url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://netnews.com.mt/2020/08/21/illejla-l-finali-tal-europa-league-bejn-sevilla-u-inter/
Illejla l-finali tal-Europa League bejn Sevilla u Inter
netnews.com.mt
Illejla f'Cologne il-Ġermanja, tintlagħab il-finali tal-UEFA Europa League bejn Sevilla u Inter, bl-Ispnajoli se jkunu qed ifittxu li jkabbru r-rekord ta' rebħ tagħhom f'din il-kompetizzjoni fejn sa issa rebħuha ħames darbiet. Inter se jkunu qed jirritornaw f'finali Ewropeja wara nuqqas ta' għaxar snin u se jkunu qed ifitxxu li jirbħu din il-kompetizzjomi għar-raba' darba. Sevilla kellhom triq twila biex waslu s'hawn u fit-tieni fażi kellhom jaffaċjaw timijiet ta' stoffa, huma eliminaw lil Cluj, Roma, Wolves u Manchester United. Inter bdew l-avventura Ewropeja għal dan l-istaġun fil-UEFA Champions League, fejn wara li temmew fit-tielet post fil-grupp tagħhom huwa ġew relegati għall-UEFA Europa League. Fit-triq tagħhom sal-finali huma eliminaw lil Ludogorets, Getafe, Bayer Leverkusen u lil Shaktar Donetsk. Il-partita se tintlagħab mingħajr partitarji u tibda fid-9.00pm.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/21/andrew-zammit-jissieheb-ma-hospice-malta/
Andrew Zammit jissieħeb ma' Hospice Malta
netnews.com.mt
Tissaħħaħ ir-relazzjoni tal-Hospice mal-pazjenti Hospice Malta ħabbret li Andrew Zammit ser ikun qed jokkupa fi ħdanha l-pożizzjoni ta' Chief Relations Officer. Dan, "sabiex tissaħħaħ ir-relazzjoni tal-Hospice ma' pazjenti, imsieħba u impjegati." Hospice spjegat li l-ħidma ta' Zammit ser tkun qed issostni pjanijiet ta' tkabbir fil-ġejjieni kif ukoll ser ikun qiegħed jagħti prijorità lill-inizjattivi ta' ġbir ta' fondi li ser ikunu qed iwasslu għall-ftuħ ta' St. Michael Hospice – kumpless ġdid ta' kura paljattiva b'servizzi b'xejn għall-pazjenti u l-familji tagħhom. Andrew Zammit saħaq li huwa ta' unur għalih li ngħata din l-opportunità fi żmien daqshekk importanti u li b'responsabbilità kbira ser ikun qiegħed jgħin lill-Hospice sabiex jilħaq kapitlu ġdid fl-istorja tagħha. Zammit huwa magħruf għall-ħidma formidabbli tiegħu fi ħdan l-istazzjon tar-radju 89.7BAY bħala General Manager kif ukoll f'karigi oħra fi ħdan l-Eden Leisure Group. Imwaqqfa fl-1989, l-irwol ewlieni ta' Hospice Malta huwa li jipprovdi u jippromwovi servizzi ta' kura paljattiva lil pazjenti li jbatu mill-kanċer, motor neuron disease, mard tal-qalb, respiratorju, tal-kliewi u tal-fwied. Hospice Malta hija NGO reġistrata mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. It-tim multi-dixxiplinarju tagħhom ta' professjonisti u voluntiera jipprovdu kura ħolistika, bla ħlas, lil madwar 1,300 pazjent kull sena. L-NGO qed tippjana li tespandi s-servizzi tagħha fl-ewwel kumpless f'Malta ddedikat għall-kura palljattiva. St Michael Hospice f'Sta Venera se tippermetti l-espansjoni tas-servizzi preżenti ta' Hospice Malta kif ukoll servizzi ġodda inkluż it-twaqqif ta' inpatient unit . . Għal aktar informazzjoni żur hawn .
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/21/helsien-mill-arrest-ghal-zewgt-ghawdxin-wara-li-heddew-xi-persuni/
Ħelsien mill-arrest għal żewġt Għawdxin wara li heddew xi persuni
netnews.com.mt
Raġel ta' 50 sena mix-Xewkija u żagħżugħ ta' 18-il sena mix-Xagħra tressqu quddiem il-Qorti t'Għawdex b'arrest akkużati li fix-Xewkija u f'diversi lokalitajiet oħra fil-gżira Għawdxija, nhar it-18 ta' Awwissu u fil-jiem ta' qabel taw fastidju, ħolqu biża' u heddu lil tliet persuni oħra. Dan filwaqt li r-raġel mix-Xewkija ġie akkużat ukoll li t-Tnejn filgħaxija saq vettura b'mod perikoluż u traskurat fit-toroq ġewwa l-istess lokalità. Dan filwaqt li kien akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi ħafifa lil persuna oħra fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat, Għawdex. L-akkużati wieġbu mhux ħatja u ngħataw il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/21/flampedusa-jidhlu-seba-dghajjes-bl-immigranti-fi-tmien-sighat/
F'Lampedusa jidħlu seba' dgħajjes bl-immigranti fi tmien sigħat
netnews.com.mt
Fi tmien sigħat daħlu seba' dgħajjes bl-immigranti fil-gżira Taljana ta' Lampedusa. Total ta' 276 immigrant li jingħaqdu mal-250 oħra li daħlu lbieraħ. In-numru ta' immigranti li hemm fuq din il-gżira issa telgħu għal 1,400. Fost l-immigranti kien hemm persuni Tuneżini u Libjani. Uħud mid-dgħajjew waslu dirett sax-xatt filwaqt li oħrajn ġew salvati mill-Guardia di Finanzia. Intant Matteo Salvini f'reazzjoni għal dan kollu akkuża lill-Gvern li qed jaġevola l-immigrazzjoni klandestina u saħaq li għandha tittieħed azzjoni kontrih.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/21/russja-navalny-hu-marid-wisq-biex-jinhareg-minn-pajjizu/
Russja: Jerġa' jibdielhom u jaqblu li Navalny jista' jintbagħat lejn il-Ġermanja
netnews.com.mt
It-tobba fir-Russja issa deċidew li l-Kap ewlieni tal-Oppożizzjoni, Alexei Navalny, jista' jittieħed lejn il-Ġermanja għal trattament mediku. Id-deċiżjoni ttieħdet sigħat wara li l-istess tobba qalu li Navalny kien qiegħed 'ħażin wisq' biex ikun ittrasferit minn pajjiż għall-ieħor. Is-sostenituri ta' Navalny qed isostnu li l-Kap tal-Oppożizzjoni — kritiku kbir tal-President Russu Vladimir Putin — kien spiċċa vvelenat ftit qabel titjira interna. Huma fl-istess ħin insistew li l-awtoritajiet Russi 'qegħdin jippruvaw jaħbu reat'. Navalny, fil-preżent, jinsab f'koma wara li kien ħassu ħażin waqt it-titjira. Is-sostenituri tiegħu, intant, kienu fissru d-deċiżjoni oriġinali tat-tobba biex Navalny jibqa' jinżamm l-isptar f'Omsk bħala 'theddida diretta għal ħajtu'. Huma referew ukoll għal rapport rigward 'sustanza qerrieda li mhix perikoluża biss għal Navalny iżda anki għan-nies kollha ta' madwaru'. Fl-aħħar sigħat, tabib Russu sostna li 'ma nstabu l-ebda traċċi ta' velenu fit-testijiet li saru fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni'. In-nies madwar Navalny jemmnu li xi ħadd kien tefa' sustanza velenuża fit-te ta' Navalny waqt li hu kien qed jistenn għall-ajruplan fil-kafeterija tal-ajruport ta' Tomsk. U wara li attivisti fil-Ġermanja, kmieni llum, bagħtu ajruplan biex iwassal lil Navalny lejn Berlin, it-tabib ewlieni f'Omsk, sigħat ilu, kien wissa li kellhom ikunu riżolti xi aspetti legali 'qabel setgħu jiċċaqalqu lill-Kap tal-Oppożizzjoni'. Intant, jidher li l-intoppi ingħelbu, fost indikazzjonijiet li l-ajruplan bit-tagħmir speċjali mediku 'qed iħejji' biex iwassal lil Navalny lejn il-Ġermanja għal trattament.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/21/jidhol-l-ewwel-cruiseliner-mill-bidu-tal-pandemija/
Jidħol l-ewwel cruiseliner mill-bidu tal-pandemija
netnews.com.mt
Il-kumpanija MSC mhu qed tħalli lil ħadd mill-passiġġieri jduru għal rashom jekk mhux f'eskursjoni tal-vapur biss Kmieni l-Ġimgħa filgħodu daħal l-ewwel cruiseliner, fil-portijiet Maltin minn mindu ngħalqu l-portijiet meta feġġ l-ewwel każ ta' COVID-19 f'pajjiżna f'Marzu li għadda. L-MSC Grandiosa telaq mill-port ta' Genoa nhar il-Ħadd li għadda fuq vjaġġ ta' 7 ijiem għall-portijiet Civitavecchia, viċin Ruma, Napli u Palermo wara li l-awtoritajiet Maltin ma' dawk Taljan taw l-approvazzjoni tagħhom biex ikun jista' jsalpa. Il-passiġġieri tħallew iduru fi gruppi ta' 15 permezz ta' eskurssjonijiet organizzati mill-vapur fuq open-top buses fost l-oħrajn, bix-xufiera tagħhom kif ukoll il-gwidi ġew swabbjati għall-Coronavirus qabel, u r-riżultat ħareġ wara tlett kwarti. Il-kumpanija mhijiex tħalli lill-passiġġieri jinżlu u jduru waħidhom, tant li fil-waqfa f'Napli, rrifjutat li trikkeb familja Taljana lura fuq il-vapur wara li fi żjara organizzata f'Capri, dawn telqu għal rashom jduru minkejja t-twissijiet mill-gwidi. Il-vapur tal-passiggieri daħal b'madwar 2,900 persuna abbord, 1,500 minnhom membri tal-ekwipaġġ u 1,400 passiġġier, li kollha għamlu swab test u ttestjaw fin-negattiv. Il-membri tal-ekwipaġġ, għamlu 3 swab tests, dartbejn qabel ma għamlu ġimagħtejn fi kwarantina u test tieħor wara. Dan il-vjaġġ qed jitqies bħala test għall-industrija tal-cruiseliners fil-Mediterran, b'mod partikolari, hekk kif il-kumpaniji li joperaw fis-settur qed janalizzaw jekk il-protokolli u l-mekkaniżmi użati jistgħu jitħaddmu fi vjaġġi oħra fil-futur qarib. Port il-Kbir
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/21/rapporti-jindikaw-l-tim-iehor-tal-kampjonat-premier-ghandhom-kaz-pozittiv-tal-coronavirus/
Rapporti jindikaw li tim ieħor tal-Kampjonat Premier għandhom każ pożittiv tal-coronavirus
netnews.com.mt
Numru ta' rapporti qed jindikaw li t-tim tal-Premier League Ħamrun Spartans għandhom każ ieħor pożittiv ta' coronavirus. Fl-aħħar jiem numru ta' klabbs tal-futbol lokali ħabbru li għandhom każijiet pożittiv, b'numru minnhom ikunu ristretti li jipposponu t-taħriġ tagħhom sakemm il-plejers kolla jkunu ttestjati. Nhar il-Ġimgħa li għaddiet Ħamrun Spartans lagħbu partita ta' ħbiberija kontra Żejtun Corinthians fejn irriżulta li wieħed mill-uffiċjali tal-partita ħareġ pożittiv biż-żewġ timijiet jipposponu t-taħriġ tagħhom.
[ 1, 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/23/jigi-fi-tmiemu-l-kampjonat-tal-ghawm/
Jiġi fi tmiemu l-Kampjonat tal-Għawm
netnews.com.mt
Il-ġimgħa li għaddiet ġie fi tmiemu l-Kampjonat Garmin BSJ Open Water Swimming, bir-rebbieħa ġenerali jkunu Andre Camilleri u Sarah Demicoli. Din l-aħħar tellieqa kienet fuq distanza ta' erba' kilometri u saret fil-Bajja tas-Salina. Ir-rebħa ta' Camilleri u Demicol ma kinitx sorpriża minħabba li ż-żewġ għawwiema b'mod konsistenti kienu dejjem fuq quddiem tul dan il-kampjonat. Dan it-titlu huwa l-ewwel wieħed għal Andre Camilleri wara li kien rebaħ dak ta' taħt l-14 –il sena fl-2015. Għal Sarah Demicoli min naħa l-oħra dan huwa s-sitt wieħed. Din l-aħħar tellieqa serviet ukoll bħala kwalifikazzjoni għal dawk l-għawwiema li bi ħsiebhom jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-għawm fil-fliegu bejn Malta u Għawdex gil-jiem li ġejjin. Kemm Camilleri kif ukoll Demicoli, f'din it-tellieqa kien l-ewwel li ħarġu mill-ilma. Wara Camilleri temm Stefano Debono Grech segwit miż-żagħżugħ Luca Vella. Il-kategorija tan-nisa Kelsey Borg daħlet wara Demicoli segwita minn Martina Micallef. Fil-klassifika finali ġenerali, l-ewwel postijiet fil-kategoriji rispettivi tagħhom inkisbu minn Andre Camilleri u Sarah Demicoli. Fil-kategorija tal-irġiel Stefano Debono Grech u Luca Vella kisbu it-tieni u t-tielet post rispettivament, filwaqt li f'dik femminili Kelsey Borg u Martina Micallef. Is-Segretarju Ġenerali ta' Birkirkrara St Joseph Sports Club Euchar Camilleri qal li f'dan iż-żmien diffiċlu mhuwiex faċli li wieħed iżomm bilanċ bejn ir-regolamenti kollha tas-sigurtà waqt li tagħti lill-atleti esperjenza ta' tellieqa tajba.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/23/il-uefa-tikkunsidra-li-zzomm-il-format-li-uzat-fl-ahhar-partiti-tal-kompetizzjonijiet-ewropej/
Il-UEFA tikkunsidra li żżomm il-format li użat fl-aħħar partiti tal-kompetizzjonijiet Ewropej
netnews.com.mt
F'intervistà mal-midja internazzjonali, il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li l-UEFA qed tikkunsidra li żżomm l-istess format li l-UEFA użat din is-sena mill-fażi tal-kwartifinali sal-finali fiċ-Champions League u anke fl-Europa League. Peress li dawn il-kompetizzjonijiet kellhom jitwaqqfu ħesrem lura f'Marzu li għadda minħabba l-pandemija tal-coronavirus, il-UEFA ħadet id-deċiżjoni li biex jitnaqqas ir-riskju li dan il-virus jkompli jinxtered tiġbor lit-timijiet kollha mill-fażi tal-kwartifinali sal-finali f'pajjiż wieħed, bil-partiti kollha jintlagħbu fuq leg wieħed. Dan il-format irriżulta f'partiti aktar eċitanti u emozzjonanti. Il-partiti tal-UEFA Champions League saru kollha f'Lisbona filwaqt li dawk tal-UEFA Europa League saru fil-Ġermanja, bil-partiti kollha saru wara bibien magħluqa. Ceferin ikkumenta li biex dan isir irid ikun ukoll aġġustat il-kalendarju tal-partiti internazzjonali. Il-ftehim dwar il-format li ntuża sal-istaġun li għadda jiskadi fl-istaġun 2024/25 u l-UEFA qed tiddiskuti x'jista' jsir wara din il-fażi.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/23/alexandra-gatt-mistennija-tissieheb-ma-barking-abbey-college-football-academy-fl-ingilterra/
Alexandra Gatt mistennija tissieħeb ma' Barking Abbey College Football Academy fl-Ingilterra
netnews.com.mt
Id-difensur ta' Mġarr United Alexandra Gatt fis-sigħat li ġejjin mistennija tibda esperjenza ġdida ma' Barking Abbey College Football Academy fl-Ingilterra. Gatt se tkun qed tkompli tistudja fl-Ingilterra filwaqt li se tirrapreżenta lil Barking fil-college league. Gatt kienet parti mit-tim Nazzjonali Malti fejn rrapreżentat lil pajjiżna fil-UEFA Development Tournament u fil-UEFA European Championships. F'dan l-istaġun ma' Mġarr hi lagħbet 22 partita mat-tim prinċipali u kienet strumentali fit-tim ta' taħt id-19 –il sena fejn rnexxilha tirabħ il-kampjonat. Gatt se tkun qed timxi fuq il-passi ta' Maria Farrugia u Emma Ciantar Piccinino li t-tnejn li huma se jkunu qed jilagħbu ma' Sunderland.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/21/belarus-imhegga-aktar-protesti-minkejja-l-intimidazzjoni/
Belarus: Imħeġġa aktar protesti 'minkejja l-intimidazzjoni'
netnews.com.mt
Il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Belarus, Svetlana Tikhanovskaya, ħeġġet biex is-sostenituri tagħha jinsistu għall-għaqda filwaqt li jżidu l-azzjonijiet ta' protesta minkejja 'il-politika ta' intimidazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet lokali'. Filwaqt li l-prosekuturi f'Minsk qegħdin jinterrogaw lill-alleati tagħha, Tikhanovskaya – f'indirizz bil-video mil-Litwanja ( fejn hi qed tgħix f'eżilju) – enfasizzat il-ħtieġa li 'il-poplu fil-Belarus ikompli bl-istrajks u jkabbarhom'. Hi kompliet li 'in-nies ma jridux jispiċċaw intimidati' u li l-elezzjoni tad-9 ta' Awwissu fil-Belarus kienet 'misruqa' mill-President Alexander Lukashenko – magħruf bħala l-'aħħar dittatur tal-Belarus' u li ilu jmexxi pajjiżu mill-1994. Ħafna ħaddiema fil-Belarus ilhom il-jiem fuq strajk waqt li ma naqsux l-akkużi li Lukashenko rebaħ l-elezzjoni 'permezz ta' sistema qarrieqa li permettiet il-frodi favur tiegħu'. Madankollu, Lukashenko mhu qed juri l-ebda sinjal li se jċedi, fost rapporti li ħaddiema mal-intrapriżi tal-Istat qed jiffaċċjaw 'pressjoni kbira' biex ma jieħdux sehem huma wkoll fl-azzjonijiet ta' protesta. Dan ukoll meta l-poplu fil-Belarus jinsab irrabjat ħafna għall-aġir brutali tal-pulizija fil-konfront tal-attivisti favur l-Oppożizzjoni f'Minsk u bliet oħra tal-pajjiż.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/22/ghalliema-jesprimu-dubji-serji-dwar-il-ftuh-tal-iskola/
Għalliema jesprimu dubji serji dwar il-ftuħ tal-iskola
netnews.com.mt
Talba biex il-Gvern jaffaċja r-realtà u jieħu azzjoni immedjata. Għadd ta' għalliema qed jitolbu lill-awtoritajiet konċernati biex jieħdu azzjonijiet konkreti hekk kif l-iskejjel mistennija jiftħu fil-ġimgħat li ġejjin. Għalliema kitbet fuq il-paġna ta' Facebook tagħha li hekk kif is-sena skolastika mistennija terġa' tibda fi żmien ħames ġimgħat, ħadd għadu ma jaf kif se jkunu qed jimxu dwar is-sigurtà tagħhom fid-dawl tal-pandemija ta' COVID-19. Hi rreferit għal linji gwida li ngħatat il-ġimgħa li għaddiet, liema linji gwida huma l-istess li ngħataw lura f'Mejju meta pajjiżna ma kellux in-numri ta' każijiet li qed naraw illum il-ġurnata. Saret talba għal protokolli professjonali u dettaljati li jiġu implimentati minnufih qabel ikun tard wisq għas-saħħa tal-għalliema u l-istudenti. Saħqet li diġa jidher li dan hu impossibli meta tikkonsidra ż-żmien qasir li fadal.
[ 5 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/22/qed-jinholqu-ghettos-in-nies-inkwetati-adrian-delia/
"Qed jinħolqu ghettos… in-nies inkwetati" – Adrian Delia
netnews.com.mt
"Ħafna familji jinsabu mħassba mis-sitwazzjoni f'diversi lokalitajiet madwar pajjiżna, fejn żieda ta' kriminalità qed twassal għal biża' fost il-familji. Il-Partit Nazzjonalista jrid li jkun hemm pjan ħolistiku għal dawn iż-żoni biex ir-residenti jkollhom futur aħjar." Sostna dan il-Kap tal-PN Adrian Delia waqt intervista li saritlu fuq NET FM. Adrian Delia qal li dan kollu huwa konsegwenza ta' meta l-kriminalità tibda tnawwar lis-soċjetà minn fuq nett. Il-PN jemmen li għandna nħarsu mhux biss lejn aktar infurzar tal-liġi iżda jkun imfassal pjan ħolistiku. Il-Kap tal-PN qal li għal ammont ta' żmien, partikolarment taħt it-tmexxija ta' Robert Abela, qed ikun hemm indħil mill-gvern fix-xandir pubbliku; xandir iffinanzjat mit-taxxi tal-Maltin kollha u allura jeħtieġ li jkun jirrifletti l-fehmtiet tal-Maltin kollha. Għall-kuntrarju ta' dan, il-PN qed joffri proposti intiżi sabiex jissaħħaħ il-ġurnaliżmu indipendenti u x-xandir tal-istat ikun wieħed newtrali u awtonomu. Dwar iċ-ċifri inkwetanti li ħarġu din il-ġimgħa, fejn jirriżulta li 83,000 persuna jinsabu fir-riskju ta' faqar, Adrian Delia qal li huwa inkwetanti li jkollok il-problema tal-faqar daqstant mifruxa madwar is-soċjetà kollha. Minkejja l-ftaħir tal-gvern fuq is-surplus u fuq kif għandna ekonomija b'saħħitha, huwa ċar li dan il-ġid mhux qed jasal għand kulħadd. Fid-dawl ta' dan kollu l-PN qed jiggarantixxi li gvern alternattiv Nazzjonalista jtejjeb l-livell ta' għajxien tan-nies. Il-Kap tal-PN Adrian Delia tkellem dwar kif l-istudenti jinsabu mħassba dwar l-eżamijiet tagħhom fid-dawl tal-imxija tal-COVID-19. Minkejja s-sitwazzjoni prekarja li qed twassal għal aktar stress u pressjoni fuq l-istudenti, il-ministru responsabbli mill-edukazzjoni Owen Bonnici mhux jieħu azzjoni konkreta u qed iħalli lill-istudenti fil-limbu. Dan kollu qed joħloq inċertezza wkoll fost il-ġenituri, li ma għandhom ebda serħan il-moħħ dwar dak li se jiġri fil-ġimgħat li ġejjin.
[ 4, 5, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/21/l-10-vittma-tal-covid-19-fpajjizna/
L-10 vittma tal-Covid-19 f'pajjiżna
netnews.com.mt
Il-Ministeru għas-Saħħa ikkonferma li anzjan ta' 72 sena miet bil-Covid-19, biex b'hekk dan isir l-10 vittma ta' din il-pandemija. Il-Ministeru qal li l-anzjan kellu diġà kundizzjonijiet mediċi ulterjuri minbarra l-Covid. Hu ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta' Awwissu, u beda jingħata kura fl-Isptar St. Thomas, u aktar tard ġie trasferit għall-Mater Dei. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/23/germanja-is-sitwazzjoni-ta-navalny-baqghet-stabbli/
Ġermanja: Is-sitwazzjoni ta' Navalny baqgħet stabbli
netnews.com.mt
Is-sitwazzjoni ta' Alexei Navalny – il-Kap tal-Oppożizzjoni Russa u kritiku kbir tal-President tar-Russja, Vladimir Putin – baqgħet stabbli, sigħat wara li hu twassal bl-ambulanza tal-ajru lejn il-Ġermanja biex jingħata trattament urġenti għal suspettat każ ta' ivvelenar. Navalny, fi tmiem il-ġimgħa, ittieħed mir-Russja lejn l-ajruport ta' Tegel, f'Berlin, wara li kien iddaħħal l-isptar f'Omsk, fir-Russja – u meta hu kien waqa' f'koma. Hu, fil-preżent, qed jinżamm fl-isptar ta' Charite f'Berlin u waqt li s-sostenituri tiegħu jinsistu li Navalny spiċċa vittma ta' kumplott fuq ħajtu, il-Kremlin f'Moska baqgħet tirribatti kull akkuża f'dan is-sens. Alexei Navalny, jiem ilu, kien ħassu ħażin ftit qabel qabad titjira minn Tomsk lejn Omsk ( fir-Russja) u qed ikun allegat li xi ħadd waddablu l-velenu fit-te li hu kien qed jixrob waqt li kien qed jistenna t-titjira. L-aħħar rapporti qalu li Navalny, issa, qed jieħu n-nifs minn ventilatur u li 'ma kienx affettwat ħażin mit-titjira lejn il-Ġermanja'. Madankollu, is-sorsi infurmati wissew li Navalny xorta waħda għadu f'kundizzjoni kritika għall-aħħar u li ħajtu tinsab f'idejn it-tobba fl-isptar ta' Charite li, sa ftit ilu, kienu qed jikkonkludu dijanożi medika estensiva. Il-Gvern tal-Ġermanja, intant, awgura li t-trattament iwassal għal titjib notevoli fil-kundizzjoni ta' Alexei Navalny.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/24/maltemp-kbir-jolqot-lil-veneto/
Maltemp kbir jolqot lil Veneto
netnews.com.mt
Ir-reġjun ta' Veneto kien milqut minn maltemp kbir, dan wara wkoll li l-inħawi ta' Verona u Vicenza ntlaqtu minn għargħar. Rapporti Taljani qalu li kien hemm 'il fuq minn 120 talba għall-għajnuna wara li l-maltemp ikkawża qlugħ ta' siġar u numru ta' zoni urbani li spiċċaw taħt l-ilma. Infatti wara dan kollu r-reġjun ta' Veneto ddikjara stat ta' emerġenza, bil-ħaddiema kollha tal-għajnuna jinsabu fuq allert għal dak kollu li jista' jinqala.
[ 3, 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/23/parma-jkeccu-lill-kowc-roberto-daversa/
Parma jkeċċu lill-kowċ Roberto D'Aversa
netnews.com.mt
Parma keċċew lill-kowċ tagħhom Roberto D'Aversa wara li ħassew li kien hemm nuqqas ta' għaqda fil-klabb. D'Aversa rnexxielu jwassal lil Parma lura fis-Serie A wara li kienu relegati għas-Serie C1. Parma qalu li t-tkeċċija ta' D'Aversa hija bbażata fuq in-nuqqas ta' għaqda li teżisti fil-klabb tas-Serie A, li fl-istess stqarrija qalu li kienet strumentali biex it-tim wasal fejn jinsab illum. Lura fl-2015 Parma kienu relegate għas-Serie C2 bil-klabb ikun dikjarat fallut. Dan l-istaġun huma temmew fil-11 –il post tal-klassifika u f'xi mumenti tal-istaġun kienu qed jiġġieldu biex jiksbu post fl-Europa League. Post D'Aversa mistenni jieħdu l-kowċ ta' Lecce Fabio Liverani.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/24/il-kaccaturi-san-uberto-jsalvaw-fjamingu-fl-akkwata-tal-ghadira-s-safra/
Il-Kaċċaturi San Uberto jsalvaw fjamingu fl-akkwata tal-Għadira s-Safra
netnews.com.mt
L-għaqda Kaċċaturi San Uberto salvat tajra tal-ispeċi fjamingu fl-akkwata tal-Għadira s-Safra, sit ta' Natura 2000 immexxi minnhom. Permezz ta' stqarrija intqal li bħal dan iż-żmien l-għasafar ikunu qed ipassu iżda f'waqtiet il-friegħ mhux jkunux b'saħħithom biżejjed biex jaslu fl-Afrika mal-kumplament tal-qatgħa tagħhom. Intqal li n-nuqqas ta' ikel xieraq fil gżejjer Maltin, kif ukoll l-età zgħira ta' dawn l-għasafar jirrikjedi l-intervent tal-bniedem biex dawn irabbu s-saħħa biex ikomplu jpassu. Infatti membri tal-Kaċċaturi San Ubertu ġabru l-fjamingu u għaddew din it-tajra lit-taqsima tal-Pulizija tal-ALE, li hija l-entità skont il-ligi biex tiġbor l-għasafar protetti misjuba. Il-KSU ħeġġet lill-poplu jirrapporta s-sejba ta' għasafar lill-ALE fuq 22942161 jew 119, u talbet il-kooperazzjoni tal-pubbliku f'każijiet bħal dawn.
