url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://netnews.com.mt/2021/02/13/gatt-isejjah-skwadra-ta-20-player-ghall-visitmalta-womens-tournament/
netnews.com.mt
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt sejjaħ skwadra ta' 20 player għall-ewwel edizzjoni tal-VisitMalta Women's Tournament li se jkun qed jintlagħab fil-Hibernians Stadium bejn it-18 u 23 ta' Frar. F'dan it-tournament se jkunu qed jieħdu sehem ukoll l-Islovakkja u l-Iżvezja. Gatt għażel li jagħmel ta' tibdiliet mill-aħħar partiti li t-tim Malti lagħab fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA EURO 2022 kontra l-Iżrael u l-Ġorġja.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/12/il-qorti-taghti-e42000-fkumpens-fuq-kaz-li-dam-19-il-sena-biex-jigi-konkluz/
netnews.com.mt
Raġel ingħata aktar minn €42,000 f'kumpens għal dewmien f'każ tal-Qorti li dam ftit iktar minn 19-il sena biex jiġi konkluż. Michael u Monica Debarro kienu fittxew lill-Avukat tal-Istat fl-2020, u argumentaw li sofrew danni fil-forma ta' interess li ġew ordnati jħallsu wara li tilfu kawża ċivili. Dan kien wassal għal problemi finanzjarji sostanzjali għall-koppja. F'Marzu 2000 kienet ġiet ippreżentata kawża ċivili kontra l-koppja Debarro fuq talba ta' Lm30,000 (€ 69,881) għal valur mhux ġustifikat taħt pretensjonijiet foloz. Monica Debarro mietet fl-2001 u l-atti tal-każ ġew trasferiti f'isem Catherine Mifsud. Il-każ ġie assenjat lil diversi membri tal-ġudikatura matul is-snin. Fl-2003 l-evidenza tal-attur ġiet iddikjarata magħluqa u tliet snin wara, fl-2006, il-konvenut issottometta l-aħħar prova tiegħu. Is-sentenza kellha tingħata f'Mejju 2007, iżda minn dak in-nhar is-seduti kienu dejjem differiti għal data aktar tard, jew minħabba li l-Imħallef sedenti kien indispost, jew kien meħtieġ iktar ħin, jew sempliċement ittardja fuq l-ordnijiet tal-Qorti. Fis-27 ta 'Frar 2014, il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Lorraine Schembri Orland kienet iddeċidiet favur l-imputati. Ġie ppreżentat appell, bl-ewwel seduta tiegħu kienet skedata għal tliet snin, tmien xhur u 19-il jum wara l-preżentata tal-Appell. Fis-17 ta 'Ġunju 2019, il-Qorti Superjuri tal-Appell laqgħet l-appell u kienet ordnat lill-koppja Debarro iħallsu lill-eredi tal-attur ta' €35,950 – nofs is-somma mitluba – b'interessi minn Marzu 2000. Id-Debarros talbu kumpens għall-ħlas ta' interessi żejda fuq is-somma. L- Imħallef Grazio Mercieca osserva li l-każ kien ġie ppreżentat f'Marzu 2000 u l-appell finalment ġie deċiż f'Mejju 2019 – 19-il sena u 18-il jum wara. L-attur kien ħa tliet snin biex jippreżenta l-provi tiegħu u l-imputati ħadu tliet snin oħra biex jagħmlu l-istess. Il-każ ġie deċiż fl-ewwel istanza wara madwar 14-il sena, sitt snin wara li l-istadju tal-evidenza kien ġie ddikjarat magħluq. Waqt li kien qed jiżen il-kwistjoni tad-danni morali, huwa osserva li "fl-aħħar mill-aħħar, hija l-liġi u l-interpretazzjoni ġusta tagħha skont prinċipji ermenewtiċi stabbiliti, li din il-Qorti għandha d-dmir li tipproteġi u tapplika u mhux dak li qalu sentenzi partikolari, anke jekk il-prinċipji ppronunzjati mill-ogħla Qorti tal-pajjiż jew mill-Qorti ta' Strasburgu m'għandhomx jiġu mormija b'mod kapriċċjuż. " L-imħallef iddeċieda li sitt snin biex tinġabar l-evidenza ma kinux ġustifikati. Huwa qal li l-partijiet kellhom parzjalment tort, iżda l-Qorti qatt ma kellha tippermetti tali dewmien. Bl-istess mod, l-istennija ta' tliet snin għal sentenza ta' appell kienet twila wisq, huwa qal. "Il-każ kellu raġonevolment jieħu tliet snin biex jiġi deċiż fl-ewwel istanza u tnejn oħra fl-istadju tal-appell. Għalhekk dam 14-il sena itwal milli suppost. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti ddikjarat li d-dritt tal-attur għal smigħ ġust fi żmien raġonevoli ġie miksur u likwidat id-danni, u ordnat lill-Avukat tal-Istat iħallas. Il-Qorti likwidat id-danni għad-dewmien għal €42,144 – li minnhom €3,000 kienu danni morali – pagabbli mill-Avukat tal-Istat lill-attur. L-Avukat Ryan Ellul deher għall-koppja Debarro.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/11/l-ebda-soluzzjoni-mill-gvern-dwar-l-anomalija-tal-pannelli/
netnews.com.mt
Il-Ministru Aaron Farrugia kkonferma ma' Net News li l-Gvern jinsab sodisfatt bis-sitwazzjoni preżenti fejn jidħol ħlas lil min investa fil-pannelli u għalhekk m'għandu l-ebda intenzjoni li jirrevedi r-rata li biha qed iħallas liċ-ċittadin. Dan għaliex meta mistoqsji jekk il-Gvern hux se jirrevedi r-rata, il-Ministru ma weġibx u qal li n-nies tant huma kuntenti bil-ħlas li qed ikomplu jixtru l-pannelli. Dalgħodu staqsejna lill-Ministru kif se jsolvi din l-anomalija fejn min investa l-eluf ta' ewro f'pannelli biex jiġġenera enerġija nadifa, qed jispiċċa ibati inġustizzja kbira. Min fl-aħħar snin investa fil-pannelli, qed iħallas lill-Gvern rata minima ta' 10ċ5 għal kull unit ta' enerġija li jixri mingħandu, imma mbagħad jitħallas biss 7ċ għall-istess unit jekk ikun iġġenerah hu bil-pannelli fotvoltajċi. Kull unit tad-dawl li jkun ikkunsmat mill-pubbliku fl-użu residenzjali jiswa tal-anqas 10.47ċ, bir-rata li tibqa' togħla sa massimu ta' 60.47ċ għal kull unit jekk wieħed ikun jikkonsma aktar enerġija. Dan ifisser li wieħed jista' jispiċċa jħallas aktar minn tmien darbiet aktar milli jitħallas mill-Gvern talli qed jiġġenera enerġija li ma tniġġisx. Intant staqsejna wkoll lill-Ministru tal-Ambjent dwar il-falliment tal-Gvern fir-riċiklaġġ hekk kif l-aktar statistika riċenti turi li 1% biss tal-plastik kollu ġġenerat f'pajjiżna qed jiġi rriċikilat. Il-Ministru Farrugia spiċċa jammetti li l-Gvern sa issa ħela erba' snin wara li fl-2017 inħaraq l-impjant ta' Sant Antnin. Illum, erba' snin wara, il-Ministru qal li ħarġet sejħa għal Tender, bl-istess Ministru jammetti fi ftit kliem, li l-Gvern ilu erba' snin rieqed anke fejn jidħol l-ambjent u l-immaniġġjar tal-iskart, wara li l-impjant tar-riċiklaġġ mibni mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern inqered minn nirien fl-2017. Ikkummenta Tags 2017 Aaron Farrugia anomalija fotovoltajċi ministru pannelli plastik riċiklaġġ sant antnin tariffi //= $special ?>
[ 7 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/11/id-dirigenti-jridu-jerfghu-r-responsabbilta-taghhom-flok-iwahhlu-fil-plejers-paolo-palermo/
netnews.com.mt
Kummenti li saru fl-aħħar jiem fuq diversi programmi sportivi lokali, minn diriġenti ta' Floriana F.C., komplew jiddestabbilizzaw l-ambjent fi ħdan il-klabb. Dan wara li l-ħtija tal-prestazzjonijiet riċenti ntefgħet kważi b'mod esklussiv fuq il-plejers. Dawn il-kummenti wasslu biex l-Erbgħa saħansitra nġema' grupp ta' partitarji li stennew lill-plejers barra l-grawnd, wara telfa oħra li din id-darba rat lil Floriana F.C. jiġu esklużi mill-FA Trophy kontra Santa Luċia F.C. Hawn żviluppa konfront bejn iż-żewġ partijiet, b'tgħajjir u theddid li fortunatament ma sarraf f'xejn iktar serju grazzi għall-intervent f'waqtu tal-Pulizija li kienu preparati. Fl-aħħar sigħat Net News saħansitra ġie kkuntattjat minn Paolo Palermo, l-aġent tal-plejers Diego Venancio u Matias Garcia li esprima d-diżappunt tiegħu li d-diriġenti tal-klabb qed ifarfru l-ħtija kollha fuq il-plejers. Hu ddikjara magħna li l-avvenimenti tal-aħħar sigħat, bl-irjus li saħnu kawża ta' kummenti rresponsabbli li saru, ma ħallewlux għażla ħlief li jintervjeni anke jekk mhux soltu tiegħu. Palermo fakkar kif, sat-tluq tal-President Riccardo Gaucci u eventwalment anke l-kowċ Enzo Potenza, Floriana kienu għadhom biċ-ċans għal post fl-Ewropa b'żewġ logħbiet x'jirkupraw. Iżda minn dakinhar il-klabb baqa' sejjer lura u allura hu evidenti li l-problema mhix biss il-plejers, li huma l-istess li rebħu l-Kampjonat Premier. Innota wkoll diżorganizzazzjoni fuq livell ta' kumitat hekk kif uħud mill-plejers li kellhom jibbenefikaw mill-flus li ħalla warajh il-President Riccardo Gaucci bħala bonuses għadom ma ħaduhomx. Qal li filwaqt li l-maġġoranza tal-plejers ħaduhom, sebgħa oħra fosthom Caseres li hu jirrappreżenta, imma wkoll dawk li kienu mislufa u dawk li ma lagħbux, baqgħu mingħajrhom minkejja ftehim li kien hemm biex dawn ukoll jieħdu sehem. F'komunikazzjoni li kien Palermo li għamel ma' Net News hu qal li anke d-diriġenti jridu jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom, inkluż għall-għażliet tekniċi li qed isiru, l-esklużjoni ta' plejers bħal Venancio u deċiżjonijiet fis-suq tat-trasferimenti li raw plejers bħal Fonseca u Caseres jerġgħu jintbagħtu b'self anke f'Jannar. Net News kien ikkuntattjat ukoll minn partitarji li huma wkoll iddikjaraw li għandu jkun kulħadd li jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu, mhux biss il-plejers imma anke l-istess uffiċjali li qed jikkritikaw lill-plejers. Fl-sitess waqt esprimew it-tama li l-introduzzjoni ta' elementi ġodda fil-Kumitat tal-klabb jistgħu jwittu t-triq għal ġdida għall-klabb.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/11/fernando-alonso-jiddahhal-l-isptar-wara-incident-bir-rota/
netnews.com.mt
Is-sewwieq tal-Formula 1 Fernando Alonso, iddaħħal l-isptar wara inċident li kellu waqt li kien qed isuq ir-rota fl-Iżvizzera. It-tim ta' Alonso, Alpine F1 team qal li Alonso jinsab f'sensieh u se jkunu qed isiruli aktar testijiet mediċi matul il-jum ta' għada. Alonso se jkun qed jirritorna fil-Formula 1 dan l-istaġun wara li ilu żewġ staġuni ma jikkompeti. Matul il-karriera tiegħu fl-F1, Alonso rebaħ darbtejn it-titlu ta' champion tad-dinja fl-2005 u l-2006 ma Renault.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/15/spanja-is-separatisti-jzidu-l-maggoranza-fil-parlament-ta-katalunja/
netnews.com.mt
