flimkien, ghandu jinżel għal għaxra. kabinett //= $special ?>
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/sergio-perez-izolat-war-li-t-test-tal-coronavirus-kien-inkonklussiv/
AĠĠORNATA: Sergio Perez pożittiv għall-coronavirus
netnews.com.mt
Is-sewwieq tal-Formula 1 Sergio Prerez jinsab f'iżolament wara li l-aħħar test tal-coronavirus irriżulta pożittiv. Dan wara li aktar kmieni l-ewwel test li sarlu kien inkonklussiv. Kelliem għat-tim ta' Racing Point qal li Perez ilu ma jirritorna pajjiża sa mill-aħħar Grand Prix li sar l-Ungerija. Is-sewwieqa u l-membri tat-tim jitħallew jidħlu fiċ-ċirkwit biss wara li jkunu rriżultaw pożittiv għall-coronavirus. S'issa kien hemm żewġ riżultati biss pożittivi mill-Formula 1. Aktar tard mal-jum sarlu t-tieni test fejn issa qiegħed jistenna r-riżultat għal dan it-test. Sergio Perez jinsab fis-sitt post fil-klassifika tas-sewwieqa, wara li fl-ewwel tliet tlielaq tal-istaġun temm darbtejn fis-sitt post u darba fis-seba' post. Fi tmiem il-ġimgħa jkompli l-istaġun tal-Formula 1 bil-Grand Prix ta' Silverstone fl-Ingilterra. Il-Formula 1 ħabbru li Perez mhux se jkun qiegħed jieħu sehem fil-Grand Prix ta' Silverstone filwaqt li awgurawli fejqan ta' malajr.
[ 1, 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/10-kazi-godda-ta-covid-19-total-ta-150-kaz-attiv/
10 każi ġodda ta' COVID-19; Total ta' 150 każ attiv
netnews.com.mt
Fl-aħħar 24 siegħa f'pajjiżna ħarġu 10 każi ġodda ta' COVID-19 minn fost 1,314-il swab test. Sitta minn dawn il-każi ġodda jiffurmaw parti minn cluster tal-Festa ta' Santa Venera filwaqt li l-oħrajn huma sporadiċi. L-awtoritajiet stqarru li wħud mill-persuni pożittivi tal-lum, attendew għax-xogħol fl-aħħar jiem. Fl-aħħar aġġornament fuq Facebook, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li ħadd ma fieq mill-Coronavirus biex b'hekk il-każi attivi f'Malta u f'Għawdex jammontaw għal 150. In-numri tal-lum itellgħu n-numru totali ta' Coronavirus f'din il-ġimgħa għal 138. Dan ifisser li din il-ġimgħa hija t-tieni l-għar waħda sa minn meta feġġ l-ewwel każ f'Malta. Il-pandemija bdiet f'pajjiżna fis-7 ta' Marzu u b'kollox, s'issa kien hawn total ta' 824 każ.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/ikompli-jikber-it-thassib-dwar-xse-jigri-meta-jifthu-l-iskejjel-fsettembru/
Ikompli jikber it-tħassib dwar x'se jiġri meta jiftħu l-iskejjel f'Settembru
netnews.com.mt
Hekk kif dawn l-aħħar jiem kellna żieda konsiderevoli ta' każi ġodda pożittivi għall-COVID-19, qed ikompli jikber it-tħassib dwar x'se jiġri fit-28 ta' Settembru meta suppost tibda sena skolastika ġdida. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar li s-sena skolastika se tiftaħ f'Settembru, iżda ma ta ebda informazzjoni dwar x'se jsir eżatt; hux se tiftaħ bħas-snin preċedenti jew jekk hux se jkun hemm xi tibdil bħala prekawzjoni sabiex jintaqqas it-tixrid ta' dan il-virus. Diversi ġenituri li tkellmu magħna qalulna li fl-aħħar jiem irċevew email mill-iskola fejn jattendu uliedhom sabiex jingħatalhom taħriġ online fl-użu tal-Microsoft Teams . Dan it-taħriġ li jsir mill-Ministeru għall-Edukazzjoni permezz tad-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali u l-Ħiliet Transversali, se jingħata kemm lill-ġenituri kif ukoll lill-istudenti u l-edukaturi. Dan kollu jindika li jista' jkun li l-istudenti jerġa' jkollhom isegwu l-lezzjonijiet online . F'dawn l-aħħar jiem kien hemm tħassib kbir fost il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom Skola Sajf hekk kif kien hemm każi pożittivi relatati mal-iskejjel.
[ 1, 5, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/01/21-kaz-gdid-ta-covid-19-fmalta-1-ta-80-sena-2-impurtati-3-immigranti/
21 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta; 1 ta' 80 sena, 2 impurtati, 3 immigranti
netnews.com.mt
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 21 każ ġdid tal-virus f'Malta, fosthom persuna ta' 80 sena. Tliet każi oħra huma ta' immigranti, filwaqt 2 każi oħra kienu impurtati. Il-biċċa l-kbira tal-każi huma ta' persuni taħt il-35 sena. Skont il-paġna ta' Saħħa, fl-aħħar 24 siegħa saru 1,748 swab, Ikkummenta //= $special ?>
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/03/l-ahhar-opportunita-ghal-zaghzugh-bi-problema-ta-droga-bil-covid-19-tkissru/
L-aħħar opportunità għal żagħżugħ bi problema ta' droga bil-COVID-19 tkissru
netnews.com.mt
Il-Qorti ta' Għawdex preseduta mill-Maġistrat Brigitte Sultana ddikjarat li se tagħti l-aħħar opportunità lil żagħżugħ li għandu problema ta' droga u dan wara li kiser il-kundizzjonijiet ta' l-Ordni ta' Probation. Dan in-nuqqas, anke jekk serju u m'għandux isir, seħħ anke minħabba l-pandemija tal-COVID-19 fejn Aaron Atzori, li jgħix Għawdex, qata' l-kuntatt mal-Uffiċjal tal-Probation biex flok għamel progress mar lura. Il-Qorti tenniet li ż-żagħażugħ għandu jingħata l-aħħar ċans sabiex jaqbad it-triq it-tajba u għalhekk kienet se testendi l-Ordni ta' Probation u żżid kundizzjonijiet oħra li fil-fehma tagħha jservu ta' għodda neċessarja sabiex jaqbad it-triq tas-sewwa. Il-Qorti kienet qed tiddeċiedi fil-konfront ta' Atzori wara rapport li sar minn uffiċjali tal-Probation. Atzori residenti l-Qala qiegħed jonqos milli jkompli bir-rijabilitazzjoni tiegħu u mhux motivat sabiex jibni struttura u jibdel l-istil tal-ħajja tiegħu. Irriżulta li Aaron Atzori reġa' waqa' fil-vizzju tad-droga kif ukoll qiegħed juri mġieba vjolenti u dan fid-dawl tal-fatt illi l-Ordni ta Probation se tiġi fi tmiemha nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Awwissu, 2020. Irriżulta li Atzori qiegħed jabbuża mis-sustanza tal-kannabis u kokaina u jirrikjedi aktar għajnuna sabiex jindirizza l-istess problema u problemi oħra relatati. Minn xhieda tal-Uffiċjal tal-Probation Carmen Nygaard fis-16 ta' Settembru, 2019, Aaron Atzori kien miexi fit-triq it-tajba u kien qed jimxi mall-kundizzjonijiet mogħtija lilu u kien anke qed jikkopera mal-Uffiċjal tal-Probation Joseph Mizzi, kif qal hu fil-Qorti . L-imġieba tiegħu għall-ħabta ta' Ottubru li għadda kienet tajba, imma. t-tieni rapport, tal-14 ta' Lulju, 2020 jagħti stampa kemm xejn differenti tant li jidher li Aaron Atzori beda jimmolla u juri sinjali ta' ribelljoni. Jidher ukoll illi hemm iċ-ċans li se jerġa' jibda jabbuża mid-droga. Infatti waqt is-seduta tal-24 ta' Lulju, 2020, ammetta mal-Qorti li pejjep spinellu li kien ghad baqalu. Il-Qorti qalet li l-iskop tal-probation huwa sabiex persuni misjuba ħatja ta' xi reat jew reati jingħataw l-għajnuna neċessarja minn Uffiċjali tal-Probation kif ukoll minn professjonisti oħra, skont il-ħtieġa. F'dan il-kaz il-Qorti qalet li dan l-aħħar osservat kambjament notevoli fil-komportament tiegħu minn meta l-aħħar li deher quddiemha f'Awissu 2019. Deher aktar kalm u ko-erenti. Ġie osservat ukoll li kif jirriżulta mir-rapport tal-14 ta' Lulju, 2020, minhabba s-sitwazzjoni mposta fuq kulhadd minħabba l-COVID 19, il-kuntatt dirett personali tant importanti ta' l-Uffiċjal tal-Probation u l-professjonisti ma' Atzori waqaf u l–kuntatt beda jsir permezz tat-telefon. Il-Qorti hija tal-fehem li dan it-tibdil wassal biex il-proċess li nbeda tħarbat għax kien hemm kambjament fir-rutina, f'dak miftiehem u għalhekk inbidlu l-aspetattivi. Huwa fatt ben maghruf li anke t-toqol psikoloġiku żdied matul il-perjodu meta kien hawn tibdil anke fil-ħajja ta' kuljum u dak li kien normalment isir, sar f'daqqa waħda projbit jew ristrett. Il-Qorti ordnat biex l-Uffiċjal tal-Probation jagħmel rapport kull sitt xhur dwar il-komportament ta' Atzori. Il-Qorti wissietu li jekk mhux se jimxi mal-kundizzjonijiet ta' l-Ordni maħruġ minnha kif ukoll jekk ma josservax id-direzzjoni li jagħtih l-Uffiċjal tal-Probation mhux se jkollu futur feliċi, iżda jkun qed jistieden inkwiet aktar serju b'idejh. Meta qieset ir-rapporti flimkien, l-imġieba ta' Atzori, kif ukoll l-età tiegħu, l-Qorti qalet li għalkemm Aaron Atzori huwa ħati li kiser il-kundizzjonijiet ta' l-Ordni ta' Probation huwa għandu jingħata l-aħħar opportunità sabiex jaqbad it-triq it-tajba. Għalhekk għaddiet sabiex testendi l-Ordni ta' Probation u żżid kundizzjonijiet oħra li fil-fehma tagħha jservu ta' għodda neċessarja sabiex il-ħati jaqbad it-triq tas-sewwa. Il-Qorti widdbet ukoll lil ommu sabiex jekk verament trid tgħin lil binha ma għandhiex toqgħod issib skużi għall-aġir ħażin tiegħu, u ma għandhiex twaħħal fil-mediċina li qed jieħu. Ghandha tgħinu billi tinkoraġġieh u żżomm kuntatt hi wkoll mal-professjonisti li qed jassistu lil binha ħalli dan jimxi 'l quddiem. Il-Qorti wara li rat l-Artikoli 7, 11 u 21 tal-Kap 446 tal-Liġijiet ta' Malta sabet lil Aaron Atzori ħati li kiser il-kundizzjonijiet ta' l-Ordni ta' Probation mahruga minnha fis-7 ta' Awissu, 2019. Ghalhekk ikkundannatu għall-ħlas ta' multa ta' €50. L-Ordni ta' Probation maħruħa minnha fis-07 ta' Awwissu, 2019, ġiet estiża għall-perjodu ta' sentejn oħra. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/06/biex-ikollok-ekonomija-bsahhitha-irid-ikollok-poplu-bsahhtu-adrian-delia/
"Biex ikollok ekonomija b'saħħitha, irid ikollok poplu b'saħħtu" – Adrian Delia
netnews.com.mt
"Biex ikollok ekomonija b'saħħitha irid ikollok poplu b'saħħtu". Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien qed jitkellem waqt il-programm Feedback fuq NET FM. Dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19, Adrian Delia qal li l-ħidma tal-infermiera hija waħda imprezzabbli kif ukoll id-dixxiplina min-naħa tal-poplu kollu. Saħaq li meta l-pajjiż jinsab għaddej minn kriżi, wieħed irid jifhem il-gravità tas-sitwazzjoni. Dan jasal bit-tagħrif u b'deċiżjonijiet f'waqthom u f'posthom. Għandna Prim Ministru li abdika mir-responsabbiltà tiegħu ta' Prim Ministru. Pajjiżna għandu bżonn direzzjoni għax ninsabu f'sitwazzjoni fejn għandna żieda konsidrevoli ta' każi ġodda. Biex ikollok ekomonija b'saħħitha irid ikollok poplu b'saħħtu, għalhekk kulħadd għandu jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Adrian Delia qal li l-poplu jinsab inkwetat għax ma jafx min qed jieħu ħsieb is-saħħa tal-Maltin. Għananda Prim Ministu li mhux qed ikun preżenti. Il-preokkupazzjoni tal-ġenituri li ma jafux x'se jiġri meta suppost terġa' tiftaħ l-iskola f'Settembru li ġej. L-istess qed jiġri fl-ekonomija fejn hemm inċertezzi kbar. Adrian Delia qal li l-Gvern għandu obbligu li jħares is-saħħa tagħna u jagħtina l-informazzjoni kollha. Qegħdin f'sitwazzjoni li biex il-Gvern kellu jisma' l-unions, dawn kellhom jagħmlu azzjonijiet industrijali. Gvern li qed jabdika mir-reposabbiltajiet tiegħu… il-PN ma jagħmilx hekk. Il-Kap tal-PN sostna li dwar l-iskandlu tal-Vitals huwa baqa' jinsisti dwaru kemm fil-Parlament kif ukoll barra. Dan hu skandlu li fih esponenti tal-Gvern ftehemu mal-barranin biex jisirquna. U fid-dawl ta' dan kollu, kull ġurnata li tgħaddi l-Gvern mhux jieħu pożizzjoni. Adrian Delia qal li huwa ċar li Vitals ma segwewx l-obbligi li ntrabtu bihom fil-kuntratt li kien sar. Meta dawn intebħu li Adrian Delia kien se jġib l-isptarijiet lura lill-poplu Malti, raw kif għamlu biex jieħdu iktar flus. Il-Kap tal-PN qal li l-mudell ekonomiku li għażel l-Gvern li jkabbar l-ekonomija billi jkabbar l-popolazzjoni mhux mudell addattat għal pajjiżna… kien mudell tajjeb biss għall-bnazzi. Fil-perjodu tal-COVID il-Partit Nazzjonalista ressaq proposti li jgħinu iktar l-ekonomija Maltija, iżda l-Gvern ma semma ebda settur li nistgħu nimirħu fih. L_inabbilta tal-Gvern li jserrħilna moħħna hija Adrian Delia qal li l-PN irid ikun iffukati li fl-iqsar żmien possibbli joffri alternattivia għall-Gvern lill-poplu tagħna. Saħaq li ninsabu f'emerġenza tal-klima fejn il-Gvern għadu ma ħa ebda azzjoni. Apparti dan hemm diversi setturi oħra fejn il-Gvern ukoll ma ħa ebda azzjoni… fosthom l-edukazzjoni u l-isport. Dwar diversi ħatriet għolja f'pajjiżna, Adrian Delia qal li "b'insistenza min-naħa tal-Oppożizzjoni rnexxielna nimbuttaw sal-aħħar biex finalment illum tajna lil pajjiżna kostituzzjoni iktar b'saħħitha. B'hekk illum wasalna f'sitwazzjoni fejn iċ-ċittadin huwa importanti… għandu leħen b'saħħtu."
[ 1, 4, 5, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/07/racing-point-immultati-e400000-u-jitnaqqsulhom-15-il-punt/
Racing Point immultati €400,000 u jitnaqqsulhom 15 –il punt
netnews.com.mt
It-tim tal-Formula 1 Racing Point ġew immultati €400,000 u tnaqssulhom 15 –il punt mill-klassifika tal-kostrutturi wara li ntlaqa' l-protest ta' Renault dwar illegalitajiet fil-karozza ta' Racing Point. Il-protest ta' Renault kien dwar il-brejkijiet tal-karozza ta' Racing Point, b' Renault jgħidu li dawn kien l-istess bħal dawk ta' Mercedes. L-FIA enfasizzat li ji se tkun qed tikkastiga lit-tim aktar milli lis-sewwieqa minħabba li l-ksur tar-regoli sar meta kien qed tiġi ddisinjata l-karozza. Aktar kmieni, Racing Point ħabbru li Niko Hulkenberg se jkun qiegħed isuq flok Nico Perez għat-tieni ġimgħa konsekuttiva wara li l-Messikan għadu pożittiv għall-coronavirus, fil-Grand Prix tas-70 anniversarju mill-ewwel tellieqa tal-Formula 1.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/09/serena-williams-se-tilghab-fl-open-tal-istati-uniti-u-fl-open-ta-franza/
Serena Williams se tilgħab fl-Open tal-Istati Uniti u fl-Open ta' Franza
netnews.com.mt
It-tennista Amerikana Serena Williams qed tippjana li tilgħab fl-Open tal-Istati Uniti u l-Open ta' Franza. Numru ta' tennisti fosthom, Ashleigh Barty u Elina Svitolina ħabbru li mhux se jkunu qed jieħdu sehem fl-Open tal-Istati Uniti minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Williams li għandha 38 sena qalet li jekk isiru dawn it-turnaments hi lesta li tipparteċipa. Ir-rebbieħa ta' 23 Grand Slam, mistennija tieħu sehem fl-Open ta' Lexington bi tħejjija għall-Open tal-Istati Uniti. Williams temmet tgħid li hi se tkun qed tieħu l-prekawzzjonijiet kollha meħtieġa biex tipparteċipa f'dawn it-turnaments għaliex fl-aħħar mill-aħħar hemm saħħitha fin-nofs.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/08/konferenza-talahbarijiet-dwar-il-qtil-fhal-ghaxaq/
BIR-RITRATTI: L-awtopsja tikkonferma li inqatel b'tir wieħed
netnews.com.mt
Salvu Dalli jwieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih fil-Qorti. Salvu Dalli, l-akkużat fl-omiċidju li seħħ il-Ġimgħa filgħodu ttella' l-Qorti u wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Hu kien akkumpanjat miż-żewġ uliedu l-oħra. Hu ttella' l-Qorti għall-ħabta tas-1:30 ta' wara nofsinhar quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima. L-avukati ta' Dalli, Lennox Vella u Marisa Mifsud qalu li sa xahar ilu kien jinsab fl-Isptar Mount Carmel għall-kura meħtieġa. L-akkużat m'għamel l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest iżda d-difiża talbet li jingħata l-kura. Il-Qorti laqgħet it-talba, bl-akkużat se jibqa' jinżamm arrestat fil-faċilità Korrettiva ta' Kordin. L-avukati Kathleen Grima u Franco Debono dehru għall-familja tal-vittma, martu u żewġ uliedu ta' tlieta u erba' snin. Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo Iktar kmieni: L-awtopsja fuq il-katavru ta' Antoine Dalli ikkonfermat li l-vittma tal-omiċidju f'Ħal Għaxaq inqatel min tir wieħed fatali f'żaqqu. F'konferenza tal-aħbarijiet mid-Depot, il-kelliem għall-Pulizija Brendon Pisani qal li missier Antoine Dalli, Salvu Dalli, se jitressaq il-Qorti fis-1:30pm quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima. Pisani qal li kemm il-vittma u anke l-allegat qattiel huma persuni magħrufa sew mal-Pulizija. L-arma li intużat hu senter, illi ġie elevata mill-Pulizija. U kollox jindika li din kienet kwistjoni familjari. Antoine Dalli nstab bla ħajja fil-kamra tal-banju, fir-residenza tal-missier. Preżenti għall-konferenza fid-Depot kien hemm ukoll is-Supretendenti Ramon Cassar u Josric Mifsud. Dak li ġara lbieraħ : Salvu Dalli huwa r-ragel li allegatament spara u qatel lil ibnu f'residenza biswit l-iskola ta' Ħal Għaxaq fi Triq il-Gudja; delitt illi kollox jindika li beda minn tilwima familjari, bil-missier jispicca joqtol lit-tifel tieghu stess. Fl-argument intużat arma u kien hemm ukoll sparatura fuq ġewwa ta' residenza. Il-vittma Antoine Dalli, li kellu 37 sena, miet fil-post.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/09/onorat-u-kuntent-andrea-pirlo-kowc-ta-juventus/
"Onorat u kuntent" – Andrea Pirlo, kowċ ta' Juventus
netnews.com.mt
Fl-ewwel messaġġ tiegħu fuq il-midja soċjali wara li ġie mħabbar bħala l-kowċ il-ġdid ta' Juventus, Andrea Pirlo qal li jħossu onorat u kuntent li d-diriġenti ta' Juventus urew tant fiduċja fl-abbiltajiet tiegħu bħala kowċ. Pirlo nħatar kowċ ta' Juventus ilbieraħ filgħaxija wara li aktar kmieni fl-istess ġunrnata huma keċċew lil Maurizio Sarri wara l-eliminazzjoni mill-fażi tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League. Aktar kmieni dan ix-xahar Pirlo nħatar bħala kowċ tal-iskwadra ta' taħt it-23 sena ta' Juventus u minkejja li m'għandu l-ebda esperjeza bħala kowċ hu temm jgħid li jinsab lest u preparat għal din l-opportunità.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/08/swabbing-centres-fhal-qormi-u-burmarrad/
Swabbing Centres f'Ħal Qormi u Burmarrad
netnews.com.mt
Fearne jappella għall-kawtela mill-pubbliku Meta kien intervistat fuq Newsbook, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne stqarr illi l-avvenimenti tal-massa ikkumplikaw is-sitwazzjoni tal-pandemija f'pajjiżna. Ma' dan, hemm il-problema tas- swabbing , ghaliex it-testijiet qed idumu biex isiru. Il-Ministru tas-Sahha ammetta li t-tieni mewġa ġiet fuqna xahar qabel minn dak li kien mistenni. Iżda fl-ebda ħin ma qal jekk il-Gvern hux lest jiddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika. Fl-istess intervista, Fearne ħabbar li ċ-ċentri l-ġodda tat- testing se jkunu f'Ħal Qormi u f'Burmarrad.
