url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://netnews.com.mt/2021/04/30/izrael-ghexieren-ta-mejtin-fir-rassa-waqt-festival-religjuz-ghal-lhud-ortodossi/
netnews.com.mt
Talanqas 50 persuna tilfu ħajjithom waqt rassa tan-nies ''inkredibbli' u meta folol kbar kienu qed jattendu festival reliġjuż għal-Lhud Ortodossi, maġenb il-Muntanja Meron, lejn il-grigal ta' Iżrael. Indarbu għexieren oħra ta' devoti waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Lag Ba'Omer li ssir darba fis-sena – bil-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, jiddikjara l-ġurnata tal-Ħadd bħala Jum ta' Luttu nazzjonali. Fil-fatt, Netanyahu, fl-aħħar sigħat, ivvjaġġa lejn l-inħawi fejn in-nies kienu mietu mgħaffġin, bl-awtoritajiet qegħdin jinvestigaw x'wassal 'eżatt' għal din it-traġedja, f'ħin meta għexieren ta' eluf ta' Lhud Ortodossi kienu qed jattendu għall-festival li kellu jdum il-lejl kollu tal-Ħamis u l-Ġimgħa, Il-festival kien ukoll l-akbar avveniment għall-pubbliku f'Iżrael mill-bidu tal-coronavirus, fl-ewwel xhur tas-sena l-oħra. Il-programm tat-tilqim f'Iżrael hu fost l-aktar li rnexxew fid-dinja u dan ippermetta biex l-awtoritajiet Iżraeljani jneħħu numru kbir ta' restrizzjonijiet għall-poplu – anki jekk l-uffiċjali tas-saħħa qed iwissu xorta waħda dwar 'is-sogru potenzjali mill-Covid-19'. Intant, l-ewwel rapporti dwar ir-rassa qattiela qalu li kienet ċediet struttura fis-sit fejn kienet qed issir iċ-ċelebrazzjoni. Madankollu, l-uffiċjali għall-emerġenzi, wara, tkellmu dwar 'ir-rassa kbira li nqalgħet' u b'sorsi qrib il-pulizija jgħidu li d-diżastru x'aktarx li kien dovut għal sitwazzjoni fejn numru ta' nies spiċċaw jiżolqu minn taraġ – u bil-konsegwenza li 'waqgħu għexieren ta' nies oħra, b'kulħadd jibda jgħaffeġ fuq xulxin'. Kollox jidher li seħħ fi spazju ta' sekondi, bil-filmati tal-inċidenti li bdew jiċċirkulaw online juru eluf ta' nies iffullati ma' xulxin huma u jippruvaw jgħaddu minn passaġġ dejjaq. Dan waqt li uffiċjali bil- loudhailers kienu qed iħeġġu biex in-nies 'jiftħu ftit tal-ispazju' qabel il-pulizija bdiet tinsisti biex is-sit jispiċċa evakwat min-nies kompletament. In-nies preżenti li tkellmu mal-media Iżraeljana qalu li ħadd ma qatt basar li traġedja bħal din setgħet isseħħ 'u li avveniment ta' ċelebrazzjoni kellu jinbidel daqshekk malajr fi traġedja'. Intant, waslu fis-sit għexieren ta' ambulanzi, bis-servizzi għall-emerġenzi jqiegħdu l-katavri tal-vittmi f'ringieli mal-art huma u jgħattuhom bil-koperti tal- foil. Dan waqt li l-ħelikopters kienu qed iwasslu lill-midruba lejn l-eqreb sptarijiet, bl-Armata tistazzjona numru kbir ta' truppi tas-search-and-rescue f'dik iz-zona. L-aħħar rapporti, issa, qalu li l-midruba fir-rassa kienu qabżu l-150 , b'talanqas 40 jispiċċaw f'kundizzjoni kritika.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/04/30/akkuzat-li-kkaguna-feriti-gravi-bdaqqiet-ta-sikkina/
netnews.com.mt
Raġel minn Ħal Qormi nżamm arrestat fuq daqqiet ta' sikkina l-ġimgħa li għaddiet f'raħa twelidu. L-Stevedore Aaron Mizzi ta' 40 sena wieġeb mhux ħati li kkaġuna ġrieħi gravi, li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr permess tal-pulizija u kiser il-paċi pubblika. Mizzi kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja. L-Ispettur Roderick Agius qal lill-maġistrat Joe Mifsud li l-pulizija rċevew rapport ta' daqqiet ta' sikkina f'Ħal Qormi fit-23 ta' April. Sussegwentement l-akkużat ġie arrestat iżda l-pulizija spiċċaw b'żewġ verżjonijiet dijametrikament opposti ta 'ġrajjiet mogħtija mill-akkużat u l-vittma. Aktar tard il-filmati tas-CCTV tal-inċident saru disponibbli u Mizzi ġie arrestat. Il-prosekuzzjoni esibiet il-mowbajl tar-raġel, u spjegat li fuq l-applikazzjoni tiegħu ta 'Facebook messenger kien hemm messaġġi rilevanti bejn l-akkużat u partijiet oħra. Saret talba għal l-liberta proviżorja mill-avukat Martha Mifsud, li deheret bħala avukat tal-għajnuna legali għar-raġel. Dan kien oġġezzjonat mill-prosekuzzjoni, li qalet li hemm ir-riskju li jersaq lejn ix-xhieda u jbagħbas evidenza oħra. L-akkużat kien diġà fuq pleġġ għal reat ieħor, żied l-ispettur. Il-Qorti ordnat li r-raġel jinżamm taħt arrest preventiv.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/03/il-pulizija-ssolvi-serqa-ta-mijiet-ta-settijiet-tal-arja-kundizzjonata/
null
netnews.com.mt
Wara ħidma kbira l-Pulizija rnexxielha ssolvi każ ta' serq organiżżat ta' mijiet ta' settijiet ta' 'air conditioners'. Il-valur misruq jammonta għal madwar €300,000 Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija tad-Distrett ta' Ħaż-Żebbuġ wasslu biex ġiet solvuta serqa kbira ta' settijiet tal-arja kundizzjonata ġodda minn maħżen ta' kumpanija privata li tinsab fiż-Żona Industrijali f'Tal-Ħandaq, fil-limiti ta' Ħal Qormi. Mill-investigazzjonijiet irriżulta li s-settijiet allegatament insterqu fuq medda ta' disa' xhur u b'rabta mal-każ, tmien persuni qegħdin jgħinu lill-Pulizija. Fis-16 ta' Diċembru, 2020, il-Pulizija tad-Distrett kienu nfurmati mill-kumpanija li sabu xi settijiet tal-arja kundizzjonata neqsin. Minn aktar investigazzjonijiet li saru fil-ġimgħat ta' wara, instab li b'kollox insterqu mad-900 sett, li l-valur tagħhom jammonta għal madwar €300,000. L-investigazzjonijiet wasslu biex fl-aħħar jiem ġew identifikati tmien rġiel, li għandhom bejn 35 sena u 59 sena, suspettati li huma involuti f'dan il-każ. Minn tfittxijiet li saru f'diversi residenzi, garaxxijiet u mħażen oħra, ġew irkuprati mat-800 sett misruq u rritornati lill-kumpanija. -investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin bl-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/02/andy-ruiz-jeghleb-lil-chris-arreola-fir-ritorn-tieghu/
null
netnews.com.mt
L-eks champion tal-heavyweight Andy Ruiz Jr rnexxielu jegħleb lil Chris Arreola wara li rkupra minn knockdown fl-ewwel rounds, biex ħareġ rebbieħ fl-ewwel ġlieda tiegħu mill-2019. Ruiz rebaħ l-ġlieda b'deċiżjoni unanima wara li l-ġurija preżenti aġġudikaw il-punti tagħhom favur Ruiz, 117-110, 118-109 u 118-109. Din kienet l-ewwel ġlieda ta' Ruiz wara li lura fl-2019 tilef it-titlu heavyweight kontra Anthony Joshua, fejn rnexxielu jerġa jsib il-forma tiegħu kemm fiżikament kif ukoll mentalment. B'hekk il-Messikan Andy Ruiz rebaħ 34 ġlieda minn 36, fejn min-naħa l-oħra Arreola tilef seba' konfronti mit-48 ġlieda tiegħu. Il-ġlieda saret fid-Dignity Health Sports Park f'Kalifornja fi preżenza mnaqqsa ta' 3,940 spettatur, minħabba l-pandemija tal-Covid 19.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/03/vaxlive-ser-jixxandar-is-sibt-li-gej/
null
netnews.com.mt
Għarfien biex kulħadd jitlaqqam Waqt kunċert għall-karità f'Los Angeles li fih ħadu sehem numru ta' ċelebritajiet, il-Prinċep Harry appella biex il-vaċċini tal-COVID-19 jiġu "mqassma lil kulħadd, f'kull parti tad-dinja b'mod ugwali." Fil-messaġġ tiegħu, il-Prinċep faħħar il-ħidma tal-frontliners. Din kienet l-ewwel dehra pubblika tad-Duka ta' Sussex mill-funeral tan-nannu tiegħu, il-Prinċep Philip. (Photo by Kevin Winter/Getty Images for Global Citizen VAX LIVE) L-avveniment bl-isem ta' VaxLive, sar b'risq l-isforz internazzjonali tat-tilqim kontra l-Coronavirus. Avveniment immirat biex joħloq kuxjenza dwar l-importanza li kulħadd jieħu l-vaċċin. Dan il-kunċert, kien irrekordjat fl-aħħar sigħat u se jidher nhar is-Sibt. Fih ħadu sehem Jennifer Lopez, Foo Fighters, Ben Affleck, David Letterman, Jimmy Kimmel u Sean Penn u Brian Johnson ta' AC/DC. VaxLive kien preżentat, mill-kantanta Selena Gomez, illi appellat biex pajjiżi foqra jirċievu aktar vaċċini. Tkellem ukoll il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden li kien akkumpanjat mill-mara tiegħu, fejn qal li qed "jaħdem ma' mexxejja minn madwar id-dinja biex iqassmu aktar vaċċini u jagħtu spinta lill-produzzjoni". Messaġġi oħra waslu mill-Papa Franġisku, il-President Franċiż Emmanuel Macron u l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau. S'issa, diġa inġabru $53.8 miljun għall-Covax, li qed taħdem biex tiżgura li l-vaċċini jinqasmu b'mod ġust fost in-nazzjonijiet kollha, inklużi dawk foqra. Il-kunċert se jixxandar fuq YouTube, fit-8 ta' Mejju kmieni wara nofsinhar.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/04/ir-russja-tehtieg-tbiddel-l-attitudni-taghha/
null
netnews.com.mt
Għall-ewwel darba f'sentejn kawża tal-pandemija, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G7 iltqagħu f'Londra biex jiddiskutu t-tibdil fil-klima u t-theddida fuq id-drittijiet tal-bniedem. Is-Segretarju tal-Istat tar-Renju Unit, Dominic Raab, li qed jospita l-laqgħa mal-Ministri tal-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun u l-Istati Uniti, mexxa d-diskussjonijiet fuq il-kriżi fil-Myamar, fil-Libja u l-gwerra fis-Sirja kif ukoll ir-relazzjonijiet mar-Russja, iċ-Ċina u l-Iran. F'konferenza tal-aħbarijiet mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken, Raab saħaq li l-attitudni tar-Russja teħtieġ tinbidel sabiex issaħħaħ ir-relazzjonijiet mar-Renju Unit …..filwaqt li appella għall-kooperazzjoni akbar fost il-membri tal-G7 kif ukoll l-istati mistiedna għal-laqgħa, ċioè l-Awstralja, l-Indja, il-Korea t'Isfel u l-Afrika t'Isfel.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/03/aips-titlob-li-l-gurnalist-amadou-djoulde-diallo-jkun-mehlus-mill-arrest/
null
netnews.com.mt
Hekk kif illum qed ikun imfakkar il-Jum Dinji dwar il-Libertà tal-Istampa, l-AIPS fi stqarrija talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-Viċi-President tal-AIPS Africa Amadou Djouldé Diallo wara li ilu xahrejn f'ħabs f'Conarky. Hu kien arrestat wara li kritika lill-President tar-Repubblika tal-Guinea Alpha Conde. Hu qed ikun akkużat li insulta lil Conde u anke b'malafama. L-arrest tiegħu imur kontra l-kostituzzjoni tal-pajjiż hekk kif fl-aħħar snin, il-liġi dwar il-Libertà tal-Istampa tgħid li ġurnalist ma jistgħax ikun arrestat u mitfuh il-ħabs fuq reati b'rabta mal-ġurnaliżmu. Il-ġuri ta' Amadou Djouldé Diallo li nżamm fit-13 ta' April ikkonferma n-natura sempliċi tal-akkużi, bil-prosekutur jitlob li Diallo jkunu biss immultat. Jidher iżda li kawża ta' strike mill-avukati u mis-segretarji tal-Qorti fil-Guinea, Amadou Djouldé Diallo nżamm arrestat. AIPS bagħtet ittra lill-President tar-Repubblika tal-Guinea flimkien mal-NGO "Reportes Without Borders" fejn qed jitolbu għall-ħelsien mill-arrest ta' Amadou Djouldé Diallo.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/03/fis-settur-tal-isports-kollox-jidher-li-qed-isir-minghajr-pjan-u-struttura-stevie-camilleri/
null
netnews.com.mt
F'intervent telefoniku waqt il-programm Replay, il-captian tat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo u ta' Roma Nuoto Stevie Camilleri spjega kif f'pajjiżna fis-settur tal-isports f'pajjiżna, kollox jidher li qed isir mingħajr pjan u struttura. Camilleri qal li f'dawn ix-xhur deher biċ-ċar li l-isport mhuwiex prijorità f'pajjiżna u anke li minkejja ċ-ċans naqas milli jsir pjan ċar dwar kif l-isport professjonali seta' jibqa' għaddej waqt il-pandmeija. Stevie Camilleri qal li trid issir distinzzjoni bejn sports prattikat b'mod professjonali u sport prattikat bħala passatemp. Camilleri saħaq li l-isport huwa industrija fejn fiha jaħdmu għexieren ta' persuni li jiddependu minn dan is-settur għall-għixien tagħhom. Il-captain tat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo spjega kif atleta għandu żmien limitat sakemm jibqa' fiżikament f'saħħtu li jilgħab u jitħarreġ f'livell għoli u b'hekk dan iż-żmien kollu li l-atleti ilhom weqfin huwa żmien mitluf. Camilleri li bħalissa jinsab fl-Italja fejn qed ikompli l-karriera tiegħu bħala player tal-waterpolo fis-Serie A 2 ma' Roma Nuoto qal li fl-Italja għall-kuntrarju ta' Malta, dawk kollha li huma rreġistrati ma' federazzjoni setgħu jibqgħu jitħarrrġu filwaqt li jsegwu protokolli stretti. Stevie Camilleri spjega kif atleti Maltin u anke timijiet li se jkunu qed jikkompetu f'kompetizzjonijiet internazzjonali se jsibuha aktar diffiċli biex jikkompetu hekk kif din il-waqfa telfet jiem ta' taħriġ u kompetizzjonijiet. Camilleri temm jgħid li din il-waqfa se taffettwa wkoll li-iżvilupp ta' atleti żgħar fejn minn barra li dan se jaffettwa r-riżultati fil-futur, it-tfal tħallew id-dar mingħajr ma jagħmlu eżerċizzju fiżiku.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/04/tkompli-l-kumpilazzjoni-dwar-il-qtil-ta-carmel-chircop-u-ta-daphne-caruana-galizia/
null
netnews.com.mt
Kieku ma kellux lecture ikkanċellat l-unika wild tal-Avukat Carmel Chircop li nqatel kien ikun fil-kumpanija ta' missieru peress li kien iħobb imur miegħu fil-garaxx fejn inqatel. Dan peress li ibnu kellu garaxx viċin dak li kellu missieru. Dan ħareġ mix-xhieda ta' Mary Rose, l-armla ta' Carmel Chircop, li kien inqatel kiesaħ u biered sitt snin ilu, bil-mara tgħid li l-ewwel indikazzjoni li kellha li kien inqatel żewġha kien permezz ta' facebook. Imbikkma u kommoventi waqt li hija kienet qed tagħti x-xhieda tagħa tgħid li hi u żewġha kienu se jiċċelebraw il-25 anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Huma kellhom uffiċċju maġenb id-dar tal-koppja. Ir-rutina tiegħu kienet li jiġi lura mill-uffiċċju tiegħu u jmur fl-uffiċċju ta' Birkikrara. Qalet li kien jitlaq kmieni fis-7am u jerġa' lura fis-7pm. "Kellna ftehim bejnietna biex ma niddiskutux ix-xogħol. Kultant kien jieħu xi xogħol tal-qraba, u nsir naf aktar tard meta jġibulna xi rigal," hija qalet. Fil-jum tal-qtil, żewġha telaq fis-6.45am, il-ħin normali tiegħu. Kienet se tiġbor il-posta fil-fergħa tal-MaltaPost, ħames minuti 'l bogħod minn fejn toqgħod. Mar-ritorn tagħha, ippruvat iċempillu fuq it-telefon. L-ewwel darba, ma wieġeb ħadd, it-tieni darba, ma kienx f'pożizzjoni li jirrispondi, it-tielet darba l-linja kienet mejta. "Ħsibt li ħalla t-telefon warajh," qalet. "Imbagħad sibt telefonata fuq il-linja fissa. Kienet oħt Carmel, soru Franġiskana. Huma kienu jċemplu lil xulxin kuljum." Mary Rose Chircop hawn tilfet il-vuċi u bdiet tibki.. Is-soru qaltilha biex tiċċekkja Facebook, fejn raw rapporti ta 'aħbarijiet li kienu jgħidu li kienu sparaw avukat f'Birkirkara u li qatluh. Dakinhar, it-tifel tal-koppja, li kien student tat-tielet sena tal-liġi, kien ikun ma' missieru, kieku l-'lecture' tiegħu ma ġiex ikkanċellata. Kompliet tgħid li hija ġriet lejn l-għassa tal-pulizija, u talbet li tkun taf "Min hu l-avukat?" . Kien Spettur li taha l-aħbar. F'dan lil-ħin, ix-xhud bdiet tolfod u tibki. Fuq mistoqsijiet tas-Supretendent Keith Arnaud, Mary Rose Chircop qalet li dakinhar tal-isparatura, żewġha kien ipparkja l-karozza fil-garaxx. Ġeneralment kien iħalliha pparkjata biswit ħanut ta' barbier, imma ma kienx sab spazju. Hi spjegat ukoll fejn jinsab il-kumpless tal-garaxxjiet Il-garaxx tagħhom kien l-ewwel wieħed, eżatt ħdejn ir-rampa ta 'barra. Fl-Awla 22 quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo kompliet l-kumpilazzjon fil-konfront tal-aħwa Robert u Adrian Agius, magħrufin bħala Tal-Maksar, Jamie Vella, u George Degiorgio, magħruf bħala ċ-Ċiniż, li jinsabu mixlijin b'rabta mal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop fl-2015 u tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fl-2017. George Degiorgio, flimkien ma' ħuh Alfred Degiorgio diġa qed jaffaċċja proċeduri separati fuq l-involviment tiegħu fl-assassinju tal-ġurnalista, liema każ qed jinstema quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit. Illum l-akkużati jinsabu kollha l-ħabs fejn qabel ma tressqu l-Qorri, Jamie Vella ta' 37 sena, kien residenti l-Mosta, Adrian Agius ta' 42 sena, residenti l-Mellieħa, Robert Agius ta' 37 sena, residenti r-Rabat, u George Degiorgio ta' 58 sena, kien residenti San Pawl il-Baħar. Chicop kien dovut € 600,000 Mary Rose Chircop qalet li żewġha kien jaħdem mad-ditta tal-avukati Dingli u Ħad-Dingli u kien ilu magħhom tliet snin. Mitluba tidentifika l-akkużati, hija identifikat lil Adrian Agius. Hija tgħid li żewġha kien iffirma att ta 'kostituzzjoni tad-dejn ma' Aeon limited. Adrian kien id-direttur. Meta Ryan Agius ħarab, żewġha tħalla bi kreditu pendenti ta 'madwar €600,000. Qalet li żewġha kien ħa ħsieb kuntratt ta' kumpanija li Agius kien direttur tagħha u li kien fadallu jieħu €600,000 u Agius kien qallu li se jagħtih xi pagament kull xahar. Qalet li darba żewġha qalilha li Agius staqsieh, "Titħajjar tieħu l-villa bħala pagament?" L-armla qalet li tiftakar li kien il-Ġimgħa u marru jarawha," tirrakkonta x-xhud. Saħqet li hija marret ma' żewġha biex tara l-post f'Baħar ic-Caghaq. Meta waslu hemm, huma raw raġel, li ma kienux jafuh. Chircop ċempel lil Adrian, imbagħad ħabbat il-bieb tal-villa imma ma kien l-ebda risposta. Imbagħad Adrian ċempel biex jiskuża ruħu għad-dewmien. Wara li rat il-villa, Mary Rose qalet li la lilha u lanqas lil żewġha l-post ma tantx għoġobhom. Meta marret lura biex tagħti d-dettalji tad-dejn, Mary Rose Chircop qalet li żewġha kellu jieħu madwar €750,000 iżda ġab €50,000 u xi ħlasijiet sussegwenti ta '€ 00,000, u tħalla bilanċ ta' €600,000. Il-kuntrtatt dwar id-dejn kien ġie iffirmata fl-2014, pagabbli fuq sena. Ix-xhud qalet li Adrian, Ryan Schembri u oħrajn kienu diretturi ta' Erom Litimed. Hija qalet li l-koppja marru jaraw il-villa għall-ħabta ta' Lulju 2015, wara li d-data tal-ħlas lura tad-dejn kienet skadiet. Hija spjegat li l-koppja raw il-villa għall-ħabta tal-4.30pm. Adrian Agius kien hemm mal-koppja, flimkien ma' xi nisa u tfal. Kien hemm pixxina iżda l-koppja xrorta ma għoġbitix il-propjetà u telqu wara li qablu li Carmel Chircop jerġa' jmur għand Agius. Ix-xhud kompliet tgħid li tliet ġimgħat wara, il-koppja kienu qed jieħdu kafè fin-Naxxar meta daħal Adrian. Carmel mar fuq mejda oħra biex ikellmu. "Ma kontx parti mill-konversazzjoni. Imma meta tlaqna, eżatt qabel ma nfridna smajt lil Carmel jgħid lil Adrian, 'allura int se ttini pagamenti, hux?'" Aktar tard Carmel qal lil Adrian li l-villa ma kinitx għoġbithom. Iżda fin-Naxxar, huma telqu fuq nota tajba. Mary Rose Chircop qalet li hi u żewġha wara marru Venezja u Ruma għall-anniversarju tat-tieġ tagħhom, dan kien fl-14 ta 'Settembru. Ftit wara li waslu l-Italja, żewġha rċieva telefonata u Mary Rose semgħetha. "Smajt lir-raġel tiegħi jgħid, 'Adrian, diġà qbiżt xi ħlasijiet. Ejja l-uffiċċju nhar it-Tlieta.' "Wara li qata', qalli li Adrian se jmur l-uffiċċju tiegħu l-ġimgħa ta' wara. Carmel ma tkellimx b'ton ta' ġlied." Hija ikkonfermat li żewġha ma rċeviex il-flus. Kompliet tgħid li ħames xhur wara l-qtil, Adrian beda proċeduri fil-qorti biex iħassar l-ipoteka (drittijiet fuq il-proprjetà tad-debitur). Wara biss smigħ wieħed, huma laħqu ftehim barra l-qorti. "Adrian Agius għadda ftit mill-flus, u huwa rtira l-każ u aħna kkanċellajna l-ipoteka," hija. Huma ssetiljaw fl-2017 u m'hemm l-ebda kwistjoni ċivili oħra pendenti bejn Adrian Agius u Mary Rose Chircop, hija tikkonferma. Tħallsu €165,000 minn €600,000 dejn Wara li Arnaud spiċċa l-interrogazzjoni tiegħu, Vince Galea, l-avukat tagħha, għamel xi mistoqsijiet dwar il-kawża ċivili wara l-qtil. Hija qalet li Adrian Agius kien fetaħ proċeduri biex jiddikjara l-ftehim null u bla effett. L-avukat ta' Agius kien Arthur Azzopardi, hija qalet u li tħallset €165,000 minn bilanċ ta '€ 600,000. Qalet li hi u binha riedu li din il-kwistjoni tiġi solvuta "darba għal dejjem". Waqt il-kontroeżami ta' Alfred Abela, l-avukat tal-aħwa Agius u ta' Jamie Vella, l-armla qalet li ma kinitx preżenti meta kien ġie ffirmat il-kuntratt tad-dejn, li kien ġiet iffirmata fl-uffiċċju tan-nutar filgħodu iżda kienet marret wara nofsinhar. Hija ffirmat karta fil-preżenza ta 'mara u ma kinitx ċerta jekk hijiex segretarja jew avukat. Mistoqsija dwar telefonati ma 'Agius, hija qalet li semgħet xi tnejn jew tlieta. Saħħqet li żewġha qatt ma għajjat ​​jew tkellem ħażin "Huwa kien jiddiskuti kwistjonijiet legali?" staqsi l-avukat. "Iva," hija qalet. Mistoqsija dwar iż-żjara fil-villa u n-Naxxar, hi tiftakar li qalet lil żewġha li Adrian Agius "looks quite nice". Fuq il-parkeġġ tal-karozza, tgħid li kienet tilmenta ma' żewġha li jħalli l-karozza tiegħu pparkjata barra meta kellu l-garaxx. Qalet li meta xehdet quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia dakinhar tad-delitt, kien hemm hi u binha biss. L-Avukat Abela staqsa dwar l-iskrittura li ġiet iffirmata. "Jekk nissuġġerixxi li r-raġel tiegħek ta self lill-kumpanija, xi tgħid?" Ix-xhud qalet li hi ma tafx x'inhi kostituzzjoni ta' debitu, li kien semmielha żewġha. Kien spjegalha imma nesiet. "Jekk kostituzzjoni ta' debitu hija self, mela iva. Jekk le, mhux self," qalet ix-xhud. Qalet li d-deċiżjoni ħaduha hi u binha waħedhom biex jilħqu ftehim barra l-qorti. Wara xehed Gordon Cutajar mid-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili ta' Transport Malta fejn ippreżenta abbozz ta' bejgħ għal dgħajsa msejħa Maya minn Ivan Formosa lil Alfred Degiorgio. Din hija l-ewwel konnessjoni mal-qtil ta' 'Daphne Caruana Galizia msemmija fil-kumpilazzjoni tat-Tlieta. Il-Maya kien il-jott allegatament intuża biex jisplodu l-bomba li qatlet lil Caruana Galizia fl-2017. L-avukat mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali staqsa dwar dawn id-dokumenti. Ix-xhud spjega li d-dettalji jimtlew mix-xerrej. Ma hemm l-ebda regola fissa u mgħaġġla, huwa qal, iżda d-dikjarazzjoni tas-sidha trid tkun iffirmata quddiem nutar jew kummissarju tal-ġuramenti. Il-Maya kien jott tad-divertiment u l-polza tal-bejgħ kienet ġiet iffirmata fis-16 ta 'Frar 2017. Dik kienet id-data meta l-bejgħ ġie rreġistrat fi Transport Malta, huwa jispjega. L-ispettur Anton Cilia xehed b'rabta mal-każ li jinvolvi l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, li nqatlet f'karozza bomba f'Ottubru 2017. Huwa qal li fis-16 ta 'Ottubru 2017, il-control room tal-pulizija għamlet sejħa għall-ħabta tat-3pm. Huwa ra partijiet umani "mxerrdin mal-għalqa" u biċċiet tal-ħaxix bin-nar. L-ispettur tal-pulizija qal li għaraf lit-tifel tal-ġurnalista, Matthew Caruana Galizia. Huwa kien qed jargumenta ma' raġel, jismu Vella, li beda jakkużah li ħa r-ritratti ta' ommu. Waqt l-argument il-mobile ta' Vella spiċċa mkisser. Vella qal li dan kien jiswa €1,000. Ix-xhud qal ukoll li l-karozza tal-vittma kellha ħsarat kbar, u s-saqaf mifquh. Kien hemm ukoll figura umana kienet fuq is-sit tas-sewwieq. Ix-xhud ippreżenta rapport., li jkopri rekords tad-dejta tal-vetturi tal-RIU fis-sit tal-isplużjoni, ir-rapport tal-patrol tal-ġurnata u ritratti tax-xena tad-delitt. Is-seduta ġit sospiża għal ftit tal-ħin għax George Degiorgio kellu bżonn jattendi għal seduta oħra. Wara xehedet l-Ispettur Oriana Spiteri li qalet li kienet irċeviet telefonata mill-kamra tal-kontroll dwar raġel li intlaqat minn żewġ sparaturi f'sidru, u li probabbilment kien mejjet. L-ispettur u kollega marru fuq il-post fil-garaxx numru 46. Huma sabu lill-vittma fuq l-art, maqtul. Kien hemm ukoll sparatura oħra fuq il-bieb tal-garaxx u fuq il-ħajt. Qalet li ċertu Wistin Grixti li kien ċempel lill-Pulizija kellu garaxx hemm u kien sab lill-avukat mejjet fl-art meta kien se joħroġ il-karozza tiegħu. L-uffiċjal qalet li sieq il-vittma ħarġet lil hinn mill-bieb tal-garaxx, waqt li l-ġakketta tiegħu kienet fuq il-bagalja tiegħu mal-art. Ix-xhud qalet li baqgħet għassa fuq il-post tar-reat sakemm waslu uffiċjali oħra. L-Ispettur Spiteri qalet li dak iż-żmien kienet Surġent. Hija kellmet lill-ġirien li jgħixu ħdejn il-kumpless tal-garaxxijiet. Xhud ieħor tal-pulizija, kien il-kuntistabbli Mario Fenech. Qal li dakinhar, fit-8 ta 'Ottubru, 2015, fil-għodu kien infurmat dwar triq John Borg, Birkirkara, li persuna kienet instabet mejta. Huwa ssiġilla ż-żona biex jippreserva x-xena tad-delitt. Huwa bblokka l-aċċess għas-sit u kien hemm għal aktar minn tliet sigħat. Is-Surġent Juan Mula qal li kien fist tal-ewwel fuq il-post fil-qtil ta 'Daphne