Il-partiti separatisti f'Katalunja żiedu l-maġġoranza parlamentari skont ir-riżultati tal-elezzjonijiet reġjonali li saru fid-dell tal-pandemija tal-coronavirus. Il-Fergħa Katalana tal-Partit Soċjalista fil-Gvern — li tiffavorixxi Spanja magħquda u li l-Kap tagħha hu l-eks Ministru tas-Saħħa Spanjol, Salvador Illa — rebħet l-akbar numru ta' voti, iżda għandha ssibha diffiċli biex tifforma Gvern. Wara li laħqu għaddew 99 fil-mija tal-voti – it-tliet partiti li qed jaħdmu lejn is-separazzjoni ta' Katalunja minn Spanja, żiedu s-siġġijiet fil-Parlament reġjonali ta' 135 membru minn 70 għal 74. Jidher, intant, li l-partiti separatisti mill-ġdid għandhom is-siġġijiet biex jiffurmaw maġġoranza fl-assemblea u fil-jiem jmiss mistennija n-negozjati dwar it-tfassil tal-Gvern reġjonali l-ġdid. Il-Partit Repubblikan tax-Xellug ta' Katalunja (l-ERC, li hu fost is-separatisti) hu kważi ċert li jikseb 33 siġġu u meta l-Kap tiegħu, Pere Aragones, hu l-favorit li jsir il-mexxej ġdid ta' Katalunja.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/15/jitlestew-ir-rounds-ta-kwalifikazzjoni-ghat-tim-taz-zghazagh-malti-ghall-kampjonati-ewropej-taz-zghazagh/
netnews.com.mt
Pajjiżna se jkun rappreżentat minn 4 subien u 2 tfajliet fil-Kampjonati Ewrope taż-Żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena li oriġinarjament kellhom isiru fil-vaganzi tal-Għid iżda issa se jsiru wara s-sajf fl-Olanda. Ir-rounds ta' kwalifikazzjoni involva 36 logħba, 12-il logħba tal-Platinum Cup li saret f'Novembru 2020 u 24 logħba li ntlagħbu fil-Kwalifikaturi tat-Tazza tal-Mediterran li saru fl-aħħar ta' Jannar ta 'din is-sena. Iż-żewġ tfajliet li spiċċaw fl-ewwel żewg postijiet kienu Ruslana Grima ta' 16-il sena u Kathryn Fenech ta' 15-il sena rispettivament, filwaqt li l-4 subien li ser jirrappreżentaw lil Malta se jkunu Nicholas Muscat ta' 16-il sena, Kayden Lagana ta' 13-il sena, Dwayne Zahra ta' 15-il sena u Chris Fenech ta' 14-il sena, ħu Kathryn. Iż-żgħażagħ se jkunu akkumpanjati mill-kowċ Mark Spiteri.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/15/titressaq-il-qorti-bakkuzi-ta-pussess-ta-droga/
netnews.com.mt
Għall-ħabta ta' 12.00pm, il-Pulizija ser tressaq mara l-Qorti b'akkużi relatati ma' pussess aggravat ta' kannabis u kokaina. Hi se tidher quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/15/imut-tony-gambin-ghamel-38-sena-bhala-masseur-tat-tim-nazzjonali-malti/
netnews.com.mt
Tħabbret il-mewt ta' Tony Gambin li għamel 38 sena jservi bħala masseur tat-tim Nazzjonali Malti, fosthom tal-iskwadra tas-snin 80. L-aħħar logħba ta' Gambin mat-tim Malti kienet fl-2016 kontra l-Moldova fejn hu serva lit-tim nazzjonali għal 350 partita. Dakinhar hu kien ġie rikonoxxut bi flokk kommemorattiv mill-eks President tal-MFA Norman Darmanin Demajo. netnews isellem il-memorja ta' Tony Gambin u joffri l-kondoljanzi lill-familja.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/18/covid-19-il-provvista-tal-vaccin-tal-pfizer-lill-ue-uriet-nuqqas-ta-10-miljun-doza-mill-pjan-originali/
netnews.com.mt
Il-kumpanija Pfizer Inc, għadha ma wasslitx madwar 10 miljun doża tal-vaċċin għal kontra l-coronavirus lill-Unjoni Ewropea u li suppost kellhom jaslu f'Diċembru. Dan qaluh l-uffiċjali tal-UE, fost indikazzjonijiet li l-Unjoni għandha terz anqas tad-dożi li kienet qed tistenna mingħand din il-kumpanija Amerikana għall-farmaċewtika. In-nuqqas ifisser daqqa ta' ħarta oħra lill-UE, meta l-pajjiżi tal-Unjoni qed ibatu l-konsegwenzi tad-dawmien fid-distribuzzjoni tal-vaċċini għal kontra l-Covid-19 li qed jipproduċu l-AstraZeneca Plc ( tar-Renju Unit) u Moderna Inc ( tal-Isatti Uniti). Intant l-Unjoni, aktar qabel, kellha wkoll tiffaċċja l-problemi assoċjati mad-dawmien fil-provvista tal-vaċċini tal-Pfizer. Is-sitwazzjoni qed tkompli tqajjem it-tħassib dwar l-istrateġija – jew skema – tal-Unjoni Ewropa għall-kontrolli tal-esportazzjoni tal-vaċċini, bil-għan li d-dożi jaslu fil-ħin u skont il-programm imħejji minn qabel. Id-distribuzzjoni tal-vaċċini, sadanittant, kompliet taqa' lura f'numru ta' pajjiżi Ewropej u meta qed jispikkaw aktar nuqqasijiet fil-provvista. Din il-ġimgħa, Pfizer wasslet lill-UE madwar 4.8 miljun doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19 li din il-kumpanija żviluppat mal-kumpanija (sieħba) Ġermaniża BioNTech. Intant, dan l-ammont hu 'madwar għaxar miljun doża anqas' mill-ammont li l-Pfizer kienet wieħget li tissupplixxi lill-Ewropa mill-bidu tar-rollout (produzzjoni u distrubuzzjoni) fl-aħħar tas-sena li għaddiet. Uffiċjali tal-UE, filwaqt li konfermaw in-nuqqasijiet, qalu li l-kumpaniji inkwistjoni impenjaw ruħhom biex iwasslu dawn id-dożi sal-aħħar ta' Marzu. Dan waqt li l-kelliema għal Pfizer huma lesti biex jgħidu biss li l-iskeda għall-proċessi tad-distribuzzjoni tal-vaċċini tinvolvi informazzjoni kunfidenzjali.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/18/jinghata-bidu-ghall-istagun-tad-darts/
netnews.com.mt
Ilbieraħ ngħata bidu għall-istaġun lokali tad-darts bil-kompetizzjoni individwali li saret f'sala fil-Ħamrun. Kollox beda mir-rawnd preliminari fejn intlagħbu erba' logħbiet b'George Mizzi, Ryan Xuereb,, Anthony Borg u Jesmond Falzon avvanzaw għall-fażi tal-aħħar 32 wara li għelbu lil Ivan Bozhinoski, Neville Farrugia, Alfred Muscat u Chris Scerri rispettivament. Fil-fażi tal-aħħar 32, kellna lil George Mizzi jegħleb lil David Abdilla 3-0 filwaqt li Sorin Petru Alistar kien aħjar minn Ryan Xuereb hekk kif rebaħlu 3-0. Anthony Borg kellu jmur għar-raba' logħba sabiex għeleb lil David Brydon 3-1 filwaqt li f'logħba missielta Martin Debono tħabat aktar milli mistenni sabiex kiseb il-kwalifikazzjoni għas-spejjeż ta' Jesmond Falzon bl-iskor ta' 3-2. Finalment saru l-ewwel żewġ logħbiet tal-fażi tal-aħħar 16 fejn sirna nafu li George Mizzi u Anthony Borg huma l-ewwel kwartifinalisti wara li għelbu lil Sorin Petru Alistar 3-2 u Martin Debono 3-0 rispettivament. Il-logħob ikompli nhar il-Ġimgħa bit-tieni grupp ta' plejers li se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin sabiex jiksbu post fil-kwarti tal-finali ta' din il-kompetizzjoni.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/02/20/tliet-persuni-akkuzati-brabta-ma-testijiet-foloz-tal-covid/
netnews.com.mt
Dalgħodu għall-ħabta tal-11am, il-Pulizija ser tressaq għadd ta' persuni l-Qorti fejn fost l-oħrajn, tliet persuni ser ikunu akkużati b'rabta ma' testijiet foloz tal-COVID-19. Raġel ieħor ser ikun akkużat b'allegatament serqa li seħħet il-Ħamis għall-ħabta tal-10pm, f'Tal-Pietà. F'dan il-każ, raġel ta' 24 sena mill-Gambja allegatament avviċina Kolumbjana ta' 27 sena minn wara, ħareġ sikkina, poġġieha m'għonqha u talabha l-flus. L-allegat ħalliel irnexxielu jisirqilha l-mowbajl u ħarab. Huma se jidhru quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, Yana Micallef Stafrace.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/03/hamrun-jilhqu-ftehim-ghal-iriberri-u-andreas-vella-qrib-santa-lucia/
Ħamrun jilħqu ftehim għal Iriberri u Andreas Vella qrib Santa Lucia
netnews.com.mt
Ħamrun Spartans se jsaħħu l-attakk tagħhom hekk kif illum laħqu ftehim biex jakkwistaw lil Imanol Iriberri. L-attakkant Arġentin lagħab l-istaġun li għadda ma' Hibernians u kellu staġun pożittiv fiċ-ċentru tal-attakk Pawlist. Ftit jiem ilu, il-paġna ta' Replay fuq facebook kienet irrappurtat li Ħamrun kienu bdew negozjati ma' attakkant Arġentin li lagħab ma' klabbs importanti. Iriberri li għandu 33 sena, skorja tmien gowls fil-Kampjonat Premier f'16-il logħba qabel kellu jieqaf minħabba l-Covid-19. Hu skorja wkoll darbtejn fl-FA Trophy. Intant, Ħamrun jidher li laħqu ftehim mal-winger Ailton Soares magħruf aħjar bħala Dodo. Fl-istaġun li għadda, Soares ifforma parti mit-tim Ħamruniż u skorja tliet gowls fil-kampjonat. Andreas Vella qrib Santa Lucia Il-paġna ta' Replay fuq facebook żvelat li Andreas Vella se jingħaqad ma' Santa Lucia. Jidher li l-ftehim bejn iż-żewġ partijiet intlaħaq fl-aħħar sigħat u l-plejer mistenni jkun ippreżentat fil-jiem li ġejjin. Minkejja li għad għandu 21 sena, Vella għamel id-debutt ma' Qormi fl-istaġun 2015/16 u fl-aħħar erba' staġuni lagħab ma' Mosta.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/03/it-turkija-jibda-l-guri-tal-imputati-assenti-fl-omicidju-tal-gurnalista-jamal-khashoggi/
It-Turkija: Jibda l-ġuri tal-imputati assenti fl-omiċidju tal-ġurnalista Jamal Khashoggi
netnews.com.mt
Beda l-proċess tal-qorti għal 20 ċittadin tal-Arabja Sawdija b'konnessjoni mal-qtil tal-ġurnalista Sawdi, Jamal Khashoggi, li kien seħħ fil-konsulat Sawdi ta' Istanbul, f'Ottubru tal-2018. L-imputati, li qed ikunu proċessati fl-assenza tagħhom, jinkludu żewġ eks kollaboraturi ewlenin mal-Prinċep tal-Arabja Sawdija, Mohammed bin Salman. Jamal Khashoggi kien kritiku prominenti tal-Prinċep Salman – bl-Arabja Sawdija tispiċċa tmexxi proċess tal-qorti separat fir-rigward tal-omiċidju ta' dan il-ġurnalista li kien qanqal xokk madwar id-dinja. Filwaqt li l-proċess tas-Sawdi kien ikkritikat ħafna bħala wieħed inkomplut u 'nieqes mill-kredibbiltà', il-ġuri f'Istanbul ukoll qed isir wara mewġa ta' għadab internazzjonali dwar il-każ 'Khashoggi' li, fost oħrajn, tappan ir-reputazzjoni tal-Prinċep Salman. Il-prosekuturi Torok qed jakkużaw lil Ahmed al-Asiri, l-eks viċi-kap tas-servizzi sigrieti tas-Sawdi, flimkien ma' Saud al-Qahtani, il-konsulent dwar l-istampa għall-Familja Rjali tal-Arabja Sawdija, b'li 'mexxew l-azzjoni qattiela' f'Istanbul. Dawn it-tnejn qed ikunu akkużat wkoll b'li taw struzzjonijiet speċifiċi lil skwadra speċjali magħmulha minn assassini Sawdi. It-tmintax-il imputati oħrajn qed ikunu akkużati bil-qtil ta' Khashoggi li miet mgħallaq u li l-fdalijiet tiegħu baqgħu ma nstabux. Uffiċjali fit-Turkija qed jgħidu li l-katavru tal-ġurnalista spiċċa mbiċċer u trasferit lejn sit li baqa' mhux magħruf sallum. L-omiċidju seħħ dakinar li l-ġurnalista, li kien residenti fl-Istati Uniti, daħal fil-konsulat Sawdi f'Istanbul biex jikseb dokumenti għaż-żwieġ pendenti tiegħu ma' mara Torka, Hatice Cengiz. Intant, Cengiz qed tattendi għall-proċess attwali f'Istanbul, flimkien ma' Agnes Callamard, li hi r-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-esekuzzjonijiet jew qtil extra-ġudizzjarji. L-istess Callamard qed torbot direttament lill-Prineċp Salman mal-omiċidju tal-ġurnalista. L-awtoritajiet Sawdi, għall-bidu, kien ċaħdu kull involviment fil-qtil ta' Khashoggi iżda wara sostnew li 'l-azzjoni kienet twettqet minn grupp ta' persuni li ħadu l-inizjattiva bħala entità separata mill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija'. F'Diċembru li għadda, qorti fl-Arabja Sawdija kienet ikkundannat lil ħames persuni għall-mewt – bi tlieta oħra jeħlu l-ħabs b'konnessjoni mal-qtil ta' Khashoggi. Madankollu, il-proċess partikulari tmexxa fis-sigriet u l-imputati inkwistjoni ma kienux identifikati.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/07/iwiegeb-hati-ta-fastidju-sesswali-fuq-mara/