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/09/willian-ihalli-il-chelsea-wara-seba-snin/
Willian iħalli lil Chelsea wara seba' snin
netnews.com.mt
Il-winger Brażiljan Willian ħabbar li se jħalli lil Chelsea u b'hekk tikber il-possibilità li l-winger ta' 32 sena jissieħeb mar-rivali ta' Londra Arsenal. F'ittra indirizzata lill-partitarji ta' Chelsea, Willian kiteb dwar l-esperjenza tiegħu ma' Chelsea fejn iddiskriva l-esperjenza bħala waħda mill-isbaħ. Willian kiteb li ma' Chelsea huwa kompla jiżviluppa l-abbiltajiet tiegħu filwaqt li rringrazzja lill-partitarji tal-Blues għall-merħba li tawh u s-sapport li offrewlu tul dawn is-sebgħa snin. Hu rrikonoxxa kif matul is-snin kien hemm ukoll kritika għall-prestazzjonijiet tiegħu li ddiskrivihom bħala normali. Ma' Chelsea, Willian lagħab 234 partita fejn skorja 37 gowl. Arsenal jinsabu fuq quddiem biex jakkwistaw lil Willian wara li aktar kmieni din il-ġimgħa offrewlu kuntratt ta' tliet snin minkejja l-interess minn Barcelona u Inter Miami.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/09/brad-binder-jirbah-il-grand-prix-ta-brno/
Brad Binder jirbaħ il-Grand Prix ta' Brno
netnews.com.mt
Brad Binder ta' KTM wettaq dak li ma kienx mistenni u rnexxielu jirbaħ il-Grand Prix ta' Brno. Din kienet l-ewwel rebħa ta' Binder tul il-karriera tiegħu fejn fl-ewwel kummenti mal-midja qal li din kienet il-ħolma tiegħu minn meta kien żgħir u se jibqa' jiftakara tul ħajtu kollha. Miegħu fuq il-podju temmew Franco Morbidelli ta' Yamaha u Johann Zarco ta' Avintia Ducati fejn minkejja li beda fuq quddiem ma rnexxielux jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu. Fir-raba' post temm Alex Rins ta' Suzuki segwit mit-Taljan Valentino Rossi li rnexxielu jtemm fl-għola pożizzjoni dan l-istaġun. Fis-sitt u fis-seba' post daħlu Miguel Oliveira u r-rebbieħ tal-aħħar żewġ Grand Prix Fabio Quartararo rispettivament. Takaaki Nakagami ta' LCR Honda u Jack Miller ta' Ducati temmew fit-tmien u d-disa' post filwaqt li Aleix Espargaro rnexxielu jidħol mal-ewwel għaxar sewwieqa. MOTOGP Kif spiċċaw: 1 B. Binder 41:38.764, 2 F. Morbidelli +5.266, 3 J. Zarco +6.470, 4 A. Rins +6.609, 5 V. Rossi +7.517, 6 M. Oliveira +7.969, 7 F. Quartararo +11.827, 8 T. Nakagami +12.862, 9 J. Miller +15.013, 10 A. Espargaro +15.087, 11 A. Dovizioso +16.455, 12 D. Petrucci +18.506, 13 C. Crutchlow +18.736, 14 M. Viñales +19.720, 15 A. Marquez +24.597, 16 T. Rabat +29.004, 17 B. Smith+32.290, 18 S. Bradl +55.977, Ma spiċċawx : P. Espargaro, J. Mir, I. Lecuona Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/11/sliema-jbatu-biex-jeghlbu-lil-sirens/
Sliema jbatu biex jegħlbu lil Sirens
netnews.com.mt
Stewart Said SIRENS MECCA MARIN ………. 3 SLIEMA FRANK SALT………….. 5 (2-3), (0-1), (1-0), (0-1) Kellu jkun gowl lejn it-tmiem li aċċerta ritorn għar-rebħ għal Sliema wara t-telfa ftit kontroversjali kontra San Ġiljan. Sliema li kienu mingħajr Jamie Gambin, ma kellhomx prestazzjoni mill-aqwa iżda għamlu biżżejjed biex jiksbu t-tliet punti. Sirens ma kellhomx prestazzjoni negattiva iżda n-nuqqas ta' plejer li jiskorja b'mod frekwenti qalb tim mimli żgħażagħ, qed ikun detrimentali għat-tim ta' Marko Orlovic. Kien Matthias Azzopardi li poġġa lil Sirens fil-vantaġġ b'xutt sabiħ għar-rokna ta' fuq iżda doppjetta ta' Michael Spiteri Staines poġġiet lil Sliema fil-vantaġġ. Ken Erodgan ġab id-draw għal Sirens sakemm Liam Galea daħħal lil Sliema 3-2 minn fuq b'gowl fl-aħħar ħames sekondi tas-sessjoni. Spiteri Staines għaqqad it-tripletta personali bl-uniku gowl fit-tieni sessjoni iżda s-Slimiżi naqsu li jimponu s-superjorità tagħhom u daħlu jistrieħu biss b'vantaġġ ta' 4-2. Dan id-distakk għen lil Sirens biex jibqgħu fil-logħba u fit-tielet sessjoni poġġew aktar pressjoni fuq id-difiża ta' Sliema minkejja li skorjaw biss f'azzjoni mill-isbaħ permezz ta' Lucas Falzon. Sliema ma żammewx il-livell ta' logħob u f'din is-sessjoni ftit kienu ta' periklu għal Joseph Parnis. Iż-żewġ timijiet bdew ifittxu l-gowls importanti fl-aħħar tmien minuti tal-logħba. Sirens kienu qed jimmiraw li jġibu d-draw f'perjodu fejn kienu kompetittivi daqs l-avversarji filwaqt li Sliema riedu jiftħu distakk. Il-gowl ta' Jacob Sciberras żewġ minuti u 19-il sekonda mit-tmiem, qatel it-tamiet ta' Sirens, proprju ftit sekondi wara li laqtu l-lasta. Sirens: J. Parnis, J. Ciantar, K. Erdogan (1), G. Melillo, J. Zerafa Gregory, T. Said, L. Falzon (1), I. Riolo, J. Napier, M. Cutajar, M. Sciberras, M. Azzopardi (1), O. Gauci, G. Farrugia, G. Sammut Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (1), J. Sciberras (1), M. Meli, B. Cachia, M. Spiteri Staines (3), J. Cutajar, J. Brownrigg, Z. Mizzi, N. Bugelli, Z. Sciberras, C. Cutajar, E. Schembri Referees: Alex De Raffaele, Raffaele Colombo OTTERS NIVEA …………………….. 6 MARSAXLOKK BROWN'S……. 10 (1-3), (0-2), (1-2), (4-3) Marsaxlokk Brown's Pharma bdew it-tieni fażi tal-istaġun fuq nota pożittiva b'rebħa komda fuq Otters Nivea. Konfront li fih Marsaxlokk qatt ma kienu minn taħt u kkontrollaw mingħajr wisq diffikultà. It-tim ta' Otters seta' kellu prestazzjoni ferm aħjar hekk kif żbalja f'diversi passaġġi fl-attakk. Ix-Xlukkajri fetħu vantaġġ ta' tliet gowls fl-ewwel sessjoni permezz ta' Matteo Martellacci, Stephen Micallef u Timmy Agius, b'Dominique Zahra jnaqqas id-distakk. Dan il-vantaġġ kompla jikber b'żewġ gowls mingħajr risposta fit-tieni sessjoni. B'distakk ta' erba' gowls, il-kowċ ta' Marsaxlokk Joe Cremona seta' jamministra l-logħba aħjar. Wara li Zahra għamel l-iskor 5-2, Martellacci u Micallef kabbru d-distakk għal 7-2. Bil-partita deċiża, iż-żewġ kowċis għamlu użu mill-iskwadra tagħhom, liema deċiżjonijiet wasslu biex il-logħba kienet aktar miftuħa, b'Otters jirnexxilhom jirbħu l-aħħar sessjoni. Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (1), R. Caruana, M. Lanzon, E. Meli (1), L. Gialanze (1), K. Scicluna, I. Azzopardi, D. Dimech, D. Zahra (3), M. Farrugia, S. Xerri, D. Spiteri, M. Caruana Baluci, L. Dimech Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, M. Martellacci (2), J. Portelli, T. Agius (3), L. Saliba, J. Galea, K. Cremona (1), S. Micallef (2), M. Pace, M. Cacici, O. Zammit, B. Lanzon (2) Referees: Peter Balzan, Aldo Rovandi Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/12/mil-lejla-jinghata-bid-ghall-kwartifinali/
Mil-lejla jingħata bidu għall-kwartifinali
netnews.com.mt
Mil-lejla jingħata bidu għall-kwartifinali tal-UEFA Champions League bil-partiti kollha qed isiru fil-Portugall u se jintlagħabu fuq rawnd wieħed. L-aktar partita li tispikka hi bejn iż-żewġ ġganti tal-futbol Barcelona u Bayern Munich . Fil-bidu ta' kull tal-istaġun, iż-żewġ timijiet ipoġġu din il-kompetizzjoni bħala prijorità, b' Bayern Munich jibdew xi ftit aktar favoriti minħabba l-prestazzjonijiet impressjonanti fl-aħħar partiti. Manchester City jittamaw li dan l-istaġun jirnexxilhom jirbħu l-ewwel kompetizzjoni Ewropeja tagħhom meta fil-kwartifinali jisfidaw lil Olympique Lyon . Fl-aħħar ħarġiet tagħhom f'din il-kompetizzjoni, Man City eliminaw lill-ġganti Spanjoli Real Madrid filwaqt li Lyon eliminaw liċ-champions Taljani Juventus. Illejla, Atalanta jilgħabu kontra PSG f'Estadio da Luz. Għal Atalanta din ser tkun l-ewwel esperjenza fil-kwartifinali taċ-Champions League u wara l-istaġun sorprendenti li kellhom żgur se jkunu qed iħarsu li jiksbu kwalifkazzjoni kontra l-Franċiżi. Għal PSG din mhux se tkun l-ewwel esperjenza fi kwartifinali Ewropeja u żgur li l-esperjenza tagħhom se tiswijhom kontra l-aktar tim li skorja fl-Italja dan l-istaġun. Għada, RB Leipzig jisfidaw lil Atletico Madrid . F'partita li tista' tmur fuq kull naħa, Atletico Madrid xorta jibdew bħala favoriti minħabba l-esperjenza tagħhom fl-Ewropa. Għall-Ispanjoli se jkunu neqsin Angel Correa u Sime Vrsaljko wara li rriżultaw pożittiv għall-coronavirus. Għal RB Leipzig din se tkun it-tieni esperjenza fi kwartifinali Ewropeja wara li fl-istaġun 2017/18 irnexxielhom jaslu sal-kwartifinali tal-Europa League. UEFA CHAMPIONS LEAGUE Kwartifinali: Illejla: Atalanta v PSG 9.00pm, Għada: RB Leipzig v Atletico Madrid 9.00pm, Il-Ġimgħa: Barcelona v Bayern Munich 9.00pm, Is-Sibt: Man City v Lyon 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/11/lejl-iehor-ta-protesti-vjolenti-fil-belarus/
Lejl ieħor ta' protesti vjolenti fil-Belarus
netnews.com.mt
It-toroq u l-pjazez ewlenin tal-kapitali Minsk kienu maħnuqa b'nies jipprotestaw għat-tieni lejl konsekuttiv wara r-rebħa elettorali tal-President tal-Belarus Alexander Lukashenko. Id-dimostranti qed jallegaw li r-riżultat elettorali tal-Ħadd kien imbgħabas. Fil-fatt, l-esponent ewlenija tal-Oppożizzjoni, Svetlana Tikhanovskaya, mhix taċċetta r-rebħa ta' Lukashenko. Stazzjon ibbażat fil-Polonja xandar filmati ta' Pulizija jattakkaw lid-dimostranti. L-istess Pulizija sparaw gass tad-dmugħ u balal tal-lastiku biex iferrxu l-folol. L-awtoritajiet tal-Belarus ikkonfermaw l-ewwel vittma minn dawn l-irvellijiet; raġel li tilef ħajtu wara li splussiv ħa f'idejh.
[ 3, 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/11/il-gvern-skocciz-iwissi-l-jista-jwaqqaf-il-kampjonat-tal-futbol/
Il-Gvern Skoċċiż iwissi li jista' jwaqqaf il-kampjonat tal-futbol
netnews.com.mt
Il-Gvern Skoċċiż ħabbar li jista' jkun li jissospendi b'mod tempornaju l-kampjonat tal-futbol Skoċċiż wara li plejer ta' Cetlic kiser ir-regolamenti b'rabta mal-coronavirus. Il-plejer ta' Celtic Boli Bolingoli kiser ir-regolamenti imposti mill-Gvern Skoċċiż b'rabta mal-futbol fl-Iskozzja wara li l-plejer siefer lejn Spanja. Bolingoli ma għamilx il-perjodu ta' kwarantina wara li siefer lagħab fil-partita kontra Kilmarnock. Aktar kmieni l-ġimgħa l-oħra żewġ plejers ta' Aberdeen kienu kkonfermati pożittivi għall-coronavirus wara li qattaw serata f'pub fl-Iskozja bil-partita tagħhom kontra St Johnstone ġiet posposta. Fi tmiem il-ġimgħa ż-żewġ timijiet, Celtic u Aberdeen, mistennija jilagħbu kontra xulxin bil-partita mistennija tkun pospost fil-ħin li ġej.
[ 1, 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/12/sitwazzjoni-covid-xgara-fl-ahhar-sighat/
SITWAZZJONI COVID: X'ġara fl-aħħar sigħat
netnews.com.mt
F'pajjiżna fl-aħħar sigħat seħħew għadd ta' żviluppi marbuta mal-pandemija. Hawn hi ħarsa lejn dak li ġara: Jitilgħu għal 440 il-każi attivi – żieda ta' 437 każ fi żmien 26 jum Tlieta mill-każi l-ġodda huma mill-isptar Monte Carmeli Mal-100 healthcare worker spiċċaw fi kwarantina It-tobba jwissu li qed jistennew rekord ta' każi ġodda għal-lum Il-Prim Ministru Robert Abela jgħid li l-każi f'Malta huma 'mild' u li mhux se jħares lura Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici jisħaq li l-iskejjel se jiftħu f'Settembru Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ma teskludix li jerġgħu jiżdiedu r-restrizzjonijiet Il-konsulent fis-Saħħa Pubblika Tanya Melillo tgħid li jekk ma nkunux respnsabbli se jmutu n-nies Il-kardjolog a Melanie Zammit Burg tgħid li llum nifhmu kemm dan il-virus jista' jħalli effetti koroh u permanenti fuq il-qalb Tlett gruppi differenti ta' żgħażagħ Taljani li kienu fi żjara f'pajjiżna jirriżultaw pożittivi għall-Covid meta marru lura l-Italja Emilia Romagna u Sqallija jimponu restrizzjonijiet fuq min ikun ġej minn Malta L-iSlovenja tiżdied mal-Italja, il-Greċja, il-Litwanja, l-Irlanda, l-Latvja u l-Estonja u tpoġġi lil Malta fuq il-lista l-ħamra Jitfaċċaw erba' każi mill-crew tal-film Jurassic Park li se jinħadem f'pajjiżna Jitħabbar li minn Settembru se jibdew joperaw il-cruises lejn pajjiżna Komplu segwu netnews.com.mt għal aġġornamenti kontinwi fuq is-sitwazzjoni tal-Covid f'pajjiżna.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/12/il-kunsill-tal-mfa-jiddiskuti-x-xenarji-u-l-protokoll-mediku-brabta-mal-coronavirus/
Il-Kunsill tal-MFA jiddiskuti x-xenarji u l-protokoll mediku b'rabta mal-coronavirus
netnews.com.mt
Fil-laqgħa li saret aktar kmieni waranofsinhar, il-Kunsill tal-MFA ddiskuta x-xenarji kolla possibli b'rabta mal-coronavirus. Peress li s-sitwazzjoni b'rabta mal-coronavirus hija waħda fluwida u qed tinbidel minn ħin għall-ieħor l-MFA aġġornat ir-regolamenti u l-protokoll tagħha b'rabta mal-futbol f'pajjiżna fuq rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-President tal-MFA, Bjorn Vassallo spjega kif meta lura f'Marzu li għadda twaqqaf ħesrem il-futbol f'pajjiżna, dan ġara għaliex kien hemm Legal Notice mill-Gvern li tiprojbixxi l-organizzazzjoni ta' attivitajiet sportivi. Vassallo żied jgħid li hekk kif ix-xahar id-dieħel huwa skedat li jibdew il-Kampjonati Lokali, l-MFA se tkun qed tikkonsulta ma' Kumitat Konsultattiv b'mod kontinwu, b'dan il-Kumitat ikun iffurmat minn esperti tas-saħħa, esperti fil-qasam kalċistiku u rappreżentanti tal-Gvern. L-MFA kkonfermat ukoll li l-logħbiet kollha ta' ħbiberija organizzati mill-MFA se jintlagħbu b'bibien magħluqa, bl-MFA mistennija tagħti aktar dettalji dwar x'ser jiġri la darba jibdew il-kampjonati. L-MFA qalet li l-impenji tat-timijiet Maltin fil-kompetizzjonijiet Ewropej u l-impenji tat-tim Nazzjonali, speċifikament dawk li se jintlagħbu f'pajjiżna, se jkunu qed isegwu r-regolamenti maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali kif ukoll l-protokoll tal-UEFA Return to Play. L-MFA approvat ukoll sett ta' regolamenti dwar meta l-Kampjonati Lokali jibdew u jkollhom jitwaqqfu minħabba dik li l-MFA qed issejjaħ bħala "Force Majeure" u ċirkostanzi simili għal dak li kellna lura f'Marzu, l-Kunsill iddeċieda li jekk ikunu ntlagħbu aktar minn 75% tal-partiti, il-klassifika tkun bħala waħda finali u l-ewwel tim jiġi dikjarat champion. F'każ li jkun intlagħbu anqas minn 75% tal-partiti, il-kampjonati jkunu abbandunati mingħajr verdetti finali sakemm ma jkunux diġa ġew deċiżi b'mod matematiku.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/12/michael-woods-jikkonferma-li-se-jissieheb-ma-israel-start-up-nation-is-sena-d-diehla/
Michael Woods jikkonferma li se jissieħeb ma' Israel Start-Up Nation is-sena d-dieħla
netnews.com.mt
Israel Start-Up Nation ikkonfermaw li ċ-ċiklist Michael Woods se jkun qiegħed jissieħeb magħhom fl-istaġun li ġej. Hu se jissieħeb fit-tim ma' Chris Froome li se jinaqgħad ma' Israel Start-Up Nation fl-istaġun li ġej ukoll. Woods se jkun ta' għajnuna għal Froome li se jkun qiegħed jittama li għal darb'oħra jirbaħ it-Tour de France. Woods rebaħ stadju fil-Vuelta a Espana fejn fi stqarrija qal li ma' Splitstream Sports kellu ħames snin indimentikabbli fejn id-deċiżjon li jiltaq kienet waħda diffiċli.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/12/ruben-galea-u-dr-wayne-pisani-gew-eletti-bhala-tezorier-u-vici-segretarju/
Ruben Galea u Dr Wayne Pisani ġew eletti bħala Teżorier u Viċi Segretarju
netnews.com.mt
Fl-aħħar ġimgħa ta' Lulju, il-Malta Motorsport Federation organizzat il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja biex jimtlew il-karigi ta' Teżorier u Viċi-Segretarju. Matul il-laqgħa seħħew ukoll numru ta' emendi fl-istatut tal-MMF. Ruben Galea kien elett bħala Teżorier filwaqt li Dr. Wayne Pisani ġie elett bħala Viċi Segretarju tal-MMF b'mod unanimu. Matul il-laqgħa il-President tal-Federazzjoni Tonio Cini aġġorna lill-membri bil-ħidma tal-assoċjazzjoni u bl-inċnetivi meħuda waqt il-pandemija tal-coronavirus u l-impatt tagħha fuq l-organizzazzjoni tal-avveniment tal-federazzjoni. B'hekk il-Kunsill Amministrattiv tal-MFF għall-2020 huwa magħmul mis-Sur Tonio Cini bħala President, is-Sur Jesmond Mangion fil-kariga ta' Viċi President, is-Sinjura Susanne Fenech bħala Segretarja Ġenerali; is-Sur Ruben Galea fil-kariga ta' Teżorier u Dr Wayne Pisani bħala Viċi Segretarju.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/12/silvio-schembri-jghid-li-hawn-min-qed-jipprova-jallarma/
Il-Ministru Silvio Schembri jgħid li hawn min qed "jipprova jallarma"
netnews.com.mt
Minn Marzu li għadda, sal-ġurnata tal-lum, saret rutina li kuljum inkunu qed nistennew aġġornament tan-numri tal-COVID-19 f'pajjiżna. Ħafna esperti medii qed jgħidu li l-każi għoljin ta' bħalissa jfissru li ninsabu fit-tieni mewġa – oħrajn huma ġenwinament imħassba bis-sitwazzjoni, aktar u aktar jekk din tibqa' tkarkar sax-Xitwa. Iżda għall-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri, min jitkellem pubblikament fuq in-numri tal-Covid, skont hu jkun biss qed jagħmel hekk biex jallarma. Fil-bidu tal-pandemija, in-numri uffiċjali kienu joħorġu permezz tal-Bulettin Mediku mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, iżda issa qed joħorġu permezz ta' aġġornamenti fuq Facebook. Għalkemm l-Erbgħa, il-Ministeru ta' Chris Fearne ħass li kellu joħroġc stqarrija. Intant matul il-jum staqsejna wkoll lill-Ministru Ian Borg, bħala l-persuna li taħtu jaqgħu il-portijiet u l-ajruporti, jekk il-Gvern hux jippjana xi tip ta' restrizzjonijiet jew miżuri fid-dawl tan-numri dejjem jikbru. Mir-risposta tiegħu Ian Borg kkonferma li s'issa għad m'hemm ebda pjan konkret.