Caruana Galizia. Huwa kien stazzjonat fl-RIU fis-16 ta' Ottubru 2017 u jfakkar li kien hemm sejħa dwar karozza qed taqbad fit-telgħa tal-Bidnija. Fit-triq lejn il-post, huwa sema' li kienet karozza bomba, u għalhekk aċċelleraw biex jaslu hemm malajr. "Kien hemm traċċa twila ta' nirien, tul it-triq kollha b' karozza mixgħula bin-nar ukoll," huwa qal. Huwa jikkonferma ritratt meħud fuq il-post biex jippreserva x-xena tad-delitt. Wara xehed il-kuntistabbli Roderick Vassallo, ukoll dwar il-qtil ta'Caruana Galizia. Huwa kien fuq xogħol f'Ta Kandija u saq lejn il-Bidnija, fejn ra karozza taqbad. Huwa intervjena biex jikkalma argument dwar mobile. Għadira kbira ta' demm Uffiċjal mit-taqsima kriminali internazzjonali xehedet dwar il-qtil ta 'Chircop. Qalet li l-ġirien kienu avżaw lill-pulizija dwar sparatura dakinhar filgħodu. Hija marret fil-kumpless tal-garaxx, fejn iltaqgħet ma 'ġar aġitat ħafna u qalilha li kienu sparaw fuq raġel. Kien hemm għadira kbira ta 'demm. Il-pulizija marru fuq ir-rampa, waslu sa ħdejn il-vittma u raw tir f'sidru u ieħor fuq żaqqu. Fuqu kien hemm bagalja u ġakketta. Kien hemm tiri fuq vettura Mercedes ġewwa. Wara li ġiet kkonfermata l-identità tal-vittma, huwa ttieħed il-kamra mortwarja tal-isptar. L-Armla mill-ewwel issemmi lil Adrian Agius Aktar tard dakinhar l-uffiċjal tkellmet ma' l-armla u t-tifel ta' Chircop fl-għassa tal-pulizija. Meta mistoqsija jekk ir-raġel tagħha kellux xi problemi dan l-aħħar, hi "immedjatament semmiet lil Adrian Agius", li huwa magħruf ukoll, flimkien ma' ħuh bħala' tal-Maksar '. Qalet li wara nofsinhar kellmet lill-familja tal-vittma. "Meta bdejt inkellimha biex nara jekk kellux xi diżgwid ma' xi nies dan l-aħħar, mill-ewwel indikatli li kien qed jargumenta ta' spiss ma' ċertu Adrian Agius magħruf bħala Ta' Maksar." Qaltilha li żewġha daħal f'negozju miegħu. Kienet infurmatha dwar il-pagament pendenti ta' €600,000. Hija qalet lill-pulizija dwar negozju bejn żewġha u Agius, Etienne Cassar u Ryan Schembri. Kien jinvolvi "flus kbar". L-uffiċjal qalet li l-armla spiss semgħet lil żewġha jistaqsi lil Agius dwar ħlasijiet pendenti u li t-telefonati komplew, anke meta l-koppja kienu barra mill-pajjiż. L-uffiċjal tal-pulizija semgħet kif darba Dr Chircop kien instema' f'Tigne Point jgħid fuq il-mowbajl, " Meta se ttini l-pagament għax issa l-paċenzja qed tispiċċali?" B'hekk talbet għad-dettalji tat-telefonati tal-vittma. Innutat li dakinhar kien hemm diversi telefonati u anke messaġġ minn Chircop lil numru tal-mowbajl partikolari, li wara sabet li kien ta' Adrian Agius. Kienet kellmet lis-Supretendent Keith Arnaud biex tinfurmah b'suspett qawwi għal Adrian Agius. Arnaud qalilha li anke hu kellu suspett qawwi fih u fil-fatt ħareġ mandat t'arrest fil-konfront tiegħu. Fl-2015 Agius kien ġie arrestat u interrogat minn Arnaud u mix-xhud. Agius qalilhom li n-negozju kien fuq ix-xiri ta' maħżen. Qalilhom li l-villa tiegħu kienet garanzija. Infurmahom li saru xi pagamenti imma kien fadal madwar €600,000 pendenti. Dr Chircop kien qed jiġri ħafna warajh b'telefonati u messaġġi. F'ħin minnhom l-Avukat Chircop kien qallu, "Ma ħriġtx iżjed pagamenti, issa l-villa ta' Baħar iċ-Ċagħaq hija tiegħi." Huwa kien qalilhom ukoll li kellu dejn ma' nies oħrajn ukoll. Din is-somma flus kienet parti minn konvenju li Chircop kellu ma' kumpanija, u li skont Agius, Chircop ried jgħaddih minn fuqu għal għand Ryan Schembri u Etienne Cassar, sidien ta' More Supermarkets. Agius kien ċaħad li hu involut fl-omiċidju u qal li dakinhar tad-delitt kien imsiefer l-Italja. Ix-xhud ikkonfermat li dakinhar kien l-Italja, u dan skont id-dettalji mill-mowbajl tiegħu. Agius qalilhom li kien qed iħossu vittma għax Ryan Schembri ħarab minn Malta, Etienne Cassar ma kellux flus x'jagħti, imma lanqas Agius ma kellu flus x'jagħti. F'Ottubru tal-2015 kienu kellmu lin-Nutar Malcolm Mangion li ħa ħsieb in-negozju ta' dal-maħżen bejn Agius u Chircop. Wara xehed l-Ispettur Kurt Zahra li qal li fil-jum tas-16 ta 'Ottubru 2017, meta bdew jidħlu sejħiet dwar il-bomba fil-Bidnija. Qalulu li l-vittma x'aktarx tkun "is-sinjura Daphne Caruana Galizia". Huwa wasal fix-xena tad-delitt għall-ħabta tal-4pm. Kien diġà mdawwar u l-ewwel persuni li wieġbu kienu hemm. Mill-għoli seta' jara l-karozza, kienet għadha taqbad u kien hemm' marki bit-tikek suwed 'li ħallew il-vettura u partijiet tal-ġisem tal-bniedem imxerrdin madwar. Kien hemm numru tal-pjanċa, li jappartjeni għal vettura Peugeot mikrija aktar kmieni dik is-sena minn Caruana Galizia mingħand Percius Car Hire. Matthew Caruana Galizia għaraf il-karozza ta' ommu mill-'hubcups' Huwa jiftakar li ra lil Matthew Caruana Galizia u lil Corinne Vella, oħt il-ġurnalista maqtula. Caruana Galizia qalet li ommu kienet telqet mid-dar, reġgħet tiġbor il-ktieb taċ-ċekkijiet u reġgħet telqet. Matthew Caruana Galizia qal lil Zahra li ħareġ bil-ħeffa ftit wara li sema 'splużjoni, ra l-karozza taqbad u identifikatha bħala l-karozza ta' ommu mill-hubcaps tagħha. Huwa qal lill-pulizija li kien uża l-karozza ta 'ommu l-ġurnata ta' qabel u ma kinitx intużat minn dakinhar. Kompla jgħid li ġar, Frans Sant, qal lill-pulizija kif kien ra l-isplużjoni. Ġirien oħra li jgħixu viċin ir-rokna fejn kienu jkunu l-allegat qatielha qalu lill-pulizija dwar karozza żgħira bajda bi stikker distintiv fuq il-windskrin, qal Zahra. Aktar tard filgħaxija, il-vettura ma baqgħetx tidher. Iż-żona ġiet miknusa u loqma ta' sigarett kien irkuprat. Zahra għadda biex tkellem dwar lista ta 'esperti maħtura biex jaħdmu fuq l-inkjesta maġisterjali u kif intalbet għajnuna barranija. L-ewwel inkjesta ġiet immaniġġjata mill-Maġistrat Anthony Vella, issa imħallef. Ix-xhud qal li Matthew Caruana Galizia qal lill-pulizija kif filgħodu tal-15 ta 'Ottubru, ommu kienet marret tieħu kafè f'Palazzo Parisio, in-Naxxar. Hu u missieru ngħaqdu magħha. Matthew imbagħad ħa l-karozza ta' ommu biex imur Exiles. Zahra iddeskriva kif il-kameras tas-CCTV fl-inħawi ġew ivvalutati u 'dash cams' ta' karozzi li spiss għaddew mir-rotta maqbuda. Ġie maqbud ukoll laptop qadim. Ġew mitkellma mal-ġirien u l-FBI waslu Malta biex jgħinu. Il-pulizija spjegaw ix-xena tar-reat u l-loqma tas-sigarett. Tal-Maksar u Jamie Vella kienu suspettużi mill-ewwel Sadanittant, Joseph Muscat, il-Prim Ministru ta 'dak iż-żmien, ħabbar premju ta' €1 miljun għal informazzjoni u għalhekk il-pulizija waqqfu task force biex jieħdu ħsieb it-telefonati. Ix-xhieda ġew avviċinati u l-pulizija ħarġu fuq numru ta 'suspettati. Fost dawn kien hemm l-aħwa tal-Maksar u Jamie Vella. Taħt mandat maġisterjali, il-pulizija ddeċidew li jarrestaw lis-suspettati fl-4 ta' Diċembru, 2017. Tim sħiħ iltaqa' fis-sigħat bikrin. Arnaud kellu javviċina t-tinda tal-patata tal-Marsa mill-art, filwaqt li Zahra kellu jikkoordina mal-Forzi Armati. Uffiċjali mediċi kienu fuq standby. Kien hemm tfittxijiet fid-djar tal-persuni suspettati u tfittxijiet oħra fuq l-art u l-baħar. Mobiles nstabu f'qiegħ il-baħar u ttellgħu mill-forzi armati. Uffiċjali forensiċi niżżlu l-oġġetti f'boroż ta 'evidenza fil-preżenza ta' uffiċjali tal-Europol. Il-pulizija bdiet l-interrogazzjonijiet. L-eżeguturi suspettati Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat ma wieġbu l-ebda mistoqsija. Muscat irrifjuta wkoll kampjun tad-DNA. It-tlieta ġew akkużati fil-qorti l-għada. "Dak għalaq l-ewwel stadju," qal Zahra., li tenna li kellu bżonn jitbiegħed mill-investigazzjoni kultant, b'Arnaud kien jaġġornah. Il-Pulizija saret taf li Mario Degiorgio, ħu l-akkużat, kien se jikkomunika miegħu fuq it-telefon. "Kien hemm referenza kostanti għal 'dak'", qal Zahra lill-qorti. "Dak" ġie identifikat minn Melvin Theuma, li minn dakinhar ingħata maħfra bi tpattija għax-xhieda tiegħu fil-każ tal-qtil. Theuma kien jieħu flus lill-allegati qattilea fil-ħabs, u ħallas €15,000 għal pleġġ għal Anca Pop, is-sieħba ta' George Degiorgio. Kien hemm ukoll referenza għal 'dak tat-torri', li kien ikkunsidrat bħala referenza għal Yorgen Fenech, li kien joqgħod fit-torri ta' Portomaso. Minn dakinhar Fenech ġie akkużat li kien il-moħħ biex joqtol lil Caruana Galizia. Zahra qal li huwa tkellem ma' Theuma fid-19 ta' Novembru fuq l-informazzjoni li kien lest iressaq. Theuma ta ħarsa ġenerali lejn kif beda kollox. Huwa sostna li kien hemm talba biex tinqatel Caruana Galizia minħabba li kienet se tippubblika xi ħaġa kontra ziju Fenech, Ray.. Theuma kellu jagħmel kuntatt ma' George Degiorgio u l-prezz għall-qtil ġie ffissat għal € 150,000. Zahra jirrikorri għall-arrest ta' Fenech fl-20 ta' Novembru 2019. Dan ma kienx il-pjan iżda l-pulizija "kellhom jaġixxu" meta kisbu informazzjoni li Fenech kien se jitlaq il-pajjiż. Huwa ġie mixli b'komplicità fil-qtil. Zahra jitkellem dwar kif Theuma kien beda jirrekordja lil Fenech. Theuma ġie arrestat fl-14 ta' Novembru 2019. Arnaud qal lil Zahra li l-pulizija sabu numru ta' tejps u apparat f'kaxxa tal-plastik, li kienet fil-pussess ta 'Theuma meta ġie arrestat. Il-kaxxa, li fiha tejps ta' konversazzjonijiet ma' Fenech, infetħet fil-preżenza ta 'avukati u maġistrati. Theuma qal lill-pulizija li ried jitkellem dwar il-qtil ta' Caruana Galizia u talab maħfra presidenzjali. Zahra xehed ukoll fuq l-arrest ta' Yorgen Fenech fl-20 ta' Novembru 2019. Dan ma kienx il-pjan iżda l-pulizija "kellhom jaġixxu" meta kisbu informazzjoni li Fenech kien se jitlaq il-pajjiż. Kompla li Vincent Muscat imbagħad talab maħfra presidenzjali wkoll. Zahra qal li hu u Arnaud bdew ikellmuh. Muscat ma semmiex ismijiet, iżda ta lill-pulizija idea ta' fejn tista' twassal il-verżjoni tiegħu. Huwa rrefera għan-nies bħala 'A, B, jew Ċ' Muscat, magħruf ukoll bħala Koħħu, ta l-verżjoni tiegħu tal-qtil qabel ma bdiet l-inkjesta lill-maġistrat Neville Camilleri fit-12 ta' Frar ta' din is-sena. L-Avukat William Cuschieri qed jidher għal Degiorgio, filwaqt li l-Avukati Alfred Abela u Rene Darmanin qed jidhru għall-aħwa Agius u għal Vella.- L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru għall-familja Caruana Galizia filwaqt li l-Avukat Vince Galea qed jidher għall-familja tal-Avukat Chircop. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Keith Arnaud flimkien mal-Ispetturi Shawn Pawney u Wayne Camilleri. Huma qed jiġu mgħejjuna mill-Avukat George Camilleri mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Il-kumpilazzjoni tkompli għada l-Erbgħa 5 ta' Mejju fit-8.30am.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/02/inter-champions-tas-serie-a-wara-hdax-il-sena/
null
netnews.com.mt
Inter huma ċ-champions l-ġodda tas-Serie A wara ħdax-il sena hekk kif Atalanta temmew fi draw ta' 1-1 kontra Sassuolo, biex matematikament għamilha impossibli li Inter jintlaħqu fil-quċċata tal-klassifika. Inter għandhom 82 punt b'Atalanta telgħu fit-tieni post b' 69 punt, l-istess punti daqs Napoli u Milan. Hekk kif fadal biss erba' partiti sa tmiem l-istaġun Inter rebħu 25 partita filwaqt li ġew draw seba' darbiet, u sofrew biss żewġ telfiet. Għal Inter dan se jkun id-dsatax-il Serie A li rebħu u l-ewwel wieħed sa mill-2010, dakinhar taħt Jose Mourinho. It-tim immexxi minn Antonio Conte, is-sena l-oħra temm fit-tieni post wara Juventus, iżda din is-sena żammew konsistenti tul l-istaġun kollu, biex meritatament rebħu s-Serie A tal-istaġun 2020/21.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/03/ordnat-ihallas-elf-ewro-fdanni-wara-li-mmalafma-lid-deputat-jason-azzopardi/
null
netnews.com.mt
Vincent Borg ġie ordnat iħallas €1,000 f'danni lid-deputat tal-PN Jason Azzopardi minħabba allegazzjonijiet li l-politiku kien jiltaqa' ma' "tfajla li taħdem f'Portomaso." Azzopardi kien ressaq kawża ta' malafama wara post ta' Facebook imtella' minn Borg, f'Awwissu li għadda. Kien qed jiġi mplikat li l-avukat Jason Azzopardi, kien jiltaqa' ma' prostituta f'lukanda San Ġiljan . Aktar tard Borg kien editja l-post, u neħħa r-referenza għal Azzopardi u sostna li kien qiegħed jistaqsi dawk il-mistoqsijiet "f'isem il-membri tal-PN." Meta xehed fil-qorti fi Frar, Borg insista li bħala membru tal-PN, huwa ħassu "intitolat" li jistaqsi mistoqsijiet bħal dawn, u rrimarka li MP's oħra kienu offrew tweġibiet għal mistoqsijiet li kien għamel. Azzopardi ma kienx wieġeb iżda minflok beda proċeduri għall-kawża ta'libell. Meta tat is-sentenza l-qorti, preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, iddikjarat li ma kienet "xejn konvinta" bl-argument ta' Borg li qal li r-referenza tiegħu għal "tfajla li taħdem" kienet maħsuba bħala "mara li taħdem fil-lukanda." Ix-xhieda ta' Borg ma kellhiex kredibilità u kienet maħsuba biex "tqarraq bil-qorti," qalet il-Maġistrat Montebello, u żiedet li l-qorti " tikkundanna b'mod gravi tali imġieba." Qarrej ordinarju fuq il-midja soċjali x'aktarx ma jidħolx fid-definizzjoni lingwistika ta' kelma imma jifhem it-tifsira tagħha f'kuntest partikolari, innotat il-qorti. U f'dan il-każ, il-messaġġ ċar intenzjonat li jitwassal minn Borg kien li Azzopardi kien iltaqa'ma' prostituta. Kien ovvju li l-kariga kienet maħsuba biex tqajjem "kontroversja politika". It-tqegħid ta' l-allegazzjonijiet fil-forma għamlithom aktar insidjużi u żiedet "id-doża malafamanti", qalet il-qorti, waqt li nnutat ukoll li r-rimarka konklużiva "Just biex infakkarkom", mressqa minn Borg għal enfasi miżjuda, kienet maħsuba biex twassal ċara u messaġġ dirett.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/02/ajax-huma-r-rebbieha-tal-eredivisie-fl-olanda/
null
netnews.com.mt
Ajax Amsterdam huma ċ-champions tal-Eredivisie fl-Olanda biex b'hekk rebħu dan il-kampjonat għall-35 darba fl-istorja tal-klabb. Ajax għelbu lil FC.Emman bl-iskor ta' 4-0 bil-gowls ikunu skorjati minn Jurrien Timber fl-10 minuta, Sebastien Haller u Devyne Rensch fil-61 u 66 minuta rispettivament, kif ukoll Davy Klassen fl-74 minuta. Ajax għandhom 79 punt f'ras il-klassifika fejn rebħu 25 partita, kisbu 4 draws filwaqt li sofrew biss 2 telfiet. Ftit jiem ilu l-coach Erik ten Hag ġedded il-kuntratt ma' Ajax b'sena biex se jkun qed imexxi liċ-champions Olandiżi għal staġun ieħor. B'hekk rebħu t-tieni kampjonat fi tliet snin wara l-kampjonat tas-sena l-oħra kien intemm ħesrem minħabba l-pandemija tal-Covid 19.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/05/stati-uniti-lejn-it-tilqim-ta-70-fil-mija-tal-adulti-sal-bidu-ta-lulju/
null
netnews.com.mt
Il-President Amerikan Joe Biden qed ifassal il-pjani biex sa 70 fil-mija tal-adulti fl-Istati Uniti jkunu mlaqqmin kontra l-Covid-19 sal-4 ta' Lulju. Fl-istess ħin, hemm ukoll il-pjani biex it-tilqim jibda jingħata lit-tfal Amerikani bejn it-12 u l-15-il sena mill-aktar fis possibbli. It-tragward ġdid ta' Biden jaħseb biex sa 160 miljun adult jingħataw it-tilqima sħiħa sa Jum l-Indipendenza (fl-Istati Uniti). Sadanittant, il-programm mistenni li jkun irrealizzat peress li mal-105 miljuni diġà ngħataw it-tilqima kontra l-Covid u meta fl-Istati Uniti qegħdin jitlaqqmu kważi miljun adult, kuljum. Min-naħa tiegħu, il-President Biden qal li l-Gvern qed jagħmel li jista' biex ineħħi d-dubji dwar il-vaċċin fost in-nies u qed jittama li l-programmi tat-tilqim f'pajjiżu 'jirrankaw mill-ġdid' fil-ġranet li ġejjin. Sadanittant, l-ekonomija f'Iżrael – li hu fost l-aktar pajjiżi li rnexxewlhom il-programmi tat-tilqim – kważi reġgħet fetħet totalment, bil-każi lokalizzati tal-Covid-19 jinżlu għal kważi zero. Illum aktar minn 60 fil-mija tal-Iżraeljani ngħataw talanqas tilqima waħda kontra l-coronavirus Pajjiż ikun laħaq sitwazzjoni ta' herd immunity ladarba jkun hemm ammont stabbilit ta' ċittadini bi protezzjoni kontra virus bħall-Covid-19 u sal-punt fejn l-infezzjoni ma tkomplix tinfirex. F'din is-sitwazzjoni anki n-nies li ma jkollhomx immunità għall-virus xorta waħda jkunu protetti b'mod indirett. Fil-każ tal-Covid, it- threshold għal herd immunity hu kalkulat bejn 65 u 70 fil-mija ta' poplu li jkunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni. Sadanittant, Anthony Fauci, li hu l-konsulent mediku ewlieni tal-President Biden, jikkalkula li pajjiż ikun irid sa 90 fil-mija ta' ċittadini mlaqqmin għal herd immunity waqt li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed tgħid li 'għad mhux magħruf' il-livell speċifiku għal herd immunity effettiv.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/06/il-kumitat-olimpiku-internazzjonali-jilhaq-ftehim-biex-l-atleti-kollha-jiehdu-l-vaccin/
null
netnews.com.mt
Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali laħaq fethim mal-kumpanija Pfizer biex tipprovdi t-tilqim neċessarju biex l-atleti kollha jiġu mlaqqma qabel ma jsifru għall-Olimpjadi u l-Paralimpjadi li se jsiru fis-sajf li ġej. Dan il-ftehim se jżid il-possibilità li l-Olimpjadi jsiru kif skedat wara li kienu posposti s-sena li għaddiet minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Għadu mhux ċar jekk il-konsenji humiex se jkunu nklużi ma' dawk li qed jitqassmu madwar id-dinja. Il-Ġappun għandu rata baxxa ta' vaċċinazzjoni u dan qajjem tħassib dwar kemm hu possibli li jsiru l-Olimpjadi iżda dan il-ftehim isaħħaħ it-tamiet li jsiru kif pjanat. L-IOC qal li l-atleti mhux se jkunu obbligati li jieħdu l-vaċċin. Il-President tal-IOC Thomas Bach qal li l-vaċċin huwa għodda oħra li tista' tintuża sabiex l-Olimpjadi u l-Paralimpjadi jsiru kif pjanat bl-aktar mod possibli.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/06/aktar-appogg-ghall-proposti-tal-pn-dwar-tassazzjoni-gusta/
null
netnews.com.mt
Il-proposti ġodda li fassal il-Partit Nazzjonalista marbuta fuq is-sistema tat-tassazzjoni fuq in-negozji, u l-enfasi li poġġew fuq il-ħtieġa ta' sistema aktar ġusta ta' tassazzjoni, qed isibu l-appoġġ mill-i stakeholders f'dan il-qasam. Fost dawk li faħħru dawn il-proposti kien hemm il-President tal-Kamra tan-Negozji ż-Żgħar u Medji Paul Abela u l-Kap Ezekuttiv tal-Kamra tan-Negozju t'Għawdex Daniel Borg. Paul Abela spjega kif f'daż-żmien tant kruċjali għan negozji huma għandhom bżonn ta' serħan il-moħħ mhux biss għal dak li hu l-futur tagħhom fl-immedjat, imma aktar w'aktar irid ikollhom il-possibiltà li jħarsu aktar lil hinn lejn is-snin li ġejjin sabiex ikomplu jikbru bl-investiment tagħhom. Danile Borg f'isem il-Kamra tan-Negozju f'Għawdex, illi wkoll insista fuq il-ħtieġa ta' sistema ta' tassazzjoni aktar ekwa li tgħin lin-negozji Maltin u Għawdxin. Borg saħaq fuq il-fatt li fl-aħħar mill-aħħar bniedem tan-negozju l-ewwel ma jrid ikollu hu l-assigurazzjoni ta' stabbilita, u din l-istabbilita tista' tasal ukoll permezz tas-sistema ta' tassazzjoni li tinċentiva negozji speċifiċi. Il-Partit Nazzjonalista din il-ġimgħa ppropona mudell ta' tassazzjoni li jkun immodernizzat u li jżomm baxx il-piż tat-taxxi fuq il-familji Maltin u Għawdxin, filwaqt li jinċentiva dejjem aktar investiment mill-intraprizi f'pajjiżna. Proposti li sabu appoġġ qawwi mhux biss mill-esperti fil-qasam tat-tassazzjoni imma wkoll mill-ekonomisti u diversi entitatjiet. Ikkummenta Tags daniel borg għawdex ġusta kamra negozju partit nazzjonalista paul abela pn proposti smes tassazzjoni taxxi //= $special ?>
[ 4 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/06/covid-19-l-italja-u-cipru-javvanzaw-bil-programmi-lejn-in-normalita-u-l-ftuh-tal-istagun-tat-turizmu/
null
netnews.com.mt
L-Italja u Ċipru huma l-aktar żewġ pajjiżi li qed javvanzaw fl-isforzi biex jiftħu mill-ġdid għat-turiżmu u fejn qed jaħsbu biex jagħtu spinta mistennija lill-ekonomiji rispettivi. Sadanittant, il-Ministru Taljan għall-Affaraijiet Barranin, Luigi Di Maio, għamilha ċara li l-Italja tinsab lesta biex tilqa' lit-turisti barranin waqt li rrepeta l-kummenti tal-Prim Ministru Taljan, Mario Draghi, li 'il-pajjiż qed iħejji biex ikattar mill-ġdid in-negozju filwaqt li joħloq ix-xogħol'. Il-messaġġ fl-istess ħin jenfasizza li t-turisti jistgħu jżuru l-Italja mill-ġdid 'taħt sigurtà assoluta' wara l-aħħar xhur ta' lockdown dovuti għall-coronavirus. Dan ukoll meta l-pajjiż, f'nofs dan ix-xahar, se joħroġ dokument (green pass) għat-turisti li jsir effettiv proprju xahar qabel jidħol fis-seħħ dokument simili maħruġ mill-Unjoni Ewropea. Id-dokument – jew pass – fost oħrajn jippermetti għall-moviment ħieles tat-turisti fiz-zoni speċifikati. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Taljan għat-Turiżmu, Massimo Garavaglia, sostna li l- green pass tal-Italja għat-turisti se jkun validu anki għaċ-ċittadini minn barra l-Unjoni Ewropea. Hu innota li r-Renju Unit u l-Istati Uniti flimkien jagħmlu tajjeb għal aktar minn 30 fil-mija tat-turisti barranin fl-Italja minbarra li huma fost l-aktar turisti li jonfqu flus. Sadanittant, Garavaglia spjega li d-dokument jaċċellera l-isforzi ta' pajjiżu lejn in-normalità filwaqt li se jistimola l- bookings għall-btajjel fl-Italja. F'din is-sitwazzjoni jinħtieġ li t-turist jippreżenta l-provi li jkun ingħata t-tilqima kontra l-Covid-19 jew li għandu immunità mill-marda. Hu importanti wkoll li t-turisti jipproduċu l-provi li testjaw negattiv għall-coronavirus bħala aspett fundamentali ieħor għat-tkattir tat-turiżmu. Il-Ministru, intant, hu ottimist ferm li s-settur tat-turiżmu fl-Italja jirnexxilu jieħu spinta ġdida 'fi kwistjoni ta' jiem aktar milli ġimgħat' – u fost rapporti li r-reġjun ta' Lazio, li Ruma tifforma parti minnu dalwaqt jilħaq livell ta' herd immunity li jfisser li s-sogru ta' infezzjoni mill-Covid-19 ikun minimu għall-aħħar. Fi żviluppi oħra, il-Gvern ta' Ċipru mistenni jerġa' jiftaħ għal-attivitajiet normali mit-Tnejn, l-10 ta' Mejju. Dan se jkun pass importanti ħafna għal din il-Gżira Stat li tiddependi mit-turiżmu għad-dħul u li ntlaqtet ħażin ħafna mill-effetti – u l-miżuri ta' emerġenza – dovuta għall-Covid-19. Il-Gvern ta' Ċipru kien ħabbar lockdown ta' ġimgħatejn fis-26 ta' April bil-għan li jwaqqaf il-firxa tal-virus iżda l-każi ta' infezzjoni naqsu bil-kbir fil-pajjiż mill-aħħar tax-xahar li għadda. Issa, il-Ministeru tas-Saħħa f'Nikosija qed iħejji biex jiċċara l-miżuri li jridu jittieħdu biex il-pajjiż jerġa' jiftaħ għat-turiżmu mingħajr periklu. Madwar 32 fil-mija tal-popolazzjoni ta' Ċipru s'issa ngħataw talanqas doża waħda tal-vaċċin kontra l-Covid – b'għaxra fil-mija jingħataw iż-żewġ dożi. Issa Ċipru introduċa wkoll il- Coronapass li qed jieħu post l-SMS Movement Permit u meta dan id-dokument se jkun neċessarju biex in-nies imorru fir-ristoranti u jidħlu fil-kumplessi kummerċjali u kulturali. Dan il-pass 'jiftaħ il-bibien ukoll' għas-swali tat-teatri u ċ-ċinema waqt li r-riċevimenti għan-nies (fosthom it-tiġijiet) fil-miftuħ se jkunu permessi b'limitu ta' 200 persuna ( li jridu jibqgħu bilqiegħda) mis-17 ta' Mejju. Mill-Ewwel ta' Ġunju f'Ċipru ikunu permessi l-avvenimenti fuq ġewwa għan-nies bil-'Coronapass'. Sadanittant, ittieħdet id-deċiżjoni biex il-bajjiet ta' Ċipru jinfetħu mill-ġdid għan-nies bl-istess protokolli għall-ħarsien tas-saħħa li kienu implimentati matul is-sajf li għadda u bl-ebda ħtieġa biex in-nies jippreżentaw il- Coronapass.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/06/minn-hbiberja-fuq-id-dance-foor-ghal-glieda-fil-qorti-dwar-kwistjoni-ta-flus/
null
netnews.com.mt