Iwieġeb ħati ta' fastidju sesswali fuq mara
netnews.com.mt
Raġel mill-Albanija ta' 32 sena residenti x-Xlendi Għawdex, tressaq b'arrest fil-Qorti t'Għawdex, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana. Ir-raġel ġie akkużat li nhar il-5 ta' Lulju, għall-ħabta tal-ħdax u għoxrin ta' filgħaxija, waqt li kien fi stabbiliment fi Triq il-Ġostra, Xlendi, Għawdex, ta fastidju sesswali lil mara mingħajr il-kunsens tagħha. Hu ġie akkużat ukoll li għamel dawn l-atti f'post pubbliku u li qal kliem oxxen fil-pubbliku. L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Is-sentenza mistennija tingħata fil-jiem li ġejjin, bl-akkużat jinżamm taħt arrest. Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/07/mara-ffrodata-e48100-mill-mahbub-falz-taghha-li-qalilha-li-qed-imur-ghal-kura-fil-germanja/
Mara ffrodata €48,100 mill-maħbub 'falz' tagħha li qalilha li qed imur għal kura fil-Ġermanja
netnews.com.mt
Mara li saret tħobb raġel li kien miżżewweġ u li li mingħaliha kien jismu Keith Bonello meta fil-fatt kien jismu Christian Demanuele ġiet iffrodata minnu s-somma ta' €48,100. Huwa kien jitlobha l-flus li kienet tagħtihomlu b'għajnejha magħluqa għax kien jgħidilha li kien qed imur il-Ġermanja biex jingħata l-kura għall-kanċer meta fil-fatt kien qed imur ir-Repubblika Ċeka. Il-Pulizija Maltija ma setgħetx issib lil Demanuele ta' 44 sena residenti l-Qawra, u kellha tirrikorri għal Mandat ta' Arrest Ewropew biex huwa jinġieb Malta biex jiġi nvestigat. Ir-raġel li kien joħroġ magħha kienet juża' l-isem fittizzju ta' Keith Bonello u saret taf li jismu propja Christian Demanuele meta l-Ispettur Rennie Stivala beda jinvestigah wara li anke iffalsifika firma għad-dannu ta' martu biex għamel qliegħ b'qerq ta' €10,000. Huwa ġie kundannat tliet snin ħabs mill-Maġistrat Josette Demicoli wara li nstab ħati li ffroda persuna bejn is-snin 2010 u 2013. Huwa nstab ħati li b'egħmil qarrieqi għamel qliegħ b'qerq ta' €48,100 fil-konfront ta' dik li kienet il-maħbuba tiegħu. Christian Demanuele nstab ħati wkoll li fit-28 ta' Lulju 2009 u qabel għamel falsifikazzjoni f'att awtentiku u pubbliku, jew fi skrittura kummercjali jew ta' bank privat, L-Ispettur Rennie Stivala li mexxa l-Prosekuzzjoni kien xehed li f'Mejju 2013 kien ġie assenjat investigazzjoni peress li kienet waslet kwerela f'isem Denise Demanuele kontra żewġha l-imputat Christian Demanuele Huma kienu Diretturi tal-kumpanija CS Motorsports Limited, liema kumpanija kienet attiva fil-qasam tal-manutenzjoni tal-vetturi. F'Lulju tal-2009 din il-kumpanija kellha bżonn tieħu faċilità finanzjarja u imtliet il-formola biex id-diretturi joqogħdu garanti personalment. Din il-garanzija kienet għal €10,000. L-Ispettur xehed li huwa ngħata kopja ta' dan id-dokument u fuqu hemm firem kemm tal-imputat, ta' martu u ufficjali tal-Bank. Il-mara allegat li l-firma li hemm fuq id-dokument ma' kinitx tagħha u hija qatt ma kienet rat l-istess document u lanqas ffirmatu. Tenniet li kienet irċeviet kopja mill-Bank u saret taf li hija garanti ta' €10,000. Hija qalet lill-Ispettiur li meta kellmet lil żewġha qalilha li kellu bżonn self u ma xtaqx jinkwetaha u ma qalilha xejn. Kompliet l-investigazzjoni fuq l-imputat u rriżulta li seta' kien hemm każ ta' frodi fil-konfront ta' ċertu Tanya Attard. Irriżulta dan ghax il-mara tal-imputat tathom isem li kien qiegħed juża l-imputat li dan kien Keith Bonello. Tathom dettalji ta' email address u xi numri tat-telefowns li kien qiegħed juża l-imputat. Qaltlu li żewġha aktarx ma kienx jinsab Malta u li x'aktarx kien fir-Repubblika Ċeka u li ma kienx faċli wisq li jsir kuntatt miegħu. Ghalhekk l-Ispettur bagħat għal Tanya Attard li qalet li kellha relazzjoni ma' Keith Bonello li kienet ilha sejra madwar erba' snin. Matul ir-relazzjoni kien jgħidilha li kien isiefer ħafna fuq xogħol. Huwa kien igħidilha li kellu ħafna problemi ta' saħħa u għaldaqstant kellu bżonn ċertu ammonti ta' flus. Meta kienet tarah b'dak il-mod u kien jitlobha hija kienet toffri li tgħinu u tisilfu l-flus. Tul dawn l-erba' snin hija sellfitu l-ammont ta' €48,100. Semmiet ukoll diversi kumpaniji li Keith Bonello suppost kien jahdem maghhom. L-Uffiċjal Prosekutur kompla li meta huwa semma lil Christian Demanuele, Tanya Attard weġbitu li hija taf lil Christian Demanuele bħala l-ħabib tal-għarus tagħha għaliex huwa kien jgħidilha li għandu ħabib tiegħu jismu Christian Demanuele. Fil-fatt ġieli anki pagamenti fuq il-visa ta' Christian Demanuele bagħtet ghaliex qalilha li tant huma ħbieb li ġieli jużaw il-cards ta' xulxin. Sussegwentement huwa uriha r-ritratt ta' Christian Demanuele u qaltlu dak mhux Demanuele imma Keith Bonello l-għarus tagħha. L-Ispettur spjegalha li Keith Bonello huwa isem vvintat, ikkrejat u bhala identità ma jeżistix u dik l-identita' tgħajjat lil Christian Demanuele u hija kienet xxukkjata. Tanya Attard qalet li kienet qegħda ssir taf dakinhar tat18 ta' Settembru 2013 li Keith Bonello u Christian Demanuele huma l-istess persuna. L-uffiċjal Prosekutur qal li huwa pprova jara fejn seta' jikkuntattja lil Christian Demanuele imma ma nstabx. Tanya Attard tatu diversi modi ta' kif seta' jikkuntatjah dejjem jirreferu għal Keith Bonello – fejn tagħtu żewġ mobiles u indirizz tal-email. Il-Pulizija ppruvat tagħmel kuntatt permezz ta' diversi modi pero ma rnexxilhomx u għalhekk ġie deċizżli jinhareg Mandat ta' Arrest Ewropew. Dan inħareġ, intbagħat u ntalbet l-assistenza tal-Pulizija fl-Ewropa u l-Pulizija tar-Repubblika Ċeka rrispondew li kienu sabuh. Meta ġie nfurmat bl-akkużi, Christian Demanuele rrifjuta li jiġi. Huwa inġab Malta fid-19 ta' Marzu 2014 u ġie mitkellem mill-Ispettur dakinhar stess. L-ispettur qal li meta kellem lill-imputat qallu li seta' ċempillu u kien jiġi mill-ewwel u ma kellux għalfejn jarrestah, L-imputat ma meriehx l-ammont li Tanya Attard setgħet għaddietlu u qal li kien ha jagħmel kuntatt mal-avukat tiegħu biex ikun jista' jħallasha. Huwa ċahad pero' li huwa dejjem ħadem magħha tramite identità fittizja. Dwar il-firma allegatament iffalsifikata ta' martu ċaħad u qal li martu għamlitha. Dwar l-email account tiegħu fuq l-isem ta' Keith Bonello, wieġeb li ħolqu hu u kien jużah u tah minħabba li martu kienet tikkontrollalu ħafna affarijiet . Waqt li kien għaddej bl-investigazzjoni,qal l-Ispettur kien daħal ir-rapport ta' Tanya Attard u ghalhekk kien bagħat ghaliha u wessa l-investigazzjoni tieghu. Il-mara tal-imputat xehdet li hija kienet irċeviet ittra mill-Bank of Valletta plc li kienet għadha kif iffirmat fuq CS Motorsports ta' €10,000 u hija qatt ma kienet iffirmat tali garanzija. Hija spjegat li hija flimkien ma' żewġha li huwa l-imputat kellhom din il-kumpanija flimkien. Hija marret il-ħanut u wriet l-ittra lil żewġha u staqsitu x'kienet il-karta. Qalilha li kien żball min-naħa tal-Bank u hija bdiet iċċempel il-Bank u huwa qatalha l-linja u beda jibki u qalilha li kien ġab xi vettura għal xi klijenti u meta rawha reġa' bdilhom u ma riedux jixtru u qalilha li ffalsifika l-firma tagħha. Qalilha li kien għamel hekk biex ma jinkwetahix. Hija qaltlu li kiser il-liġi u huwa weġibha li ħadd ma kien se jemminha u kien se jgħid li għax hija bdiet iżżomm lit-tifla f'idejha li l-firma tagħha ma ġietx cara. Imbagħad qalilha li kien se jbiegħ il-vann u jerġa'' jaghmel id-deposit fil-Bank biex jaqta' dan is-self. Huwa biegħ il-vann lil xi ħadd li kellu garaxx u ftehem miegħu li minflok flus ikollu żmien ma jħallasx kera. Il-Bank bdew jiġru warajha biex tħallas u hija qaltilhom li ma kienitx se tħallas għax hija ma ffirmatx. Hija spjegat li hemm ħafna aktar dejn minħabba l-kumpanija li kellhom għaliex kellhom overdraft u għamlu tajjeb bid-dar tant li issa se jispiċċaw bla dar. Wara li saret taf fuq din il-firma l-imputat qalilha li kellu blockage fil-vina tal-moħħ u qalilha li ried jitla' l-Ġermanja biex jagħmel xi testijiet. Kien jitla' kull hames/sitt gimgħat. Kien fuq dieta stretta u jieħu l-pilloli. Wara ftit beda jieħu l-flus mill-overdraft għar-raġunijiet ta' sahha. Imbagħad bdiet tissuspetta hażin u saret taf li mhux veru kien marid u kien qiegħed imur Praga. Il-mara tal-imputat qalet li darba qabdet it-telephone u rrisponditha tfajla u x-xhud staqsitha jekk kinitx taf lil Christian Demanuele minn Malta. Din weġbitha li hija ma ma kienitx tafu u l-uniku link li kellha ma' Malta kien il-boyfriend tagħha li jismu Keith Bonello. Hija ddeskrivitilha u qaltilha li kien twil, fih raġel u għandu tattoo fuq driegħu. Ix-xhud qaltilha li dak kien żewġha u kienu ilhom miżżewwpin 15-il sena u kellhom żewġt itfal. It-tfajla ma kinitx taf għaliex qalilha li kien single u ried jiżżewweġ lilha. Skennjatilha ritratt tal-imputat u t-tfajla kkonfermat li kien l-istess persuna. Qaltilha li kienet iltaqgħet miegħu permezz ta' website 'plan at romance'. Daħlet fiha u sabet ritratt ta' żewġha bl-isem ta' Keith Bonello. Kif saret taf bdiet mill-ewwel il-proċeduri tas-separazzjoni. Fil-bidu ċaħad u qal li qatt ma uħa