[ 7 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/24/minn-sentenza-ta-habs-ghal-wahda-sospiza-fuq-serq-ta-flus-u-deheb-lil-ommha/
Minn sentenza ta' ħabs għal waħda sospiża fuq serq ta' flus u deheb lil ommha
netnews.com.mt
Mara ta' 57 sena li kien marret erba' snin ħabs wara li serqet mat-€32,000 fi flus u oġġetti ta' valur fosthom deheb li jiswa' eluf ta' ewro mingħand ommha ngħatat sentenza sospiża mill-Qorti tal-Appell wara li din qieset diversi ċirkostanzi fil-każ. Il-mara kienet abbużat minn prokura ġenerali li ngħatatilha minn ommha, fejn ħallietha mingħajr flus biżżejjed sabiex tidħol f'dar tal-anzjani. Fis-sentenza tagħha l-Qorti tal-Appell Kriminali qalet li dan kollu seħħ wara li Aloisia Mifsud Grech għaddiet minn trawma kbira wara l-mewt ta' missierha u li hija għandha bżonn l-għajnuna wara dak kollu li għaddiet minnu. Kienet ommha stess li għamlet rapport fl-għassa tal-Pulizija ta' Birkirkara fejn allegat li bintha kienet qed tabbuża mill-prokura. L-omm kienet irrevokat il-prokura filwaqt li keċċiet lil bintha minn darha, hekk kif hi u r-raġel tagħha kienu joqgħodu magħha. Aloisia Mifsud Grech kienet sostniet li hi dejjem aġixxiet fuq l-istruzzjonijiet li ħarġu minn ommha u li l-flus inħarġu mill-kont bankarju sabiex jiġu mqassma bejn ħutha. L-Ewwel Qorti kienet semgħet ukoll ix-xhieda li tat l-anzjana li kellha bosta dokumenti li servew ta' evidenza li dak li kienet qed tgħid kien veru. Il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li qieset il-fatt li d-deheb gie rritornat qabel ma ngħatat is-sentenza appellata u li d-difiża quddiem il-Qorti talbet li jsir 'social inquiry report'. Kien spjegat li Alosia kellha attitudni pożittiva u kkoperat bis-sħiħ mal-l-istruzzjonijiet li ġiet mogħtija. Ħareġ li Mifsud Grech ma taħdimx fil-preżent…' Qabel li ma seħħ dan il-każ ir-relazzjoni tal-imputata ma' ħutha kienet tajba ħafna u li hija dejjem għexet ħajjitha mall-familja tagħha sabiex tkun tista' ddur bihom, speċjalment meta marad missierha. Illum il-ġurnata ħutha ma għandhomx kuntatt magħha bl-eċċezzjoni ta' waħda minn oħtha. Kien innutat li l-imputata tħossa mweġġa' ħafna minħabba li ħutha ma jridux jafu biha. Barra minn hekk għadha tħoss ħafna nuqqas ta' missierha u tgħid li kien persuna eżemplari f'ħajjitha. Minn naħa l-oħra ħutha għandhom ħafna rabja lejn Alosia għaliex jemmnu li din kienet tieħu vantaġġ mill-ġenituri. Minn informazzjoni li nġabret tinħass il-ħtieġa li Alosia tkompli tgħix ħajja stabbli, strutturata, l'bogħod mill-kriminalita', barra min hekk jeħtieġ li l-imputata tingħata għajnuna psikoloġika sabiex tingħata l-għajnuna għan-nuqqasijiet tagħha fil-konfront tal-familja kif ukoll biex tkun tista' tindirizza t-trawma tal-mewt ta' missierha. Il-Qorti qalet li saret referenza ghal li Alosia ġiet akkużata li serqet sejf mimli bid-deheb. Din stqarret li illum il-ġurnata din ġiet irritornata wara li irrapurtat l-każ mal-Pulizija. Ommha qalet li bejn wieħed u ieħor sitt snin ilu indunart jindunaw li hemm il-flus neqsin mill-kont tagħha. Dan għaliex din xtaqet tapplika sabiex tirtira f'dar ta' l-anzjani. lira maltin, dawn naqsu għal ħamest elf f'temp ta' żmien pjuttost qasir. Skont is-Social Inquiry Report, l-imputata qalet li minkejja li missierha kien strett ħafna magħhom, hija kienet tqisu ta' mudell eżemplari u l-iktar persuna li kien qrib tagħha tul ħajjitha. Hija sostniet kif il-ġenituri tagħha offrewlha li tibqa' tgħix magħhom għal sentejn wara li iżżewġet sabiex tkun tista' tibqa' tieħu ħsiebhom. Hija kompliet tgħid kif meta marad missierha f'Diċembru tal-2002, kompliet iddur biħ sakemm miet sena wara. Bhala pjan ta' kura fis-Social Inquiry Report tnizzel li 'Minn informazzjoni li nġabret tul il-kumpilazzjoni ta' dan ir-rapport, tinħass il-ħtieġa li Alosia Mifsud Grech tkompli tgħix ħajja stabbli u strutturata, il-bogħod minn kriminalita. Barra minn hekk,ikun ta' benefiċċju jekk l-imputata tingħata l-għajnuna psikoloġika sabiex tkun tista' tieħu responsabbilta' għan-nuqqasijiet tagħha fi-konfront tal-familja, kif ukoll sabiex tkun tista' tindirizza t-trawma tal-mewt ta' missierha, li kien punt ta' riferiment f'hajjitha.' Il-Qorti qalet li hija tqis li l-piena ghandha tkun waħda proporzjonata u li għandu jittieħed kont taż-cirkostanzi kollha tal-kaz u għalhekk ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin. Għal Mifsud Grech deheru l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/24/il-koppja-cutajar-kellha-xoghol-ta-valur-gholi-fl-interior-design-u-mqabbda-sew-fic-cina/
Il-koppja Cutajar kellha xogħol ta' valur għoli fl-'interior design' u mqabbda sew fiċ-Ċina
netnews.com.mt
Il-koppja Cutajar li qed tiġi mixlija b'rabta ma' akkużi ta' ħasil ta' flus kienet tagħmel xogħol ta' valur għoli, tant illi madwar żewġ miljun ewro ġew minn xogħol ta' 'interior design' u li dan ix-xogħol kien isir fiċ-Ċina, fejn hemm kienet l-akbar konċentrazzjoni ta' xogħol. Dan ix-xogħol kien anke jinkludu disinn ta' lukandi kbar, xogħol li kien isir permezz tal-kumpanija li hija bbażata f'Ċipru. B'kollox kien hemm tranżazzjonijiet ma' 11-il kumpanija Ċiniża. Id-difiża kkontendiet li għal dan ix-xogħol hemm irċevuti li juru kif dan ix-xogħol sar, u li ma sar xejn irregolari. Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech bdiet il-kumpilazzjoni ta' Aldo Cutajar, eks konslu ta' Malta għal Shangai, li flimkien ma' martu Isabel Cutajar qed jiġi akkużat b'rabta ħasil ta' flus, u li skont il-Prosekuzzjoni dawn il-flus ġew minn attività kriminali. Fil-bidu tas-seduta, li f'ħinijiet minnhom kienet taħraq L-Ispettur Lianne Bonello talbet lill-Qorti biex tagħmel xi sostituzzjonijiet fl-akkużi fejn fost l-oħrajn, issa qed tkun ukoll akkużata wkoll kumpanija rreġistrata Ċipru li tagħha hija l-benefiċċjarja Isabelle Cutajar. L-Ispettur Bonello tat rendikont tal-propjetà li nstabet fejn fost l-oħrajn issemmiet numru ta' propjetà fosthom villa fin-Naxxar, Penthouse u garaxx fis-Swatar, residenza fit-Toscana l-Italja u għadd ta' karozzi u oġġetti lussużi li nstabu fid-dar waqt l-arrest. Fosthom erba' arloġġi Rolex u anke ftit aktar minn nofs miljun ewro fi flus kontanti. L-avukat Joe Giglio, li flimkien mal-Avukat Simon Micallef Stafrace qed jidher għal Isabel Cutajar ta' 52 sena għamel diversi domandi lill-Ispettur Bonello dwar x'inhuma l-akkużi fil-konfront tal-klijenti tiegħu, dan minħabba wkoll il-fatt li ssemmew oġġetti li nstabu f'safe, u dokumenti relatati ma' visas u passaporti. L-avukat Giglio staqsa jekk hemmx provi li dawn id-dokumenti humiex mbgħabsa jew jekk il-klijenti tiegħu kellhiex x'taqsam ma' dan kollu. Filwaqt li l-Ispettur Bonello kkonfermat li sa issa ma hemm xejn irregolari, u li Isabel Cutajar ma jidhirx li għandha x'taqsam ma' dawn id-dokumenti, qalet li hemm suspetti kbar li numru ta' ismijiet ta' persuni li nstabu fis-safe ħdejn id-dokumenti jagħtu x'jifhem li hemm xi ħaġa ħażina. Il-Prosekutur qalet ukoll li fl-interogazzjoni li għadha sejra u li għad fadlilha, ċertu domandi li hija għamlet lill-akkużati ma kienux imwieġba. L-avukat Giglio qal ukoll lill-Qorti li mhux sew meta l-klijenti tiegħu tat l-informazzjoni kollha lill-Pulizija u li minħabba li l-Prosekuzzjoni ma ħarkitx ix-xhieda pajżana kollha għall-ewwel seduta, din ma tistax tingħata l-libertà proviżorja, għax ma tistax tingħata qabel mal-pajżana kollha jagħtu d-depożizzjoni tagħhom fil-Qorti. Hemm ukoll il-punt ta' jekk hemmx biżżejjed provi biex Aldo Cutajar ta' 55 sena, li għalih qed tidher l-avukat Roberta Bonello u martu jitqiegħdu taħt att ta' akkuża. Il-Qorti kienet qed tippjana li tkompli tismaż l-każ nhar it-Tnejn li ġej, iżda minħabba l-kwistjoni tat-talba għal libertà proviżorja qalet li jkun f'waqtu li ssir seduta oħra nhar il-Ħamis fid-9am fejn hemm mistennija ssir it-talba mid-difiża. Ħareġ mix-xhieda li l-koppja kellha kontijiet fis-Sata Bank u li dawn ġew trasferiti għall-Bank of Valletta u li l-kumpanija u li l-koppja kellha kont bankarju f'Dubai ta' madwar €300,000. L-Ispettur Bonello qalet li hija rċiviet informazzjoni kunfidenzjali fuq kumpanija ta' Isabel Cutajar li kellha Malta u din damet sal-2005 u li wara din il-kumpanija ġiet trasferita f'Ċipru. Il-mara hija Direttur tal-kumpanija. Hija qalet li b'kollox flus fir-residenza tal-koppja nstabu €541,955 u li mill-istħarriġ li hija għamlet fuq numru ta' karozzi li l-koppja għandha, u li wħud minnhom huma lussużi, dawn inxtraw kollha cash. Il-kumpanija Gemini Design Studios Limited, li hija bbażata ġewwa Limassol Ċipru u skont l-Ispettur Bonello meta l-akkużat ġie mistoqsi fuq ħlas ta' taxxa ta' din il-kumpanija, qal li dan kolli jiġi dikjarat f'Ċipru stess. Dwar kif jgħixu l-koppja, l-Prosekutur qalet li dawn qalu li l-flejjes u l-assi kollha li għandhom saru grazzi għal din il-kumpanija. Hawn l-Avukat Giglio kompla jinsisti li ma saret l-ebda rregolarità minn naħa tas-Sinjura Cutajar, għax hija ppreżentat l-irċevuti kollha għal flus li għamlet mill-kumpanija. Xehdu wkoll numru ta' Nutara, Avukat u rappreżentanti ta' banek u uffiċjali tal-Gvern fosthom dawk li għandhom x'jaqsmu mat-taxxa, u li b'xi mod jew ieħor kellhom dokumentazzjoni dwar il-propjetá tal-akkużati. Sadanittant d-difiża kolleġġament qalet li hija tirileva kien biss fl-ewwel seduta tal-kumpilazzjoni li hij ġiet notifikata bl-akkużi kif mibdula għal darba darbtejn f'temo15-il minuta mill-Prosekuzzjoni. Id-difiża qalet li filwaqt li tirriżerva li tressaq l-eċċezzjonijiet pertinenti fi stadju opportun,qed tipprotesta għall-fatt li minkejja li l-imputati ġew imressqa fis-16 ta' Awwissu, 2020 jidher ċar li l-Prosekuzzjoni kienet għadha lanqas ma kienet fi stadju kif suppost ta' meta kellhom ikunu l-akkużi fil-konfront tagħhom. L-Avukati Gary Cauchi u Cinzia Azzopardi Alamango kienu wkoll preżenti fl-awla għan-nom tal-Avukat Ġenerali. Il-koppja qed ikunu akkużati li kisbu propjeta' minn dħul li ġie minn attivita' kriminali.Il-koppja qed twieġeb mhux ħatja għall-akkużi miġjubin kontriha.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/22/il-covid-19-kapaci-nirbhulha-fi-zmien-sentejn-who/
Il-COVID-19 kapaċi nirbħulha fi żmien sentejn – WHO
netnews.com.mt
Il-Kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa Tedros Ghebreyesus jemmen li fi żmien sentejn inkunu irbaħna il-Coronavirus. Dan għaliex bl-avvanzi tekonloġiċi u xjentifiċi li għandha preżentament, id-dinja kapaċi tegħleb pandemija aħjar minn kif irreaġixxiet l-umanità mitt sena ilu meta waqt l-Ispanish Flu domna propju sentejn sħaħ. Ghebreyesus jgħid li l-kuntatt li għandu l-bniedem illum qed jgħin biex il-virus jinxtered aktar, għaliex hu inqas faċli li tagħmel distanzjament soċjali. Iżda mil-lat l-ieħor, it-teknoloġija illum hi ferm u ferm aktar avvanzata, u allura d-WHO temmen li b'impenn u solidarjetà bejn il-pajjiżi kollha kapaċi tingħeleb din l-isfida. Fl-1918 l-Ispanish Flu kienet ħalliet 50 miljun persuna mejta. Il-Covid-19 sal-lum ħalla 800,000 fatalità….u aktar minn 22 miljun persuna li ħew infettati bil-virus.
[ 1, 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/22/il-virus-mghaddiex-ilvirus-ghadu-maghna/
"Il-virus m'għaddiex…. il-virus għadu magħna"
netnews.com.mt
"Jekk tiftaħ l-iskejjel f'sitwazzjoni meta t-trasmissjoni fil-komunità tkun qawwija, huwa riskjuż ħafna." " Meta tiġi biex tiftaħ l-iskejjel importanti li jkollok ċertu stagerring u jkollok it-trasmissjoni fil-komunità li tkun taħt kontroll. Jekk inti tipprova tiftaħ l-iskejjek f'sitwazzjoni meta t-trasmissjoni fil-komunità tkun qawwija huwa riskjuż ħafna. Inti trid tistenna li s-sitwazzjoni fil-komunità tkun taħt kontroll u tibda pjan bil-għaqal bil-mod. " Sostniet dan it-Tabiba Maltija Natasha Azzopardi Muscat, li hija d-Director of Country Health Policy and Systems tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa Ewropea. Hija qalet li l-ftuħ tal-iskejjel għandha tkun xi ħaġa privileġġata anke fuq setturi oħra tal-ekonomija, għax meta ngħaqlu l-iskejjel, l-impatt fuq l-istudenti kien wieħed qawwi. Iżda dan għandu jsir biss meta s-sitwazzjoni f'pajjiżna tkun taħt kontroll. Dan għaliex mhux eskluż li meta jinfetħu l-iskejjel hemm ċans li jerġgħu jfeġġu l-każijiet. It-Tabiba Azzopardi Muscat qalet li d-differenza bejn l-ewwel mewġa u t-tieni mewġa ta' dan il-virus hi li lura fi Frar li għadda ma konna nafu xejn fuq dan il-virus ħlief li kien virus mhux komuni. Dak iż-żmien ħafna pajjiżi, inkluz Malta ħadu miżuri qawwija. Illum l-ġurnata, wara sitt xhur nafu kif dan il-virus jiġi trasmess u liema huma dawk iċ-ċirkustanzi meqjusa bħala ta' riskju għoli. Hija qalet li llum il-ġurnata biex nikkumbattu dan il-virus, ma rridux nittargitjaw li ngħalqu kollox, iżda li nattakkaw fejn u kif jinfirex il-virus. " Immorru fejn ikun qed inxtered il virus u jkun hem riskju għoli u nieħdu l-miżuri li hemm bżonn jittieħdu fosthom ta' kwarantina u jagħlqu l-istabilimenti b'hekk nipproteġu s-soċjet\ u l-ekomomija billi nieħdu azzjonijiet li jkunu ffukati fil-ħin meqjus u anki li jkunu lokalizzati. " Saħqet bl-iktar mod ċar li virus m'għaddiex… il-virus għadu magħna. " Għax-xhur li ġejjin u din hija ċara għal kulħadd, il-virus m'għaddhiex, il-virus għadu magħna. Qed nagmlu dak kollu li nistghu biex ikollna vaċċin u terapija iżda sakemm tasal dik il-ġurnata se jkollna naraw kif nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex dejjem ikollna l-virus ikkontrollat u nkunu nistgħu ngħixu ħajjitna bl-aħjar mod illi nistghu f'dawn iċ-ċirkustanzi li jippermettu. " U hekk kif qed joqrob l-istaġun tal-influwenza, id-WHO qed tibqa' ttenni l-appell tagħha biex kulħadd, speċjalment l-anzjani u n-nies vulnerabbli, jieħdu l-vaċċin kontra l-influwenza staġjonali. Natasha Azzopardi Muscat sostniet li s-servizzi tas-saħħa jridu jkunu ppreparati li jaffaċjaw mhux biss żieda fil-każijiet tal-COVID iżda wkoll l-każijiet tal-influwenza staġjonali. " Nafu li jekk nieħdu ċerti azzjonijiet li nnaqslu r-riskju, dan kollu jista' ifisser li l-impatt fuq is-servizzi tas-saħħa ma jkunx daqshekk gravi daqs kemm wieħed jista' jistenna. "
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/23/sinisa-mihajlovic-pozitiv-ghall-coronavirus/
Sinisa Mihajlovic pożittiv għall-coronavirus
netnews.com.mt
Il-kowċ ta' Bologna Sinisa Mihajlovic irriżulta pożittiv għall-coronaviurs wara t-test li sarlu nhar l-Ġimgħa hekk kif Bologna rritornaw għat-taħriġ. Il-klabb iddikjara li l-kowċ huwa kompletament asintomatiku u se jkun qiegħed jiġi iżolat għall-ġimgħatejn li ġejjin skond il-protokoll mediku. Is-sajf li għadda Mihajlovic tile fil-pre season kollu tiegħu ma' Bologna wara li kien għaddej mill-kura kontra l-leukaemia. Din l-aħbar tqajjem biża' dwar saħħet il-kowċ ta' 51 sena minħabba li jitqies bħala persuna vulnerabbli. Għada se jkunu qed jiġu ttestjati l-plejers u l-membri tal-istaff tat-tim kollu ta' Bologna.
[ 1, 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/26/il-hamis-mistennija-s-sentenza-ta-brenton-tarrant/
Il-Ħamis mistennija s-sentenza ta' Brenton Tarrant
netnews.com.mt
Il-familji tal-vittmi li nqatlu fl-isparatura li seħħet f'Moskea fi New Zealand is-sena li għaddiet ikkonfrontaw lil Brenton Tarrant. Dan hekk kif is-smigħ tas-sentenza ta' Tarrant daħal fit-tielet jum tiegħu, fejn l-Ħamis mistenni jitħabbar l-verdett finali. Fost dawk preżenti fl-awla kien hemm sens ta' niket, iżda wkoll rabja hekk kif mad-90 persuna tkellmu dwar l-inċident li hasad il-hajja ta 51 persuna fi Christchurch fil-15 ta' Marzu tal-2019, filwaqt li darab għexieren oħra. L-Awstraljan ta' 29 sena wieġeb ħati għal 51 akkuża relatati mal-omiċidju, 40 dwar attentat ta' qtil u akkużi ta' terroriżmu. Tarrant qed jaffaċċja sentenza ta' għomor il-ħabs.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/26/ir-regatta-ta-jum-il-vitorja-se-ssir-izda-bdiversi-restrizzjonijiet-li-dawk-involuti-jridu-jsegwu/
Ir-Regatta ta' Jum il-Vitorja se ssir iżda b'diversi restrizzjonijiet li dawk involuti jridu jsegwu
netnews.com.mt
Aħbar pożittiva għad-dilettanti tar-Regatta hekk kif il-President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor Stephen Paris ħabbar li r-Regatta ta' Jum il-Vitorja se ssir iżda b'xi miżuri ta' restrizzjoni. Din is-sena kienet diffiċli ħafna għal dan l-isport minħabba li kawża tal-Covid-19 kellha titħassar ir-Regatta tal-31 ta' Marzu filwaqt li tul dawn l-aħħar xhur kien hemm inċertezza dwar l-edizzjoni tat-8 ta' Settembru. Għal Paris li għalih se tkun l-aħħar Regatta bħala President tal-Għaqda, hu mument ta' sodisfazzjon wara ħidma bla waqfien biex jikseb il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet tas-Saħħa. Għal din l-attività nħoloq protokoll mediku apposta, bit-talba tal-President hi li kulħadd isegwi dawn il-miżuri biex ir-Regatta ssir kif mixtieq. Dakinhar tar-Regatta, mhu se jitħalla ħadd jidħol fuq il-mollijiet ta' Pinto 4 u 5, fi kliem ieħor ir-Regatta se ssir mingħajr spettaturi fuq il-moll tal-Belt Valletta. Il-klabbs kollha se jmorru għat-tlielaq mill-klabbs rispettivi tagħhom u fit-technical area, l-ammont ta' nies se jkun ridott għal 15-il persuna biex ikunu konformi mal-liġi. Il-poloz se jitilgħu l-Ħamis 3 ta' Settembru fil-Kumpless tal-Kottonera f'Bormla fit-3.00pm. Dawn se jitilgħu bil-bibien magħluqa u l-poloz se jixxandru b'mod dirett fuq facebook. Ir-Regatta ta' Jum il-Vitorja se tixxandar b'mod dirett fuq l-istazzjon nazzjonali, b'netnews.com.mt se jkun qed iżomm lid-dilettanti tar-regatta b'mod aġġornat tul it-tlielaq.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/26/il-magistrat-joe-mifsud-jghid-li-l-attenzjoni-mghandhiex-tkun-biss-fuq-id-dritt-tal-akkuzat/
Il-Maġistrat Joe Mifsud jgħid li l-attenzjoni m'għandhiex tkun biss fuq id-dritt tal-akkużat
netnews.com.mt
Il-Maġistrat Joseph Mifsud ċaħad talba għall-ħelsien mill-arrest li saret minn Herman Sant ta' 48 sena minn Ħad-Dingli u qal li dan l-aħħar il-Qrati kienu qed jagħtu wisq attenzjoni għad-drittijiet tal-akkużat. Sant qed jinżamm taħt akkuża ta' pussess ta' kokaina u eroina mhux esklussivament għall-użu personali tiegħu u li kiser il-ħelsien mill-arrest mogħti lilu b'rabta ma' każ ieħor f'Lulju 2016. Fid-digriet tiegħu li ċaħad talba għall-ħelsien mill-arrest mill-avukati ta' Sant, Mifsud qal li hemm numru ta' fatturi u interessi li jikkompetu – fosthom dak tal-akkużat flimkien mal-familja tiegħu u l-interessi usà tas-soċjetà. Il-Maġistrat qal li l-Qorti tħossha imħassba li fl-aħħar ftit snin, hija kienet "poġġiet wisq enfasi fuq id-drittijiet tal-akkużat … u ma tatx biżżejjed attenzjoni lill-bżonnijiet ta' dawk li jgħixu fis-soċjetà tagħna li għandhom bżonn ukoll il-protezzjoni tal-Qrati." "Hemm bżonn urġenti li meta tiġi diskussa l-libertà proviżorja, apparti l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, għandna nżommu f'moħħna l-Artikolu 2 u l-obbligu ta l-Istat li jipproteġi l-ħajja ta' dawk kollha li jgħixu f'dawn il-gżejjer. " Huwa sostna li kien fl-interess komuni li l-Qrati jagħtu direzzjoni f'soċjetà li tilfet ħafna mill-valuri umani qawwija tagħha. Għal din ir-raġuni, il-Qorti qalet li dwar il-bilanċ tal-akkużi serji tad-droga u l-kundanni preċedenti tiegħu, kienet se tiċħad il-ħelsien mill-arrest lill-akkużat. L-Ispettur Justine Grech qed tressaq il-Qorti. L-avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca huma l-avukati difensuri.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/26/76-fekruna-jerhula-lejn-il-bahar/
76 fekruna jerħula lejn il-baħar
netnews.com.mt
F'post fuq il-media soċjali Nature Trust ħabbret li 76 fekruna rħewlha fi triqthom lejn il-baħar minn 95 bajda fil-Bajja tal-Mixquqa. Intant, voluntiera ta' Nature Trust Malta, il-Ħadd li għaddha qattgħu lejl mill-isbaħ fuq il-bajja tar-Ramla tal-Mixquqa hekk kif kienu preżenti waqt li madwar 50 fekruna tal-ilma baħar faqqsu u rħewla lejn il-baħar biex jibdew il-vjaġġ tal-ħajja fl-ambjent naturali tagħhom. Il-fkieren komplew ifaqqsu bejn it-Tnejn u t-Tlieta.
[ 7 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/26/covid-19-jonqsu-l-kazi-madwar-id-dinja/
COVID-19: Jonqsu l-każi madwar id-dinja
netnews.com.mt
Is-saħħa tal-pandemija qed tmajna kullimkien barra fl-Asja u fil-Lvant tal-Mediterran L-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed tirrapporta tnaqqis fil-każi ta' Covid-19 madwar id-dinja, hekk kif bdew l-ewwel sinjali li l-pandemija bdiet tikkalma. Skont iċ-ċifri uffiċjali tad-WHO, matul l-aħħar ġimgħa il-każi ġodda ta' Coronavirus naqsu b'5 fil-mija, filwaqt li l-imwiet globali naqsu bi 12 fil-mija. Id-WHO qed tinnota li s-saħħa tal-pandemija qed tmajna kullimkien barra fl-Asja u fil-Lvant tal-Mediterran, fejn in-numri komplew jiżdiedu. F'dawn it-tminn xhur diġa' kellna 'il fuq minn 24 miljun każ ta' persuni li ttestjaw pożittivi għall-Coronavirus.