Anzjan, li fittex mara li kien iltaqgħet miegħu fuq 'dance floor' lura fl-2002 u li ddepożita fil-kont tagħha eluf ta' flus fil-kont tagħha,biex ikunu aktar fis-sigur, naqas milli jipprova t-talbiet tiegħu fil-qorti. Ir-raġel li llum għandu 86 sena kien ta bidu għall-proċeduri ċivili fl-2017 kontra l-mara, li issa għandha 82 sena. Huwa kien iltaqa' magħha f'lukanda f'Tas-Sliema fejn it-tnejn rriżulta li kienu marru hemm għall-istess għan, għal xi mużika u divertiment ta' live band. It-tnejn bdew jaqblu mill-ewwel, inkluż fl-arti taż-żfin u mill-ewwel saru koppja regolari fiż-żfin, anzi saru aktar minn sempliċement ħbieb. Hekk kif ir-relazzjoni tagħhom immaturat, l-istess għamlet il-fiduċja tar-raġel fis-sieħba tiegħu, u stqarr magħha dwar flus li kien iġorr miegħu minħabba l-biża 'li jħallihom id-dar. Huwa spjega li ma xtaqx jiddepożita l-flus fil-bank sabiex iżomm il-bilanċ tiegħu taħt il-limitu ta' €9,000 mingħajr ma jitlef l-allowances tal-mediċina b'xejn. Lanqas ma xtaq iħalli l-flus kontanti tiegħu fid-dar, speċjalment wara li darba kien ħa n-nar fir-residenza tiegħu li,u li f'okkażjoni oħra, allegatament kienet fil-mira tal-ħallelin. Il-mara laqgħet it-talba tiegħu u marret miegħu l-bank biex tagħmel l-ewwel depożitu fil-kont tagħha, xi Lm7,000 b'imgħax fuqhom li għandhom jinżammu mid-detentur tal-kont. Bejn l-2002 u l-2008, il-koppja żaru l-istess fergħa tal-bank f'numru ta 'okkażjonijiet, u ddepożitaw somom ta' flus fil-kont personali tal-mara. Iżda meta r-relazzjoni tagħhom bdiet sejra lura, ir-raġel sar jaf permezz ta' uffiċjal tal-bank li ammonti konsiderevoli ġew irtirati minn dak il-kont taħt prokura. Ir-raġel sostna li kien ingannat biex jiffirma dokument favur qarib tas-sieħba tiegħu. . Il-koppja tbiegħdet u meta r-relazzjoni tagħhom ġiet fi tmiemha fl-2015, huwa sostna li l-mara kienet qed tirrifjuta li tagħtih lura l-flus tiegħu li qal ammontaw għal € 3,000, fejn dejjem toħorġlu b'xi skuża. Huwa kien taha wkoll tliet kaxxi f'oġġetti tad-deheb biex jinżammu sikuri u hija kienet qed tirrifjuta li tirritornahom ukoll, sostna l-applikant, u fittex rikors quddiem il-qrati ċivili. Il-mara ċaħdet l-allegazzjonijiet tiegħu, u ddikjarat li huma kienu taħt prokura reċiproka taħt kunsens espress biex tiffaċilita t-tranżazzjonijiet bankarji "kif inqalgħet il-ħtieġa." Barra minn hekk, hija kienet tat lill-applikant il-flus kollha lura, qalet l-intimata, u spjegat li mis-somma totali depożitata fil-kont tagħha, jiġifieri Lm10,000 (€26,000), hija kienet l-ewwel tat lura €25,000 u € 1,300 oħra " biex teħles lilha nfisha mill-problema pendenti. " Iżda wara rċeviet ittra mingħand l-avukat tal-eks sieħeb tagħha li talab € 2,300 oħra, li reġgħet effettwat permezz ta' bank draft biex ikollha xi forma ta' riċevuta. Kien hemm ukoll nuqqas ta' qbil dwar ħlasijiet ta' kull xahar ta' Lm150, sussegwentement imnaqqsa għal Lm100, li l-mara allegatament talbet lill-applikant biex jiddepożita fil-kont tagħha, u li ġew effettwati mill-koppja flimkien fil-bank. Fir-rigward tal-oġġetti tad-deheb, hija insistiet li dak kollu li qatt irċeviet mingħand l-applikant kienu żewġ ġojjelli bħala rigali. Meta tat is-sentenza, il-Prim'Awla, Qorti Ċivili, preseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, osservat li bejn l-2005 u l-2016 kien hemm diversi rtirar mill-kont ta' tfaddil tal-applikant, inkluż wieħed" sostanzjali "partikolari. Madankollu, meta ġie kkunsidrat kollox, l-applikant naqas milli jipprovdi lill-qorti bi stampa ċara dwar liema depożiti kienu qed jiġu kkontestati u li ma sarux mill-applikant innifsu jew taħt l-awtorizzazzjoni tiegħu, qal l-imħallef. Lanqas ma spjega kif l-irtirar kien ippersista anke wara li l-prokura ġiet revokata fl-2016, qalet il-qorti. Ma kienx biżżejjed li jiġi ddikjarat li d-depożiti bankarji tal-mara stess iffjorixxew sostanzjalment matul iż-żmien kollu tar-relazzjoni tagħha mal-applikant, qalet il-qorti, waqt li osservat li ma kien hemm l-ebda evidenza konvinċenti mill-mara dwar is-sors ta 'dawk il-fondi. Hija ppruvat tiġġustifika dawk l-ammonti billi sostniet li bbenefikat permezz tal-wirt ta' żewġha, proprjetà mikrija u rifużjoni bankarja. Barra minn hekk, hija kienet 'diliġenti' bit-tfaddil tagħha, qalet l-armla. Iżda ċ-ċifri ma jidhrux li jaqblu u l-qorti tħalliet mhux konvinta li d-depożiti miżjuda f'isem l-intimata kienu attribwibbli għad- "diliġenza" tagħha. Madankollu, fin-nuqqas ta' prova ċara u inekwivoka mill-applikant, it-talbiet tiegħu ma setgħux jintlaqgħu, ikkonkludiet il-qort Ikkummenta //= $special ?>
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/07/l-elezzjonijiet-fir-renju-unit-disfatta-storika-ghall-partit-laburista-fhartlepool/
null
netnews.com.mt
L-elezzjonijiet ta' din il-ġimgħa fl-Ingilterra rriservaw waħda mill-akbar sorpriżi, fejn il-Partit Konservattiv fil-Gvern rebaħ il- by-election f'Hartlepool – fortizza tradizzjonalment 'ħamra' – b'maġġoranza ta' kważi 7,000 vot u fejn is- swing tal-appoġġ mill-Partit Laburista favur it-Tories kien ta' 16 fil-mija. Ir-riżultat ifisser disfatta storika għal-Laburisti taħt it-tmexxija ta' Keir Starmer u meta din hi anki l-ewwel darba li kandidat Konservattiv – f'dan il-każ, Jill Mortimer — kien elett għall-Parlament mill-belt ta' Hartlepool mindu twaqqfet din il-kostitwenza fl-1974. Intant, ir-riżultati tal-elezzjonijiet lokali – li għadhom deħlin mill-Ingilterra – qed jidhru ferm inkoraġġanti għall-Konservattivi; bil-Prim Ministru u Kap tat-Tories, Boris Johnson, jisħaq li 'il-Gvern tiegħu ġie premjat talli prova jirrealizza kemm jista' il-prioritajiet tal-poplu'. Il-Konservattivi, intant, rebħu wkoll il-kunsilli ta' Northumberland, Harlow, Redditch, Dudley u Nuneaton & Bedworth – b'kelliema għall-Partit Laburista jenfasizzaw 'il-falliment totali tal-istrateġiji ta' Starmer. L-istess kelliema qalu li ħafna votanti Britanniċi, illum, 'ma jafux eżattament x'qiegħed jirrappreżenta l-Partit Laburista' u l-futur qed jidher diffiċli ħafna għal Keir Starmer bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Ir-riżultati sħaħ mill-elezzjonijiet għall-Parlamenti f'Wales u l-Iskozja mhumiex magħrufin għalissa. Dan meta mistenni li l-formazzjoni tal-Parlament ġdid ta' Holyrood, fl-Iskozja, tkun magħrufa bejn għada, is-Sibt u l-Ħadd. L-elezzjoni fl-Iskozja hi ħafna aktar sinifikanti għaliex is-Scottish National Party (SNP) mistenni jibqa' l-akbar partit u kollox jindika li dan se jagħmel minn kollox biex iwassal għal referendum ġdid li jiddetermina jekk l-Iskozja tkomplix tifforma parti mir-Renju Unit.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/09/covid-19-il-germanja-wkoll-qed-tahseb-fil-ftuh-tar-ristoranti-u-r-ritorn-tal-avvenimenti-kulturali/
null
netnews.com.mt
Is-Senat tal-Ġermanja qed iħejji biex jiftaħ mill-ġdid ir-ristoranti ta' Berlin li se jkunu permessi biex iservu lin-nies fil-miftuħ – u bl-awtoritajiet anki qed jippreparaw għar-ritorn tal-avvenimenti kulturali fil-belt kapitali . Il-belt ta' Berlin kienet spiċċat f'lockdown fit-2 ta' Novembru meta l-ammont tal-infettati bil-Covid-19 kien qed jiżdied b'mod drastiku. Intant, l-awtoritajiet tal-belt kienu kostretti li imponu restrizzjonijiet jerġa' aktar riġidi ftit qabel il-Milied meta raw li l-miżuri 'preċedenti' xorta ma kenux qed jaħdmu minkejja l-għeluq tar-ristoranti u l-ħwienet mhumiex essenzjali. Iżda llum hemm xaqq ta' dawl f'Berlin – fejn jgħixu mat-3.8 miljun abitant — u fejn l-ammonti tal-infettati għal kuljum qed jinżlu taħt il-100.F'każ li l-indikazzjonijet jibqgħu pożittivi għal ħamest ijiem konsekuttivi, ir-ristoranti ta' Berlin jkunu jistgħu jiftħu għall-klijenti fuq barra min-nhar il-Ġimgħa, Is-Sindku ta' Berlin, Michael Müller, qal li filwaqt li s-Senat jeħtieġ iżomm livell ta' kawtela, hemm kull possibbiltà li n-nies jistgħu jerġgħu jibdew 'jieklu barra' u fejn iridu jħarsu numru ta' kundizzjonijiet. L-avvenimenti kulturali x'aktarx li wkoll jibdew mill-ġdid fi tmiem il-ġimgħa u bil-kundizzjoni li dawn ikunu organizzati fil-miftuħ. Anki l-kuntatti personali wiċċ-imb-wiċċ jistgħu jerġgħu jsiru legali fi kwistjoni ta' żmien, bl-awtoritajiet ta' Berlin se jkunu qed jissinkronizzaw it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet ta' sigurtà flimkien mal-awtoritajiet tal-provinċja ta' Brandenburg. Is-Senatur għall-Ekonomija Ramona Pop, li hi wkoll il-viċi-sindku ta' Berlin, qalet li l-ftuħ tar-ristorantiu l-istabbilimenti huma biss il-bidu ta' pjan biex il-Ġermaniżi joħorġu mill-inkubu tal-aħħar xhur. Iżda waqt li s-Senat qed jaħseb biex jippermetti perspettivi ġodda għall-industrija tal-ospitalità għax-xhur tas-sajf, is-sidien tal-istabbilimenti – l-istess bħall-klijenti — huma obbligati biex jirrispettaw bis-sħiħ il-kundizzjonijiet stretti tal-iġene,waqt li jilbsu l-maskli tal-wiċċ u jħarsu dejjem id-distanzi soċjali. In-nies li jżuru l-istabbilimenti f'Berlin – u,'il quddiem, ir-ristoranti u ħwienet tax-xorb fi bnadi oħra tal-Ġermanja — se jkollhom iħallu d-data personali li tippermetti għal kuntatt mal-awtoritajiet f'każ li jistgħu jfeġġu inċidenzi oħrajn lokalizzati tal-Covid-19.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/09/giro-ditalia-2021-filippo-ganna-jirbah-l-ewwel-time-trial-fturin/
null
netnews.com.mt
It-Taljan Filippo Ganna rnexxielu jirbaħ l-ewwel stadju tal-Giro D'Italia wara prestazzjoni eċċellenti fl-ewwel prova tal-ħin f'Turin. B'hekk Ganna sar l-ewwel ċiklist li rebaħ l-ewwel stadju tal-Giro d'Italia f'żewġ edizzjonijiet differenti sa mis-snin tmenin, biex rebaħ l-ewwel flokk roża tal-2021. Ganna rnexxielu jikseb ħin ta' 8 minuti u 48 sekonda fuq distanza ta' 8.6 kilometri, fejn irrepeta is-suċċess li kiseb fl-edizzjonijiet tas-sena l-oħra, fejn kien rebaħ ukoll tliet stadji oħra matul il-Giro d'Italia. Fit-tieni post daħal Edoardo Affini b'ħin ta' 8 minuti u 58 sekonda, filwaqt li fit-tielet post segwih in-Norveġiż Tobias Foss b'ħin ta' 9 minuti.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/09/skozja-rebha-ghall-snp-tistimola-l-kampanja-ghall-indipendenza/
null
netnews.com.mt
Save draftPreviewPublishAdd title Il-Kap tas-Scottish National Party (SNP) Nicola Sturgeon qalet li 'ma jista' ikun hemm l-ebda ġustifikazzjoni demokratika' għall-impenji biex jostakolaw vot għal Skozja indipendenti. Hi qalet dan wara li r-raba' rebħa elettorali konsekuttiva għall-SNP, li Sturgeon fissritha bħala 'tragward storiku u straordinarju'. Wara l-għadd tal-voti li ntefgħu jiem ilu fl-Iskozja ħarġet il-konferma li l-SNP kien falla mill-maġġoranza għal siġġu wieħed biss u fejn irnexxielu jikseb 64 siġħu. Iżda l-fatt li telgħu wkoll sitt deputati tal-Partit tal-Ħodor ifisser li hemm xorta waħda maġġoranza 'favur l-indipendenza tal-Iskozja' fil-Parlament ta' Holyrood. Sturgeon qed tinsisti li r-riżultat tal-elezzjoni jagħti mandat ċar lill-Iskoċċiżi biex jivvutaw dwar jekk iridux jiffurmaw aktar parti mir-Renju Unit. Hi sostniet li dan għandu jseħħ 'bħala r-rieda tal-Iskoċċiżi' ladarba jgħaddi l-periklu tal-pandemija tal-coronavirus attwali. Nicola Sturgeon ilha tinsisti għal referendum ieħor dwar l-indipendenza tal-Iskozja mindu r-Renju Unit ivvota biex iħalli l-Unjoni Ewropea fl-2016. Dan minkejja li 55 fil-mija tal-Iskoċċiżi, fl-2014, kienu vvutaw biex jibqgħu fir-Renju Unit waqt referendum storiku dwar l-indipendenza potenzjali ta' pajjiżhom.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/11/il-protezzjoni-tal-gurnalisti-u-l-protezzjoni-tal-verita-tfisser-il-protezzjoni-tal-poplu-kollu-roberta-metsola/
null
netnews.com.mt
Il-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-protezzjoni tal-verità, tfisser il-protezzjoni tal-poplu kollu. Għalhekk il-libertà tal-ġurnalisti li jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom ma tistax tiġi maqtugħa mill-protezzjoni tad-demokrazija tagħna. Kliem il-Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu ġiet maħtura biex tmexxi rapport importanti li permezz tiegħu, l-Unjoni Ewropea jkollha regoli li jipprevjenu li jinfetħu kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika – magħrufa bħala kawżi SLAPP. Il-Viċi President tal-Parlament Ewropew qalet li Daphne Caruana Galizia hija eżempju ċar ta' dan kollu izda mhux biss… għax diversi ġurnalisti, kmamar tal-aħbarijiet u attivisti, kollha qed jiffaċċjaw theddid li qed ifixkel il-ħidma tagħhom biex jagħlqulhom ħalqhom. Il-Parlament Ewropew ilu żmien twil jitlob biex tittieħed azzjoni sabiex ikunu protetti l-ġurnalisti u jkun hemm leġislazzjoni ġdida kontra l-ISLAPP. Roberta Metsola saħqet li għandu jkun hemm sanzjonijiet kontra dawk li jabbużaw mil-liġijiet dwar libelli u malafama fil-konfront tal-ġurnalisti. Hija qalet li l-għan aħħari hu li jkun hemm bilanċ bejn ir-responsabbilta tal-ġurnalisti li jgħidu l-verità u d-demokrazija. Intant waqt l-istess laqgħa virtwali… għamel l-intervent tiegħu l-MEP Laburista Cyrus Engerer fejn wara li fil-passat ikkritikat bl-aħrax lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, issa qal li d-dritt tal-espressjoni għandu jkun ħieles.
[ 3, 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/10/mizuri-negattivi-fuq-il-company-service-providers/
null
netnews.com.mt
Kristy Debono, PN Id-deputat Bazzjonalista Kristy Deono qalet fil-parlament li l-miżuri li se jdaħħal il-gvern fuq il-company service providers se jħallu effett negattiv fuq dan is-settur u għalhekk appellat biex jerġa' jkun rikonsiderazzjoni ta' dawn il-miżuri u titwal id-data finali mogħtija għall-implimentazzjoni tagħhom. Fl-Aġġornament tal-parlament Kristy Debono tkellmet dwar company service providers (CSP) u qalet li l-emendi li saru kienu mgħaġġla. Jeħteġ isir aġġornament f'dan is-settur, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li l-proposti ta' dawn il-professjonisti kienu mwarrba. L-MFSA baqħet għaddejja bil-proposti tagħha waqt li d-diskussjonijiet kienu għadhom għaddejjin. Dawn issa fadlilhom sa nahr is-sibt biex japplikaw għal-liċenzja u għalhekk kull min irid ikompli b'din il-professjoni irid jattwa l-proposti inkella jnaqqas l-operat. Morna minn estrem għall-ieħor minħabba ftit li kienu ħżiena, sostniet Kristy Debono li kompliet li dan seħħ minħabba li l-ftit maħmuġa ħammġu lill-pajjiż. Dawn il-miżuri m'humiex f'waqthom u huma inġusti mal-professjonisti ż-żgħar. L-MFSA għamlet l-istess regoli għal kulħadd meta dan m'għandux ikun il-każ. Id-deputat Nazzjonalista qalet li dawn is-CSP, qed jingħataw l-impressjoni li huma korrotti u għalhekk qed isibu diffikultajiet kbar biex jattiraw investiment lejn il-pajjiż. Se jinqatlu ħafna CPS, minħabba li l-ispejjeż imposti fuqhom m'humiex sostenibbli fosthom rapprot dwar l-assi personali tas-CSPs. Dan se jwassal biex l-operaturi l-ġodda u żgħar mhux se jkunu jistgħu joperaw. Kristy Debono qalet li l-avukati u l- acocuntants li jkunu appuntata diretturi issa qed ikunu mitluba jkunu suġġetti għal-liċenzjar u regolamentazzjoni doppja mill-MFSA. Is-CSPs issa se jkunu suġġetti għal spezzjonijiet oħra mill-MFSA u l-FIAU bil-konsegwenza li dawn qed iwaqqfu ċertu servizzi.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/10/juventus-jirriskjaw-li-ma-jithallewx-jilghabu-fis-serie-a-fl-istagun-li-gej/
null
netnews.com.mt
Il-President tal-FIGC Gabriele Gravina wissa lil Juventus li jekk se jibqgħu parti mill-European Super League m'humiex se jitħallew jikkompetu fis-Serie A fl-istaġun li ġej. Il-President ta' Juventus Andrea Agnelli flimkien mal-President ta' Real Madrid Florentino Perez kien wieħed mill-progtagonisti fit-twaqqif tal-European Super League. Aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet, il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin ukoll wissa lill-clubs ta' Juventus, Real Madrid u Barcelona li jekk jibqgħu fis-Super League se jkunu qed jittieħdu azzjonijiet dixxiplinarji fil-konfront tagħhom. Juventus kienu parti minn 12-il club mit-tliet kampjonati ewlenin fl-Ewropa li laħqu ftehim biex jiffurmaw il-European Super League x-xahar li għadda, b'dan il-proġett wara bosta protesti jisfaxxa wara 48 siegħa.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/10/l-arcisqof-jikkritika-l-legalizzazzjoni-tal-haxixa/
null
netnews.com.mt
Nafu xi rridu meta – bħala pajjiż – qed naħdmu biex il-kannabis issir legali? Persważi li din hi l-aħjar triq? Hekk staqsa l-Arċisqof Charles J. Scicluna matul l-Omelija li wassal fl-okkażjoni tal-festa ta' San Ġorġ Preca, mis-sede tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. fil-Blata l-Bajda. Il-Kap tal-Knisja f'Malta rrefera għal din l-isfida meta fakkar fil-ħidma li – matul ħajtu – Dun Ġorġ għamel fost iż-żgħażagħ. Għaldaqstant, hu staqsa jekk Dun Ġorġ kienx jaċċetta li ż-żgħażagħ tagħna jingħataw dik li sejjaħ bħala rikreazzjoni f'forma ta' velenu. Monsinjur Scicluna qal li Dun Ġorġ kien jinsisti li għandna bżonn nieħdu ħsieb xulxin. Għaldaqstant, hu appella biex nimxu id f'id flimkien quddiem l-isfidi tal-ħajja. Il-Kap tal-Knisja f'Malta qal li għandna nitolbu l-interċessjoni ta' Dun Ġorġ biex neħilsu minn din il-pandemija b'wiċċ il-ġid. Iżda ma nistgħux neħilsu mill-pandemija jekk fid-dinja kollha ma naħdmux id f'id. Normalment, ħajjet San Ġorġ Preca tiġi ċċelebrata fid-9 ta' Mejju. Madankollu, minħabba li dan il-jum ħabat f'Ħadd li jaqa' fil-perijodu tal-Għid, din is-sena l-festa kellha tiġi ċċelebrata l-għada. Dun Ġorġ Preca kien twieled il-Belt fit-12 ta' Frar 1880 u kien is-seba' minn disat aħwa. Aktar tard, il-familja marret il-Ħamrun. Fl-1907, hu waqqaf is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija – magħrufa aktar bħala l-M.U.S.E.U.M – flimkien ma' għadd ta' Katekisti oħrajn, fosthom Ewġenju Borg. Dun Ġorġ miet fis-26 ta' Lulju 1962 u 13-il sena wara hu ngħata t-titlu ta' Qaddej ta' Alla mill-Papa Pawlu VI, filwaqt li fl-1999 kien iddikjarat bħala Venerabbli. 20 sena ilu, fid-9 ta' Mejju 2001, il-Papa Ġwanni Pawlu II ibbeatifikah, filwaqt li fit-3 ta' Ġunju 2007, hu kien kanonizzat mill-Papa Benedittu XVI fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.
[ 13 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/14/irlanda-attakk-cibernetiku-fuq-is-servizzi-tas-sahha/
null
netnews.com.mt
Is-servizzi tas-saħħa fl-Irlanda kienu kostretti li jagħlqu lis-sistema tal-IT tagħhom għal żmien temporanju wara li s-sistema spiċċat mira ta' attakk ċibernetiku sinifikanti magħruf bħala 'ransomware attack', L-Eżekuttiv tas-Servizzi tas-Saħħa f'Dublin sadanittant spjega li ħa l-prekawzjoni biex jagħlaq is-sistema bil-għan li jipproteġiha 'minn aktar attakki potenzjali u biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jevalwaw aħjar is-sitwazzjoni.' Ir-Rotunda Hospital f'Dublin, sadanittant, kellu jħassar iż-żjarat tal- outpatients ( pazjenti li jeħtieġu l-kura mill-isptar iżda mingħajr il-ħtieġa li jinżammu hemm) minħabba 'emerġenza fuq livell kritiku'. Il-kliniċi tal-ġinekoloġija wkoll kellhom iħassru jew jipposponu s-servizzi tagħhom – u fejn kienu provduti biss servizzi urġenti għan-nisa fis-36 ġimgħa tat-tqala. In-National Maternity Hospital f'Dublin ukoll ammetta dwar 'taqlib sinifikanti' fis-servizzi tiegħu matul il-ġurnata. Is-sitwazzjoni f'dan il-każ kien dovut ukoll 'għal problema kbira relatata mal-IT'. Madankollu l- Eżekuttiv tas-Servizzi tas-Saħħa f'Dublin għamilha ċara wkoll li t-tilqim tal-poplu kontra l-effetti tal-Covid-19 kien qed jipproċedi bħas-soltu u 'skont il-programm stabbilit'. Fl-istess ħin, l-Eżekuttiv talab skuża lill-pazjenti u lill-pubbliku waqt li saħaq li kellu jaġġorna lin-nies dwar is-sitwazzjoni ladarba jirċievi 'aktar informazzjoni'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/14/dragomanski-mixli-fil-qtil-doppju-ftas-sliema-jitlob-tnaqqis-fl-akkuzi/
null
netnews.com.mt
Avukat li jirrappreżenta raġel Maċedonjan, Viktor Dragomanski, li jinsab akkużat bil-qtil tat-Tabib Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski, talab tnaqqis fl-akkużi kontrih, fid-dawl ta' provi li għandhom jeżonerawh. L-Avukat Joe Brincat għamel it-talba hekk kif il-każ kompla quddiem il-maġistrat Joe Mifsud. Brincat iddetta nota lill-qorti li fiha ġibed l-attenzjoni tal-Avukat Ġenerali għall-fatt li issa "hemm prova kkorroborata li Dragomanski ma kienx ġewwa l-post fejn sar l-omiċidju u dan mhux biss jirriżulta mill-kameras tas-CCTV, iżda ukoll mir-riżultati tal-espert tal-marki tas-swaba '." Id-difiża talbet li l-akkużi jitnaqqsu "għal akkuża aktar xierqa" skont il-liġi minħabba l-evidenza issa disponibbli. Pandolfino u Maciejowski ġew maqtula f'Awwissu 2020 fid-dar tagħhom fi Triq Locker, Tas-Sliema. Iż-żewġt irġiel inqatlu b'tir f'dak li l-pulizija qalu li kienet serqa li marret ħażin. Seduti preċedenti kienu semgħu lil Dragomanski deskritt bħala s-sewwieq fil-ħarba ta' dawn id-delitti. Tliet irġiel ġew akkużati b'rabta mal-qtil: Dragomanski, Kristiansen u ċ-ċittadin Albaniż Daniel Muka. Kemm fil-każ kontra Dragomanski, kif ukoll fil-każ separat, iżda relatat, kontra Jesper Kristiansen, li nstema 'wkoll, il-qorti semgħet ix-xhieda ta' espert tal-qorti maħtur biex jivvaluta l-oġġetti tal-ġojjelli rkuprati fuq il-post. Francesco Zampa qal lill-qorti li l-oġġetti kienu stmati għal total ta '€106,103.00, li minnhom ġiżirana u pendent kienu stmati għal €3,385 u ċirku għal €1,600. Il-każijiet se jkomplu fl-24 ta 'Ġunju. L-Ispettur Colin Sheldon u l-avukat George Camilleri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qed imexxu l-prosekuzzjoni. L-avukat Joe Brincat qed jidher f'isem Dragomanski, filwaqt li l-avukat Stefano Filletti qed jirrappreżenta lil Kristiansen.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/14/il-kuria-ticcara-l-pozizzjoni-dwar-il-festi/
null
netnews.com.mt
Festi interni se jkuu iċċelebrati bħas-soltu b'rispett lejn il-miżuri. Il-festi esterni jsiru biss jekk awtorizzati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar ħin, il-Kurja qalet li matul din is-sena, il-festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l-binital-knisja jsiru fil-ġranet li soltu jiġu ċċelebrati, b'rispett sħiħ lejn il-miżuri indikati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa għall-ħarsien tas-saħħa u tal-ħajja ta' kulħadd. Rigward iċ-ċelebrazzjonijiet ta' barra l-bini tal-knisja, li normalment jiġu organizzati mill-Knisja, bħalma huma l-purċissjonijiet, il-Kurja qalet li dawn isiru biss jekk, fejn u meta l-Awtoritajiet tas-Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi.
[ 2, 13 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/14/l-izraeljani-jintensifikaw-l-attakki-fuq-gaza-waqt-il-hames-jum-tal-konflitt/
null
netnews.com.mt
Il-qawwiet ta' Iżrael irrankaw l-offensiva fuq il-Medda ta' Gaza anki waqt li l-militanti Palestinjani ( ibbażati f'Gaza) komplew jisparaw il-missili lejn l-artijiet tal-Iżraeljani. Dan waqt il-ħames jum ta' konflitt li qed jidher qrib li jiżviluppa fi gwerra totali. Sadanittant, il-qawwiet tal-ajru u diversi kontinġenti ta' suldati kienu involuti fl-aħħar attakki fuq Gaza iżda t-truppi ma nfiltrawx l-artijiet ta' Gaza kontrollati mill-militanti Iżlamiċi tal-Hamas. Madankollu, il-vapuri tal-gwerra u l-artillerija wkoll qed jagħtu sehemhom fil-bumbardamenti tas-siti u kwartieri tal-Hamas fil-Belt ta' Gaza. Skont l-aħħar statistika dwar il-vittmi tal-konflitt inqatlu 'il fuq minn 120 f'Gaza, b'għaxra jitilfu ħajjithom f'Iżrael. Fl-istess ħin ma waqafx il-ġlied bejn il-gruppi tal-Lhud u Għarab fl-ibliet Iżraeljani, bil-President ta' Iżrael, Reuven Rivlin iwissi dwar il-probabbiltà ta' gwerra ċivili. Intant, il-Ministru tad-Difiża Iżraeljan, Benny Gantz, ordna l-intervent tar-reinforzi għaż-żamma tas-sigrutà fost l-inkwiet li wassal għal mijiet ta' arresti f'Iżrael. Il-Pulizija Iżraeljana qalu li l-Għarab residenti f'Iżrael kienu responsabbli mill-parti kbira tal-inkwiet waqt li ċaħdu li 'huma żammew lura minn azzjoni' waqt li l-gruppi taż-żgħażagħ Lhud kienu qegħdin jattakkaw lir-residenzi tal-Għarab. Il-vjolenza ta' din il-ġimgħa f'Gaza u Iżrael hi l-agħar li r-reġjun qatt għadda minnu mill-2014. L-iżbroff seħħ wara ġimgħat ta' tensjoni f'Ġerusalemm tal-Lvant u meta fl-aħħar jiem seħħew diversi konfrnti vjolenti bejn Lhud u Musulmani fl-inħawi qrib il-moskea al-Aqsa. Il-militanti tal-Hamas, waqt il-kriżi, bdew jisparaw missili lejn Iżrael u bil-qawwiet Iżraeljani jirritaljaw bl-attakki kontinwi fuq Gaza. Intant, numru ta' Palestinjani bħalissa qed jaħarbu miz-zoni ta' Gaza qrib il-fruntiera ta' Iżrael minħabba l-biża' dwar 'inkursjoni imminenti' tal-qawwiet Iżraeljani fit-territorju. Dan ukoll fost ir-rapporti dwar 'xita ta' balal li niżlet fuq id-djar tal-Palestinjani fil-belt ta' Gaza u l-madwar.'