il-website iżda meta affaċċatu u qaltlu li tkellmet mat-tfajla ammetta li kien tradiha iżda qalilha li għamel hekk darba biss. Iżda wara saret taf li kien hemm aktar nisa. Saret taf ukoll li f'Malta kellu relazzjoni ma' mara, Tanya Attard, u qalilha li kellu cancer ġo moħħu u hija tatu ħafna flus u mhux veru kien marid. Tanya Attard qalet fil-Qorti li hija ltaqghet mal-imputat permezz ta' website fuq l-internet fejn huwa identifika ruhu bhala Keith Bonello. Dan mhux kontestat minnu. Qalilha li kien jahdem mal-Pentapharm, iżda hija qatt ma marret tarah fuq il-post tax-xoghol u kien qalilha li jsiefer ħafna. Xehdet li wara li kien ilhom kważi sena flimkien beda igħidilha li kien ma jiflaħx u kien barra b'xogħol u ħassu ħażin u kellu bzonn jagħmel operazzjoni u ma kellux min jgħinu u hija qaltlu li fejn setgħet tgħinu kienet se tgħinu. Semmielha xi insurance tax-xogħol u kien qalilha li kif ituh is-somma kien jagħtiha l-flus lura u b'hekk offrietlu l-flus. Għall-operazzjoni biss tagħtu €18,000. Hija kkonfermat li offriet li sselliflu l-flus ghaliex huwa assikuraha li kien se jagħtiha kollox lura u qalilha biex jagħmlu kollox bil-miktub. Apparti din is-somma kien hemm flus ohra li b'kollox iqarreb il-€50,000. Dawn kienu jinkludu spejjeż biex joħroġ mix-xogħol, spejjeż għall-isptarijiet u mediċini. Spjegat xi flus tathomlu kontanti, u oħrajn għamlet bank transfer u oħrajn bil-Western Union. Il-Qorti qalet li l-provi kollha jippuntaw lejn l-imputat u li kien huwa li ffirma l-istess garanzija bankarja minflok martu għaliex kien jaf li martu ma kinitx se tkun favur li tiġi ffirmata għaliex diġa' kellhom 'overdraft facility' fuq il-kumpanija tagġhom. Ingħad ukoll li huwa għadu ma radd xejn lil Tanya Attard u lanqas wera xi rimors tat-tbatija li kkawża liz-zewż nisa. Il-Qorti filwaqt li kkunsidrat il-kondotta nadifa ta' Demanuele qalet li s-serjeta' tal-akkużi jimmeritaw li l-imputat jiġi kkundannat għal sentenza ta' priġunerija effettiva u li għandu jkun hemm ordni biex huwa jħallas lil Tanya Attard lura. Huwa ġie kkundannat għal tliet snin priġunerija li minnhom irid jitnaqqas il-perjodu li huwa għamel taħt arrest preventiv u li jrid iħallas lil Tanya Attard l-ammont ta' €48,100 fi żmien tlett snin.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/08/seba-xhur-habs-wara-li-tlajjat-ghal-skop-ta-prostituzzjoni/
Seba' xhur ħabs wara li tlajjat għal skop ta' prostituzzjoni
netnews.com.mt
Mara ta' 35 sena mill-Ħamrun ġiet kundannata seba' xhur ħabs mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li f'April li għadda hija tlajjat fil-Gżira u l-Marsa għal skop ta' prostituzzjoni u li rriffjutat li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Pulizija. Charlene Gatt instabet ħatja li fid-9 ta' April li għadda għall-ħabta 9.15pm fil-Gżira u fis-16 ta' April għall-ħabta tad-9.30pm fil-Marsa wettqet dawn i-reati f'post pubbliku. Hija nqabdet minn Pulizija mara li fil-Qorti qalet li waqt li kienet għaddejja bil-karozza tagħha nnutata li kienet qed tħajjar persuni għall-prostituzzjoni fil-Gżira u anke f'Ta'Xbiex. Hija ratha tagħmel dawn il-movimenti għal darba darbtejn. Il-Pulizija qalet li t-tieni darba li Gartt kienet innutata titlajja, kif hija kienet se tiġi mitkellma minnha, telqet tiġri. Hija tathom isem ukoll li ma kienx tagħha, fejn fil-fatt qaltilhom li jisimha Stacy Gatt. Anke meta kienet inqabdet titlajja fi Triq is-Salib il-Marsa, xehdet Pulizija oħra, din tagħthom l-isem ta' Stacy Gatt. Fis-sentenza tagħha l-Qorti kkunsidrat il-fatt li l-mara inkwistjoni ngħatat diversi opportunitajiet biex tbiddel ħajjitha u tibda tgħix ħajja ġdida, liema opportunitajiet hija ma ħaditx. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/10/ghawdxi-mhux-hati-li-sfida-ordni-tal-qorti/
Għawdxi mhux ħati li sfida ordni tal-Qorti
netnews.com.mt
Raġel li l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tiegħu pprojbixxewh milli jersaq lejn parti tax-Xagħra wara li allegatament ipprova ttajjar mara b'inġenju, ġie lliberat minn akkużi li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti, minħabba li fil-ġurnata nkwistjoni huwa kien qed jispjega lill-avukat tiegħu l-inħawi fejn sar l-inċident. Il-Qorti ta' Għawdex illiberat lil Joseph Bajada mix-Xewkija li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tiegħu aktar kmieni din il-ġimgħa wara li fit-3 ta' Lulju huwa nqabad fuq camera fl-inħawi ta' Għajn Lukin fix-Xagħra. Bajada kien inħeles fuq il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta' €10,000 talli allegatament ipprova jtajjar mara bit-tractor tiegħu fiż-żona ta' Għajn Lukin f'Lulju tas-sena l-oħra. Il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tiegħu kienu jistipulaw li hu ma jmurx f'Għajn Lukin. L-avukat ta' Bajada, Christian Camilleri, ma kkontestax il-fatt li kien hemm filmati tar-raġel fl-inħawi fit-3 ta' Lulju bejn id-9.30am. u l-10.00am., iżda spjega li huwa kien mar hemm mal-akkużat. L-intenzjoni tar-raġel ma kinitx li tisfida lill-awtorità tal-Qorti imma li tfakkar u tgħin lill-avukat tiegħu ċerti fatti li kienu importanti għad-difiża tiegħu f'kawża ċivili pendenti. Il-Qorti osservat ukoll li l-irġiel marru fiż-żona direttament wara seduta tal-Qorti. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Brigitte Sultana innotat ukoll li r-raġel kien ikkoopera bis-sħiħ mal-Pulizija u ma kiser l-ebda kundizzjoni oħra imposta fuqu mill-Qorti. Huwa ġie liberat, bil-Qorti tagħmilha ċara li dan ma jkunx il-każ jekk jerġa' jagħmel l-istess. Id-darba li jmiss, jekk huwa ried li jmur fl-inħawi, għandu jitlob lill-Qorti biex timmodifika l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tiegħu.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/13/il-gvern-obbligat-li-jerga-jtejjeb-ir-reputazzjoni-ta-malta/
Il-gvern obbligat li jerġa' jtejjeb ir-reputazzjoni ta' Malta
netnews.com.mt
Edwin Vassallo, PM Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-gvern obbligat li jerġa' jtejjeb ir-reputazzjoni ta' Malta billi jtejjeb l-iskema taċ-ċittadinanza u jagħmilha waħda trasparenti u koretta mingħajr korruzzjoni. Edwin Vassallo qal l l-gvern qed iressaq liġijet mhux għax veru jemmen fihom iżda minħabba l-pressjonijiet Ewropej. Il-gvern qed jagħmel biss bidliet kosmetiċi biex ibiddel ir-reputazzjoni tal-pajjiż u qed iressaq bidliet mgħaġġla propju minħabba li hekk ġie mġiegħel. Edwin Vassallo kompla li l-kriżi politika li ħoloq il-gvern bl-inċertezza inħolqot mill-PL u kompla li l-inċerezza politika nħoloq irrispettivament mill-COVID-19. Waħda mill-ewwel ideat hekk kif tela' l-gvern Laburista mill-ewwel kienet l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti. Meta kienet għada kemm daħlet fl-UE, l-amministrazzjoni Nazzjonalista ħalliet €1 biljun. Dan għen għall-investiment barrani. Il-bejgħ tal-passaporti wkoll għin lill-ekonomija iżda kissret ir-reputazzjoni tal-pajjiż fosthom bl-eżami tal-Moneval. Malta qed tattira lejn il-pajjiż investituri li jiġu Malta biex jaħkmu għaliex il-gvern ibbaża mudell ekonomika biss fuq l-konsum. Hu fakkar kif il-PL kien ibeżża' lin-nies li se jiġu l-barranin f'Malta iżda ħoloq ekonomija ibbażata fuq il-popolazzjoni. Din l-iskema tal-IPP hi aprti min-network tal-politika tal-gvern li jġib il-barranin sinjuri li jridu jaħslu flushom. Din l-iskema għenet lil nies tal-Mafja internazzjonali biex jistabilxxi lilom innfushom f'Malta. In-nuqqasijiet fil-goveranza jeffettwaw l-investiment, sostna Edwin Vassallo.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/13/titnehha-projbizzjoni-ta-sentejn-manchester-city-se-jilaghbu-fic-champions-league-l-istagun-li-gej/
Titneħħa projbizzjoni ta' sentejn; Manchester City se jilagħbu fiċ-Champions League l-istaġun li ġej
netnews.com.mt
Manchester City se jilagħbu fiċ-Champions League l-istaġun li ġej wara li l-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) neħħiet il-projbizzjoni ta' sentejn mill-futbol ewropew li kienet imponiet fuq il-klabb Ingliż. City kienu ngħataw is-sospensjoni għal "ksur serju" tal-liċenzjar tal-klabbs u tar-regolamenti finanzjarji ta' fair play. Il-klabb tal-Premier League ċaħad kwalunkwe ksur ta' regoli u appella mid-deċiżjoni tas-CAS ix-xahar li għadda, wara li ddeskriva l-proċess dixxiplinarju tal-UEFA bħala "preġudizzjarju". Wara li sema' il-provi fuq tliet ijiem separati, CAS dawwar id-deċiżjoni u anke naqqas il-multa inizjali tat-team Ingliż minn €30 miljun għal €10 miljun.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/14/id-dokument-tal-vitals-instab-imma-hadd-ma-jaf-fejn-instab/
Id-dokument tal-Vitals instab! ...imma ħadd ma jaf fejn instab
netnews.com.mt
Net News jista' jikkonferma li l-famuż Memorandum of Understanding li kien sar mal-Vitals...instab. Dalgħodu morna Kastilja nistennew lill-Prim Ministru biex nistaqsuh jekk kienx irnexxielu jsib id-dokument li l-Awditur Ġenerali qal li ma ngħatalux, iżda filwaqt li Robert Abela ftaħar li kien sabu… la ried jgħidilna fejn instab...u lanqas ma ried jagħmlu pubbliku. Fl-aħħar jiem il-Ministru li kien responabbli mis-Saħħa meta ġie ffirmat dan il-ftehim sigriet, Konrad Mizzi ħareġ jgħid li dan il-ftehim ma jġibx il-firma tiegħu, u li QATT ma kien ingħata aċċess għalih. Sadanittant anke Kurt Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterpise, qal li lanqas il-Malta Enterpise ma kienet involut f'dan il-ftehim. Wieħed għad irid jara jekk dawk li x'aktarx kellhom aċċess għall-Memorandum of Understanding minħabba l-pożizzjoni li kellhom dakinhar, fosthom l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Vici Prim Ministru Louis Grech, l-eks Ministru tal-Ekonomija, Chris Cardona, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna u Chris Fearne, illum Ministru tas-Saħħa u dak iż-żmien Segretarju Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru,hux se jkunu qed jikkummentaw dwar dan id-dokument.