[ 1, 4 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/12/covid-19-in-numri-tilghin-il-fuq-u-robert-abela-mill-gdid-ibahhar-lejn-sqallija/
COVID-19: In-numri tilgħin 'il fuq…u Robert Abela mill-ġdid ibaħħar lejn Sqallija
netnews.com.mt
Fil-bidu tal-pandemija kien qalilna "tħarbtulix is-Sajf" Illejla, il-Prim Ministru Robert Abela deher mill-ġdid iħalli Malta lejn Sqallija bid-dgħajsa tiegħu. Dan meta fi Sqallija stess bħalissa hemm attenzjoni massima għall-persuni kollha li qed jaqsmu minn pajjiżna, minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija. Mhux magħruf jekk Robert Abela irreġistrax il-wasla tiegħu mal-awtoritajiet Taljani. Hemm ċans ukoll li l-Prim Ministru Malti jintalab jagħmel swab test minħabba li telaq minn pajjiż li issa qed ikun meqjus bħala "riskjuż". Diversi kienu dawk li lemħu lil Robert Abela fi Sqallija, u f'kuntatt li għamlu ma' Net News qalulna li l-Prim Ministru verament qed igawdi s-Sajf…eżatt kif kien qal f'April meta stqarr "tħarbtulix is-Sajf". Din mhix l-ewwel darba li Robert Abela, kif kien jagħmel fi sjuf preċedenti, qasam lejn Sqallija għal break qasir. Bid-differenza tkun li din is-sena Abela hu Prim Ministru iffaċjat b'sitwazzjoni ta' numri ta' Covid li qed jiżdiedu jum wara l-ieħor. Aktar dettalji u ritratti fil-ħin li ġej.
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/13/imhabbra-l-istemma-episkopali-tal-isqof-il-gdid-ta-ghawdex/
Imħabbra l-Istemma Episkopali tal-Isqof il-ġdid ta' Għawdex
netnews.com.mt
Hekk kif xahar ieħor Għawdex ikollu uffiċjalment Isqof ġdid, id-Djoċesi Għawdxija ħabbret l-Istemma Episkopali ta' Monsinjur Anton Teuma. Akkumpanjata mill-motto "U baqa' miexi magħhom", meħud mill-Vanġelu skont San Luqa, fl-Istemma Episkopali tiddomina ċawla bil-ħobż f'munqarha u l-ktieb imkebbeb f'difrejha … żewġ sinjali tal-preżenza ta' Ġesù Kristu għax permezz tal-Kelma u tal-Ewkaristija, il-Knisja trid tkompli takkumpanja lill-bniedem fil-mixja tal-ħajja. Fin-naħa ta' isfel tal-Istemma hemm rappreżentazzjoni ta' nixxiegħa tal-ilma, bit-tifsira teoloġika tal-ilma li Kristu jipprovdi lil kull bniedem. Sinjal tal-Ispirtu s-Santu, li jagħti l-ħajja ifejjaq u jaħfer id-dgħjufija tal-bniedem. Ma tonqosx ukoll l-Istemma ta' Għawdex – it-tliet għoljiet wieqfa fuq il-mewġ – b'referenza għall-missjoni ta' Monsinjur Teuma speċifikament f'Għawdex u fost l-Għawdxin bħala r-Ragħaj Spiritwali tal-gżira. Sadanittant, id-Djoċesi aġġornat il-programm ta' attivitajiet relatati mal-Inawgurazzjoni Episkopali tal-Isqof-magħżul ta' Għawdex. Dan it-tibdil kellu jsir minħabba l-aħħar żviluppi marbuta mal-imxija tal-Coronavirus. Il-Ħamis, 27 ta' Awwissu fis-6.30pm, fir-Rotunda ta' San Ġwann Battista fix-Xewkija se tinżamm il-Konċelebrazzjoni ta' Radd il-Ħajr għall-Ministeru Episkopali ta' Monsinjur Mario Grech bħala Isqof ta' Għawdex. Il-Ġimgħa, 11 ta' Settembru fit-8pm, se tinżamm ċelebrazzjoni ta' talb bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Isqof-magħżul. Din se ssir bil-magħluq fil-Kappella tal-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II fir-Rabat. Madankollu, wieħed se jkun jista' jsegwi din l-attività – bħall-attivitajiet l-oħrajn kollha – fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi Għawdxija. Il-Ħadd, 13 ta' Settembru fil-5.30pm, il-Konsagrazzjoni Episkopali ta' Monsinjur Teuma se ssir fil-miftuħ – fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu. Dan qabel il-Quddiesa tal-Ingress Solenni, li se tinżamm l-Erbgħa, 16 ta' Settembru fis-6.30pm, fil-Katidral iddedikat lil Santa Marija fiċ-Ċittadella.
[ 13 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/14/estradizzjoni-ghas-slovakkja-ghal-mara-li-ilha-mahruba-tmien-snin-fuq-frodi/
Estradizzjoni għas-Slovakkja għal mara li ilha maħruba tmien snin fuq frodi
netnews.com.mt
Slovakka ta' 43 sena ġiet estradita lejn pajjiżha fuq ordni tal-Qorti wara talba li saret mill-awtoritajiet Slovakki wara li din kienet ħarbet il-ġustizzja tmien snin ilu wara li kienet instabet ħatha fuq frodi ta' aktar minn € 200,000. Miriam Salingerova kienet ħarbet mis-Slovakkja u ilha nieqsa sa mill-2012. Hija kellha sservi sentenza ta' tliet snin ħabs fuq reti ta' evażjoni ta' taxxa u ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni li jlaħħqu ftit aktar minn € 210,000. Il-każ ġie konkluż wara nvestigazzjoni li saret mill-Pulizija Slovakka fejn din skopriet li Miriam Salingerova kienet spiċċat tgħix Malta. Dawn minn naħa tagħhom kienu nfurmaw lill-Pulizija Maltija li wasslet għall-arrest tal-mara lejn l-aħħar ta' Lulju. Hija se sservi tliet snin ħabs fis-Slovakkja u mill-każ tagħha l-Pulizija jistgħu jsolvu aktar każijiet fil-konfront ta' Slovakki oħrajn li wettqu reati simili. Dak li jissejjaħ 'Sirene National Centre' ikkolabora mal-Pulizija Maltija dwar l-estradizzoni tal-mara. Membri ta' 'l hekk imsejjaħ PPZ Criminal Police Office fis-Slovakkja, li wkoll daħal fil-każ bl-għajnuna tal-pubbliku Slovakk kiseb informazzjoni mportanti dwar il-fatt li Salinger kienet tinsab Malta. Wara tfittxija mingħar suċċess, il-Qorti Reġjonali fi Žilina ħarġet mandat ta 'arrest għar-reat kriminali kontinwu fuq evażjoni lampanti tat-taxxi u primjums tal-assigurazzjoni. Il-Pulizija Slovakka kienet ukoll għamlet talba biex ċittadini ta' pajjiżha jirrappurtaw kwalunkwe informazzjoni dwar il-mara mfittxija, il-movimenti tagħha u r-residenza ta' fejn setgħet kienet qed tistaħba. It-Task Force tal-Pulizija Slovakka, magħrufa wkoll bħala l-'Headhunter' kienet għamlet tfittxija għaliha u rat li Salingerová ma titlaqx mill-Unjoni Ewropea. Wara kkonfermaw li kienet marret fl-iżgħar stat fl-unjoni, li huwa Malta. Id-deċiżjoni li hija tiġi estradita ngħatat mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ftit tal-jiem ilu, u li din kellha tħalli Malta lejn is-Slovakkja fi żmien 10 t'ijiem. Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li wara li li rat iċ-ċertifikat maħrug mill-Avukat Ġenerali skont l-Artikolu 7 maħruġ fit-23 ta' Lulju, 2020; tagħat il-kunsens tagħha sabiex l-akkużata tintbagħat lura pajjiża. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mark Galea.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/16/covid-19-qed-noholqu-paniku-zejjed-robert-abela/
COVID-19: "Mhix taħt kontroll? Assulutament li le!" – Robert Abela
netnews.com.mt
Il-Prim Ministru jirrepeti l-argument ta' Donald Trump dwar it-testijiet li qed isiru Il-Gvern se jkun qed ineħħi lill-immigranti minn fuq il-lista totali tal-każi ta' Coronavirus. Dan b'riżultat li se jitnaqqas in-numru tal-persuna li skont l-istatistika kellhom il-Covid. Fl-istess waqt, Robert Abela jibqa' jgħid li s-sitwazzjoni tal-pandemija tinsab taħt kontroll. Żvilupp li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbru f'intervista fuq il-media laburista, ftit tas-sigħat biss wara li ġie lura minn Sqallija. Meta kien intervistat minn tliet ġurnalisti, mingħajr l-użu ta' maskra, Robert Abela qal li f'dan il-mument irridu nuru "il-prijoritajiet". Insista li f'pajjiżna "qed jinħoloq paniku żejjed". Robert Abela spiċċa jattakka lill-ġurnalisti u jgħidilhom biex ikunu fattwali. Dan meta l-media tiegħu stess mhix qed tkun fattwali u mhix tirrapporta n-numri minn ġurnata għall-oħra. Il-Prim Ministru baqa' jiddefendi lill-Ministru Julia Farrugia, minkejja l-probelmi kbar li ħolqu d-deċiżjonijiet li ttieħdu fis-settur turistiku – l-aktar bl-organizzazjoni tal-parties u l-attivitajiet tal-massa. Intant, Robert Abela stqarr li n-nies m'għandhomx dixxiplina. U għalhekk se jkollu jdaħħal liġijiet biex jirrestrinġi. "Se ndaħħal protokolli strettissimi. Se ndaħħlu testing fl-ajruport", qal il-Prim Ministru.
[ 1, 4, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/15/il-gappun-ifakkar-tmiem-wwii/
Il-Ġappun ifakkar tmiem WWII
netnews.com.mt
Għandi rimors qawwi għall-azzjonijiet li l-Ġappun wettaq tul it-tieni gwerra dinjija. Dan sostnieh l-Imperatur Ġappuniż Naruhito f'diskors li għamel fl-okkażżjoni tal-75 sena minn meta pajjiżu ċeda f'din il-gwerra u l-Istati Uniti ddikjaraw tmiem għal dan il-kapitlu mudlam fl-istorja tal-bniedem li ħataf miljuni ta' ħajjiet. Naruhito sostna li jittama li l-aġir li seħħ tul din il-gwerra, id-dinja qatt ma terġa' taraha b'għajnejha. Dan filwaqt li l-Prim Ministru Shinzo Abe wiegħed li qatt m'hu ser ikun qed jirrepeti l-aġir tal-predeċessuri tiegħu. Għal din l-okkażjoni, 4 ministru tal-Shinzo Abe waslu offerta ċerimonjali fis-Santwarju Yasukuni – mossa li jaf ma tinżilx tajjeb ħafna mal-Korea t'Isfel u ċ-Ċina. Dan l-għaliex din hija l-ewwel darba fl-aħħar 4 snin li politiċi f'kariga għolja taw omaġġ lil dawk li tilfu ħajjithom fil-gwerra – uħud proprju meqjusa bħala kriminali tal-gwerra li wettqu atroċitajiet mal-poplu Ċiniż u Korean.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/15/cheptegei-jikser-ir-rekord-tal-5000m/
Cheptegei jikser ir-rekord tal-5000m
netnews.com.mt
Ritorn tal-atletika internazzjonali fis-serata tad-Diamond League fi Stade Louis II f'Montecarlo, rekord tad-dinja ġdid fid-distanza tal-5000 metru. Wara sittax – il sena kien Joshua Cheptegei ta' 23 sena mill-Uganda li għamel id-distanza fi 12:35.36 sekondi sabiex b'hekk tejjeb bi kważi żewġ sekondi ir-record li sittax il-sena ilu kien kiseb Kenenisa Bekele tal-Etjopja li kien ta' 12 il-minuta 37.35 sekondi. Rebbieħ tal-midalja tad-deheb fl-aħħar Kampjonati tad-Dinja li saru f'Doha sena ilu, f'Monaco ma kien hemm ebda dubju li Cheptegei jirbaħ il-5000 metru u f'kundizzjoni ta' temp mill-aqwa irnexxielu jikser ir-rekord tad-dinja. Għal Golden League f'Montecarlo ingħata permess li jattendu mhux aktar minn 5000 spettatur li iżda b' mod dixxiplinat żammew id-distanza socjali bejniethom minħabba l-Covid 19.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/15/klopp-jirbah-l-unur-tal-aqwa-kowc-tal-premier-league-dan-l-istagun/
Klopp jirbaħ l-unur tal-Aqwa Kowċ tal-Premier League dan l-istaġun
netnews.com.mt
Il-kowċ ta' Liverpool Jurgen Klopp rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ dan l-istaġun fil-Premier League wara li wassal lil Liverpool għar-rebħ tal-kampjonat wara 30 sena. L-iskwadra ta' Jurgen Klopp rebħet 32 partita minn 38 u rnexxielhom jilħqu 99 punt li hu record għall-klabb ta' Anfield. Flimkien ma' Klopp, kien hemm ukoll nominati għal dan l-unur, Lampard ta' Chelsea, Rodgers ta' Leicester u Wilder ta' Sheffield United. F'dan l-istaġun Klopp rebaħ l-unur tal-Aqwa Kowċ tax-xahar ħames darbiet biex kiseb unur aktar minn Pep Guardiola li fl-istaġun ta' qabel kiseb erbgħa. Id-difensur ta' Liverpool Trent Alexander-Arnold rebaħ l-unur tal-Young Player of the Season wara li għeleb l-isfida ta' Kevin De Bruyne ta' Manchester City.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/covid-19-48-kaz-gdid-pozittiv/
COVID-19: 48 każ ġdid pożittiv
netnews.com.mt
Għal jum ieħor pajjiżna reġa' rreġistra numru għoli ta' każi pożittivi ġodda ta' COVID-19… total ta' 48 każ. Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm seba' persuni oħra illi fiequ minn dan il-virus. B'hekk issa t-total ta' każi attivi jitla' għal 709 persuna filwaqt li t-total ta' każi pożittivi huwa dak ta' 1,528, bil-persuni li fiequ jammontaw għal 810. Mill-każi rappurtati lbieraħ, 5 huma familjari ta' każi pożittivi, 4 kellhom kuntatt dirett ma' persuni li kienu rriżultaw fil-pożittiv, 3 kienu kollegi ta' każi pożittivi, 2 mill-cluster tal-Isptar Monte Karmeli, 1 relata mal-cluster ta' Paceville, 2 mill-cluster tal-Iskejjel tal-Ingliż u 9 mill-cluster tad-Djar tal-Anzjani. Il-każi rappurtati llum għadhom qed jiġu investigati. In-numru ta' swabs li saru fl-aħħar 24 siegħa jammonta għal 2,124.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/17/pospost-in-nestle-ice-cream-beach-soccer-tournament/
Pospost in-Nestle' Ice-cream Beach Soccer Tournament
netnews.com.mt
Wara l-aħħar żviluppi b'rabta mal-pandemija tal-coronavirus f'pajjiżna, l-MBSA flimkien ma' dawk kollha nvoluti ħadet id-deċiżjoni li tipposponi il-bidut tan-Nestle' Ice Cream Beach Soccer Tournament sakemm is-sitwazzjoni titjieb. L-assoċjazzjoni temmet tgħid li aktar dettalji dwar x'se jkun qiegħed jiġri se jkunu komunikati aktar 'il quddiem Ikkummenta //= $special ?>
[ 1, 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/19/chris-froome-mhux-inkluz-fl-iskwadra-ghat-tour-de-france/
Chris Froome mhux inkluż fl-iskwadra għat-Tour de France
netnews.com.mt
Iċ-ċiklista Chris Froome mhuwiex inkluż fl-iskwadra ta' Team Ineos li se tipparteċipa fit-Tour de France ta' din is-sena. Flimkien ma' Froome li rebaħ dan it-Tour erba' darbiet, Geraint Thomas ukoll se jkun nieqes għal din is-sena, biċ-ċiklista prinċipali se jkun ir-rebbieħ tas-sena li għaddiet Egan Bernal. Il-kowċ tat-tim Dave Brailsford qal li Froome għad fadallu ftit taż-żmien ieħor biex jerġa' jilħaq l-għola livell. Fi tmiem dan l-istaġun, Froome se jħalli lil Team Ineos wara li laħaq ftehim ma' Israel Start-Up Nation. Froome xorta waħda se jkun qiegħed imexxi lil Team Ineo fil-Vuelta a Espana f'Ottubru. B'hekk l-iskwadra ta' Team Ineo għat-Tour de France se tkun iffurmata minn Egan Bernal, Richard Carapaz, Andrey Amador, Jonathan Castroviejo, Michal Kwiatkowski, Luke Rowe, Pavel Sivakov, Dylan van Baarle.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/19/barcelona-jahtru-lil-ramon-planes-bhala-segretarju-tekniku/
Barcelona jaħtru lil Ramon Planes bħala Segretarju Tekniku
netnews.com.mt
Wara li fl-aħħar siegħat, Ronald Koeman ġie kkonfermat bħala kowċ ta' Barcelona wara li tkeċċa Quique Setien, huma komplew bit-tibdiliet tagħhom u issa ħatru lil Ramon Planes bħala Segretarju Tekniku. Planes se jkun qiegħed jieħu post Eric Abidal li nħall mill-kuntratt tiegħu fl-istess kariga. Fil-passat Planes ħadem bħala Direttur Sportiv ma' numru ta' klabbs fil-La Liga fosthom Espanyol, Alaves u Getafe kif ukoll fil-Premier League ma' Tottenham. Dan it-tibdil fit-tim Katalan qiegħed isir wara t-telfa u l-eliminazzjoni umiljanti ta' 8-2 li Barcelona sofrew kontra Bayern Munich fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/psg-jiksbu-post-fil-finali-tal-uefa-champions-league/
PSG jiksbu post fil-finali tal-UEFA Champions League
netnews.com.mt
Paris Saint-Germain għelbu faċilment lil RB Leipzig bl-iskor ta' 3-0 biex kisbu post fil-finali tal-UEFA Champions League nhar il-Ħadd 23 ta' Awwissu kontra minn jirbaħ bejn Lyon u Bayern Munich. Il-logħba ntlagħbet fl-Estàdio da Luz fil-Portugall, partita ddominata mit-tim Franċiż. PSG kellhom ċans imorru fil-vantaġġ mall-ewwwel ftit minuti meta Kylian Mbappe qassam fit-tul lil Neymar li ixxutja fil-baxx iżda l-ballun ħabat mal-lasta u mar barra. Ftit wara, huma kellhom gowl imħassar wara li Gulasci żbalja fejn ixxutja ġo Neymar stess bil-ballun spiċċa fix-xibka, iżda tħassar minħabba li l-ballun ħabat ma' id l-istess plejer. L-ewwel gowl tal-partita wasal fit-13-il minuta meta free kick ta' Angel Di Maria sab lil MARQUINHOS li bir-ras ma' żbaljax. Dan kien il-ħames gowl tiegħu tal-istaġun. PSG reġgħu kellhom opportunità oħra meta żball fid-difiża ta' Leipzig tilfu l-ballun b'Di Maria xeħet lil Mbappe li ra x-xut tiegħu milqugħ mill-gowlkiper. Neymar kellhu t-tieni xut tiegħu li ħabat mal-lasta minn free kick prużuntuż u minn angolu diffiċli. It-tieni gowl tal-logħba wasal ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta pass ħażin tal-gowlkiper spiċċa f'saqajn Leandro Paredes li tefa' lil Neymar u bit-takkuna xeħet lil DI MARIA li ma falliex. Fil-50 minuta, attakk personali mis-sostitut ta' Leipzig Emil Fornsberg kellhu x-xut tiegħu minn barra l-kaxxa spiċċa ftit għoli. Fis-56 minuta wasal it-tielet gowl għal PSG, meta Nordi Mukiele żelaq b'Di Maria ħadlu l-ballun u tefa' cross lil BERNAT li bir-ras żied il-vantaġġ. Mbappe prova jżid l-iskor meta minn cross ta' Di Maria xellef ftit bir-ras li mar ftit barra. Immedjatament wara, l-istess plejer qabeż lil Upamecano iżda kellhu x-xut milqugħ minn Gulasci bil-ballun spiċċa għand Paredes li prova xutt minn barra imma reġa laqgħu l-istess gowlkiper. Il-gowlkiper ta' Leipzig kompla bil-prestazzjoni pożittiva fit-tieni taqsima wara li reġgħa laqa' xut ieħor b'saħħtu ta' Paredes minn barra l-kaxxa. Fl-aħħar minuti tal-partita, Leipzig kienu viċin gowl ta' konsolidazzjoni wara li cross minn Mukiele spiċċa għand Schick bix-xut blukkat minn Thiago Silva, b'Fornsberg ħa ċans ukoll iżda Thilo Kehrer jagħlaq tajjeb. PSG żammew il-pussess tal-ballun sal-aħħar, biex iċċelebraw post fil-finali tal-UEFA Champions League b'opportunità li jirbħu dan it-trofej għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb. Għall-ewwel darba wkoll f'14 -il sena, f'dawn is-semi finali mhux se naraw la lil Messi u lanqas lil Ronaldo. UEFA CHAMPIONS LEAGUE Semifinali: Illejla: RB Leipzig v PSG 3-0, Għada: Lyon vs Bayern Munich Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/20/l-ebda-disprezz-fit-talba-tal-avukat-genearli-ghall-investigazzjoni-ta-tejps-li-gew-leaked/
L-ebda disprezz fit-talba tal-Avukat Ġenerali għall-investigazzjoni ta' tejps li ġew 'leaked'
netnews.com.mt
Il-Qorti qalet li ma sabet l-ebda termini "offensivi jew insultanti" f'applikazzjoni li kienet ippreżentata mill-Avukat Ġenerali li talbet investigazzjonijiet dwar tapes li ġew 'leaked,' li kienu jikkonsistu minn konversazzjonijiet irreġistrati b'mod sigriet bejn Yorgen Fenech u Melvin Theuma. Din il-kwistjoni ħarġet mill-pubblikazzjoni fuq Reddit ta ħames klipps ta' skambji bejn in-negozjant Yorgen Fenech, akkużati b'kompliċità fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-intermedjarju fil-każ Melvin Theuma, li ngħata l-proklama mill-istat. Ir-reġistrazzjonijiet bil-vuċi, imtellgħa permezz ta' kont anonimu maħluq fit-8 ta' Awwissu, kienu fost dawk li nstemgħu wara l-bibien magħluqa fil-kumpilazzjoni tal-qtil li għaddejja, waqt seduta tat-22 ta' Lulju li għadda. Dawn il-'leaks' wasslu biex issir applikazzjoni mill-Avukat Ġenerali li talab għall-investigazzjonijiet urġenti. Applikazzjoni simili ġiet ippreżentata mill-familja Caruana Galizia. Il-kwistjoni ħarġet b'dikjarazzjoni bil-kliem mill-Qorti waqt is-seduta tal-ġimgħa li għaddiet, li permezz tagħha l-Maġistrat Rachel Montebello ddikjarat dawn il-'leaks' bħala kundannabbli u sfida diretta lill-awtorità tal-Qorti. Il-Maġistrat ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga dawn l-'leaks' u tat struzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti biex jieħu l-azzjoni kollha meħtieġa għal disprezz tal-qorti. Matul l-istess seduta, l-avukati ta' Yorgen Fenech ippreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub u għamlu aktar argumenti orali, u esprimew tħassib dwar il-fatt li l-Prosekuzzjoni, waqt li ħeġġet investigazzjonijiet dwar il-leaks,, naqset milli tistudja "allegazzjonijiet ferm iktar serji." Fosthom – "Kif jissemma Arnaud f'dawn it-tejps? Kemm-il darba? F'liema kuntest? Kif Theuma kkontrolla ċertu dokumenti? Kemm flus ġew verament skambjati għal dan il-qtil? "Kienx hemm xi investigazzjonijiet urġenti dwar dawn il-materji kollha? Le u għad hemm? kienet investigazzjoni urġenti dwar it-tejps li ġew leaked b'disprezz lejn il-Qorti," kien sostna l-avukat Charles Mercieca. L-Avukati ta' Yorgen Fenech ukoll oġġezzjonaw dwar ċertu lingwaġġ "offensiv jew insult" fil-konfront tagħhom, allegatament jidhru fl-applikazzjoni tal-AĠ, u ddikjaraw li dawn it-termini kienu jammontaw għal disprezz tal-qorti. Madankollu l-Qorti kkonkludiet li hija ma sabet l-ebda termini bħal dawn li jistgħu jiġu deskritti bħala "offensivi jew insultanti" b'tali mod li jammontaw għal disprezz tal-Qorti. Il-projbizzjoni ma kienet tapplika għal ebda allegazzjoni li tista' titqies bħala oġġezzjonabbli mill-perspettiva suġġettiva tal-parti li kontriha huma diretti, temmet tgħid il-Qorti.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/wara-xahar-l-istat-ta-victoria-jirregistra-tnaqqis-fil-kazijiet/
Wara xahar, l-istat ta' Victoria jirreġistra tnaqqis fil-każijiet
netnews.com.mt
L-istat ta' Victoria fl-Awstralja kellu l-anqas ammont ta' każijiet ta' Covid-19 f'temp ta' xahar, dan wara li ġimgħat ilu dan l-istat kellu outbreak enormi ta' każijiet ġodda. Il-belt ta' Melbourne kienet ilha xahar f'lockdown, u kellha wkoll anki l-curfew bil-lejl. Bħalissa l-istat għandu 7,274 każ attiv, b'Victoria tibqa' fuq allert u meqjusa bħala l-aktar stat li għandu każijiet. Madanakollu fl-aħħar sigħat f'dan l-istat kien hemm 222 każ ġdid, u dan in-numru ta ftit nifs u tama li s-sitwazzjoni preżenti qed tiġi ftit ftit taħt kontroll. Il-Kap tas-Saħħa ta' Victoria, Brett Sutton ħeġġeġ lill-poplu jkompli jobdi r-regolamenti, u li m'għandhomx jibżgħu biex imorru jagħmlu t-test tal-Covid-19.