[ 1, 8, 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/27/live-yorgen-fenech-upate/
"Fenech qal li Keith Schembri riedu jeħles minn Caruana Galizia, u li ddiskuta l-assassinju ma' Muscat fil-Girgenti" – Kurt Zahra
netnews.com.mt
Joseph Muscat kien kellmu dwar l-assassinju waqt il-party tal-Girgenti Dalgħodu fil-Qorti tkompli tistema' l-kumpilazzjioni tal-evidenza fil-konfront ta' Yorgen Fenech b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Fis-seduta tal-lum se jiġi ppreżentat rapport mill-Psikjatra Joe Cassar li eżamina l-istat mentali tal- middleman f'dan il-każ Melvin Theuma. Cassar ra lil Theuma wara li ħareġ mill-isptar fejn kien ġie rikoverat wara li allegatament weġġa' lilu nnfisu. Mhux magħruf jekk Theuma hux se jkun fiżikament preżenti fl-awla. Jekk iva, din tkun l-ewwel seduta li se jkun qed jattendi għaliha wara li ħareġ mill-isptar. Il-kumpilazzjoni qed tinstema' quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello. 16:10 Ix-xhieda ta' Zahra tintemm hawn. Id-difiża titlob kopja tat-telefonati bejn l-eks Kummissarju Cutujar u Edwin Brincat il-Ġojja. 16:04 Zahra jgħid li Fenech kien qal li kien jafda lil Keith Schembri sa ftit taż-żmien ilu 15:56 Kien hawn li l-eks Chief of Staff bgħat lil Kenneth Camilleri għand il-middleman bil-wegħda li t-tliet irġiel li wettqu d-delitt jieħdu l-libertà proviżorja 15:48 L-Ispettur jgħid li Fenech kien qal li meta Joseph Muscat sejjaħlu Kastilja kien issemma Vince Muscat, il-Koħħu. Zahra jgħid li Theuma kien beda jinħakem mill-paniku meta l-Koħħu beda jitkellem 15:47 Zahra jixhed li Fenech kien qal lill-Pulizija li Muscat kien jgħidlu biex jikkontrolla lil Melvin Theuma 15:45 L-Ispettur jgħid li fil-mobile ta' Fenech instabu għadd ta' messaġġi bejnu u bejn l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, fosthom fejn l-eks Prim Ministru jistaqsi lill-imprenditur jekk ħax gost il-party.Fenech wieġbu li ma tantx kellmu għax kien qed jistħi. Zahra jgħid li jeżistu aktar transcipts tagħhom mhumiex disponibbli 15:42 Stqasejt lil Fenech jekk hux is-sid ta' 17 Black imma dwar dan ma nistax nikkummenta minħabba investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin, qal Zahra 15:30 L-Avukat Azzopardi jistaqsi għalfejn Fenech kien qal li kien se jispjega dwar id-differenza fis-somma mħallsa aktar tard. Zahra ma jafx iwieġeb 15:29 Għal mistoqsija ta' Jason Azzopardi l-Ispettur jgħid li jekk it-telefonati saru fuq Whatsapp jew Signal, dawn ma jkunux jistgħu jiġu ttraċċati 15:26 L-Ispettur Zahra jixhed li Fenech qallu li dakinhar li kien arrestat Melvin Theuma, Keith Schembri kien faqalu l-mobile. L-eks Chief of Staff kien cempel lill-imprenditur aktar minn 30 darba 15:19 Zahra jgħid li 'huma' tirreferi għat-tabib Adrian Vella għal Keith Schembri 15:17 Azzopardi jikkwota transcipt tax-xhieda ta' Fenech fejn qal li 'huma riedu jħarrbuni jumejn qabel'. Azzopardi jistaqsi min huma l-'huma' 15:13 Fuq dan il-punt iqum kjass sħiħ hekk kif id-difiża qed tinsisti li l-proskuzzjoni u l-parte civile qed jaqsmu informazzjoni bejniethom. L-Avukat tad-Difiża Charles Mercieca jinstema' jlissen li din hija diżgustanti 15:10 L-Ispettur jixhed li f' chat bejn Fenech u l-Kaptan tal-jott tiegħu Logan Woods, dan tal-aħħar qallu li aħjar joħorġu bil-jott filgħodu għax tidher anqas suspettuża 15:06 Mistoqsi minn Azzopardi għandux dettalji dwar kemm damet it-telefonata u dettalji oħra. Zahra jgħid li jrid jistaqsi lit-task force dwar dan 15:04 Zahra jitkellem dwar il-famuża telefonata bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri qabel l-imprenditur telaq bil-jott tiegħu 15:02 L-Avukat li qed jidher parte civile jistaqsi x'wassal għall-arrest ta' Fenech. Zahra jwieġeb li Keith Arnaud kien ċempillu biex jgħarrfu li Fenech kien se jipprova jaħrab 14:55 Azzopardi jistaqsi lil Zahra meta Yorgen Fenech beda jitqies bħala supsettat. Zahra jwieġeb li kien lejn it-tmien tal 2018 u l-bidu tal-2019 14:47 Imiss issa lill-Avukat Jason Azzopardi li qed jidher parte civile għall-familja Caruana Galizia jistaqsi lil Kurt Zahra dwar Yorgen Fenech 14:34 Dwar il-pagament għall-assassinju, Fenech kien speċifika li dan kien ta' €120,000 li aktar 'il quddiem sar €150,000, iżda li ma setax jispeċifika għalfejn żdiedet is-somma 14:23 L-Ispettur jixhed ukoll dwar chats ta' Fenech 14:21 Zahra jgħid ukoll li Fenech xehed li Keith Schembri kien ħallas €80,000 lil Melvin Theuma għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia 14:19 Zahra qal li diversi xhieda qalu li Theuma kien ħareġ €30,000 minn butu biex jitwettaq l-assassinju 14:18 "Mexxi mexxi" Hekk qal Schembri lil Fenech dwar il-pjan biex tinqatel il-ġurnalista. Zahra qed jispjega x'qal Fenech fix-xhieda tiegħu lill-Pulizija u kif meta Fenech mar ikellem lil Schembri dwar il-pjan dan qallu biex imexxi 14:12 Zahra jitkellem dwar ikla għand Fenech li għaliha kienu mistiedna Keith Schembri u Melvin Theuma u li tulha ġie diskuss l-assassinju tal-ġurnalista 14:10 Zahra jgħid li Fenech qatt ma fittex nies biex iwettqu d-delitt 14:09 L-Ispettur ikompli jgħid li Fenech kien stqarr li l-eks Chief of Staff kien imur għandu kuljum u jgħidlu li Caruana Galizia trid tmut 14:08 Fenech, qal Zahra, kien stqarr mal-Pulizija li hu kien tkellem darbtejn mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, darba minnhom fil-party tal-Girgenti fejn iddiskutaw l-assassinju ta' Caruana Galizia u r-raid li kien se jsir lil Melvin Theuma 14:07 Zahra jgħid li skont Fenech Schembri kient itih informazzjoni dwar tapping ta' mobiles. Kien Schembri li kien qallu jeħles mill-ġurnalista 14:05 Kurt Zahra jgħid li fl-interrogazzjoni Fenech kien qal lill-Pulizija li Keith Schembri kien ħareġ bil-pjan biex joqtol lil Daphne Caruana Galizia Il-qraba ta' Daphne Caruana Galizia deħlin il-Qorti qabel is-seduta tal-lum 14:03 Iżid jgħid li Fenech qatt ma ċaħad l-involviment tiegħu fil-qtil. L-Avukat tal-imprenditur joġġezzjona 14:02 Zahra jgħid li ħabba f'hekk l-avukati ta' Fenech kienu oġġezjonaw għall-interrogazzjoni tiegħu 13:59 Meta Fenech ġie mgħarraf li kienet ġiet irrifjutata dan sar b'mod verbali u mhux bil-miktub 13:55 L-Ispettur jgħid li filwaqt li l-middleman ta x-xhieda tiegħu b'mod awdjo viżiv iżda Fenech kien irriffjuta 13:50 Zahra jgħid li ;-investigazzjoni kellha tliet partijiet. L-ewwel parti kien l-arrest tat-tliet persuni li wettqu d-delitt, it-tieni dwar l-arresti tal-middleman u ta' Yorgen Fenech, u fl-aħħar parti se jitkellem dwar l-aħħar żviluppi 13:45 Is-seduta tkompli, din id-darba bl-Ispettur Kurt Zahra fuq il-pedana tax-xhieda 13:04 Is-seduta ġiet sospiża u mistennija terġa tkompli għall-ħabta tas 1:30pm bix-xhieda ta' l-Ispettur Kurt Zahra 13:01 Id-Difiża issa qed tinsisti li Arnaud jippreżenta kopja ta' dokument li kien qed jirreferi għalih waqt il-kontro eżami. Arnaud jgħid li jista jurih iżda hemm partijiet li jkollu jgħatti għax fihom evidenza li għadu ma tkellimx dwarha 12:52 L-Avukat tad-Difiża jistaqsi lil Arnaud jekk kienux instabu aktar recordings u li ma kienux eżibit bl-Ispettur iwieġeb li mhux mgħarraf dwar dan. L-aħħar recordings li kienu nstabu kienu bejn il- middleman , is-sieħeb fin-negożju ta' Fenech, Johann Cremona u Kenneth Camilleri, l-eks uffiċjal tas-sigurtà f'Kastilja. 12:49 Charles Mercieca jistqasi jekk Theuma kienx ħeba aktar recordings meta sar jaf li kien se jiġi arrestat. Arnaud ma jafx. 12:34 Id-Difiża tistaqsi dwar leaks t' messaġġi mill-mobile ta' Yorgen Fenech lill-media. Arnaud jgħid li kien hu stess li ġibed l-attenzjoni lill-Qorti dwar dan iżda li hu mhux responsabbli għall-investigazzjonjiet 12:35 Mistoqsi dwar min għandu kopji tal-files, Arnaud jgħid li t- task force jista' jkun għamlet aktar kopji tagħhom 12:28 L-Ispettur jgħid li task force apposta qed tistabbillixi kienx hemm aktar data u jgħid li hu ma tkellimx mal-espert tal-Qorti 12:25 Tkompli s-seduta. Id-difiża tistaqsi dwar żewġ files ta' recordings li huma neqsin 12:12 L-Ispettur jgħid li se jikkonsulta mal-Avukat Ġenerali dwar informazzjoni sensittiva u jitlob lill-Prosekuzzjoni tindika liema evidenza qed tirreferi għaliha 11:57 Il-battibekk ikompli b'Arnaud jistqarr li l-evidenza għadha ma ġietx ippreżentata għax il-Prosekuzzjoni ma kinitx taf biha, iżda kif saret taf biha komplew l-investigazzjonjiet u kienet talbet lill-Qorti biex ma teżibixxix l-evidenza biex ma jkunux preġudikati l-investigazzjonijiet 11:55 Arnaud jwieġeb li l-evidenza kollha miġbura se tkun eżibita fil-ġimgħat li ġejjin 11:52 L-Avukat tad-Difiża jgħid lill-Qorti li filwaqt li l-Prosekuzzjoni għandha quddiemha l-evidenza kollha tal-inkjesta maġisterjali hemm żbilanċ fil-konfront tad-Difiża u qed tkun il-Prosekuzzjoni li tiddeċiedi f'evidenza għandha tkun eżibita 11:49 Mercieca jippressa bil-mistoqsijiet tiegħu u jistaqsi jekk kienx hemm messaġġi u informazzjoni fuq dawn il-mobiles. Jgħid li l-Pulizija qed iżżomm informazzjoni li tista' tgħin lil Yorgen Fenech 11:48 Keith Arnaud jgħid li l-Pulizija kkonfistkar aktar apparat elettroniku 11:47 Id-difiża tistaqsih jekk jafx li Theuma kellu aktar minn 4 mobiles 11:45 Arnaud jixhed li fil-kaxxa kien hemm erba' mobiles 11:42 Il-mistoqsijiet jerġħu iduru fuq Melvin Theuma u Mercieca jistaqsi lil Arnaud jekk kienx preżneti meta nstabet il-kaxxa bir- recordings tal- middleman . Arnaud jgħid li le iżda li kien preżenti meta nfetħet 11:35 Mercieca jerġa' jistaqsi dwar Cutajar bl-ispettur jgħid li ma ħasx li kellu jinvestiga lill-eks Kummissarju. Id-difiża tistaqsih jekk hux qed jgħatti lil Cutajar. Arnaud jgħid li m'għandux raġuni għal xiex 11:34 L-ispettur iwieġeb li le u li kien imur l-isptar biss bħala parti minn xogħlu bħala investigatur 11:33 Arnaud jgħid li l-aħħar li ra lil Theuma kien l-isptar, u l-avukat jistaqsih jekk hux ħabib tal- middleman 11:28 Charles Mercieca qed jistaqsi jekk kienx hemm konverżazzjonijiet oħra ma' Melvin Theuma iżda l-Ispettur jgħid li dawn saru dejjem b'mod uffiċjali 11:26 Dwar min qed jinvestiga, Arnaud jgħid li ma jafx u li l-mistoqsija għandha ssir lis-superjuri tiegħu 11:25 Arnaud jgħid li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin 11:25 Id-difiża tistaqsi dwar tixħim li ħa Cutajar b'rabta mad-diversi każi 11:24 Keith Arnaud jispjega li ma kienx jaf bil-ħbiberija bejn Brincat u l-eks Kummissarju, u huwa biss issa li qed toħroġ cara l-ħbiberija twila li kellhom bejniethom 11:18 Id-difiża issa tistaqsi dwar ir-rabta bejn Edgar Brincat u Mario Tonna, iżda Arnaud jerġa' jirreferi għall-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin u ma jweġibx 11:09 Arnaud jgħid li l-eks Kummissarju Lawrence Cutajar ma kienx preżenti għall-interrogazzjioni ta' Brincat, iżda mistoqsi jekk kienx kellmu dwarha, l-Ispettur jikkonferma mingħajr ma jagħti dettalji minħabba investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin 11:08 Il-mistoqsijiet issa jduru fuq Edgar Brincat, il-Ġojja. L-ispettur jikkonferam li Brincat kien ġie arrestat darbtejn, u l-Pulizija kienet żammet il-mobile tiegħu 11:01 Dwar Cremona, Arnaud qal li dan issejjaħ darbtejn għall-interrogazzjoni 10:59 L-ispettur jitkellem dwar konverżazzjonijiet bejn l-eks uffiċjal tas-sigurtà u Melvin Theuma fejn ftehmu li jiltaqgħu għand Johann Cremona 10:56 Id-difiża tistaqsi issa dwar Kenneth Camilleri. Arnaud jgħid li Camilleri kien issejjaħ mill-Pulizija fejn l-eks uffiċjal tas-sigurtà f'Kastilja qal li ma kienx jaf lil Keith Schembri u li qatt ma ltaqa' ma Yorgen Fenech 10:52 Arnaud mistoqsi jekk wara x-xhieda tat-Tabib Vella l-ġimgħa li għaddiet, kienx issejjaħ Keith Schembri, bl-ispettur jgħid jiċħad iżda jgħid li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin 10:49 L-Ispettur jgħid li skopra li Vella kien jaf lil Schembri wara li t-tabib qal li ġieli mar id-dar tal-eks Chief of Staff 10:47 Keith Arnaud jikkonferma li l-mobile ta' Vella ma kienx inżammi mill-Pulizija u jgħid li sa dakinhar ma kienx jaf li Vella kien ukoll it-tabib ta' Keith Schembri minbarra ta' Yorgen Fenech 10:46 Mistoqsi kienx informa lil Keith Schembri li kien se jiġi arrestat, l-ispettur iwieġeb fin-negattiv 10:44 Arnaud issa jitkellem dwar l-arrest tat-Tabib Adrian Vella. Jgħid li wara informazzjoni li tahom it-tabib, l-investigaturi riedu jkellmu lil Keith Schembri 10:40 L-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru ta tlett stqarrijiet lill-Pulizija waqt li kien arrestat 10:38 Schembri ngħata l -police bail sal-għada 28 ta' Novembru meta reġa' nġabar filgħodu 10:35 Arnaud jgħid li l-ewwel arrest sar fit-26 ta' Novembru fis-7.00am u Schembri dam arrestat sa l-għada f'nofsillejl, jew kwazi 40 siegħa 10:32 Arnaud jixhed li l-eks Chief of Staff ta' Joseph Muscat, Keith Schembri, kien arrestat darbtejn 10:28 L-Avukat Mercieca jiġbed l-attenzjoni lill-Qorti li l-Ispettur qed jikteb xi noti. Il-Qorti tgħid li ma rat xejn 10:25 Il-Maġistrat tordna lil Arnaud biex ma jsemmix l-ismijiet tal-persuni fit-tim 10:23 Charles Mercieca jistaqsi min mit-tim kien jitkellem mal-Europol, b'Arnaud jgħid li ma jistax jagħti isem wieħed għax ġeneralment min kien imissur xogħol kien jitkellem la-aġenzija Ewropea skont il-bżonn 10:18 Mercieca jistaqsi lill-Ispettur kemm hemm nies fit-tim investigattiv. Arnaud jgħid li hemm 15-il persuna, u erba' persuni fl-uffiċju 10:11 Il-Maġistrat Rachel Montebello tidħol fl-awla. L-ewwel ma jitla' fuq il-pedana tax-xhieda hu Keith Arnaud. Jibda l-kontro eżami l-Avukat Charles Mercieca li qed jidher għal Yorgen Fenech Ikkummenta kumpilazzjoni
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/29/jaqleb-ghall-ahjar-alexei-navalny/
Jaqleb għall-aħjar Alexei Navalny
netnews.com.mt
Alexei Navalny, il-mexxej tal-Oppożizzjoni Russa li qed jiġi rikoverat fil-Ġermanja wara li allegatament ġie vvelenat, qaleb għall-aħjar. Navalny, kritiku ħarex tal-President Russu Vladimir Putin, issa jinsab f'qagħda stabbli u mhux fil-periklu li jitlef ħajtu. Uffiċjali Russi qed jiċħdu akkużi li kien il-Kremlin li ppjana l-ivvelenar ta' Alexei Navalny, bil-mexxej tal-Oppożizzjoni għall-ewwel jiddaħħal l-isptar fir-Russja, madankollu, wara ħafna inisistenza mill-qraba tiegħu, hu ġie trasferit lejn sptar f'Berlin fejn hu mifhum li issa jinsab f'qagħda stabbli. Skont it-tobba Ġermaniżi Navalny kien ivvelenat b'mod sever, u minkejja li issa jinsab aħjar, għadu kmieni wisq biex ikunu stabbiliti l-effetti fit-tul li se jkollu. Ir-raġel ta' 44 sena qed jinżamm f'koma fil-kura intensiva tal-isptar Ġermaniż u qed jieħu n-nifs bl-għajnuna ta' ventilator. russja
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/20/jinstab-virus-gdid-fuq-in-nies/
netnews.com.mt
Seba' persuni ttestjaw pożittivi għall-H5N8 bird flu Uffiċjali Russi kkonfermaw li seba' persuni li jaħdmu f'razzett tat-tjur fir-Russja ttestjaw pożittivi għal virus ġdid bl-isem ta' H5N8 bird flu. S'issa għad m'hemmx evidenza li turi li dan il-virus jittieħed minn persuna għal oħra. Jidher li dawk li għandhom il-virus ħaduh mit-tjur li kellhom dan il-virus jew li spiċċaw mietu bih.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/20/vjolenza-fit-toroq-ta-spanja/
netnews.com.mt
Għar-raba' jum konsekuttiv, ir-reġjun ta' Katalunja, fi Spanja ra għadd ta' dimostranti li niżlu fit-toroq wara li r-rapper Pablo Hasel intbagħat disa' xhur ħabs akkużat li tkellem dwar il-monarkija Spanjola filwaqt li faħħar il-vjolenza li ssir mit-terroristi. Fir-raba' lejl ta' protesti, seħħet vjolenza fuq l-uffiċjali tal-Pulizija fejn rapporti saħansitra qalu li d-dimostranti waddbu għadd ta' flixken, ġebel, murtali u żebgħa. Uħud mid-dimostranti daħlu f'fergħat tal-bank u provaw iqabbdu n-nar fuq ġewwa, b'oħrajn kissru u vvandalizzażw il-ħwienet tal-madwar. Eluf ta' persuni niżlu fit-toroq, iżda kienu biss gruppi żgħar li pparteċipaw f'din il-vjolenza u l-vandaliżmu.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/20/jipprovaw-johorgu-minn-malta-btestijiet-foloz-tal-covid/
netnews.com.mt
Tliet irġiel wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom hekk kif allegatament provaw joħorġu mill-pajjiż billi ppreżentaw testijiet foloz tal-COVID-19 waqt li kienu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. L-ewwel li dehru quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace kienu żewġ Franċiżi, Tabatoni Samuel Fabrizio Numa ta' 26 sena u Michelosi Arnaud Marine Jean ta' 25 sena fejn weħlu sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin wara li wieġbu ħatja li għamlu dikjarazzjonijiet foloz lill-Awtoritajiet Maltin. L-identità tat-tielet raġel ma tistax tixxandar hekk kif qed jgħin fl-investigazzjoni li kapaċi twassal għall-arrest tas-sors li qed jagħmel it-testijiet mediċi foloz. L-avukat tiegħu Charles Mercieca qal li l-akkużat ried joħroġ minn Malta malajr kemm jista' jkun minħabba emerġenza tal-qraba.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/19/jinheles-ic-champion-olimpiku-alex-schwazer/
netnews.com.mt
Ic-champion Olimpiku Alex Schwazer, sospiż għal tmien snin għad-doping, ġie meħlus minn proċeduri kriminali minn imħallef Taljan li qies li l-kampjuni tiegħu setgħu ġew mibdula u mbgħabsa. L-Imħallef investigattiv Walter Pelino, fil-prokura ta' Bolzano ddeċieda kontra t-tkeċċija tal-każ kontra c-Champion Olimpiku tal-50km mixi fl-Olimpijadi tal-2008 f'Beijing . Pelino fis-sentenza kiteb li jemmen bi grad għoli ta ' kredibilità li l-kampjuni ta' l-awrina meħuda minn Alex Schwazer fl-1 ta 'Jannar 2016 kienu nbidlu biex jinkiseb riżultat pożittiv sabiex jingħata l-iskwalifika u jiskredita lill-atleta. Wara din l-istqarrija iżda , il-WADA kkundannat il-kummenti u heddet li terġa tieħu azzjoni legali. Schwazer, ta '36 sena, ġie sospiż għal tmien snin eżatt qabel l-Olimpjadi tal-2016, wara li ttestja pożittiv għal sterojdi anaboliċi, iżda sostna li kien vittma ta' tbgħabis fil-kampjun tal-urina. Il-kampjuni meħuda fl-1 ta 'Jannar 2016 kienu inizjalment taw riżultati negattivi iżda analiżi ġdida, f'Mejju ta' wara, kixfet traċċi ta 'prodotti tad-doping. Schwazer qabel kien serva sospensjoni ta 'tliet snin u nofs talli kien pożittiv għall-booster tad-demm EPO qabel l-Olimpjadi ta' Londra tal-2012. Huwa ma kienx ikkontesta r-riżultati ta 'dak it-test. L-Imħallef Pelino kkritika lill-WADA u l-IAAF, żewġ korpi li qal "joperaw b'mod kompletament awtoreferenzjali, u ma jittollerawx il-kontrolli esterni."
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/19/it-tieni-rebha-konsekuttiva-ghal-wolves/
netnews.com.mt
Wolves kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat wara dik tal-ġimgħa li għaddiet fuq Southampton. B'din ir-rebħa Wolves komplew jitbiegħdu miż-żona relegazzjoni u saħħew posthom f'nofs il-klassifika. Wara li fis-27 Leeds laqtgħu l-lasta permezz ta' Mateusz Klich, Wolves fetħu l-iskor fl-64 minuta meta x-xutt mid-distanza ta' Adama Traore ħabat mal-lasta bil-ballun jaħbat mal-plejer ta' Leeds ILLAN MESLIER u jidħol fix-xibka b'Wolves jirnexxielhom jagħlqu l-ispazzji b'mod tajjeb u jżommu r-riżultat sat-tmiem.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/19/dodo-ta-hamrun-spartans-hu-l-aktar-plejer-minn-fost-il-kampjonati-kollha-fid-dinja-bl-akbar-ammont-ta-assists/
netnews.com.mt
L-attakkant ta' 30 sena ta' Ħamrun Spartans, Dodo hu l-aktar plejer dan l-istaġun, mill-Kampjonati kollha ta' kull pajjiż fid-dinja, bl-akbar ammont ta' assists; iġifieri li serva l-aħħar passaġġ li wassal għall-gowl fl-iskwadra tiegħu. Statistika interessanti li qed tiġi ppubblikata mis-sit internazzjonali u popolari transfermarkt.com, qed tpoġġi lil Dodo fl-ewwel post f'din il-klassifika, b'total impressjonanti ta' 20 assist minn 18-il partita tal-Kampjonat Premier s'issa. Dan l-ammont hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa, tant li ż-żewġ plejers li jinsabu fit-tieni post f'din il-klassifika, u li tiġbor fiha l-plejers li jilgħabu fil-Kampjonati kollha dinija, servew seba' gowls anqas mill-attakkant ta' Ħamrun minn Cape Verde. Dawn huma l-Awstrijak Raphael Holzhauser, li jilgħab fl-għola diviżjoni fil-Belġju ma' Beerschot V.A. u l-Franċiż ta' OH Leuven, ukoll fl-għola diviżjoni Belġjana, Xavier Mercier. Dawn it-tnejn servew 13-il assist s'issa; ammont li f'termini ta' perċentwali meta mqabbel ma' dak ta' Dodo ta' Ħamrun, ikompli jikber fid-distakk u l-valur fil-klassifikazzjoni għaliex iż-żewġ plejers li jilgħabu fil-Belġju, it-tnejn li huma lagħbu 27 partita kull wieħed; ħafna aktar partiti meta mqabbel mat-18-il logħba ta' Dodo li lagħab s'issa fil-Kampjonat Premier ma' Ħamrun. Din l-istatistika se tkun qed tiġi analiżżata fil-programm tal-lejla, 'Replay Preview', li jibda fid-9:30pm fuq Net Television.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/22/il-prim-ministru-boris-johnson-bi-pjan-sabiex-jibda-jitnehha-l-lockdown-fl-ingilterra/
netnews.com.mt
L-iskejjel kollha fl-Ingilterra għandhom jerġgħu jiftħu fit-8 ta' Marzu, filwaqt li se jitħallew isiru laqgħat bejn sitt persuni jew żewġ familji. Dan huwa l-pjan tal-Prim Ministru Boris Johnson sabiex jibda jitneħħa l-lockdown fl-Ingilterra. Il-Prim Ministru Boris Johnson għandu jinforma lill-ministri u l-membri parlamentari rigward il-pjan tiegħu aktar tard illum filwaqt li ser imexxi konferenza tal-aħbarijiet aktar tard illejla. Boris Johnson jisħaq li mid-29 ta' Marzu ser jitħallew isiru laqgħat fil-beraħ ta' sitt persuni jew żewġ familji. Huwa mifhum li dan se jinkludi laqgħat f'ġonna privati. Faċilitajiet sportivi fil-beraħ bħal tennis jew basketball courts se jerġgħu jinfetħu u l-isport organizzat għall-adulti u għat-tfal, bħall-futbol, se jerġa' lura wkoll. Mit-8 ta' Marzu 'il quddiem, l-iskejjel kollha se jiftħu u se jitħallew isiru attivitajiet ta' sport wara il-ħinijiet tal-iskola, filwaqt li żewġ persuni se jitħallew joqogħdu bilqiegħda għal kafè, xorb jew picnic fi spażji pubbliċi. Huwa mifhum ukoll li n-nies għal darb'oħra ser jkunu jistgħu jivvjaġġaw barra miż-żoni tagħhom.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/22/akkuzat-bpusses-ta-60-pakkett-kokaina-mhux-ghal-uzu-tieghu/
netnews.com.mt
Raġel ta' 31 sena mill-Mosta li s-Sibt li għadda pprova jevita roadblock inżamm arrestat wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li kellu fil-pussess tiegħu 60 pakkett droga kokaina f'ċirkostanzi li ma kienux għal użu personali tiegħu. Lyon Bonnici nqabad waqt roadblock f'Birkirkara bl-Ispettur Justine Grech li flimkien mal-Ispettur Roderick Spiteri ressquh il-Qorti spjegat fil-Qorti kif il-Pulizija, assistiti mill-membri tal-Forzi Armati ta' Malta, innotaw karozza tagħmel manuvra biex tipprova tevita dan ir-roadbloack. Meta rat hekk il-Pulizija waqqfet lil din il-vettura iżda Bonnici ħarab jiġri minn fuq il-post u mill-ewwel ġie segwit u spiċċa arrestat ftit tal-ħin wara. Minn tfittxija li saret il-Pulizija rnexxielhom isibu d-droga li allegatament kellu fuqu filwaqt li fl-istess karozza nstab pouch li kellu ammont ta' flus kontanti ġewwa fih. Bonnici wieġeb mhux ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrieh u saret talba għal libertà proviżorja, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona bil-qawwa kollha minħabba l-gravità tal-każ, il-fatt li l-imputat kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja li ngħata f'kawżi oħra u l-kondotta kkulurita tiegħu. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba n-nuqqas ta' affidabilita tal-akkużat u ordnat li huwa jittieħed fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. L-Avukat Joseph P. Bonnici deher għal Lyon Bonnici.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/22/ambaxxatur-taljan-maqtul-waqt-attakk-fuq-konvoj-tan-nu/
netnews.com.mt
L-ambaxxatur tal-Italja għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo spiċċa maqtul waqt attakk li seħħ fuq konvoj li kien qed jivvjaġġa miegħu u li dak il-ħin kien għaddej mill-inħawi tal-lvant ta' dan il-pajjiż Afrikan. Il-konvoj fil-mira tal-attakk kien qed jipprovdi s-servizzi għall-World Food Programme (WFP) tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ewwel stqarrija uffiċjali dwar l-inċident qalet li l-ambaxxatur, Luca Attanasio, miet l-isptar dalgħodu wara li spiċċa midrub kritikament fl-isparar. Hu indikat li l-attakk seħħ viċin il-belt ta' Goma, bir-rapporti jikkonfermaw li (fl-attakk) tilfu ħajjithom ukoll uffiċjal tal-pulizija militari Taljan flimkien ma' 'tielet persuna'. Uffiċjali lokali, intant, jemmnu li l-iskop wara l-attakk – li twettaq minn grupp mhux identifikat ta' persuni armati– 'kien li jinħatfu n-nies li kienu qed jivvjaġġaw mal-konvoj'. Dan meta diversi gruppi armati huma attivi fiz-zona inkwistjoni viċin il-fruntiera tal-pajjiż mar-Rwanda u l-Uganda. Hu minnu wkoll li f'din iz-zona qed isiru l-battalji kontinwi bejn il-movimenti tal-milizzji rivali, u fejn in-Nazzjonijiet Uniti qed iżomm kontinġent militari biex jikkontrolla s-sitwazzjoni delikata.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/22/kumpanija-tal-istat-li-fittxet-haddiem-fuq-pagamenti-zejda-tispicca-tohrog-aktar-flus/
netnews.com.mt
Kumpanija tal-Istat naqset fit-talba tagħha biex tirrevoka deċiżjoni tat-tribunal li tippermetti tpaċija mitluba minn eks ħaddiem tat-tarzna wara li kien ġie mfittex għal allowance mis-servizz ċivili mħallsa żejda. Mhux talli hekk talli l-istess kumpanija b'deċiżjoni tal-Qorti se tispiċċa toħroġ aktar flus. Resource Support and Services Ltd kienet ressqet proċeduri quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar biex titlob rimborż ta' €3,573.51 flimkien ma' imgħax, imħallas lil Lawrence Attard Bezzina, eks ħaddiem tat-tarzna trasferit għal mal-Industrial Projects and Services Ltd (IPSL) lura fl-2003. Għat-12-il sena ta' wara, l-impjegat kien ġie ssekondat f'diversi dipartimenti tal-Gvern, u ġie assenjat dmirijiet li jaqgħu lil hinn mill-grad tiegħu ta' servizz ċivili. Bis-saħħa ta' ftehim iffirmat fl-2003, impjegati assenjati dmirijiet' il fuq mill-grad tagħhom kienu intitolati għad-differenza fis-salarju sabiex jitqiegħdu f'parità ma' sħabhom impjegati taċ-ċivil li jwettqu xogħol ugwali. Attard Bezzina xehed li hu kien responsabbli biex fuq ftehim ta' miljuni ta' ewro f'fondi tal-Unjoni Ewropea, kien irrappreżenta lil Malta f'diversi kumitati tekniċi tal-UE u kien serva wkoll bħala punt ta' kuntatt nazzjonali fuq diversi proġetti tal-UE. Fl-2011, bħala impjegat taċ-ċivil fi Skala 10 huwa kien mar il-Qorti tal-Ġustizzja fejn, bħala kap tat-taqsima tad-dħul spiċċa biex jimmaniġġa dmirijiet ta' Skala 7. Għal din ir-raġuni, intalbet allowance ta' grad ogħla mill-awtoritajiet sa l-intitolament massimu ta' Skala 7. L-impjegat talab ukoll allowance għall-kwalifika li, madankollu, ġiet miċħuda billi l-kumpanija sussegwentement argumentat li l-impjegati ta' Skala 7 ma kinux intitolati għal allowance bħal din. Wara l-irtirar tiegħu fl-2016, RSS Ltd fittxet lil Attard Bezzina għal somma mħallsa żejda permezz tal-allowance ta' grad ogħla li kien tħallas kollu minflok pro rata, minħabba li kien irtira f'Lulju. Madankollu, Attard Bezzina ressaq kontro-talba, u argumenta li matul il-mandat tiegħu fit-tmexxija tat-taqsima tad-dħul fil-Qrati tal-Ġustizzja, huwa ma kienx tħallas is-sehem sħiħ tiegħu ta' allowances, u b'hekk talab €3,749 mill-kumpanija min-naħa tiegħu. F'Lulju 2020, Tribunal għal Talbiet Żgħar kien laqa' t-talbiet taż-żewġ partijiet, u b'hekk effettivament ippermetta tpaċija li taqleb il-miżien favur Attard Bezzina għall-bilanċ ta' €175.49 flimkien ma' imgħax. RSS Ltd ressqet appell fejn argumentat li t-talba tal-akkużat kienet preskritta u li t-tribunal ma kkunsidrax kif xieraq l-evidenza kollha mressqa mill-kumpanija. Iżda l-qorti tal-appell, ippreseduta mill-0Imħallef Lawrence Mintoff, tefgħet il-barra ż-żewġ argumenti, u kkonfermat is-sentenza tat-tribunal. Dak li insista fuq l-appellant ma kienx tajjeb u l-fatt li d-deċiżjoni tat-tribunal forsi ma setgħetx kienet ta' dak li għoġba tal-kumpanija, ma jfissirx li t-tribunal ma kkunsidrax l-evidenza kollha mressqa mill-appellant, ikkonkludiet il-Qorti, u ordnat ukoll lill-appellant iħallas l-ispejjeż tal-appell. L-Avukat David Gatt assista lil Attard Bezzina.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/22/kayden-lagana-jiffirma-kuntratt-ma-the-brunswick-bowling-corporation-fl-istati-uniti/
netnews.com.mt
Il-bowler ta' 13-il sena Kayden Lagana ffirmaw kuntratt ta' sponsor ma' The Brunswick Bowling Corporation fl-Istati Uniti. Lagana huwa l-ewwel bowler Malti li ngħata sponsorship internazzjonali u kien magħżul ukoll biex jifforma parti mit-tim ta' Internation Brunswick Youth Team. Kayden Lagana qal li jinsab kuntent ferm b'dan il-kuntratt u qal li din kienet waħda mill-ħolm tiegħu. "Li dħalt fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport u li nkun parti mill-Akkademja tal-Bowling ta' Malta kienu l-aqwa deċżijonijiet f'ħajti" żied jgħid Lagana. Dan il-kuntratt sar grazzi għall-kollaborazzjoni bejn l-Akkademja tal-Bowling f'Malta, l-Balkan Bowling & Billiards Supply tal-Greċja u l-Brunswick Bowling Corporation tal-Istati Uniti.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/25/il-pn-jappoggja-l-istrategija-tal-mfa-brisq-is-sostenibbilta-tal-futbol-malti-bernard-grech/
netnews.com.mt
Il-Partit Nazzjonalista jappoġġja bis-sħiħ l-istrateġija mnedija mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) ftit tal-jiem ilu bil-għan li l-isport ikun aktar sostenibbli. Din il-ħidma għandha tkun fuq nett tal-aġenda ta' kulħadd. Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta mexxa delegazzjoni tal-Partit f'laqgħa ma' delegazzjoni tal-MFA, immexxija mill-President Bjorn Vassallo. Bernard Grech spjega li, anke f'din il-missjoni tal-Assoċjazzjoni, il-Partit immexxi minnu mhux sempliċi partitarju, iżda wkoll parteċipi. Faħħar il-ħidma tal-MFA għax qal li din tagħti l-opportunità lil kull tifel u tifla biex jaslu bil-ħila tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-pjaga tal-matchfixing tweġġa' mhux biss lill-isport, iżda anke ll kulmin irid jasal bil-mertu tiegħu. Min-naħa tiegħu, Bjorn Vassallo spjega li l-Assoċjazzjoni trid issaħħaħ il-logħba tal-futbol għall-benefiċċju tal-poplu kollu. Dan ghaliex temmen li s-sostenibbiltà tal-isport hi kollox u tista' tkun possibbli biss bis-sehem ta' kulħadd. Il-President tal-MFA kompla li l-klabbs qed jifhmu li dan qed isir biex nimxu 'l quddiem, konxji li l-proċess jista' jieħu s-snin. Hu appella għall-impenn komuni taż-żewġ naħat tal-Kamra u għalhekk, hu rringrazzja personalment lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-interess personali li qed juri. Bjorn Vassallo rringrazzja wkoll lill-predeċessuri tiegħu, partikolarment lil Norman Darmanin Demajo, talli kien strumentali biex l-istrutturi tal-Assoċjazzjoni jissaħħu għal kif inhuma llum. Kien għalhekk li hu qed jibni fuq din il-ħidma bil-preżentazzjoni ta' din l-istrateġija. Fi tmiem il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien ippreżentat bi flokk tat-Tim Nazzjonali u anke ddawwar mal-post, fosthom l-Istadium Nazzjonali u t-Training Grounds. Matul iż-żjara, Bernard Grech kien akkumpanjat ukoll fost l-oħrajn mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u Sport Clyde Puli u mill-President ta' TimSport PN Chris Micallef.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/24/il-ppe-jaghmel-pressjoni-biex-tizdied-il-produzzjoni-tal-vaccin/
netnews.com.mt
Il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) permezz ta' stqarrija wrew ix-xewqa tagħhom li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jaħdmu id f'id biex ikun hemm żieda fil-produzzjoni u tqassim tal-vaċċin. Infatti l-PPE fil-proposta tiegħu tenna li l-kumpaniji Ewropew u dawk Amerikani żgur jafu juttilizaw ir-risorzi tagħhom biex jitqassam aktar tilqim u jitħaffef il-proċess ta' vaċinazzjoni. Il-Grupp PPE qal li jemmen bis-sħiħ li l-Ewropa ma tistax tkompli ssolvi problema waħda wara l-oħra kull darba u li issa bħala Unjoni jridu jibdew jantiċipaw l-iżvilupp tal-virus. Huma qalu li bi proposta bħal din ikun żgurat biex l-Ewropa u l-Istati Membri tagħha jwettqu sforz kollettiv u importanti biex tintemm il-pandemija.