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/13/l-mfa-kostretta-taghlaq-il-pixxina-f-ta-qali/
null
netnews.com.mt
L-MFA ħabbret li l-pixxina f'Ta Qali se tkun magħluqa b'mod permanenti minħabba l-piż finanzjarju li din ġabet magħha waqt il-pandemija tal-COVID-19, bl-MFA tgħid li fix-xhur li ġejjin se jkun qed jitħabbar proġett li se jkun qed jiġi kkumerċjalizzat. Il-gyms u l-pools f'Malta ilhom magħluqa sa mill-10 ta' Marzu li għadda u mistennija jiftħu nhar it-Tnejn 24 ta' Mejju. It-triatleta Malti Fabio Spiteri f'messaġġ fuq Facebook qal li huwa ta' dispjaċir li f'pajjiżna jiġi ssussidjat kollox minn barra l-isport, hekk kif għal aktar minn 10 snin hu kien coach ta' bosta persuni f'din il-pixxina. Bosta kienu dawk li kkumentaw fuq l-istess post ta' Spiteri fejn saħqu li dan juri kemm l-isport f'pajjiżna m'huwiex qed jingħata prijorità mill-Gvern preżenti.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/13/kundizzjonijiet-iktar-horox-fil-konfront-ta-ragel-mixli-battentat-ta-qtil-izda-li-baqa-bil-plegg/
null
netnews.com.mt
Raġel fuq pleġġ għal attentat ta' qtil evita li jerġa' jiġi arrestat, wara li l-Avukat Ġenearli appellat biex jingħata l-pleġġ. Il-Qorti Kriminali, madankollu, iddeċidiet ukoll li l-kundizzjonijiet tal-pleġġ tiegħu għandhom isiru iktar ħorox. L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ppresediet l-applikazzjoni mressqa mill-Avukat Ġenerali għall-arrest mill-ġdid ta' Marlon Zarb, ta' 32 sena minn San Pawl il-Baħar, li jinsab akkużat bl-attentat ta' qtil ta' Bradley Carabott, li allegatament tah daqqiet ta' sikkina fil-Marsa fit-12 ta' April li għadda. Zarb kien tressaq quddiem ix-xahar li għadda quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, akkużat ukoll li kkawża ġrieħi gravi u li kellu arma mingħajr liċenzja tal-pulizija, li kiser sentenza sospiża u li kiser il-paċi pubblika. F'seduta li bdiet tinstema fis-6.00pm ta' nhar l-Erbgħa, l-Imħallef Scerri Herrera semgħet kif kien hemm diffikultajiet biex jinstab l-akkużat. Għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-Avukat Etienne Savona, prosekutur flimkien mal-avukat Anthony Vella, argumenta li l-akkużat kien diffiċli biex jiġi rintraċċat u li fuq dan kien xehed l-ispettur fl-akkuża. Huwa qal li l-akkużi huma serji ħafna u huwa akkużat li kiser kundizzjoni ta' sentenza sospiża. "L-ikbar biża 'tagħna hi li hu jista' jinħeba f'Malta." Meta Zarb mar l-għassa tal-pulizija fit-13 ta' April, sar jaf li l-vittma kien fil-periklu tal-mewt. Iċ-ċirkostanzi nbidlu u jidher li huwa għandu l-motivazzjoni biex jinħeba issa, spjega l-avukat. Iżda l-avukat difensur Franco Debono qal li stenna iktar minn appell fuq digriet ta' pleġġ. Huwa enfasizza l-inugwaljanza, billi l-AĠ jista' jappella minn digriet ta' pleġġ u imputat ma jistax. "L-akkużi huma relatati mal-lejl bejn it-12 u t-13 ta' April. Id-dikjarazzjoni tiegħu ttieħdet fit-13 ta 'April. Allura mar minn jeddu l-għassa tal-pulizija. Ma nistax nifhem għaliex il-prosekuzzjoni qed takkużah b'dan, "sostna l-avukat. "Ma jistax jiġi interpretat li huwa b'xi mod ttardja." Zarb kien fuq pleġġ, iżda l-imħallef innotat li s'issa kienu ssemmew tliet indirizzi b'rabta mal-każ u staqsiet għaliex. "L-akkużi tiegħu jgħidu li jgħix San Pawl il-Baħar. It-tfajla tiegħu tgħix Bormla. Jgħix il-Ħamrun u dak huwa l-indirizz speċifikat fid-digriet tal-pleġġ, "wieġeb l-Avukat Debono. L-Avukat Anthony Vella argumenta kontra l-ħelsien tar-raġel, u qal li l-investigazzjoni mxiet 'il quddiem u li l-allegata arma nstabet. "Għalhekk hemm xhieda ġodda biex jixhdu," huwa ssottometta. ebono qal li l-maġistrat li jippresiedi l-kumpilazzjoni tal-provi ġie mgħarraf dwar dan u kien irrimarka dwar in-nuqqas ta' arma, u argumenta li għandha tkun esebita. "Matul tnejn jew tliet seduti, il-prosekuzzjoni kellha l-opportunità li tlaqqa 'x-xhieda tagħha. Dawn ix-'xhieda ċivili 'ġodda lanqas biss kienu fuq il-post, "sostna l-avukat, u żied li" ma kienx jidher li l-maġistrat kien kapriċċjuż fl-għoti tal-libertà proviżorja. "Sa fejn naf jien, il-klijent tiegħi kien fuq pleġġ, jgħix ma' ommu u ġie msejjaħ fil-Ħamrun, waqt li kien jobdi l-kundizzjonijiet tal-pleġġ tiegħu." Debono elenka bosta każijiet serji reċenti fejn ingħatat il-libertà proviżorja. L-imħallef wieġbet li kull każ kien differenti. Savona intervjena, u żied li l-AĠ ma tħalliex jagħmel sottomissjonijiet waqt il-preżentata ta' Zarb. Ftit tal-ħin wara, f'digriet mogħti, l-imħallef żiedet €5,000 mar-rekwiżit tad-depożitu tal-pleġġ, u ġab it-total meħtieġ għal €6,000. Hija ordnatlu jiffirma l-ktieb tal-pleġġ darbtejn fil-ġimgħa minflok darba. L-avukati Anthony Vella u Etienne Savona dehru għall-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/15/nhar-il-hamis-se-ssir-l-laqgha-generali-annwali-tal-federazzjoni-klabb-tal-bocci/
null
netnews.com.mt
Wara li ltaqa' Il-Kunsill tal-Federazzjoni Klabb tal-Boċċi gie deċiż li l-Laqgħa Ġenerali Annwali ssir nhar il-Ħamis 20 ta' Mejju 2021 fis-6.30 ta' filgħaxija fil-pitch ta' Santa Lucia. Fuq l-Aġenda :- qari tal-minuti, diskors tal-President, rapport finanzjarju, ħatra tal-awditur, ħatra ta' żewg tellers, ħatra tal-kunsill tal-FKB 2021-2023, se ssir biss elezzjoni għal President bejn Giovanni Fabri u C.J.Saliba, mozzjonijiet u emendi tal-istatut, Kampjonat Nazzjonali u Kompetizzjonijiet, affarijiet oħra . Peress li il-clubs maghluqa minhabba l-Covid 19 ma' kienx possibli li jintbgħatu Ċirkularijiet. L-Kunsill tal- FKB 2021-2023 President, Segretarju,Tezorier u 6 Membri. Il-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci qed titlob il-koperazzjoni ta' kulħadd billi jiġu osservati d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/12/milan-brebha-kbira-fuq-torino-inter-jghelbu-lil-roma/
null
netnews.com.mt
Inter li huma diġa matematikament champions kisbu rebħa komda ta' 3-1 kontra Roma. Għal inter fetaħ l iskor MARCELO BROZOVIC fil-11-il minuta, b' MATHIAS VECINO jirdoppja fl-minuta wara pass ta' Romelu Lukaku. Roma naqsu l-iskor fil-31 minuta permezz ta' HENRIKH MKHITARYAN. Biex fid-90 minua ROMELU LUKAKU skorja t-tielet u l-aħħar gowl għal Inter għal skor finali ta' 3-1. F'partita oħra mis-Serie A Milan kisbu rebħa kbira ta' 7-0 barra minn darhom għand Torino. Għal Milan skorjaw THEO HERNANDEZ fid-19-il minuta, FRANCK KESSIE minn penalty fis-26 minuta u BRAHIM DIAZ fil-50 minuta. Ir-raba' gowl kien skorjat għal darb'oħra minn THEO HERNANDEZ fit-62 minuta, b'ANTE REBIC jiskorja hat-trick fis-67, it-72 minuta u fid-79 minuta. B'din ir-rebħa MIlan ikkonsolidaw posthom fit-tielet b'75 punt filwaqt li Torino baqgħu fis-sittax-il post b'35 punt. Juventus kisbu rebħa mportanti barra minn darhom kontra Sassuolo bl-iskor ta' 3-1. Għal Juventus fetaħ l-iskor ADRIEN RABIOT fit-28 minuta bi CRISTIANO RONALDO jiskorja il-mitt gowl tiegħu ma' Juventus fil-45 minuta. Sassuolo naqqsu d-dsitakk fid-59 minuta permezz ta' GIAOMO RASPADORI, biex fis-66 minuta din id-darba kien PAOLO DYBALA li ukoll skorja il-mitt gowl tiegħu ma' Juventus.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/12/izrael-stat-ta-emergenza-fil-belt-ta-lod/
null
netnews.com.mt
L-Iżrael iddikkjara stat ta' emerġenza hekk kif qed ikompli jiħrax il-kunflitt bejn forzi tal-pajjiż u militanti Palestinjani. Wara l-irvellijiet mill-Għarab Iżraeljani, is-sitwazzjoni kompliet tiddeterjora biex l-awtoritajiet kellhom jiddikkjaraw stat ta' emerġenza fil-belt ta' Lod. Mat-12-il persuna sfaw mdruba fi ġlied fil-belt u karozzi ingħataw in-nar waqt il-kunflitt, bis-sindku ta' Lod iqabbel is-sitwazzjoni ma' gwerra ċivili. Intant militanti Palestinjani sparaw mijiet ta' rockets fil-qalba ta' Iżrael li minn naħa tagħha wettqet attakk kbir mill-ajru fuq Gaza, Fl-aħħar jiem kienu rrapurtati tal-anqas 40 vittma f'dan il-kunflitt li issa laħaq l-agħar livelli ta' vjolenza fl-aħħar snin.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/12/marlene-farrugia-tressaq-abbozz-ta-ligi-biex-tiddikriminalizza-l-abort/
null
netnews.com.mt
Id-deputat indipendenti u ex deputat Laburista Marlene Farrugia llejla ressqet abbozz ta' liġi fil-parlament u fih pproponiet li l-abort ikun dikriminalizzat. Biex tissostanzja l-pożizzjoni tagħha, Marlene Farrugia qalet li Malta hi l-uniku pajjiż fl-UE li fiha l-abort għadu mhux legali. L-abbozz ta' liġi mressaq mid-deputat Marlene Farrugia kien sekondat minn żewġha, id-deputat indipendenti u ex Ministru Laburista Godfrey Farrugia. F'diskors li għamlet meta ppreżentat l-abbozz, Marlene Farrugia argumentat favur id-drittijiet tan-nisa u qalet li dawn ma jkunux slavagwardjati billi n-nisa jintbgħatu l-ħabs meta jwettqu abort. Hi sostniet li l-ebda tabib m'għandu jiffaċċja passi kriminali jekk jagħti assistenza medika lil min irid iwettaq abort f'Malta. Marlene Farrugia qed tipproponi li ma tibqa' illegali li persuna tiffaċilità t-tmiem ta' tqala. Ftit minuti wara li tkellmet Marlene Farrugia, numru żgħir ta' attivisti favur l-abort inġabru barra l-parlament jappoġġjaw il-pożizzjoni tagħha.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/13/sentejn-u-nofs-habs-wara-li-seraq-anzjana-li-kienet-it-tombla-u-komplicita-fuq-mara-ohra/
null
netnews.com.mt
Raġel ta' 45 sena mill-Imtarfa u residenti l-Imsida ġie kundannat sentejn u nofs ħabs wara li nstab ħati ta' serq fuq anzjana fil-Ħamrun u kompliċità f'serqa oħra minn fuq mara f'Ta'Xbiex. Reuben Galea li għandu problema akuta ta' droga nstab ħati wkoll li sar reċidiv bil-Qorti tikkunsidra l-fatt li l-kondotta tiegħu hija waħda kkulurita fejn għandu xejn inqas minn 27 kundanna minn diversi Qrati Dawn il-kundanni jinkludu korruzzjoni ta' żewġ minorenni, tnejn ta' serq kwalifikat u ta' serqa sempliċi, pussess ta' droga, disa' kundanni relatati ma' ksur tal-liġijiet tas-sewqan, ksur tal-liġijiet fil-konfront ta' xufiera tat-trasport pubbliku, kundanna għal ksur tal-liġijiet dwar l-immigrazzjoni, ksur ta' ordni ta' probation u kundanna għal ksur ta' bail. Huwa nstab ħati li fl-1 ta' Diċembru 2019, wara nofs inhar mill-Valentine' Hall li jinsab il-Ħamrun ikkometta serq ta' kartiera għad-dannu ta' anzjana ta' 65 sena li kienet qed tilgħab it-tombla flimkien ma' numru ta' nies ohra, fosthom ma' omm Galea. L-anzjana xehdet li waqt li qegħdin jilghabu t-tombla daħal raġel li beda jippassiġġa, u n-nies bdew jgħidulu biex ma joqgħodx fin-nofs għax ma setgħux jaraw il-board bin-numri. Huwa daħal wara siġġu vojt li kien hemm hdejha, li fuqu kellha handbag. Qalet li ħasset is-siġġu jiċċaqlaq ftit, u meta daret rat raġel jieħu l-wallet u jaħrab. Hi marret tiġri warajh, iżda ma laħqitux. Xi nies qalulha li dan ir-raġel kien it-tifel ta' anzjana, li kienet ukoll tmur tilgħab it-tombla f'din is-sala. L-anzjana qalet li fil-wallet kellha €150 fi flus kontanti, il-karta tal-identita, żewġ cards, u żewġ cards oħr biex tiġbed il-flus mill-bank. Il-wallet kien jiswa €40.00. Waqt ix-xhieda tagħha, hija ma għarfitx lill-imputat bħala r-raġel li kien seraqha, u qalet li hi ratu għal ftit sekondi biss mill-ġenb. Fix-xhieda tiegħu, l-imputat ammetta li hu kien mar il-Valentine's Hall ikellem lil ommu waqt li din kienet qed tilgħab it-tombla, u li kien mar jitlobha xi ħaġa tal-flus, u hi ma riditx tagħtih. Wara ħa kafe minn hemm, u telaq il-barra. Ċaħad li ħa xi ħaġa mis-sala. Il-Qorti qalet li l-verżjoni tal-imputat m'hix kredibbli. Jekk kellu bżonn jitlob xi ħaġa mingħand ommu tant urġenti, għaliex mar fis-sala waqt li din qiegħda għal mistrieh mal-ħbieb tagħha tilgħab it-tombla, u għalfejn kellu jieħu kafe fis-sala u joqgħod idur mal-imwejjed? Il-Qorti qalet ukoll li hija konvinta, li l-unika raġuni għalfejn baqa' fis-sala kien sabiex jara jirnexxielux jisraq xi flus jew wallet, wara li kif ammetta hu stess fix-xhieda tiegħu huwa għandu problema ta' droga. Dwar il-kompliċità fis-serqa f'Ta'Xbiex dan kien Fis-17 ta' Dicembru 2019, għal ħabta tas-7.30 a.m. il-Pulizija kienu infurmati li kien hemm mara, li ġiet attakkata fi Triq Abate Rigord, Ta' Xbiex. Il-mara qalet li waqt li kienet miexja rat zewg persuni suspettuzi jħarsu lejha minn naħa l-oħra tat-triq u hi baqgħet miexja, iżda wieħed minnhom qasam it-triq għal fuqha, ġie minn warjaha, u prova joħdilha l-handbag, imma din ma telqitux. Dan taha daqqa ta' ponn ġo wiċċha u baqa' jissara magħha, izda, waqt it-taqbida kien hemm persuna ta' nazzjonalita barranija li mar jagħtiha l-għajnuna, u l-persuna li aggrediha telaq jigri. Mill-investigazzjoni li għamlet il-Pulizija rriżulta li l-persuna li agredixxa lil mara kien ċertu Daniele Aquilina, fejn itteħdu proċeduri kriminali kontrih. Minn iktar investigazzjoni, anki minn analiżi tal-filmati tas-CCTV, irriżulta li ma' Aquilina kien hemm l-imputat, li joqgħod fl-akkwati. L-imputat kien qed jiġi mfittex ukoll mill-Pulizija fuq is-serqa mill-Valentine's Hall. Fix-xhieda tagħha, l-mara qalet li waqt li kienet miexja fit-triq rat żewġ irġiel liebsin ġakketta b'hood magħha u wiċċhom mogħtti bi scarf, li kienu mixjin fuq il-bankina tan-naħa l-oħra. Wieħed minnhom qasam it-triq, u ġibdilha l-handbag li kellha. Il-handbag weħel ma' jdejha u l-aggressur beda jagħtiha bil-ponn fuq rasha u wiċċha biex hi titlaq il-handbag. Hi bdiet tgħajjat għall-għajnuna, u mar persuna minn ħanut faċċata biex jgħinha, u meta l-aggresur rah, ħarab. Konsegwenza ta' dan l-inċident, il-mara ġarrbet diversi ġrieħi fuq wiċċha. Qalet li fil-baskett kellha €50 kontanti, żewġ credit cards, żewġ ID cards, liċenzja tal-karozza, ċwievet tal-uffiċċju u tad-dar, mobile phone, ktieb tan-noti, nuċċali tax-xemx u affarijiet bażici oħra. Mill-provi jirriżulta li l-imputat kien baqa' fuq in-naħa l-oħra tat-triq, u mhux ir-ragel li attakka lil mara. Dan ġie konfermat mill-imputat, kemm fl-interrogazzjoni, kif ukoll fix-xhieda li l-għażel li jagħti fil-Qorti. Fix-xhieda tiegħu, l-imputat qal li kien iltaqa' ma' Daniele Aquilina għall-ewwel darba iktar kmieni dak-in-nhar fil-għodu xis-2.00a.m., u kien mar fir-residenza tiegħu, biex jabbużaw mid-droga. Huma ħarġu minn din ir-residenza xil-5.00 a.m. u Aquilina qallu li li ried jagħmel 'hold-up', pero ftit wara qallu li qal hekk biex jiċċajta. L-imputat tenna li iktar tard Aquilina qallu "issa forsi nakkwista xi ħaġa", u l-imputat jgħid li qallu biex ma jagħmilx kummiedji. Reuben Galea ma eskludiex li Aquilina seta' kellu sikkina fuqu, meta hargu. Mix-xhieda tiegħu jirriżulta li huma għamlu madwar sagħtejn iħufu bil-mixi fl-inħawi ta' Ta' Xbiex u l-Imsida. L-imputat qal li l-imġieba ta' Aquilina ma bdietx togħġbu u għaddieh mix-xatt tal-Imsida, għax hemm kien hemm diversi CCTV cameras imwaħħlin mal-arbli, u indika dan il-fatt lil Aquilina. Jghid ukoll li ħin minnhom qallu "Jien ħa noqgħod bil-hoodie, xbin, ma tmurx tagħmilli xi kummiedja." L-imputat kompla li waqt li kienu mixjin ix-xatt tal-Imsida sar dan id-diskors: "U f'daqqa waħda qalli "Upp! Ra oħra, qalli, "upp!! Qalli, "u din, inti ma tifhimx". Imbagħad ra oħra, dawn kienu nies sejrin ghax xoghol, nisa, qalli, "upp! Din!" qalli. "Għidtlu "inti mignun! X'inti!: għax proprja miġnun kien, peress li kien taħt l-effett tad-droga. Qalli, "għandha l-handbag, ara x'handbag għandha" Għidtlu, "int bis-serjeta jew?!" għidtlu "ara ha mmur 'il hemm xbin". "U bdejt nimxi quddiem u wasalna fejn bar u kien hemm żewġt irġiel barra, bil-qiegħda jieħdu kafe. U jien kont bil-hoodie biex ngħatti wiċċi iktar. Għidtlu "ara ma tmurx tagħmilli xi kummiedja xbin! Jagħrafni xi hadd. Hekk kienet l-istorja. U bqajna telgħin, qalli, "din ta!" Għidlu "Mur 'il hemm!" Qabad, qasam it-triq, dar minn wara daharha… … qabad il-handbag, beda jagħtiha, qisu qed jagħti ragel. Il-Qorti qalet li mix-xhieda tal-imputat stess jirriżulta li hu baqa' jħares waqt li l-aggressjoni kienet qed tiġri, u telaq biss meta Aquilina telaq jigri. Fix-xhieda tiegħu quddiem il-Qorti, l-imputat ma spjegax għalfejn ma qabadx u ħalla lil Aquilina waħdu, u mar lejn id-dar tieghu, la darba l-komportament ta' Aquilina ma kienx qed jogħġbu. Fl-istqarrija tieghu, qal li ma setghax jehles minnu ghax Aquilina kellu sikkina fuqu u li din s-sikkina kienet ma qadd Aquilina, u l-ħin kollu jtellahha l-fuq, u li ħareġ din is-sikkina meta attakka lill-mara. Pero, fl-istqarrija, l-imputat qatt ma qal li heddu biha jew qallu xi kliem ta' theddid. Fil-Qorti, l-imputat xehed li qabel ħarġu, Aquilina ipponta sikkina lejh u qallu biex joħroġ miegħu. Pero wara kompla jghid: "Rajtlu sikkina imma m'inhix ċert jekk daħħalhiex ġewwa jew ħariġha miegħu; barra ma rajthiex f'idu." Ghalhekk lanqas kien ċert li Aquilina kellu sikkina fuqu, u la barra ma rajhiex f'idhu, lanqas ra meta Aquilina agredixxa lil Grima, kif qal fl-istqarrija, u mill-provi ma jirriżultax li f'din l-aggressjoni intużat xi sikkina. Il-mara innifisha mkien fix-xhieda tagħha ma semmiet li Aquilina kellu xi sikkina. Għalhekk ix-xhieda tal-imputat f'dawn il-proċeduri m'hix konsistenti mal-verżjoni li ta waqt l-interrogatorju fuq fatti relevanti ħafna. Wara li qieset il-provi kollha, il-Qorti qalet li hija tal-opinjoni li l-provi jippuntaw kollha f'direzzjoni waħda, dik li l-imputat xjentement u voluntarjament kien konxju meta ħareġ ma' Aquilina, li kien bi ħsiebu jikkommetti reat ta' serq, ikun minn fejn ikun, basta jakkwista xi ħaga, u l-imputat tal-inqas ried ikun kompliċi mieghu. L-imputat stess xehed li Aquilina indikalu għall-inqas ħames persuni femminili differenti li kienu potenzjali vittmi tajbin biex jisirqulhom il-handbag. Xehed ukoll li ħeba wiċċu taht il-hoodie biex ma jintgħarafx, għax kien qed jibża' li Aquilina iwettaq xi reat minn ħin għall-iehor. L-imputat fl-ebda ħin ma iddeċieda li jitlaq minn miegħu, iżda baqa' miegħu għal tal-inqas sagħtejn. Ma nġabet l-ebda prova li l-imputat kien qiegħed jigi mhedded minn Aquilina. Huwa kellu kull ċans u għażla libera, li ma jkunx parti minn dawn ir-reati, iżda għazel li jibqa' miegħu. Meta Aquilina aggredixxa lil mara, l-imputat ma telaqx jiġri minn fuq il-post, kif wieħed kien jistenna li jagħmel, kieku kien sforzat jibqa' ma' Aquilina kontra r-rieda tiegħu. Hu qagħad faċċata fuq il-bankina jistenna l-eżitu tal-aggressjoni, u telaq biss meta Aquilina telaq jiġri minn fuq il-post tal-aggressjoni, wara li intervenew terzi persuni. Il-Qorti qalet li m'għandhix dubbju li l-preżenza kontinwa tal-imputat waqt l-aggressjoni, kienet intiża biex issaħħah il-volonta ta' Aquilina biex jikkommetti r-reat ta' serq ikkwalifikat, sakemm Aquilina kellu jaħrab minħabba raġunijiet indipendenti u aċċidentali għall-volontà tiegħu. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Mars-Anne Farrugia qalet li kien kollu għalxejn li Galea ingħata diversi opportunitajiet mill-Qorti. Fil-fatt l-uffiċjal tal-probation kienet tal-opinjoni li huwa mhux kapaci jindirizza l-problemi li għandu jekk ma jkunx f'post ikkontrollat. Hija qalet li meta hu kien qed jiskonta piena ta' priġunerija, huwa ikkopera u mexa tajjeb, u anke wara li ħareġ mill-habs baqa' fuq it-triq it-tajba, iżda imbagħad reġa' waqa' għal vizzju tad-droga. Kien qed ħajja kaotika ħafna, u hija qalet li l-aħħar darba li kien qed jgħix ħajja bħal din kien spiċċa qala' tir ta' arma tan-nar. Għalhekk hija qalet li fil-preżent jekk huwa ma jinżammx detenut, huwa ta' periklu għalih innifsu u għas-soċjetà. L-Uffiċjal tal-Probation hija tal-fehma li l-unika mod kif l-imputat seta' jirriabilita ruħu kien billi jagħmel programm ta' riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga mill-ħabs stess. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Colin Sheldon.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/13/il-finali-tal-uefa-champions-league-se-ssir-fporto/
null
netnews.com.mt
Il-UEFA ħabbret li l-finali tal-UEFA Champions League bejn Manchester City u Chelsea se tkun qed issir f'Estadio do Dragao f'Porto fil-Portugall. Dan wara li orġinarjament il-finali tad-29 ta' Mejju kienet skedata li ssir f'Ataturk Stadium f'Istanbul fit-Turkija, iżda t-Turkija tpoġġiet fil-'lista l-ħamra', fil-lista ta' pajjiżi maħruġa mill-Gvern Ingliż fejn in-nies mir-Renju Unit jistgħu jivvjaġġaw. Il-ground fejn fih se tintlagħab il-finali jesa' 50,000 spettatur, bil-Gvern Portugiż se jħalli 20,000 spetattur jattendi li jfisser li ż-żewġ clubs se jkunu allokati 6,000 biljett għall-finali. F'dan l-istaġun bħal fil-maġġoranza tal-pajjiżi fl-Ewropa, fil-Portugall ma tħallewx jidħlu partitarji, bil-Kampjonat Portugiż iħabbar li fl-aħħar round ta' partiti tal-istaġun se jitħallew jidħlu 10% ta' kemm jesa' l-istadium. Fl-aħħar jiem il-Gvern Ingliż offra li jospita l-finali tal-UEFA Champions League f'Wembley Stadium, bil-UEFA prefiriet li ssir fl-Ingilterra iżda ma setgħatx tagħmel dan minħabba r-restrizzjonijiet imposti mill-Gvern Ingliż.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/15/l-iskoccizi-allokati-2655-biljett-ghall-partita-kontra-l-ingilterra-fwembley/
null
netnews.com.mt
Wara 23 sena, l-Iskozja se tkun qed tirritorna tilgħab f'waħda miż-żewġ kompetizzjonijiet 'il kbar għan-nazzjonijiet, fid-dinja tal-futbol, il-Euro 2020. M'hemmx dubju li d-dilettanti tal-futbol f'dan il-pajjiż huma ħerqana biex jaraw lit-tim tagħhom fl-azzjoni, partikolarment wara li l-poloż poġġew lill-Iskożja fl-istess grupp tal-Ingilterra. Madankollu llum, il-partitarji tal-'Armata tat-Tartan', iddiżapuntaw ruħhom mhux ftit meta saru jafu l-allokażżjoni ta' biljetti li qed tingħata lilhom mill-UEFA, għat-tliet partiti li se jkunu qed jilgħabu f'Grupp D, kontra l-Ingilterra, ir-Republika Ċeka u l-Kroazja rispettivament. Il-massimu ta' partitarji Skoċċiżi għall-partita kontra l-Ingilterra, u li għandha tintlagħab f'Wembley Stadium, se jkun ta' 2,655 persuna. Partitarji taħt it-18-il sena , mhux se jitħallew jattendu għal din il-partita, u għaż-żewġ konfronti l-oħra tal-grupp. L-ammont allokat għall-partitarji Skoċċiżi għaż-żewġ partiti l-oħra tal-grupp, hu inqas minn dak li qed ikun allokat għall-konfront klassiku u tant mistenni ta' kontra l-Ingilterra. Għal kontra r-Republika Ċeka, l-iSkoċċiżi għandhom aċċess għal 1,972 biljett filwaqt li għall-partita ta' kontra l-Kroazja, l-ammont ta' biljetti allokkati għal dawn il-partitarji Brittaniċi se jkun ta' 1,940. Skont dak li qed jiġi rrapurtat fil-media Brittanika, l-irħas prezz ta' biljett hu dak ta' €50, u li minnhom hemm l-akbar ammont mit-total allokat għall-iSkoċċiżi. Iżda jeżistu ukoll żewġ tipi ta' biljetti oħra, u bi preżż għola, ta' €125 u €180 rispettivament.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/13/ghadd-tibliet-fil-gappun-ihabbru-li-mhux-se-jospitaw-atleti-waqt-l-olimpjadi/
null
netnews.com.mt
Bosta ibliet madwar il-Ġappun abbandunaw il-pjanijiet li jospitaw l-atleti tal-Olimpjadi minħabba l-firxa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-pajjiż hekk kif il-pajjiż qed iwissi li fix-xhur li ġejjin jista' jkun li jaffaċċja r-raba' mewġa ta' dan il-virus. 40 minn 500 belt li rreġistraw biex jospitaw lill-atleti waqt l-Olimpjadi ħabbru li rtiraw l-applikazzjoni tagħhom. Nhar il-Ħadd li għadda, l-Ġappun irreġistra t-tieni l-ogħla rata ta' każijiet pożittivi f'jum wieħed hekk kif kien hemm 7,766 każ, filwaqt li lbieraħ kienet irreġistrata l-ogħla rata ta' mwiet f'jum wieħed, 123 mewta. L-Olimpjadi huma skedati li jsiru bejn it-23 ta' Lulju u t-8 ta' Awwissu fejn minkejja ż-żieda fil-każijiet, l-istat ta' emerġenza fil-Ġappun mistenni jintemm fl-aħħar ta' dan ix-xahar.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/13/conor-mcgregor-l-aktar-atleta-mhallas-fl-2020/
null
netnews.com.mt
Skond il-lista maħruġa mir-rivista Forbes, l-atleta tal-mixed martial arts Conor McGregor kien l-aktar atleta mħallas fl-2020, fejn tħallas €105 miljuni. McGregor għamel dħul finanzjarju ta' aktar minn €15-il miljun fil-ġlieda kontra Dustin Poirier filwaqt li l-bqija tad-dħul finanzjarju tiegħu ġie minn bejgħ ta' propjetà u mill-investiment tiegħu f'kumpanija tal-whiskey. Fit-tieni u fit-tielet post klassifikaw il-player ta' Barcelona u Juventus, Lionel Messi u Cristiano Ronaldo filwaqt li l-player tal-NFL Dak Prescott klassifika fir-raba' post. Il-player tal-basketball LeBron James temm mal-ewwel ħamsa, bis-sewwieq tal-Formula 1 Lewis Hamilton ikun l-aktar atleta Ingliż imħallas fl-2020.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/17/carer-serb-mixli-bi-li-stupra-anzjana-fdar-tal-anzjani-fil-mosta/
null
netnews.com.mt
Goran Pantelic, Carer Serb ta' 53 sena ġie mixli li stupra anzjana li tbati mid-dimensja waqt il-ħin tax-xogħol. Huwa ġie mixli wkoll li wettaq att ta' natura sesswali mingħajr il-kunsens tal-anzjana ta' 69 sena u li kkaġunalha ġrieħi ta' natura gravi. L-anzjana għall-ewwel ma qalet lil ħadd dwar dak li kien seħħ iżda meta nstabu t-traċċi tad-demm fuq is-sodda tagħha hija qalet li kien Pantelic li wettaq dawn l-atti. Huwa ġie ukoll akkużat li waqt li kellu l-kura u l-kustodja ta persuna anzjana ġiegħel jew ippermetta li ssirilha ħsara jew titpoġġa f'sitwazzjoni li l-persuna jew is-saħħa tagħha tkun fil-periklu. L-allegat każ seħħ il-Ġimgħa filgħodu f'Central Home, li fil-Mosta. Pantelic wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. Id-difiża qalet li l-imputat ilu jaħdem hawn Malta għal dawn l-aħħar tliet snin, bis-Serb jgħid li dak li sar kien bil kunsens tal-vittma. Il-prosekuzzjoni opponiet minħabba biża' ta' kontaminazzjonio tal-provi. L-Ispettur John Spiteri li flimkien mal-Ispettur Godwin Scerri ressaq lis-Serb spjega lill-Maġistrat Ian Farrugia kif li kieku ma kienx għall-azzjoni f'waqtha tal-kollegi tal-imputat waqt li għokrithom għajnejhom raw xi dmija fuq il-lożor u l-intervent f'waqtu tat-tobba kieku kważi dan il-każ qatt ma seta' jiġi rappurtat lill-pulizija eżekuttiva. Qal ukoll li minbarra intralċ, hemm biża' li l-imputat jaħrab minn Malta. Id-difiża qalet li l-imputat ilu jaħdem hawn Malta għal dawn l-aħħar tliet snin u allega li dak li sar kien bil kunsens tal-vittma. Il-Maġistrat Farrugia ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordna li l-imputat jinżamm taħt arrest preventiv u nbagħat il-ħabs.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/17/l-italja-taqbez-fl-ewwel-post-maneksin-l-aktar-favoriti-ghall-eurovision-ta-din-is-sena/
null
netnews.com.mt
Skont il-kumpaniji tal-betting, Destiny tinsab fit-tielet post Skont il-kumpaniji li jmexxu l-imħatri, Franza m'għadiex tokkupa l-ewwel post bħala l-favorita għall-Eurovision ta' din is-sena. Dan hekk kif il-grupp Taljan Maneksin issa qabeż fil-quċċata ta' din il-lista. Il-kantanta Maltija Destiny, dejjem skont il-bettings, għadha fit-tielet post. Maneksin ilhom ġimgħat sħaħ javvanzaw lejn il-quċċata, u jidher illi l-istil rock li qed jipproponi dan il-grupp bil-kanzunetta 'Zitti e buoni' qed jintlaqa' tajjeb ħafna. Minn naħa l-oħra, dan qed jitqies bħala diżappunt għall-Franċiża Barbara Pravi li kienet ilha numru ta' jiem tokkupa l-quċċata. Intant, anke l-Iżlanda u Ċipru qed iżidu fil-popolarità.