[ 1, 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/il-libanu-verdett-ta-htija-dwar-il-qtil-ta-rafik-hariri/
Il-Libanu: Verdett ta' ħtija dwar il-qtil ta' Rafik Hariri
netnews.com.mt
Wieħed min erba' irġiel akkużati dwar l-assassinar, fl-2005, tal-eks Prim Ministru tal-Libanu, Rafik Hariri, spiċċa kundannat minn qorti speċjali appoġġjata min-Nazzjonijiet Uniti. L-akkużat, Salim Ayyash u t-tlieta l-oħra – kollha membri tal-grupp tal-militanti Xiti tal-Hezbollah – kienu ilhom mill-2014 għaddejjin minn proċess legali b'konnessjoni mal-qtil, fl-assenza tagħhom. Il-qtil ta' Rafik Hariri, fost l-aktar politiċi prominenti tal-komunità Sunni Musulmana, kien qajjem għadab kbir fil-pajjiż u 'il hinn minnu, bil-verdett jingħata fi żmien ta' kriżi politika kbira fil-Libanu. Ayyash instab ħati dwar sehem f'kumplott għal azzjoni terroristika filwaqt li nstab ħati wkoll bil-qtil ta' Hariri u ta' 21 persuna oħra. Il-verdett anki kkonferma li Ayyash kien implikat 'f'attentat biex jinqatlu 226 oħra fl-isplużjoni suwiċida tal-karozza bomba li qerdet lil Hariri, fl-14 ta' Frar tal-2005'. L-imħallfin qablu li l-provi uriet li Ayyash kellu wieħed minn sitt telefons ċellulari li ntużaw mill-iskwadra ta' qattiela li eliminaw lil Hariri. Il-qtil ta' dan il-Prim Ministru kien mument importanti ħafna għal-Libanu u li minnu spuntaw l-alleanzi rivali li sawwru l-politika lokali għal snin wara. It-tliet imputati l-oħra – Hussein Hassan Oneissi, Assad Hassan Sabra u Hassan Habib Merhi — ma nstabux ħatja mit-Tribunal Speċjali għal-Libanu li hu bbażat fil-limiti ta' The Hague fl-Olanda. L-Imħallef li ppresieda l-każ, David Re, qal ukoll li ma kienx hemm provi li t-Tmexxija tal-Hezbollah jew tas-Sirja setgħu kienu implikati fl-attakk. Dan meta l-militanti tal-Hezbollah dejjem ċaħdu għal sehem fil-qtil ta' Rafik Hariri.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/20/29-xahar-habs-ghal-erba-immigranti-li-ppruvaw-jaharbu-minn-malta/
29 xahar ħabs għal erba' immigranti li ppruvaw jaħarbu minn Malta
netnews.com.mt
Erba' immigranti, tnejn mis-Sudan, wieħed mill-Mali u ieħor mill-Eritrea ġew ikkundannati 29 ħabs bejniethom wara li ammettew li ppruvaw jaħarbu minn Malta b'xi mezz jew ieħor. Wieħed mill-immigranti pprova jaħrab mingħajr dokumenti permezz tal-Katamaran ieħor permezz ta' dokument falsfikat mill-ajruport internazzjonali ta' Malta u t-tnejn l-oħra kellhom fil-pusses tagħhom dokumenti mhux oriġinali. L-Ispettur Hubert Gerada mill-Uffiċċju Prinċipali tal-Immigrazzjoni talab lill-Maġistrat Neville Camilleri biex il-piena fil-konfront tal-erba' akkużati tkun dik ta' ħabs effettiva, mhux biss għax falsifikar ta' dokument huwa ksur lampanti tal-liġi, imma għax hemm minn dawn li ġew salvati minn pajjiżna, biex issa għamlu li għamlu. L-Avukat tal-għajnuna legali Martha Mifsud talbet lill-Qorti biex iqis il-fatt tal-ammissjoni bikrija fil-konfront tal-erba' rġiel. L-ewwel ma tressaq kien Djarra Bakaye ta' 39 sena mill-Mali residenti l-Mosta. Huwa ammetta li nhar l-Erbgħa li għaddew u fil-ġranet ta' qabel iffalsifika passaport u li għamel użu minn dokumenti oħra b'mod illegali. Il-Qorti kkundannat lil Bakaye tmien xhur ħabs. Wara tressaq Ali Khamis ta' 21 sena mis-Sudan, residenti l-Marsa, li ammetta li nhar l-Erbgħa kellu fil-pusses tiegħu passaport Taljan tar-Refuġjati maħruġ f'isem ċertu Fadol Habib u li ttanta jagħmel użu minn dan id-dokument u li għamel dikjarazzjoni falza. L-Ispettur Gerada qal li l-persuna ammetta fl-istatement li xtara l-passaport għas-somma ta' ta' €600, meta dan kellu l-faċilita' li jistenna u jiġi regolarizzat. Huwa ġie kundannat seba' xhur ħabs. Wara tressaq Adam Abubaker Omar ta; 26 sena mill-Eritrea, residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far. Huwa ammetta li fid-9 ta' Awwissu ffalsifika passaport u li għamel użu minnu. Ammetta wkoll li kellu fil-pusses tiegħu dokument mingħajr awtorità leġittima. L-Ispettur qal li dan mar l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, nhar l-Erbgħa li għaddew, u pprova jaħrab b'dokumenti foloz. Huwa ġie kundannat tmien xhur ħabs. Fl-aħħar tressaq Altaher Nagm Aldein ta' 34 sena mis-Sudan, residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far li ammetta li kmieni l-Ħamis filgħodu bejn it-3.00am u l-5.00am. ipprova jaħrab bil-katamaran mit-terminal tal-Virtu Ferries. L-Ispettur Haber qal li dan ipprova jaħrab mingħajr ebda dokumenti.Huwa ġie kundannat sitt xhur ħabs.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/17/18-il-xahar-habs-ghal-avukat-pollakk-li-hedded-eks-kollegi-u-li-se-jispiccaw-bhal-daphne-caruana-galizia/
18-il xahar ħabs għal Avukat Pollakk li hedded eks kollegi li se jispiċċaw bħal Daphne Caruana Galizia
netnews.com.mt
Bartosz Marcin Andruszaniec, Avukat Pollakk ta' 43 sena ġie kundannat 18-il xahar ħabs mill-Maġistrat Gabriella Vella wara li nstab ħati ta' theddid fuq eks-kollegi ta' ditta tal-Avukati lokali. Fost l-Avukati Maltin kien hemm min ġie mhedded li se jispiċċa maqtul bħal Daphne Caruana Galizia. Fost ritratti li kienu jintbagħtu lill-eks kollegi tiegħu kien hemm rjus ta' mewt, splużjoni ta' dar u dan ukoll fil-konfront tal-mara ta' wieħed mill-avukati. Mix-xhieda ħareġ li huwa kien qed jitlob ukoll is-somma ta' €300,000 fuq konsulenzi li kien qal li għamel għall-kumpanija. Andruszaniec instab ħati li pprova jagħmel kuntatt ma' eks kollegi u diretturi ta' kumpanija billi bagħat sensiela ta' emails u messaġġi fuq Whatsapp u Instagram, Facebook kif ukoll permezz ta' emails. Andruszaniec ma kellux indirizz fiss meta kien jaħdem mal-kumpanija legali lokali. Huwa iżda sab ħafna għajnuna anke minn wieħed minn dawk li spiċċa vittma tiegħu fejn qal li kien jafu għax kienu jaħdmu flimkien l-Ingilterra. Huwa qal li kien ikun hemm anke theddid fil-konfront tal-mara tiegħu u li huwa kien jaf li l-akkużat ġieli kkonsma d-droga u jixrob l-alkoħol. Il-ħaddiema tal-kumpanija kellmuh kemm il-darba, mhux biss biex jieqaf mit-theddid, iżda biex ifittex l-għajnuna, iżda kien kollu għalxejn. Dan l-avukat qal li kienu jitrattawh tajjeb u ġieli anke tawh xi flus u anke ħallsulu għall-post ta' akkomodazzjoni. Tenna li fl-uffiċċju kulħadd kien ikun aġitat minħabba l-messaġġi li kienu qegħdin jintbagħtu. Kienet ukoll kwistjoni ta' reputazzjoni għall-kumpanija, minħabba li l-inkwiet kien li din kienet se tieħu daqqa jekk dan kollu fid-dominju pubbliku. Wieħed minn dawn l-Avukati qal fil-Qorti li fil-bidu t-tim kollu tal-kumpanija kien jikkopera ma' Andruszaniec. "Konna nibagħtu n-negozju li kellna għall-Polonja u bażikament imbagħad eventwalment huwa daħal jaħdem magħna bħala konsulent Aħna konna qed jirċievu xi theddid u xi e-mails u jien irċevejt ukoll email fejn Andruszaniec għamel referenza għall-qtil ta 'Daphne Caruana Galizia xi ħaġa li kienet pjuttost inkwetanti. "Fuq Instagram irċevejt ritratt ta' dar maħruqa u fuqha l-kliem Mosta u ritratt ieħor ta' persuna li kienet taħt it-taraġ. F'dak l-istadju kont imħasseb li l-persuna ma kinitx verament tikkontrolla lilha nnifisha," qal wieħed mill-vittmi. Xhud ieħor qal, "jiena laqqgħajtu ma' marti u ma' uliedi u xorob il-whisky flimkien mal-familja tiegħi, mal-ġenituri tiegħi u hu jaf li ngħix fil-Mosta u huwa kien jiġi jieħu kafè miegħi fil-Mosta fil-perjodu meta konna naħdmu flimkien". Skont dan ix-xhud huwa kien xtaq ħames snin li qal li tilef f'salarji. Avukat ieħor qal li kif kien ġie terminat l-impiega ta' Andruszaniec tant kemm kien kbir it-theddid li kellu jimpjega uffiċjal tas-sigurtà biex joqgħod għassa mad-dar tiegħu. Dan ukoll wara li kien qallu li huwa kuntent li jispiċċa l-ħabs għal għomru, wara li joqtlu kif qatlu lil Daphne Caruana Galizia. Il-Pollakk Instab ħati li wettaq dawn ir-reati fis-7 ta' Frar 2019 u x-xhur ta' wara fejn l-imsemmi theddid intuża bl-intenzjoni li jakkwista flus jew xi ħaġa oħra, jew biex jagħmel xi qligħ, inkella bl-intenzjoni li jġiegħel persuna oħra teżegwixxi, teqred, tbiddel xi obbligu bil-miktub, bħal titolu jew sigurtà, u dan billi ssir kritika jew theddid għal fuq persuna oħra. Andruszaniec, li biddel mill-anqas żewġ avukati waqt il-proċess u spiċċa jiddeffendi lilu nniffsu nstab ħati li kkawża biża' fil-konfront ta' erba' persuni lkoll Maltin, liema biża li kienet se tintuża vjolenza kontriha. Instab ħati wkoll li fl-istess perjodu permezz ta' apparat ta' komunikazzjonijiet elettroniċi hedded li kien se jwettaq delitt bl-intenzjoni li jisforza li jgħaddu flus jew xi ħaġa oħra għal xi qligħ u li kellu l-intenzjoni li jħajjar lil diversi persuni jwettqu reat billi jbiddlu tesment jew att defamatorju. Il-Pollakk instab ħati wkoll li hedded bi vjolenza fil-konfront ta' familjari tal-vittmi. Bil-Maġistrat Vella ssibu ħati wkoll li fis-7 ta' Frar tal-2019 u wara b'mod anonimu jew le meta ffirma b'isem fittizzju fil-konfront ta' żewġ persuni. Madankollu huwa ma nstabx ħati li fl-1 ta' April tas-sena l-oħra fl-3.40am. waqt li kien jinsab f'residenza fi Triq il-Kaħli, San Pawl il-Baħar, kellu l-intenzjoni li jikkommetti reat ta' serq. Huwa ma nstabx wkoll ħati li 10 minuta qabel kien f'post ieħor fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar wettaq serqa u li fis-7 ta' Frar tal-2019 u xhur wara uża vjoenza morali u psikoloġika fuq diversi persuni bl-iskop li jnaqqsilhom il-kapaċitajiet tagħhom, u biex inaqqas l-aċċess lilhom għal flus. Ma nstabx ħati wkoll li hedded persuni oħra bi vjolenza. Minbarra s-sena ħabs il-Qorti ordnat ukoll li l-vittmi jingħaw protezzjoni għall-perjodu ta' ħames snin fin-nuqqas li jagħmel kuntatt magħhom, jista' jiġi mmultat is-somma ta' €7,000 u l-massimu ta' sentejn ħabs. L-Avukat Pollakk, qalet il-Qorti tenna fil-Qorti li meta kkummissjona r-reati msemmija ma kienx mentalment f'sikktu u li dan skont hu ġralu minħabba li kien qed iġarrab xi forma ta' bullying mingħand dawk li huwa kien qed jhedded. Il-Psikjatra Mark Xuereb qal li l-Pollakk kellu problemi anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' alkoħol u droga. Tenna li għamel minn kollox biex is-sitwazzjoni titjieb minn naħa tiegħu. Huwa wkoll suċċettibbli għal 'depression'. Il-Qorti qalet li persuna tista' tkun marida mentalment fil-mument li tkun għamlet l-att ta' kommissjoni jew ommissjoni li jammonta għall-element materjali tar-reat iżda dan ma jfissirx neċessarjament li dik il-persuna kienet fi "stat ta' ġenn" għall-finijiet tal-Artikolu 33(a), dik li jkun eżenti minn responsabilità kriminali. Biex ikun hemm l-istat ta' ġenn li jeżenta mir-responsabilità kriminali jrid jirriżulta, li l-akkużat kien qed ibati minn marda tal-moħħ li minħabba fiha, fil-mument ta' l-att huwa kien priv jew mill-kapaċità li jifhem in-natura u l-kwalità ta' dak l-att li qed jagħmel L-Avukat Stefano Filletti deher bħala parte civile għan-nom tal-persuni vittmi li jaħdmu mal-kumpanija tal-Avukati.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/l-unjoni-ewropea-mistennija-zzid-is-sanzjonijiet-fil-konfront-tal-belarus/
L-Unjoni Ewropea mistennija żżid is-sanzjonijiet fil-konfront tal-Belarus
netnews.com.mt
Ajurplan tal-Gvern Russu jagħmel titjira lejn il-kapitali Belarussa, Minsk, għal fti sigħat Il-Kummissarju Ewropew għall-Industrija, Thierry Breton, qal li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea mistennija jħarxu s-sanzjonijiet kontra l-Belarus waqt video conference urġenti msejjħa biex tiddiskuti il-kriżi politika fil-pajjiż. "Il-vjolenza fuq il-poplu tal-Belarus hija inaċċettabbli u issa aktar huwa ċar li l-eżitu tal-Elezzjoni Presidenzjali ma kienx dak mixtieq mill-poplu tal-Belarus, xhieda li s-saltna tad-dritt mhix tiġi rispettata." Breton qal dan waqt intervista fuq l-istazzjon tar-radju Europe 1, li fiha tenna li s-sanzjonijiet li diġà ddaħħlu fis-seħħ se jiġu infurzati mill-ġdid bla ebda dubju. F'telefonata li kellu qabel din il-video conference mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Belarus, Vladimir Makeit, il-Ministru Spanjol tal-Intern, Arancha Gonzalez Laya, qal li huma qablu li l-ebda forzi militari barranin m'għandhom jazzardaw jintervjenu fis-sitwazzjoni Fatt stramb li seħħ fl-aħħar sigħat kien li l-kandidata għall-elezzjonijiet Presidenzjali fil-Belarus, Svetlana Tikhanovskaya, dehret f'filmat tappella lill-Kunsill Ewropew jinjora dak li qalet fuq l-elezzjonijiet imbagħbsa għall-Presidenza u ħeġġithom jirrispettaw l-għażla tal-poplu tal-Belarus. Tikhanovskaya kienet ħarbet mill-pajjiż ftit sigħat wara li tħabbar ir-riżultat elettorali lejn il-Litwanja iżda ħadd ma jaf fejn hi moħbija. Intant, ajurplan tal-Gvern Russu, li normalment jintuża mill-uffiċjali għolja tal-Gvern, inkluż mill-kap tas-servizzi tas-sigurtà, għamlet titjira ta' malajr lejn il-kapitali tal-Belarus, Minsk, u rriturnat lura Moska fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu. Din it-titjira, tat-tip Tupolev Tu-214, inqabdet minn tracker li jżomm informazzjoni dwar it-titjiriet u saret fl-isfond ta' biża' dwar kif ir-Russja se tirreaġixxi għal dawn l-aħħar żviluppi. Dan hekk kif ir-Russja kienet intervjeniet militarment fl-Ukrajna fl-2014 meta mexxej kariżmatiku kien tneħħa wara sensiela ta' protesti.