[ 3, 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/25/kundanna-ghal-attentat-ta-kolp-ta-stat-militari-fl-armenja/
netnews.com.mt
Il-Prim Ministru tal-Armenja, Nikol Pashinyan, wissa dwar 'attentant ta' kolp ta' stat militari' f'pajjiżu, wara li l-qawwiet armati Armeni insistew li Pashinyan u l-Kabinett tiegħu għandhom jirriżenjaw 'minnufih'. Pashinyan ikkundanna l-aġir tal-qawwiet nazzjonali u fl-aħħar sigħat ħareġ jimxi, flimkien ma' folla ta' sostenituri, fil-kapitali Yerevan, bħala dimostrazzjoni ta' sfida lill-Armata. Il-qawwiet Armeni, qabel, qalu li l-Prim Ministru 'tilef il-kapaċità għal deċiżjonijiet raġjonevoli' wara li Pashinyan kien keċċa kap militari ewlieni. Nikol Pashinyan ilu jiffaċċja l-protesti tal-massa mindu l-Armenja tilfet il-konflitt tas-sena l-oħra mal-Ażerbajġan dwar il-kontroll ta' Nagorno Karabakh – zona polemikuża li hi rikonoxxuta bħala parti mill-Ażerbjġan iżda li kienet ilha kontrollata mill-Armeni etniċi mill-1994. Permezz tal-aħħar konflitt, l-Ażeri ħatfu lura l-inħawi madwar Nagorno-Karabakh flimkien mal-belt ta' Shusha fi ħdan it-territorju proprju.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/25/thassib-mill-gozo-business-chamber/
netnews.com.mt
Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qed tappoġja t-tħassib tas-Sindki Għawdxin dwar in-nuqqas ta' pjanar fil-mod kif qed isir il-bini f'Għawdex. Fi stqarrija, il-Gozo Business Chamber insistiet li ċertu żvilupp qed jeqred il-qalba tal-irħula Għawdxin. Il-Kamra irreferiet speċifikament għal bini ta' proġetti kbar li mhumiex sostenibbli. "Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tappoġja żvilupp u bini ta' proġetti li jsiru b'mod sostenibbli", tgħid l-istqarrija. Kien għal dan il-għan li diġa' saru numru ta' rakkomandazzjonijiet lill-Gvern.
[ 7 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/24/qed-jitressqu-l-erba-rgiel-akkuzati-brabta-ma-zewg-omicidji-u-jwiegbu-mhux-hatja/
netnews.com.mt
Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak erba' rġiel tressqu l-Qorti b'akkużi relatati mal-omiċidju tal-Avukat Carmel Chircop li seħħ f'Ottubru tal-2015, u tnejn minnhom u akkużi relatati mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-Avukat Chircop kien inqatel permezz ta' erba' tiri f'rasu. George Degiorgio ta' 58 sena, magħruf bħala "Iċ-Ċiniż" minn San Pawl il-Baħar u Jamie Vella residenti s-Swieqi ġew akkużati li fit-8 ta' Ottubru tal-2015 għall-ħabta tat-7.50am. f'binja magħrufa bħala Rampol f'Birkirkara qatlu lill-Avukat Chircop, li wettqu dan id-delitt meta fil-pusses tagħhom kellhom arma tan-nar u li iffinanzjaw għaqda biex iwettqu reati kriminali u li pparteċiaw fiha. Adrian Agius ta' 42 sena, minn Ħaż-Żebbuġ u residenti l-Baħrija, ġie mixli li fl-istess data rrenda ruħu kompliċi fil-qtil tal-Avukat Chircop u ġiegħel lill-istess Degiorgio u Jamie Vella biex jikkaġunawlu l-mewt. Huwa ġie mixli wkoll li pparteċipa b'mod attiv f'attivitajiet kriminali ta' għaqda u li fit-23 ta' Frar li għadda kellu fil-pusses tiegħu d-droga eroina, f'ċirkostanzi li juri li ma kinitx għal użu esklussiv tiegħu. Robert Agius, ħu Adrian, ta' 37 sena, minn Ħaż_Żebbuġ u residenti l-Baħrija u Jamie Vella ta' 37 sena ġew mixlija li ppromovew, organiżżaw jew iffinanzjaw għaqda bil-ħsieb li jwettqu reat kriminali, li kellhom fil-kontroll tagħhom sustanza splussiva, li kienu kompliċi fi splużjoni u saru kompliċi biex tinqatel il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Huma ġew akkużati wkoll li saru reċidivi. Id-deċiżjoni li jitressqu wara l-11.00pm. saret minħabba li wieħed mill-irġiel arrestati, Jamie Vella hu pożittiv għall-Covid-19. Bħala prekawzjoni, ir-raġel jinsab ilbies protettiv, bl-erba' rġiel se jitressqu fl-akbar awla tal-Qorti – Awla 22 fejn normalment isiru l-ġurijiet. L-aħwa Robert u Adrian Agius, u seħibhom Jamie Vella kienu arrestati nhar it-Tlieta wara li Vince Muscat ammetta l-ħtija tiegħu fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Sussegwentement, Muscat ingħata maħfra presidenzjali biex jikxef kollox dwar il-qtil tal-avukat Carmel Chircop fl-2015. L-Avukati Alfred Abela u Renè Darmanin qed jidhru għall-aħwa Agius u Jamie Vella filwaqt li l-Avukat William Cuschieri qed jidher għal Degiorgio. Is-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Shawn Pawney flimkien mal-Avukat George Camilleri u Wayne Camilleri qed jidhru f'isem l-Avukat Ġenerali. L-Avukat Jason Azzopardi qed jidher f'isem il-familja Caruana Galizia. Talba għall-iffriżat tal-assi minn naħa tal-Prosekuzzjoni ġiet milqugħa bid-difiża f'dan l-istadju ma tagħmilx talba għal libertà proviżorja.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/23/id-dinja-tal-motorsport-fluttu-wara-l-mewt-ta-fausto-gresini/
netnews.com.mt
Wara li tard ilbieraħ filgħaxija ħarġet l-aħbar tal-mewt ta' Fausto Gresini u aktar tard l-aħbar kienet miċħuda, dalgħodu t-tim tiegħu, Gresini Racing f'messaġġ fuq Facebook ħabbar il-mewt tiegħu fl-età ta' 60 sena. Gresini ilu xahrejn jiġġieled mal-Covid-19 fi sptar f'Bologna fejn kien ilu rikoverat sa mis-27 ta' Diċembru li fejn kawża tal-Covid-19 żviluppawlu komplikazzjonijiet oħra. Gresini li kien sewwieq tal-muturi rebaħ darbtejn il-Kampjonat tal-klassi 125cc fl-1985 u l-1987 qabel ma għamel suċċess bħala team mangaer ta' Asprilla fejn rebaħ żewġ titli fil-klassi 250cc fl-2001 u fl-2010. Bosta timjiet u persuni oħra qrib l-isport tal-muturi, sellmu l-memroja ta' Gresini.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/23/jehtieg-jissahhu-r-relazzjonijiet-bejn-il-kunsilli-lokali-u-l-korp-tal-pulizija/
netnews.com.mt
Karl Gouder, PN Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-kunsilli lokali u l-Korp tal-Pulizija Fil-parlament Karl Gouder qal li jeħtieġ li l-pajjiż jerġa' jirrestawra l-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija u appella biex il-pagi tal-pulizija jkunu kkunsidrati. Hu sostna li diversi entitajiet tal-Gvern juru nuqqas ta' rispett lejn il-kunsilli lokali, li issa nġiebu kważi tallaba. Il-Korp tal-Pulizija hu wieħed mill-ftit entitajiet li fil-fatt jirrispettaw lill-kunsilli lokali. Karl Gouder qal li hu ħażin li l-kunsilli lokali jkunu injorati u sostna li l-pulizija tal-komunità qed jagħmlu differenza pożittiva. Hu appella biex l-għases tal-pulizija ma jingħalqux fejn hemm il-pulizija tal-komunità. Jeħtieġ ukoll li l-għases ikunu modernizzati. Hu qal li fil-LESA hemm problemi kbar u spjega li trid tispiċċa l-mentalità li s-saħħa tal-kunsilli lokali titnaqqas Ikkummenta //= $special ?>
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/24/dokumentarju-gdid-dwar-pele/
netnews.com.mt
Fl-aħħar jiem fuq Netflix ħareġ dokumentarju ġdid dwar il-leġġenda Brażiljana Pele. Dan id-dokumentarju mhux biss jagħti ħarsa lejn il-karriera kalċistika tal-player iżda naraw ukoll il-ħajja li kien jgħix. Waħda mill-aktar affarijiet li spikkaw fih dan id-dokumentarju huwa li Pele ma riedx jilgħab it-Tazza tad-Dinja tal-1970 minħabba li dak iż-żmien il-Brażil kien immexxi minn dittattorjat mhux biss sforzawh biex jilgħab iżda wkoll sofrzawh li jirbaħ. Id-dokumentarju jqajjem ukoll diskussjoni dwar ħajjet Pele l-istess kif kien għamel il-film dwar Diego Armando Maradona.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/23/mhux-hati-li-kkorrompa-ufficjali-pubbliku-biex-jikseb-il-licenzja-tas-sewqan/
netnews.com.mt
Joseph Attard ta' 42 sena ma nstabx ħati li kkorrompa uffiċjal pubbliku biex tinħariġlu l-liċenzja mingħajr lanqas biss joqgħod għal eżami. Huwa ma nstabx ħati mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li bejn l-2006 u l-2008, rrenda ruħu kompliċi ma' Francis Catania meta tah xi flus għal vantaġġ tiegħu. Dwar dan il-każ kienu tressqu numru ta' persuni nkluż Catania, u li ma kienux instabu ħatja, fosthom ukoll ċertu Adrian Butigieg Hili fuq reati simili. Il-Qorti qalet fis-sentenza tagħha li apparti x-xhieda tal-Uffiċjal Prosekutur Antonovich Muscat u xhud ieħor li kkonferma li ma nstabu l-ebda records fi ħdan it-Transport Malta li juru li Attard qatt għamel l-eżami sabiex jikseb liċenzja tal-muturi, l-uniċi xhieda rilevanti kienu dawk ta' Francis Catania, l-istqarrija tal-imputat, kif ukoll ta' ċertu Kurt Borda, li wkoll kien qed jiġi allegat li kien se jikseb liċenzja mingħajr ma qagħad għal eżami. Il-Qorti qalet li kien hemm allegazzjonijiet illi xi liċenzji tas-sewqan ġew misjuba b'xi illegalitajiet fihom u li t-teżi tal-Prosekuzzjoni hija fis-sens illi l-imputat kiseb l-liċenzja billi avviċina persuna li taħdem Transport Malta. Skont il-Prosekuzzjoni din kienet qaltlu li kienet se tgħinu sabiex jottjeni din il-liżenzja u peress li Attard ma għamilx l-eżami, xi ħaġa li hija neċessarja għall-ħruġ ta' tali liċenzja, dan kollu jiġġustifika l-akkużi. Il-Prosekuzzjoni allegat wkoll illi l-imputat ħallas sabiex tinħareġ liċenzja lil Kurt Borda. Madankollu mill-provi prodotti ma ħareġ minn imkien li l-imputat ħallas lil Francis Catania sabiex jikseb din il-liċenzja. Dan huwa ikkonfermat mill-istqarrija tal-imputat li kienet giet irrilaxxjata b'mod volontarju u bil-kawteli kollha. Huwa kien stqarr li qatt ma ġie mitlub u l-anqas għadda xi flus jew xi vantaġġ ieħor lil Francis Catania. Dan qalet il-Qorti huwa fatt, li l-anqas ma ġie ippruvat mill-Prosekuzzjoni li seħħ mod ieħor. Sadanittant mix-xhieda tax-xhud prinċipali Francis Catania, wara li l-proċeduri kontrih kienu konklużi ħareġ illi huwa kien jaf lil Joseph Attard imma mix-xhieda tiegħu ħareġ illi kull ma għamel lil Joseph Attard kien 'renewal' tal-liċenzja u bdil fl-indirizz tiegħu u li dan ma kienx jirrikjedi l-ebda ħaġa oħra. Dan jgħid illi għar-'renewal' l-imputat kien ħallas il-miżata applikabbli mhux lilu imma lill-ADT. Fuq Borda, Catania qal li dan ma kienx jaf min hu u allura ma kellux xi jgħid xejn fuqu. Il-Qorti qalet li għalhekk, meta jitnaqqas il-valur tal-istqarrija tal-imputat kull ma hemm f'dawn il-proċeduri huma fatturi sporadiċi u bla l-ebda bażi legali u li ċertament ma jikkonkludux illi kien hemm xi flejjes jew xi vantaġġi minn jew lejn l-imputat lil Francis Catania. Għadaqstant il-Prosekuzzjoni ma rnexxiliex tipprova l-każ tagħha oltre d-dubju dettat mil-liġi. Għal dawn il-motivi ma ssibx lil Joseph Attard ħati tal-akkużi kif dedotti kontrih u tilliberah minnhom.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/23/tiger-woods-jiddahal-l-isptar-wara-incident-bil-karozza-tieghu/
netnews.com.mt
Wieħed mill-aqwa atleti ta' kull żmien tal-golf Tiger Woods iddaħħal l-isptar u qed jiġi operat wara inċident ikrah li kellu bil-karozza tiegħu f'Los Angeles. Jidher li Woods li għandu 45 sena, inqaleb bil-karozza tiegħu fejn kellu jinħaraġ bl-għajnuna tal-paramediċi u membri tal-protezzjoni ċivili fejn iddaħħal l-isptar sabiex jiġi kkurat għal ġrieħi li ġarrab f'saqajh it-tnejn. Matul il-karriera tiegħu fost l-oħrajn Wood rebaħ 15 -il tournament maġġuri tal-golf Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/26/amiljari-ta-vitma-tal-covid-19-jallegaw-li-tabib-u-nutar-wettqu-rregolaritajiet-fit-tesment-tieghu/
netnews.com.mt
Qraba ta' vittma ta' COVID-19 li miet ix-xahar li għadda akkużaw lit-tabib tiegħu u lin-nutar li ħadu vantaġġ minn ħuhom wara li fl-aħħar mumenti huwa bidel it-testment tiegħu fejn fih ħalla l-wirt kollu tiegħu lit-tabib. Ix-xebbiet Alberta u Jane Mangion ressqu protest ġudizzjarju kontra l-Avukat Jan Chircop, iben il-mibki MP Laburista Karl Chircop, fejn qalu li huwa nfurmahom li kien l-eredi universali ta' ħuhom, fi żmien siegħa mid-difna tiegħu. Il-protest sar ukoll kontra n-nutar Joseph Cilia, eks Deputat Laburista, li huma jsostnu li wettaq irregolaritajiet fil-pubblikazzjoni tat-testment li kienu qed jikkontestaw. Mario Mangion ta' 69 sena, ħu l-atturi, miet fil-5 ta' Frar, jiem wara li kkuntratta l-COVID-19. L-għada, u siegħa biss wara d-difna ta' Mangion, Chircop kien infurmahom li kien l-uniku werriet ta' ħuhom, u tahom kopja ta 'dak li huwa jsostni li kien l-aħħar rieda u testment ta' Mangion, li kien sar quddiem in-nutar Cilia. Fil-protest ġudizzjarju, iffirmat mill-avukati Ruth Scott u Frank Cassar, ix-xebbiet qalu li Chircop mar fid-dar ta' ħuhom fil-Gudja, fl-istess ġurnata tad-difna tiegħu, minn fejn għen lilu nnifsu għal dokumenti importanti, dettalji bankarji, dettalji bankarji bl-internet. , ġojjelli, pistola u flus kontanti – inklużi flus kontanti tagħhom li Mangion kien ilu jżomm bħala mandatarju. Huma sostnew ukoll li lanqas kienu laħqu għaddew ġimagħtejn kienu mill-mewt tar-raġel, meta Chircop kien irreġistra l-indirizz tal-mejjet fuq il-karta tal-identità tiegħu, minkejja li qatt ma kien joqgħod hemm u qabel ma nħareġ iċ-ċertifikat tal-mewt ta' ħuhom. Huma qalu li ma saru l-ebda tfittxijiet testamentarji biex jaraw liema kienet l-aħħar rieda li għamel ħuhom u biex jaċċertaw min kienu l-eredi leġittimi. Skont it-testment li Chircop sostna li kien l-aħħar wieħed ta' Mangion, magħmul fis-7 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet, Mangion kien stipulat li għandu jiġi midfun mal-ġenituri tiegħu f'ċimiterju tal-Gudja. Minflok, ġie midfun f'qabar ieħor li kellu l-familja tiegħu. Ix-xebbiet qalu li peress li din ix-xewqa espressa ma twettqitx, Chircop kien awtomatikament tilef kull dritt li jkun l-eredi universali tiegħu. Il-persuna kkontestata tgħid b'mod stramb li "għall-effetti kollha fil-liġi t-testatur qed jiddikjara li Jan Chircop ilu jaħdem l-għelieqi tal-mejjet flimkien miegħu għal aktar minn dawn l-aħħar għaxar snin." Ikompli mbagħad jgħid li Chircop kien ilu jieħu ħsieb it-testatur għal dawn l-aħħar 10 snin kemm finanzjarjament kif ukoll billi kien jaħdem fil-ħin liberu tiegħu "mingħajr interessi." Dispożizzjonijiet testamentarji oħra jagħtu lil Chircop id-dritt li jieħu lura kalċi tad-deheb, li darba kien tal-Papa Benedittu XVI, mill-knisja tal-Gudja u jiddisponi minnhom kif jixtieq. Ix-xebbiet taw lil Chircop u lil Cilia 24 siegħa minn meta rċevew il-protest ġudizzjarju biex jirritornaw l-affarijiet kollha ta' ħuhom u biex immedjatament jieqfu jaġixxu bħala l-eredi universali ta' ħuhom. L-avukati Ruth Scott u Frank Cassar iffirmaw il-protest ġudizzjarju.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/26/l-ewwel-azzjoni-militari-ta-joe-biden-attakkati-l-milizji-fis-sirja-li-qed-jinghataw-appogg-mill-iran/
netnews.com.mt
Il-militar tal-Istati Uniti, fl-aħħar sigħata, wettaq attakk mill-ajru fuq il-gruppi tal-milizji fis-Sirja li qed jingħataw l-appoġġ mill-Iran. L-azzjoni, intant, hi partikularment sinifikanti bħala l-ewwel waħda fuq livell militari mill-amministrazzjoni tal-President Amerikan ġdid, Joe Biden. Il-Pentagon f'Washington qal li l-attakk seħħ bi tweġiba għall-aggressjoni kontinwa fil-konfront tas-suldati Amerikani u l-membri tal-koalizzjoni multinazzjonali fl-Iraq — u meta l-milizji inkwistjoni kemm-il darba instigaw l-attakki. Intant, il-qawwiet tal-ajru Amerikani, issa, qerdu 'numru ta' faċilitajiet tal-militanti Iraqqin li qed jingħataw l-armi u għajnuna oħra mingħand ir-reġim Iżlamiku f'Tehran'. Filwaqt li ma ssemmiex l-ammont ta' vittmi potenzjali, l-indikazzjonijiet huma li nqatlu numru ta' milizji f'din l-azzjoni. L-awtoritajiet Amerikani, wara, qalu li l-attakk fuq il-miliziji fiz-zoni lejn il-lvant tas-Sirja (u viċin il-fruntiera mal-Iraq) – kien 'reazzjoni militari proporzjonali' wara numru ta' attakki fuq l-interessi tal-Istati Uniti. Ingħad ukoll li l-attakk fuq il-milizji sar ukoll wara li ttieħdu 'il-miżuri diplomatiċi', fosthom konsultazzjonijiet mas-sieħba ta' Washington fil-koalizzjoni. Ftit ġimgħat ilu, kuntrattur ċivili nqatel waqt attakk bil-missili fuq il-miri tal-Istati Uniti fl-Iraq waqt li numru ta' kuntratturi oħra ndarbu meta – f'attakk ieħor—diversi missili laqtu s-siti f'Irbil, fosthom bażi li qed tintuża mill-koalizzjoni taħt tmexxija Amerikana. Il-bażijiet tal-Amerikani f'Bagdad ukoll intlaqtu mill-missili – b'dawn jinkludu z-Zona l-Ħadra fil-kapitali tal-Iraq li tinkoropa fiha l-ambaxxata tal-Istati Uniti flimkien ma' missjonijiet diplomatiċi oħra. Fil-preżent hemm mal-2,500 truppi Amerikani fl-Iraq biex jgħinu lill-qawwiet Iraqqin fil-ġlieda kontra t-terroristi tal-ISIS.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/26/l-izbilanc-tal-gvern-fjannar-jitla-ghal-e324-4-miljun/
netnews.com.mt
Fuq perijodu ta' sena, id-deficit tal-Gvern żdied bi kważi €294 miljun filwaqt li d-dejn nazzjonali żdied b'€1,439.9 miljun. Dan joħroġ mill-aħħar ċifri aġġornati li ġew ippubblikati llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Skont dawn iċ-ċifri, pajjiżna intlaqat sew mid-daqqa ekonomika tal-pandemija. L-effett qed jinħass kemm fin-nefqa pubblika kif ukoll fid-dħul tal-Gvern. Mill-informazzjoni tal-NSO joħorġu wkoll punti oħra ta' interess fejn tidħol żieda fin-nefqa tal-Gvern: nefqa ta' €8.7 miljun addizzjonali fid-deal tal-isptarijiet (hospital concession agreements) nefqa ta' €2.7 miljun aktar għal sussidji lit-trasport pubbliku u nefqa ta' €1.8 miljun addizzjonali għad-dwal tat-toroq Iċ-ċifri tal-NSO iqabblu Jannar li għadda ma' Jannar 2020.
[ 4 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/01/l-eks-president-ta-franza-kundannat-3-snin-habs-fuq-korruzzjoni/
netnews.com.mt
L-eks President ta' Franza, Nicolas Sarkozy, kien ikkundannat 3 snin ħabs, sena minnhom priġunerija effettiva, wara li nstab ħati ta' korruzzjoni u tixħim. Sarkozy, li għandu 66 sena, nstab ħati li pprova jxaħħam Maġistrat billi offrielu job f'Monaco jekk jipprovdielu informazzjoni dwar inkjesta li kienet għaddejja fil-konfront tal-partit tiegħu. Anki l-Maġistrat u l-eks Avukat ta' Sarkozy kienu kkundannati bl-istess piena. Nicolas Sarkozy, li serva bħala President bejn l-2007 u l-2012, qed jiffaċċja akkużi separati li b'qerq ħeba n-nefqa tiegħu fil-kampanja elettorali tal-2012. Is-sentenza tal-lum li tinkludi żmien ta' priġunerija effettiva, hi bla preċedent fi Franza. L-aħħar darba li saru proċeduri simili kienu fil-konfront tal-predeċessur ta' Sarkozy, Jacques Chirac meta kien għadu Sindku ta' Pariġi. Hu kien ikkundannat għal sentejn ħabs iżda s-sentenza kienet sospiża.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/03/l-afganistan-jinqatlu-nisa-li-kienu-jahdmu-ma-stazzjon-televiziv/
netnews.com.mt
Il-grupp terroristiku tal-ISIS qal li l-ġellieda tiegħu qatlu tliet nisa li kienu impjegati ma' stazzjon tat-televiżjoni f'Jalalabad, fil-punent tal-Afganistan. Il-vittmi tilfu ħajjithom waqt żewġ attakki separati u koordinati huma u sejrin lura d-dar mix-xogħol, b'mara oħra tispiċċa kritikament midruba fil-vjolenza. Il-qtil qed jidher bħala parti minn kampanja ta' vjolenza li l-militanti fl-Afganistan qed imexxu kontra l-attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem, il-membri tal-ġudikatura u l-ġurnalisti, fost oħrajn. Għalkemm il-militanti tat-Taliban huma responsabbli għal ħafna mill-aħħar inċidenti mdemmija fil-pajjiż, l-ISIS ukoll qed jikkonsolida l-preżenza qattiela tiegħu, speċjalment fl-inħawi tal-Afganistan lejn il-Lvant. It-tliet nisa li nqatlu f'Jalalabad kellhom bejn 18 u 20 sena u kienu għadhom kemm temmew korsijiet rispettivi fi skola għolja. Huma kienu jaħdmu fid-dipartiment tad- dubbing tal-istazzjon Enikas TV ta' sidien privati. Jidher li waħda min-nisa spiċċat attakkata waqt li kienet miexja lejn darha – bit-tnejn l-oħra jinqatlu f'inċident separat matul l-istess lejla u meta huma wkoll kienu sejrin lura d-dar wara 'jum tax-xogħol normali'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/04/ir-rokit-ta-spacex-l-inzul-qabel-l-ispluzjoni/
netnews.com.mt
Is- Starship rocket SpaceX tal-imprenditur biljunarju Elon Musk fl-aħħar sigħat ikkonkluda l-proċess tal-inżul wara perjodu ta' prova — u b'mod aktar drammatiku milli wieħed kien qed jistenna. Dan minħabba li r-rokit — jew prototype — kellu jisplodi minuti biss wara l-inżul fis-sit ( landing pad ) f'Boca Chica, fl-Istat Amerikan ta' Texas. Minkejja l-inċident, iżda, hemm ukoll l-aspett pożittiv li l-kumpanija għall-esplorazzjoni spazjali inkwistjoni rnexxielha tikkonkludi l-inżul b'suċċess– wara li l-mudelli tar-rokits preċedenti (SN8 u SN9) tas-SpaceX kienu ġġarrfu mal-art waqt proċessi simili. L-isplużjoni tal-SN10, intant, seħħet fuq il- landing pad xi tmien minuti wara li qabdu n-nirien madwar il-bażi. Qabel l-inżul, il-mudell SN10 irnexxielu jikkonkludi sensiela ta' manuvri fl-ajru u l-proċess tal-inżul proprju kien kważi perfett – b'dan kollu għandu jqawwi qalb il-protagonisti wara l-kunċett spazjali ambizzjuż ta' SpaceX.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/03/l-isqalli-arrestat-malta-brabta-ma-organizazzjoni-ta-traffikar-ta-droga-jaccetta-li-jigi-estradit/
netnews.com.mt
Maximiliano Genova ta' 39 sena minn Sirakuża aċċetta fil-Qorti li jiġi estradit lura lejn pajjiżu wara li tressaq il-Qorti minħabba l-konnessjonijiet tiegħu ma' organizzazzjoni tat-traffikar tad-droga fi Sqallija. Huwa tressaq il-Qorti wara li nħareġ Mandat ta' Arrest Ewropew għall-Isqalli, mill-Pulizija Taljana fejn huwa identifikat bħala l-kap ta' organizzazzjoni kriminali bbażata f'Sirakuża. L-Ispettur Mark Galea li ressaq lil Genova quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri qal li l-akkużat għażel li ma jwieġeb għal ebda domanda li saritlu waqt l-interogazzjoni. Fil-Qorti huwa wieġeb il-mistoqsijiet kollha tal-Maġistrat Neville Camilleri, fosthom minn fejn hu u kemm għandu żmien. Għal mistoqsija jekk huwiex il-persuna li qed jintalab biex jiġi estradit lejn pajjiżu, Genova qal – 'penso di si" – naħseb li iva. Mistoqsi jekk huwa jixtieqx li jiġi estradit lura lejn l-Italja, Genova wieġeb fl-affermattiv. Il-Qorti tagħat żmien biex huwa jikkunsidra l-fatt li huwa ried li jiġi estradit lejn pajjiżu u għal darba oħra wieġeb fl-affermattiv. Il-Qorti tagħat digriet fejn qalet li l-persuna miġjuba quddiemha għandu jintbagħat lura pajjiżu skont il-proċeduri. L-Isqalli kien ilu jaħrab mill-awtoritajiet Taljani għal xhur sħaħ. Investigazzjonijiet mis-Central Intelligence and Analysis Unit tal-Pulizija identifikaw lir-raġel li nstab jistaħba f'Malta. Kien fis-sigħat bikrit tat-Tlieta, għall-ħabta tas-2: 00am, fejn il-Pulizija iċċirkondaw appartament f'San Pawl il-Baħar fejn kien qed jgħix Genova, qabel ma twettaq l-arrest. L-Avukat Meredith Ebejer mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Mark Galea mexxew il-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Martin Fenech deher għall-Isqalli.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/03/il-gvern-jirriffjuta-talba-tal-oppozizzjoni-ghal-dibattitu-dwar-il-vaccin/
netnews.com.mt
Fl-istess waqt li l-Prim Ministru Robert Abela qed jippretendi li l-Partit Nazzjonalista jagħtih proposti għat-trażżin tal-pandemija, qed jirriffjuta li jiddiskuti miegħu il-problemi fir- roll out tal-vaċċin. Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwar is-Saħħa Stephen Spiteri talab għal diskussjoni dwar l-isfidi li qed ikun hemm fil-proċess tal-vaċċinazzjoni , madankollu l-Kumitat Parlamentari dwar is-Saħħa ċaħad din it-talba. Id-deputat Laburista Silvio Grixti irrifjuta t-talba tad-Deputat Nazzjonalista bl-iskuża li dan kien diġà diskuss aktar kmieni. Stephen Spiteri qal li din id-deċiżjoni hija ddiżappuntanti. Huwa qal li kinet saret diskussjoni fil-passat madakonllu din kienet biss dwar il-protokolli. Issa kienet qed tintalab diskussjoni biex jiġu identifikati problemi u biex jinstabu modi kif ikunu indirizzati. Id-Deputat Nazzjonalista saħaq li ried ukoll li jkunu diskussi vaċċini oħra fosthom dik ta' Johnson & Johnson, li mistennija tkun approvata mir-regolaturi tal-Unjoni Ewropea.