[ 2, 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/17/pensjonat-akkuzat-bhasil-ta-flus-ghat-tieni-darba/
null
netnews.com.mt
Raġel b'każ ta' ħasil ta' flus diġa' pendenti reġa tressaq il-Qorti akkużat b'ħasil ta' flus u ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest stabbiliti fil-każ preċedenti tiegħu. Mario Brignone pensjionant ta' 66 sena minn Bormla wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. L-ispettur Leanne Bonello spjegat li l-pulizija kienu qed isegwu l-movimenti ta' Brignone waqt investigazzjonijiet f'każ ta' droga li jinvolvi lil ibnu. Il-pulizija għamlu rejd fid-dar ta' ibnu f'Ħaż-Żabbar b'rabta ma' suspetti ta' traffikar ta' droga u l-investigazzjonijiet wassluhom fid-dar tal-missier, fejn sabu kważi €15,000 fi flus kontanti. L-investigazzjonijiet żvelaw li huwa neħħa madwar €8,800 minn dawn il-flus fl-aħħar ġimgħat, il-Qorti semgħet, bil-pulizija jsibu wkoll qratas tal-plastik li jemmnu li kienu qed jintużaw għat-traffikar tad-droga. Il-Qorti semgħet li Brignone, pensjonant, jirċievi ftit iktar minn € 700 fix-xahar minn pensjoni tal-istat. Huwa qal lill-pulizija li għandu vizzju tal-logħob tal-azzard. Brignone kien taħt pleġġ tal-pulizija waqt li kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet. Il-pulizija qalet lill-qorti li waqt li hu dejjem żamm mal-appuntamenti tiegħu mal-Pulizija, iżda huma opponew għal libertà ;proviżorja bil-qaawaa kollha minħabba li huma mħassba dwar it-tbagħbis potenzjali tal-provi. Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ordnat l-iffriżar tal-assi tar-raġel. Hija rrifjutat ukoll talba għall-ħelsien mill-arrest u r-raġel inżamm taħt arrest preventiv. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb dehru għal Brignone. L-Avukati Etienne Savona u Godwin Cini mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien jagħmlu parti mill-prosekuzzjoni.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/17/mil-lum-fl-ingilterra-il-partitarji-jistghu-jirritornaw-ghall-avvenimenti-sportivi/
null
netnews.com.mt
Mil-lum fl-Ingilterra, il-partitarji jistgħu jirritornaw għall-avvenimenti sportivi hekk kif l-Ingilterra tkompli tirritorna għan-normalità. Sa massimu ta' 10,000 partitarju se jkunu jistgħu jattendu avvenimenti sportivi fuq barra filwaqt li sa massimu ta' 4,000 se jitħallew jattendu għall-avvenimenti fuq ġewwa. Fil-finali tal-FA Cup ta' nhar is-Sibt bejn Chelsea u Leicester City attendew 21,000 partitarju. Illejla, wkoll hekk kif jibdew il-playoffs għall-promozzjoni taċ-Championship, Barnsley se jkollhom 4,500 partitarju għall-partita kontra Swansea filwaqt li aktar minn 2,000 persuna se jattendu għall-partita bejn Bournemouth u Brentford. Fost ir-restrizzjonijiet li se jkun hemm fl-istadiums, il-partitarji se jkunu obbligati li jilbsu l-maskra filwaqt li jridu jżommu d-distanza soċjali matul il-ħin kollu fl-istadium.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/17/malti-u-taljan-jinzammu-arrestati-fuq-qabda-ta-hames-kilos-kokaina/
null
netnews.com.mt
Taljan ta' 44 sena u Malti ta' 49 sena, tressqu l-Qorti b'urġenza l-Ħadd filgħodu mixlija li kellhom fil-pussess tagħhom ħames kilos kokaina għal skop ta' traffikar u ammont ta' flus kontanti. Walter Baldacchino ta' 44 sena mill-Belt ġie mixli b'pussess ta' droga f'ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu, waqt li Claudio Castanò, b'indirizz mhux magħruf, kien mixli b'akkużi simili li jinkludu wkoll importazzjoni u traffikar ta' droga u b'ħasil ta' flus. Iż-żewġt wieġbu mhux ħatja, Baldacchino nstab fil-pussess ta' tliet kilos droga f'sustanza aktarx kokaina, filwaqt fil-pussess ta' Castanò, moħbija ġol-vettura tiegħu, instabu 2 kilogrammi oħra mill-istess sustanza, kif ukoll ammont kbir ta' flus kontanti. Il-prosekuzzjoni, mmexxija mill-Ispettur Alfredo Mangion, qalet li Castanò nqabad ħiereġ minn garaxx f'San Pawl il-Baħar, fejn u wara tfittxija fil-karozza tiegħu nstabu żewġ blokok droga simili għal dawk li nstabu f'appartament fl-istess inħawi. Il-Maġistrat Ian Farrugia, ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta' Baldacchino. Castanò m'għamel l-ebda talba biex jinħeles mill-arrest. Fil-Qorti ħareġ kif l-iskwadra ta' kontra d-droga kellha informazzjoni li kienet se tinbiegħ ammont sinifikanti ta' droga f'San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija għamlet diversi tfittxijiet f'karozzi fiż-żona u kien hemm persuna li rnexxielha taħrab mill-Pulizija b'karozza. Sadaniitant l-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb għamlu talba għall-ħelsien mill-arrest ta' Baldacchino u argumentat huwa għandu xogħol u residenza fissa f'Malta, u b'differenza mill-imputat ta' qablu, dan m'għandux familja barra minn Malta. Il-Qorti f'dan l-istadju ma laqgħet it-talba u laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni li dan jibqa' miżmum il-ħabs peress li l-Pulizijna għadha għaddejja bl-investigazzjoni dwar dan il-każ u li hemm persuna oħra mfittxija mill-Pulizija li tista' titressq il-Qorti. Il-Qorti ordnat ukoll l-iffriżar tal-assi tal-imputati. Il-pulizija qalet li l-valur fit-triq tad-droga inkwistjoni jlaħħaq il-kwart ta' miljun ewro.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/16/medda-ta-gaza-attakk-dirett-fuq-il-kap-tal-hamas/
null
netnews.com.mt
Il-militar ta' Iżrael qal li wettaq bumbardament dirett fuq ir-residenza tal-Kap politiku tal-grupp militanti tal-Hamas waqt mewġa oħra ta' attakki mill-ajru fuq il-Medda ta' Gaza. Dan meta qed jiċċirkulaw filmati ta' splużjoni ta' balla li skont l-Iżraeljani laqtet id-dar ta' Yahya Sinwar, il-mexxej ewlieni tal-militanti Iżlamiċi fit-territorju inkwistjoni. Fl-attakki tallum mill-Iżraeljani nqatlu madwar 40 persuna, fosthom numru ta' militanti. Intant, il-militanti f'Gaza rritaljaw b'aktar sparaturi ta' missili lejn l-ibliet Iżraeljani man-naħa l-oħra tal-fruntiera. Il-militar Iżraeljan spjega li l-qawwiet tiegħu laqtu wkoll ir-residenza ta' Muhammad Sinwar – ħu Yahya Sinwar – li hu l-kap tal-loġistika mal-moviment tal-Hamas u li anki jieħu ħsieb ir-reklutaġġ ta' militanti għal mal-grupp. Ir-residenzi inkwistjoni, skont l-Iżraeljani, kienu miri leġittimi għall-qawwiet tal-ajru bħala 'il-bażi tal-infrastruttura militari tal-Hamas'. Sadattant ma daħlu l-ebda rapporti dwar id-destin tal-aħwa Sinwar. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, ħalef li għandu jkompli bl-attakki bla heda 'fuq it-terroristi ta' Gaza li qed jisparaw il-missili lejn il-komunitajiet ċivili f'Iżrael'. Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kellu jiltaqa' biex jiddiskuti l-kriżi fil-Lvant Nofsani anki waqt li l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Iżlamika – magħmulha minn 57 pajjiż – kienet għaddejja b'taħditiet virtwali ta' emerġenza. Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, fl-aħħar sigħat, ċempel lill-Prim Ministru Netanyahu u lill-President Palestisnjan Mahmoud Abbas biex jesprimi l-inkwiet tiegħu dwar is-sitwazzjoni f'Iżrael u Gaza. Dan meta l-Iżraeljani ħarġu stqarrija biex jgħidu li rnexxielhom jeliminaw 'għexieren ta' terroristi' fl-aħħar rejds – b'kelliema għall-Hamas jinsistu dwar 'in-numru sinifikanti ta' tfal u nisa maqtula' waqt l-attakki tal-qawwiet tal-ajru Iżraelani fuq il-Medda ta' Gaza. Intant, tilfu ħajjithom ukoll numru ta' nisa u tfal fost l-aħħar bumbardamenti tal-militanti fuq Iżrael.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/16/barcelona-jiddominaw-lil-chelsea-u-jirbhu-l-uefa-womens-champions-league/
null
netnews.com.mt
Barcelona huma ċ-champions il-ġodda tal-UEFA Women's Champions League wara li fil-finali iddominaw lil Chelsea u rebħulhom bl-iskor ta' 4-0. Barcelona fetħu l-iskor fl-ewwel minuta meta MELANIE LEAUPOLZ tefgħet il-ballun fil-lasta tagħha stess, biex fl-erbatax-il minuta irdoppjaw minn penalty ta' ALEXIA PUTELLAS. Fil-21 minuta Barcelona skorjaw it-tielet gowl permezz ta' AITANA BONMATI biex fis-36 minuta skorjaw ir-raba' u l-aħħar gowl tal-partita permezz ta' CAROLINE GRAHAM HANSEN.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/16/chelsea-u-barcelona-kontra-xulxin-fil-finali-tal-uefa-champions-league-tan-nisa/
null
netnews.com.mt
Il-Uefa Champions League tan-Nisa, mill-lejla se jkollha rebbieħ ġdid fost il-klabbs rebbieħa ta' din il-kompetizzjoni matul iż-żmien. Dan għaliex fil-finali li tintlagħab fid-9pm, f'Gothenburg, l-Iżvezja, il-finalisti Chelsea u Barcelona għadhom qatt ma rebħu dan it-trofew qabel. Fil-każ ta' Chelsea, din se tkun l-ewwel darba għalihom li se jilgħabu f'din il-finali iżda l-avversarji tagħhom, Barcelona, diġa' kienu finalisti mingħajr suċċess fil-passat. Chelsea għadhom kemm rebħu l-Kampjonat Ingliż, l-istess kif għamlu Barcelona fi Spanja li ddominaw il-Primera Division Femenina tant li rebħu f'kull partita li lagħbu s'issa. Jekk it-tim Ingliż jirnexxilu jirbaħ din dan l-unur, ikun għalaq staġun bl-aqwa mod possibli għaliex ikun rebaħ il-quadruple. Iżda qabel din il-partita, l-akbar favoriti biex isiru champions tal-Ewropa, huma Barcelona.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/16/egan-bernal-jirbah-id-disa-stadju-tal-giro-ditalia-u-jikseb-il-flokk-ir-roza/
null
netnews.com.mt
Egan Bernal ta' Ineos Grenadiers rebaħ id-disa' stadju tal-Giro D'Italia filwaqt li kiseb ukoll il-flokk ir-roża. Minkejja id-dubji li kien hemm fuq il-Kolombjan qabel il-Giro D'Italia, Bernal tbiegħed mill-kumplament taċ-ċiklisti fl-aħħar kilometru. Giulio Ciccone ta' Trek Segafredo u Aleksander Vlasov ta' Astana-Premier Tech daħlu fit-tieni u t-tielet post rispettivament, b' Remo Evenepoel jidħol tliet sekondi wara, fir-raba' post. Attila Valter, li kien qed itellaq bil-flokk ir-roża, ma rnexxielux iżomm il-pass u daħal fil-ħames post, biex tilef il-vantaġġ li kellu fil-klassifika overall.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/16/l-ungerija-bi-skwadra-provizjorja-ta-30-player-ghall-euro-2020/
null
netnews.com.mt
Il-coach tat-tim nazzjonali Ungeriż Marco Rossi sejjaħ skwadra ta' 30 player bi preparazzjoni għall-Euro 2020, bl-Ungerija se tkun qed tilgħab fi Grupp F dak li huwa meqjus bħala l-'group of death' hekk kif flimkien magħhom hemm ic-champions Ewropej l-Portugall, ic-champions tad-Dinja Franza u l-Ġermanja.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/17/roberto-mancini-jgedded-il-kuntratt-tieghu-mat-tim-nazzjonali-taljan/
null
netnews.com.mt
Roberto Mancini ġedded il-kuntratt tiegħu bħala coach tat-tim nazzjonali Taljan sal-2026. Din l-aħbar kienet mħabbar mill-President tal-FIGC Gabriele Gravina. Gravina qal li Mancini huwa investiment fil-futur tat-tim nazzjonali Taljan fejn mistenni jibqa' fit-tmexxija tat-tim sa wara t-Tazza tad-Dinja tal-2026. Roberto Mancini nħatar coach tat-tim nazzjonali Taljan fl-2018 fejn l-Italja ilha 24 partita ma titlef u tinsab viċin ir-record li kien waqqaf Vittorio Pozza fl-1930 meta ma kienx tilef għal 30 partita.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/17/hazard-de-bruyne-u-lukaku-fost-il-players-maghzula-minn-martinez-ghall-euro-2020/
null
netnews.com.mt
Il-coach tat-tim nazzjonali tal-Belġju Roberto Martinez ma wettaq l-ebda sorpriża fl-għażla tal-iskwadra għall-Euro 2020 hekk kif ħabbar il-lista ta' 26 player. Martinez inkluda lill-player ta' Real Madrid Eden Hazard fl-iskwadra finali minkejja li l-winger ta' 30 sena bħalissa jinsab imweġġħa. Il-Belġju se jkunu qed jilagħbu fi Grupp B flimkien mar-Russja, d-Danimarka u l-Fillandja.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/16/robert-lewandowski-jilhaq-ir-rekord-ta-gerd-muller-tal-aktar-gowls-fi-stagun-wiehed/
null
netnews.com.mt
L-attakkant prolifiku ta' Bayern munich irnexxielu jniżżel ismu fl-istorja tal-futbol Ġermaniż hekk kif laħaq ir-rekord tal-aktar gowls skorjati fi staġun wieħed fil-Bundesliga. Ir-rekord kien miżmum mill-attakkant leġġendarju Gerd Muller fej kien skorja 40 gowls fi staġun wieħed fil-Bundesliga, madwar 49 sena ilu. Lewandowski laħaq dan it-tragward fil-partita li kellhom Bayern Munich kontra Freiburg, bil-gowl ta' Lewandowski jasal minn penalty fis-26 minuta, bil-partita tintemm fi draw ta' 2-2. B'hekk il-Pollakk issa skorja 40 gowl fi 28 partita għal Bayern Munich dan l-istaġun.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/19/lejn-tentattiv-biex-tonqos-it-tensjoni-bejn-l-istati-uniti-u-r-russja/
null
netnews.com.mt
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken u l-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, dalwaqt għandhom jissieħbu f'taħditiet sinifikanti fi żmien ta' tensjoni rari bejn l-Istati Uniti u r-Russja. Dan meta hemm possibbiltà ta' summit, f'Ġunju, bejn il-President Amerikan Joe Biden u l-President Russu Vladimir Putin, bit-tama li jitjiebu xi ftit ir-relazzjonijiet bilaterali li spiċċaw fi kriżi akuta. Il-laqgħa– li mistennija ssir wara l-kwinti ta' laqgħa għal tmien Ministri għall-Affarijiet Barranin f'Reykjavik (fl-Iżlanda) — qed tissemma bħala l-aktar waħda ta' livell għoli mindu Biden ħa r-riedni ta' pajjiżu. Is-sitwazzjoni bejn Washington u Moska ggravat mindu Biden, ftit wara li laħaq President, irrefera għal Putin bħala 'qattiel' – u bir-riżultat li Moska rtirat l-ambaxxatur tagħha minn Washington għal konsultazzjonijiet. Dan l-ambaxxatur għadu ma rritornax fl-Istati Uniti.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/20/gwatemala-priguniera-brashom-maqtugha-waqt-vjolenza-fil-habs/
null
netnews.com.mt
Talanqas seba' priġuniera tilfu ħajjithom waqt battalji fit-tul bejn membri ta' gangs rivali li qed jinżammu f'kumpless ta' ħabs, fl-inħawi ta' Quetzaltenango. Ħafna mill-vittmi spiċċaw b'rashom maqtugħa fost il-ġlied li nqala' bejn il-membri tal-grupp Mara Salvatrucha u r-rivali tal-grupp Barrio 18. Il-ħabs inkwistjoni suppost li jżomm massimu ta' 500 iżda fil-preżent jinsab ippakkjat b'aktar minn 2,000 priġunier. L-aħħar rapporti qalu li l-battalji fil-ħabs seħħew wara li ħabsi partikulari kien ordna lil sħabu biex jattakkaw lill-membri ta' gang rivali bħala ritaljazzjoni għall-qtil ta' martu. Din il-mara kienet sfat maqtula 'ftit sigħat biss qabel il-ġlied' minn irġiel fuq muturi li fetħu n-nar għal fuqha. Skont il-pulizija, il-ħabsi indikat bħala l-instigatur tal-vjolenza bejn il-gangs rivali qed jiskonta sentenza ta' priġunerija għal omiċidju.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/20/id-direttur-tal-uefa-giorgio-marchetti-bintervista-esklussiva-ghall-magazin-specjali-tal-euro-2020-ta-il-mument/
null
netnews.com.mt
Giorgio Marchetti hu wieħed mill-uċuħ l-aktar magħrufa minn fost l-uffiċjali tal-UEFA, partikolarment għaliex fl-aħħar snin rajniħ dejjem ikun preżenti kull darba li kien hemm it-tlugħ tal-poloz tal-UEFA Champions League u Ewropa League. F'Awwissu li għadda, hu kien wieħed mill-għola uffiċjali tal-UEFA li kienu preżenti flimkien mal-President tal-istess federazzjoni, Alexsander Ceferin għall-presentazzjoni tat-trofew tal-UEFA Champions League, lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni, Bayern Munich. Wiċċ Marchetti llum sar popolari mad-dilettanti tal-futbol internazzjonali, iżda min hu Marchetti? X'inhu l-irwol tiegħu u x'responsabiltajiet għandu fil-UEFA? Giorgio Marchetti flimkien mal-President tal-UEFA, Alexsander Ceferin Dawn id-domandi u ħafna aktar, huma fost in-numru ta' domandi li l-amministrattur Taljan fil-futbol u ta' suċċess, se jkun qed iwieġeb f'intervista esklussiva li Marchetti ta għall-ħarġa speċjali tal-magażin esklussiv dwar il-Euro 2020, li se jkun qed jitqassam b'xejn mal-gazzetta 'Il-Mument' ta' nhar il-Ħadd, 6 ta' Ġunju. Marchetti hu wieħed mid-deputati segretarji ġenerali tal-UEFA, iżda ukoll hu d-Direttur tal-UEFA għall-organiżazzjoni tal-kompetizzjonijiet kollha tagħha, inkluz il-Euro 2020. F'dawn l-aħħar 15-il xahar, minn meta l-pandemija tal-COVID-19 bdiet tħalli l-effetti tagħha fuq il-futbol fl-Ewropa, x'aktarx li Marchetti kien wieħed mill-aktar persuni fil-kurituri tal-UEFA li beda' jħoss it-toqol tal-inċertezza u tas-sitwazzjoni konfuża li dan il-virus ħoloq fuq il-futbol madwar l-Ewropa, tant li l-Euro 2020 kellu jkun pospost b'sena. Wieħed mill-aktar persuni b'involviment fl-organiżżazzjoni tal-Euro 2020, Giorgio Marchetti tkellem esklussivament mal-media Maltija permezz ta' intervista ma' Christian Micallef, li se tkun parti mill-kontenut rikk u riċerkat li qed jiġi ppreparat apposta fil-pubblikazzjoni tal-magażin speċjali li se jitqassam mal-gazzetta 'Il-Mument' ta' nhar il-Ħadd, 6 ta' Ġunju li ġej. Bħala d-Direttur tal-UEFA għall-kompetizzjonijiet organizzati minha, kemm fuq livell ta' klabbs kif ukoll ta' timijiet nazzjonali, Marchetti kellu l-akbar responsabiltá biex jassigura li jkun hemm l-anqas skossi possibli fl-iskedar tal-partiti tal-kompetizzjonijiet kollha, iżda mhux biss. Ir-rwol ta' Marchetti, li għandu 61 sena u esperjenza vasta fl-amministrazzjoni tal-futbol fl-Ewropa, jirrikjedi li jkollu responsabiltá f'kull dettall tal-ippjanar u t-tfassil tal-kompetizzjonijiet li torganiżża l-UEFA. Għaldaqstant Marchetti hu wieħed mill-aktar, jekk mhux l-aktar, persuna involuta fl-organiżżazzjioni tal-Euro 2020. Marchetti tkellem esklussivament mal-media Maltija, permezz ta' intervista ma' Christian Micallef, il-Kap tat-Taqsima Sport f'Net Media, u l-editur tal-magażin speċjali tal-Euro 2020 li se jkun qed jiġi ppubblikat nhar il-Ħadd, 6 ta' Ġunju mal-gażżetta 'Il-Mument'. Dan il-magażin se jkollu kontenut rikk ħafna, b'artikli riċerkati u tal-għola livell, u li kollha kemm huma se jinkitbu bil-Malti. L-intervista esklussiva ma' Marchetti hu wieħed mill-ħafna artikli interessanti iżda fuq kollox esklussivi li dan il-magażin speċjali se jkun qed jippubblika f'din il-ħarġa speċjali speċifikament għal din l-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/20/jitressqu-l-qorti-fuq-akkuzi-relatati-ma-serq-u-droga/
null
netnews.com.mt
Għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta' dalgħodu, il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella fuq numru ta' akkużi, fosthom dawk relatati ma' serq kif ukoll b'importazzjoni u traffikar tad-droga kannabis. Iktar dettalji dwar dan fis-sigħat li ġejjin.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/22/twelidt-ghal-din-is-serata-omm-destiny-bmessagg-ghal-qabel-il-finali-tal-eurovision/
null
netnews.com.mt
"Fl-aħħar wasal il-jum tal-finali tal-Eurovision Song Contest, il-mument wasal – twelidt għal din is-serata". Hekk sostniet permezz ta' post fuq il-mezzi soċjali Alexia Chukunyere, omm il-kantanta ta' 18-il sena, Destiny, li llejla se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f'Rotterdam. Omm il-kantanta saħqet li l-Gżejjer Maltin flimkien mal-bqija tal-Ewropa u l-Awstralja se jkunu qed jagħtu s-sostenn kollu tagħhom lil Destiny filwaqt li insistiet li hi u missierha huma ferm kburin biha. Hija ħeġġet lil bintha biex "turihom x'taf" u li jiġri x'jiġri pajjiżna huma kburin biha. Il-kanzunetta 'Je Me Casse' għada fost il-favoriti li tasal sal-quċċata tal-kompetizzjoni madanakollu l-kanzunetti tal-Italja u Franza huma l-aktar favoriti qalb il-lagħaba.