[ 3 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/17/il-mam-twissi-li-terga-tintroduci-d-direttivi-jekk-il-gvern-ma-jkunx-deciziv/
Il-MAM twissi li terġa' tintroduċi d-direttivi jekk il-Gvern ma jkunx deċiżiv
netnews.com.mt
Igidbu lill-Prim Ministru Robert Abela - "Għandna l-ogħla rata ta' każi fl-Ewropa fl-aħħar ġimgħatejn" "Illum il-Gvern huwa mistenni li jieħu azzjoni deċiżiva fil-miżuri li ser iħabbar. Jekk jonqos milli jwettaq dan ser jerġgħu jiġu implimentati d-direttivi b'effett immedjat." Din kienet it-twissija tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija fi stqarrija fejn insistiet li tinsab ġenwinament inkwetata bid-diskors li għamel il-Ħadd filgħodu l-Prim Ministru Robert Abela fejn saħqu li wera li jidher li mhux qiegħed jifhem il-gravità tas-sitwazzjoni preżenti kemm għall-ekonomija kif ukoll għas-saħħa tal-pubbliku. Il-MAM stqarret li Robert Abela qed jgħaddi kummenti skorretti li m'għandhom l-ebda bażi xjentifika bħal fost oħrajn il-gidba sfaċċata li f'Malta hawn l-inqas numru ta' każi pożittivi, iżda għal kuntrarju ta' dak li qal il-Prim Ministru Laburista, pajjiżna għandu l-ogħla rata ta' każi ġodda tal-aħħar ġimgħatejn fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea – ankè jekk jiġu esklużi l-każi tal-immigranti llegali. L-Assoċjazzjoni saħqet li filwaqt li huwa minnu li t-testijiet żiedu b'mod sostanzjali – l-għan tal-iswabbing huwa sabiex tikkontrolla l-pandemija. Dan ifisser, kompliet il-MAM, li suppost b'dawn it-testijiet il-każi ġodda jonqosu u mhux jiżdiedu, bħal ma huwa qed isir fil-Gżejjer Maltin. Dan filwaqt li l-fatt li Robert Abela saħaq li hawn min qed imut aktar bl-influwenza normali milli bil-Covid-19, ġiet deskritt bħala diskors li ma joffri l-ebda konsolazzjoni għall-pubbliku l-għaliex għall-influwenza għandna vaċċin u għal Covid-19 le. Intant il-MAM saħqet li waqt li l-Prim Ministru kien qiegħed fuq btala fi Sqallija, 3 persuni kellhom jiddaħħlu l-ITU, 40 oħra ingħataw il-kura fl-isptarijiet tagħna – bi 11-il każ minn djar tal-anzjani. Huma insistew li l-vulnerabbli jridu jiġu portetti akkost ta' kollox. Għaldaqstant, bi tħejjija għat-tħabbir tal-miżuri l-ġodda tal-lum, l-Assoċjazzjoni għamlitha ċara li preżentament id-diskoteki, barijiet, festini (kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar) u kwalunkwè tip ta' avveniment li jiġbor massa ta' nies – mhux f'postu jew f'waqtu f'din il-pandemija. Għalhekk saħqu li dawn għandhom jitwaqqfu minnufih. Il-MAM insistiet li l-ilbies protettiv tal-maskri u d-distanza soċjali għandhom ikunu obbligatorji kif ukoll infurzati mill-uffiċjali tal-Pulizja. Dan filwaqt li appellat li kull ċittadin Malti li jirritorna minn barra minn xtutna għandu jiġi ordnat jagħmel swab jew iqatta ħmistax kwarantina mal-wasla tiegħu f'pajjiżna, filwaqt li t-turisti għandhom jiġu obbligati jagħmlu swab 72 siegħa qabel ma jaslu f'pajjiżna. Jekk tul il-jum tat-Tlieta l-Gvern ifalli milli jilħaq l-aspettazzjonijiet tat-tobba, il-MAM saħqet li ser tintroduċi d-direttivi minnufih.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/17/jinsab-malta-imma-qalbu-ghada-mal-fqir-u-l-batut-fil-kenja/
Jinsab Malta… imma qalbu għadha mal-fqir u l-batut fil-Kenja
netnews.com.mt
Joe Cassar Ma nkunux niżbaljaw jekk ngħidu li l-pandemija COVID-19 biddlet id-dinja. Mhux biss ħalliet mijiet ta' eluf vittmi u miljuni ta' persuni infettati bil-virus madwar id-dinja kollha, imma ħalliet u għadha qed tħalli effetti katastrofiċi oħra, fosthom dawk ekonomiċi flimkien ma' konsegwenzi loġiċi ta' saħħa mentali. Ħalliet ukoll familji mifruda mill-għeżież tagħhom u wkoll – anki jekk forsi ma jiġix f'moħħna kif ġieb u laħaq – bosta missjunarji li kellhom għal raġuni jew oħra jinfirdu mill-komunitajiet li tant kienu jiddependu fuqhom għall-għajnuna u l-appoġġ, kemm materjali kif ukoll morali, l-aktar dawk li jaħdmu f'pajjiżi hekk imsejħa 'tal-missjoni'. Iltqajt u tkellimt proprju ma' wieħed minn dawn il-missjunarji, li hu l-Eċċellenza Tiegħu Joe Alessandro, Isqof Malti f'Garissa, il-Kenja. L-Isqof Alessandro bħalissa jinsab Malta, fil-kunvent tal-patrijiet Kapuċċini fil-Furjana, għar-raġuni li l-ajruporti fil-Kenja ilhom magħluqin xhur minħabba l-pandemija li għakkset lil dan il-pajjiż diġà mifni bi problemi kbar oħra, u għalhekk għadu jistenna l-opportunità biex minkejja kollox imur lura fost komunità li tant tħobbu u tant tapprezza dak li għamel u għadu jagħmel magħha. Monsinjur Alessandro, li din is-sena ċċelebra l-50 anniversarju tas-saċerdozju tiegħu bħala patri Franġiskan Kapuċċin, kien ordnat Isqof fis-sena 2012 u sitt snin ilu kien maħtur Isqof fid-djoċesi ta' Garissa fil-Kenja. Meta tkellimt miegħu qalli li minkejja li jinsab Malta, ħsibijietu huma fil-komunità ta' Garissa li ħalla warajh u li jaf li bħalissa għaddejja minn tbatijiet straordinarji, ikbar minn dawk tas-soltu kawżati mill-faqar tal-pajjiż. Spjegali mill-ewwel li minbarra l-faqar u l-konsegwenzi traġiċi tal-pandemija fil-pajjiż, għadd ta' lokalitajiet fil-Kenja fix-xhur li għaddew spiċċaw jissieltu ma' problema ġdida hekk kif miljuni ta' ġurati invadew għadd ta' lokalitajiet tal-Kenja u ħolqu kaos, ħsarat u tbatijiet għar-residenti, uħud minnhom fid-djoċesi li hu responsabbli minnha l-Isqof Joe Alessandro. Il-ġurati kielu l-ħxejjex tal-bdiewa u ħallewhom nieqsa wkoll mill-ikel li r-raħħala kienu jagħtu lill-annimali tagħhom li minnhom kien jiddependi l-għajxien ta' bosta. Konsegwenza ta' dan, il-prezz tal-prodotti tal-ħxejjex għola ħafna, b'detriment għall-familji foqra. Sadanittant fi ftit jiem il-ġurati tkattru bl-eluf u l-miljuni u aktar ma tgħammru u żdied in-numru tagħhom, aktar żdiedu l-problemi. Miljuni ta' ġurati qerdu l-prodotti agrikoli fir-reġjun Il-virus li ħarbat il-ħajja prattikament taċ-ċittadini kollha tad-dinja, min b'mod u min b'ieħor, naturalment kompla jżid il-problemi ta' faqar u miżerja għal bosta familji u tfal. Numru kbir ta' rġiel tal-familja spiċċaw bla xogħol u oħrajn li kienu jaqilgħu ftit flus matul il-jum biex isostnu lil uliedhom, spiċċaw maqfulin ġewwa minħabba lock-down ordnat fil-pajjiż. Problema oħra hi l-għeluq tal-iskejjel fejn għall-inqas it-tfal kienu jsibu l-ikel provdut mill-Knisja Kattolika mmexxija mill-Isqof Malti, Knisja li tmexxi tmien skejjel tan-nurseries u ħames skejjel oħra primarji, li bejniethom jipprovdu l-edukazzjoni u l-ikel ta' kuljum lil madwar 3,000 student. Tfal jingħataw l-ikel f'waħda mill-iskejjel kattoliċi f'Garissa Dawn l-istudenti kollha issa sabu ruħhom id-dar u għalhekk l-Isqof u xi saċerdoti oħrajn li jgħinuh qed jaraw li jwasslu l-għajnuna li jistgħu f'dawn id-djar. Ġest sabiħ li l-Knisja f'Garissa ma tillimitahx biss għall-familji Nsara imma tħares lejn dawk l-aktar foqra, inkluż numru kbir ta' Musulmani. Il-Gvern tal-lokal issa qed iħejji biex jerġa' jagħti l-permess li jiftħu l-iskejjel, aktarx f'Jannar li ġej, imma b'ħafna restrizzjonijiet li jiswew il-flus u li jridu jsiru minn dawk li jmexxu l-iskejjel mingħajr l-ebda għajnuna mill-Gvern tal-pajjiż. U qisu dan ma kienx biżżejjed għal dan il-poplu, ftit ilu x-xmara bl-isem TANA faret b'xita qawwija u għerrqet għadd kbir ta' djar li kienu mibnija madwarha. Ħafna minn dawn id-djar kienu magħmulin minn tajn u qasab u għalhekk sfaxxaw għalkollox u s-sitwazzjoni ġabet magħha ħafna mard bħal malarja u mard ieħor infettiv. Ix-Xmara Tana faret u għarrqet diversi villaġġi Is-sitwazzjoni attwali In-numri f'dik li hi pandemija għadhom għoljin fil-Kenja u s-sitwazzjoni għadha pjuttost imwiegħra. Din il-pandemija affettwat ħafna l-ħidma pastorali mal-Insara peress li l-knejjes ingħalqu u l-kuntatt tas-saċerdoti u s-sorijiet man-nies li kienu jiġu l-knisja anki mill-bogħod għas-sagramenti u t-tagħlim sar diffiċli ħafna. Minn ftit ġimgħat 'l hawn l-awtoritajiet taw permess li l-knejjes jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom iżda b'ħafna restrizzjonijiet u limitazzjonijiet. Minbarra din il-preokkupazzjoni għall-Isqof Malti, preokkupazzjoni oħra hi l-iskejjel tad-djoċesi, li għadhom magħluqin b'konsegwenzi ta' aktar tbatijiet għat-tfal li jkollhom jibqgħu fi djarhom, 'il bogħod mill-għalliema u mill-istudenti sħabhom. Minkejja li l-iskejjel tad-djoċesi huma Kattoliċi, dawn jilqgħu fihom anki tfal minn reliġjonijiet oħra, fosthom numru ta' Musulmani li l-ġenituri tagħhom iġibu hemm għax jafu li m'għandhomx il-biża' xi ħadd se jipprova jikkonvertihom. Għall-kuntrarju dawn jingħataw il-ħin u l-opportunitajiet li jitolbu bid-drawwiet u t-tradizzjonijiet tagħhom bl-aktar mod faċli. Kull nhar ta' Erbgħa tkun organizzata Quddiesa għat-tfal Insara u f'dak il-waqt it-tfal Musulmani jinġabru jitolbu skont it-twemmin tagħhom fil-klassi. Anki għalliem Musulman hemm fl-iskola u dan jgħin biex jieħu ħsieb aktar mill-qrib lil dawn l-istudenti. B'turija ta' kemm il-Knisja Kattolika hi fdata mill-Musulmani fit-tmexxija ta' dawn l-iskejjel, l-Isqof Alessandro rrakkuntali ġrajja ħelwa ta' meta kien hemm seminarist Kattoliku li kellu ċ-ċerimonja tal-ordinazzjoni tiegħu bħala djaknu f'parroċċa oħra u xtaq lit-tfal tal-iskola jattendu għaliha. It-tmexxija tal-iskola avżat b'din l-attività lill-ġenituri ta' tfal Musulmani u dawn, min-naħa tagħhom, ma sabu l-ebda oġġezzjoni li wliedhom jattendu. Kienet organizzata coach biex tieħu lit-tfal li xtaqu jattendu għal din l-ordinazzjoni u ġara li wieħed mit-tfal Musulmani wasal ftit tard u l-coach laħqet telqet. Il-ġenituri tiegħu tant kienu diżappuntati li ħallsu taxi biex isegwi l-coach u kif laħqu għamel sinjal lix-xufier biex jieqaf, niżżel lit-tifel mit-taxi u dan tela' fil-coach biex ingħaqad mal-kumplament tat-tfal l-oħra u seta' jattendi hu wkoll għall-ordinazzjoni. "Ir-relazzjonijiet bejnietna huma tajbin ħafna," qal Monsinjur Alessandro. Kompla li meta xi terroristi Musulmani jagħmlu xi att vandalu kontra l-Insara, numru ta' Musulmani jiġu jfittxuh biex jitolbu apoloġija f'isimhom. L-iskejjel tal-Knisja fid-djoċesi huma miftuħa għal kulħadd, għal dawk li jifilħu jħallsu xi ħaġa u anki għal dawk li ma jifilħu jħallsu xejn. Meta sparaw fuqu fid-Djoċesi ta' Garissa Fr Joe Alessandro jittieħed l-Isptar f'Nairobi wara li kienu sparaw fuqu fl-1989 Ix-xogħol missjunarju tal-Isqof Joe Alessandro fil-Kenja jmur lura għall-1989 meta kien għadu patri u ngħaqad fil-missjoni mibdija mill-patrijiet Kapuċċini Maltin f'Garissa fl-1974. Ix-xewqa tiegħu għall-missjoni fil-Kenja kienet bdiet proprju minn dak iż-żmien, imma kien għadu ġej mill-istudji tiegħu barra l-pajjiż u talbuh jagħti l-kontribut tiegħu f'Malta sakemm fl-1989 ingħata l-permess biex imur. Mar mill-ewwel Garissa u beda jgħin mill-ewwel fil-pastorali u fl-opri ta' karità bħal tqassim tal-ikel lil tfal u familji foqra u dak kollu li kien ikun hemm bżonn. Tliet snin wara ntgħażel bħala s-Superjur tal-Kapuċċini fil-Kenja u għalhekk kellu jmur fil-kapitali Nairobi. Biss hemm dam biss inqas minn sena għax għadda minn esperjenza kerha li biddlitlu d-direzzjoni ta' ħajtu. Ftit xhur biss wara l-wasla tiegħu f'Nairobi, Fr Joe Alessandro kien qed jivvjaġġa biex iżur seminarju tal-patrijiet Kapuċċini fid-djocesi ta' Garissa fejn xi żgħażagħ kienu qed jagħmlu l-istudji tagħhom, u waqt li kien sejjer lura kien attakkat minn grupp terroristiku li, aktarx bl-iskop li jisirqu, bdew jisparaw u laqtu lil Fr Joe li spiċċa ferut b'mod gravi u wara xi tliet ġimgħat fi sptar lokali, anki bl-intervent tal-Professur John Rizzo Naudi, dak iż-żmien fil-kariga ta' Segretarju Parlamentari f'Malta imma li kien għamel xogħol volontarju fil-Kenja bosta drabi, kellhom isifruh Londra għal operazzjonijiet li ma jsirux fil-Kenja u hemm dam madwar tliet xhur rikoverat fi sptar. Wara, Fr Joe inġieb Malta fejn wara kura ġdida f'pajjiżna, ingħata responsabbiltajiet ġodda hawnhekk. Mons. Alessandro spjega l-gravità ta' dak l-attakk fuqu. L-isparatura kissritlu ħafna għadam u għadu sal-lum iġorr fih parti mill-bullet li laqtitu mill-viċin. Wara sitt snin Malta, fejn minħabba l-kura li ħa qajla seta' jsiefer minkejja li dejjem żamm kuntatt mal-missjoni fil-Kenja, intgħażel bħala Provinċjal. Hekk kif skada t-terminu tiegħu ta' sitt snin oħra, l-Isqof ta' Garissa, Mons. Paul Darmanin, Malti wkoll, staqsieh jistax jagħti kontribut hemmhekk. U fl-2010 reġa' sab ruħu l-Kenja, it-tieni pajjiż tiegħu. Wara sentejn Fr Joe Alessandro kien nominat bħala Isqof Koadjutur ta' Garissa imma ċ-ċerimonja tal-konsagrazzjoni tiegħu bħala Isqof saret f'Malta għaliex kif din il-ħatra kienet imħabbra, kien hemm attakk terroristiku fuq il-Katidral ta' Garissa u ma kienx għaqli li ċ-ċerimonja ssir hemmhekk. Fil-Kenja l-Kattoliċi jingħad li huma madwar 35 fil-mija tal-popolazzjoni. Imbagħad hemm numru sostanzjali ta' Knejjes Protestanti u ħafna taħlit ta' reliġjonijiet differenti, uħud minnhom estremi fit-twemmin tagħhom. kenja Missjoni //= $special ?>
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/17/l-elezzjoni-generali-posposta-bxahar-minhabba-l-coronavirus/
L-elezzjoni ġenerali posposta b'xahar minħabba l-Coronavirus
netnews.com.mt
Minkejja li hu fost l-iktar pajjiżi li kellu suċċess biex irażżan l-imxija tal-Coronavirus, l-aħħar cluster ta' każi f'Auckland, l-ikbar belt ta' New Zealand, wassal biex il-Prim Ministru Jacinda Ardern tipposponi l-elezzjoni ġenerali tal-pajjiż. Fil-fatt, f'konferenza tal-aħbarijiet, Ardern ħabbret li l-elezzjoni ġenerali se tiċċaqlaq mid-19 ta' Settembru għas-17 ta' Ottubru ta' din is-sena. Il-PM qalet li din id-deċiżjoni se tagħti iktar spazju lill-Kummissjoni Elettorali u lill-partiti politiċi jippjanaw kif se jmexxu l-kampanji tagħhom taħt dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji. Dan fl-isfond ta' disa' każi ġodda ta' Coronavirus f'Auckland fl-aħħar sigħat biex it-total ta' każi f'din il-belt issa telgħu għal 58. Minn contact tracing li sar, jirriżulta li l -ewwel każ imur lura għall-31 ta' Lulju meta ħaddiem f'ħanut kellu s-sintomi tal-Coronavirus. Dawn il-każi ġew wara li New Zealand għamel iktar minn tliet xhur mingħajr każ wieħed ta' Coronavirus. Skont iċ-ċifri tal-Universita' Medika Johns Hopkins tal-Istati Uniti, kien hemm 1,600 każ ta' Covid-19 fi New Zealand bi 22 minnhom jirriżultaw fatali. New Zealand għandu popolazzjoni ta' kważi 5 miljun persuna. elezzjoni ġenerali
[ 1, 8, 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/17/belarus-haddiema-juru-d-disprezz-ghall-president-lukashenko-fost-l-inkwiet-ta-wara-l-elezzjon/
Belarus: Ħaddiema juru d-disprezz għall-President Lukashenko fost l-inkwiet ta' wara l-elezzjoni
netnews.com.mt
Il-President tal-Belarus, Alexander Lukashenko, spiċċa mgħajjar u bbujjat mill-ħaddiema waqt żjara li kien qed jagħmel ġo fabbrika ta' Minsk li tipproduċi t-tractors. L-inċident kompla jirrifletti l-arja tal-għadab fost il-pubbliku wara li Lukashenko kiseb rebħa dubjuża fl-aħħar elezzjoni għat-tmexxija tal-pajjiż – u meta issa qed jibdew ukoll l-azzjonijiet industrijali. Il-ħaddiema għajjtu biex Lukashenko 'jitlaq' wara li l-President tal-Belarus – li ilu mill-1994 imexxi din l-eks repubblika Sovjetika – insista li bl-ebda mod mhu se jippermetti vot ġdid wara l-allegazzjonijiet ta' tbagħbis u manipulazzjoni tal-aħħar elezzjoni. Dan fost rapporti li l-membri tal-istaff mat-Televiżjoni tal-Istat ukoll ħarġu mix-xogħol fuq strajk, bis-sinjali ta' disprezz għall-aġir ta' Lukashenko qed jiżdiedu. Sadanittant, il-kandidat tal-Oppożizzjoni tal-Belarus, Svetlana Tikhanovskaya, issuġġeriet li hi tista' tieħu r-rwol tat-tmexxija fuq bażi proviżorja. L-aħħar inċidenti segwew rally kbir ta' protesta li sar nhar il-Ħadd f'Minsk u fejn in-nies ingħaqdu fi protesta kontra l-allegat tbagħbis tal-voti fil-votazzjoni tad-9 ta' Awwissu fil-Belarus. Dan ir-rally kien l-akbar wieħed tal-Oppożizzjoni 'fl-istorja tal-Belarus bħala pajjiż indipendenti' u fejn in-nies preżenti esprimew ukoll rabja għall-vjolenza min-naħa tal-pulizija fil-konfront tas-sostenituri tal-Oppożizzjoni li kienu organizzaw dimostrazzjonijiet kontra r-riżultat tal-vot. Ir-rabja fil-Belarus ilha tbaqbaq mindu l-Kummissjoni Elettorali Ċentrali qalet li Lukashenko kien rebaħ ftit aktar minn 80 fil-mija tal-vot tad-9 ta' Awwissu – b'Tikhanovskaya tikseb biss mal-10 fil-mija tal-appoġġ nazzjonali. Mas-6,700 persuna spiċċaw arrestati waqt il-ġranet ta' wara l-elezzjoni li kienu karatterizzati mill-inkwiet bejn il-partitarji tal-Oppożizzjoni u l-qawwiet tal-Gvern għaż-żamma tas-sigurtà. Dan fost il-ħafna rapporti li diversi dimostranti spiċċaw ittorturati taħt idejn il-pulizija, Madankollu, il-President Lukashenko, waqt iż-żjara fil-fabbrika, għamel li seta biex jiddefendi r-rebħa elettorali u qal lill-ħaddiema li 'mhi se ssir l-ebda elezzjoni oħra dment li (huma) ma joqtluhx'. Il-kumment qanqal reazzjoni rabbjuża min-naħa tal-ħaddiema li insistew biex Lukashenko jwarrab mill-Presidenza. Min-naħa tagħha, Tikhanovskaya — li wara l-elezzjoni ħarġet tikkundanna r-riżultat 'qarrieqi' qabel telqet lejn il-Litwanja – ħarġet messaġġ irrekordjat fejn sostniet li tinsab lesta biex issir 'mexxejja nazzjonali b'impenn li tirristawra l-kalma u n-normalità'. Hi wiegħdet ukoll li teħles lill-priġunieri politiċi minbarra li tħejji għal elezzjonijiet ġodda fil-Belarus. Intant, fl-aħħar sigħat irriżenjaw numru ta' uffiċjali, flimkien ma' fizzjali tal-pulizija fost il-klima ta' tensjoni fil-Belarus.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/19/impjegata-germaniza-fl-igaming-tinzamm-arrestata-fuq-allegat-importazzjoni-ta-kannabis/
Impjegata Ġermaniża fl-iGaming tinżamm arrestata fuq allegat importazzjoni ta' kannabis
netnews.com.mt
Impjegata Ġermaniża fl-iGaming u li għandha 26 sena nżammet taħt arrest wara li hi wieġbet mhux ħatja ta' mportazzjoni ta' ħaxixa tal-kannabis liema droga kienet interċettata mill-Uffiċjali tad-Dwana. Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras semgħet kif uffiċjal tad-dwana waqqaf żewġ pakketti wara test tad-droga wera li dan jista' jkollu sustanzi illegali. Ġewwa l-pakketti, l-uffiċjali sabu erba' vażetti suspettati kannabis li kienu ntbagħtu liċ-ċittadina Ġermaniża bl-isem ta' Franziska Remus minn barra l-pajjiż. Id-Dipartiment tad-Dwana informa lill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga dwar il-pakketti li waslu Malta bil-baħar u aktar tard l-uffiċjali arrestaw il-mara, li tgħix tas-Sliema. Uffiċjal tal-prosekuzzjoni Justine Grech qalet lill-Qorti li waqt tfittxija fl-appartament tagħha, il-Pulizija sabet sitt vażetti simili mimlija bid-droga suspettata kannabis kif ukoll €8,000 fi flus kontanti. B'kollox, il-Plizija sabet total ta' madwar 720 gramma ta' ħaxix tal-kannabis. Instabu wkoll traċċi ta' kokaina. Remus wieġbet mhux ħatja tal-importazzjoni tal-mediċina kif ukoll tal-pussess tagħha fiċ-ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx għall-użu personali tagħha. Il-Qorti ċaħdet talba għall-ħelsien mill-arrest u kkonfermat talba tal-Prosekuzzjoni biex jiġu ffriżati fuq l-assi kollha tagħha. L-Avukat Simon Micallef Stafrace deher għal Franziska Remus.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/19/hekk-kif-daphne-caruana-galizia-bdiet-issemmi-l-panama-papers-beda-jinvestiga/