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/16/sentenza-ta-habs-fuq-provokazzjoni-revokata-minhabba-nuqqas-ta-provi/
Sentenza ta' ħabs fuq provokazzjoni revokata minħabba nuqqas ta' provi
netnews.com.mt
Il-Qorti tal-Appell Kriminali illiberat raġel ta' 50 sena li kien ġie kundannat xahar ħabs mill-Qorti tal-Maġistrati wara li kien insab ħati ta' theddid u li ħareġ barra mill-limiti ta' provokazzjoni meta kien ta' fastidju fil-konfront ta' erba' persuni. Il-każ kien seħħ fil-21 ta' Diċembru 2017 ghall-habta tas-2.00pm. ħdejn il-ħanut Japanese Auto Parts f'Ħal Qormi. Huwa kien ġie mmultat ukoll is-somma ta' €2,500, li wkoll ġiet revokata. Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera laqgħet it-talba ta' Gordon Abela wara li semgħet is-sottomissjonijiet tad-difiża u qalet li sabiex hija ssib ħtija hija meħteiga tal-allegati vittmi sabiex jipprovaw l-akkuża mogħtija mill-Pulizija, f'dan il-każ Angelus Spiteri, Andy Spiteri, Carmen Spiteri, u Emmanuel Sammut. Surġent tal-Pulizija qal li fil-21 ta' Diċembru, 2017 bejn it-3.00 p.m u is-7.00 pm waqt li kien xogħol fl-għassa ta' Ħal Qormi l-erba' persuni stqarrew li kollha raw lil Gordon Abela minn wara l-ħġieħ tal-hanut 'Japanese Auto Parts' bil-mobile f'idu u skond huma jieħu ritratti fuq parkeġġ tat-trakk tal-merkanzija li kienu qed iħottu xi xogħol fil-garaxx tagħhom. Sostnew ukoll li l-akkużat qal il-kelma 'Kornut' u għalhekk żied l-argument ta' bejneithom. Dawn semmewlu diversi atti ta' provokazzjoni minn Gordon Abela li seħħew matul iż-ħmien li jinkludi parkeġġ ta' van żgħir fuq xiri ta' żewġ garaxxijiet, muntaġġi ta CCTV u ċellular fuq is-sit eletroniku 'Facebook' diskors fuq karozza bomba, mossi u ħwejjeġ oħra. Is-Surġent tal-Pulizija għalhekk ghamel kuntatt ma' Gordon Abela, li ntalab jmur l-għassa tal-Pulizija ta' Ħal Qormi biex jiġi mitkellem dwar ir-rapport li sar kontrih u l-verżjoni mogħtija mill-partijiet l-oħra konċernati. Abela qallu li l-kelma 'kornut' li semmew l-partijiet jista' jkun li qala' pero waqt il-ġlieda mhux qabel. Dwar l-allegazzjoni li kien qiegħed bil-mobile f'idu jieħu ritratti, qal li vera kellu l-mobile f'idu iżda fuq 'facebook' u fl-ebda ħin ma ħa xi ritratti. Gordon Abela qallu ukoll li kien Angelus Spiteri li stiednu għall-ġlied u huwa infurmah li ma anzjani ma jiġġelidx. Il-Qorti qalet li rat numru ta' ritratti li waħedhom ma jfissru u ma jikkoloboraw xejn. Tenniet li sabiex jiġu pruvati l-akkużi kien neċessarju li jixhdu l-allegati vittmi sabeix jgħidu kif ħassewhom inġurjati u kif sar fastidju fuqhom. Il-fatt li għażlu li ma jixhdux ifisser li kienu qed jirrinunzjaw għal azzjoni kriminali u għalhekk Abela ma setax jinstab ħati.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/17/mizzi-u-schembri-dejjem-cahdu-mieghi-l-involviment-taghhom-fuq-il-panama-papers-kurt-farrugia/
"Mizzi u Schembri dejjem ċaħdu miegħi l-involviment tagħhom fuq il-Panama Papers" – Kurt Farrugia
netnews.com.mt
"Meta ħarġet l-istorja fuq il-Panama Papers u aktar tard il-kumpanija 17 Black u ssemmew Konrad Mizzi u Keith Schembri u kellimthom dwar dan, huma ċaħdu mill-ewwel minkejja li kont kellimthom u wrejt il-preokupazzjoni tiegħi. "Meta darba Daphne Caruana Galizia tellgħet post b'ritratt ta' kappell tal-Panama u nagħġa ta' New Zealend u ssemma Konrad Mizzi, u kellimtu dwarha – Konrad Mizzi qalli ….li dan mhuwa xejn ħlief bluff." "Meta sirt naf li dan kien minnu kont għidt li Konrad Mizzi u lil Keith Schembri li ma kellhomx iżommu l-pożizzjoni li kellhom., anke jekk kienu mumenti diffiċli, meta kien tneħħa Konrad Mizzi minn Ministru u Keith Schembri għax it-tnejn kelhom rwol importanti, imma emmint li kellhom jitilqu". Dan stqarru Kurt Farrugia, l-eks Kap tal-Kommunikazzjoni tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat meta kien jixhed fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, biex ikun magħruf jekk l-investigazzjonijiet li saru u l-mod setgħux evitaw li hija tinqatel. Farrugia qal li dak iż-żmien li ħarġu fil-beraħ il-Panama Papers, xi membri tal-Kabinett bdew jagħmlu pressjoni fuq Konrad Mizzi u Keith Schembri biex jirreżenjaw. Qal li meta Mizzi tneħħa minn Ministru tal-Enerġija kien diffiċli biex jingħalqu ċerti proġetti. Dwar Keith Schembri dan kien jikkordina ċertu xogħol, u qal li sema' xi nies jgħidulhom biex jitilqu. L-eks Kap tal-Kommunikazzjoni qal li hu kien tal-opinjoni li nies f'pożizzjoni bħal dik ma setgħux ikunu nvoluti f'kontroversji bħal dawn peress li l-pożizzjoni tagħhom m'għandhiex tibqa' tenibbli u li hu dan id-diskors qalulhom. L-avukat Jason Azzopardi staqsa lil Farrugia jekk hu kienx ikkonfronta lil Keith Schembri fuq il-kumpaniji miftuħin b'mod sigriet il-Panama u l-effett ta' dan fuq il-Gvern u fuq il-pajjiż. Farrugia wieġeb, fl-affermattiv. Huwa qal li kien qal li qed issir ħsara lill-pajjiż b'dan l-atteġġjament u dan kien jgħodd ukoll għal Konrad Mizzi. Huwa qal li għall-ewwel kien jemmen lil Keith Schembri kien onest u bħal Konrad Mizzi għalihom meta kien isemmilhom il-Panama Papers, kienet qisha ħarġet informazzjoni ġdida. Ix-xhud qal li qatt ma sema fuq xi affarijiet problematiċi dwar il-power station u kollox deher li kien in good faith…Ma jiftakar fl-ebda ħin li kien f'laqa li ttieħdu xi deżiżjonijiet għal xi gwadan għalihom….Fuq id-deal tal-Montenegro ħarġu fatti wkoll li hu qal li ma kienx jaf bihom. Mistoqsi jekk qattx ra lil Brian Tonna f'Kastilja wara l-2017, Kurt Farrugia qal li ma jiftakarx. "Ma kontx nafu sew. Kien hemm għal audit li kienet qed tagħmel il-kumpanija tiegħu", żied jgħid. "M'għandix idea li Tonna kellu desk l-OPM", huwa saħaq. Fix-xhieda tiegħu Farrugia qal ukoll li jemmen li l-ġurnalisti kellhom jiġu mistednin għall-mawra fl-Ażerbajġan anke jekk hu ħareġ stqarrija dwar il-mawra u li l-media tal-Ażerbajġan kienet ukoll irrappurtat kolox fuq il-media soċjali. Kurt Farrugia qal li il-laqgħat kollha li saru fuq diversi proġetti u li hu kien preżenti għalihom dejjem saru biex l-affarijiet isiru sew bil-pajjiż u l-poplu jibbenefika, u għaldaqstant huwa kien inħasad meta ħarġu diversi stejjer dwar dak li seta' ġara. Farrugia qal ukoll li hu ma kienx jaf li Keith Schembri u Yorgen Fenech kienu ħbieb kbar, qieshom aħwa kif ġie rrappurat li ntgħad anke fil-media fl-aħħar xhur. Dwar meta faqqaw il-Panama Papers tenna li hu kien jirreaġixxi skont il-bżonn. Hawn saħaq li r-reazzjoni Keith Schembri u Konrad Mizzi meta kellimhom fuq dak li kien qed joħroġ fuqhom dejjem qalulu li dan kollu mhux minnu u nħarġet stqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni biex tissostanzja dan. Kienu anke ħarġu stqarrijiet mill-Ministeru li huwa kien jara. Kien jitkellem ma' Joseph Muscat fuq il-Panama Papers, "u kienu jimxu fuq l-informazzjoni li kienu jgħaddulna" huwa qal. Ma kienx jivverifika l-fatti, kienu joqgħod fuq dak li jgħidu huma u l-Gvern kien ukoll jieħu pożizzjoni. Mistoqsi mill-Bord jekk Karl Cini u Brian Tonna kellhomx uffiċċji Kastilja, huwa wieġeb fin-negattiv. Fil-bidu tax-xhieda tiegħu Kurt Farrugia qal li bejn l-2008 u l-2013 kien Direttur tal-Kommunikazzjoni tal-Partit Laburista u wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni huwa beda jaħdem mal-Gvern b'kuntratt ta' sena sena. Ix-xhud qal li d-doveri tiegħu kien li jinforma x-xogħol li kien jagħmel il-Gvern u jikkordina mal-Ministri. Tenna li kien hemm struttura politika apparti dik taċ-ċivil li kien jirrispondi għaliha. Bħala Staff dirett kellu ħamsa miegħu u dawn kienu jiktbu stqarrijiet, kienu fid-dipartiment tar-riċerka, loġistika u Marketing. Fuq domanda tal-Imħallef Michael Mallia jekk kienx qed jirreaġixxi għall-kritika għal xi deċiżjonijiet tal-Gvern. Huwa qal li kien jirreaġixxi. Dwar il-blog ta' Daphne Caruana Galizia qal li dan kien beda qabel 2013. Tenna li fl-elezzjoni ġenerali tal-2008 kienet iebsa ħafna fil-konfront tal-Partit Laburista meta huwa kien ġurnalist tal-portal MaltaStar u kien ukoll l-editur tagħha. Tenna li hija kienet tikkritika kmamar tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista anke dawk indipendenti li ma jkunux