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/03/il-grupp-parlamentari-tal-pn-jichad-l-allegazzjonijiet-ta-chris-fearne/
netnews.com.mt
Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kategorikament u b'mod unanimu, caħad l-allegazzjonijiet tal-Ministru Chris Fearne ilbieraħ fil-Parlament. Fi stqarrija, il-Grupp Parlamentari jinnota li għal darb'oħra, il-Gvern għażel li juża l-pandemija u n-numru rekord ta' każi biex jipprova jiskorja punti politiċi. Skont Robert Abela, Marzu kellu jkun iż-żmien meta pajjiżna jkun irkupra sew mill-pandemija. Iżda minflok, l-imwiet u l-każi ġodda qed ikomplu jiżdiedu. il- contact tracing qed ifalli, m'hemmx trasparenza fl-għoti tal-vaċċin u s-sistema tas-saħħa tinsab f'xifer il-kollass. L-istqarrija ttemm li minflok jallega, il-PN qed jibbaża fuq il-fatti u jħares lil hinn mill-politika partiġġjana fl-interess tal-ġid komuni u t-tisħiħ tan-nazzjon Malti.
[ 1, 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/03/identifikati-n-nies-li-attendew-ghal-laqghat-tal-pl-qabel-l-elezzjoni-tal-2013-dwar-l-energija/
netnews.com.mt
Fil-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) llum komplew ikunu identifikati u konfermati n-nies li attendew għal-laqgħat tal-PL fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista dwar ir- roadmap tal-PL dwar l-enerġija; liema persuni iktar tard spiċċaw f'postijiet importanti fil-proċess tal-għażla tal-power station tal-Electrogas. Il-PAC llum kompla jiddiskuti l-kuntratt tal- power station tal-Electrogas f'laqgħa li fiha pparteċaw id-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina u Ryan Callus għall-Oppożizzjoni u l-Ministru Owen Bonnici, il- Whip Glenn Bedingfield, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat u d-deputat Laburista Ian Castaldoi Pris għall-Gvern. Ix-xhud tal-lum kien David Galea, ex uffiċjal tal-Enemalta u l-persuna li kien jattendi l-laqgħat tal-PL dwar l-enerġija qabel l-elezzjoni tal-2013 u wara kien maħtur biex imexxi l-proġett tal- power station tal-Electrogas. Fil-bidu tal-laqgħa, il-President tal-Kumitat Beppe Fenech Adami qal li kien informat li fi Frar 2021 James Barbara, is-sid tal-kumpanija James Caterers, oġġezzjona għall-mod kif l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO) qed jinvestiga talba għal investigazzjoni li saret dwar offerta li ngħatat lill-konsorzju tiegħu u qed iżomm lill-Awditur Ġenerali responsabbli jekk il-kumpanija James Caterers issofri danni. F'ittra ta' tweġiba l-Awditur Ġenerali nnota li l-kontenut tal-ittra ta' James Barbara hu offensiv u hu intiża biex jagħmel pressjoni fuq l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. L-Awditur Ġenerali qed jinsisti li l-allegazzjonijiet serji li għamel James Caterers ikunu irtirati. James Caterers bagħtu ittra oħra li fiha sostnew li l-invetsigazjzonijiet tal-Awditur Ġenerali se jħammġu r-reputazzjoni tal-kumpanija. Iċ-Chairman tal-PAC Beppe Fenech qal li l-Kumitat jirrikonoxxi l-ħidma tajba li jagħmel l-NAO u sostna li l-Kumitat ma jaċċettax li ssir xi forma ta' intimidazzjoni fil-konfront tal-NAO. Kopja ta' din il-korrispondenza intbgħatet ukoll lill-Ispeaker, li għandu jara jekk din l-ittra tikkonstitwixxix ksur ta' privileġġ u jekk meħtieġ jittieħdu l-passi meħtieġa. Fil-bidu tax-xhieda tiegħu dwar il- power station David Galea, il-persuna responsabbli mill-proġett tal-Electrogas, qal li xtaq jagħmel dikjarazzjoni li fiha sostna li hu diżappuntat għall-mod kif qed ikun trattat u attakki aggressivi u personali inkluż tisbit fuq il-mejda mid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina. Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquiliana intervjena u li hu ma jittollerax min ikun strument u parteċipi fil-korruzzjoni. David Galea qal li hu mhux strument u qatt ma kien parteċipi fil-korruzzjoni. David Galea kien mistoqsi għaliex il-kumpanija tiegħu Beat Ltd għandha uffiċċju f'Dubaj iżda d-deputati Laburisti oġġezzjonaw għal din il-mistoqsija. Hu wieġeb li hu għandu konnessjoni u s-sieħeb tiegħu fin-negozju kien Philip Tabone. David Galea qal li viċin dan l-uffiċċju f'Dubaj hemm il-Golden Mile u hemm ukoll Noor Bank, li kellhom konnessjoni mal-Electrogas. Hu qal li hu m'għandux konnessjoni ma' Noor Bank u sostna li sar jaf mill-gazzetti li Noor Bank għandu x'jaqsam ma' 17 Black. Ix-xhud qal li jaf mill-gazzetti wkoll li 17 Black hi ta' Yorgen Fenech. Muri kopja ta' ċekk ta' €5 miljuni pagabbli lil Yorgen Fenech, ix-xhud qal li sa fejn jaf hu ma kellux x'jaqsam ma' Noor Bank. Hu kien muri wkoll kopja ta' ċekk ieħor pagabbli lil Yorgen Fenech u qal li qatt ma kellu x'jaqsam mal-pagamenti. David Galea kompla li hu għandu 45 sena u kien jattendi l-Kulleġġ De La Salle fejn kien hemm Konrad Mizzi. Mistoqsi dwar Thomas Leonard, hu qal li ma jafx lil Thomas Leonard fil-Kulleġġ De La Salle u xehed li kien iltaqa' darbtejn ma' Konrad Mizzi qabel l-elezzjoni tal-2013. David Galea qal li kien ipprepara dokumenti ta' analiżi finanzjarja għall-PL iżda llum m'għandux kopja tagħhom. Dwar filmat imxandar fl-2013 fuq il-One TV fejn deher Thomas Leonard, ix-xhud ikkonferma li dan kien l-istess persuna li kien attenda laqgħa tal-PL dwar l-enerġija qabel l-elezzjoni tal-2013. Ix-xhud kompla li Louis Grech u Joseph Muscat ma kienux preżenti għal xi laqgħa miegħu dwar l-enerġija. Il-kumitat aġġorna għal data oħra.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/03/gzira-athleta-jaccertaw-minn-post-fil-play-offs/
netnews.com.mt
Referees : Bernard Vassallo, Kamil Dworniczak, Daniela Torok Gżira Athleta wkoll ħadu post fil-play-offs meta kisbu l-ħames rebħa tal-kampjonat kontra Bupa Luxol 89-73. Minkejja distakk finali ta' 16 -il punt, il-partita kienet bilanċjata għal ħin twil u kienet biss run fl-aħħar taqsima li fetħet vantaġġ sostanzjali favur Athleta li baqgħu sejrin biex ħadu r-rebħa. Luxol kellhom l-aqwa bidu tal-partita fejn għamlu run ta' 11-2 wara li bdew il-partita bi trippla ta' Jean Paul Schembri u komplew bil-punti ta' Kyree Elder, Stefan Cappello u Arsenio Arrington. Athleta wieġbu bi trippla ta' Dylan Causwell u l-punti ta' Francesco Mifsud Bonnici u Nathan Xuereb però Luxol kabbru l-vantaġġ għal 11 -il punt wara trippla ta' Cappello. Trippla fuq kull naħa minn Matthew Gouder u Elder għalqet l-ewwel taqsima b'vantaġġ ta' 10 punti għal Luxol 24-14. Luxol komplew bl-ewwel ħames punti tat-tieni perjodu biex żiedu l-vantaġġ għal 15 -il punt 29-19. Hawn waslet l-ewwel reazzjoni minn Athleta bid-dħul tal-Amerikan David Labossiere fejn għamlu run ta' 12-2 biex naqqsu d-distakk għal 5 punti. Huma komplew bit-trippli ta' Gouder u u l-punti ta' Labossiere u Mifsud Bonnici u waslu sa' punt 'l bogħod, liema distakk inżamm sal-intervall bil-Luxol fuq quddiem 45-44. Fit-tielet sessjoni, Athleta rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ bil-punti ta' Mifsud Bonnici qabel ma trippla ta' Elder reġgħat poġġiet lil Luxol minn fuq. Għal darbtejn, Luxol żammew vantaġġ minimu però trippla ta' Dedrain Parmer flimkien ma' Xuereb u Causwell raw lill-Athleta jispiċċaw it-tielet sessjoni fuq quddiem 67-65. Fl-aħħar perjodu, Luxol żammew il-pass minkejja trippla ta' Mifsud Bonnici u kienu għadhom 4 minn taħt 70-74. Hawn Athleta kellhom run ta' 13-0 li bdiet bi trippla ta' Xuereb li kellhu aktar punti flimkien ma' Gouder u Mifsud Bonnici u kienet biżżejjed biex jikkontrollaw l-aħħar sforzi ta' Luxol u joħorġu rebbieħa 89-73. Referees : Bernard Vassallo, Kamil Dworniczak, Malek Hraisha Basket ta' Bryon Jefferson fl-aħħar tlett sekondi ta r-rebħa lil Starlites GIG kontra Hibernians fi tmiem ta' partita kumbattuta li rathom iżommhu l-imbattibilita tagħhom. Fl-ewwel round basket biss kien fired liż-żewġ timijiet fi tmiem il-partita (82-80) u fit-tieni darba id-distakk niżel għal punt. Starlites għadhom mingħajr Ian Felice Pace fil-waqt li Hibs kienu mingħajr Marco Matijevic u Matthew Attard. Kienu Hibs li għamlu l-ewwel sitt punti tal-partita minn David Bugeja, Nikola Vasovic u l-Amerikan Mason Vires. Starlites ġew lura u wieġbu bi 8 punti konsekuttivi minn Alec Felice Pace u Travis McConico. Hibs reġgħu marru minn fuq iżda basket u trippla ta' Robert Ahearn raw lil Starlites itemmu l-ewwel taqsima 13-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Starlites bdew bil-mod jibnu vantaġġ żgħir b'Jefferson jidħol aktar fix-xena wara taqsima kwieta. Għall-Pawlisti kien hemm risposta minn Vires flimkien ma' Luke Farrugia però punti ta' Felice Pace u McConoco raw lil Starlites jiftħu vantaġġ ta' 9 punti 31-22. Hibs kellhom risposta minn Ivan Demcesen u Bugeja qabel ma Starlites għamlu break qasir ta' 7-0 bi trippla ta' Felice Pace u marru 12 minn fuq. Dan il-vantaġġ però niżel għal 4 hekk kif qabel l-intervall, Hibs kellhom 8 punti mingħajr risposta għal skor ta' 42-38. Il-ftuħ tat-tielet taqsima kien missielet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin. Punti ta' Vires, Anton Axiaq u trippa ta' Nikola Vasovic raw lil Hibs jaslu sa' basket 'l bogħod. Starlites irkupraw bi break ta' 9-3 u reġgħu marru 8 minn fuq però għal darb'oħra Hibs kisbu punti konsekuttivi qabel tmiem is-sessjoni għal skor ta' 63-61. Fl-aħħar taqsima, Hibs marru fuq quddiem bil-baskets ta' Bugeja iżda ma tantx damu hekk kif Starlites kellhom tripppla minn Matthew Scerri u baskets ta' Jack Zammit u Jefferson. Il-partita baqgħet missielta u l-ebda team ma rnexxielhu jiftaħ vantaġġ sostanzjali. Fl-aħħar ħinijiet ġara minn kollox hekk kif Starlites marru 4 minn fuq wara punti minn McConico u Felice Pace. Hibs però ma ċedewx u trippla u żewġ free-throws ta' Vires tawhom il-vantaġġ fl-aħħar tlett sekondi. Paul Ferrante għajat l-aħħar time-out, il-ballun ta' Scerri wasal għand Jefferson li dar u xxutja u l-ballun daħal fil-basket eżatt mal-ħorn finali biex Starlites ħadu rebħa drammatika 87-86. Mellieħa: A. Schembri, M. Falzon 2, V. Jandric 7, M. Fabri, I. Bonett 17, M. G. Montaldo, K. Skrabec, J. Brooks 6, M. Azzopardi 8, P. Shoults 14. Referees: Bernard Vassallo, Vladimir Nikolic, Kamil Dworniczak Depiro kisbu rebħa mportanti kontra Mellieħa Libertas f'konfront dirett għal post fil-play-offs biex issa Mellieħa huma barra mill-ġlieda għal post mal-ewwel erbgħa. Ir-rebħa mmaturat wara l-intervall fejn Mellieħa kienu basket minn fuq però sofrew run kontrijhom li rat lil Depiro jieħdu vantaġġ tajjeb. Mellieħa kellhom lura lil Vukassin Jandric u Peter Shoults u Depiro rkupraw lil Daniel Farrugia. Mellieħa fetħu bil-punti ta' Shoults fosthom trippla li rathom imorru fuq quddiem u wara risposta ta' Depiro minn TJ Atwood u Andy Attard, trippla ta' Isaac Bonett għamlet l-iskor 8-6 favurhom. Depiro kellhom mument tajjeb bit-trippli minn Nicholas Grech u Miguel Brincat biex marru 5 minn fuq 16-11 qabel ma Jandric wieġeb bi trippla għal Mellieħa flimkien mal-Amerikan Julius Brooks. Basket fl-aħħar attakk minn Adam Chomo poġġa lil Depiro fuq quddiem 20-18 fi tmiem l-ewwel sessjoni. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat. Depiro bdew bl-ewwel sitta minn Atwood, Farrugia u Kieron Caruana. Hawn Mellieħa wieġbu b'run ta' 12-0 bil-punti minn Mirko Azzopardi, Jandric u Brooks biex marru minn fuq 30-26 qabel ma Atwood għamel l-aħħar basket għal Depiro għal skor ta' 28-30. Wara l-intervall kien hemm bidu mill-aqwa għal Depiro li għamlu run ta' 14-2 b'żewġ trippli ta' Caruana flimkien mal-punti ta' Atwood u Cliff Thomas biex marru 10 minn fuq 42-32. Mellieħa kellhom risposta minn Shoults però Depiro kabbru l-vantaġġ wara trippla ta' Miguel Brincat flimkien ma' Farrugia u Atwood għal skor ta' 49-39. Fl-aħħar sessjoni kien hemm punti fuq kull naħa b'Isaac Bonett ikollhu trippla għal Mellieħa. Depiro għamlu run oħra ta' 9-0 bi trippla ta' Caruana biex fetħu vantaġġ ta' 18 -il punt 66-48. Azzopardi kiseb l-aħħar punti ta' Mellieħa però l-vantaġġ ta' Depiro baqa' komdu u huma kkontrollaw sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 72-54. Aħbarijiet oħra Mill-Bank of Valletta knock-out tat-tieni diviżjoni, se jkunu Hibernians u Fusion li se jikkontestaw il-finali li se tintlagħab il-Ħadd 11 t'April. Dan wara li fis-semifinali għelbu lil Depiro u Mellieħa rispettivament. Hibs għelbu lil Depiro 91-56 u Fusion għelbu lil Mellieħa 86-79. Starlites Mazars huma r-rebbieħa tal-kampjonat St. James Hospital ta' taħt is-sittax -il sena tal-irġiel. Huma kienu rebħu l-ewwel finali 53-49 iżda sofrew ir-rimonta ta' Gżira Athleta fit-tieni finali fejn Athleta ħarġu rebbieħa 75-53. B'hekk kien hemm bżonn it-tielet finali li saret ġurnata wara u hawn Starlites taħt it-tmexxija tal-coach Sandro Farrugia ħarġu rebbieħa 61-45 biex rebħu l-kampjonat. Fi tmiem il-partita, l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew lil captain ta' Starlites Mazars Isaac Azzopardi Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/03/juventus-kontra-napoli-se-tintlaghab-fis-17-ta-marzu/
netnews.com.mt
Il-partita bejn Juventus u Napoli, li kellha tintlagħab fit-tielet ġurnata tas-Serie A, se tintlagħab fis-17 ta' Marzu fis-6.45pm. Il-partita kellha tintlagħab fl-4 ta' Ottubru, iżda il-Lega Serie A, kienet ipposponiet il-partita minħabba li Napoli ma kienux tħallew jidħlu Turin minħabba xi każijiet pożittivi għall-coronavirus, li kellhom fl-iskwadra tagħhom. Wara li Juventus kienu xorta marru għal-logħba kienet ittieħdet id-deċiżjoni li jingħataw it-tliet punti, liema deċiżjoni ġiet irtirata fit-22 ta' Diċembru, meta l-CONI College of Guarantee ordnat li l-partita kellha tintlagħab f'data oħra.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/05/kaz-tal-erba-rgiel-akkuzati-brabta-mal-qtil-ta-caruana-galizia-u-l-avukat-chircop-skedata-ghal-ghada-fid-9-00am/
netnews.com.mt
Il-Maġistrat Nadine Lia laqgħet it-talba tal-Avukat tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia biex tirrikuża ruħha u ma tismax il-kumpilazzjoni tal-erba' rġiel akkużati b'rabta mal-omiċidji ta' Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chirciop. Il-polza biex jintagħżel ġudikant ieħor saret tard wara nofs-inhar u ġiet assenjata lill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. Wara li qalet li hija ma kellhiex għalfejn tirrikuża ruħha għal diversi raġunijiet fosthom li anke min għamel it-talba qal li jemmen fl-integrità tagħha, hija qalet li każijiet bħal dawn għandhom jiġu ttrattati mingħajr dell ta' dubju. Għal dawn ir-raġunijiet u raġunijiet ta' konsistenza hija laqgħet t-talba għal rikuża u ordnat li l-każ jintbagħat lura lir-reġistratur tal-Qorti biex jerġa 'jiġi assenjat lill-ġudikant ieħor. Il-Maġistrat qalet li ż-żminijiet inbidlu mir-rikuża preċedenti tagħha fil-każ ta' Yorgen Fenech. Dak iż-żmien, il-Prosekuzzjoni ma kinitx talbet għal rikuża. Illum hija qalet, għal xi raġuni, kemm il-Pulizija kif ukoll l-Avukat Ġenerali ssekondaw it-talba għal rikuża tal-parte civile.Filwaqt li kkwotat partijiet mil-liġi l-aktar li jrid ikun hemm raġunijiet sodi, fosthom li min huwa nvolut fil-każ għandu kunflitt ta' interess familjari qrib. Il-Maġistrat Lia qalet li kull min jagħmel talba biex hi jew xi ġudikant ma jismax il-kawża kellu l-opportunità li jagħmel dan mill-24 ta' Frar li għadda, meta tressqu l-Qorti l-akkużati. Hija qalet li ħadd mill-partijiet ma ressaq xi talba jew xi oġġezzjoni biex hi ma ma tkunx tagħmel parti mill-polza jew xi oġġezzjoni xi ħaġa li tindika li r-rikuża kienet se tintlagħab.. Hija qalet li kieku ġara hekk setgħu jinstabu aktar soluzzjonijiet malajr. Qalet li l-parte civile jew parti oħra setgħu jippreżentaw l-oġġezzjonijiet tagħhom b'mod immedjat. Il-Maġistrat Lia qalet li l-Avukati ta' Caruana Galizia mhux qed tagħmel it-talba tagħha fuq imparzjalità, jew li hemm xi dubju dwar dan. Qalet li se tkompli taqdi dmirha u xi oġġezzjoni oħra dwar rikuża oħra f'każ jew każijiet oħra m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' dan il-każ. Qalet li r-raġuni għandha tkun waħda leġittima biex wieħed ma jismax każ u dan isir fejn il-liġi tipprovdi li dan għandu jew irid isir. Qalet li hu dmir ta' ġudikant li jisma' l-kawża. L-Avukat Jason Azzopardi f'isem il-familja Daphne Caruana Galizia għamel talba biex il-Maġistrat Nadine Lia ma tismax il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-erba' rġiel akkużati b'rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop. Il-Maġistrat qalet li se tiddeċidi aktar tard mal-ġurnata fuq din it-talba. L-Avukat Jason Azzopardi f'isem il-familja Caruana Galizia talab lill-Qorti kif preseduta sabiex jogħoġobha tikkunsidra tirrikuża ruħha milli tippresjedi din il-kumpilazzjoni. Huwa qal li dan qiegħed jintalab mhux u bl-ebda mod ta' xi riflessjoni fuq l-intergrità personali tal-Maġistrat Lia, iżda 'inlinea' mad-digriet tal-istess Maġistrat tat-3 ta' Diċembru 2019 fil-kawża Pulizija kontra Yorgen Fenech. Dak inhar il-Maġistrat Lia kienet laqgħet l-istess parte ċivile għal raġunijiet li kienu imfissra f'rikors li kien sar dak inhar. L-Avukat Azzopardi qal ukoll li dan qed isir fil-kuntest tal-ħsieb u raġunament korrettissimu tal-Maġistrat Lia meta astjeniet mill-tippresiedi l-kawża l-Pulizija vs Paul Bailey (2019). L-Avukat Azzopardi qal ukoll li dan fil-kuntest ta' ġurispredenza fil-kawża Micallef vs Malta (2009) kif ukoll Sandro Chetcuti vs l-Avukat Ġenerali 2005 Qorti Kostituzzjonali kif ukoll ir-raġunament li wassal għar-rikuża tal-Maġistrat inkwerenti Dr. Scerri Herrera fis-17 ta' Ottunru 2017, liema digriet kienet saret referenza għalih tal-parte civile – Pulizija vs Yorgen Fenech. Tenna wkoll li għandu jiġi osservat il-prinċipju li l-ġustizzja trid tidher li qed issir partikolament meta fi żmien 30 jum din il-Qorti trid tieħu deċiżjoni. Saħaq li għal dawn ir-raġunijiet il-parte civile xorta għandha l-akbar rispett lejn il-Maġistrtat Lia, pero biex il-ġustizzja tidher li qed issir ittenni t-talba tagħha u li hija tikkunsidra attivament li tirrikuża ruħha f'din il-kawża. Il-Qorti hawn stiednet li l-partijiet jisħqu jekk għandhomx xi jgħidu dwar din it-talba. L-Avukat George Camilleri għall-Avukat Ġenerali qal li l-fatt li l-Prosekuzzjoni tiddikjara fiduċja assoluta fl-imparzjalità ta' din il-Qorti u għamlet referenza għad-digriet mogħti minnha stess, tat-3 ta' Diċembru tas-sena 2019 fil-kawża Pulizija vs Yorgen Fenech. L-Avukat Camilleri għamel ukoll referenza fuq każ ieħor u għalhekk l-Avukat Ġenerali iħalli kollox f'idejn il-Qorti dwar dan il-każ. Is-Supretendent Keith Arnaud qabel mar-riferenza tal-Avukat Ġenerali. L-Avukat Alfred Abela li qed jidher għall-aħwa Adrian u Robert Agius kif ukoll għal Jamie Vella ukoll qal li għandu fiduċja sħiħa fil-Maġistrat Lia. L-Avukat William Cushhieri li qed jidher għal George Degiorgio oġġezzjoni minħabba li l-akkuża fir-rigward ta' George Degiriogio tinvolvi biss l-omiċidju tal-Avukat Carmel Chircop. Qal li kif jirriżulta mill-akkużi huwa estranju għal kollox rigward l-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia, liema omiċidju huwa diġa jinstab għaddej proċeduri kriminali kemm quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u l-Qorti Kriminali. Qal li f'dan il-każ għandu japplika t-tagħlim tal-Qrati, bir-raġunijiet maħsuba mill-Artiku 734 tal-kap 12 tal-Liġijiet ta' Malta huma tassattivi. U li t-tagħlim iċċittat minn diversi kollegi tal-Qorti ta' Strasburgu ma japplikax għall-akkużi li għalihom qiegħed iwieġeb għalihom George Degiorgio. Huwa jirrileva wkoll li ma jħossx li jkunx sew li tkun il-parte civile illi "tagħżel il-Maġistrat residenti fil-kumpilazzjoni għal raġunijiet għal kollox estrani għall-proċeduri fil-konfront tiegħu." l-Avukat Cuschieri qal ukoll li għandu fiduċja fil-Maġistrat Nadine Lia. Fl-awla kien hemm preżenti tlieta mill-erba' akkużati, l-aħwa Adrian u Robert Agius u George Degiorgio. L-akkużat l-ieħor Jamie Vella ma kienx preżenti fl-awla minħabba li jinsab kwarantina jirkupra mill-pandemija tal-COVID-19 u għandu jkun disponibbli fil-11 ta' Marzu. Dwar Jamie Vella fil-Qorti ġie preżentat ċertifikat mediku biex tiġi konfermata l-assenza tiegħu fl-awla. Ix-xorti messet lill-Maġistrat Nadine Lia biex tisma' l-provi tal-erba' akkużati li nhar l-Erbgħa 28 ta' Frar kienu tressqu l-Qorti b'rabta mal-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop. Il-kawża ġiet appunatata lill-Maġistrat Lia wara li l-Maġistrat Marse-Anne Farrugia ddeċidiet li tastjeni milli tisma l-każ minħabba li disa' mill-akkużi kontra l-erba rġiel involuti fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Chircop jiffurmaw parti mill-inkjesta mmexxija minnha. Adrian Agius u ħuh Roberto Aguis magħruf bħala Ta' Maksar ġie mixli li kkummissjona l-qtil tal-Avukat Chircop f'Birkirkara. Jamie Vella, ma kienx fl-awla minħabba li skont l-Avukati tiegħu qed ibati minn kundizzjoni u George Degiorgio, magħruf bħala "Iċ-Ċiniż" ġew akkużati bl-eżekuzzjoni tal-qtil li ġara f'kumpless ta' garaxxijiet fit-8 ta' Ottubru 2015. Robert Agius u Jamie Vella huma akkużati b'assoċjazzjoni fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia billi pprovdew il-bomba li qatlet lill-ġurnalista f'Ottubru 2017. Minħabba t-terminu skont il-liġi, l-kumpilazzjoni trid tibda sa nofs il-ġimgħa d-dieħla u jekk ikun hemm xi talba biex il-Maġistrat ma tismax il-każ, ikun jibqa' biss 'three working days' sal-Erbgħa biex jismagħha Maġistrat ieħor jew oħra. Il-Maġistrat Lia kienet irrekużat ruħha mill-każ ta' Yorgen Fenech Fl-4 ta' Diċembru, 2019 il-Maġistrat Nadine Lia kienet irrekużat ruħha mill-każ ta' Yorgen Fenech, li jinsab akkużat bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u wara kie ġie assenjat lill-Maġistrat Rachel Montebello. Il-familja ta' Daphne Caruana Galizia kienu għamlu talba fil-Qorti biex il-Maġistrat Nadine Lia tastjeni mill-każ ta' Yorgen Fenech u ma tismax il-kumpilazzjoni assenjata lilha fil-konfront tan-negozjant. Huma kienu qalu li dan għamluh minħabba każ ta' kunflitt ta' nteress ċar. Din it-talba reġgħet saret dalgħdu prattikament għall-istess raġunijiet. L-Avukati kienu qalu liu dan huwa każ marbut mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mal-Prim Ministru u mal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, li tagħhhom il-kunjatu tal-Maġistrat Lia huwa konsulent legali u difensur ta' dak iż-żmien Prim Ministru Joseph Muscat. L-erba' rġiel li qegħdin jiġu akkużati b'rabta ma' żewġ omiċidji tressqu fuq informazzjoni li pprovda Vince Muscat ta' 58 sena, magħruf bħala "Il-Koħħu" li ġie kundannat 15-il sena ħabs wara li ammetta li qatel lill-ġurnalista Daphne Cauana Galizia. Hekk kif huwa ammetta r-reati kollha konnessi ma' dan il-każ huwa ma ngħatax il-piena massima, dik ta' għomor il-ħabs. Fis-sentenza tagħha l-Qorti Kriminali qalet li kien hemm tnaqqis fil-piena peress li Muscat għen lill-Pulizija dwar il-qtil ta' Caruana Galizia u l-informazzjoni li ta kienet utli biex dan il-każ jissolva fejn ġew arrestati erba' persuni oħra inkonnessjoni mal-każ. Is-sentenza ingħatat wara li f'termini legali sar patteġġament (ftehim) fuq il-piena. Dan peress li Muscat ta' nformazzjoni wkoll utli mhhx biss fuq dan l-omiċidju iżda wkoll biex jissolva l-każ tal-Avukat Carmel Chircop li kien inqatel fl-2015. Għall-aħwa Agius u Vella qegħdin jidhru l-Avukati Alfred Abela u Rene Darmanin filwaqt li għal Degiorgio qed jidher l-Avukat William Cuschieri. L-Avukati Jason Azzopardi qiegħed jidher għall-familjari tal-ġurnalista. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispetturi Shaun Pawney u Wayne Camilleri, u l-Avukat George Camilleri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/06/inharsu-lil-hinn-mid-differenzi-tissokta-z-zjara-tal-papa-fl-iraq/
netnews.com.mt
Il-Papa kkundanna wkoll l-estremiżmu f'isem ir-reliġjonijiet Il-Papa Franġisku kompla biż-żjara storika tiegħu fl-Iraq hekk kif fl-aħħar sigħat iltaqa' ma' Ali al-Sistani wieħed mill-mexxejja tal-Musulmani fil-pajjiż. Din il-laqgħa kienet deskritta bħala waħda simbolika. Il-Papa kkundanna wkoll l-estremiżmu f'isem ir-reliġjonijiet Il-Papa, f'dawn il-jiem, se jipprova jqawwi qalb il-membri tal-komunità Kattolika li kulma jmur qegħdin jonqsu f'dan il-pajjiż. Il-programm tiegħu fost ħafna impenji jinkludi anki laqgħat ma' aktar Kapijiet reliġjuż influwenti tal-Musulmani bil-għan li jitkattar ir-djalogu bejn id-dominazzjonijiet reliġjużi. Impenn importanti ieħor fil-programm se tkun il-quddiesa li l-Papa għandu jiċċelebra fi stadium fil-belt ta' Irbil, lejn in-naħa ta' fuq tal-Iraq. Din kienet l-ewwel żjara internazzjonali li l-Papa Franġisku wettaq minn mindu feġġet il-pandemija tal-Coronavirus.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/07/l-iran-ghadu-incert-il-futur-ghal-zaghari-ratcliffe/
netnews.com.mt
Nazarin Zaghari-Ratcliffe, mara ta' nazzjonalità doppja — Britannika u Iranjana — li weħlet il-priġunerija b'konnessjoni ma' akkużi dwar spjunaġġ, ikkonkludiet is-sentenza u fl-aħħar sigħat tneħħielha l- ankle-tag li hi kienet sfurzata biex tilbes bħala 'miżura ta' sigurtà'. Madankollu, din il-mara – li hi involuta fil-ħidma għall-karità – se jkollha xorta tippreżenta ruħha quddiem qorti (fl-Iran) għal każ ġdid kontra tagħha li se jinstama' nhar il-Ħadd. Zaghari-Ratcliffe kienet ilha taħt arrest f'darha, f'Tehran, mindu l-awtoritajiet Iranjani, f'Marzu, ittrasferewha mill-ħabs lejn din ir-residenza. Hi dejjem ċaħdet l-akkużi fil-konfront tagħha bħala infondati, u fl-aħħar sigħat, is-Segretarju Britanniku għall-Affarijiet Barranin, Dominic Raab, sostna li din il-mara għandha titħalla tirritorna fir-Renju Unit. Raab sostna li, minkejja l-aħħar żviluppi pożittivi, l-Iran 'qed jippersisti bi proċess krudili u intollerabbli fil-konfront ta' Nazarin Zaghari-Ratcliffe'. Il-Gvern Britanniku fisser il-priġunerija kontinwa ta' din il-mara bħala 'intollerabbli' u qed jagħmel kulma jista' biex hi tingħaqad mill-ġdid ma' familtha fir-Renju Unit.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/07/covid-19-spinta-ta-tilqim-fi-franza-waqt-li-x-xatt-tal-punent-jidhol-flockdown-ta-gimgha/
netnews.com.mt