L-eks chairperson tal-Awtorità tal-Ippjanar mar jiekol tliet darbiet ma' Yorgen Fenech
netnews.com.mt
Johann Buttigieg qal li meta kien Chairman tal-Awtorità tal-Ippjanar kien mar jiekol tliet darbiet ma' Yorgen Fenech, li jinsab mixli bl-involviment tiegħu fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Buttigieg, illum Kap Eċekuttiv tal-MTA qal li Yorgen Fenech xtaq li jibni lukanda fuq art reklamata barra minn Filfla u kien ukoll interessat jiżviluppa lukanda f'Manoel Island. Dan xehedu Buttigieg fl-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia quddiem il-Bord li qed imexxiha fejn qal li żewġ ikliet minnhom saru f'ristortant u oħra f'post ġewwa Ħal Qormi li jiġi wara l-KIA. Mistoqsi dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' Yorgen Fenech ix-xhud qal li sar jafu fl-2014 fejn dan kien propona dawn il-proġetti, u li waħda minnhom wara lill-gvern ħareġ sejħa ta' interess biex tinbena lukanda 'l barra minn Filfla bl-użu tar-reklamazzjoni tal-art. Buttigieg qal li huwa dejjem għamel distinzjoni bejn xogħol u ħajja privata u li laqgħat li kellu ma' Yorgen Fenech kienu dwar xogħol biss. Tenna li huwa kien ikellem lil kulħadd mingħajr ebda distinzjoni. Mistoqsi dwar min kien mistieden f'dan il-festin, u jekk kienx preċenti Keith Schembri, Buttigieg qal li fil-preżenza tiegħu ma kien hemm ħadd ta interess. Qatt ma sema' bil-'Kitchen Cabinet" Mistoqsi mill-Bord fuq dak li qal il-Ministru Edward Scicluna, li fi ħdan il-Gvern Laburista kien jeżisti l-"Kitchen Cabinet" li ma kienx biss magħmul minn Ministru, iżda anke minn avukati u persuni oħra, u jekk hu kienx jagħmel parti minnu, huwa wieġeb fin-negattiv, u qal li qatt ma sema' bih. Johann Buttigieg, qal li huwa kien ħalla l-kariga ta' Chairman tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Novembru tal-2019, meta nħatar Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA). Buttigieg qal li kien ilu impjegat mal-Awtorità tal-Ippjanar sa mill-1994, u okkupa diversi karigi. Mistoqsi mill-Bord tal-Inkjesta jekk qattx kien konsulent tal-Gvern, huwa wieġeb fin-negattiv. Semma kif qabel l-Awtorità tal-Ippjanar waqgħet taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Ian Borg, għamlet żmien responsabbilità tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat, kif ukoll taħt diversi Ministri u Segretarji Parlamentari oħra li kienu responsabbli għall-Awtorità tal-Ippjanar. Wara l-Bord ta' Inkjesta staqsa lix-xhud fuq il-permessi dwar il-'high rise' building' fejn kien hemm lokalitajiet li dawn kienu ġew identifikati. Qal li kienet qed issir pressjoni mill-iżviluppaturi biex jibnu u kienet ukoll ħarġet l-iskemi li jgħolli żewġ sulari aktar minn dan li kien isir qabel. Qal li bejn mill-2013 l-ammont ta' żieda li kien hemm għal żvilupp kien wieħed fenominali, l-akbar waħda mill-bidu tas-snin 2000. Mistoqsi dwar il-policies tal-Awtorità tal-Ippjanar, Buttigieg qal li liġi hija ċara li jew timxi fuq il-pjanijiet tal-Gvern għall-oġġettivi tiegħu jew inkella l-Awtorità tal-Ippjanar tagħmel il-bidliet li tħoss meħtieġa permezz ta' konsultazzjoni pubblika. Mistoqsi aktar dwar il-politika tal-bini 'High Rise', ix-xhud xehed li qabel l-2013 kien hemm permessi ta' dan it-tip li ħolqu furur. Qal li għal dan il-għan iddaħħlet policy li bini ta' dan it-tip jiġi limitat għal ħames żoni speċifiċi f'Malta. Qal li l-permess joħroġ biss skont il-policy u li f'dan il-kuntest minbarra l-iżviluppaturi hemm ukoll l-Għaqdiet ambjentali li jistgħu jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom. Buttigieg tkellem dwar in-nuqqas ta' qbil minn diversi fuq dan l-iżvilupp u li din il-pressjoni kienet aktar preżenti meta ġew proposti proġetti fuq artijiet ODZ. Il-Bord ta' Inkjesta beda jagħmel mistoqsijiet tekniċi fuq ċerti policies. Il-Bord staqsa wkoll jekk is-sistema tal-pajjiż tiffaċilitax l-idea li jiġu injorati l-permessi u l-policies tal-Awtorità tal-Ippjanar. Buttigieg tkellem dwar il-mentalità u l-kultura fis-soċjetà Maltija, li tmur lura għas-snin 80. Saħaq li jekk permess mhuwiex skont il-policies, mela l-permess ma kellux jinħareġ. l-Bord semma' l-fatt li kien hemm każijiet fejn inbnew strutturi illegali u mbagħad ingħataw sanzjoni mill-PA billi weħlu multa. B'rabta mal-proġetti 'high-rise' tal-Imrieħel, Buttigieg qal li l-policy imsejjħa FAR kienet tinkludi Malta u Għawdex kollha u anke l-għażla li setgħu jmorru għal konsultazzjoni pubblika "Bdejt ninvestiga…imma l-Pulizija trid tmexxi kriminalment " – il-Kummissarju tat-Taxxi "Mill-ewwel bdejn nieħu azzjoni u hekk kif Daphne Caruana Galizia bdiet issemmi l-Panama Papers u anke Swiss Leaks bdejt ninvestiga. Minkejja li ma naħdmux f'ambjent kif wieħed jixtieq għamilt kull ma kien hemm bżonn li nagħmel. Pero id-dipartiment jagħmel l-investigazzjoni b'mod amministrattiv, u hija l-Pulizija li trid tmexxi kriminalment. "Ir-realtà hi, li mil-lat ta' effiċjenza u mil-lat finanzjarju, jekk m'hemmx reġistru fejn jitniżżlu n-nies li jevadu t-taxxa, ma jistgħux jittieħdu proċeduri kriminali kontrihom. Il-ħasra hija li l-politika ta' amnestija jew li wieħed għandu aċċess li jirregolarizza ruħu tagħti lil persuni, l-aktar dawk li huma fin-negozju ċ-ċans, ċans li ma jingħatax ukoll lill-ħaddiem bil-paga normali." Dan xehedu l-ewwel xhud fl-inkjesta Marvin Gaerty li huwa 'Commissioner for Revenue' u li għandu l-professjoni tiegħu ta' Accountant. Huwa sostna li huwa diffiċli għad-Dipartiment biex iwettaq l-investigazzjonijiet neċessarji jekk is-sistemi oħra ma jkunux f'posthom. Kompla jixhed li saru investigazzjoni wkoll dwar Swiss Leaks. Dwar każi ta ħasil ta flus, is-Sur Gaerty qal li minn punto di vista legali li jkollok kumpanija fil-Panama waħedha huwa diffiċli li jiġi ppruvat li kien se jsir attentat ta' ħasil ta' flus. Qal li l-intenzjoni mhux biżżejjed biex jiġi ppruvat reat. Ix-xhud qal li d-Dipartiment qatt ma kellu remit li jipproċedi b'mod kriminali ġaladarba titħallas it-taxxa dovuta. Qal li sar titjib sostanzjali fil-ħidma konġunt bejn id-dipartiment il-pulizija u l-FIAU. Tenna li wara r-rapport tal-MoneyVal sar dan it-tibdil. Qal li parti kbira mis-750 kumpanija msemmija fil-Panama Papers ġew investigati iżda fadal xi jsir u għad baqa' x-xogħol. Madanakollu qal li l-investigazzjoni tagħhom hi amministrattiva u għalhekk proċeduri kriminali jridu jittieħdu mill-Pulizija. Qal li huwa jaqaż taħt il-Ministeru tal-Finanzi u tenna li r-rwol tiegħu jiġi bejnu u bejn il-Ministru u hemm ukoll is-Segretarju Permanenti li huwa l-'go between'. Qal ilu jaħdem fid-Dipartiment tat-taxxa għal dawn l-aħħar 20 sena. Huwa spjega li d-Dipartiment tat-Taxxa jikkonsulta mal-Ministeru biss f'termini ta' policies, aspetti finanzarji legali u meta l-Ministeru jippjana l-baġit. Kull min issemma fuq il-każ tal-Panama Papers ta ordni biex jiġi mistħarreġ kollox fil-konfront ta' kull persuna li ssemmiet. Qal li jekk huwa jara li għandu jaġixxi, jaqbad u jaġixxi u ma jħarisx lejn uċuħ, anke persuni li huma esposti politikament. Bħala awtorità tat-taxxa, qal ukoll li kien ikkuntattja wkoll lill-International Consortium of Investigative Journalists (ICIJ). Isegwi l-media u l-blog ta' Daphne Caruana Galizia Qal li kien qed isegwi l-media u fosthom il-ġurnali kif ukoll l-blog ta' Daphne Caruana Galizia. L-Imħallef Emeritu Michael staqsa jekk kienx fi Frar tal-2016 meta Caruana Galizia ħarġet l-istorja tal-Panama Papers, li huwa sar jaf b'dan kollu. Il-Kummissarju wieġeb fl-affermattiv u qal li mill-ewwel ħass li kellu anke jagħti struzzjonijiet u nfetħu l-investigazzjonijiet. Semma wkoll Swiss Leaks u li tahom priorità kbira kif ta lil Panama Papers fejn it-tax compliance unit talbet ukoll xi dokumenti. Gaerty għamel talba wkoll li jkompli jixhed fil-magħluq peress li ċerta informazzjoni ma jistax jagħtiha quddiem il-midja u li biex joħroġ ċerta nformazzjoni jrid ikollu l-approvazzjoni tal-Prim Ministru. Qal li bħala l-Kummissarju għat-Taxxa Interni, huwa jista', skont Artiklu 4, jagħti ċerta informazzjoni biss jekk il-Prim Ministru jagħtih permess. L-Avukata Therese Comodini Cachia li qed tirrappreżenta lill-familja Caruana Galizia qalet li jkun interessanti li kieku l-Prim Ministru jagħtih permess biex ma jixhidx fil-magħluq. Huwa qal li purament b'mod legali li wieħed jiftaħ kumpanija l-Panama huwa diffiċli ħafna li wieħed jġib informazzjoni f'din il-ġurisdizzjoni. Isir audit u wieħed irid joqgħod fuq dak li għandu l-kumpanija. Ix-xhud tenna li kull meta persuna tkun se tiġi investigata fuq ħasil tal-flus jew frodi, tingħata notifika u bħala parti mill-proċess, il-persuna tintalab tippreżenta xi dokumenti. Sostna li r-rapport tal-Moneyval kien wieħed korrett. L-Avukat Comodini Cachia staqsiet jekk id-Dipartiment għandux il-poter li jieħu azzjoni fuq allegazzjonijiet ta' tixħim, tal-Panama Papers, Swiss Leaks, eċċ. Kien mistoqsi wkollfuq liema rapport tal-awditur jistrieħ id-Dipartiment. Comodini Cachia kienet qed tirreferi għar-rapport tal-awditur li Konrad Mizzi qal li sar. Hija staqsiet ukoll jekk Nexia BT, ta' Karl Cini u Brian Tonna, qatt ġietx irrappurtata lill-bord tal-accountancy. Ix-xhud qal li huwa ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija. Il-Bord tal-Inkjesta jgħid li din l-mistoqsija tista' titwieġeb f'seduta oħra. Hawn Gaerty qal li jekk il-Bord ta' Inkjesta irid ikun jaf fuq persuni partikolari biex jagħati nformazzjoni, jkollu bżonn lista tal-persuni li se jissemmew, għax it-talba għall-approvazzjoni jkun irid jagħti dawn id-dettalji. Gaerty ammetta li s-sistema mhix perfetta għaliex tagħti aktar kuraġġ biex isir evażjoni tat-taxxa. Dan peress li l-unika sogru huwa li jitħallsu lura l-flus dovuti u l-imgħax. Qal li din tagħti immunità lil persuni li jifilħu jħallsu. Qal li din il-kritika ħarġet ukoll fir-rapport tal-Moneyval. Talba biex jitkellem fuq dawk imsemmija fil-Panama Papers L-Avukat Comodini Cachia spjegat li x-xhud irid direzzjoni formali mingħand il-Bord tal-Inkjesta dwar jekk jistax jagħti ċerta informazzjoni, inkluż ismijiet. Qalet li sal-Ġimgħa li ġej hija se tippreżenta lill-Qorti b'lista ta' nies imsemmija fil-Panama Papers, jew li kellhom x'jaqsmu. Il-Bord tal-Inkjesta huwa mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro. Il-Bord irid jiddeċiedi jekk l-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia setax jiġi evitat mill-awtoritajiet Maltin. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru għall-familja ta' Caruana Galizia. L-inkjesta mistennija tkompli nhar l-Ġimgħa, 21 ta' Awwissu fejn mistenni jixhed rappreżentant tal-Ministeru għall-Finanzi, s-Superintendent Antonovich Muscat u eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/19/appell-lis-socjeta-tqis-kliemha-dwar-ir-riforma-tal-ugwaljanzi-bejn-is-sessi-fil-parlament/
Appell lis-soċjetà tqis kliemha dwar ir-riforma tal-ugwaljanzi bejn is-sessi fil-Parlament
netnews.com.mt
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza tappella għall-prudenza fuq il-midja soċjali Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza ħeġġet lis-soċjetà Maltija tirrikonixxi l-isforzi li qed isiru mill-Oppożizzjoni u l-Gvern biex jinkiseb bilanċ bejn is-sessi fil-Parlament Malti. Dan filwaqt li kulħadd għandu jqis kliemu fuq il-midja soċjali għaliex dan idgħajjef l-impenn parlamentari taż-żewġ naħat fl-introduzzjoni ta' miżuri proattivi. Il-Kummissjoni fakkret kif il-fastidju u d-diskors ta' mibegħda lejn in-nisa fil-politika u n-nisa parlamentari jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fil-ħajja politika, liema fastidju l-NCPE qed tinnota li qed jiżdied fuq il-mezzi soċjali. "Huwa biżżejjed li wieħed iżur il-pjattaformi tal-midja soċjali sabiex isib evidenza ta' din l-imġieba abbużiva u inaċċettabbli, b'mod partikolari matul il-ġimgħa li għaddiet." Fl-isforzi tagħha flimkien mas-soċjetà Maltija in ġenerali, b'mod partikolari dik femminili, il-Kummissjoni qed tipprova tegħleb il-kultura ta' preżenza maġoritarja tas-sess maskili, li ddominat il-Parlament għal snin sħaħ, u ta' nuqqas ta' kandidati nisa. Madwar sentejn ilu, il-Gvern u l-Oppożizzjoni waqqfu Kumitat Tekniku sabiex jindirizza d-defiċit demokratiku attwali bejn is-sessi fil-Parlament, b'enfasi wkoll fuq l-isfidi li n-nisa f'Malta jiffaċċjaw fid-dinja politika. B'riżultat ta' dan, f'April 2019 tnediet ir-Riforma dwar il-Bilanċ bejn is-Sessi fil-Parlament għall-konsultazzjoni pubblika. Il-Kummissjoni nnutat kif id-dokument ressaq diversi miżuri pożittivi f'ħafna livelli, li jaġixxi kemm fuq il-kawżi kif ukoll fuq il-konsegwenzi tal-inugwaljanza bejn is-sessi fl-isfera politika, filwaqt li jqis l-ispeċifiċitajiet politiċi u soċjali tal-kuntest Malti. Tags konsultazzjoni pubblika Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza Riforma dwar il-Bilanċ bejn is-Sessi fil-Parlament //= $special ?>
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/17/minn-ghada-jeskalaw-l-azzjonijiet-tal-allied-health-professionals/
Minn għada: Jeskalaw l-azzjonijiet tal-'allied health professionals'
netnews.com.mt
Wara ġimgħa ta' azzjonijiet industrijali u ebda rieda tajba min-naħa tal-Gvern, il-UĦM Voice of the Workers ħabbret li se teskala l-azzjonijiet industrijali fost l-'Allied Health Professionals'. Dawn jinkludu diversi professjonisti fosthom l-Audiologists, Biomedical Scientists, Dental Hygienists, Dental Technologists, Occupational Therapists, Physiotherapists, Podiatrists, Radiographers u Speech Language Pathologists. Fi stqarrija, il-UĦM qalet li minkejja li hemm ftehim sakdut bi tliet snin, il-Gvern għadu qed isabbat saqajh ma' dawn il-front liners u mhux lest jagħti żidiet fil-pagi u kundizzjonijiet li jirriflettu l-irwolijiet ta' dawn il-professjonisti. Dawn ilprofessjonisti huma pilastru ewlieni fil-qasam tas-saħħa tagħna u nuqqas ta' ftehim kollettiv ġdid għal dawn il-ħaddiema jfisser kundizzjonijiet li jirriflettu rrealtajiet ta' seba snin ilu. Il-UĦM Voice of the Workers tfakkar li dawn il-professjonisti huma fuq quddiem nett sabiex iwaqqfu l-imxija tal-COVID-19 ġewwa Malta u għadhom sal-ġurnata tal-lum joffru servizzi essenzjali biex jissalvagwardjaw is-saħħa tal-poplu Malti billi offrew servizzi bħal: swabbing għal testijiet xjentifiċi fil-laboratorju. Għaldaqstant, fin-nuqqas ċar ta' rieda min-naħa tal-Gvern l-azzjonijiet minn għada huma: • Operazzjonijiet mhux urġenti ser ikunu posposti • Radiographers fl-emerġenza ser ikunu fuq go slow • CTs, MRI u Theatres ser jiefqu sakemm mhux emerġenza • Testijiet tad-demm mhux ser jiġu proċessati jekk mhux emerġenza jew swabs tal-COVID-19 • Servizzi tal-Podjatrija ser jitnaqqas għajr għal servizzi urġenti kemm flisptarijiet u l-kura primarja waqt li servizzi fil-komunità mhux se jiġu offruti. • L-Occupational Therapists mhux ser jaraw pazjenti ġodda u mhux se joffru servizzi ta' home visits. • Każijiet ta' nies li għandhom diffikultajiet biex jibilgħu l-ikel u x-xorb (dysphagia) fil-komunità ser jiġu referuti għall-Casualty filwaqt li servizzi fil-komunità ta' Speech Language Pathology se jkunu mwaqqfa apparti każijiet ġodda li se jingħataw vista waħda. • Testijiet tas-Smigħ se jiefqu kollha. • Il-Fiżjoterapisti ser ikunu qed jaraw każijiet respiratorji biss. L-istqarrija ttemm li dawn l-azzjonijiet mhux qed jolqtu l-ħidma kontra l-imxija tal-Covid-19 iżda l-Union ma hi qed teskludi xejn jekk il-Gvern ser ikompli jsabbat saqajh. Azzjonijiet Industrijali
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/il-ftuh-tal-ligue-1-fi-franza-pospost-minhabba-l-coronavirus/
Il-ftuħ tal-Ligue 1 fi Franza pospost minħabba l-coronavirus
netnews.com.mt
Fi Franza l-partita tal-ftuħ tal-istaġun 2020-21 ġiet posposta wara li Marseille spiċċaw b'erba' plejers li rrizultaw pożittivi għall-koronavirus. Marseille kellhom jilgħabu kontra Saint-Etienne nhar il-Ġimgħa fl-ewwel minn tmien partiti ta' tmiem il-ġimgħa fil-Kampjonat Nazzjonali Franċiż. Il-Kampjonat 2019-20 fi Franza kien wieħed minn tal-bidu li f'April twaqqaf minħabba l-pandemija Covid-19, b'Paris St-Germain jingħataw it-titlu meta kellhom 12-il punt vantaġġ. Marseille kontra Saint-Etienne issa se tintlagħab fis-16 jew fis-17 ta 'Settembru. Kelliem għaIl-kampjonat Franċiż il-ġimgħa li għaddiet informa lill-klabbs li skont il-protokoll tiegħu għal Covid-19 meta jkun hemm aktar minn tliet każijiet pożittivi fi club dan iwassal għal posponiment. L-ex difensur ta ' Aston Villa , Jordan Amavi ttestja l-pożittiv il-ġimgħa li għaddiet, bi tliet plejers oħra jkunu wkoll pożittivi. Marseille ħassru wkoll il-partita ta' ħbiberija li kellhom jilgħabu kontra Stuttgart wara t-test pożittiv ta' Amavi. Marseille, li huma mmexxija mill-ex kowċ ta 'Chelsea u Tottenham Andre Villas-Boas, spiċċaw fit-tieni post fl-istagun li għadda.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/floriana-jilqghu-lil-cluj-ghada-fl-ewwel-rawnd-ta-kwalifikazzjoni-tal-uefa-champions-league/
Floriana jilqgħu lil Cluj għada fl-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League
netnews.com.mt
Għada fid-9 ta' filgħaxija, fis-Centenary Stadium – Floriana jkunu fl-azzjoni kontra Fotbal Club CLUJ tar-Rumanija fl-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Il-partita li ser tintlgħab bil-bibien magħluqa se ssir fuq leg wieħed, jiġifieri f'każ ta' draw sad-90 minuta, tmur għall-ħin barrani u f'każ li tibqa' fi draw il-partita tiġi deċiża permezz ta' għoti tal-penalties. Ritorn għal Floriana f'kompetizzjoni tal-UEFA fejn fil-ġranet li għaddew, kontinġent ta' Floriana mmexxi mill-President Riccardo Gaucci u mill-kowċ Enzo Potenza kienu fi Gualdo Cattaneo fil-provinċja ta' Perugia fejn għamlu il-pre-season bi tħejjija għal din il-partita. Cluj immexxija minn Dan Petrescu li fl-aħħar gimgħat kien rikoverat minħabba li kien pożittiv għal Coronavirus, rebħu l-aħħar tliet kampjonati Nazzjonali tar-Rumanija u fl-aħħar ġimgħat fin-nuqqas ta' Peterscu kienu mmexxija minn Valeriu Bordeianu. Cluj bla dubju jibqgħu l-aqwa tim fir-Rumanija b'esperjenza vasta f'kompetizzjonijiet tal-UEFA. Fl-aħħar snin rnexxielhom jikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League fejn tispikka l-esperjenza tagħhom fl-istaġun 2012/13 fejn wara li temmew fit-tielet post fil-grupp tagħhom, huma sfaw eliminati minn Inter mir-rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League. Ir-rebbieħ minn dan il-konfront jikkwalifika għat-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League fejn l-avversarji ser ikunu Dinamo Zagreb tal-Kroazja, filwaqt li t-tellief jilgħab fit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/lazio-ffrustrati-wara-li-silva-nghaqad-ma-real-sociedad/
Lazio ffrustrati wara li Silva ngħaqad ma' Real Sociedad
netnews.com.mt