voċiferi fil-konfront tal-partit. Qal li jiftakar li waqt il-kampanja elettorali tal-2008 waqt dibtattitu li kien hemm mal-mexxejja tal-partiti fl-Università, u fost l-udejnza kien hemm ħafna storbju u bbujjar. Kompla jgħid li kienu għamlu storja fuqha, fejn fid-dibattitu kien hemm anke diskors fuq parrokki. Kien hemm cameraman tal-One, li kellu nċident mat-tifel tagħha Paul. Minn dak inhar il-quddiem qal li fejn jidħol hu, r-rapport ma' Daphne Caruana Galizia tiegħu dejjem bħala ġurnalista, kie normali. Kellu relazzjoni tajba magħha kif kellu u għandu mal-ġurnalisti kollha. Xehed li anke jekk ġieli weġġatu bi kliemha, bħal rimarki personali, tenna li dak kien l-istil tagħha. Ix-xogħol tagħha kien dwar gossip l-aktar, u ħafna stejjer kienu intiżi li jweġgħu, anke tfal ta' politiċi ġieli ssemmew. Ħafna drabi ma kienx ikun hemm reazzjoni fil-konfront tagħha. Fuq mistoqsija pertinenti tal-Bord huwa kkonferma, li Karl Cini u Brian Tonna żgur li ma kellhom uffiċċju f'Kastilja, imma kien hemm perjodu li kienu jagħmlu xi xogħol fl-uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan ix-xogħol ma kienx fuq iċ-ċittadinanza imma fuq awditjar li kienu jagħmlu għall strutturi tal-Gvern. Kurt Farrugia qal li qatt ma kellu f'idejh rapporti tal-FIAU għax qatt ma kellu aċċess għalihom, li kien jara kien biss minn fuq il-media li kienu leaked. Dwar dak inhar li ħarġet l-aħbar tal-qtil Daphne Caruana Galizia kien se jirrispondi għall-estimi tal-bugdet il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Qal li dak inhar hu kien għat-tnedija tal-kumpanija Parallels, kumpanija fuq teknoloġija ġdida li kienet qed tiġi żviluppata f'Malta. Kien hemm preżenti delegazzjoni kbira, u preżenti kien hemm fost oħrajn il-Prim Ministru, l-Ministru tal-Ekonomija imma Keith Schembri ma kienx magħhom, imma jidhirlu li kien Kastilja. Kif spiċċat l-attivita qal li kienu semgħu bl'aħbar li saret xi karozza bomba fil-Mosta, u l-Prim Ministru kien qal li dik hija rotta fejn tgaġddi l-mara u t-tfal u semma wkoll lil missieru. Qal li dak iż-żmien kien hemm diversi karozzi bombi oħra, fosthom dik li saret f'nofs tat-triq fl-Imsida. Il-Prim Ministru kien qallu biex iċempel lill-Brigadier, u anke ċempel lill-Kummissarju tal-Pulizija, li kien qallu li jista' jkun li għamlu bomba lil Daphne Caruana Galizia. Jiftakar li l-Prim Ministru kien ċempel lill-Kap tal-Oppożizzjoni u jiftakar li kulħadd kien taħt xokk. Kienu qalulhom li lil min għamlu l-bomba kien miet jew mietet. Kienet issejjħet il-media u ħafna ġurnalisti bdew iċemplu lilu għall-konferma u hu beda jgħidilhom biex imorru l-konferenza għall-istampa. Il-Prim Ministru beda jagħmel it-telefonati. Ix-xhud qal li f'Ġunju 2017, il-Partit Nazzjonalista kien għaddej minn proċess ta' elezzjoni għal Kap tal-Partit. Daphne Caruana Galizia kienet dak iż-żmien naqset id-doża fuq il-Partit Laburista u bdiet tikkonċentra fuq il-Partit Nazzjonalista. Dwar kif kien jaf lil Keith Schembri qabel l-2008 ma kienx jafu fuq bażi personali imma fuq bażi biss fuq 'hello and bye'. Meta beda jmur fil-Kwartieri tal-Partit Laburista kienu jitkellmu fuq politika u kien jaf li kien ħabib mal-Prim Ministru. Ma kienx iżda jaf li hu kien ħabib ta' Yorgen Fenech, u r-relazzjoni kienet aktar professjonali miegħu u aktar ma għadda ż-żmien saru ħbieb. Dwar jekk kienx jaf lil Yorgen Fenech qal li ma kienx jaf bih, u aktar kien sema' b'missieru George. Qal li wara l-2013 rarament rah f'okkażjonijiet u li dawn kienu jkunu relatati ma events pubbliċi – mhux mass meetings. Jiftakar li rah darba Kastilja fejn kien hemm sala mimlija nies. Fuq Konrad Mizzi qal li sar jafu fl-2010 jew l-2011 u Joseph Muscat qallu li kien se joħroġ għall-elezzjoni u beda jieħu rwol u beda jitkellem fuq issues li għandhom x'jaqsam mal-enerġija bejn 2011 u 2012. Dwar il-blog ta' Glenn Beddinfield qal li ma kellux x'jaqsam. Tenna li Beddingfield kellu aspirazzjonijiet politiċi. Kien voċiferu staqsa l-Bord u kont taqbel miegħu? Ix-xhud qal li ġieli qabel miegħu u ġieli le, kien ħabib tiegħu u ġieli qallu 'li hemm affarijiet li seta' jgħaddi mingħajrhom". Fuq il-briefings tal-Pulizija fuq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, qal li kien darba preżenti fuq azzjonijiet li kienu se jieħdu fuq persuni li allegatament kellhom x'jaqsamu. Kien hemm preżenti il-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri, il-Brigadier , il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Ispettur Keith Arnaud, imma ma jiftakarx li kien hemm Silvio Valletta dak inhar . L-Imħallef Emeritu Michael Mallia staqsa dwar Chelgate. U Farrugia qal li sema' b'dn il-kumpanija barranija li kien hemm xi interazzjonijiet magħha fl-2018. Il-kumpanija hija waħda tar-relazzjonijiet pubbliċi, li Farrugia ġieli kkomunika magħha biex toħloq abbozz tal-messaġġ tal-Gvern, speċjalment fil-konfront tal-midja barranija. Huwa kien ikkomunika ma' ċertu Robert Winstanley. Dan ġieli ġie Malta. Mistoqsi fuq il-portal tal-aħbarijiet Żvizzeru Republique, Farrugia qal li kien kellem lil ġurnalist minn hemm imma ma jiftakarx x'jismu. Kienu tawhom dokument. Wara x-xhieda ta' Kurt Farrugia, oħt Daphne Caruana Galizia ippreżentat dokument artikli u recording ta' Daphne Caruana Galizia fejn kienet tagħmel ħafna domandi fuq il-korruzzjoni lill-Gvern mingħajr ma kienet tingħata tweġiba. L-inkjesta pubblika hija mmexxija mill-Imħallef irtirat Michael Mallia, l-ex-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qegħdin jidhru għall-familja Caruana Galizia. L-inkjesta tkompli nhar l-Erbgħa fid-9.15 am. fejn għandu jixhed il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/19/tmut-ekaterina-alexandrovskaya-skater-awstraljana/
Tmut Ekaterina Alexandrovskaya, skater Awstraljana
netnews.com.mt
Tħabbret il-mewt tal-iskater Awstraljana Ekaterina Alexandrovskaya fl-età ta' 20 sena bil-kawża tal-mewt għadha mhix magħrufa. Alexandrovskaya li hi mwielda r-Russja kisbet iċ-ċittadinanza tal-Awstralja fl-2018 biex irrappreżentat lill-istess pajjiż fl-Olimpjadi tax-xitwa tal-2018 flimkien ma' Harley Windsor. Windsor qal li jinsab devastat ħafna bl-aħbar tal-mewt ta' Alexandrovskaya bil-kowċ Andrei Khekalo jgħid li aktar kmieni din is-sena Alexandrovskaya kellha epilessija.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/20/liberta-kundizzjonata-fuq-fastidju-sesswali-aggressiv/
Libertá kundizzjonata fuq fastidju sesswali aggressiv
netnews.com.mt
Albaniż ta' 32 sena ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jikkommettix reat ieħor fi żmien sentejn wara li ammetta li aktar kmieni dan ix-xahar fix-Xlendi, limiti tal-Munxar, Għawdex ikkommetta att ta' natura sesswali mingħajr kunsens. Huwa wettaq dan ir-reat f'ħanut fejn kien agressiv ħafna mal-vittma u li f'mument minnhom imbutta mal-ħajt bil-mara tispiċċa tgħajjat għall-għajjut u ftit tal-ħin wara waslu l-Pulizija li arrestaw lir-raġel. Ervis Maliqi residenti x-Xlendi ammetta quddiem il-Qorti ta' Għawdex li fil-5 ta' Lulju għall-ħabta tal-11.20pm. meta kien fil-"Front Bar" fix-Xlendi, kkommetta dan ir-reat fil-konfront ta' mara Ingliża waqt li kien xurban. Maliqi ammetta wkoll li offenda l-pudur jew il-morali b'għemil li sar f'post pubbliku li bl-imġieba tiegħu wera l-intenzjoni ta' konnotazzjonijiet sesswali, inklużi kliem bil-fomm, mossi u mod ieħor li jistgħu jkunu kkunsidrati bħala offensivi, umiljanti, degradanti, u jew intimidatorji lejha. Ammetta wkoll li qal kliem oxxen jew indeċenti, jew ghamel atti jew ġesti oxxeni u li offenda l-morali, l-imġieba xierqa jew id-deċenza pubblika. Il-Maġistrat Brigitte Sultana kkunsidrat il-fatt li l-Albaniż ammetta l-akkużi fi stadju bikri tal-proċeduri u l-kondotta nadifa tiegħu. Hija wissietu l-konsegwenzi serji skont il-liġi jekk huwa jikkommetti reat ieħor matul dan il-perjodu ta' libertà kundizzjonata. Inħarġet ukoll ordni ta' protezzjoni fil-konfront tal-mara li tipprojbixxi lill-Albaniż milli javviċina jew b'xi mod isegwi l-movimenti tagħha. Ordnatlu wkoll li ma jkollux u kull aċċess lejn ir-residenza fejn il-persuna offiża tkun qegħda tgħix, taħdem jew tiffrekwenta. Ġiet ordnata wkoll projbizzjoni milli jikkuntattja jew jimmolesta lill-persuna offiża. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/20/iz-zaghzugh-jude-bellingham-jaghzel-lil-borussia-dortmund-a/