L-awtoritajiet f'numru ta' reġjuni ta' Franza qalu li fl-aħħar sigħat kien hemm domanda qawwija għat-tilqim kontra l-coronavirus.Dan meta l-programmi tat-tilqim fil-pajjiż, għalissa, qed jikkonċentraw fuq il-Franċiżi ta' 'il fuq minn 75 sena u l-persuni l-aktar vulnerabbli għall-aktar forma serja tal-Covid-19. Fi tmiem il-ġimgħa erba' sptarijiet militari fetħu ċ-ċentri għat-tilqim fir-reġjun ta' Pas-de-Calais waqt li nfetħu madwar 100 ċentru ieħor fir-reġjun ta' Pariġi. Dan waqt li l-istadium tal-football ta' Toulouse ukoll qed iservi bħala mobile vaccination centre. Il-Prim Ministru Franċiż, Jean Castex, wiegħed programmi ta' tilqim mill-aktar intensivi għal dan ix-xahar u April waqt li tenna li l-ġimgħat li jmiss se jkunu kruċjali fl-impenn biex il-pajjiż jikkontrolla kemm jista' il-firxa tal-virus. Il-Gvern, għalissa, qed jikkonċentra fuq l-aktar reġjuni li qed ibatu mill-impatt tal-coronavirus bit-tama li jevita lockdown nazzjonali li jkollu konsegwenzi ekonomiċi mill-aktar diżastrużi għall-pajjiż. Filwaqt li l-pajjiżi tal-Ewropa qed jintensifikaw il-kampanji għat-trażżin tal-infezzjonijiet, spikka, fost oħrajn, l-impenn tal-awtoritajiet fil-Greċja biex jipprovdu t-testijiet rapidi b'xejn għall-possibbiltà ta' infezzjonijiet ġodda fost il-poplu fl-istazzjon tal-metro ta' Syntagma, fil-kapitali Ateni. Dan meta l-President tal-Unjoni Ewropea, Margaritis Schinas, żar dan il- mobile centre biex jara b'għajnejn il-proċess. Il-Greċja, b'kollox, irreġistrat mal-204,000 każ tal-coronavirus u ftit aktar minn 6,700 mewta sussegwenti. Fi żviluppi oħra 'il hinn mill-Ewropa, ix-Xatt tal-Punent, fl-aħħar sigħat, beda jimplimenta lockdown ta' ġimgħa wara spinta fl-ammont ta' infezzjonijiet lokali bil-Covid-19. Il-qawwiet tas-sigurtà, bħalissa, qed iwaqqfu numru ta' checkpoints madwar ix-Xatt tal-Punent minkejja li t-toroq huma kważi vojta min-nies u t-traffiku, bil-ħwienet ma jiftħux fi bliet prinċipali bħal Ramallah. Il-ftit sewwieqa li qed joħorġu għall-qadi urġenti qed ikunu mwaqqfa mill-qawwiet tas-sigurtà li qed jivverifikawlhom l-identità u meta l-awtoritajiet Palestinjani huma determinati li jwaqqfu l-hekk-imsejjaħ spike fl-infezzjonijiet. Sadanittant, il-Mexxej Spiritwali tat-Tibet, id-Dalai Lama, ingħata l-ewwel doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19 waqt li ħeġġeġ 'biex in-nies jieħdu din it-tilqima.' Id-Dalai Lama ngħata t-tilqima tal-Oxford-AstraZeneca fil-belt ta' Dharamsala, fl-Indja, wara li kien applika hu stess għaliha. L-Indja nediet il-programm tat-tilqim fis-16 ta' Jannar, iżda l-programm, sa ftit ilu, kien illimitat biss għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u 'frontliners' oħra li qed jaħdmu fl-aktar setturi vulnerabbli għall-virus.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/10/gilbert-agius-prezentat-bhala-kowc-tat-tim-nazzjonali-malti-ta-taht-il-21-sena/
netnews.com.mt
Gilbert Agius kien preżentat b'mod uffiċjali bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena wara li ħa t-tmexxija tat-tim mingħand Silvio Vella li minn naħa tiegħu ġie appuntat bħala l-kowċ li se jmexxi l-proġett tar-Regional Hubs. Agius li għandu l-liċenza PRO tal-coaching, qal li jinsab eċitat għal din l-ewwel esperjenza tiegħu bħala kowċ tat-tim nazzjonali hekk kif s'issa l-karriera tiegħu bħala kowċ kienet mal-klabb ta' Valletta. "Li nkun parti mill-coaching staff tat-tim nazzjonali Malti, huwa ta' unur kbir" qal Agius. Gilbert Agius li għandu 47 sena kellu karriera mill-aqwa bħala player fejn lagħab u rebħa bosta unuri prestiġjużi kemm fuq livell personali kif ukoll mat-tim. Hu lagħab ukoll 120 partita mat-tim nazzjonali Malti fejn skorja tmien gowls. L-ewwel impenn mat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena bħala kowċ se jkun fil-partiti minn Grupp Ċ fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena fejn l-ewwel partita tkun f'Settembru li ġej f'Malta kontra l-Irlanda ta' Fuq.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/12/353836/
netnews.com.mt
Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil: ma joffrix biżżejjed solidarjetà u ma jqisx il-piż tqil fuq l-Isati Membri tal-ewwel wasla Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-fattibbiltà ta' għadd mill-proposti fil-Patt. Hemm tħassib serju li l-Patt jista' saħansitra jżid mal-pressjoni li diġà ma jlaħħqux magħha l-Istati Membri tal-ewwel wasla li, effettivament, tbiddilhom f'"ċentri magħluqa" għall-migranti fil-fruntieri tal-UE Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa' l-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, iżda jsostni li se jkun diffiċli li l-proposti li jistabbilixxi jiġu implimentati, u ma jistgħux jitqiesu li huma pass ċar lejn il-ħolqien ta' strateġija komuni tal-UE li hija reżiljenti u li tħares 'il quddiem dwar il-migrazzjoni u l-ażil. F'żewġ Opinjonijiet reċenti, li fihom janalizza diversi proposti għal Regolamenti li jirregolaw il-ġestjoni tal-ażil u l-proċeduri tal-ażil, il-KESE jiddikjara li l-Patt ġdid jista' ma jkunx kapaċi jiżgura l-ipproċessar ġust u effiċjenti tal-applikazzjonijiet għall-ażil. Jeħtieġ li dawn jiġu kondiviżi b'mod ugwali bejn l-Istati Membri, li jirriżulta fl-għoti rapidu ta' protezzjoni internazzjonali fil-fruntieri tal-UE lil dawk il-migranti li jeħtiġuha u r-ritorn ta' dawk li ma jikkwalifikawx għaliha. Għall-kuntrarju, ma jistax ħlief jiżdied il-piż tar-responsabbiltà u tal-inkonvenjenza għall-pajjiżi tal-ewwel wasla, peress li l-mekkaniżmu ta' solidarjetà propost, li suppost jirregola l-kontroll tal-flussi ta' migrazzjoni fil-fruntieri, huwa bbażat fuq sistema ta' solidarjetà li hija ipotetika u volontarja. Dan ifisser li, skont il-mekkaniżmu, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jagħżlu jekk jixtiqux jipparteċipaw fir-rilokazzjoni jew ir-ritorn sponsorizzat ta' persuni f'sitwazzjoni irregolari. Madankollu, ma hemm l-ebda referenza għal inċentivi biex il-pajjiżi jiġu mħeġġa jipparteċipaw, jew għal kriterji ċari dwar kemm kull pajjiż għandu jikkontribwixxi. Flimkien mal-proposti l-ġodda tal-Patt dwar kontrolli preventivi u l-kontroll tal-fruntieri, li x'aktarx se jwasslu għal proċeduri kumplessi u twal fil-fruntieri esterni tal-UE, il-mekkaniżmu jista' jwassal għal trasformazzjoni tal-pajjiżi tal-ewwel wasla f'ċentri kbar ta' qabel it-tluq jew ta' detenzjoni, li jżid il-possibbiltajiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-pressjoni fuq il-komunitajiet ospitanti. "Il-Patt mhuwiex ideali. Xtaqna xi ħaġa b'aktar inizjattiva, xi ħaġa li hija aktar ta' appoġġ. Iżda rridu napprovawh. Għandu xi ideat ġodda wara l-falliment tal-proċess ta' Dublin, u huwa pakkett kbir. Huwa estremament importanti għall-futur tal-UE", qal Dimitris Dimitriadis, relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar il-ġestjoni tal-ażil. Is-Sur Dimitriadis isostni li r-regolamenti proposti fil-Patt jinvokaw il-prinċipji tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, iżda jemmen li l-obbligi ta' solidarjetà tal-Istati Membri tal-ewwel wasla huma sproporzjonati. Il-proċeduri ma jagħtu l-ebda garanzija għar-rilokazzjoni. Hemm biss proċeduri obbligatorji fil-fruntieri mingħajr mekkaniżmu awtomatiku ta' tqassim. "Fi kliem sempliċi, is-solidarjetà, fil-forma ta' rilokazzjoni, ma tistax tkun volontarja. Is-solidarjetà jeħtieġ li tkun awtomatika u jeħtieġ li tkun vinkolanti. Jeħtieġ li jkollna rilokazzjonijiet obbligatorji mingħajr dubji, mingħajr piżijiet amministrattivi jew burokrazija li xxekkilhom", isostni s-Sur Dimitriadis. Panagiotis Gkofas, relatur tal-Opinjoni dwar il-proċeduri tal-ażil skont il-Patt ġdid, għandu viżjoni pessimista dwar l-eżitu tal-implimentazzjoni tal-Patt: "Fl-aħħar mill-aħħar, ir-Regolamenti proposti se jpoġġu piż enormi fuq l-Istati Membri tan-Nofsinhar tal-Ewropa, bil-konsegwenza inevitabbli li r-Regolamenti mhux se jkunu applikabbli u se jonqsu milli jiksbu r-riżultat maħsub tagħhom. Dawn l-Istati Membri mhu se jkollhom l-ebda għażla ħlief li jsiru jew ċentri ta' detenzjoni jew ċentri ta' qabel it-tluq għall-bnedmin, għal perjodu ta' madwar sitt jew seba' xhur, jekk mhux aktar, sakemm isir magħruf l-eżitu tal-proċeduri, li jista' jirriżulta f'sitwazzjonijiet li huma ħafna agħar minn qabel." Skont is-Sur Gkofas , l-Istati Membri se jkunu mġiegħla de facto "jirrifjutaw ħafna applikazzjonijiet għall-ażil, anke dawk li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jingħata l-ażil, sabiex jiġi evitat li għadd dejjem jikber ta' nies jinżammu flimkien f'kundizzjonijiet inumani". PROPOSTI SKRUTINIZZATI Il-leġiżlazzjoni analizzata fl-Opinjonijiet tinkludi l-proposti għal Regolament dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni u tal-ażil u għal Regolament li jindirizza sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-migrazzjoni u ta' force majeure . Tlieta mid-disa' strumenti fil-Patt il-Ġdid ġew skrutinizzati wkoll: Regolament ġdid dwar l-iskrinjar; proposta emendata li tirrevedi r-Regolament dwar il-proċeduri tal-ażil; u proposta emendata għal riformulazzjoni tar-Regolament tal-Eurodac. Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza li l-proposti jkollhom l-istatus legali ta' regolament, li huwa vinkolanti u applikabbli direttament fl-Istati Membri. Madankollu, sabiex issir politika sħiħa, ir-Regolamenti proposti rilevanti kollha se jkollhom jiġu adottati fl-istess ħin. Fost affarijiet oħra, il-KESE jiddiskuti l-politika proposta ta' ritorn lejn il-pajjiżi ta' oriġini, li tista' tkun mimlija bi problemi, peress li l-UE se jkollha tiddependi mir-rieda ta' dawn il-pajjiżi, kemm ta' oriġini kif ukoll ta' tranżitu, li jikkollaboraw. Huwa għalhekk li dawn il-pajjiżi għandhom jingħataw inċentivi u diżinċentivi ċari. Il-KESE jilqa' l-introduzzjoni ta' komponent ta' kriżijiet u force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni. Għalkemm ir-Regolament dwar sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' force majeure jipprovdi opportunità għal solidarjetà vinkolanti, huwa jkopri l-appoġġ proċedurali aktar milli l-miżuri ta' solidarjetà f'każ ta' emerġenza. Is-solidarjetà tiddgħajjef minħabba l-proċeduri kumplessi u burokratiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħha. Il-KESE jesprimi tħassib dwar il-proċeduri l-ġodda fuq il-fruntieri, speċjalment fir-rigward tal-protezzjoni tad-dritt għal applikazzjoni għall-ażil. Huwa joġġezzjona għall-użu ta' kunċetti legali definiti ħażin, bħal "theddida għas-sigurtà" u "ordni pubbliku", jew il-kunċett difettuż ta' "pajjiżi b'rati baxxi ta' rikonoxximent tal-ażil", li jagħtu lok għal inċertezza tad-dritt. Fil-fehma tal-KESE, il-proposti jħallu ħafna mistoqsijiet mingħajr tweġiba, bħal kif u fejn se jinżammu n-nies matul il-proċedura fuq il-fruntiera, u kif tista' tiġi evitata sitwazzjoni ta' limbu legali permezz ta' garanzija tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-Regolament dwar il-proċedura ta' ażil għandu jagħmel is-solidarjetà obbligatorja fil-każ ta' rilokazzjoni: mingħajr tali dispożizzjoni u sakemm ma jinħolqux proċeduri li jippermettu li l-persuni japplikaw għall-ażil fl-Istati Membri tal-UE mingħajr il-ħtieġa li jaqsmu l-fruntieri tal-UE, f'termini prattiċi, ir-Regolament mhux se jaħdem. Barra minn hekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis b'mod speċjali familji bi tfal u minorenni mhux akkumpanjati, u jiddikjara li mhuwiex aċċettabbli li t-tfal jitqiesu biss bħala tali taħt l-età ta' 12-il sena u mhux taħt it-18-il sena, li jmur kontra d-dritt internazzjonali. Ikkummenta Tags ewropa internazzjonali //= $special ?>
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/10/ghandha-tissejjah-emergenza-nazzjonali-fis-sahha-pubblika-mill-iktar-fis-bernard-grech/
netnews.com.mt
"Quddiem il-falliment ta' Robet Abela, aħna qed ninsistu li immedjatament tissejjaħ emerġenza nazzjonali fis-saħħa pubblika biex b'hekk l-Awtoritajiet tas-Saħħa jingħataw poteri addizzjonali biex jieħu dawk id-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu mill-iktar fis u mingħajr il-bżonn tal-approvazzjoni tal-politiku." Dikjarazzjoni ċara mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif illum pajjiżna reġa' kellu konferna ċara li l-pandemija tal-COVID ħarbet mill-kontroll tal-Prim Ministru Robert Abela. Huwa sostna li dan għandu jsir sabiex ma jkunx hemm għalfejn jittieħdu miżuri drastiċi oħrajn li kull ma jmur qed isir iktar inevitabbli sabiex tkun tista tigi mrazzna il-pandemija li bħalissa tinsab bla kontroll. Bernard Grech qal li konsegwenza ta' dan kollu qed iħallsu l-familji Maltin u Għawdxin, in-negozji u l-anzjani. Huwa qal li dak li qed jiġru f'pajjiżna bħalissa huwa r-responsabbiltà diretta tal-Prim Ministru u ta' kull Ministru u Deputat tal-Gvern. "Din hija kriżi li l-Prim Ministru ġabha b'idejh u ta' dan irid jerfa' responsabbiltà. Ġabha b'idejh għax ma ħalliex f'idejn l-Awtortiajiet tas-Saħħa imma iddeċieda waħdu." Il-każi rekord li kienu rreġistrati llum qed iwasslu għal kollass ta' servizzi tas-saħħa neċessarji… kollass sħiħ fis-settur tal-kura intensiva, fis-swali tal-mediċina u fis-servizzi tal-emerġenza. Bernarnd Grech qal li hemm diversi studenti u għalliema fi kwarantina, fejn konsegwenza ta' dan hemm ħafna ġenituri li ma jistgħux imorru ghax-xogħol minħabba li jinsabu fi kwarantina ma' uliedhom. Negozji u intrapriżi magħluqin għax ammont kbir ta' ħaddiema fihom ukoll jinsabu fi kwarantina Il-Kap tal-PN qal quddiem din is-sitwazzjoni għandu jkun hemm politiċi li jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għas-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. "Dan hu l-mument li jitlob politiċi maturi u kompetenti. Politiċi li jiddeċiedu. U li jiddeċiedu b'konvinzjoni u mhux b'konvenjenza. Politiċi li jagħżlu mhux skond dak li jaqbel lilhom iżda skond dak li jaqbel lill-familji Maltin u Għawdxin. "
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/10/il-hames-itu-infetah-24-siegha-ilu-u-diga-kwazi-mimli-maphm/
netnews.com.mt
"Il-ġimgħa li għaddiet għidna 'ż-żmien itina parir'. Iż-żmien wasal" Taqsima ġdida tal-Kura Intensiva li nfetħet 24 siegħa ilu diġa kważi mtliet. Din kienet l-aħħar taqsima disponibbli f'pajjiżna u mhemmx aktar spazju fejn jistgħu jiddaħħlu aktar pazjenti li qegħdin kull ma jmur ikun ta' etajiet iżgħar. Dan qed issostnieh l-Assoċjazzjoni tat-Tobba fis-Saħħa Pubblika l-MAPHM. L-Assoċjazzjoni qalet li tinsab inkwetata ferm bir-rata għolja ta' infezzjonijiet ġodda u bin-numru ta' persuni li kellhom jiddaħħlu l-isptar u fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-aħħar 24 siegħa. L-MAPHM qalet li l-messaġġ huwa wieħed ċar, li jeħtieġ naġixxu issa, hekk kif it-trażmissjoni fil-komunità qed tkompli tilħaq rekords ġodda. Hija sostniet li pajjiżna issa jinsab fil-ħames post għall-ogħla numru ta' infezzjonijiet fid-dinja. It-tobba sostnew li l-ġimgħa li għaddiet kienu qalu li 'ż-żmien itina parir'. Issa, iż-żmien wasal. Għadu kmieni wisq biex inserrħu rasna bil-vaċċin biex jipproteġina. In-numru ta' persuni żgħar fl-età li jinsabu morda serjament fl-isptarijiet tagħna huwa xhieda ta' dan, komplew jgħidu t-tobba. Jeħtieġ li nipproteġu ruħna permezz ta' miżuri li jaħdmu bil-provi għal ftit żmien qabel ma nkunu nistgħu nistrieħu fuq il-vaċċin, kompliet tgħid l-assoċjazzjoni. Sadanittant, l-MAPHM appellat għas sens komun u għar-responsabbiltà minn kulħadd, u sabiex kulħadd jipproteġi ruħu billi ma jitħallatx ma' persuni minn households oħra, ikunu evitati l-folol u attivitajiet li mhumiex essenzjali ma jsirux. Fakkret fl-importanza tal-ilbies tal-maskra kif suppust, u fl-użu tal-alkoħol mal-idejn, u tenniet l-appell biex min iħossu ma jiflaħx jibqa' d-dar u jagħmel swab .
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/11/imut-lou-ottens-il-persuna-li-holoq-il-cassette/
netnews.com.mt
Miet fl-età ta' 94 sena, il-presuna li ħoloq il- casette tape – l-Olandiż Lou Ottens. Hu miet fid-dar tiegħu stess f'Duizel. Dan l-inġinier hu meqjus bħala l-moħħ li ġab rivoluzzjoni fid-dinja tal-mużika fis-snin 50. F'dak il-perijodu, Ottens kien jaħdem mal-kumpanija Philips Hu mifhum li tul is-snin inbiegħu 100 biljun casette tape sa minn meta bdiet din it-teknoloġija fl-1952. Ottens kien ukoll parti mit-tim illi kien ħoloq is-CD ftit tas-snin wara.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/09/organizzati-l-kwartifinali-tal-kampjonat-tal-gozo-motocross-association/
netnews.com.mt
Il-Gozo Motocross Association organizzat il-kwarti finali mill-kampjonat tagħha. Fi Klassi A rajna lil Steve Xuereb, li bil-Honda CRF 250cc akkwista punti massimi fil-klassi tiegħu. Huwa kien segwit minn David Dimech. Mario Cauchi daħal fit-tielet post. Xuereb huwa l-leader f'din il-Klassi. Imbagħad fi klassi B, Jorn Stellini, championship leader fi klassi B ukoll spiċċa fl-ewwel pożizzjoni. Warajh daħal Biuren Grima, filwaqt li Robert Spiteri akkwista t-tielet post. Fi Klassi C, William Sant rebaħ l-ewwel post. Huwa kien segwit miz-żagħżugħ Mark Camilleri. Sadanittant, klassi D ġiet mirbuħa minn Luke Caruana. Warajh daħal Aiden Galea u Chris Tyler Mizzi rispettivament. Fill-Junior Class ipparteċipaw 5 subien, li għandhom bejn il-ħames u l-ħdax il sena. Zac Tabone, Trysten Theuma, Lucas Tabone, Milos Schembri u Ben Tabone wrew ħila liema bħalha hekk kif din id-darba, taħt il-gwida tal-President tal-assoċċjazzjoni Frank Xuereb, huma daru iċ-ċirkwit sħiħ. Il-parteċipazzjoni ta dawn it-tfal qed twitti t-triq għal aktar parteċipazzjoni minn tfal oġrajn li huma mħajjrin jibdew dan l-isport ferm eċitanti. Hekk kif spiccaw il-kompetizzjonijiet, is-sur Jason Portelli, sid il-JDCycles pprezenta trofej lir-rebbieħa tal-ġurnata lis-sewwieqa rebbieħa, filwaqt li nġabru l-punti tal-kampjonat. Il-GMA tħabbar li s-semi finali ta' dan il-kampjonat, ser issir fis-11 t'April 2021. Il-kompetizzjonijiet huma maghluqa ghall-pubbliku ngenerali minhabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija. L-għaqda dejjem tħeġġeġ aktar sewwieqa ġodda biex jingħaqdu magħha ħalli jgawdu dan l-isport li sar ferm popolari fil-gżira Għawdxija.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/12/konsulent-fl-emergenza-jispjega-l-frakass-li-sab-fdouble-decker-li-habtet-ma-sigra-u-tilfu-hajjithom-tnejn/
netnews.com.mt
Meta sar test tal-breathalyser fuq ix-xufier ta' double-decker li kien nvolut f'inċident meta ħabat ma' siġra fejn mietu żewġ turisti u għexiren oħra ndarbu gravi u oħrajn ħafif ma testjax pożittiv għax-xorb. Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Pierguido Saliba meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni fil-konfront ta' ħames persuni, xufier u erba' Diretturi ta' kumpanija lli jinsabu mixlijin bi qtil involontarju ta' mara u raġel f'inċident li kien seħħ permezz ta' 'double decker' meta dan laqat siġra fiż-Zurrieq. Il-vittmi kienu mara Spanjola u Belġjan. L-inċident kien seħħ fid-9 ta' April tal-2018 fejn il-karozza tat-turisti kien laqtet zokk ta' siġra. L-Ispettur Pierguido Saliba li kien jaħdem mas-sezzjoni tat-Traffiku qal li kien sar test għall-alkoħol fuq ix-xufier li iżda ħareġ li kien 'clean'. Tenna li huwa organiżżaw kollox biex jingħalaq l-aċċess għat-traffiku wara l-4pm ftit wara li seħħ l-inċident. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud komplew il-proċeduri kontra is-sewwieq Charles D'Amato ta' 27 sena minn Ħal Qormi, u erba' Diretturi li kienu jimpjegawh, l-aħwa, Lee Ann Borg 37 sena, residenti l-Mellieħa, Kim Degabriele ta' 40 sena, Noel Degabriele ta' 24 u Philip Degabriele 32 sena, kollha residenti Ħal Luqa, li jiġġestixxu l-kumpanija City Sightseeing Malta Limited. Frakass u paniku li rrenja fid-double decker Frakass sħiħ, paniku kbir, storbju, biki, għajjat u dmija. Kważi tliet snin ilu 32 persuna spiċċaw feruti u ttieħdu l-isptar Materi Dei minbarra li mietu mara u raġel u oħrajn kienu qed jiġu trattati fuq il-post. 19 kien marru fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid Dmija ma' kullimkien u ħġieġ kienu fis-sular ta' fuq u minkejja li fl-ewwel pjan kien hemm min weġġa' l-akbar problemi kienu fis-sulrar ta' fuq. Kienu 22 adult u 10 t'itfal li ttieħdu l-isptar Mater Dei, wħud weġġgħu gravi. Mix-xhieda tal-Konsulent tal-Emerġenza Jonathan Joslin ħareġ ukoll li tims mediċi ħadmu bla heda u rnexxielhom li fi żmien siegħa l-operazzjoni kienet konkluża. Qal dak inhar tal-inċident meta l-ambullanza kienet fi triqitha lejn il-post tal-inċident bdew jisimigħu fuq ir-radju li kien inċident serju bin-nies mejtin u midrubin. Dan kien klassifikat bħala inċident maġġur. Kellhom imorru aktar minn tim wieħed mill-Isptar Mater Dei u miċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid u oħrajn li marru lejn iż-Żurrieq biex jagħtu s-sehem tagħhom fl-inċident. Kellhom jorganiżżaw kollox fosthom biex ineħħu lin-nies minn fuq il-post u jaraw li jkun hemm l-ordni. L-ewwel xena li ra kienu niesu jibku u jgħajjtu u konfużjoni sħiħa. Kif daħal induna li kien hemm problema kbira fuq. Il-ħġieġ tad-double-decker fuq in-naħa tal-lemin ħafna ħġieġ u demm. Allura kellu jneħħi n-nies li kienu isfel. Min kien isfel ma kienx hemm nies midrubin ħafna, u allura talab biex jikklerjaw. Bdew ipoġġu nies f'post sigur madwar 50 metru l-bogħod mill-vettura. Qal li tela' t-taraġ u mid-daqqa t'għajn induna li kien hemm tifel ta' sitt snin li kellu l-fits u beda jbati biex jieħu n-nifs. Niżluh mill-ewwel u ttieħed l-isptar. Kellu miultiple fractures fl-iskutella ta' rasu. Wara mexa minn quddiem sa wara u kif kien se jerġa; jdur ra li dawk li kellhom ftit ġrieħi jew xejn, joħorġu. Hemm induna li kien hemm tnejn minn nies ma jistgħux jiċċaqqalqu. Kien hemm mara iżomm id raġel li kien miet b'emoroġija. Il-mara tiegħu kienet emozzjonata u qalilha li huwa mejjet u niżżluha mill-vettura. Hemm talab għal psikoloġi għax kien hemm min kellu bżonn l-għajnuna. Raha l-mara mejta li kellha feriti gravi u ma kellhiex tal-familja magħha. Huwa nnota wkoll raġel paraliżżat u ma setax jaħmel moviment minn sidru l-isfel. Lanqas kien qed jitkellem, kellu miegħu l-mara u t-tfal, kienu ħamsa b'kollox. Qal li reġa' niżel u hemm raha t-tifel ieħor li kellu tmien snin li jiġi ħu t-tifel ta' sitt snin li spiċċa fit-Taqsima tal-Kura Intensiva imma fortunatament rkupra wara 24 siegħa. Ir-raġel li ma bediex jiċċaqqlaq kellu problemi fl-ispina. Inġieb sellum mingħand il-Protezzjoni Ċivili u tpoġġa fuq stretcher u ttieħed l-emerġenza. Kien paraliżżat sew u kien spiċċa operat b'urġenza minħabba l-problemi li kellu fl-għadam. Kien hemm raġel ieħor li ma kienx f'sensih sew u deher li kien qed ibati. Dan qallu li seta' jqum u niżluh it-taraġ tad-double-decker. Kellu problemi fl-iskutella ta' rasu u bħal emoroġija u d-demm iġġammja u kellu jiġi operat. Kien hemm mara ta' 26 sena li kienet wara l-Belġjan li miet, li kellha ġrieħi gravi f'wiċċha u widnejha. Kien hemm familja ta' erba' li kellhom fratturi fl-ispalla u l-idejn kif ukoll il-pulmun. Wara xehed l-Assistent Sandro Gatt qal li x-xena ma tantx kienitx pjaċevoli. Raha mara bla ħajja u raġel bla driegħ li deher mejjet ukoll. Qal li fl-investigazzjoni per se qatt ma daħal. Kemm raha li kollox qed isir kif suppost. Ma ħax stqarrijiet tal-imputati u kif waslu biex ikunu akkużati il-persuni. Xehed ukoll is-Suprendent Josric Mifsud li qal li mar jassisti fuq il-post fejn it-tabib Joslin kien qallu li kienu mietu xi persuni. Huwa kien għen biex tiġi kklerjati l-area. Xehed ukoll l-Isptar Malcolm Sammut li qal kien kellem lill-Ispettur Antoine Cilia li kien fil-post u li nfetaħ l-aċċess għall-ambullanzi. L-inċident kien seħħ fid-9 ta' April tal-2018 fejn il-karozza tat-turisti kien laqtet zokk ta' siġra fejn kienu mietu Elisaveta Danielova Avdala u Koenraad Richard B De Vrieze. Il-ħames akkużati qegħdin jiġu mixlija wkoll li kkaġunaw feriti gravi fuq it-turisti Carla Castillo, Simon Morrison, Suzanne Handerson, Michael Handerson, Robert Butt, Karam Raj Singh, Raydeep Singh u Angela Gashstatter. Qed jiġu akkużati wkoll li kkaġunaw feriti ħfief fuq 13-il turist u li kkaġunaw ħsara fuq id-double-decker. D'Amato waħdu qed ikun mixli fuq sewqan perikoluż u traskurat u li ma kienx f'pożizzjoni li jsuq minħabba xorb jew droga u talli naqas li jissalvagwardja s-saħħa tiegħu u ta' ħaddieħor. L-erba' Diretturi jinsabu mixlijin ukoll talli naqsu li jiżguraw is-saħħa ta' ħaddieror u l-miżurin essenzjali, li naqsu li jipprovdu superviżjoni u tagħlim meħtieġ biex iħarsu s-saħħa u li naqsu li jinfurmaw lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ bl-impieg tax-xufier. L-Avukati ta' D'Amato huma Franco Debono u Amadeus Cachia filwaqt li Shazoo Ghaznavi u Alessia Zammit McKeon qed jidhru għall-erba' Diretturi. Minbarra ż-żewġ turisti li nqatlu, sitt oħra kienu ndarbu b'mod kritiku, u 44 ġew ittrattati meta karozza tal-linja tat-turisti double-decker laqtet fergħat tas-siġar baxxi fi Triq il-Belt Valletta, Żurrieq. Flotta ta' 10 ambulanzi kienet intbagħtet fuq il-post. Madwar 50 persuna kienu ngħataw trattament mediku. 19 fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid u l-bqija fl-Isptar Mater Dei. Ħafna mill-ġrieħi li sofrew kienu fir-ras u fil-parti ta' fuq tal-ġisem. Il-każ se jkompli fit-23 ta' Mazu fid-9am.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/10/imhabbra-l-mizuri-ta-sena-ilu-l-iskejjel-maghluqa/
netnews.com.mt
Robert Abela ma jsejjaħx Emerġenza Nazzjonali ta' Saħħa Pubblika Il-Prim Minsitru Robert Abela mhux lest li jagħmel apoloġija mal-poplu Malti u Għawdxi wara li tul din l-aħħar sena kemm-il darba webbel lin-nies bl-idea li pajjiżna jinsab fuq l-ghatba tan-normalità. Agħar minn hekk …lura f'Mejju, kien saħaq li l-Covid-19 kien warajna. Meta mistoqsi mill-ġurnalisti, Robert Abela naqas milli jerfa' r-responsabbilità politika jew saħansitra jaghmel apoloġija ghad-diskors irrisponsabbli tieghu. Fid-dawl taż-żieda qawwija ta' każi ġodda ta' Covid-19, l-Erbgha filghaxija il-Prim Ministru Robert Abela qal illi ma jħossx li għandu jsejjaħ Emerġenza Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika. Minflok, tul konferenza tal-aħbarijiet f'Kastilja fejn kien akkumpanjat ukoll mill-Professur Charmaine Gauci u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, Robert Abela dawwar il-kanuni fuq in-nies. Dan kollu sehh wara li l-Gżejjer Maltin, partikolarment l-isptarijiet tal-pajjiż, spiċċaw għarkopptejhom b'mewġa ta' każi tal-varjant Brittaniku li qed jgħodd aktar minn 60% tal-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar jiem. Minkejja t-twissijiet kollha tal-esperti mediċi fejn fl-aħħar xhur appellaw għall-attenzjoni tal-Gvern ta' Robert Abela biex jilqa' għal din il-firxa mir-Renju Unit, għal darb'oħra Abela sostna li huwa jinsab kburi. Il-verita hi…li issa Abela, min-normalità li wiegħed li se tibda f'Marzu, reġġa' l-arloġġ lura għal bħal lum sena. Bi Chris Fearne jerġa' jappella li kemm jista' jkun il-poplu jrid jaqta' il-kuntatt soċjali. Il-miżuri identiċi ghal dawk ta' sena ilu ser jibqgħu fis-seħħ sal-11 ta' April, bl-iskejjel li minn nhar it-Tnejn, flimkien mal-bqija tal-istituzzjonijiet edukattivi oħra ser ikunu qed jingħalqu – inkluż Childcare. Dan filwaqt li ġie mħabbar li ser ikunu qed jingħalqu l-ħwienet li jiprovdu servizzi mhux essenzjali fosthom, ħwienet tal-ħwejjeġ, ġojjellerija, fwieħa, tal-ħjata, souvenier shops, tal-għamara, tal-fajjenza kif ukoll hairdressers, barbiera, tattoo parlours u studios ta' sbuħija. Mill-Ħamis 11 ta' Marzu ser tieqaf għal xahar kull attività sportiva. Kif ukoll it-tiġijiet u l-attivitajiet reliġjużi…. għajr għal quddiesa tal-funeral u ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ mingħajr quddiesa. Dan filwaqt li l-ivjaġġar lejn Għawdex ser ikun limitat biss għal moviment essenzjali u għal min għandu proprjetà ….filwaqt li l-limitu ta' gruppi ta' ġemgħa nies ser ikun qed jinżel minn 6 għal 4. Ser ikunu qed jingħalqu l-gyms u l-pools flimkien mas-swali taċ-ċinema, teatri u mużewijiet. Fost il-miżuri mħabbra hemm ukoll li ser jingħalqu r-ristoranti u l-faċilitajiet anċillari tal-lukandi li se jkunu jistgħu jibdew joffru biss ikel u xorb permezz tar-room service jew deliveries; Intant ġie mħabbar ukoll li minn nhar is-Sibt ser ikunu qed jitwaqqfu l-operazzjonijiet fl-isptarijiet lokali li m'humiex urġenti bil-għan li l-istaff mediku jagħtu s-servizz tagħhom lill-pazjenti infetti bil-Covid-19. Il-Prim Ministru insista li l-miżuri iddaħħlu skont il-ħtieġa u skont ir-riżultati li kienu qed iħallu…ammissjoni li l-Gvern ta' Robert Abela tul din is-sena falla milli jindirizza b'konvinzjoni din il-pandemija .