David Silva ngħaqad mat-tim Spanjol ta' Real Sociedad fuq kuntratt ta' sentejn hekk kif ħalla lil Manchester City wara għaxar snin. Huwa kien mistenni li jingħaqad ma' Lazio, b'rapporti Taljani jisħqu li kien intlaħaq ftehim ta' tliet snin, iżda din l-aħbar waslet bħala sorpriża anke għat-tim ta' Ruma. Lazio wasslu messaġġ ta' frustrar permezz ta' wieħed mid-diretturi Igli Tare fejn qal li sema dwar dan it-transferiment, u għandu rispett kbir lejh bħala plejer imma mhux bħala raġel. Fl-għaxar snin li Silva għamel fil-Premier League, hu rebaħ 11-il trofej, b'erba' titli tal-Kampjonat Ingliż. Huwa lagħab l-aħħar logħba tiegħu fil-partita taċ-Champions League kontra Lyon meta daħal bħala sostitut. Manchester City ħabbru li ħa jonoraw iż-żmien tiegħu mal-klabb bi statwa quddiem l-Etihad Stadium.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/barcelona-jkeccu-lil-abidal-minn-direttur-sportiv/
Barcelona jkeċċu lil Abidal minn direttur sportiv
netnews.com.mt
Barcelona ħabbru li keċċew lil Eric Abidal minn direttur sportiv tal-klabb, ġurnata biss wara li tkeċċa l-kowċ Quique Setien. It-tibdil ikompli fil-klabb wara l-umiljazzjoni li soffrew kontra Bayern Munich fiċ-Champions League fejn tilfu 8-2. Il-klabb Spanjol irringrazzja lid-direttur tas-servizz tiegħu tul is-snin. Abidal lagħab ma' Barcelona bejn l-2007 u l-2013, fejn rebaħ erba' kampjonati ta' Spanja u żewġ Champions League. Meta rtira fl-2018, hu rritorna mal-klabb bħala direttur flok Roberto Fernandez. Huwa kien ir-raġuni ewlenija għala Setien sar kowċ ta' Barcelona, wara li kien tkeċċa Ernesto Valverde, fejn l-istess direttur waħħal fil-plejers minħabba l-falliment tal-kowċ. Ronald Koeman huwa l-favorit li jieħu post Setien bħala kowċ, filwaqt li għadu mhux magħruf minn se jieħu post Abidal.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/il-kumpilazzjoni-tal-eks-konslu-ta-shangai-u-martu-se-tibda-nhar-it-tnejn/
Il-kumpilazzjoni tal-eks Konslu ta' Shangai u ta' martu se tibda nhar it-Tnejn
netnews.com.mt
Il-kumpilazzjoni ta' Aldo Cutajar, eks konslu ta' Malta għal Shangai, li flimkien ma' martu Isabel Cutajar qed jiġi akkużat b'rabta ħasil ta' flus se tibda nhar it-Tnejn filgħodu. Il-polza messet lill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fejn għall-ħabta tad-9.15am. se tibda tisma' l-ġbir tal-provi fejn il-Prosekuzzjoni qed tikkontendi li l-koppja Cutajar kisbu propjetà minn dħul li ġie minn attività kriminali. Il-koppja tgħix f'villa fin-Naxxar li xtraw sentejn ilu. Il-koppja Cutajar qed jgħidu li huma għandhom kollox irregolarizzat, inkluż il-kont ta' €300,000 li kienu fetħu f'Dubai. L-akkużati ppreżentaw xi riċevuti tal-kontijiet tagħhom kollha biex juru li huma ma kisru l-ebda liġi.. Huwa mifhum li persuni oħra qegħdin jiġu nvestigati b'rabta ma' dan il-każ u li jistgħu wkoll jitressqu l-Qorti, dejjem jekk jirriżulta li hemm provi biżżejjed. Fost dawn il-persuni hemm nies involuti fil-propjetà. Sadanittant il-Pulizija mit-Taqsima ta' Kontra r-Reati Maġġuri u mit-Taqsima ta' Kontra l-Frodi komplew għaddejjin bil-ħidma tagħhom biex jiġbru aktar fatti u provi fil-każ tal-koppja. Tul il-jum tat-Tnejn, esperti tal-Qorti kienu preżenti biex jivvalutaw l-oġġetti kollha li hemm fil-villa tal-eks Konslu ta' Shangai. Għal ħin twil kienet għaddejja ukoll ħidma biex tiġi valutata il-propjeta' innifisha…b'esperti fil-propjetà jindikaw li tiswa' 'l fuq minn miljun ewro. Lejn l-aħħar tal-ġimgħa l-oħra l-Pulizija qalet li sabet is-somma ta' €500,000 fi flus kontanti fir-residenza tal-koppja fin-Naxxar. Dan waqt tfittxija ntensiva li kienet qed issir għal aktar provi minn naħa tal-Prosekuzzjoni. Preżenti mal-Pulizija waqt din il-ħidma kien hemm Aldo Cutajar innifsu, li jiġi ħu l-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar, li minn naħa tiegħu qed jiċħad li kellu xi forma ta' għarfien dwar dan il-każ. Aldo Cutajar kien daħal mal-Gvern fl-1989 u li rriżulta li minkejja li kien ingħata sentenza mill-Qorti, huwa qatt ma tkeċċa minn maċ-ċivil. F'Marzu tal-2018 huwa kien issostitwixxa lil Sai Mizzi, l-mara tal-eks Ministru Konrad Mizzi. Fl-2004, meta kien Prinċipal Anzjan fil-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, Aldo Cutajar kien tressaq il-Qorti fuq akkużi ta' miżapproprijazzjoni ta' fondi, fost oħrajn. Fit-2 ta' Frar 2005, Aldo Cutajar ammetta l-akkużi fil-konfront tiegħu u ngħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin, b'interdizzjoni perpetwa. Madankollu inqas minn xahrejn wara, il-Qorti tal-Maġistrati ddeċidiet li tneħħi l-interdizzjoni perpetwa. Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku kienet investigat il-każ skont ir-regoli fis-servizz pubbliku u fis-16 ta' Ġunju 2005 irrakkomandat li l-interdizzjoni imposta fil-konfront ta' Aldo Cutajar titneħħa skont kif iddikjarat il-Qorti. Il-Kummissjoni kienet iddeċidiet li l-persuna in kwistjoni titlef il-paga miżmuma matul is-sospesjoni u tingħata twissija. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qabel ma' din ir-rakkomandazzjoni u ffirmaha fl-1 ta' Lulju 2005. Wara dan kollu, Aldo Cutajar ħadem f'diversi dipartimenti taħt diversi Ministeri. Il-koppja Cutajar li tressqet nhar is-Sibt li għadda f'jum Santa Marija nżammet arrestata wara li kienet miċħuda t-talba għal libertà proviżorja bil-Qorti tilqa' t-talba li jiġu ffriżati l-assi kollha tagħhom. Għall-koppja qed jidhru l-Avukati Roberta Bonello u Joe Giglio filwaqt li l-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Lianne Bonello.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/l-ezamijiet-tal-matsec-u-tas-sec-se-jsiru-kif-pjanatii/
L-eżamijiet tal-MATSEC u tas-SEC se jsiru kif pjanati
netnews.com.mt
Madankollu, l-orals u listening comprehensions tħassru u ma nstabetx soluzzjoni oħra minflokhom. Hekk kif wasal żmien l-eżamijiet tal-MATSEC u tas-SEC, kollox se jibqa' miexi kif kien imħabbar fil-ġimgħat li għaddew, anke jekk dawn l-aħħar jiem raw numri kbar ta' każijiet ġodda ta' COVID-19. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici f'post fuq Facebook fejn l-istudenti se jkunu qed imorru fiżikalment f'post fejn se jsiru l-eżamijiet. Il-ġimgħa l-oħra, għadd ta' studenti urew it-tħassib tagħhom relatati mas-saħħa ta' kull student li se jkunu qed jagħmlu r-resits tal-Università u l-eżamijiet tal-MATSEC li mistennija jsiru f'Settembru. L-Għaqda KSU, li tirrapreżenta lill-istudenti tal-Università ta' Malta, għamlu laqgħa mal-Ministru tal-Edukazzjoni iżda baqgħu mingħajr ebda tip ta' risposta dwar dan. Il-kmamar tal-eżamijiet mistennija jilqgħu ammont iżgħar ta' studenti biex jiġu applikati l-miżuri tas-saħħa, fosthom id-distanza soċjali. Kull student se tittiħidlu wkoll it-temperatura. Jekk student ikun jinsab fi kwarantina mandatorja konnessa mal-COVID-19, inviġilatur se jmur id-dar tal-istudent waqt il-ħin allokat tal-eżami. It-timetables tal-eżamijiet se joħorġu uffiċjalment bejn illum u għada. Minn naħa l-oħra, stqarrija li ħarġet l-Università ta' Malta tgħid li ntlaħqu numru ta' qbil dwar x'se jkun qed jiġri meta wieħed japplika għal xi kors fl-Università. L-ewwel punt li sar kien li l-istudenti li jagħmlu l-eżamijiet minn djarhom minħabba li jkunu kwarantina, l-istess opportunità tingħata bħal studenti oħra meta jiġu biex japplikaw għal kors li jaċċetta biss numru limitat ta' studenti. Jekk wieħed jiġu informat mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li għandhom joqgħodu fi kwarantina, wieħed għandu immedjatament jinforma lil MATSEC Support Unit dwar dan. Minħabba għadd ta' tibdil fiż-żmien ta' dawn l-eżamijiet, l-istudenti se jkunu jistgħu jidħlu Junior College jew l-Università bħala probationary students sal-aħħar tas-sena akkademika.
[ 5 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/yorgen-fenech-qal-lit-tabib-vella-jekk-ninzel-jien-jinzel-kulhadd-mieghi/
Yorgen Fenech qal lit-tabib Vella "jekk ninżel jien, jinżel kulħadd miegħi"
netnews.com.mt
"Jekk ninżel jien, jinżel kulħadd miegħi" – hekk saħaq darba minnhom Yorgen Fenech meta kien qed ikellem lit-tabib tiegħu. Emozzjonat, fil-qorti, taħt ġurament, it-Tabib Adrian Vella ddikjara li Keith Schembri taħ numru ta' karti biex jieħu lil Yorgen Fenech. Jisħaq li kif wassal il-karti f'Portomaso, Schembri u Fenech ikkomunikaw permezz ta' telefonata li ħadet madwar tliet minuti. Fix-xhur li għaddew, taħt ġurament, Schembri ċaħad li ta ittra lil Fenech permezz tat-tabib. F'rakkont ta' episodju ieħor, Adrian Vella saħaq li Keith Schembri qallu biex ma jiftaħ lil ħadd, iżda x'ħin sar jaf li l-pulizija kienu wara l-bieb, qallu biex jiftħilhom u jagħmel li jgħidulu. It-tabib saħaq li ftit qabel ħassar il-WhatsApp minn fuq il-mobile. Waqt li kien qed jixhed fil-qorti, it-tabib ta' Keith Schembri u Yorgen Fenech saħaq li meta kien interrogat mill-pulizija, il-Kummissarju ta' dak iż-żmien, Lawrence Cutajar għajru giddieb. It-tabib Adrian Vella Fl-aħħar tas-sena li għaddiet isem it-tabib Vella kien feġġ meta allegatament wassal messaġġ permezz ta' ittra mingħand Schemrbi lil Fenech, waqt li dan tal-aħħar kien diġa arrestat mill-Pulizija. Din l-ittra kienet tinkrimina lill-eks Deputat mexxejja Laburista Chris Cardona. Vella qal li meta fuq struzzjoni ta' Yorgen Fenech mar id-dar tal-eks Chief of Staff ta' Kastilja, Keith Schembri fil-Mellieħa, Schembri qallu biex jieħu xi karti li kienu fuq l-iskrivanija, wiċċhom l'isfel lill-Fenech. It-tabib qal li hu tewa l-karti, poġġihom fil-but u telaq filwaqt li assigura li ma jafx x'kien il-kontenut tagħhom. Vella saħaq li ma tkellimx ma' Schembri dwar il-każ. Hu baqa' sejjer lejn l-appartament ta' Fenech f'Portomaso biex joħodlu l-karti li taħ Schembri. Hu saħaq li kien beża' għax kien hemm pulizija barra l-appartament. Ġewwa kien hemm Fenech, martu, wliedu, u l-avukat difensur tiegħu Gianluca Caruana Curran. "Jiena tajt il-karti lil Gianluca." qal it-tabib. Vella saħaq li Fenech "ħataf l-karti minn idejn Gianluca" bit-tabib jisħaq li Fenech xejn ma deher kuntent x'ħin ra x'kien hemm miktub fuq il-karti li taħ Schembri. Vella jikkonferma li f'dak il-mument, huwa għadda telefonata minn Schembri lil Fenech, u Fenech mar biex jieħu t-telefonata privatament, qatta' madwar tliet minuti fuq it-telefon. Imma hu ma jistax jikkonferma li ddiskutew il-kontenut tad-dokument. Intant, l-għada li ġara dan tal-aħħar, it-tabib ġie arrestat fis-1am mid-dar tiegħu f'San Pawl il-Baħar. Kien meta qed jiddeskrivi dan l-episodju li Vella emozzjona ruħu u beda jibki fil-qorti. Hu saħaq li Keith Schembri kien qallu li "jekk jiġri xi ħaġa, hu kien il-persuna li għandu jċempel." Jirriżulta li meta kellu jiġi arrestat, il-pulizija kienu qed iħabbtu fuq il-bieb tiegħu għal 15-il minuta sħaħ. Allegatament, il-mobile tiegħu kien mitfi. Allura Vella kien uża il-mobile ta' bintu biex iċempel lil Schembri. Vella saħaq li kien ħassar il-WhatsApp tiegħu qabel tefa l-mowbajl tiegħu sigħat qabel seħħ l-arrest. Dakinhar hu kkomunika ma' Schembri bl-użu ta' l-app Signal. It-tabib saħaq li Schembri qallu biex ma jiftaħx il-bieb "jekk ikunu qed iħabbtu ħafna" iżda x'ħin sar jaf li kienu qed iħabbtu l-pulizija, Schembri qal lit-tabib biex jiftaħ u jagħmel li jgħidulu. Finalment, tul ix-xhieda tiegħu Vella qal li waqt li kien qed ikun interrogat mill-ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra, filwaqt li dawn tal-aħħar kienu attenti għal dak li qed jgħid, l-eks Kummissaru Lawrence Cutajar beda jsejħħlu giddieb meta qallhom li Keith Schembri kien taħ ittra għal Yorgen Fenech. It-tabib stqarr li Cutajar kellu mowbajl f'idejh, iżda ma jafx jekk minnu kienx qed jibgħat SMSs fil-ħin tal-interrogazzjoni. Keith Arnaud, li qed imexxi l-investigazzjoni, saħaq li l-Pulizija għadhom qed jinvestigaw lir-rwol ta' messaġġier li kellu it-tabib Adrian Vella. Fil-Qorti, hu ikkonferma li ilu jaf lil Yorgen Fenech għal 30 sena minħabba li kien it-tabib tal-familja Fenech filwaqt li saħaq li ilu jaf lil Keith Schmebri għal madwar erba' snin. Hekk kif l-Erbgħa filgħodu kompliet il-kumpilazzjoni tal-imprenditur Yorgen Fenech, li jinsab akkuzat b'kompliċità fil-qtil tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia, sar magħruf li hemm aktar recordings li għad iridu jinstemgħu. Dan wara li instab file ieħor b'numru ta' recordings li kienu ittieħdu mill-middleman Melvin Theuma. Intant, il-Qorti illum aċċettat li l-middleman Melvin Theuma, ix-xhud tal-Istat, isirlu test psikoloġiku wara li fl-aħħar ġimgħat kien fil-periklu tal-mewt minn ġrieħi b'daqqiet ta' sikkina li għamel fuqu nnifsu. Din il-kumpilazzjoni li se tkompli fil-25 t'Awwissu qed tinstema quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello. L-Avukati Gianluca Caruana Curran, Marion Camilleri u Charles Mercieca qegħdin jidhru għal Yorgen Fenech. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru bħala parte civile f'isem il-familja Caruana Galizia. Ritratti: Matthew Tabone Ikkummenta //= $special ?>
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/17/fil-11am-konza-minn-fearne-il-prim-ministru-mill-gdid-jitlaq-barra-l-pajjiz/
Nightclubs, bars, discos magħluqin; l-ilbies tal-maskra issa obbligatorju f'kull post pubbliku magħluq
netnews.com.mt
Segwi l-aġġornamenti hawn billi tgħafas ir-refresh button Il-Gvern se jkun qed iwassal konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Kif tħabbar ilbieraħ, illum mistennija jitħabbru aktar miżuri restrittivi. Fearne se jkun qed jindirizza l-konferenza hu minħabba li Robert Abela reġa' jinsab barra l-pajjiż. 12:00 Tintemm hawn il-konferenza tal-aħbarijiet 11:57 Bid-69 każ ġdid irreġistrati llum, il-każi total f'pajjiżna issa tela' għal 1,375 u fl-aħħar 24 siegħa 10 persuni fiequ biex issa telgħu għal 759 il-persuni li fiequ. It-total ta' każi attivi huma 607 (minnhom kienu mnaqqsa n-numru tal-każi tal-immigranti) 11:56 Fearne jgħid li f'ristorant ġewwa wieħed irid jidħol bil-maskra u jibqa' biha ħlief biex jiekol u jixrob 11:55 Chris Fearne jerġa jonqos li jwieġeb dwar l-għażla tal-Prim Ministru li jerġa jmur Sqallija 11:54 Bħalisssa hemm 9 persuni fit-Taqsima tal-Mard Infettiv (IDU), 4 f'ward oħra Mater Dei, u 2 l-ITU, 13-il persuna fl-isptar Boffa, 13 f'St Thomas u 10 f'Mount Carmel Hospital 11:52 Hi tat ċifri marbuta ma spezzjonijiet differenti u multi li nħarġu u qalet li sfortunatment ikollok tati ċitazzjonijiet għax jibqa' jkun hemm persuni li ma jimxux mad-direttivi 11:51 Dwar ċitazzjoniijet, il-Prof Gauci qalet li sa issa kien hemm aktar minn 47,000 spezzjonijiet fuq persuni fi kwarantina fejn ingħataw il fuq minn mitt multa. 11:45 Aktar ġurnalisti jistaqsu fuq il-Prim Ministru. Id-Deputat Prim Ministru jidher li qed isibha divertenti li jistaqsuh fuq il-vaganza tal-Prim, Ministru f'daż żmien delikat, jgħid li qed jaħlu l-ħin jistaqsu l-istess mistoqsija, u jidħaqha 11:44 Mistoqsi jekk jarahiex f'lokha li l-Prim Ministru reġa' telaq lejn Sqallija f'nofs kriżi u bil-każijijet dejjem jgħolew, Chris Fearne qal li diġa wieġeb u li m'għandux aktar xi jżid 11:42 2,269 testijiet saru fl-aħħar 24 siegħa u minnhom ħarġu 69 każ ġdid 11:40 Chris Fearne jgħid li l-miżuri li tħabbru ma sarux għax talbithom l-Asssoċjazzjoni tat-Tobba 11:34 Bħalissa hemm 1,200 persuna fi kwarantina 11:32 Issa li reġgħu żdiedu l-persuni l-isptar irridu nżommu mal-miżuri, u tinħtieġ il-koperazzjoni ta' kulħadd 11:31 Ġew identifikati l-aktar postijiet li kienu qed jipprezentaw problema 11:29 F'postijiet fejn ikun hemm konsum qawwi ta' alkoħol ikun iktar diffiċili li tinżamm id-distanza u hu għalhekk li ddaħħlu dawn il-miżuri ġodda tal-lum 11:28 Il-Prof Charmaine Gaucia qalet li l-miżur li daħlu dejjem kienu bbażati fuq evidenza, u kienet qed issir evalwazzjoni li tagħti informazzjoni importanti biex b'hekk ikunu identifikati l-problemi TIĠIJIET BILQEGĦDA BIR-REGOLAMENTI BĦAL TAR-RISTORANTI 11:24 Mit-28 t'Awwissu, tiġijiet jistgħu isiru biss f-forma ta' ikla, bil-mistednin bilqegħda u b'regoli bħal dawk ta' ristoranti. Ikel u xorb ikun servut lilhom mill-waiters 11:22 Jekk qed tagħti lift lil xi ħadd, hu rrakkomandant li tintlibes il-maskra wkoll IL-MASKRA HI OBBLIGATORJA F'KULL POST PUBBLIKU 11:21 L-ilbies tal-maskra issa hija obbligatorju f'kull post pubbliku 11:20 Imħabbar limitu wkoll ta' massimu ta' 15-il persuna fi grupp, minn nhar l-Erbgħa fit-8.00am JINGĦALQU CLUBS, NIGHTCLUBS U DISCOS 11:19 Minn nhar l-Erbgħa fit-8.00am clubs, nightclubs u discos se jkunu magħluqin . Anke bars u każini se jkunu magħluqin għajr għal dawk li magħhom għandhom ristorant. Boat parties ukoll huma projbiti 11:19 Din il-lista se tkun riveduta darba fil-ġimgħa 11:19 Il-pajjiżi fuq il-lista l-oranġjo jitħabbru aktar tard illum 11:18 Issa se tkun introdotta lista oranġjo li se tkun effettiva minn nhar il-Ġimgħa f'nofsillejl, u se tobbliga lil persuni ġejjin minn dawk il-pajjiżi li jipproduċu kopja ta' test negattiv li mhux antik aktar minn 72 siegħa 11:15 Sa issa kelna żewġ listi differenti tal-pajjiżi li minnhom jiġu persuni minnhom lejn Malta. Waħda lista ħamra ta pajjiżi li persuni ma setgħux jiġu Malta minnha, u dik ħadra li minnha setgħu jidħlu persuni 11:14 Mil-lum se jiżdiedu miżuri ġodda ma' dawk li hemm fis-seħħ biex jonqos ir-riskju tal-virus 11:13 Id-Deputat Prim Ministru qed jitkellem dwar iż-żieda ta' riżorsi biex ikun jista' jsir l-eżerċizzju tal-ittestjar, tal-contact tracing u tal-ispezzjonar 11:12 Chris Fearne jgħid li biex pajjiżna jibqa jrażżan il-virus irridu nidentifikaw lill-persuni infettati, nidentifikaw lilhom u lil dawk li jgħixu magħhom, inżommuhom fi kwarantina u li nżommu lin-nies milli jkunu viċin xulxin 11:10 Tibda l-konferenza tal-aħbarijet, bid-Deputat Prim Ministru jkun l-ewwel ma jindirizza l-ġurnalisti preżenti Ikkummenta //= $special ?>
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/18/il-birdlife-tattakka-l-pjan-tal-gvern-li-jisfida-s-sentenza-tal-qorti-ewropea-tal-gustizzja/
Il-Birdlife tattakka l-pjan tal-Gvern li jisfida s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja
netnews.com.mt
"Jekk jisfida s-sentenza dwar l-insib għall-għasafar tal-għana, il-Gvern ikun assurd u irresponsabbli" Il-Birdlife ħarġet tattakka l-pjan tal-Gvern li jisfida s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li fiha, il-Gvern Malti nstab ħati li fetħet staġuni tal-insib għall-għasafar tal-għana bi ksur tad-Direttiva Ewropea dwar l-Għasafar. Fi stqarrija maħruġa t-Tlieta, il-Birdlife li hija sorpriża b'dan u saħqet li "huwa inaċċettabbli kif il-Gvern se juża l-iskuża tar-riċerka xjentifika biex jippermetti l-insib għall-għasafar tal-għana". Il-Kap Eżekuttiv ta' BirdLife Malta Mark Sultana fakkar kif fl-imgħoddi, il-Gvern ħa deċiżjonijiet li dgħajfu u emendaw liġijiet apposta biex jinħoloq paraventu biex jinqatlu l-għasafar illegalment. "Issa," kompla Sultana, "il-Gvern irid joħloq paraventu ieħor biex għexieren ta' eluf ta' għasafar tal-għana jinqabdu billi b'mod kreattiv ikklassifika dan bħala studju xjentifiku." Fil-fehma tal-Birdlife, l-infurzar mhuwiex sodisfaċenti, jew saħanistra ineżistenti, u għalhekk l-NGO tinsab ċerta li din is-sistema se tiġi abbużata b'mod rampanti kif ġara f'każi oħra li fihom il-Gvern emenda l-liġijiet. F'dan id-dawl, il-BirdLife se tpoġġi għadd kbir ta' domandi dwar dan is-suġġett matul il-laqgħa tal-Kumitat ORNIS tal-ġimgħa ddieħla ħalli twaqqaf il-pjan tal-Gvern. L-NGO fakkret kif l-għasafar qegħdin hemm biex jitgawdew minn kulħadd u mhux minn xi grupp privileġġjat li jsibha diffiċli biex jifhem is-sbuħija tan-natura.