Iż-żagħżugħ Ingliż Jude Bellingham jagħżel lil Borussia Dortmund
netnews.com.mt
Iż-żagħżugħ Jude Bellingham ingħaqad ma' Borussia Dortmund mingħand Birmingham għal somma inizjali ta' kważi €28 miljun. Bellingham li għandu 17-il sena, għamel l-eżami mediku fil-Ġermanja il-Ħamis li għadda biex b'hekk Dortmund għelbu l-konkorrenza ta' Manchester United. Fl-ewwel kummenti tiegħu, il-midfielder Ingliż irringrazzja lil Birmingham ta' dak kollu li għamlu miegħu mill-età ta' seba' snin. Hu qal li d-deċiżjoni kienet faċli għalih wara li ra kemm Borussia Dortmund jgħinu liż-żgħażagħ biex jitjiebu. Bellingham b'hekk se jkun qed isegwi l-passi ta' Jadon Sancho li fl-2017 ħalla l-Ingilterra biex ingħaqad ma' Dortmund u sar wieħed mill-aqwa plejers fil-Bundesliga kif ukoll lagħab mat-tim nazzjonali Ingliż. Jude Bellingham se jkun jista' jilgħab l-aħħar logħba ta' Birmingham fiċ-Championship l-Erbgħa kontra Derby. Imbagħad jingħaqad mal-klabb il-ġdid tiegħu għat-taħriġ ta' qabel il-bidu tal-istaġun fit-30 ta' Lulju u kamp ta' taħriġ fl-Iżvizzera fl-10 ta' Awwissu.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/20/il-loghbiet-kollha-tal-fazi-preliminari-tal-kampjonat-tas-sajf-a/
Il-logħbiet kollha tal-Fażi Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf
netnews.com.mt
L-ewwel fażi tintemm fit-8 ta' Awwissu Il-logħbiet kollha tal-Fażi Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf It-Tlieta 21 ta' Lulju Grupp B: Sliema v Otters 6.15pm Grupp A: Neptunes v Ta' Xbiex 7.30pm L-Erbgħa 22 ta' Lulju Grupp B: San Ġiljan v Valletta 5.30pm Grupp A: Marsaxlokk v Birżebbuġa 6.45pm Grupp A: Sirens v Marsaskala 8.00pm Il-Ġimgħa 24 ta' Lulju Grupp B: Valletta v Otters 6.15pm Grupp A: Sirens v Ta' Xbiex 7.30pm Is-Sibt 25 ta' Lulju Grupp B: San Ġiljan v Exiles 4.45pm Grupp A: Neptunes v Birżebbuġa 6.00pm Grupp A: Marsaskala v Marsaxlokk 7.15pm Il-Ġimgħa 31 ta' Lulju Grupp B: Otters v Exiles 6.15pm Grupp B: Sliema v Valletta 7.30pm Is-Sibt 1 ta' Awwissu Grupp A: Ta' Xbiex v Birżebbuġa 4.45pm Grupp A: Neptunes v Marsaskala 6.00pm Grupp A: Marsaxlokk v Sirens 7.15pm It-Tlieta 4 ta' Awwissu Grupp A: Marsaskala v Ta' Xbiex 6.15pm Grupp B: Exiles v Sliema 7.30pm L-Erbgħa 5 ta' Awwissu Grupp B: San Ġiljan v Otters 5.30pm Grupp A: Birżebbuġa v Sirens 6.45pm Grupp A: Neptunes v Marsaxlokk 8.00pm Il-Ġimgħa 7 ta' Awwissu Grupp A: Ta' Xbiex v Marsaxlokk 6.15pm Grupp B: Sliema v San Ġiljan 7.30pm Is-Sibt 8 ta' Awwissu Grupp B: Exiles v Valletta 4.45pm Grupp A: Marsaskala v Birżebbuġa 6.00pm Grupp A: Neptunes v Sirens 7.15pm L-ewwel tliet timijiet minn kull grupp ikomplu l-istaġun fil-Kampjonat Premier. Il-ħames timijiet l-oħra jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/20/ir-rebha-ta-wolves-ittemm-it-tama-ewropea-ta-sheffield-united/
Ir-rebħa ta' Wolves ittemm it-tama Ewropea ta' Sheffield United
netnews.com.mt
Wolves jinsabu rebħa bogħod milli jikkonfermaw posthom fil-UEFA Europa League staġun ieħor wara li f'darhom għelbu lil Crystal Palace 2-0. Huma fetħu l-iskor fit-41 minuta bi kross ta' Matt Doherty lejn Daniel Podence li skorja b'daqqa ta' ras mill-qrib. L-iskor sar 2-0 fit-68 minuta b'azzjoni personali ta' Adama Traore li qassam lejn Raul Jimenez fil-kaxxa, bl-attakkant isib lil Jonny li skorja b'xutt fuq in-naħa leminija tal-lasta. It-tamiet ta' Sheffield United li jiksbu post fl-Europa League sfaxxaw wara li kienu megħluba f'darhom 1-0 minn Everton . Din kienet l-ewwel rebħa ta' Everton f'ħames logħbiet. Il-gowl deċiżiv wasal fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima meta minn free-kick ta' Gylfi Sigurdsson, il-ballun spiċċa fid-direzzjoni ta' Richarlison li b'daqqa ta' ras għar-rokna għeleb lil Dean Henderson. Brighton aċċertaw minn post fil-Premier League għal staġun ieħor wara draw ta' mingħajr gowls kontra Newcastle . It-tim ta' Graham Potter kellu bżonn punt biex jassigura postu kompletament imma kienu siguri virtwalment. Fl-aħħar logħba, Brighton jilagħbu f'Turf Moor kontra Burnley u Newcastle jilqgħu liċ-champions il-ġodda Liverpool.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/20/ir-royal-malta-yacht-club-jospita-l-ewwel-tellieqa-offshore-ghas-sena/
Ir-Royal Malta Yacht Club jospita l-ewwel tellieqa offshore għas-sena
netnews.com.mt
Ir-Royal Malta Yacht Club organizzat l-ewwel tellieqa offshore minn meta reġgħu bdew isiru t-tlielaq. Din kienet it-tellieqa lejn Marina di Ragusa. L-avveniment seħħ wara li sar possibbli t-tbaħħir lejn Sqallija. Minkejja l-avviż qasir it-tellieqa attirat flotta mdaqqsa. Taħt id-direzzjoni tal-Uffiċjal tat-Tlielaq Peter Dimech u t-tim ta' voluntiera tiegħu, il-flotta telqet lejn Sqallija, il-Ġimgħa filgħodu. Minkejja l-flotta kienet maqsuma fi tliet klassijiet – IRC, Club Cruiser u Multihull, Dimech iddeċieda jagħmel bidu wieħed għal kulħadd, bil-flotta titlaq minn Marsamxett fit-8.00am. Il-kundizzjoni tar-riħ kienu madwar ħames mil nawtiku. Malta – Ragusa Għalkemm it-tbassir tar-riħ ħafif ma tantx kien inkoraġġanti, iż-żiffa kienet aħjar milli mistennija u kostanti biżżejjed biex tippermetti lid-dgħajjes jagħmlu progress pjuttost tajjeb mingħajr waqfien. Id-dgħajjes aktar veloċi waslu f'Ragusa kmieni filgħaxija, bil-jott Xpresso ta' Sean Borg jasal l-ewwel. Huwa kien segwit ftit tal-ħin wara minn Maltese Falcon ta' Jonathan Camilleri Bowman. Minkejja bidu tajjeb, Comanche Raider kellu xi sfidi tekniċi li rriżulta bl-irtirar tiegħu. Inspiration ta' Godwin Zammit spiċċa 12-il sekonda biss wara l-iskadenza tal-ħin stabbilit, filwaqt li d-dgħajjes li fadal kellhom rtiraw. Ragusa – Malta Il-kundizzjoni tat-temp kienu mistennija li jkunu aħjar għar-ritorn lejn Malta. Ir-riħ kostanti mit-Tramuntana għen sabiex il-flotta jkollha ritmu mgħaġġel minkejja perjodu qasir li fih ir-riħ naqas. Ladarba ż-żiffa reġgħet qabdet, it-tellieqa kienet waħda spettakolari li mal-wasla tal-jottijiet ħdejn Tigne Point, ngħata spettaklu lill-għawwiema li kienu fl-inħawi l-Ħadd waranofsinhar. Wara li sarulha t-tiswijiet meħtieġa f'Ragusa, Comanche Raider III kienet l-ewwel tad-dgħajsa li waslet Malta. Hi kellha battalja mill-qrib matul l-aħħar mili ma' Xpresso. Comanche Raider III ħadet line honours fuq Xpresso bi tlettax-il sekonda vantaġġ. Madankollu, fl-aħħar kien Time Out ta' Mario Sant li rebaħ it-tellieqa fuq il-ħin korrett. Mario Sant wara t-tellieqa ikkummenta dwar il-ħeġġa li l-ekwipaġġ ta' Time Out kellhom biex jtellqu. Għalkemm kellhom bidu tajjeb, Time Out eventwalment ġew megħluba mid-dgħajjes ikbar – Xpresso & Comanche. Madankollu, huma baqgħu jissieltu sal-aħħar sekonda sabiex jiksbu riżultat tajjeb. Sadanittant, kien hemm battalja mill-qrib bejn Maltese Falcon u Inspiration għal ħafna ħin matul it-tellieqa. Din spiċċat b'mod spettakolari b'Inspiration tispiċċa fuq quddiem. It-tattika ta' Zammit uriet l-esperjenza tiegħu. Dan irriżulta wkoll li Inspiration kien l-unika jott li spiċċa fil-Klassi Cruiser. "Dan it-tmiem il-ġimgħa kien bidu tajjeb għall-programm tat-tlielaq. Ringrazzjament imur lejn il-Porto Touristico ta' Marina di Ragusa għall-ospitalità tagħhom, iċ-Circolo Velico Kaukana u l-Capitaneria di Porto ta' Marina di Ragusa għall-għajnuna tagħhom, kif ukoll għall-kumitat tat-tellieqa tal-RMYC u kull min ta l-kontribut lejn l-organizzazzjoni ġenerali." – Godwin Zammit, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club. L-avveniment li jmiss fil-kalendarju tat-tlielaq tal-klabb hu s-60 Edizzjoni tal-Malta-Syracuse Race li hija skedata li ssir nhar is-Sibt 1 ta 'Awwissu. It-tellieqa se tibda minn Malta u numru tajjeb ta' dgħajjes Sqallin huma mistennija jieħdu sehem flimkien mal-flotta Maltija. Flimkien mal-Lega Navale Italia, ir-Royal Malta Yacht Club qed jorganizza wkoll it-tieni tellieqa minn Siracusa sa Taormina li se ssir nhar it-Tnejn 3 ta 'Awwissu. Iktar informazzjoni tinstab fuq is-sit elettroniku www.rmyc.org .