[ 2 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/21/nuno-espirito-santos-se-jhalli-lil-wolves/
null
netnews.com.mt
Il-kowċ ta' Wolves il-Portugiż Nuno Espirito Santos se jkun qed iħalli lil club wara l-aħħar partita ta' Wolves fil-Premier League kontra Manchester United. Espirito Santos ilu jmexxi lil Wolves għall-aħħar erba' staġuni. Dan kien ikkonfermat mill-club Ingliż fl-aħħar minuti. F'dawn l-erba' staġuni il-Portugiż mexxa lil Wolves għall-promozzjoni mic-Championship għal Premier League, fejn temmew fis-seba' posizzjoni għal-żewġ staġuni konsekuttivi. Wolves waslu wkoll sal-kwarti finali tal-Europa League, iżda dan l-istaġun ma rnexxielhomx jiksbu r-riżultati ta' staġuni preċedenti.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/23/ic-cina-atleti-maqtula-minn-maltemp-waqt-maratona/
null
netnews.com.mt
Talanqas 21 atleta li kienu qed jieħdu sehem f'tellieqa fuq distanza twila mietu b'kaġun tal-elementi ħorox – fosthom irwiefen kbar – minn maltemp qalil li ħakem l-inħawi tar-rotta lejn il-majjistral taċ-Ċina. Il-parteċipanti kellhom ibatu wkoll minn ħalbiet ta' xita friżata li ma waqfitx waqt l-hekk-imsejjaħ 'utltramarathon' u fejn l-atleti kellhom jgħaddu minn zona ddominata minn foresta fil-provinċja ta' Gansu. It-tiġrija kellha tkopri distanza ta' 100 kilometru – bl-organizzaturi jwaqqfu t-tellieqa fost rapporti li 'għebu' talanqas 172 parteċipant waqt l-avveniment. Ir-rapporti rreferew ukoll għal numru ta' atleti li spiċċaw ibatu mill-effetti ta' hypothermia – bl-uffiċjali, fl-aħħar sigħat, jikkonfermaw li 'il fuq minn 150 parteċipant instabu qawwijin u sħaħ wara li ħelsuha minn ħalq il-mewt.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/21/giacomo-nizzolo-jirbah-it-tlettax-il-stadju-tal-giro-ditalia/
null
netnews.com.mt
Giacomo Nizzolo rebaħ t-tlettax-il stadju tal-Giro D'Italia u l-ewwel wieħed għalih personali fl-edizzjoni ta' din is-sena meta fl-aħħar metri tat-tellieqa, fi sprint kombattuta, għadda lil Edoardo Affini li temm fit-tieni post. Fit-tielet post spiċċa Peter Sagan ta' Bora-Hansgrohe segwit minn Davide Cimolai fuq Israel Start-up Nation. Fil-ħames u s-sitt post temmew Fernando Gaviria Rendon u Stefano Oldani ta' UAE Emirates u Lotto Soudal rispettivament. Andrea Pasqualon li daħal fis-seba' post kien sewgit minn Max Kanter ta' Team KSM u Elia Viviani ta' Cofidis, filwaqt li Dylan Groenewegen ta' Jumbo Visma temm fl-għaxar post. Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/22/atletico-madrid-jirbhu-l-la-liga-ghall-hdax-il-darba-fl-istorja/
null
netnews.com.mt
Atletico Madrid huma ċ-champions il-ġodda tal-La Liga wara li għelbu lil Real Valladolid bl-iskor ta' 2-1. Min-naħa l-oħra ir-rebħa ta' Real Madrid fuq Villareal ma kinitx biżejjed biex jaqbżi lil Atletico fil-quċċata tal-klassifika. Atletico Madrid marru minn taħt fit-18 -il minuta permezz ta' OSCAR PLUNO iżda ANGEL CORREA ġab id-draw fis-57 minuta. Biex 10 minuti wara LUIS SUAREZ skorja il-gowl importanti li ta' il-ħdax-il titlu lil Atletico Madrid. Luis Suarez bil-gowl importanti li rebbaħ il-La Liga lil Altetico Madrid Atletico Madrid temmew l-istaġun b'86 punt, żewġ punti fuq Real Madrid. Matul din is-sena, Atletico rebħu 26 partita, fejn ġew draw 8 darbiet filwaqt li sofrew 4 telfiet. Bla dubju, Luis Suarez kien l-aktar plejer importanti tagħhom wara li ingħaqad magħhom mingħand Barcelona, fejn skorja xejn inqas minn 21 gowl, fi staġun mill-aqwa ma' Atletico Madrid.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/21/l-10-edizzjoni-tal-goalkeeper-battle/
null
netnews.com.mt
Bejn t-2 u l-4 ta' Lulju li ġej se tkun qed tittellgħa l- 'International Teamsport Goalkeeper Battle'. Mario Muscat wieħed mill-organizzaturi ta' din l-attività qal li matul is-snin kompla jiżdied l-interess minn goalkeepers barranin fejn aktar minn 10% tal-parteċipanti jkunu barranin. L-għan prinċipali ta' din il-kompetizzjoni huwa li goalkeepers Maltin u Għawdxin ikollhom l-opportunià li jisfidaw u juru t-talent tagħhom kontra goalkeepers barranin. Muscat spjega wkoll li bħal ma sar fl-edizzjonijiet tal-passat, din is-sena wkoll il-profitt kollu se jmur għal ZemZem Foundation, li hija fondazzjoni li tiġbor fondi għal min hu marid bil-leukemia. Din l-attività qed taspira li fis-snin li ġejjin tkompli tikber tant li l-ħolma tal-organizzaturi tkun li l-goalkeepers li jirbħu l-'Goalkeeper Battle' jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-'Goalkeeper Battle'. Simon Grech li huwa l-organizzatur ewlieni ta' din il-kompetizzjoni spjega kif għal din l-edizzjoni se jkunu qed jiżdiedu l-kategoriji ta' dawk li jieħdu sehem bil-kategoriji kollha jkunu: U/9, U/10, U/11, U/12, U/13, U/14, U/15, U/17, U/19 u l-kategoriji tas-Seniors u tan-Nisa. Grech qal ukoll li din il-kompetizzjoni hija miftuħa għal kull goalkeeper kemm dawk professjonali u anke dawk amatorjali. Din l-attività se tkun qed issegwi d-direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa b'rabta mal-pandemija tal-Covid-19.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/22/l-ahhar-gurnata-deciziva-ghal-min-se-jispicca-mal-ewwel-erbgha/
null
netnews.com.mt
L-aħħar ġurnata tas-Serie A se tkun deċiżiva għal min se jkun qed jieħu sehem fil-UEFA Champions League l-istaġun li ġej. Għalkemm il-partiti tal-lum ftit li xejn g]andhom impatt fuq il-klassifika finali, hekk kif iċ-champions u t-timijiet relaegati huma diġa ikkonfermati, il-partiti ta' għada se jkunu deċiżivi. Il-partita l-aktar li tispikka se tkun il-partita bejn Atalanta u Milan, li jinsabu fit-tieni u fit-tielet post tal-klassifika, fejn iż-żewġ timijiet se jfittxu li jiksbu t-tliet punti minħabba l-impatt li dan se jkollu fuq l-istaġun ta' wara. Filwaqt li Napoli jafforntaw lil Verona f'darhom, jidher li l-akbar test se jkun għal Juventus li għadhom ġejjin mir-rebħa tal-Coppa Italia, fejn se jaffrontaw lil Bologna barra minn darhom. Għal Juventus, post barra miċ-Champions League jitfa' dubji serji dwar il-futur ta' Cristiano Ronaldo u l-kowċ Andrea Pirlo.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/22/liema-huma-l-isbah-flokkijiet-fil-euro-2020/
null
netnews.com.mt
Hekk kif ninsabu ftit ġimgħat 'il bogħod mill-bidu tal-Euro 2020, in-nazzjonijiet li se jipparteċipaw bdew isejjħu l-iskwadri tagħhom. Apparti dan il-maġġoranza tat-timijiet nazzjonali ħarġu ukoll il-flokkijiet li se jkunu qed jilbsu f'dan it-tournament is-sajf li ġej. Il-Madcedonia huwa l-unika tim li sa issa għadu ma ppreżentax il-flokk uffiċjali li se jintlibes matul il-Euro 2020, fejn b'kollox hemm 48 flokk, 'home' u 'away', għall-24 skwadra parteċipi. Minkejja li l-Belġju mistennija li jkollhom tournament pożittiv, f'termini ta' futbol, il-flokk 'home' tagħhom ftit li xejn impressjona hekk kif iklassifika fl-44 post. Kuntrarju ta' dan il-flokk 'away' tagħhom ikklasifika fis-26 post. L-Italja minkejja d-disinn sempliċi għall-aħħar tal-flokk 'home' tagħhom, l-istil klassiku tiegħu spiċċa fit-tielet post, filwaqt li l-flokk 'away' ikklassifika fit-28 post. Il-flokkijiet tal-Ingilterra għandhom pożizzjonijiet kuntrastanti hekk kif il-flokk 'away' ikklassifika fit-30 post, filwaqt li l-flokk home, il-flokk klassiku abjad bit-tliet iljuni, iklassifika fid-disa' post. Il-flokk tal-Olanda oranġjo 'home', li qed jirritornaw f'kompetizzjoni internazzjonali maġġuri wara seba' snin, ikklassifika fil-21 post filwaqt li l-flokk 'away' ikklassifika fit-12-il post. Fost l-aktar flokkijiet li klassifikaw fl-ogħla postijiet tal-isbaħ flokkijiet, kien hemm il-'home' u l-'away' ta' Wales li ġew klassifikati fit-tieni u fis-seba' post rispettivament. Il-Ġermanja wkoll klassifikaw fost l-isbaħ flokkijiet għall-Euro 2020 bil-flokk 'home' jikklassifika fil-11-il post filwaqt li l-flokk klassiku 'home' ikklassifika fis-6 post. Il-flokkijiet taċ-champions mondjali u ta' wieħed mit-timijiet favoriti li jirbaħ il-Euro 2020, ma tant impresjonaw, hekk kif il-flokk 'home' ta' Franza ikklassifika fl-14-il post filwaqt li l-flokk 'away' ikklassifika fil-35 post. Għalkemm m'humiex wieħed mit-timijiet favoriti li jirbħu l-kompetizzjoni u minkejja li l-flokk 'home' tal-Iżvezja klassifika fit-33 post, il-flokk 'away' Żvediż huwa meqjus bħala l-isbaħ flokk tal-Euro 2020.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/25/sanzjonijiet-mill-ue-fuq-il-belarus-wara-l-arrest-ta-gurnalist/
null
netnews.com.mt
L-Unjoni Ewropea se timponi projbizzjoni fuq linji tal-ajru tal-Belarus. Dan bħala reazzjoni għall-każ skandaluż tal-ġurnalist mill-Belarus illi inħataf waqt li kien fuq titjira tal-kumpanija Ryanair. Il-ġurnalist, li hu magħruf għall-oppożizzjoni lejn il-President Lukashenko, għadu miżmum arrestat. Is-sanzjonijiet li qablu fuqhom il-mexxejja Ewropej se projbizzjoni għal dawn il-kumpaniji tal-Belarus milli jtiru fi spazji tal-ajru Ewropej. Fl-aħħar sigħat, l-istati membri kollha qablu li linji tal-ajru Ewropej m'għandhomx joperaw lejn il-Belarus waqt li wiegħdu iktar sanzjonijiet ekonomiċi fuq dan il-pajjiż. Il-mexxejja talbu wkoll għall-ħelsien immedjat tal-ġurnalist Roman Protasevich u s-sieħba tiegħu, filwaqt li sejħu għal investigazzjoni urġenti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni.
[ 3 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/25/tarka-ghall-persuni-bdizabbilta-il-pn-kien-pijunier-fdan-is-settur/
null
netnews.com.mt
Ivan Bartolo, PN Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fil-parlament li l-PN kien u għadu t-tarka għall-persuni b'diżabbiltà u pijunier f'dan is-settur tant improtanti fis-soċjetà. Id-deputat Nazzjonalista qal li din il-liġi bdiet taħt gvern Nazzjonalista fl-1996 u spjega kif din ma kinitx enfażizzata fis-settur privat iżda biss fis-settur pubbliku. Hu kompla li l-kwistjoni mhix l-ammont ta' 2% impjegati għaliex il-prinċipju kostituzzjonali u l-ugwaljanza totali għandhom iwasslu għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni u mhux biss biex tittaffa. Id-deputat Nazzjonalista qal li fiż-żminijiet tal-lum 2% tal-imjegati b'diżabbità ma jammonatx għal ammont li jelimina d-diskriminazzjoni. Għandhom ikunu l-persuni b'diżabbiltà kollha li jiebbnefikaw mill-inizjattivi. Ivan Bartolo kompla li l-liġi hi infurzata u spjega kif hawn sidien li jippreferu jħallsu l-multa u ma jimpjegawx persuni b'diżabbiltà. Hu staqsa kemm hawn kunsilli lokali li qed jimplimentaw din il-liġi tat-2% u qal li l-eżempju għandu jibda mis-settur pubbliku. Dwar it-trasport għall-impjegati b'diżabbiltà, hu appella biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa u semma' l-ħidma kbira li qed iwettqu l-entitajiet f'dan is-settur. Hu enfażizza l-importanza li l-persuni b'diżabbiltà jkunu indipendenti u qal li l-persuni b'diżabbiltà jkollhom iktar kapaċitajiet minn ħaddiema oħra. Id-deputat Nazzjonalista saħaq li hemm sidien li jixtiequ jimpjegaw persuni b'diżabbiltà iżda jkun hemm problemi ta' trasport. Il-gvern irid isolvi din il-problema bl-istess mod kif it-tfal jitwasslu l-iskola. Ivan Bartolo qal li kien staqsa lill-ministri kemm hemm persuni b'diżabbiltà jaħdmu fil-ministri iżda l-ministri kollha wieġbu bl-istes smod li ma jafux kemm hemm persuni b'diżabbiltà għax ma tinżammx statistika. Kif jista' l-gvern jara l hemm osservanza ta' din il-liġi meta lanqas il-gvern stess ma jaf kemm qed jimpjega persuni b'diżabbiltà? Id-deputat Nazzjonalista kompla li importanti li jkun hemm awtorità li tara li l-liġijiet qed jitħarsu. Il-gvern qed juri mod iżda jagħmel mod ieħor, sostna Ivan Bartolo, li kompla li mhux minnu li l-gvern Laburista impjega 1,000 persuna b'diżabbiltà kif kien jgħid il-PL. Dan għaliex qd jingħaddu l-persuni b'diżabbiltà li jkunu sabu impjieg iżda reġgħu spiċċaw bla xogħol wara ftit. Ivan Bartolo kompla li l-PN hu ta' eżempju fis-settur tal-persuni b'diżabbiltà u spjega kif fi ħdanu għandu numru ta' persuni b'diżabbiltà li jagħtu l-kontribut tagħhom.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/25/peru-maqtula-mill-gwerrillieri-qabel-l-elezzjoni/
null
netnews.com.mt
Inqatlu talanqas sittax-il-persuna – fosthom tfal – waqt attakk ta' gwerrillieri fuq il-villaġġ ta' San Miguel del Ene. Intant, il-grupp tar-ribelli Sendeiro Luminoso (magħmul minn ġellieda Maoisti) ħa responsabbiltà għall-qtil u qal li kien għaddej 'b'kaċċa għal tradituri fl-inħawi'. Is-Sendeiro Luminoso tilef ħafna mis-saħħa li kellu wara l-arrest tal-kap tiegħu fl-1992 u l-Gvern tal-Peru qed jgħid li l-ġellieda inkwistjoni, issa, huma parti minn grupp kriminali li hu involut fit-traffikar tad-droga. Il-qawwiet tas-sigurtà li sabu l-katavri tal-vittmi fil-villaġġ skoprew ukoll messaġġi ffirmati minn taqsima armata tas-Sendeiro li wissew lin-nies biex ma jivvutawx fl-elezzjoni tas-6 ta' Ġunju għall-Presidenza tal-Peru. Il-messaġġ kompla li l-gwerrillieri qed jaħsbu biex jeliminaw 'lit-tradituri u persuni li jgħinu u jappoġġjaw lill-Gvern tal-pajjiż'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/05/25/jittellghu-l-poloz-tal-kampjonati-tal-kalssijiet-gold-u-bronze/
null
netnews.com.mt
Nhar il-Ġimgħa 4 ta' Ġunju isiru l-ewwel żewġ finali tas-sena hekk kif għal darb'oħra l-Kumpanija tal-Assikurazzjoni Assikura qed toffri sostenn finanzjarju lil Malta Racing Club sabiex ġew organizzati l-kampjonati tal-klassijiet Gold u Bronze. Il-heats ta' dawn iż-żewġ kampjonati li qed isiru fuq distanza ta' 2140m, saru bejn it-28 ta' Frar u s-7 ta' Marzu fejn b'kollox ħadu sehem 93 żiemel fi tmien heats tal-Klassi Bronze u 70 żiemel f'seba' heats tal-Klassi Gold. Minħabba r-restrizzjonijiet maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika t-tiġrijiet kellhom jieqfu u għalhekk kellna nistennew ftit aktar minn xahrejn sabiex jinġrew is-semi finali. It-tliet semi finali tal-klassi Bronze saru nhar il-Ġimgħa 21 ta' Mejju biex sirna nafu t-tnax-il finalist bil-poloz għall-finali telgħu t-Tnejn filgħodu. It-tliet semi finali tal-Klassi Gold saru nhar il-Ħadd fejn ukoll ġew magħrufa t-tnax-il żiemel finalist bil-poloz tal-finali jittellgħu fil-preżenza tas-sidien waqt konferenza stampa li saret fil-Korsa tal-Marsa. Din il-Konferenza Stampa kienet indirizzata miċ-Chairman tal-Malta Racing Club u EquestriMalta l-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi u l-Managing Director tal-Kumpanija Assikura Insurance Brokers Andrew Grech. Il-poloz telgħu hekk : 1.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/10/ragel-mixli-battakk-fuq-spettur-tal-lesa/
Raġel mixli b'attakk fuq Spettur tal-LESA
netnews.com.mt
Raġel ċaħad li pprova jsuq fuq Spettur tal-LESA fis-Swieqi nhar l-Erbgħa li għaddew. Jacob Farrugia ta' 24 sena mill-Qrendi kien akkużat li rreżista b'mod vjolenti uffiċjal tal-infurzar tal-liġi, heddu, li kkommetta reati relatati ma' sewqan perikoluż, li naqas milli jieqaf meta ordnat u li saq b'veloċita qawwija. L-inċident seħħ fid-9 ta' Diċembru hekk kif Farrugia kien qed isuq Opel Corsa fi Triq Sant Andrija s-Swieqi għall-ħabta tas-1:20pm. Farrugia wieġeb mhux ħati. L-avukat tiegħu, Lennox Vella, talab għal- libertà proviżorja. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, laqgħet it-talba u ħelset lir-raġel fuq garanzija personali ta' €10,000. L-Ispettur Matthew Grech mexxa l-Prosekuzzjoni.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/10/koppja-akkuzata-bserq-fuq-ragel-permezz-ta-sikkina/
Koppja akkużata b'serq fuq raġel permezz ta' sikkina
netnews.com.mt
Raġel u mara nżammu taħt arrest preventiv wara li ġew mixlija li serqu raġel fil-ħin li ppuntawliu sikkina. Huma kienu mixlija wkoll li weġġgħuh ħafif f'Novembru li għadda. Costantino Felice ta' 34 sena minn Ħal Qormi u Dalaia Zammit mill-Belt Valletta tressqu quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace. Zammit ġiet akkużata wkoll li kienet wieqfa f'post għal skopijiet ta' prostituzzjoni. Felice ġie akkużat ukoll li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr liċenzja. It-tnejn kienu akkużati b'serq aggravat, arrest illegali, li kkawżaw feriti ħfief u li saru reċidivi. Waqt li akkuża lill-koppja fuq serq bl-armi, l-Ispettur Lydon Zammit, flimkien mal-Ispetturi Stephen Gulia u Colin Sheldon spjegaw kif l-akkużat allegatament żamm sikkina m'għonq il-vittma tagħhom u seraqlu l-ġiżirana u l-mowbajl fi Triq Giorgio Mitrovich fil-Gzira fil-5 ta' Novembru. Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom. L-avukati Ishmael Psaila u Shawn Zammit talbu l-libertà proviżorja għall-akkużat. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għar-rilaxx tagħhom, u indikat in-natura tar-reat u l-fatt li l-ebda akkużat ma seta' jiġi fdat minħabba r-rekords kriminali twal tagħhom. Huma ma kellhom l-ebda indirizz fiss, żied l-Ispettur Gulia. Psaila argumenta li r-reat seħħ f'Novembru u l-akkużat ikkoopera mal-Pulizija. Huwa qal li dan jikkontradixxi materjalment kwalunkwe argument li huma jistgħu jbagħbsu l-evidenza. Il-Qorti, iżda, ċaħdet il-libertà proviżorja.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/10/libanu-l-agent-prim-ministru-diab-akkuzat-bnegligenza-fl-ispluzjoni-ta-bejrut/
Libanu: L-Aġent Prim Ministru Diab akkużat b'negliġenza fl-isplużjoni ta' Bejrut
netnews.com.mt
Imħallef fil-Libanu, fl-aħħar sigħat, akkuża lill-Aġent Prim Ministru Lebaniż, Hassan Diab u lil tliet eks Ministri Lebaniżi dwar negliġenza 'relatata' mal-isplużjoni ta' Awwissu li għadda li kkaġunat l-imwiet u l-qerda 'storika' fil-port ta' Bejrut u l-madwar. Is-sorsi ġudizzjarji qalu li l-erba' imputati jridu, 'il quddiem, iwieġbu dwar 'it-twissijiet li kienu ngħataw' rigward is-sitwazzjoni perikoluża li żviluppat mill-ħażna ta' kważi 3,000 tunnellata tal-kimika ammonium nitrate ( materjal ta' potenzjal splussiv) fil-port inkwistjoni. It-twissijiet kienu ngħataw qabel l-4 ta' Awwissu, meta kwantità kbira tal- ammonium nitrate fil-port sploda u kkaġuna talanqas 204 mewta u madwar 7,000 midruba. F'din it-traġedja tilfu darhom mat-300,000 residenti ta' Bejrut, bil-ħsarat sussegwenti jkunu kalkulati viċin l-erba' biljun ewro. L-isplużjoni kienet dovuta għal nirien fl-inħawi tal-maħżen fejn kienet qed tinżamm il-kimika, bir-rapporti, wara, jallegaw li 'dan il-maħżen kien ilu żmien abbandunat u traskurat' minkejja li kemm-il darba twasslu l-ilmenti lill-awtoritajiet ikkonċernati. Hassan Diab u l-Kabinett tiegħu kienu rriżenjaw xi jiem wara d-diżastru u fejn Diab waħħal it-traġedja fuq 'sistema ta' korruzzjoni li hi akbar mill-Istat innifsu'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/11/jispikka-d-derby-ta-manchester-fi-tmiem-il-gimgha/
Jispikka d-derby ta' Manchester fi tmiem il-ġimgħa
netnews.com.mt
Mil-lejla tibda tintlagħab it-12 -il ġurnata tal-Premier League fejn fi tmiem il-ġimgħa jispikka d-derby ta' Manchester. F'Old Trafford, għada Manchester United jilgħabu kontra Manchester City f'partita li se tkun importanti għaż-żewġ timijiet. Manchester United f'nofs il-ġimgħa ġew eliminati mill-UEFA Champions League wara t-telfa kontra RB Leipzig filwaqt li wara l-bidu ħażin li kellhom fil-Premier League Manchester City jidhru li qabdu r-ritmu u rebħa fid-derby tpoġġijhom f'pożizzjoni komda biex jisfidaw lil Tottenham, Chelsea u Liverpool li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika. Konfront ieħor interessanti huwa dak f'Goodison Park bejn Everton u Chelsea fejn wara l-bidu impressjonanti li kellhom, Everton jidher li naqqsu r-ritmu wara serje ta' riżultati negattivi. Chelsea jidher li se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tat-titlu wara l-investiment qawwi li wettqu fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Liverpool jilgħabu barra minn darhom kontra Fulham, f'partita li tidher faċli għal Liverpool. Fulham min naħa tagħhom se jkollhom il-vantaġġ li se jilgħabu f'darhom u se jkollhom mal-2,000 partitarju li se jkunu qed isegwu l-partita. Tottenham li jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika flimkien ma' Liverpool iżda b'differenza ta' gowls aħjar, se jkunu qed jilgħabu barra minn darhom kontra Crystal Palace f'partita li tista' tkun diffiċli għat-tim ta' Jose Mourinho minħabba l-forma f'Selhurst Park ta' Crystal Palace. Premier League Illum : Leeds v West Ham 8.45pm Għada: Wolves v Aston Villa 1.30pm, Newcastle v WBA 4.00pm, Man Utd v Man City 6.30pm, Everton v Chelsea 9.00pm Il-Ħadd: Southampton v Sheff. Utd 1.00pm, C. Palace v Tottenham 3.15pm, Fulham v Liverpool 5.30pm, Arsenal v Burnley 8.15pm, Leicester v Brighton 8.15pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/10/nhar-il-hadd-il-finali-tal-bov-tennis-masters-u-l-ladies-top-6/
Nhar il-Ħadd il-Finali tal-BOV Tennis Masters u l-Ladies Top 6
netnews.com.mt
Fil-Marsa Sports Club, nhar il-Ħadd se jintlagħabu l-BOV Tennis Master u l-Ladies Top 6, kampjonati li huma organizzati mill-Federazzjoni Maltija tat-Tennis. Fil-BOV Masters tal-Irġiel, Matthew Asciak s'issa ddomina dan il-kampjonat fejn rebaħ il-logħbiet kollha fil-fażi tal-gruppi. Fi Grupp 1, Asciak għeleb lil Nicholas Dagaetano, Dwayne Pullicino u Matthew Cassar Torregiani 6-0 6-0. Matthew Cassar Torregiani klassifika fit-tieni post tal-grupp. Fi Grupp 2, Alex Degabriele rebaħ it-tliet logħbiet tiegħu fej għeleb lil Zack Zammit 6-0 6-0, lil Denzil Agius 6-3 7-6 u lil Liam Delicata 3-6 6-4 6-2 biex temm l-ewwel f'dan il-grupp, b'Liam Delicata jtemm fit-tieni post. Matthew Asciak se jilgħab kontra Liam Delicata nhar is-Sibt fis-1.00pm filwaqt li Alex Degabriele se jilgħab kontra Matthew Cassar Torregiani fis-semifinali. Fl-istess jum se tintlagħab il-finali tal-BOV Ladies Top 6 fejn Elaine Genovese se tilgħab kontra Emma Montebello.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/08/psg-v-i-basaksehir-sospiza-wara-kliem-razzista-mit-terna-arbitrali-man-utd-eliminati/
PSG v I. Basaksehir sospiża wara kliem razzista mit-terna arbitrali, Man Utd eliminati
netnews.com.mt
Il-lejla ntlagħbu għadd ta' partiti mill-UEFA Champions League, bl-aktar grupp li kien għadu miftuħ kien Grupp H, dak ta' Manchester United, RB Leipzig, PSG u Istanbul Basaksehir. Il-partita bejn PSG u Istanbul Basaksehir li ntlagħbet fil-Parc des Princes kien sospiża fit-23 minuta wara li r-referee Ovidiu Hategan tar-Rumanija u r-raba' uffiċjal nstemgħu jgħaddu kummenti razzista fil-konfront ta' uffiċjal ta' Istanbul Basaksehir bil-plejers taż-żewġ timijiet jiddeċiedu li joħorġu mill-granwd, bl-iskor sakemm twaqqfet il-partita kien dak ta' 0-0. Wara qbil bejn iż-żewġ timijiet, l-UEFA ddeċidiet li l-partita titkompla għada b'terna arbitrali differenti filwaqt li fetħet investigazzjoni dwar il-każ. Fil-partita l-oħra mill-istess grupp, RB Leipzig għelbu u b'hekk eliminaw lil Manchester United 3-2. ANGELINO fetaħ l-iskor għall-Ġermaniżi wara 2-0, b'AMADOU HAIDARA jagħmilhom 2-0 fit-13 -il minuta. JUSTIN KLUIVERT skorja t-tielet gowl fid-69 minuta. Manchester United skorjaw darbtejn f'żewġ minuti meta fit-80 minuta BRUNO FERNANDES skorja permezz ta' penalty u żewġ minuta wara Paul Pogba għamilhom 3-2. F'partita oħra minn Grupp G, Juventus umiljaw lil Barcelona f'rebħa ta' 3-0 fil-Camp Nou. CRISTIANO RONALDO fetaħ l-iskor wara 13 -il minuta permezz ta' penalty, bl-Amerikan WESTON MCKENNIE jirdoppja fl-20 minuta. RONALDO aċċerta mit-tliet punti u mir-rebħ tal-grupp għal Juventus fit-52 minuta meta minn penalty ieħor għamilhom 3-0. UEFA CHAMPIONS LEAGUE Illejla: Grupp E: Chelsea v Krasnodar 1-1, Rennes v Sevilla 1-3 Grupp F: Lazio v Brugge 2-2, Zenit v B. Dortmund 1-2 Grupp G: Barcelona v Juventus 0-3, D. Kiev v Ferencvaros 1-0 Grupp H: PSG v I. Basaksehir sosp., RB Leipzig v Man Utd 3-2 Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/10/maslovar-jirritorna-fpajjizna-bhala-kowc-ta-valletta-united/
Maslovar jirritorna f'pajjiżna bħala kowċ ta' Valletta United
netnews.com.mt
Valletta United ħabbru uffiċjalment il-ħatra ta' Zoran Maslovar bħala kowċ għas-sentejn li ġejjin b'għażla għal sena oħra. Il-Montenegrin għandu esperjenza vasta fix-xena internazzjonali tal-waterpolo b'esperjenzi fiċ-Ċina, il-Każakistan, ir-Russja, is-Serbja u Spanja. Dan se jkun ritorn għal Maslovar f'pajjiżna hekk kif fl-2016 u fl-2017 kien mexxa lil Neptunes, bit-tim tal-Balluta jirbaħ il-Kampjonat tas-Sajf fl-2016 taħt it-tmexxija tiegħu. Hu kien tneħħa mill-kariga ftit qabel intemm l-istaġun tal-2017. Din l-aħbar tfisser ukoll li Maslovar se jerġa' jaħdem ma' Niki Lanzon u Miguel Zammit wara l-esperjenza ma' Neptunes, b'Valletta se jkunu qed jimmiraw li jirritornaw fil-Kampjonat Premier. Dan l-għan ma ntlaħaqx mill-Beltin f'din is-sena u kellhom jikkuntentaw bir-rebħ tal-kampjonat u n-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni. Maslovar se jieħu post Srdjan Lazarevic li mexxa lit-tim din is-sena.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/10/30-xahar-habs-wara-li-ammetta-li-seraq-minn-dar-u-pprova-jisraq-minn-ohra/
30 xahar ħabs wara li ammetta li seraq minn dar u pprova jisraq minn oħra
netnews.com.mt
Raġel ta' 40 sena li għandu problema tad-droga ġie kundannat 30 xahar ħabs wara li ammetta li seraq minn residenza u ttanta jisraq minn oħra. Keith Pace li fil-passat wettaq reat simili biex jissodisfa l-vizzju tad-droga wettaq serqa minn dar f'Raħal Ġdid fl-14 ta' Awwissu tal-2018. Il-valur tas-seqa mid-dar jaqbeż l-€2,333. Huwa ammetta wkoll reat ta' attentat ta' serq minn dar oħra f'Santa Venera fit-23 ta' Settembru ta' sentejn ilu, liema serqa ma seħħitx minħabba xi ħaġa aċċidentali u ndipendenti mill-volontà tiegħu. Huwa nstab ħati wkoll li sar reċidiv. Fis-sentenza tagħha l-Qorti wara li semgħet ix-xhieda tal-uffiċjali tal-probation Matthew Fleri Soler, Chris Mercieca u Shaun Catania kienet ċahdet it-talba tad-difiża biex din il-Qorti tigi kkonvertitat f'Qorti dwar id-droga hekk kif mahsub f' artikolu 8 tal-Kapitolu 537 tal-Ligijiet ta' Malta. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Simone Grech qalet li mill-piena ta' 30 xahar priġunerija għandu jitnaqqas iż-żmien li huwa nżamm taħt arrest preventiv in konnessjoni mar-reati li tagħhom qed jinstab ħati permezz ta' din is-sentenza. Għal fini ta' piena, il-Qorti fliet il-fedina penali ta' l-imputat kif ukoll qieset ix-xhieda li tressqet u l-pre-sentencing report. Ikkunsidrat ukoll ix-xhieda mogħtija mir-rapprezentanti ta' l-OASI Foundation minn fejn jirriżulta l-avvanz u progress kbir li ghamel l-imputat biex jegħleb il-vizzju tad-droga. Ghalkemm jidher li Pace impenja ruħu sabiex jegħleb il-vizzju tad-droga, l-Qorti qalet li ma tistax tiskarta in-natura tal-akkużi u l-kondotta tal-ħati. Għal fini ta' piena, l-Qorti qieset ukoll l-ammissjoni bikrija f'dawn il-proċeduri. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras, Shawn Pawney u Wayne Camilleri.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/08/fl-ingilterra-bdiet-tinghata-t-tilqima-ghal-kontra-l-covid/
Fl-Ingilterra bdiet tingħata t-tilqima għal kontra l-Covid
netnews.com.mt
Mara Ingliża ta' 90 sena saret l-ewwel persuna fir-Renju Unit li ingħatat it-tilqima għal kontra l-Coronavirus. Rapporti qed jindikaw li t-tilqima (l-ewwel waħda) ġiet ammonistrata fis-7:31am. Margaret Keenan, li tagħlaq 91 sena l-ġimgħa d-dieħla, qalet li "dan kien l-isbaħ rigal li setgħet tingħata". Din it-tilqima kienet l-ewwel minn 800,000 doża li se jkunu qed jingħataw fil-jiem li ġejjin. B'kollox hemm 4 miljun vaċċin li se jkun amministrat fir-Renju Unit sal-aħħar tax-xahar. Ilbieraħ il-Gvern Malti ħabbar li l-ewwel li se jitlaqqmu se jkunu l-frontliners u l-anzjani li għandhom aktar minn 85 sena. Dan il-vaċċin se jkun qed jingħata lilhom fil-bidu ta' Jannar. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
[ 1, 8, 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/10/paolo-rossi-l-eoj-tat-tim-taljan-fit-tazza-tad-dinja-tal-1982/
Paolo Rossi, l-eroj tat-tim Taljan fit-Tazza tad-Dinja tal-1982
netnews.com.mt
Ftit jiem wara l-mewt ta' Diego Armando Maradona, matul il-lejl li għadda tħabbret il-mewt tal-leġġenda tal-futbol Taljan Paolo Rossi fl-età ta' 64 sena wara li kien marid b'marda terminali. L-aħbar tħabbret fuq il-mezzi soċjali tal-Viċi Direttur ta' RaiSport Enrico Varriale fejn ftit wara kienet ikkonfermata mill-mara tiegħu Federica Cappelletti. Rossi jibqa' mfakkar għall-prestazzjonijiet mill-aqwa tiegħu fit-Tazza tad-Dinja tal-1982 fejn kien temm bħala l-aqwa skorer f'dik l-edizzjoni u l-Italja rebbieħa tat-tielet Tazza tad-Dinja. Paolo Rossi twieled fid-9 ta' Settembru tal-1956 fi Prato l-Italja. Hu għamel l-ewwel passi tiegħu fil-futbol ma' Santa Lucia, klabb fir-reġjun ta' Toscana qabel ma' fl-1972 issieħeb ma' Juventus fejn għamel id-debutt tiegħu f'partita tal-Coppa Italia fl-1973. Il-perjodu tiegħu ma' Juventus kien iddominat minn bosta injuries fejn wara li kien operat tliet darbiet f'irkopptejh issieħeb ma' Como fejn għamel id-debutt tiegħu fis-Serie A. Il-karriera tiegħu ħadet żvolta meta Lanerossi Vicenza ħaduh b'self fejn hemmhekk beda jilgħab bħala attakkant fejn fi tliet staġun skorja 60 gowl f'94 partita fejn fl-istess perjodu ssejjaħ mill-kowċ nazzjonali Taljan Enzo Bearzot sabiex jifforma parti mill-iskwadra tal-Italja għat-Tazza tad-Dinja tal-1978. Ma' Vicenza, Rossi kien skorja 60 gowl f'94 partita Fl-1979/80 ingħaqad ma' Perugia fejn fi 28 partita skorja 13 –il gowl fejn fl-istess staġun kien ħareġ l-iskandlu ta' każijiet ta' mħatri lleglai fil-futbol Taljan magħruf bħala 'Totonero', bl-istess Rossi jkun sospiż għal sentejn fejn kien tilef il-Kampjonati Ewropej tal-1980. Minkejja li kien għadu sospiż, Rossi kien ingħaqad għat-tieni darba ma' Juventus fl-1981 fejn kien kiseb post regolari fit-tim lejn tmiem l-istaġun biex kiseb post fl-iskwadra tal-Italja għat-Tazza tad-Dinja tal-1982 fejn temm bħala l-aqwa skorer u għen lill-Italja tirbaħ it-tielet Tazza tad-Dinja. Paolo Rossi kien issieħeb ma' Juventus għat-tieni darba fl-1981 Wara din it-Tazza tad-Dinja Rossi kompla jilgħab ma' Juventus fejn fl-istaġun tal-1985 issieħeb ma' Milan fejn temm il-karriera tiegħu ma' Hellas Verona fl-istaġun 1986/87. Matul il-karriera tiegħu, Rossi rebaħ l-unuri kollha possibli fejn rebaħ it-Tazza tad-Dinja, ċ-Champions League, darbtejn is-Serie A, l-Coppa Italia u s-Super Cup apparti l-unuri li rebaħ dartejn l-aqwa skorer tas-Serie A u s-Serie B, il-Ballun tal-Fidda fit-Tazza tad-Dinja tal-1978 u ż-Żarbun tad-Deheb u l-Ballun tad-Deheb fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1982. Il-funeral ta' Rossi se jsir għada f'Vicenza b'bosta juru s-sobgħa għall-mewt tiegħu fosthom il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte fejn iddeskriva lil Rossi bħala simbolu tal-futbol Taljan
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/09/kburi-bil-knisja-li-sawritni-kardinal-mario-grech/
"Kburi bil-Knisja li sawritni" – Kardinal Mario Grech
netnews.com.mt
Inħossni kburi li nagħmel parti mill-Knisja Maltija u ċertament li se nibqa' niftakar fil-ħafna tajjeb li hawn fil-qlub ta' bosta li jagħmlu parti minn din il-Knisja Missjunarja, li tiftaħ qalbha għall-ġid tal-Ispirtu. Kliem il-Kardinal ġdid, Mario Grech, fl-Omelija tiegħu waqt il-Konċelebrazzjoni Solenni ta' Radd il-Ħajr għall-ħatra tiegħu, fil-Konkatidral ta' San Ġwann. Il-Kardinal kompla li f'Ġesù Kristu, għandna nsibu l-mistrieħ mill-madmad li kull wieħed u waħda minnha – xi darba jew oħra – inħabbtu wiċċna miegħu, b'kull forma u piż tul il-mixja ta' ħajjitna. Il-Monsinjur Grech insista li għandna bżonn niftħu aktar qalbna għal Ġesù Kristu u nsiru nafuh aħjar. Għaldaqstant, appella lill-komunità ekkleżjali biex jagħmlu l-qabża li hemm bżonn fil-mixja tal-Knisja Kattolika, filwaqt li insista li l-Knisja m'għandhiex tibqa' taħt il-perċezzjoni f'għajnejn il-poplu bħala l-Gwardjana tal-Etika iżda dik li twassalna għal Ġesù. Fakkar li hemm baħar jaqsam bejn stqarrija ta' fidi u prattika bejn ħajja personali u pubblika għax, fi kliemu, din hi reliġjożità u mhux reliġjon. Il-Kardinal Grech – li hu wkoll is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet – saħaq li jemmen li għall-mument il-Knisja għandha tirtira minn ċerti oqsma biex verament insaħħu aktar it-twemmin tagħna. Hu sellem lill-kongrezzjoni preżenti bi kliem il-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni meta żar pajjiżna l-ewwel darba u wiegħed li se jħeġġeġ lill-Papa Franġisku biex anke hu jiġi jżurma. Matul iċ-ċelebrazzjoni, il-Kardinal il-ġdid kien assistit fost l-oħrajn mill-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna u n-Nunzju Appostoliku Alessandro D'Errico. Fi tmiem il-Quddiesa, l-Arċisqof Scicluna sellem u rringrazzja lill-Kardinal Grech, filwaqt li ppreżentalu pittura, li turi lill-Madonna tal-Istennija – Omm in-Nisrani tmelles żaqqha waqt li tistenna li twelled lil binha Ġesù. Preżenti fil-Konkatidral, fost l-oħrajn, l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u s-Sinjura Grech, kif ukoll il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Vella.