[ 7 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/17/appell-lill-gvern-mill-mfa-u-l-asa-dwar-is-sitwazzjoni-prezenti-brabta-mal-pandemija-tal-coronavirus/
Appell lill-Gvern mill-MFA u l-ASA dwar is-sitwazzjoni preżenti b'rabta mal-pandemija tal-coronavirus
netnews.com.mt
Fi stqarrija konġunta maħruġa mill-Malta Football Association u l-Aquatic Sports Association appellaw għal darb'oħra lill-Gvern biex mill-aktar fis jipprovdi gwidi speċifiċi dwar l-isport fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus. L-assoċjazzjonijiet saħqu li jekk il-Gvern se jkompli ma jagħtix kas il-bżonnijiet tal-atleti fuq livell elite se jkun qiegħed ipoġġi f'riskju l-logħob u l-kompetizzjonijiet sportivi. Fost dawn hemm li meta plejer jinsab pożittiv l-iskwadra kollha qed titpoġġa fi kwarantina rrispettivament mil-livell ta' kuntatt mal-persuna infettata, b'din ir-restrizzjoni qed tħalli riperkussjonijiet fuq it-tħejjija tal-iskwadri. L-MFA nnutat li jekk din is-sitwazzjoni tippersisti u l-Gvern jibqa' jonqos milli joffri xi tip ta gwida, se jkun hemm problemi għas-sejħa tal-iskwadra nazzjonali bit-tim Malti jirriskja l-parteċipazzjoni fil-UEFA Nations League. Huma kkonkludew li din is-sitwazzjoni qed tirriskja l-eżistenza tagħhom. Dalogħdu l-Gvern fil-konferenza tal-aħabarijiet indirizzata mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u mis-Supretendent tas-Saħħa Dr. Charmaine Gauci, naqa milli joffri xi tip ta' gwida dwar l-isport u s-sitwazzjoni preżenti b'rabta mal-pandemija tal-corornavirus f'pajjiżna. B'reazzjoni għal dan l-appell miż-żewġ assoċjazzjonijiet, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport, l-Onorevoli Robert Cutajar talab lill-Gvern biex f'dan il-mument meta l-imxija tal-coronavirus reġgħat qabdet sew f'pajjiżna, l-Gvern ma jerġax għal darb'oħra jinsa u jabbanduna l-isport u l-isportivi. Cutajar fakkar kif lura f'Marzu li għadda l-Oppożizzjoni tkellmet biex dan il-qasam ma jiġix minsi u abbandunat mill-Gvern. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport temm jgħid li l-awtoritajiet għandhom l-obbligu u d-dover li ma jħallux dan l-abbandun iseħħ Ikkummenta //= $special ?>
[ 1, 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/09/09/caleb-ewan-jirbah-il-11-il-stadju-tat-tour-de-france/
Caleb Ewan jirbaħ il-11 -il stadju tat-Tour de France
netnews.com.mt
Iċ-ċiklist Awstraljan Caleb Ewan rebaħ il-11 -il stadju tat-Tour de France li sar bejn Chatelaillon-Plage u Poiters. Fit-tieni post daħal Peter Sagan li kien relegat għall-aħħar post wara li deher isakkar lil Wout van Aert, biex minfloku temm Sam Bennett fit-tieni post. B'hekk fil-klassifika ġenerali tat-Tour de France, Primoz Roglic jibqa' fl-ewwel post segwit minn Egan Bernal u Guillaume Martin. It-Tour de France jkompli għada bit-12 -il stadju fuq distanza ta' 218km bejn Chauvigny u Sarran Correze.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/09/09/ma-jistghux-ikunu-aktar-minn-6/
Ma jistgħux ikunu aktar minn 6
netnews.com.mt
Il-PM Brittaniku Boris Johnson ħabbar li b'effett immedjat mit-Tnejn ma jistax ikun hemm aktar social gatherings ta' gruppi aktar minn 6, kemm barra, u kif ukoll anki fir-ristoranti u l-ħwienet tax-xorb. Johnson fost l-oħrajn qal li l-Gvern ħa din id-deċizzjoni wara li kien hemm żieda fil-każijiet fost iż-żgħażagħ Brittaniċi. Din il-liġi se tidħol fis-seħħ anki għal dawk li jiltaqgħu fid-djar ta' xulxin fejn tenna li se jibdew isiru "spot checks" anki fir-residenzi. Wieħed issa jekk jikser din ir-regola se jkun jista' jeħel multa ta' £100, filwaqt li jekk jerġa' jinqabad, il-multa se tirdoppja – fl-eventwalità li l-massimu jista' jkun ta' £3,200. Din il-miżura sa issa ma tgħoddx għall-iskejjel, xogħol, funerali u tiġijiet. Tags renju unit //= $special ?>
[ 1, 3, 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/09/17/se-mmorru-ghal-deficit-edward-scicluna/
"Se mmorru għal deficit" – Edward Scicluna
netnews.com.mt
"Mhux biss tinsa surpluss imma se jkollok taqa' ghal deficit, iddaħal idejk fil-but u tonfoq kemm hemm bżonn" – Hekk stqar il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta kien intervista fuq il-program Ras'imb Ras fuq TVM. Hu qal li din is-sena għandna deficit kif l-istess se jkollna għas-sena d-dieħla pero għad mhux ċert x'ser jiġri s-sena ta' wara. Edward Scicluna kien qed jitkellem fid-dawl tal-Budget li se jigi prezentat ix-xahar id-dieħel. Kien propju ftit tal-jiem ilu, meta l-Ministru nieda d-dokument ta' qabel il-budget li iżda minnu ma ħarġu ebda dettalji dwar dak li għandhom jistennew il-familji Maltin u Għawdxin għas-sena d-dieħla. Matul dan il-programm, Edward Scicluna fakkar kif it-taxxi kienu biss difereti u jridu jitħallsu. Edward Scicluna semma' li bħalissa qed jiddiskuti liema oqsma se jkunu qed jitnaqsulhom il-fondi biex tingħata għajnuna lil setturi milquta mill-pandemija. Pero, ma tax aktar dettalji. Intant, waqt l-istess intervista, il-Ministru reġa' semma l-ħsara li saret lil pajjiżna kagun tal-iskandli kbar li hemm imdahhal fihom il-Gvern. Dan ukoll qed jaffetwa is-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna. U waqt li kien qed jitkellem fuq affarijiet li jridu jiġu irranġati, Edward Scicluna attakka lis-settur privat. Il-Ministru kien qed jitkellem dwar ir-Rapport Moneyval li pajjiżna qed jistenna l-eżitu tiegħu… rapport li jekk jiġi negattiv, wkoll se jaffetwa mhux ftit l-investiment u l-ekonomija f'pajjiżna.
[ 4 ]
https://netnews.com.mt/2020/09/23/arsenal-u-chelsea-jikkwalifikaw-ghar-raba-rawnd/
Arsenal u Chelsea jikkwalifikaw għar-raba' rawnd
netnews.com.mt
Arsenal kwalifikaw għar-raba' rawnd wara li barra minn darhom kisbu rebħa ta' 2-0 kontra Leicester City. Il-gowls tal-partita wasal fit-tieni taqsima fejn minn cross ta' Nicolas Pepe kien CHRISTIAN FUCHS li tefa' fix-xibka tiegħu stess wara konfużjoni fil-kaxxa ta' Leicester. Arsenal rduppjaw tard fil-partita permezz ta' EDDIE NKETIAH. Chelsea kisbu post fir-rawnd li jmiss tal-Carabao Cup wara li f'darhom kisbu rebħa faċli kontra Barnsley ta' 5-0. L-eroj għall-Blues kien l-akkwist il-ġdid KAI HAVERTZ li skorja tliet gowls, biż-żewġ gowls l-oħra jaslu mingħand TAMMY ABRAHAM, ROSS BARKLEY u OLIVIER GIROUD. It-tielet rawnd Ilbieraħ : Leyton Orient v Tottenham posp., Newport v Watford 3-1, WBA v Brentford 2-2 (4-5), West Ham v Hull 5-1, Luton v Man Utd 0-3, Illejla : Fulham v Sheff. Wed 2-0, Milwall v Burnley 0-2, Preston v Brighton 0-2, Stoke v Gillingham 1-0, Chelsea v Barnsley 6-0, Fleetwood v Everton 2-5, Leicester v Arsenal 0-2, Morecambe v Newcastle 0-7 Għada : Bristol v Aston Villa 8.00pm, Lincoln v Liverpool 8.45pm, Man City v Bournemouth 8.45pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/09/18/il-bord-ta-inkjesta-jigbed-l-attenzjoni-fuq-post-ta-bedingfield-fuq-facebook/
Il-Bord ta' Inkjesta jiġbed l-attenzjoni fuq post ta' Bedingfield fuq facebook
netnews.com.mt
Il-Bord ta' Inkjesta li qed imexxi l-inkjesta fuq l-omiċidju ta' Daphne Caruana Caruana Galizia qabel ma jisma' x-xhieda tal-Ministru Owen Bonni qal li kien qed jiġibed l-attenzjoni ta' post li tella' fuq facebook id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield fejn dan allega li l-inkjesta spiċċat politiċizzata. Il-Bord immexxi mill-Imħallef irtirat Michael Mallia, l-Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro. Il-post fuq il-paġna ta' Bedingfield telgħet wara x-xhieda li ta d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne nhar l-Erbgħa li għaddew. Il-Bord qal li i ġiet attirata l-attenzjoni tiegħu għall-post fuq Facebook tal-Whip Glenn Bedingfield, li huwa wkoll xhud f'din l-inkjesta. Bedingfield qal li l-inkjesta qed issir politiċizzata. Kopja ta' dan il-post u kummenti fuqha tqiegħdu fl-atti ta' din l-inkjesta bħala prova u ġiet inserita' minnufih bil-Bord qal li qed jirriserva li jipprovdi ulterjorament dwar dan l-inċident jekk ikun il-każ.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/09/21/325269/
Illum, it-Tnejn fil-5pm | Ħamrun Spartans kontra Sirens
netnews.com.mt
Kien sajf mimli entużjażmu għal Ħamrun Spartans hekk kif issieħeb magħhom l-investitur Għawdxi, Joseph Portelli li miegħu ġab proġett ta' tliet snin, u akkwisti immedjati, fosthom taż-żewġ żgħażagħ internazzjonali Maltin, Joseph Mbong u Juan Carlos Corbalan . Ħamrun qed jaspiraw f'staġun suċċess u llm jibdew il-Kampjonat Premier b'dwell dirett u delikat kontra Sirens; l-istess tim li fl-ewwel staġun tiegħu mal-kbar tal-futbol Malti, irrnexxilhom jikkwalifikaw għal post fl-Ewropa. Sirens, immexxija mill-eks kowċ ta' Ħamrun, Steve D'Amato, komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom matul dan is-sajf. Fost l-akkwisti l-aktar importanti tagħhom huma kisbu l-firma tad-difensur Jonathan Pearson , u tal-attakkanti Wilfred Domoraud u Michael Mifsud. Hu diffiċli biex tbassar x'jista' jiġri f'dan il-konfront, izda żgur li hemm stennija kbira għal din l-ewwel partita tal-istaġun, miż-żewġ settijiet ta' partitarji, b'dawk ta' Ħamrun qed jittamaw li l-ewforija kollha li ġabet magħha l-aħbar li wieħed mill-aktar negozjanti magħrufa lokalment, fil-qassam tal-propjetá u l-iżvilupp, tissaraf f'riżultati li tassew jagħtu gost u pjaċir lill-Ħamruniżi. Minn naħa l-oħra, dan l-istaġun se jkun qed jagħtina tweġiba għad-domanda ta' jekk l-istaġun storiku li għamlu Sirens fl-2020/21, kienx wieħed ta' darba jew le.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/09/18/naomi-osaka-mhux-se-tikkompeti-fl-open-ta-franza-minhabba-li-weggat/
Naomi Osaka mhux se tikkompeti fl-Open ta' Franza minħabba li weġġat
netnews.com.mt
Naomi Osaka, r-rebbieħa tal-Open tal-Istati Uniti mhux se tikkompeti fl-Open ta' Franza, hekk kif ħabbret li soffriet injury. Hija qalet li l-kompetizzjonijiet ta' Istati Uniti u ta' Franza ġew wisq viċin, u għalhekk m'għandiex biżżejjed żmien biex tirkupra fil-ħin. Ftit ġimgħat ilu, in-numru wieħed tad-dinja Ashleigh Barty ħabbret li mhux se tieħu sehem fl-Open, minħabba r-restrizzjonijiet imposti fi Franza. Hi rebħet it-titlu tas-sena l-oħra. Mill-kategorija tal-irġiel, l-għoxrin darba rebbieħ Roger Federer lanqas mhu ħa jikkompeti wara li soffra injury f'irkuptejh. Ir-rebħa fl-Istati Uniti mmarkat it-tieni titlu fl-Open u t-tielet Grand Slam għall-Ġappuniża, fejn għelbet lil Victoria Azarenka 1-6 6-3 6-3. Il-Ħamis li għadda, l-organiżżaturi ħabbru li naqqsu l-ammont ta' spettaturi li jistaw jidħlu fil-grawnd, għall-5000 persuna, minħabba ż-żieda qawwija ta' każijiet ġewwa Franza. L-Open ta' Franza huwa skedat li jibda fis-27 ta' Settembru. Huwa kien skedat għall-24 ta' Mejju, iżda ġie pospost minħabba l-pandemija.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/09/20/belarus-il-pulizija-jarrestaw-attivisti-nisa-li-qed-jinsistu-ghat-tmiem-tat-tmexxija-ta-lukashenko/
Belarus: Il-pulizija jarrestaw attivisti nisa li qed jinsistu 'għat-tmiem tat-tmexxija ta' Lukashenko'
netnews.com.mt
Il-pulizija għal kontra l-irvellijiet li jinsabu stazzjonati fid-diversi nħawi ta' Minsk arrestaw lil Nina Baginskaya, attivista veterana, u diversi nisa oħra f'ħim meta d-dimostranti tal-Oppożizzjoni kienu qed jimmarċjaw mill-kapitali fost l-għajjat kontinwu għat-tmiem tat-tmexxija tal-President tal-Belarus, Alexander Lukashenko. Madwar żewġt elef nisa ħadu sehem fil-marċ li fih spikkaw il-bnadar bl-ilwien nazzjonali ( abjad u aħmar) li jissimbolizzaw il-moviment ta' protesta kontra t-Tmexxija attwali tal-Belarus. Dan fost numru ta' konfronti mal-qawwiet tal-liġi, bin-nisa jgħajjtu li 'mhumiex se jinsew u lanqas mhuma se jaħfru l-abbużi (ta' Lukashenko)' Intant, il-gruppi tal-pulizija għal kontra l-irvellijiet intervjenew u waqqfu lin-nisa milli jilħqu z-zona ta' Minsk fejn hemm l-uffiċini tal-Gvern. Dan waqt li seħħew l-arresti ta' mijiet ta' attivisti fejn spikkaw ix-xeni tal-pulizija qegħdin ikaxkru lin-nisa lejn numru ta' vannijiet li kienu skjerati fl-inħawi. Fl-aħħar sigħat, numru ta' hackers żvelaw id-data personali ta' madwar 1,000 membru tal-Pulizija tal-Belarus b'ritaljazzjoni 'għall-oppressjoni tad-dimostranti f'Minsk'. Dan meta issa, f'Minsk, bdew sensiela ġdida ta' dimostrazzjonijiet kontra l-Gvern ta' Lukashenko. Kelliema għall-hackers li huma qrib l-Oppożizzjoni, qalu li għandhom ikomplu jippubblikaw id-data dwar il-pulizija 'u il-makkinarju ripressiv tar-reġim tal-Belarus', aktar ma jkomplu l-arresti f'Minsk u bliet oħra tal-pajjiż. Il-messaġġ tal-hackers hu li 'l-ebda wieħed mill-pulizija li qed jippersegwita lid-dimostranti mhu se jibqa' anonimu 'anki jekk ikun liebes il-balaclava'. Sadanittant, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f'Minsk qal li l-Gvern tal-Belarus għandu jidentifika u jieħu miżuri adatti kontra kulmin hu responsabbli mil- leaks tad-data inkwistjoni.
[ 10 ]