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/10/il-grecja-thejji-biex-tilqa-l-ewwel-turisti-fmejju/
netnews.com.mt
Il-Greċja qed tħejji ruħha biex terġa tibda tilqa' turisti mir-Renju Unit ġa sa minn Mejju li ġej. Dan se tkun qed tagħmlu skont kif tiżvolġi s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19. Ingliżi li jixtiequ jsiefru hekk kif jintemm il- lockdown jistgħu jibdew jaħsbu biex jibbukkjaw safra lejn il-Greċja li qed tlesti biex tibda tilqagħhom sa mill-14 ta' Mejju. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iddikkjara li ċittadini tar-Renju Unit se jkunu jistgħu jibdew isiefru lejn pajjiżi oħra mis-17 ta' Mejju, meta jibdew jonqsu r-restrizzjonijiet. Il-Ministru tat-Turiżmu Grieg Haris Theoharis qal li turisti li jidħlu f'pajjiżu jridu jippreżentaw evidenza tat-tilqima tal-virus kif ukoll test reċenti li juri li l-persuna hija negattiva għall-Covid. Huwa qal li pajjiżu issa ħiereġ minn żmien iebes ħafna grazzi għall-isforzi li saru minn nies u għall progress tax-xjenza.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/10/mhux-minnu-li-qed-jinghataw-5000-vaccin-kuljum/
netnews.com.mt
Karl Gouder, PN Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder sostna li mhux minnu dak li allega l_Prim Ministru li qed jingħataw 5,000 vaċċin kuljum u appella biex il-Gvern ikun trasparenti u jgħid il-verità lill-poplu. Fl-Aġġornament tal-parlament Karl Gouder qal li l-Gvern kellu l-previżjonijiet dwar is-sitwazzjoni u spjega li issa l-pajjiż għadda mill-ewwel sena tal-COVID-19. Hu kompla li l-pandemija issa ħarġet mill-kontroll tal-Gvern li qed ikollu jieħu miżuri ta' kważi lock-down fil-pajjiż. Din se tħalli tħsara psikoloġika fuq in-nies u turi li quddiem sitwazzjoni hekk serja u importanti, il-Gvern ma weriex is-serjetà neċessarja. Id-deputat Nazzjonalista sellem lill-eluf ta' Maltin li għaddew u huma għaddejjin minn diffikultajiet differenti fis-setturi tas-soċjetà fosthom in-negozji, ristoranti u każini; dawn qed iħossu diffikultajiet finanzjarji kbar. Karl Gouder kkritika l-istrateġija tal-Gvern quddiem din il-kriżi u semma' n-nies li għaddejjin minn biżgħat fuq il-futur tagħhom fosthom li kellhom it-trattament mediku li issa kien pospost minħabba l-pressjoni kbira li hemm fuq Mater Dei. Hu sellem ukoll lill-front-liners li ilhom sena għaddejjin minn diffikulajiet enormi biex issa reġgħu ġew f'sitwazzjoni ta' pressjonijiet kbar. Il-PN ilu jagħti ideat u proposti biex il-pajjiż jikkumbatti din il-pandemija u ilu jgħid li l-attitudni li l-pajjiż rebaħ il-pandemija se talli effetti negattivi fuq il-pajjiż u hi ħażina.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/11/zminijiet-straordinarji-jgibu-soluzzjonijiet-notevoli/
netnews.com.mt
Minn Marzu tal-2020 avviżi ripetuti li jinfurmaw lill-membri li – " minħabba s-sitwazzjoni attwali riżultat tal-pandemija COVID-19, iddeċidejna li nissospendu l-attivitajiet kollha tal-Klabb sa avviż ieħor" – saru l-ordni tal-ġurnata. Kulħadd stenna u ħares 'il quddiem bil-ħerqa ghal dak l-avviż ulterjuri li sfortunatament naqas milli jiġi hekk kif il-ġranet inbidlu f'ġimgħat u f'xhur, issa biex jilħqu sena mil-bidu tal-pandemija. Madankollu kienet meħtieġa azzjoni biex taderixxi mal-istatut tal-Klabb u mar-regolamenti tal-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji billi ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Klabb sal-aħħar ta' Frar 2021. B'hekk il-Kumitat tal-Malta Cruising Club żamm l-AGM tiegħu permezz ta' webinar bl-użu tal-applikazzjoni popolari ta' komunikazzjoni bil-vidjo bbażata fuq is-sistema Zoom. Il-laqgħa segwiet Aġenda AGM tradizzjonali, ospitata mis-Segretarju tal-Klabb Austin Calleja. Taħt il-gwida professjonali tal-membru tal-Kumitat Patrick Genovese, li kien il-moderatur tal-webinar matul il-lejla, l-okkażjoni wriet tabilħaqq novità interessanti u milqugħa tajjeb li żżomm komunikazzjoni mal-membri matul il-pandemija. B'ħarsa għal triq oppomistika f'sitwazzjoni li tidher li probabbilment mhux se tmur għal ritorn malajr, u allura wieħed ikun jista' jibda u jgawdi l-aspetti varji tal-ibburjar, il-membri tal-Malta Cruising Club ġew infurmati fl-AGM dwar numru ta' inizjattivi ġodda. Dawn se jkunu serje ta' webinars dwar suġġetti differenti li, fiċ-ċirkostanzi, se jkunu alternattiva għat-taħditiet tekniċi popolari tal-Klabb. Għall-ewwel sitt xhur tal-2021 il-Malta Cruising Club qed jipproponi l-webinars li ġejjin: 1) "Tbaħħir lejn il-Greċja"… ..u pariri utli għal meta tkun hemm – minn Peter Rigby – nhar il-Ġimgħa 26 ta' Marzu fis-6:30 ta' filgħaxija; (2) "L-Issetjar tal-Qlugħ" minn Patrick Genovese – nhar il-Ġimgħa 23 ta' April fis-6:30 ta' filgħaxija; (3) "Nistadu mid-Dgħajjes tagħna" minn Sinclair Pace – nhar il-Ġimgħa 21 ta' Mejju fis-6.30 ta' filgħaxija; (4) "Tħejji l-Ikel Abbord" miċ-Chef Jean Paul Debono – nhar il-Ġimgħa 25 ta' Gunju fis-6.30 ta' filgħaxija; (5) "Xogħol tal-Ħabel Abbord" u (6) "Manuvrar f'Spazju Ristrett" minn Patrick Genovese* – * Dettalji tad-Data / Ħin jitħabbru dalwaqt. Il-programm propost għall-2021 irrefera wkoll għal avvenimenti ta' ibburdjar u funzjonijiet soċjali bħal Gozo Easter Cruise & Dinner mal-Gozo Cruise & Crews Club, il-Falken Pozzallo Sette Giugno Cruise, il-Cruise għal Scoglitti, u l-Quiz Night bħalissa huma kollha' xewqat sbieħ imma kollox jiddependi fuq ir-restrizzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa li se jkunu fis-seħħ dak iż-żmien kemm hawn u fi Sqallija. L-istess sitt membri tal-Kumitat preċedenti tal-Club ġew eletti biex iservu għal sentejn oħra, jiġifieri l-2021/2022. Dan se jkun magħmul minn: Wilfred Sultana (Commodore), Johann Cuschieri (Viċi Commodore), Austin Calleja (Segretarju Onorarju), Victor Taliana (Teżorier Onorarju), Joseph Pace (Uffiċjal tas-Sħubija u Avvenimenti Soċjali), Patrick Genovese (Avvenimenti tal-Ibburdjar, Taħditiet Tekniċi u Uffiċjal IT). Il-Kumitat għażel ukoll lil Dr Carmel Abela bħala konsulent mediku tal-Club matul dawn iż-żminijiet diffiċli.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/10/sospizi-l-attivatijiet-sportivi-kollha/
netnews.com.mt
F'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supritendent tas-Saħħa Charmaine Gauci ħabbru li l-attivatijiet sportivi se jkunu qed jitwaqqfu b'effett immedjat minn għada sal-11 ta' April. Tħabbar ukoll li gyms u pixxini se jkunu qed jingħalqu wkoll. Dan kollu fost miżuri oħra kienu mħabbar hekk kif illum pajjiżna ra numri rekord ta' 510 każijiet pożittivi ta' COVID-19 f'ġurnata waħda.
[ 1, 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/10/francesca-curmi-terbah-l-unur-tal-atlas-zaghzugha-tax-xahar-ghall-frar-2021/
netnews.com.mt
It-tennista żagħżugħa Francesca Curmi rebħet l-unur tal-Atlas żagħżugħa tax-xahar għall-Frar wara l-prestazzjonijiet mill-aqwa waqt l-ITF Tournament li sar f'Monastir fit-Tuneżija fejn kontra kull mistenni rnexxielha tasal sal-finali. Matul il-mixja tagħha f'dan it-tournament, Curmi rnexxielha tegħleb bosta tennisti aktar kwotati minnha, biex fil-finali tilfet kontra l-Pollakka Weronika Falkowska. Francesca Curmi bdiet l-isport tat-tennis meta hija kellha l-età ta' 7 snin u minn hemm il-quddiem hija pparteċipat f'tournaments internazzjonali madwar id-dinja fejn mhux biss għamlet isem għaliha, iżda ukoll għall-pajjiżha. Din hija t-tieni sena konsekuttiva li l-Atlas Insurance flimkien mal-Għaqda Gurnalisti Sports qed jisponsorjaw dan l-unur taż-żagħżugħ/a atleta tax-xahar, lil dawk l-atleti li jkunu iddistingwew ruħhom f'diversi dixxiplini sportivi u li fuq kollox għamlu isem għalihom u għall-Malta.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/11/covid-19-imutu-4-persuni-283-kaz-gdid/
netnews.com.mt
Huma 283 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b'hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f'pajjiżna qed jammontaw għal 25,640. Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19 4 persuni, 3 irġiel ta' 60, 72 u 79 sena kif ukoll mara ta' 80 sena, ilkoll waqt li kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei. Għaldaqstant l-ammont totali ta' fatalitajiet li ġew irreġistrati f'pajjiżna ammontaw għal 341. Intant fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 338 – bit-total ikun dak ta' 22,176. B'hekk il-każi attivi issa qed jammonta għal 3,123. Sal-Erbgħa t-total ta' persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 36,246.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/09/exiles-ikomplu-jsahhu-l-bazi-taghhom-igeddu-mark-fenech-u-matthew-castillo/
netnews.com.mt
Exiles irnexxielhom iġeddu l-kuntratt ta' żewġ plejers importanti fit-tim, eżempju ċar li qed jikkonservaw dak li diġà għandhom. Il-gowlkiper Matthew Castillo u Mark Fenech it-tnejn ġeddew il-kuntratt sa tmiem l-istaġun tal-2025. Mark Fenech ingħaqad ma' Exiles mingħand Sliema fl-2018 u minn dakinhar kiseb post regolari fit-tim. Il-kwalitajiet tiegħu bħala xellugi fuq in-naħa leminija tal-pitch għenuh biex isir wieħed mill-pedini importanti fit-tim tant li fl-istaġun li għadda, sab ix-xibka kważi f'kull logħba li lagħab. Matthew Castillo li wkoll għandu 24 sena, ingħaqad ma' Exiles fl-2017 wara perjodu qasir bħala riserva ta' Alan Borg Cole. Minn meta ngħaqad magħhom, Castillo dejjem żamm postu u ddefenda bi bravura l-lasta tat-tim tiegħu, speċjalment fil-perċentwal ta' penalties salvati. Dawn l-aħbarijiet jinżlu tajjeb mal-kowċ il-ġdid Aurelien Cousin, li fit-tieni esperjenza tiegħu bħala kowċ mal-klabb, għandu l-għan li jsaħħaħ dak li kien hemm diġà. Fl-aħħar xhur, il-klabb immexxi mill-President ħabrieki Andrew Paris, ġedded il-kuntratt tal-veteran Timmy Sullivan, Simon Apap u Philip Paris filwaqt li akkwista liż-żgħażagħ David Fenech, Niall Saliba u Max Aquilina li kollha ffirmaw kuntratt ta' erba' snin.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/10/jinzamm-monte-carmeli-ragel-bi-problema-akuta-ta-droga/
netnews.com.mt
Raġel ta' 39 sena residenti Ħal-Qormi b'diversi problemi ta' droga nżamm Monte Carmeli wara li tressaq il-Qorti mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja. Fil-Qorti ]are[ li Marvin Farrugia abbanduna l-programm ta' rijabilitazzjoni 10 t'ijiem wara li ngħata ordni ta' trattament mill-Qorti, meta l-psikjatra maħtur mill-Qorti qatt ma deher. Minn naħa tiegħu Marvin Farrugia ma setax ilaħħaq mingħajr ma jingħata l-attenzjoni meħtieġa mill-psikjatra. Huwa xorta attenda sessjoni mal-Caritas u t-test tal-awrina tiegħu rriżulta negattiv. Huwa kellu jattendi wkoll sessjoni mal-psikjatra personali tiegħu minħabba l-fatt li dak maħtur mill-Qorti qatt ma deher. Huwa baqa' bil-għaqal u bl-aħjar imġieba sa minn meta abbanduna l-programm ta' riabilitazzjoni. Minn dak li ħareġ fil-Qorti rriżulta li dan huwa każ sfortunat fil-konfront ta' Marvin Farrugia li spiċċa l-vittma . Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Audrey Micallef li ressqet lil Marvin Farrugia talbet biex jiġi revokat il-ħelsien mill-arrest u anke tordna li l-garanzija personali li huwa għamel jgħaddu favur il-Gvern. L-Avukat tiegħu Jason Grima qal li l-akkużi nħarġu għax kellu argument mal-ġenturi tiegħu u li għandu problema kbira ta' droga u għandu bżonn ħafna għajnuna u hemm il-ħtieġa li jagħmel programm. In-nuqqas ta' dan ma kienx it-tort tiegħu. Kompla li l-istat mentali tiegħu mhux sew ħareġ mix-shelter biex jaqta' xagħru u li meta ried imur lura għall-kura qalulu le. L-Uffiċjal tal-probation Marianna Zammit qalet li ilha ssegwih minn 25 Lulju sa Novembru u kellu probation order ta' sentejn. Ikkonfermat li qed jistennew biex jinħatar psikjarta malajr. Xehdet mill-Caritas Maria Caruana wara li li ma setax joqgħod fix-xelter, kien qed iħossu sfurzat, ma riedx jagħmlu. Xehed ukoll George Falzon, li jiġi s-sieħeb tal-qariba ta; Marvin u li dejjem qed isegwih.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/09/novak-djokovic-brekord-gdid/
netnews.com.mt
Novak Djokovic kiseb rekord ġdid meta lbieraħ iċċelebra it-311 ġimgħa tiegħu bħala n-numru wieħed fid-dinja tat-tennis. Record li huwa ġimgħa itwal minn dak ta' Roger Federer li t-total ta' rekord ta '20 titlu ta' Grand Slam jibqa' fil-mira ta' Djokovic. L-aħħar suċċess ta' Djokovic kien fi Frar li għadda bir-rebħ tal-Open tal-Awstralja. Djokovic tela' bħala n-numru 1 fir-ranking dinji fi Frar 2020 flok Rafael Nadal u temm is-sena 2020 bħala numru wieħed għas-sitt darba, u għamel ir-rekord stabbilit minn Pete Sampras. Andrea Gaudenzi Chairman tal-ATP kkummenta li l-ħafna kisbiet ta' Novak fit-tennis huma xejn inqas minn straordinarji. Fosthom l-aħħar record li jista' jitqies bħala wieħed impressjonanti. Federer, jirritorna fl-azzjoni f'Doha din il-ġimgħa wara aktar minn sena barra minħabba żewġ operazzjonijiet fl-irkoppa, fejn fir-ranking mill-bieraħ niżel fis-sitt post. Djokovic iddebutta mal-aqwa 100 f'Lulju 2005, ġimgħat biss wara li Nadal kien rebaħ l-ewwel Roland Garros tiegħu. Tela' mal-aqwa 50 f'Ġunju 2006, l-aqwa 20 għall-ewwel darba f'Ottubru 2006 u l-aqwa 10 sa Marzu 2007. L-ewwel sar in-numru wieħed tad-dinja fl-età ta '24 sena fl-4 ta' Lulju, 2011, l-għada li rebaħ Wimbledon għall-ewwel darba, meta għeleb lil Nadal fil-finali.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/09/joe-bajada-elett-mill-gdid-fkariga-importanti-fl-unjoni-ewropeja-tac-ciklizmu/
netnews.com.mt
Nhar il-Sibt li għadda, waqt l-Kungress virtwali 2021 tal-Union Européenne de Cyclisme, Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu kien elett mill-ġdid f'din il-kariga fi ħdan din l-Unjoni Ewropeja fejn issa għal erba' snin oħra ser jibqa jifforma parti minn 15 il-delegat li ser ikollhom id-dritt li jkunu huma li jivvutaw f'isem il-50 pajjiz membru affiljat Ewropej waqt il-Kungress Annwali Ġenerali tal-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċikliżmu li ser issir f'Settembru li ġej fil-Belġju. Ma' dawn il-15 jingħaqdu wkoll 30 delegat ieħor mill-erba' konfederazzjonijiet l-oħra li huma ACC (Asia), COPACI (Pan America), CAC (Africa) u l-OCC (Oceania). Għal din l-elezzjoni kienu nnominati 29 delegat minn Federazjonijiet u Assoċjazjonijiet differenti fi ħdan il-UEC fejn riedu jkunu eletti 15. Minħabba tibdil fl-istatut tal-UEC, l-ewwel erba' nisa u irġiel kienu eletti, biex imbagħad magħhom kienu eletti wkoll seba' kandidati oħra li ġabu l-iktar voti. F'dan il-Kungress il-UEC issa għandha president ġdid, it-Taljan Enrico Della Casa li għal dawn l-aħħar tmien snin kien is-Segretarju Ġenerali tal-istess UEC. Huwa ma kienx ikkontestat għax il-president attwali l-iSvizzeru Rocco Cataneo ma kkontestax ghal din il-kariga minħabba l-bosta mpenji li għandu fosthom dik ta' Membru Parlamentari Svizzeru. Elezzjonijiet oħra waqt dan il-Kungress kienu għal sitt membri tal-Eżekuttiv fejn hawn kienu eletti Henrik Jess Jensen (Danimarka), Delmino Albano Magalhães Pereira (Portugall), Alexander Gusyatnikov (Russja), Dragomir Gusyatnikov (Bulgarija), Katarina Jakubova (Slovenja) u Natallia Tsylinskaya (Bellarus). L-elezzjoni għal UCI Management Committee kienu eletti: Daniela Isetti (Italija); Agata Lang (Polonja); Michel Callot (Franza); Rocco Cattaneo (Svizzera); Henrik Jess Jensen (Danimarka); Toni Kirsch (Ġermanja); Jose Luis Lopez Cerron (Spanja); Igor Makarov (Russja) u Petr Marek (Republika Ċeka).