[ 13 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/12/draw-gust-bejn-lija-u-mosta/
Draw ġust bejn Lija u Mosta
netnews.com.mt
Lija A……………….1 Mosta……………….1 Lija A : L. Bonnici, L. Gusso, L. Muscat, I. Borg, D. Scerri, E. Beu, H. Wood, M. Jimenez, C. Giordimaina, N. Mc Laren, V. Alhinho (N. Micallef 82') Mosta : H. Mafoumbi, N. Braunovic (J. Bezzina 71'), D. Debono (L. Portelli 46'), S. Martinez (G. Sciberras 61'), C. Ememe, C. Faila, T. Farrugia, R. Morisco, Z. Brincat, B. Kaljevic, K. Tulimieri Referee: T. Farrugia Cann Assistenti refrees : A. Camilleri, P. Apap Lija Athletic u Mosta temmew fi draw ta' 1-1, riżultat li kien ġust għaż-żewġ timijiet. Mosta kienu għadhom ġejjin minn serje ta' riżultati pożittivi fosthom ir-rebħa kontra c-champions Floriana u d-draw ta' 2-2 kontra Valletta. Lija minkejja li l-prestazzjonijiet tagħhom kienu qed ikunu tajbin, ir-riżultati baqgħu ma waslux, kif ġara fl-aħħar partita kontra Żejtun Corinthians hekk kif sofre żewġ gowls f'żewġ minuti. L-ewwel taqsima, kienet mingħajr azzjonijiet denji ta' nota u ta' periklu. It-tieni taqsima li ntlagħbet f'xita kontinwa kienet aħjar u fl-54 minuta, Erjon Beu seta' fetaħ l-iskor għal Lija meta minn pass fit-tul daħal fil-kaxxa iżda minn pożizzjoni angolata ra lil Mafoumbi jsalva. Lija fetħu l-iskor mas-siegħa logħob meta minn cross minfuq il-lemin, kien ERJON BEU li b'daqqa ta' ras b'saħħitha xeħet fir-rokna ta' fuq tax-xibka. Mosta rreaġixxew fl-74 minuta ġabu l-iskor indaqs meta minn pass tajjeb ta' Ememe, kien ZACHARY BRINCAT li kkonkluda fil-baxx għal wara Bonnici.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/09/jallegaw-imgieba-irresponsabbli-mic-chairperson-tal-bord-tal-professjoni-tal-inginerija/
Jallegaw "imġieba irresponsabbli" miċ-Chairperson tal-Bord tal-Professjoni tal-Inġinerija
netnews.com.mt
Żewġ membri eletti fuq il-Bord tal-Professjoni tal-Inġinerija ressqu protest ġudizzjarju kontra ċ-chairperson tal-bord, u talbu biex jitwaqqaf minnufih fl- "imġieba irresponsabbli" tiegħu li fl-aħħar mill-aħħar kienet ta' detriment għall-professjoni. Samuel Bonanno u Brian Micallef, tnejn mit-tliet inġiniera eletti fil-bord għal mandat ta' sentejn, wara vot rekord ta' parteċipazzjoni f'Awwissu, ressqu l-protest, wara sejħiet ripetuti liċ-chairperson, Noel Camilleri, ma tahx każ. Eletti taħt "mandat ċar u inekwivoku," ix-xogħol tal-partijiet li pprotestaw fuq il-bord kien li jiġi żgurat li jinżamm livell akkademiku għoli fost il-kandidati kollha li japplikaw għal warrant. Madankollu l- "attitudni ta 'esklużjoni" persistenti, mill-President fir-rigward tagħhom, kienet tfisser li t-talbiet kollha tagħhom kienu qed jiġu rrifjutati u injorati. Diversi sejħiet formali għal dokumenti meħtieġa biex jiġu skrutinizzati l-livelli akkademiċi tal-korsijiet tal-inġinerija tal-MCAST, ma rnexxilhomx jipproduċu l-burokrazija mitluba, sabiex, tliet xhur wara rapporti minn konsulenti barranin, minuti tal-laqgħat preċedenti tal-bord u dokumenti oħra relatati, kienu għadhom mhux disponibbli. Huma kienu talbu wkoll introduzzjoni dettaljata għax-xogħol imwettaq mill-bord taħt il-kompożizzjoni preċedenti tiegħu, iżda dak ukoll ġie miċħud. Mill-ewwel laqgħa tal-bord li għaliha attendew il-membri l-ġodda eletti fit-28 ta 'Settembru, ma ġew diskussi u approvati l-ebda minuti, u l-ebda deċiżjoni, inkluż kwalunkwe relatata mal-korsijiet tal-MCAST, ma kienet soġġetta għal vot. Waqt li ffokaw fuq il-kors ta' kwalifikazzjoni ta' pre-warrant (PWQC), maħsub biex jindirizza n-nuqqasijiet fil-korsijiet ta 'inġinerija tal-passat fl-MCAST, il-partijiet li pprotestaw irrimarkaw li dan il-kors ma jissodisfax ir-rekwiżiti akkademiċi stabbiliti taħt il-linji gwida ppubblikati mill-bord. Sakemm il-kwistjoni ma ġietx indirizzata, il-gradwati tal-MCAST x'aktarx jiffaċċjaw diffikultajiet meta jidħlu fl-industrija jew meta jkunu qed ifittxu li jkomplu l-istudji tagħhom fil-livell ta 'wara l-gradwazzjoni. L-Appellanti qalu li s-sitwazzjoni attwali talbet diskussjoni immedjata fil-livell tal-bord u konsultazzjoni sussegwenti mal-partijiet interessati kollha. Iżda minflok, iċ-chairperson kien "jimponi lilu nnifsu" fuq il-bord, jadotta "attitudni ta 'esklużjoni" lejn il-membri eletti, waqt li jaġixxi lil hinn mill-poteri tiegħu "b'mod arbitrarju u mhux professjonali għad-detriment tal-professjoni ta' inġinerija." Fid-dawl ta' dan kollu, iż-żewġ inġiniera talbu biex immedjatament jieqfu minn" imġieba irresponsabbli "bħal din, biex jippermettu aċċess għad-dokumenti mitluba, jagħmlu konsultazzjonijiet effettivi u jiddikjaraw il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-korsijiet tal-inġinerija tal-MCAST bħala nulli u bla effett. Quddiem attitudni "abbużiva u diviżiva" bħal din, il-partijiet iddikjaraw formalment li kienu qed jiddisassoċjaw lilhom infushom, filwaqt li talbu liċ-chairperson biex jieqaf u jżommuh responsabbli biss jekk is-sejħiet tagħhom ma jiġux meqjusa. Il-protest ġudizzjarju, ippreżentat fil-Prim'Awla, Qorti Ċivili, ġie ffirmat mill-avukat Daniela Azzopardi Bonanno.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/11/il-kultura-trid-titqies-bhala-wiehed-mill-aspetti-fundamentali-tal-izvilupp-sostenibbli-bernard-grech/
Il-kultura trid titqies bħala wieħed mill-aspetti fundamentali tal-iżvilupp sostenibbli – Bernard Grech
netnews.com.mt
"Ċertament li qatt ma nistgħu nabbandunaw dan il-qasam li jifforma parti mill-kultura Maltija. Żmien aħjar jinsab fil-viċin u jeħtieġ li nkunu ppreparati biex nattiraw dan l-investiment lejn pajjiżna." Hekk qal il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f'laqgħa li kellu llum mal-Malta Entertainment, Industry & Arts Association. Fil-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista li nissaħħu flimkien, jeħtieġ li pajjiżna jifhem l-importanza tas-settur tal-kultura u mhux iwarrabha fil-ġenb waqt il-pandemija tal-COVID-19 bħalma warrab l-oqsma tal-edukazzjoni, tat-turiżmu u tal-anzjani. Dan il-Gvern li nesa totalment is-settur tal-kreattivita', mużika, teatru, performers u produtturi tant li fil-baġit li għadda ma ħabbar l-ebda miżura iżda kliem fieragħ biss. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-kultura wkoll trid tkun fiċ-ċentru tal-politika li nipprattikaw u importanti għall-benesseri ta' kull wieħed u waħda minna. "Għalhekk il-kultura trid titqies bħala wieħed mill-aspetti fundamentali tal-iżvilupp sostenibbli u tissarraf fi kwalita' ta' ħajja aħjar," qal Bernard Grech. Id-delegazzjoni tal-Malta Entertainment, Industry & Arts Association kienet immexxija mill-President Howard Keith Debono u l-Viċi President Toni Attard.
[ 2 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/08/santa-lucia-jibhu-fuq-sirens-fl-ahhar-hinijiet/
Santa Lucia jirbħu fuq Sirens fl-aħħar ħinijiet
netnews.com.mt
Matthias Mizzi Sirens. ………………0 Santa Lucia………. 2 Sirens: M. Montfort, R. Grech ('82 R. Scicluna), R. Dos Anjos, M. Maia, W. Domoraud, J. Walker ('60 L. Grech), A. Borg, S. Tounkara, T. Agius, M. Bustos (R. Menezes), T. Espindola Santa Lucia: C. Farrugia, T. Tabone, A. Prates Rodrigues, K. Correia, A. Magri, L. Motta ('88 L. McKay), A. Da Silva, K. Ante, L. Filho, J. Vella Critien (M . Camilleri), K. Xuereb Imwissija: SIR : '77 R. Grech STL : '90 M. Camilleri Skorjaw: SIR: '85A. Magri Overend, '90 +1 K. Ante Rosero Referee: Slobodan Petrovic Assistenti Referees: Christopher Francalanza & Mark Ciantar Raba' Uffiċjal: Malcolm Spiteri Santa Lucia jirritornaw għar-rebħ b'żewġ goals fl-aħħar ħinijiet tal-partita, filwaqt li tintemm is-serje ta' riżultati pożittivi għal Sirens. Tlett ijiem biss wara li kienu impenjati fi tmiem il-ġimgħa, iż-żewġ timijiet kellhom l-istess ammont ta' punti fil-klassifika qabel dan il-konfront, madankollu Sirens b'logħba inqas. It-tim immexxi minn Stephen D' Amato kien ġej minn rebħa konvinċenti fuq Gżira United filwaqt li s-Saints tilfu kontra l-ġirien Hibernians. F'bidu kwiet u bbilanċjat, azzjoni personali minn Maia Maxuell ħolqot periklu kbir fil-kaxxa opposta, bil-konklużjoni ġiet iddevjata f'corner. Man-nofs siegħa logħob Sirens ġew imċaħħda milli marru fil-vantaġġ wara li t-terna arbitrali ħassret il-goal għal offside. Fil-kumplament tal-ewwel taqsima l-azzjonijiet perikolużi miż-żewġ timijiet kienu minimi sabiex wara 45 minuta logħob l-iskor kien għadu ma nfetaħx. Ftuħ it-tieni taqsima u Farrugia ddevja żewġ azzjonijiet f'corner, daqqa ta' ras b'saħħitha minn Wilfred Domoraud u xutt minn Ryan Grech rispettivament. Ir-ritmu tal-partita kompla f'wieħed kajman biż-żewġ timijiet sabuha diffiċli biex ikkreaw l-ispazju. Madankollu kellhom ikunu ħames minuti mit-tmiem, biex Rosero ddefenda tajjeb il-ballun b' Adam Magri Overend daħal tajjeb u fetaħ l-iskor. St. Lucia għamlu biċ-ċert bir-rebħa tagħhom fil-ħin barrani meta fuq kontrattakk, Rosero xxutja fil-baxx u għamel ir-riżultati finali tal-partita 2-0.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/10/tama-li-l-istadiums-fl-ingilterra-jimtlew-bil-partitarji-sal-harifa-tas-sena-d-diehla/
Tama li l-istadiums fl-Ingilterra jimtlew bil-partitarji sal-ħarifa tas-sena d-dieħla
netnews.com.mt
Is-Segretarju tal-Kultura Ingliż Oliver Dowden qal li jittama l-istadiums ikunu jistgħu jimtlew bil-partitarji sal-ħarifa tas-sena d-dieħla. Dan wara li fl-aħħar jiem fl-Ingilterra beda jitqassam il-vaċċin kontra l-imxija tal-coronavirus. Minn wara t-tieni lockdown nazzjonali fl-Ingilterra li ntemm fit-2 ta' Diċembru, sa massimu ta' 4,000 partitarju bdew jitħallew jidħlu fl-istadiums u attivitajiet li jsiru fil-miftuħ f'żoni li huma meqjusa bħala ta' riskju baxx. Sa massimu ta' 2,000 persuna qed jitħallew jidħlu fl-istadiums li jinsabu f'żoni mmarkati bħala numru 2 filwaqt li ħadd ma huwa jitħalla jidħol fiż-żoni li huma meqjusa ta' riskju għoli. Dowden rrimarka wkoll li xorta waħda se jkun assigurat li jiġu rispettati l-miżuri ta' mitigazzjoni li jkunu mpost fl-Ingilterra sa dak iż-żmien.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/08/rebha-drammatika-ghal-starlites-gig/
Rebħa drammatika għal Starlites GIG
netnews.com.mt
minn Colin Schembri Hibernians 80 Starlites GIG 82 (8-21)(17-34)(29-14)(26-23) Starlites GIG u Hibernians offrew partita mill-isbaħ fejn kienet ħasra li partita bħal din tintlagħab mingħajr pubbliku. Fl-aħħar erba' attakki, l-vantaġġ bidel l-idejn erba' darbiet fi ftit inqas minn minuta u kienet l-aħħar trippla ta' Alec Felice Pace li ddeċidiet il-partita fl-aħħar sekonda. Starlites deheru li qiegħdin jikkontrollaw il-partita meta kienu 21 punt minn fuq fil-ftuħ tat-tieni sessjoni però sofrew ir-rimonta tal-Pawlisti li reġgħu fetħu l-partita beraħ fl-aħħar taqsima, bir-riżultat inċert sal-aħħar sekondi. Starlites mal-ewwel fetħu tajjeb u bil-punti ta' Felice Pace, Robert Bonnici u Travis Mcconico marru 8-2 minn fuq. Wara li Hibs kellhom risposta minn Ivan Demcesen u David Bugeja, Starlites temmew is-sessjoni bi break ta' 9-0 bil-punti ta' Robert Ahearn, Matthew Scerri u Jack Zammit fost l-oħrajn għal skor ta' 21-8. Starlites komplew bl-istess andament fit-tieni taqsima hekk kif fetħu b'run oħra ta' 14-4 bi trippla ta' Mcconico. Hibs wieġbu b'żewġ baskets ta' Demcesen però punti ta' Bonnici u trippla ta' Ian Felice Pace ħallew lil Starlites fuq quddiem 42-18. Hibs kellhom mument tajjeb b'seba' punti mingħajr risposta però kienu Starlites li għalqu l-perjodu bi trippla ta' Scerri għal skor ta' 45-25. Fit-tielet perjodu, Scerri fetaħ bil-punti għal Starlites għal vantaġġ ta' 21 punt 50-29. Hawn Hibs bdew ir-rimonta tagħhom fejn approfittaw mill-fatt li Mcconico kkometta r-raba' foul u kellhu jinbidel. Hibs għamlu break ta' 14-0 bil-punti ta' Demcesen, Bugeja u trippla ta' Nikola Vasovic. B'Mcconico lura fuq il-court, Starlites reġgħu sabu l-basket però Hibs komplew jersqu viċin bil-punti ta' Marco Matijevic u waslu sa' tlett punti 'l bogħod 54-57. Starlites għalqu l-perjodu bil-punti ta' Mcconico għal skor ta' 59-54. Fl-aħħar taqsima Hibs irnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs 61-61 wara punti minn Anton Axiaq u Bugeja. Run ta' 10-4 minn Starlites tathom ftit tan-nifs hekk kif reġgħu fetħu vantaġġ ta' sitt punti 71-65. Għal darbtejn, Hibs naqqsu d-distakk għal basket u minuta mit-tmiem marru għall-ewwel darba minn fuq 77-76 wara basket ta' Axiaq. Scerri poġġa lul Starlits minn fuq bi trippla però Vasovic ukoll għamel trippla fl-attakk ta wara biex Hibs reġgħu marru minn fuq. Kien għad fadal ftit sekondi u Starlites kellhom il-pusess u wara li dawwru l-ballun, Alec Felice Pace għamel l-aħħar three pointer li rregalha r-rebħa lil Starlites fuq skor ta' 82-80. Hibernians: P. Attard, D. Bugeja 10, K. Caruana 2, L. Farrugia, K. Dimech 5, N. Cassar, N. Vasovic 21, A. Axiaq 8, M. Matijevic 14, M. Attard, I. Demcesen 26. Starlites GIG: A. Felice Pace 17, J. Zammit 2, R. Bonnici 9, I. Felice Pace 8, M. Fabri, M. Vella, M. Scerri 13, R. Carabott 2, M. Formosa, T. McConico 20, A. Xuereb, R. Ahearn 11 Referees : Luke Camilleri, Kamil Dworniczak, Vladimir Nikolic Riżultati ta' llum BOV Irġiel KO Kwarti Final : Hibs 81 BUPA Luxol 84 MAPFRE MSV Life Nisa KO S/Final Hibs 68 -Caffe Moak Luxol 60, ARMS Depiro 34 Starlites Naxxar GiG 70 Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/09/sigra-gholja-60-pied-miksija-b4500-flixkun-tal-hgieg-fghajnsielem/
Siġra għolja 60 pied miksija b'4,500 flixkun tal-ħġieġ f'Għajnsielem
netnews.com.mt
Attrazzjoni unika oħra għall-Milied mill-Kunsill Lokali t'Għajnsielem Attrazzjoni unika oħra fil-lokalità t'Għajnsielem għal żmien il-Milied hekk kif il-Ħamis, il-Kunsill Lokali t'Għajnsielem fis-7.15pm se jinawgura siġra unika tal-Milied, b' għoli ta' 60 pied magħmula minn struttura tal-ħadid u miksija b' aktar minn 4500 flixkun tal-ħgieg. Din il-kobor ta' siġra ġiet installata f'post prominenti fiċ-ċentru t'Għajnsielem quddiem il-Knisja Arċipretali tal-Madonna ta' Loretu bħala tislima lill-vittmi u l-eroj tal-Covid-19. Din l-inizjattiva setgħet issir wara sejħa li saret mill-Kunsill lill-Għajnselmiżi sabiex jikkontribwixxu huma stess bil-fliexken u fl-istess waqt flimkien iwasslu messaġġ pożittiv favur l-ambjent u r-riċiklaġġ.
[ 2, 7 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/06/covid-19-zewg-vittmi-ohra-97-kaz-pozittiv-gdid/
COVID-19: Żewġ vittmi oħra; 97 każ pożittiv ġdid
netnews.com.mt
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani mietu bil-COVID-19 biex b'hekk it-total ta' vittmi issa tela' għal 151. Fl-ewwel każ, anzjan ta' 69 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta' Novembru, miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei. Fit-tieni każ, anzjan ta' 81 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta' Novembru, miet dalgħodu fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Intant, fl-aħħar 24 siegħa f'pajjiżna ġew irreġistrati 97 każi oħra ta' COVID-19. Min-naħa l-oħra, fl-aħħar sigħat fortunatament fiequ 107 persuna oħra. B'hekk, meta wieħed iqis ukoll lill-149 li s'issa huma rrappurtati li tilfu ħajjithom kawża tal-virus, isib li l-każi attivi huma 1,979. Il-każijiet irreġistrati llum għadhom qed jiġu investigati. Mill-każijiet tal-bieraħ 22 każ huma minn membri tal-familji ta' każijiet passati, tmien każi kellhom kuntatt ma' kollegi tax-xogħol pożittivi, tnejn oħra kellhom kuntatt dirett ma' persuna pożittiva, u żewġ każi oħra ħarġu minn attivitajiet soċjali.
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/26/massakru-ta-l-fuq-minn-200-persuna-fl-etjopja/
Massakru ta' 'l fuq minn 200 persuna fl-Etjopja
netnews.com.mt
Fl-Afrika 'l fuq minn 200 persuna mietu f'massakru li seħħ fl-Etjopja, fil-villaġġ ta' Bekonji li jinsab qrib il-fruntiera mas-Sudan. Rapporti minn uffiċjali tas-Salib l-Aħmar indikaw li difnu mal-207 persuna li kienu residenti f'dan il-villaġġ u 15-il katavru ta' dawk li wettqu l-attakk. Huwa maħsub li fl-aħħar jiem miz-zona qrib il-fruntiera bejn l-Etjopja u s-Sudan ħarbu 'il fuq minn 30,000 elf persuna biex jevitaw dawn il-konflitti li kull ma jmur qed jiħraxu. L-awtoritajiet qalu li fl-aħħar sigħat żdiedet it-tensjoni f'dan ir-reġjun wara differenzi kulturali li hemm fiz-zona b'dan iwassal għal dan il-massakru deskritt bħala wieħed mill-aktar kiefra.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/23/bouncer-li-agredixxa-persuna-jiskappa-l-habs-minhabba-l-kondotta-u-r-rabtiet-li-ghandu-mal-komunita/
Bouncer li agredixxa persuna jiskappa l-ħabs minħabba l-kondotta u r-rabtiet li għandu mal-komunità
netnews.com.mt
Il-Qorti tal-Appell Kriminali naqqset sentenza ta' sitt xhur ħabs fil-konfront ta' bouncer Serb għal waħda sospiża minkejja li kkonfermat is-sentenza mill-ewwel Qorti dik li ġie misjub ħati li kkaġuna ġrieħi gravi fuq persuna. Il-Bouncer kien instab ħati mill-Qorti tal-Maġistrat li kien ġera wara raġel u sawwtu b'lembuba f'Paceville. Rapport li sar minn uffiċjal tal-probtion ġie kkunsidrat bir-reqqa mill-Imħallef Aaron Bugeja li qal li Aleksandar Stanojcic m'għandux jingħata piena karċerarja minħabba r-rabta mal-familja li għandu u li jinsab fi triq it-tajba. Il-Qorti qablet u qalet li fid-dawl tal-kondotta nadifa tiegħu, r-rabtiet li għandu sodi mal-komunità, u d-dispożizzjoni tiegħu li jaħdem għalih innifsu u għall-familja tiegħu, is-soċjetà tibbenefika aktar minn żmien sospiż ta' priġunerija f'dan il-każ, u dan minħabba li l-azzjonijiet ikunu taħt kontroll għal żmien twil fil-ġejjieni. Il-Bouncer li llum għandu 22 sena kellu l-piena ta' sitt xhur ħabs sospiża għal erba' snin. Huwa kien instab ħati li sawwat lill-vittma permezz ta' lembuba f'Paceville. Fil-Qorti ħareġ li l-bouncer kien jaħdem mingħajr liċenzja. Il-Qorti tal-Appell qalet li kkonvertit il-piena imposta fuq il-Bouncer kif ġie ssuġġerit mill-uffiċjal tal-probation u għar-raġunijiet li dan isemmi fir-rapport tiegħu. Is-sentenza ta' ħabs mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati għandha tinżamm billi din tirrifletti l-gravità taċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kundannabbiltà tal-azzjonijiet tiegħu għandhom jibqgħu fis-seħħ. Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-kondotta nadifa tiegħu, r-rabtiet qawwija tiegħu mal-komunità, u d-dispożizzjoni tiegħu li jaħdem għalih innifsu u għall-familja tiegħu, is-soċjetà tibbenefika aktar minn terminu sospiż ta' priġunerija f'dan il-każ, minħabba li azzjonijiet tiegħu ikunu taħt kontroll għal żmien twil fil-ġejjieni. Il-każ imur lura għall-11 t'Awwissu tal-2015, meta Aleksandar Stanojcic kien qed jaħdem bħala bouncer barra stabbiliment f'St Rita Steps, qrib ħanut tal-ikel. Minn hemm kien għaddej Yasin Ahmed Elhilali, li waqaf ikellem lill-ħaddiema fil-ħanut tal-ikel. Elhilali xehed li dak il-ħin Stanojcic qallu biex jibqa' sejjer, u Elhilali ried ikun jaf għalfejn. Minn hawn inqala' argument bejn iż-żewġt irġiel, b'Elhilali jgħid li ra lil Stanojcic jagħfas l-'earpiece', u assuma li kien qed isejjaħ lil bouncers sħabu. Jgħid li f'daqqa u l-ħin Stanojcic u bouncer ieħor marru jiġru għal fuqu, u huwa ħarab lejn l-istabbiliment Burger King. Elhilali kien qal li laħquh u mbuttawh mal-art, bi Stanojcic jagħtih fuq rasu b'lembuba u l-bouncer l-ieħor li jagħtih bis-sieq f'wiċċu u fl-istonku. Żewġ pulizija li kienu qed jagħmlu ronda f'Paceville xehdu li raw grupp ta' bouncers jiġru fit-triq, u li meta sabu lil Elhilali mal-art, dan indikalhom lil Stanojcic bħala l-aggressur. Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Trevor Micallef, qalet li fl-istqarrija li ta lill-Pulizija Stanojcic ammetta li kien ta daqqiet bil-lembuba lil Elhilali, iżda qal li kien għamel dan għax Elhilali tah daqqa b'tazza fi spalltu. Xehed ukoll sid l-istabbiliment li jinsab faċċata ta' fejn kien qed jaħdem Stanojcic, li min-naħa tiegħu qal li kien ra lil Elhilali jagħti daqqa ta' ponn lil Stanojcic qabel ma t-tnejn li huma telqu jiġru. Il-Qorti tal-Appell qalet li l-Ewwel Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, kienet korretta meta qalet li x-xhieda tal-vittma hija iktar kredibbli għax konsistenti u sostnuta mill-Pulizija. Qalet li rrelevanti minn dak li seħħ fit-taraġ, Stanojcic ma kienx qed jaġixxi biex jiddefendi lilu nnifsu, għax kien hu li telaq jiġri wara Elhilali. Fid-deċiżjoni tagħha l-Ewwel Qorti kienet ikkunsidrat fuq naħa l-ġrieħi gravi li ġarrab Elhilali u fuq naħa oħra l-fatt li Stanojcic għandu kondotta nadifa. Il-Qorti tal-Appell ma qablitx ma' dan u qalet li jkun aktar ta' ġid li kieku s-sentenza ta' ħabs tkun sospiża. Huwa kien immultat ukoll €500 li kienet ukoll ikkonfermata fl-Appell. Il-Qorti kkonfermat ukoll il-ħtija tas-Serb li ħadem bħala bouncer meta ma kellux liċenzja. Aleksandar Stanojovic kien appella kontra din is-sentenza fejn talab lil din il-Qorti biex tbiddel l-imsemmija sentenza u li din tvarja l-piena kkawżata u minflok tiġi applikata piena iktar xierqa. Il-Qorti minkejja li xorta sabitu ħati xorta waħda varjat il-piena. L-akkużat ammetta li sawwat lill-vittma u li iżda wkoll kien hemm persuni oħra li sawwtu lill-vittma bil-prosekuzzjoni ma tagħtix prova li kien l-akkużat li fil-fatt sawwat lill-vittma minħabba li kien hemm tliet persuni li mdawra mal-vittma. Il-Qorti kkwotat sentenza oħra simili fil-Qrati Maltin fejn qalet li ma tistax tinjora is-social enquiry report imħejji f'dan l-istadju ta' reviżjoni mill-Ufficjal tal-Probation. Illum jidher ukoll li l-appellanti huwa mizzewweg u għandu familja. Għandu ħajja stabbli u impjieg regolari. Sentenza ta' ħabs mhux se tgħinu biex jirriforma ruħu, u biex jigi evitat ir-ripetizzjoni ta' reati simili, l-Qorti biddlet it-terminu ta' inkarċerazzjoni f'perijodu ta' sospensjoni biex b'hekk jkollu l-appoġġ ta' nies professjonali jekk iħoss li jenħtieg l-għajnuna. Għal Stanojcic deheru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/27/stati-uniti-l-ispluzjoni-ta-nashville-xaktarx-li-kienet-azzjoni-suwicida/
Stati Uniti: L-isplużjoni ta' Nashville x'aktarx li kienet azzjoni suwiċida
netnews.com.mt
L-Uffiċjali li qed jinvestigaw l-isplużjoni pjuttost misterjuża ta' Jum il-Milied f' Nashville (Tennessee) indikaw li l-każ, x'aktarx, kien jinvolvi azzjoni suwiċida. L-isplużjoni kienet qerdet vettura tat-tip camper van u l-investigaturi, fl-aħħar sigħat, evalwaw is-sejba ta' xi fdalijiet umani qrib is-sit, fost it-testijiet tad-DNA intiżi biex jitfgħu dawl fuq il-każ. Saret ukoll tfittxija fir-residenza ta' 'persuna li qed tinteressa lill-awtoritajiet' fl-inħawi ta' Antioch, li hu subborg ta' Nashville. L-isplużjoni ta' Jum il-Milied ħalliet numru ta' midruba minbarra li ħarbtet lis-sistema tal-komunikazzjonijiet f'Tennessee u f'erba' Stati Amerikani oħra. Baqa' ma ssemmiex l-iskop ewlieni wara l-isplużjoni, bl-ebda individwu jew grupp ma jassumi responsabbiltà – b'numru ta' negozji u personalitajiet tax-xandir joffru (bejniethom) il-mijiet tal-eluf tad-dollari biex jinqabdu t-talin responsabbli. Intant, l-investigaturi huma aktar disposti li jemmnu li l-isplużjoni kienet, fil-fatt, 'suicide bombing' – bis-sorsi mal-istazzjon tal-aħbarijiet CNN isostnu li l-aġenti tal-FBI mhumiex ifittxu għal xi suspettat ieħor wara s-sejba tal-fdalijiet umani. Dan fost it-teorija ewlenija li l-persuna li wettqet l-isplużjoni tilfet ħajjitha fl-istess azzjoni.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/23/l-inkjesta-dwar-il-kuntrabandu-taz-zejt-ghadha-pendenti/
L-inkjesta dwar il-kuntrabandu taż-żejt għadha pendenti
netnews.com.mt
Uffiċjal tal-Pulizija qal li l-Inkjesta Maġisterjali dwar il-kuntrabandu taż-żejt għadha pendenti. L-Ispettur James Turner li kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-provi kontra Shawn Higgins li jinsab akkużat li ffaċilita l-ħasil tal-flus għall-kapijiet tiegħu li wkoll għaddejin proċeduri fil-Qorti. Dawn il-persuni, l-kummerċjant tal-fjuwil Gordon Debono u martu, Yvette, li allegatament permezz tar-rwoli tagħhom bħala Diretturi ta' 11-il kumpanija, li kollha ġew elenkati bħala akkużati u kellhom ordni ta' ffriżar imposti fuqhom F'seduta preċedenti, il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras semgħet kif Higgins sarraf madwar €6.2 miljun f'ċekkijiet li nħarġu f'ismu. Il-flus ġew iddepożitati fil-kontijiet bankarji ta' Petroplus, il-kumpanija li għaliha kien jaħdem. Turner qal li l-investigazzjoni bdiet meta l-Pulizija bdiet tħares lejn il-kuntrabandu possibbli tal-fjuwil u l-evażjoni tat-taxxa. Tenna li Inkjesta Maġisterjali għadha pendenti. Fi tmiem is-seduta, il-Qorti laqgħet it-talba ta' Higgins għall-pleġġ fuq depożitu ta' €12,000 u garanzija personali ta' €48,000. Huwa ġie ordnat ukoll jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija darbtejn kuljum u jkun id-dar bejn id-9pm u s-7am. L-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għal Higgins. L-Ispetturi Joseph Xerri, Omar Caruana u James Turner qed imexxu l-Prosekuzzjoni, flimkien mal-avukati Elaine Mercieca u Cinzia Azzopardi Alamango mill-uffiċċju tal-AG.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/23/eluf-ta-ewro-foggetti-tad-ditta-nstabu-fid-dar-ta-koppja-mixlija-bhasil-ta-flus/
Eluf ta' ewro f'oġġetti tad-ditta nstabu fid-dar ta' koppja mixlija b'ħasil ta' flus
netnews.com.mt
Għalliem tas-sewqan u 'hairdresser' investigati fuq evażjoni tat-taxxa kellhom eluf ta' ewro f'oġġetti tad-ditta fid-dar tagħhom fil-Mosta. Dawn jinkludu arloġġi Rolex, handbags Louis Vuitton kif ukoll oġġetti oħra ta' Dolce u Gabbana u Gucci. L-Ispettur tal-Pulizija Keith Mullan, mit-Taqsima tal-Ħasil ​​tal-Flus spjega kif l-oġġetti nstabu waqt tfittxija li għamlu l-Pulizija wara li kisbu mandat ta' arrest u tfittxija bħala parti mill-investigazzjonijiet tagħhom dwar evażjoni tat-taxxa wara li l-istil ta' ħajja tagħhom u l-ilbies tad-diita ma kienux jirrispekkjaw id-dħul iddikjarat tagħhom. Huwa kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-provi kontra Clint Vella ta' 35 sena u Sylvana Fenech ta' 34 sena li ġew investigati mill-Pulizija wara tip-off li ma kinux qed jiddikjaraw id-dħul sħiħ tagħhom. Anki jekk l-investigazzjoni kienet fuq evażjoni tat-taxxa, il-koppja ġiet akkużata b'ħasil ta' flus, bl-Ispettur jikkonferma li l-Pulizija m'għandhom l-ebda informazzjoni li l-flus ġew minn xi reat kriminali ieħor bħat-traffikar tad-droga, traffikar ta' armi jew prostituzzjoni. L-istil ta' ħajja tal-koppja, li deheret tistona mad-dħul tagħhom, wassal lill-Pulizija biex jagħmlu għassa fuqhom u wara akkużawhom li mill-investigazzjonijiet irriżulta li ma kinux qed jiddikjaraw id-dħul sħiħ tagħhom. Fenech, li taħdem bħala parrukkiera, kienet qed tiddepożita madwar €11,000 kull xahar, filwaqt li Vella, li huwa għalliem tas-sewqan allegatament kien qed jopera mingħajr liċenzja, u li kellu wkoll depożiti notevoli. Darba ddepożita €90,000 u analiżi tad-dikjarazzjoni bankarja tiegħu żvelat li kien qed jilgħab fuq il-casinos online. Mullan qal li ġewwa l-gwardarobbi tal-koppja, il-Pulizija sabu oġġetti tad-disinjaturi u ġewwa xi wħud mill-boroż, il-Pulizija sabu flus kontanti. Huma saħansitra sabu flus kontanti fil-bwiet ta' wħud mill-ġgieget mdendlin fil-gwardarobba. Huma sabu €4,000 f'ġakketta waħda u kważi €5,000 f'oħra. Fit-TV unit, il-Pulizija sabu ammont ieħor ta' €1,700. Il-Pulizija sabet ukoll djarji mgħottija b'kisja Louis Vuitton li ntużat biex tieħu l-appuntamenti tal-lezzjonijiet tax-xagħar u tas-sewqan kif ukoll diversi pari ta' nuċċalijiet tax-xemx tad-ditta. Ġimgħa qabel l-arrest tagħhom, il-mara kienet xtrat Mercedes ġdida fjamanta għal €24,000. Kien fadal biss €8,000 biex jitħallsu fuq il-karozza. L-Ispettur qal li kważi nofs id-dar tal-Mosta tagħhom tħallsu fi flus kontanti. Huwa qal li l-Pulizija sabu kaxxi taż-żraben mimlijin irċevuti għal oġġetti mixtrija. Kien għaddej eżerċizzju biex jingħaddu kollha. Huwa qal li waqt l-interrogazzjoni tagħha, Fenech wieġbet li ma tistax tiftakar fil-biċċa l-kbira tal-mistoqsijiet li sarulha, inkluż jekk kinitx f'relazzjoni ma' Vella. Hija qalet lill-Pulizija li l-iktar handbag għalja li qatt xtrat kien jiswa €3,000. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb qed jassistu lill-koppja.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/22/punt-kull-wiehed-ghal-sirens-u-mosta/
Punt kull wieħed għal Sirens u Mosta
netnews.com.mt
Sirens……………………..2 Mosta………………………2 Sirens : M. Montfort, O. Wellington, A. Sergio, M. Mifsud (A. Bustos 65′), W. Domoraud, J. Walker, A. Borg, S. Tounkara, R. Scicluna, T. Agius (R. Grech 36′), P. Espindola Mosta : C. Mafoumbi, J. Bezzina, C. Ememe, C. Failla, G. Sciberras, T. Farrugia, R. Morisco, M. Muchardi, B. Kaljevic, K. Tulimieri, J. Rodriguez Referee : P. Farrugia Assistenti referees: A. Camilleri, T. Debono Mosta u Sirens temmew fi draw ta' 2-2. Dan kien is-sitt riżultati konsekuttiv pożittiv għal Mosta filwaqt li għal Sirens li kienu ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi kien it-tielet riżultat pożittiv. Kienu Sirens li fetħu l-iskor wara 38 minuta permezz ta' WILFRED DOMORAUD. Tliet minuti wara Mosta ġabu d-draw permezz ta' RAFAEL MORISCO, biex ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Mosta marru fil-vantaġġ b'gowl ta' CHRIST EMEME. Fit-tieni taqsima, Sirens ħarġu mill-ewwel fuq l-offensive u ġabu d-draw mal-50 minuta logħob permezz ta' OLIVEIRA WELLINGTON biex b'hekk l-partita ntemmet 2-2. B'dan id-draw Mosta telgħu fir-raba' post bi 23 punt filwaqt li Sirens baqgħu fil-ħdax -il post b'16 -il punt.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/23/il-varjant-tal-covid-19-mizuri-li-jippermettu-ftit-movimenti-tan-nies-u-kunsinni-mir-renju-unit/
Il-varjant tal-Covid-19: Miżuri li jippermettu ftit movimenti tan-nies u kunsinni mir-Renju Unit
netnews.com.mt
Il-pajjiżi tal-Ewropa qed jevalwaw l-aħjar miżuri u strateġiji biex jippermettu ftit movimenti tan-nies u kunsinni ta' prodotti mir-Renju Unit. Dan meta l-pajjiżi huma konxji mit-theddida tal-varjant ġdid tal-Covid-19 li feġġ dan ix-xahar fir-Renju Unit u li għandu potenzjal 'ferm akbar' li jinfetta lin-nies. Sadanittant, Franza naqqset il-projbizzjoni għall-ivvjaġġar fir-rigward tar-Renju Unit, meta ċ-ċittadini Franċiżi, iċ-ċittadini Britanniċi residenti fi Franza u s-sewwieqa tat-trakkijiet bil-kunsinni tal-prodotti qed ikunu permessi li jidħlu fi Franza, bil-kundizzjoni li jittestjaw negattiv għall-Covid-19. Fl-istess ħin, il-messaġġ hu wieħed ċar għas-sewwieqa fis-sens li huma bl-ebda mod, 'ma għandhom jippruvaw jersqu lejn il-Port ta' Dover' mingħajr ċertifikat li mgħandhomx il-virus. Fl-aħħar sigħat, numru ta' suldati kienu qed jgħinu lill-ħaddiema mat-taqsima 'Test and Trace' tas-servizzi tas-saħħa biex isiru t-testijiet mill-aktar fis għas-sewwieqa. Madankollu, il-frustrazzjoni fost is-sewwieqa wasslet għal diversi konfronti jaħarqu — u ġlied — mal-pulizija qrib il-port. Is-Segretarju Britanniku responsabbli mill-Komunitajiet, Robert Jenrick, wissa li jistgħu jgħaddu l-ġranet sakemm jiċċaqalqu t-trakkijiet li qed jiffurmaw serbut twil ħafna fil-port ta' Dover. It-trakkijiet ( lorries ) ilhom 'paralizzati' mindu, nhar il-Ħadd, ingħalqet il-fruntiera ta' Franza mar-Renju Unit minħabba l-biża' dwar il-varjant ġdid tal-Covid-19. Fi żviluppi oħra, l-Olanda neħħiet il-projbizzjoni 'għad-dħul tan-nies mir-Renju Unit' dment li huma jippreżentaw ċertifikat li testjaw negattiv għall-coronaviris. Madankollu, Singapore, fl-aħħar sigħat, issieħbet ma' aktar minn 50 pajjiż li qed jimponu r-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar mir-Renju Unit fid-dawl tal-kriżi għas-saħħa. Dan meta l-Ministri Britanniċi qed jikkunsidraw li jestendu l-ogħla stat ta' limitazzjoni għall-movimenti tan-nies f'aktar zoni u reġjuni tal-Ingilterra. Is-sitwazzjoni fir-Renju Unit għadha inċerta 'daqs qatt qabel' fost rapporti li l-varjant ġdid tal-Covid-19 kompla jinfirex b'rata mgħaġġla fost il-popolazzjoni.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/23/il-pulizija-sabu-t-tape-mal-aperturi-biex-ir-riha-tal-vittma-fsanta-lucia-ma-tohrogx/
Il-Pulizija sabu t-tape mal-aperturi biex ir-riħa tal-vittma f'Santa Luċija ma toħroġx
netnews.com.mt
Meta l-Pulizija marru fl-appartament ta' Victor McKeon ta' 62 sena f'Santa Lucia wara li wieħed mill-ġirien kien ċempel lill-Pulizija dwar riħa tinten li kienet ħierġa, huma sabu ħafna tape mal-aperturi biex ir-riħa ma toħroġx. Il-vittma sussegwentement nstab fil-kamra tal-banju f'boroż tal-plastik. Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-Libjan Samir Almiri ta' 35 sena li jinsab mixli bil-qtil ta' McKeon. Kif intemmet is-seduta l-Qorti ddikjarat li hemm biżżejjed provi biex Almiri jitqiegħed taħt att ta' akkuża. Ix-xhud prinċipali fil-kumpilazzjoni kien l-Ispettur Hubert Cini. Huwa qal li fis-17 ta' Marzu li għadda kien irċieva telefonata mingħand ġar tal-vittma, li qalilhom li raġel li kien joqgħod fi flat ta' taħtu f'Santa Lucia, kien ilu ma jarah u beda jissuspetta li ġralu xi ħaġa, u dan għaliex mill-post tiegħu kienet ħierġa riħa xejn pjaċevoli. L-Ispettur Cini qal li kien bagħat Surġent fuq il-post li kkonferma li ħierġa riħa mill-appartament terran u li iżda ma kien jidher xejn ħlief bozza mixgħula li kien hemm. Sar kuntatt ma' Lewis u Mario McKeon, li jiġu ħut il-vittma u dawn qulu li kienu ilhom ma jarawh. Ix-xhud qal li hu ta ordni biex jidħlu fil-flat fejn nġibiet ukoll l-assitenza tal-Protezzjoni Ċivili. Ġiesgassat il-flat minn tieqa li tagħti għall-front garden tal-istess flat. Il-bieb ta' barra msakkar u kien hemm ċavetta fis-serratura. Tenna li kullimkien mitfi minbarra lampa u kien hemm fejn mal-aperturi kien hemm diversi tape imwaħħal. Kien hemm ukoll xi demm mal-bibien. Il-bieb kien imsakkar u ġie sgassat u hekk kif infetaħ bdiet ħierġa riħa tinten. Fil-kamra tal-banju nstab ġisem imgeżwer f'boroż bit-tape. Kien hemm ukoll titjir tad-demm mal-ħitan. Mill-ewwel deher li dan kien omiċidju. L-Ispettur Cini qal li għamel kuntatt mas-Supretendent Keith Arnaud u mal-Maġistrat tal-Għassa. Wara mar fuq il-post u raha l-katavru imgeżwer fil-boroż tal-plastik. Ġie msejjaħ tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid li ċċertifika l-persuna bla ħajja. Sa dak il-ħin il-Pulizija ma kellhomx il-konferma li kien Victor McKeon, il-vittma. Wara dan ġie identifikat minn ħutu. Komplja jgħid li minħabba l-imxija tal-COVID 19 il-Pulizija tqassmu fejn hu baqa' barra u l-oħrajn komplew għaddejjin bix-xogħol fuq ġewwa. Saru jafu li l-vittma kien jgħix ma' Samir Almiri. Ippruvaw isibuh u saru jafu li kien siefer u bdew jaħdmu biex iġibuh lura għax is-suspett waqa' fuqu. Ix-xhud qal ukoll mill-cameras tas-CCTV u minn persuna li għandha Confectionary fl-inħawi ħareġ li kien hem minn jaf li Almiri peress li ftit qabel kien jgħix mal-vittma. Saru jafu wkoll li mhux l-ewwel darba li l-vittma u l-akkużat kellhom xi battikbekki. Xehed ukoll Konrad Galea, li joqgħod fejn Victor McKeon li qal li fil-blokka li joqgħod hu qegħdin tmienja. Tenna li fis-17 ta' Marzu bdew ixommu riħa mhux tas-soltu u ssuspetta li kien ġara xi ħaġa lil Victor McKeon peress li mill-flat tiegħu bdiet ħierġa riħa. Dwar l-akkużat qal li ma jafx x'ismu, iżda jaf li kien jgħix miegħu. Ix-xhud għaraf lil Almiri fl-awla. Qal li kienu hu kien ċempel lill-Pulizija u jidhirlu li Almiri kien ilu jgħix mal-vittma għal xi tlieta jew erba' snin. Lill-vittma ġieli kellmu imma lill-akkużat le, iżda kienu jsellmu lil xuxlin. Ma kienx jarahom ta' spiss imma ġieli rahom ħerġin jixtru flimkien. Il-ġar qal li ġieli semagħhom jilletikaw bil-kliem imma mhux li xi ħadd kien qed iweġġa' jew jgħajjat ajma jew jokrob bl-uġiegħ Ġieli rahom fil-ġnien imma mhux minn fejn joqgħod hu, iżda meta kien imur jixtri għax għandhom xint baxx. Xehed ukoll Henry Fenech Azzopardi Direttur ta' kumpanija tal-ivvjaġġar. Qal li l-akkużat kien xtara biljett tal-ajru mingħandu biex jaqbqad titjira minn Malta għal Casablanca. Il-biljett xtrah mill-aġenzija tiegħu, u dan inxtara fl-14 ta' Marzu 2020. Il-biljet kien fuq titjira tal-Air Malta 'one-way'. Xehed ukoll Jonathan Abdilla li jaħdem bħala Security Manager mal-Air Malta. Qal li s-Supretendent Arnaud kien talbu lista tal-passiġġieri f'Marzu u li l-akkużat kien mar il-Marokk fuq titjira KM724 għal Casablanca. McKeon miet b'daqqa fir-ras wara li ġie fgat, Fis-16 ta' Marzu, Almiri kien qabad titjira f'direzzjoni lejn il-Marokk imma kellu problemi ta' immigrazzjoni hemmhekk u kellu jintbagħat lura Malta. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Suprtetenent Keith Arnaud u Wayne Camilleri u-Avukat George Camilleri mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għall-akkużat qegħdin jidhru l-Avukati Leontin Calleja u Joe Brincat.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/22/draw-bejn-iz-zewg-timijiet-fil-quccata-tal-klassifika/
Draw bejn iż-żewġ timijiet fil-quċċata tal-klassifika
netnews.com.mt
Pembroke A………………………1 Marsa…………………………………1 Pembroke A: P. Schranz, P. Farrugia, D. Sant, K. Frendo, S. Pedrinho, A. Abdeen, T. Fenech, J. Bajada, E. Etim, M. Zarb, M. Borg Marsa: N. Vella, P. Chircop, J. Bondin, I. Zammit, A. Monticelli, M. Micallef, J. Lima, D. Grima, F. Gusman, L. Micallef, R. Coelho Referee: M. Spiteri Il-partita bejn iż-żewġ timjiet li li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-BOV Challenge League ntemmet fi draw ta' 1-1. Kienu Pembroke Athleta li marru fil-vantaġġ fis-56 minuta permezz tal-attakkant prolifiku ABDUL ABDEEN. Marsa ġabu l-iskor indaqs kwarta mit-tmiem permezz ta' JONATHAN BONDIN. B'hekk b'dan id-draw Pembroke baqgħu fil-quċċata tal-kampjonat b'29 punt filwaqt li Marsa jinsabu fit-tieni post b'24 punt u żewġ partita anqas mill-istess Pembroke.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/22/ikompli-l-mument-pozittiv-ta-birkirkara-brebha-kbira-fuq-ic-champions/
Ikompli l-mument pożittiv ta' Birkirkara b'rebħa kbira fuq iċ-champions
netnews.com.mt
Birkirkara……………………………………5 Floriana………………………………………2 Birkirkara: S. Guarnone, C. Attard, O. Carniello, F. Falcone, R. Mbu-Alidor (C. Bonanni 50'), L. Montebello, E. Pepe, Y. Yannick, P. Mbong, A. Paixo, R. Briffa Floriana: E. Akpan, B. Muhamadou, E. Ruiz, K. Keqi (J. Busuttil 63'), J. Ulises Arias, D. Paiber (S. Arab 84'), J. Pisani, N. Garcia, A. Cini, F. Cheveresan, T. Fonseca Referee : M. De Gabriele Assistenti Referees : E. Spiteri, L. Portelli Birkirkara għelbu liċ-champions Floriana 5-2, f'partita li ġiet irkuprata mill-perjodu li Birkirkara kienu fi kwarantina u b'hekk komplew jersqu aktar viċin it-timijiet li jinsabu fin-naħa ta' fuq tal-klassifika. Floriana fetħu l- iskor wara 11- il minuta logħob meta min cross minn fuq ix- xellug kien FLAVIO CHEVERESAN li għola fuq kulħadd u b' daqqa ta' ras tajba għeleb lil Guarnone ghal 1-0. Birkirkara ġabu id- draw fit-33 minuta meta il-cross ta' Cain Attard ħoloq indecizjoni fil-kaxxa Furjaniza, b' PAUL MBONG jirreagixxi qabel kulħadd u tefa' ġewwa mill-viċin, biex għamel l- iskor 1-1. Ftit minuti wara Birkirkara dawru ir- riżultat favurihom permezz ta' xutt b' saħħtu mid- distanza ta' ALEX DE PAIXAO. Fit- tieni taqsima Birkirkara komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fis-70 minuta ir- referee De Gabriele ordna penalty għall-istripes wara li Alex de Paixao twaqqa' fil-kaxxa minn Jurgen Pisani. Mill-ħdax il-metru ALEX DE PAIXAO ma żbaljax, biex għamilhom 3-1 għal Birkirkara. Birkirkara komplew ikabbru l-iskor fl-74 minuta, meta fuq pass ta Yannick Yankam, kien LUKE MONTEBELLO li skorja ir- raba' gowl għal Birkirkara. Birkirkara baqghħ jiddomniaw il-partita u fid-79 minuta minn free-kick ta' Briffa, Carniello ra id- daqqa ta' ras tiegħu tgħaddi għoli. Floriana naqqsu l-iskor fit-82 minuta meta min corner ta' Arias id- difiża ta' Birkirkara naqset milli tneħħi il-periklu, b'ENZO RUIZ japprofitta u jixħet ġewwa għal 4-2. Birkikara għamluwhom ħamsa fid-90 minuta permezz ta' LUKE MONTEBELLO, li b'hekk skorja t-tieni gowl personali. B' hekk Birkirkara komplew bil-mixja pożittiva li kienu għaddejin minnha u żiedu l-pressjoni fuq it-tim ta' Floriana, li għalihom din kienet it-tielet telfa fl- aħħar erba' partiti.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/21/il-pozizzjoni-tal-gvern-dwar-l-imhallef-lofaro/
Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-Imħallef Lofaro
netnews.com.mt
Il-Gvern issa qed jgħid li l-Bord tal-Inkjesta Pubblika għandu jkompli bix-xogħol tiegħu. Dan wara li illum irċieva d-dikjarazzjoni tal-Imħallef Abigail Lofaro. Fi stqarrija, il-Gvern qal li innota l-pożizzjoni li ġiet espressa miż-żewġ membri l-oħra tal-Bord kif ukoll mill-familja tad-defunta Daphne Caruana Galizia, u qal illi "hu tal-fehma li l-Bord tal-Inkjesta, kif kompost, għandu ilesti l-inkarigu lilu mogħti".
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/21/hu-daniel-muka-mixli-bserqa-minn-hanut-tad-deheb-ftas-sliema-jinghata-l-helsien-mill-arrest/
Ħu Daniel Muka mixli b'serqa minn ħanut tad-deheb f'Tas-Sliema jingħata l-ħelsien mill-arrest
netnews.com.mt
Bagtesh Muka, li jiġi ħu Daniel Muka ta' nazzjonalità Albaniża li jinsab mixli bil-qtil doppju f'Tas-Sliema, f'Awwissu li għadda u li t-tnejn jinsabu wkoll mixlijin b'serqa minn ħanut tal-ġojjellerija f'Tigne ingħata l-libertà proviżorja wara kważi sentejn arrestat. L-akkużat kien ilu arrestat mid-29 ta' Jannar tal-2019 bil-Qorti preseduta mill-Imħallef Edwina Grima tisma' li mara ta' 60 sena li kienet lesta li tilqgħu f'darha fil-Kottonera. Huwa jrid jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija darbtejn kuljum filgħodu u filgħaxija u li jirira d-dar fid-9.00pm u ma joħroġx qabel is-7.00am. Bagtesh Muka, ilu arrestat minn Jannar tal-2019 u flimkien ma' ħuh Daniel jinsab mixli li fil-5 ta' Ottubru 2017, kienu daħlu fil-ħanut ta' Diamonds Internationals lebsin parrokki u nuċċalijiet tax-xemx. Huma allegatament kien armati b'arma tan-nar u mazza, u serqu eluf ta' ewro f'ġojjellerija mill-ħanut li jinsab f'Tas-Sliema, li nċidentalment jinsab tefgħa ta' ġebla 'l bogħod minn fejn inqatlet il-koppja, Dr. Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski. L-aħwa kienu waslu bil-ġiri fil-pjazza ta' Tigne u sparaw tiri ta' arma tan-nar lejn il-vettrini tal-ħanut. Minn din is-serqa nsterqu numru ta' ġojjelli li jlaħħqu l-valur ta' €330,000. Żewg impjegati li kienu fil-ħanut waqt is-serqa ma kienu ġarrbu ebda ġrieħi iżda sofrew minn xokk qawwi. Allegatament meta ħarġu mill-ħanut, l-aħwa Muka kienu sabu raġel ma' wiċċhom li prova jwaqqafhom iżda dawn aggredewh b'oġġett iebes u ħarbu minn fuq il-post permezz ta' karozza. Ġimgħa wara fit-12 ta' Ottubru 2017, waqt ronda li kienet qed issir minn żewġ pulizija tar-Rapid Intervention Unit, il-pulizija ħasbu ħażin dwar żewġt irġiel suspettużi fi Triq il-Bajja f'San Ġiljan. Allegatament kif kienu se jiġu arrestati, Daniel Muka ħareġ arma tan-nar u ppuntaha lejn iż-żewġ Pulizija, filwaqt li pprova jagħfas il-grillu bosta drabi. Fortunatament ma ġew sparati ebda tiri minħabba li l-grillu ma bedhiex jiffunzjona. Allegatament, fil-pussess tiegħu kienet nstabet ukoll id-droga. Daniel Muka, kien tressaq il-Qorti akkużat b'rabta ma serqa ta' ġojjellerija minn Tignè u akkużat li prova joqtol uffiċjali tal-pulizija. Daniel Muka kien ingħata l-ħelsien mill-arrest u reġa' spiċċa l-ħabs wara l-qtil doppju. Bagtesh Muka kien ilu sena jiġi mfittex mill-pulizija, b'rabta mas-serqa tal-ġojjellerija u fit-18 ta' Novembru 2018 li Bagtesh kien ġie arrestat f'Ħal Safi wara li pprova jaqbeż f'żona ristretta tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Bagtesh, li kien taħt l-effett ta' sustanza lleċità ma rnexxilux jaqbeż fiż-żona tal-Ajruport Internazzjonali għaliex kif lemaħ lis-suldati, ħarab jiġri u qabeż għall-Barracks militari faċċata tal-Medavia. Bagtesh kien ħareġ arma tan-nar u ppunta lejn uffiċjal tad-Detenzjoni fejn minnufih ġie miżmum mis-Suldati tal-Forzi Armati ta' Malta li kienu fiż-żona. Bagtesh kien tressaq il-Qorti fuq żewġ reati u ġie mixli li hedded uffiċjal pubbliku, li daħal bla permess fil-barracks ta' Ħal Safi u li fil-pussess tiegħu kellu droga kokaina. Dan apparti li ġie akkużat li flimkien ma' ħuh għamel hold-up f'ħanut tal-ġojjellerija. Bagtesh Muka anki xellef difru mal-ġustizzja f'pajjiżu fejn kien injora ordnijiet tal-pulizija u baqa' dieħel f'ħajt wara li beda jsuq b'mod perikoluż. Fil-karozza kienet instabet arma tan-nar. Għal Bagtesh Muka qed jidhru l-Avukati Noel Bianco u George Anton Buttigieg.
[ 0 ]