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/11/27-mejta-fl-indonezja-wara-li-kowc-waqghet-gholi-ta-65-pied/
netnews.com.mt
Fl-Indoneżja 27 persuna tilfu ħajjithom meta kowċ waqgħet għoli ta' 65 pied f'qasma bejn il-blat. L-inċident seħħ fuq il-gżira ta' Java wara li s-sewwieq tal-kowċ tilef il-kontroll tal-vettura fi triq imserrpa. Il-kowċ kienet qed iġġorr studenti Iżlamiċi kif ukoll għalliema u ġenituri u jidher li kienet problema teknika fil-brejkijiet tal-vettura li wasslet biex ix-xufier jitlef il-konroll tagħha, bil-konsegwenza li l-kowċ waqgħet minn għoli fil-blat. Iz-zona fejn seħħ l-inċident hi magħrufa għat-toroq wieqfa u li jserrpu, iżda jidher ukoll li t-testijiet tal-VRT fuq il-kowċ ma kienux aġġornati.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/09/jehtieg-ligi-komprensiva-li-tipprotei-lill-vitmti-tar-reat/
netnews.com.mt
Carm Mifsud Bonnici, PN Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fil-parlament li l-pajjiż għandu bżonn liġi li tipproteġi l-vittmi tar-reati u għajnuna biex joħorġu mill-kumplikazzjonijiet tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li d-diversi faxex u liġijiet ikunu magħqud f'liġi waħda minkejja li diġà hemm aġenzija li tieħu ħsieb il-vittmi tar-reati. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-passi li saru mill-2015 'l hawn ma kienux dawk li jħallu effett u għalhekk il-liġi trid tkun waħda li taħdem. Hu tkellem dwar il-passi li saru mil-Liġi tal-Ġustizzja Riparattiva u mill-avviż legali dwar il-kumpens lill-vittmi tar-reat Carm Mifsud Bonnicit tratta wkoll l-effetti fuq il-vittmi tar-reati u r-relazzjoni li jista' jkun hemm biex il-bniedem li wettaq id-delitt jieħu r-responsabbiltà tiegħu. Hu tkellem dwar ir-Reġistru tal-Vittmi tar-Reat li għadu lanqas biss hu kompost u l-kumitat bejn il-persuni vittmi u min wettaq ir-reat. L-importanza f'dan kollu hu l-punt ta' umanità u ċivilità bil-bniedem fid-dimensjoni kollha tiegħu. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-liġi mhix titħaddem kollha f'daqqa u sostna li l-vittmi għandhom ikunu jafu meta se joħorġu mill-ħabs l-aggressuri tagħhom. Jeħtieġ li l-liġijiet isiru aħjar biex jipproteġu lill-vittmi. Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar il-kumpens għall-vittmi tar-reat u qal li l-Istat qed iħalli l-vittmi tar-reat għal rashom. Hu semma' wkoll il-każi tas-serq minn kontijiet bankarji ta' anzjani li jiġu abbużati.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/14/l-italja-enrico-letta-hu-l-kap-gdid-tal-pd-li-jinsab-fi-krizi-profonda/
netnews.com.mt
L-eks Prim Ministru Taljan, Enrico Letta, hu l-Kap ġdid tal-Partit Demokratiku tax-xellug (PD) li hu t-tieni l-akbar partit fil-Gvern Taljan għall-Għaqda Nazzjonali li qed jitmexxa mill-Prim Ministru Mario Draghi. Il-konferma ta' Letta – li seba' snin ilu kien dam Prim Ministru għal għaxar xhur biss qabel warrab mill-kariga – kien ikkonfermat waqt vot li ttieħed mill-Partit PD u meta hu kien l-uniku kandidat li preżenta ruħu għall-kariga. Dan wara li l-Gvernatur ta' Lazio, Nicola Zingaretti, kien warrab minn Kap tal-PD jiem ilu, fost ilmenti dwar 'il-kritika li ma kienet qed taqta' xejn' mill-elementi tal-partit tiegħu stess. Zingaretti akkuża lill-partit b'li kien aktar ħsiebu 'fil-ġlied intern' milli fl-isfidi nazzjonali – fosthom il-kampanji lokali għat-trażżin tal-coronavirus. Intant, Nicolas Zingaretti, issa, qed jissemma bħala kandidat potenzjali għal Sindku ta' Ruma, bl-elezzjonijiet speċifiċi għandhom isiru 'il quddiem din is-sena. Il-Partit tal-PD, fl-aħħar jiem, qata' lura sew fl-istħarriġ tal-opinjoni u Enrico Letta ammetta li dan il-partit, bħalissa, jinsab fi kriżi profonda. Letta qal li hu deċieda biex imexxi dan il-partit 'minħabba l-imħabba tiegħu għall-politika u għaliex jemmen bis-sħiħ fil-valuri demokratiċi'. Il-PD kien parti integrali mill-koalizzjoni preċedenti taċ-ċentru-xellug taħt it-tmexxija tal-eks Prim Ministru Giuseppe Conte u li krollat f'Jannar meta Matteo Renzi irtira l-appoġġ tal-partit ġdid tiegħu, bl-isem Italia Viva. Intant, il-PD għadu t-tieni partit 'ewlieni' fil-Gvern li twaqqaf ix-xahar li għadda taħt Mario Draghi, li hu l-eks Kap tal-Bank Ċentrali tal-Ewropa. Il-koalizzjoni ta' Draghi għandha l-appoġġ ta' kważi l-gruppi politiċi ewlenin kollha fl-Italja.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/15/germanja-disfatta-fl-elezzjonijiet-regjonali-ghas-cdu-ta-merkel/
netnews.com.mt
Il-Partit CDU ( fil-Gvern) tal-Kanċillier Angela Merkel sofra telfiet kbar f'żewġ elezzjonijiet reġjonali kruċjali li kienu provi validi ta' fejn qed iħabbat il-polz tal-poplu qabel l-elezzjoni ġenerali ta' Settembru. Ir-riżultati wrew li s-CDU taċ-ċentru-lemin kiseb l-agħar riżultati (elettorali) fl-istorja fl-Istati ta' Baden-Wurttemberg u Rhineland-Palatinate. Dan meta l-partit ta' Merkel, qabel, dejjem kien ħareġ b'saħħtu mill-elezzjonijiet f'dawk iż-żewġ Stati meqjusa bħala fortizzi tradizzjonali tas-CDU. Din id-disfatta qed tidher dovuta għar-rabja fost il-poplu għal kif il-Gvern tal-Ġermanja rreaġixxa għall-kriżi relatata mal-pandemija tal-coronavirus. L-infezzjonijiet bil-Covid-19 għadhom f'livelli għoljin fil-Ġermanja fejn ir-'rollout' tat-tilqim miexi wisq bil-mod u meta l-uffiċjali sabuha diffiċli li jnaqqsu r-restrizzjonijiet. Intant numru ta' politiċi mas-CDU kienu warrbu fl-aħħar jiem minħabba allegazzjoniijiet li huma tħallsu il-'commissions' qawwija talli rranġaw ftehim għax-xiri tal-maskri tal-wiċċ.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/15/covid-19-l-esperti-jesigu-biex-ikompli-t-tilqim-bil-vaccin-tal-astrazeneca/
netnews.com.mt
Ir-regolatur tal-mediċini fir-Renju Unit qal li n-nies għandhom ikomplu jingħataw it-tilqima tal-AstraZeneca għal kontra l-coronavirus u li l-provi, s'issa, ma jissuġġerux li t-tilqima qed tikkaġuna t-trombożi fin-nies li jingħataw dan il-vaċċin. Filwaqt li r-Renju Unit qed iħejji biex, sa ftit ġimgħat oħra, jibda jlaqqam liċ-ċittadini kollha ta' 'il fuq minn 50 sena, il-Professur Anthony Hamden, espert fil-qasam tat-tilqim, għamilha ċara li hu se jkompli juża t-tilqima tal-AstraZeneca. Hamden qal li 'bl-ebda mod ma kien se jiddeċiedi li juża din it-tilqima li kieku l-vaċċin ma kienx sikur'. Dan meta l-Olanda, fl-aħħar sigħat, saret l-aħħar pajjiż li sospenda l-użu tal-vaċċin tal-AstraZeneca bħala prekawzjoni u fejn segwa l-eżempju tan-Norveġja, id-Danimarka u r-Repubblika Irlandiża, fl-aħħar jiem. Min-naħa tagħha l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina, li qed tanalizza l-effetti tat-tilqima tal-AstraZeneca, insistiet li l-benefiċċji tat-tilqima huma ferm akbar minn kwalunkwe element ta' sogru. Fl-istess ħin, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li l-vaċċin tal-AstraZeneca hu 'sikur' waqt li l-Finlandja għamlet 'studju bir-reqqa' fejn ma nstab 'l-ebda element ta' sogru partikulari'. Il-Professur Andrew Pollard, id-direttur tal- Oxford vaccine group li żviluppa t-tilqima tal-AstraZeneca qal li 'filwaqt li s-sigurtà tan-nies qed tingħata l-akbar priorità, ma nstabet l-ebda konnessjoni bejn dan il-vaċċin u l-każi tat-trombożi'. Pollard enfasizza 'il-provi mill-aktar assikuranti li ma kienx hemm żieda fil-każi tat-trombożi fost in-nies li ngħataw it-tilqima fir-Renju Unit.' Dan meta r-Renju Unit hu l-aktar pajjiż tal-Ewropa fejn tlaqqmu nies bil-vaċċin tal-AstraZeneca. Fl-istess ħin, il-Professur Pollard wissa li d-dinja qed tiffaċċja sogru enormi mill-Covid-19 u meta 'nuqqas tas' tilqim fuq skala kbira għandu jfisser aktar għexieren ta' eluf ta' imwiet (mill-coronavirus) matul din is-sena'. Fl-Istati Uniti, it-tabib Anthony Fauci – l-espert ewlieni dwar il-mard li jittieħed – issuġġerixxa li l-eks President Amerikan, Donald Trump jista' jagħmel aktar biex jippromwovi t-tilqim kontra l-coronavirus. Fauci qal li l-intervent ta' Trump, f'dan is-sens, jista' ikun ferm importanti wara stħarriġ li jindika li sa 49 fil-mija tas-sostenituri Repubblikani tiegħu ma jridux jingħataw it-tilqima. Trump għadu popolari ferm fost l-Amerikani Repubblikani u kull diskors tiegħu favur it-tilqima, skont Fauci, kapaċi jagħmel 'id-differenza kollha'. Meta kien President tal-Istati Uniti, Trump żamm lura minn rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-kampanji tat-tilqim kontra l-Covid-19 – bl-Istati Uniti issa qed taqleb b'mod drastiku din il-politika, taħt il-President Amerikan attwali, Joe Biden.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/16/zlatan-ibrahimovic-jirritorna-mal-iskwadra-zvediza/
netnews.com.mt
Zlatan Ibrahimovic reġa' ġie msejjaħ mal-iskwadra tal-iŻvezja wara li fl-2016 kien rtira mill-futbol internazzjonali. Ibrahimovic, 39, ħabbar ir-ritorn tiegħu b'post fuq il-midja soċjali tiegħu, fejn se jkun qed jirritorna għall-partiti ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022 kontra l-Georgia u l-Kosovo, kif ukoll għall-EURO 2020 li se jsiru fis-sajf li ġej. Ibrahimovic huwa l-aktar plejer li skorja gowls għat-tim Żvediż bi 62 gowl f' 116 il-partita, qabel ma rtira mill-futbol internazzjonali wara l-eliminazzjoni tal-iŻvezja fl-EURO 2016.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/16/jinzamm-taht-arrest-preventiv-fuq-akkuzi-ta-droga-u-armi/
netnews.com.mt
Frederick Dalli ta' 38 sena mill-Marsa tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, akkużat mill-Ispettur Alfredo Mangion b'pussess ta' kokaina, pussess ta' arma tan-nar mingħajr liċenzja. Huwa ġie mixli wkoll li naqas milli jinforma lill-Kummissarju tal-Pulizija li kien ġie fil-pussess ta' arma tan-nar, u li kiser xejn inqas minn erba' digrieti dwar il-pleġġ. Dalli, li mhuwiex estranju fis-sistema tal-ġustizzja kriminali b'diversi kundanni f'ismu, ġie akkużat ukoll li sar reċediv. L-avukati tiegħu, Arthur Azzopardi u Mario Mifsud, qalu li l-klijent tagħhom mhux ħati tal-akkużi kollha miġjubin kontrih, tmienja b'kollox. F'dan l-istadju a ntalbitx il-libertà proviżorja f'isem Dalli.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/18/covid-19-ir-renju-unit-konvint-li-se-jeghleb-l-intoppi-biex-jilhaq-il-miri-tat-tilqim/
netnews.com.mt
L-awtoritajiet fir-Renju Unit qegħdin jirreaġġixxu għal sitwazzjoni fejn mistennija tonqos il-provvista tal-vaċċin għal dan il-pajjiż. Is-sitwazzjoni qed tidher dovuta, f'parti, għal dawmien fil-proċessi tad-distribuzzjoni ta' ħames miljun doża tal-AstraZeneca mill-Indja. Jidher, issa, li l-kunsinna –prodotta mis-Serum Institute tal-Indja – ħabbtet mal-intoppi li x'aktarx ifissru dawmien ta' erba' ġimgħat sakemm jaslu fir-Renju Unit. Madankollu, il-Gvern Britanniku għamilha ċara li l-ebda fabbrika, faċilità jew pajjiż ma huma responsabbli għall-intoppi relatati mal-provvista tal-vaċċin. Sar magħruf ukoll li l-Gvern Britanniku sar jaf biss 'fl-aħħar ġranet' dwar l-issues relatati mal-provvista tal-vaċċini – u meta l-kelliema f'Londra huma konvinti li l-programmi tat-tilqim mgħamdhomx jaqgħu lura ħafna. Ir-Renju Unit xorta waħda qed ikompli fi triqtu lejn in-normalità meta mqabbel ma' pajjiżi oħra, Dan meta d-Dipartiment tas-Saħħa fil-pajjiż insista li se jirrealizza l-impenn biex ilaqqam liċ-ċittadini adulti kollha sal-aħħar ta' Lulju. Fl-istess ħin, il-Gvern hu konvint li għandu joffri l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 liċ-ċittadini kollha li għandhom 'il fuq minn 50 sena sal-15 ta' April. Il-kelliema għall-Gvern qalu wkoll li ċ-ċittadini kollha li ngħataw l-appuntament għat-tieni tilqima kontra l-Covid 'għandhom iserrħu rashom kompletament li dan l-appuntament se jinżamm.' Sadanittant, kompliet it-tensjoni – u t-tilwima diplomatika –bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dwar l-esportazzjoni tal-vaċċini. Fl-aħħar sigħat, il-Ministri Britanniċi kritikaw bl-aħrax lil Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, wara li hi qalet li 'l-UE tista', 'il quddiem, tirrifletti dwar jekk l-esportazzjoni tal-vaċċini lill-pajjiżi b' rati ta' tilqim superjuri 'għal tal-Ewropa' għadhiex tinżamm f'dan il-livell proporzjonali'. Hu indikat li Von der Leyen kapaċi tattiva 'poteri eżekuttivi' biex jinżamm il-vaċċin f'każ li ma jsirx titjib fil-proċessi tad-distribuzzjoni tal-vaċċin lill-Ewropa. It-tilwima ħraxet wara li l-President tal-Kunsill Ewropea, Charles Michel, qal, jiem ilu, li r-Renju Unit kien 'impona projbizzjoni effettiva' għall-esportazzjoni tal-vaċċini u l-komponenti tagħhom. Madankollu, ir-Renju Unit ċaħad bil-qawwi għal dan u sostna li l-kliem ta' Michel 'mhumiex veritiera'. Intant, il-battibekki dwar il-vaċċini għadhom għaddejjin bejn Londra u Brussell – b'Ursula von der Leyen tisħaq li 'l-UE għadha tistenna l-esportazzjoni tal-vaċċini mir-Renju Unit filwaqt li qed tinsisti dwar il-kunċett ta' reproċità fil-kwistjoni'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/17/kont-nistenna-li-l-ministru-carmelo-abela-jxejjen-ix-xnieghat-li-hawn-fuqu/
netnews.com.mt
David Thake, PN Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal fl-Aġġornament tal-parlament llejla li kien jistenna li l-Ministru Carmelo Abela ixejjen ix-xniegħat li qed jingħadu fil-pajjiż bħalissa. Dan intqal fil-bidu tal-Aġġornament minn David Thake eżatt wara li l-Ministru Camelo Abela ressaq l-Aġġornament tal-parlament. Il-Ministru Carmelo Abela, li kien għadu fil-Kamra, insista li David Thake jissostanzja jew jirtira dak li qed jgħid. Id-deputat Nazzjonalista qal li hu kien stenna li l-Ministru Abela jxejjen ix-xniegħat kollha li qed iduru, li bla dubju l-ministru kien sema' bihom. Il-Ministru Abela reġa' insista li d-deputat Nazzjonalista jkun ċar u jissostanzja u li jekk dan jsirx allura jeħodha li David Thake kien irtira dak li kien qal. L-Ispeaker Anġlu Farrugia intervjena u waqqaf il-kummenti bejn David Thake u Carmelo Abela. Fid-diskors tiegħu d-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-persuni li jbatu minn marda ereditarja li teffettwa l-pulmun u s-sistema diġestiva tal-bniedem. Hu semma' l-każ tat-tfajla Mandy Vella ta' 26 sena, li tbati b'din il-kundizzjoni u li kienet kitbet ittra miftuħa lill-awtoritajiet fosthom lill-Prim Ministru. Hi qalet li kienet iltaqgħet mal-Prim Ministru Robert Abela dwar il-mediċina ogħla li għandha bżonn għaliex din il-mediċina biss tista' ssalva din il-ħajja tagħha. Hi kienet imwiegħda li se tingħata risposta iżda s'issa ma kellha l-ebda risposta waqt li saħħitha sejra lura u qed tħossha li qed tkun abbużata mentalment mill-awtoritajiet. Jirriżulta li hawn 24 persuna li jbatu minn din il-kundizzjoni iżda tmienja biss jistgħu jibbenefikaw mill-mediċina li tiswa €18,000 fix-xahar għal kull persuna fl-ammont ta' €110,00 fix-xahar, €1.3 miljun fis-sena. Għall-Gvern dawn għandhom ikunu fattibbli iżda l-pożizzjoni tal-Gvern hi li dawn il-mediċini hemm ikunu kkunsidrati biex jidħlu fil-formolarju tal-Gvern. Dawn huma mediċini li għaddew mill-iskrutinju tal-aġenziji Ewropew u għalhekk għandhom l-approvazzjoni li jintużaw f'Malta. Meta jrid il-Gvern jimxi malajr u hekk għandu jagħmel f'dan il-każ. Dawn it-tmien familji għandhom bżonn l-għajnuna b'mod immedjat u l-Gvern hu obbligat li jgħinhom.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/17/il-qorti-tibghat-l-atti-lura-dwar-annullament-ta-zwieg-bir-ragel-jallega-li-martu-kien-diga-mizzewwga-qabel/
netnews.com.mt
Il-Qorti Kostituzzjonali bagħtet l-atti lura lill-0Ewwel Qorti sabiex jitkompla s-smigħ dwar każ ta' raġel li talab li ż-żwieġ tiegħu jiġi dikjarat null. Dan peress li qed jallega li martu kienet diġa miżżewwġa lil ħaddieħor. Huwa bbaża l-każ tiegħu fejn tenna li meta l-kawża għal ritrattazzjoni ta' sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell, din instemgħet minn dik il-Qorti li żewġ membri tagħha kienu wkoll membri tal-istess Qorti li kienet tat is-sentenza attakkata. Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul qalu li f'dan il-każ l-allegazzjoni hi li l-ksur seħħ bid-deċiżjoni fuq ir-rikuża u mhux bil-kanċellament, u għalhekk il-kanċellament ma għandux jitħassar ladarba ma hemm ebda allegazzjoni li kien bi ksur tad-drittijiet tar-raġel. Madankollu l-Qorti iżda qalet li tqis li jekk jinsab illi tassew is-sentenza tal-Qorti tal-Appell tat-30 ta' Novembru 2012 (dwar l-eċċezzjoni ta' rikuża) ingħatat bi ksur tad-drittijiet tiegħu, dik is-sentenza ma tkunx tiswa, u konsegwentement ma tiswiex ukoll is-sentenza tal-31 ta' Mejju 2013, u l-proċedura ta' ritrattazzjoni jkollha tibda mill-ġdid. Jekk imbagħad tintlaqa' t-talba għal ritrattazzjoni, l-Appell jerġa' jinstema', u jinqata' favur ir-raġel, ikun hemm sentenza finali li tiddikjara n-nullità taż-żwieġ u ma jkunx il-każ illi l-Qorti tal-Appell tibgħat l-atti lura lill-ewwel Qorti. F'dak il-każ il-kanċellament tal-kawża quddiem l-ewwel Qorti ma kienx iseħħ – appuntu għax l-atti ma jkunux intbagħtu quddiem l-ewwel Qorti – u għalhekk isir irrelevanti u ma jistax ikun ta' ħsara għall-attur. L-Appell tar-raġel sar minn sentenza mogħtija fl-24 ta' Novembru 2020 mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fil-kompetenza Kostituzzjonali sar kontra l-Avukat tal-Istat wara li in il-Qorti ċaħdet talba tiegħu għal dikjarazzjoni li nkiser il-jedd tiegħu għal smigħ xieraq, imħares taħt l-art. 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-artiklu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Dan fl-isfond ta' meta kawża għal ritrattazzjoni ta' sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell instemgħet minn dik il-Qorti meta żewġ membri tagħha kienu wkoll membri tal-istess Qorti li kienet tat is-sentenza attakkata. Patrick Spiteri kien kien iżżeweġ lil Sylvana Spiteri fit-3 ta' Diċembru 1997. Fis-16 ta' Frar 2009 huwa fetaħ kawża għal dikjarazzjoni ta' nullità taż-żwieġ għar-raġuni, fost oħrajn, illi meta ġie ċelebrat iż-żwieġ, il-mara kienet miżżewġa lil ħaddieħor. Il-mara wieġbet illi ż-żwieġ preċedenti tagħha kien maħlul b'digriet ta' divorzju mogħti minn Qorti f'California, li, għalkemm ingħata fid-19 ta' Diċembru 2002, kien b'seħħ mill-1 ta' Jannar 1992, qabel iż-żwieġ tagħha ma' Patrick Spiteri. Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) b'sentenza tat-30 ta' Marzu 2011 laqgħet it-talba biex jinħall iż-żwieġ għax kienet tal-fehma illi "fil-mument tal-kuntrattazzjoni taż-żwieġ bejn iż-żewġ partijiet, il-mara kienet għadha marbuta bi żwieġ ieħor, u għalhekk kienet inkapaċi li tikkuntratta żwieġ validu mar-raġel. Il-mara appellat u l-Qorti tal-Appell, b'sentenza tal-25 ta' Novembru 2011, laqgħet l-appell, ħassret is-sentenza tal-ewwel Qorti għax qieset illi "darba … hu ammess li skont il-liġi fejn il-mara u l-ewwel raġel tagħha iżżewġu, dak iż-żwieġ gie xolt b'effett mill-1 ta' Jannar 1992, bil-Qorti trid tirrikonoxxi dik il-posizzjoni", u bagħtet latti lura lill-Ewwel Qorti sabiex jitkompla s-smigħ fuq il-kawża l-oħra ta' nullità taż-żwieġ. Il-kawża ta' ritrattazzjoni ġiet appuntata quddiem Qorti tal-Appell komposta mill-Imħallfin Silvio Camilleri u Tonio Mallia li kienu tnejn mill-Imħallfin sedenti fil-Qorti tal-Appell li kienet ippronunzjat is-sentenza tal-25 ta' Novembru 2011. Għalhekk Patrick Spiteri talab ir-rikuża tagħhom. Fit-30 ta' Novembru 2012, il-Qorti tal-Appell ċaħdet l-eċċezzjoni ta' rikuża billi l-meritu tas-sentenza mogħtija fil-25 ta' Novembru 2011 kien jekk iż-żwieġ tal-koppja kienx null. Il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet mod ieħor.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/20/l-irlanda-brebha-dominanti-fuq-l-ingilterra/
netnews.com.mt
L-Irlanda kisbu rebħa dominanti fuq l-Ingilterra meta fl-Aviva Stadium ta' Dublin rebħu 32-18, biex b'hekk temmew dak li kien bħala tournament inkonsistenti fuq nota pożittiva. F'partita perfetta mill-Irlanda, kienu tries minn Keith Earls u Jakc Conan li aċċertaw mir-rebħa. Wara t-telfa kontra l-Iskozja t-tim Ingliż sofra telfa kontra l-Irlanda u Wales fl-istess tournament għall-ewwel darba sa mill-1976 f'tournament meqjus bħala wieħed diżappuntanti. L-Iskozja rritornaw għar-rebħ fis-Six Nations hekk kif f'partita li ddominaw, huma għelbu lill-Italja 52-10 b'rebħa f'Murrayfield. Din kienet l-ewwel rebħa għall-Iskozja f'darhom f'dawn il-Kampjonati hekk kif tilfu kontra Wales u l-Irlanda wara r-rebħa fuq l-Ingilterra f'Twickenham sa mill-1983. Minkejja li kellhom bidu tajjeb l-Italja, li issa ilhom 32 partita ma jirbħu fis-Six Nations, tries minn Dave Cherry u Duhan van der Merwe dawwru r-riżultat favur tagħhom biex irnexxielhom jirbħu l-konfront 52-10, b'dan ir-riżultat ikun l-aqwa wieħed għall-Iskozja fis-Six Nations.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/22/robert-abela-mghamel-xejn-quddiem-il-korruzzjoni-meta-kien-konsulent-ta-joseph-muscat-fkastilja/
netnews.com.mt
Hermann Schiavone, PN Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone qal fil-parlament li l-Prim Ministru attwali Robert Abela m'għamel xejn quddiem il-korruzzjoni meta kien konsulent f'Kastilja tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat u kien viċin Keith Schembri u n-Nexia BT. Hermann Schiavone qal li Daphne Caruana Galizia inqatlet għax fil-pajjiż kien hawn kultura li fiha l-PL ġab lin-nies jobgħoduha. Hu qal li d-diskors tal-budget kien ikkunsidrat irrilevanti meta fl-1986 inqatel Raymond Caruana u meta nqatlet Daphne Caruana Galizia; darbtejn fi żmien gvern Laburista li ħoloq kultura ta' impunità. Id-deputat Nazzjonalista qal li din hi t-tielet darba li fiha kull diskors fuq il-budget hu irrilevanti; għall-ewwel darba fil-pajjiż politiku daħal il-ħabs u qed ikun akkużat b'korruzzjoni. Għal darb'oħra l-PL jinsab fil-gvern fejn reġa' ħoloq kultura ta' impunità. Id-deputat Nazzjonalista kompla li r-reati ta' korruzzjoni kienu ppjanati fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista meta l-PL kien fl-Oppożizzjoni. Hemm tħejjiet ir-road map li wara kienet imwettqa minn Kastilja. Hu kompla li immedjatament fetħu l-kontijiet fil-Panama, ikkreat il-Bank Pilatus biex jaħslu l-flus u seħħew skandli kbar. L-ewwel skandlu kien tal-Cafe Premier u warajh l-iskandlu ta' Triq Zekka, tal-ispartijiet, tal-passaporti u tant oħrajn. Hermann Schiavone qal li kien il-PN li talab l-inkjesti li wasslu biex kienu arrestati l-persuni li nhar is-sibt tresssqu l-qorti. Hu sellem lill-ex Kap tal-PN Simon Busuttil u skuża ruħu miegħu jekk xi darba naqas fil-konfront tiegħu għaliex kien ikollu dubji dwar ċertu dikjarazzjonijiet. Id-deputat Nazzjonalista kompla li hu surreali li l-Prim Ministru jgħid li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu u sostna li Robert Abela kien konsulent tal-Prim Ministru bejn Keith Schembri u n-Nexia BT iżda m'għamel xejn biex iwaqqaf dak li seħħ. Robert Abela kien jitħallas l-eluf u għandu jitlob apoloġija għall-mod kif tkellem dwar il-mod kif tkellem fuq it-tfal tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia. Min ivvota lill-PL mhux ħati ta'dak li qed iseħħ għaliex dawn kienu nies ġenwini li emmnu li kien hemm bżonn bidla fil-pajjiż;dawn illum iħossuhom ittraduti. Illum hawn rabja fil-pajjiż għaliex jista' jintilef ix-xogħol minħabba li Malta tilfet ir-reputazzjoni tal-pajjiż. Id-deputat Nazzjonalista appella liż-żgħażagħ biex jibqgħu jitkellmu favur il-ġustizzja u biex ir-reputazzjoni ta' Malta terġa' tkun restawrata u titnaddaf mill-ħmieġ lil-PL tefa' lill-pajjiż fih. Hu appella lid-deputati Laburisi biex ma jħallux lil Robert Abela jkun kontinwazzjoni ta' Joseph Muscat. Malta kollha qed isemmi lill-ministru li għalih qed jirreferi Il-Koħħu iżda l-Prim Ministru mhux jieħu l-passi, sostna Hermann Schiavone.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/22/tkompli-l-kwistjoni-mal-ue-ir-renju-unit-jiffaccja-l-possibbilta-li-jispicca-michdud-mill-vaccini/
netnews.com.mt
Il-Prim Ministru Britanniku, Boris Johnson, mistenni li, din il-ġimgħa, jagħmel numru ta' telefonati lill-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea bħala sforz biex itaffi tilwima serja dwar il-provvista tal-vaċċini mill-Ewropa lejn ir-Renju Unit. Il-mexxejja tal-UE, nhar il-Ħamis, se jissieħbu f'laqgħa virtwali bil-għan li jiddiskutu projbizzjoni għall-esportazzjoni tal-vaċċin tal-AstraZeneca-Oxford lejn ir-Renju Unit, iżda Johnson beħsiebu jippreżenta minn qabel 'il-każ tar-Renju Unit' f'din is-sitwazzjoni. Dan għandu jsir permezz ta' telefonati personali lil numru ta' mexxejja fost kriżi li kapaċi tħalli ħsara irreparabbli fir-relazzjonijiet ta' Londra ma' diversi Stati Ewropej. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qajjmet ferment bil-kumment tagħha li l-Unjoni Ewropea tista' 'twaqqaf il-vaċċini li qed ikunu prodotti fil-kontinent milli jaslu għand il-Britanniċi'. Sadanittant, il-Ministri f'Londra qed jinsistu dwar l-importanza li l-UE tonora l-impenji tagħha. Dan meta – skont ma qalu s-sorsi f'Downing Street ( f'Londra) – von der Leyen, aktar kmieni din is-sena, infurmat lil Boris Johnson li l-Unjoni ma kenitx qed taħseb biex tillimita l-esportazzjoni tal-vaċċini. Il-Ministru Britanniku għas-Saħħa u l-Kura Soċjali, Helen Whately, ħeġġet biex l-UE iżżomm il-kelma tagħha — filwaqt li wissiet kontra sitwazzjoni fejn 'il-vaċċin jispiċċa suġġett għall-protezzjoniżmu u kunċetti ta' nazzjonaliżmu'. It-tilwima bejn Londra u l-UE tidher li tirrigwarda l-produzzjoni tad-dożi tal-AstraZeneca minn faċilità bbażata fl-Olanda. Eric Mamer, kelliem għall-Kummissjoni Ewropea, insista li l-Unjoni mhix qed tipprova tipprojbixxi l-esportazzjoni tal-vaċċin iżda trid li l-kumpaniji tal-farmaċewtika jirrispettaw l-obbligi li daħlu għalihom skont il-kuntratti tagħhom mal-istess Unjoni.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/22/residenti-attivisti-u-bdiewa-jwaqqfu-x-xoghljiet-ta-infrastructure-malta-fhad-dingli/
netnews.com.mt
Dalgħodu numru ta' attivisti, residenti u bdiewa waqqfu x-xogħlijiet ta' Infrastructure Malta f'Ħad-Dingli. Fi stqarrija minn Moviment Graffitti ntqal li Infrastructure Malta qed jippruvaw jibnu triq f'ODZ, fuq raba' maħdum u li għaliha m'għandhomx permess. Huwa qalu li din se teqred ukoll siġar tal-ħarrub li għandhom 'il fuq minn 300 sena u li din it-triq se tkun qed tipperikola knisja medjevali.
[ 7 ]
https://netnews.com.mt/2021/03/22/timijiet-sportivi-mhegga-jwaqqfu-ghajnuna-finanzjarja-minghand-kumpaniji-li-jhammgu-l-ambjent/
netnews.com.mt
Timijiet sportivi u kompetizzjonijiet sportivi huma mħeġġa biex iwaqqfu kull ftehim kummerċjali u għajnuna finanzjara mingħand kumpaniji li jħammġu l-ambjent jew li jagħmlu użu minn materjal li jħammeġ l-ambjent. Rapport bl-isem "Sweat Not Oil" qal li dan għandu jsir sabiex tiġi ndirizzat il-problema tat-tibdil fil-klima. L-istess rapport indika li hemm aktar minn 250 ftehim kummerċjali madwar id-dinja bejn timijiet jew avvenimenti sportivi u industriji u kumpaniji li jħammġu. Wieħed mill-awturi ta' dan ir-rapport qal li s-sitwazzjoni tiggrava jekk issir normali li niddependu minn sorsi li jħammġu l-ambjent flok infittxu alternattivi. Dan ir-rapport kien ippublikat minn New Weather Institute u fil-jiem li ġejjin se jkun qed jiġi ppreżentati quddiem id-Dipartiment tal-Kultura, Midja u Sport fir-Renju Unit. Aktar minn 13 -il tip ta' sport differenti kien studjat f'dan ir-rapport fejn ħareġ li l-futbol huwa l-iktar sport li għandu konnessjonijiet ma' dawn il-kumpaniji, minn kumpaniji li huma sponsors tal-flokkijiet s'ismijiet ta' stadiums. L-istudju wera wkoll l-impatt li t-tibdil fil-klima qed ikollu fuq is-saħħa tal-bniedem u kien ikkumparat ma-tabakk li fl-2003 fir-Renju Unit kienu twaqqfu kull ftehim kummerċjali li kien fis-seħħ. Aktar minn 8.7 miljun persuna jmutu fis-sena minħabba fil-ħmieġ li jinsab fl-arja, aktar minn kemm imutu persuni fis-sena kawża tat-tipjip.
[ 15 ]