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/20/din-is-sena-mhux-se-jkun-hemm-rebbieh-tal-ballun-tad-deheb/
Din is-sena mhux se jkun hemm rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb
netnews.com.mt
Il-Ballun tad-Deheb għal din is-sena mhux se jkun qed jingħata wara konferma minn L'Equipe li huma l-organizzaturi ta' dan l-unur. Id-deċiżjoni ttieħdet wara konsultazzjoni ma' dawk involuti, bir-raġuni prinċipali tidher li hi minħabba l-waqfien tal-kampjonati madwar id-dinja u li uħud minnhom ma tkomplewx. "Mhux se jkun hemm l-edizzjoni tal-2020 għaliex wara konsiderazzjoni fid-dettall ħareġ li ma jistgħux jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha. Aħna nemmnu li din is-sena ma għandix tkun ittrattata bħala normali," qal l-editur ta' France Football Pascal Ferrè. Hu kompla li minn perspettiva sportiva, huma biss xahrejn mill-11-il xahar li normalment tiġi bbażata d-deċiżjoni li kienu normali. Dan hekk kif il-logħbiet l-oħra ma ntlagħbux f'kundizzjonijiet normali. Ferrè kkonferma li l-unur jirritorna fl-2021 meta jittamaw li l-kundizzjonijiet iwasslu għal ġudizzju ġust. Raġuni oħra għaliex mhux se jingħata l-unur hu r-raġunament li mhux kulħadd jinsab fl-istess sitwazzjoni u għalhekk ma jistax isir tqabbil ġust. Hu sejjaħ id-deċiżjoni bħala l-anqas deċiżjoni ħażina mill-għażliet li kellhom.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/21/hames-snin-u-nofs-habs-fuq-droga-ghal-ingliz-li-seta-mar-ghal-ghomru/
Ħames snin u nofs ħabs fuq droga għal Ingliż li seta' mar għal għomru
netnews.com.mt
Ingliż ta' 30 sena, residenti n-Naxxar ġie kkundannat ħames snin u nofs ħabs fuq każ ta' pusses fuq importazzjoni ta'4.1 kilo kannabis għal skop ta' traffikar biex ffranka sentenza massima ta' għomor il-ħabs. Il-Brittaniku Thomas Appleby kien spiċċa arrestat ma' raġel ieħor wara li l-Pulizija sabet 2.1kilo ta' droga fil-karozza tiegħu fl-2019. Huwa wieġeb ħati minflok ma jgħaddi ġuri. Minħabba l-ammissjoni l-ġuri ma sarx u dan wara li l-Avukati tiegħu Franco Debono u Marion Debono għamlu patteġġament mal-Avukat Ġenerali fuq il-piena. Appleby kien ġie arrestat flimkien ma' David Alexander Grima, minn Ħaż-Żabbar u li kienu ħew akkużat b'konfoffa għall-importazzjoni tad-droga. M'rabta ma' dan il-każ kien ġie arrestat Ingliż ieħor. Matul l-arrest tiegħu, Appleby ammetta lill-pulizija li kien importa żewġ kilo oħra ta' kannabis li kien fir-residena tiegħu, biex b'hekk l-ammont totali ta' droga kien ftit iktar minn erba kilo. Fl-akkuża tal-ħati, l-Avukat Ġenerali talab il-piena massima għat-traffikar tad-droga – dik ta' għomor il-ħabs. Sussegwentement sar negozjar u argumenti bejn l-Avukat Ġenerali u d-difiża u ġiet deċiża li l-piena ta' priġunerija għandha tkun dik ta' ħames snin u nofs. Huwa ġie mmultat ukoll is-somma ta' €10,000. Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera filwaqt li l-Avukat Elaine Mercieca deheret f'isem l-Avukat Ġenerali. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri kienu avukati tad-difiża għall-akkużat.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/24/il-premier-league-tal-istagun-li-gej-se-jibda-fit-12-ta-settembru/
Il-Premier League tal-istaġun li ġej se jibda fit-12 ta' Settembru
netnews.com.mt
L-istaġun il-ġdid tal-Premier League se jibda fit-12 ta' Settembru u jispiċċa fit-23 ta' Mejju tas-sena d-dieħla. Fl-istess ġimgħa se jkunu qed jibdew il-kampjonati l-oħra tal-English Football League jiġifieri ċ-Championship, League 1 u League 2. Din l-aħbar ġiet ikkonfermata fi stqarrija tal-Premier League fejn se jikkonsultaw mal-FA Ingliża u l-EFL dwar l-iskeda tal-kompetizzjonijiet domestiċi l-oħra. Dan ifisser staġun ippakkjat għall-futbol Ingliż hekk kif normalment il-Premier League jibda fit-tieni ġimgħa ta' Awwissu. Iżda dan id-dewmien kien kostrett minħabba li l-pandemija tal-coronavirus waqqfet il-kampjonat għal 100 ġurnata. Il-Premier League ta' dan l-istaġun jintemm il-Ħadd li ġej qabel il-finali tal-FA Cup li se ssir is-Sibt l-1 ta' Awwissu u l-finali tal-play-off taċ-Championship it-Tlieta 4 ta' Awwissu. Il-kompetizzjonijiet tal-UEFA Champions League u UEFA Europa League se jkomplu bejn il-5 u t-23 ta' Awwissu li jfisser tliet ġimgħat qabel jibda l-istaġun il-ġdid tal-Premier League. Il-UEFA Nations League wkoll se tkompli f'Settembru, bil-logħob bħalissa huma skedati bejn it-3 u t-8 ta' Settembru.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/24/jizdiedu-tliet-tlielaq-fil-kalendarju-tal-formula-1-fosthom-ritorn-ghal-zewg-cirkwiti/
Jiżdiedu tliet tlielaq fil-kalendarju tal-Formula 1 fosthom ritorn għal żewġ ċirkwiti
netnews.com.mt
Il-Formula 1 ħabbret li kkanċellat it-tlielaq fl-Istati Uniti, il-Messiku u l-Brażil kawża tal-kriżi tal-coronavirus fil-kontinent Amerikan. Dawn it-tliet pajjiżi huma fost l-aktar li għandhom infezzjonijiet fid-dinja u t-tmexxija tal-Formula 1 jemmnu li jkun irresponsabbli li jorganizzaw tlielaq hemm. Minflok tliet tlielaq fl-Ewropa żdiedu fil-kalendarju. Din id-deċiżjoni tfisser ritorn għaċ-ċirkwiti ta' Nurburgring fil-Ġermanja u Imola fl-Italja filwaqt li ċ-ċirkwit ta' Portimao fil-Portugall se jagħmel id-debutt fil-Formula 1. Il-Grand Prix tal-Istati Uniti f'Austin, Texas, kienet skedata li ssir fit-23 ta' Ottubru, il-Grand Prix tal-Messiku ġimgħa wara filwaqt li dik tal-Brażil kienet mistennija li ssir fit-13 ta' Novembru. Kull tama li b'xi mod issir il-Grand Prix tal-Kanada ntemmet minħabba l-istess raġuni. Din it-tellieqa oriġinarjament kellha ssir f'Ġunju u ġiet posposta f'April. Grand Prix tal-Formula 1 fiċ-ċirkwit ta' Nurburgring ilha ma ssir mill-2013 u se ssir fil1-1 ta' Ottubru meta ċ-ċirkwit ikun vulnerabbli għal temp ħażin. Din se tkun l-aktar data tard li dan iċ-ċirkwit ospita Grand Prix. It-tellieqa f'Portimao se ssir fil-25 ta' Ottubru u ta' Imola fl-1 ta' Novembru, ċirkwit li kien fil-kalendarju bejn l-1981 u l-2006. Rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li t-tellieqa f'Portimao se tkun waħda mill-ewwel li tħalli spettaturi. Dan wara d-deċiżjoni tal-organizzaturi tal-Grand Prix tar-Russja bejn it-23 u l-25 ta' Settembru li jbiegħu l-biljetti għall-avveniment f'Sochi. Il-Formula 1 għadha qed trid tħabbar kalendarju sħiħ u għadha qed tittama għal staġun ta' bejn 15 u 18-il tellieqa, bil-kampjonat jispiċċa f'nofs Diċembru. Il-ħsieb hu ta' tellieqa jew tnejn fl-Asja f'Novembru. Iċ-ċirkwit il-ġdid fit-toroq tal-kapitali Vjetnamiża Hanoi, mistenni jagħmel id-debutt filwaqt li teżisti possibbiltà li jirritorna ċ-ċirkwit ta' Sepang fil-Malasja, ċirkwit li kien fil-kalendarju bejn l-1999 u l-2017. It-tħabbira ta' dawn it-tliet tlielaq itellgħu t-total għal 13-il tellieqa, bl-istaġun mistenni jintemm fil-Bahrain u Abu Dhabi.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/26/it-tieni-rebha-konsekuttiva-ghal-fabio-quartararo/
It-tieni rebħa konsekuttiva għal Fabio Quartararo
netnews.com.mt
Fiċ-ċirkwit ta' Jerez f'Andalusia, is-sewweiq ta' Yamaha Fabio Quartararo kiseb it-tieni rebħa tiegħu fejn iddomina mill-bidu tat-tellieqa. F'temperatura li tlaħħaq s-60 grad celcius fiċ-ċirkwit, bosta sewwieqa żviluppawlhom numru ta' ħsarat tekniċi li wasslu biex xi sewweiqa kellhom jirtiraw mit-tellieqa. Fuq il-podju flimkien ma' Quartararo temm Maverick Viñales u warajh daħal it-Taljan Valentino Rossi fuq Yamaha, b'Viñales irnexxielu jaqbeż lill-istess Rossi żewġ dawriet mit-tmiem. Fir-raba' u fil-ħames post temmew Takaaki Nakagami u l-Ispnajol Joan Mir fuq Suzuki. Andrea Dovizioso rnexxielu jidħol fis-sitt post u warajh temm Aleix Espargaró. Fit-tmien u d-disa' post temm Álex Márquez fuq Repsol Honda u Johann Zarco fuq Ducati filwaqt li fl-għaxar post temm l-Ispanjol Álex Rins. Iċ-Champion Marc Márquez ma rnexxielux jikkompeti f'din it-tellieqa wara l-inċident li kellu l-ġimgħa l-oħra u kellu jagħmel operezzjoni fi spalltu MOTOGP Kif spiċċaw : 1 F. Quartararo 41:22.666, 2 M. V iñales +4.495, 3 V. Rossi +5.546, 4 T. Nakagami +6.113, 5 J. Mir +7.693, 6 A. Dovizioso +12.554, 7 P. Espargaro' +17.488, 8 A. Márquez +19.357, 9 J. Zarco +23.523, 10 A. Rins +27.091, 11 T. Rabat +33.628, 12 B. Smith +36.306, 13 C. Crutchlow +dawra, Ma temmewx : F. Bagnaia, F. Morbidelli, B. Binder, D. Petrucci, J. Miller, A. Espargaro', I. Lecuona, Miguel Oliveira Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/26/20-xahar-habs-ohra-din-id-darba-fuq-serq-minn-pompa-tal-petrol-u-li-sar-recidiv/
20 xahar ħabs oħra, din id-darba fuq serq minn pompa tal-petrol u li sar reċidiv
netnews.com.mt
Sean Farrugua ta' 31 sena minn Birkirkara ġie kundannat 20 xahar ħabs mill-Maġistrat Josette Demicoli wara li ammetta li sentejn ilu huwa kkommetta serqa ta' petrol mill-pompa Speedy Petrol Station, ta' Triq it-Torri tas-Sliema. Farrugia li bi problema kbira ta' droga, li nstab ħati diversi drabi minn diversi Qrati fuq reati marbuta ma' dan il-vizzju ammetta li wettaq dan ir-reat ta' serq aggravat bil-valur li jeċċedi l-€2,329 u li fl-istess żminijiet naqas milli josserva l-kundizzjonijiet impost fuqu mill-Qorti u li sar recidiv. Il-Qorti qalet li nkwantu għall-piena ħadet in kunsiderazzjoni tan-natura tar-reati, l-ammissjoni fi stadju bikri, l-kondotta tieghu li minnha jirriżulta li bħalissa huwa qiegħed jiskonta sentenza ta' priġunerija effettiva. Mill-provi ħareġ ukoll li permezz ta' nota tat-18 ta' Ottubru 2019 il-Bord tar-Rijabilitazzjoni ta' Persuni li Nqabdu bid-Droga informat lill-Qorti li Sean Farrugia kien waqaf mill-programmi tal-Caritas u l-'careplan' tal-Bord ma komplihiex. Il-Bord għaldaqstant qal li ma deherlux li kien sar progress sodisfaċenti u dwar dan bu nfurmat lill-Qorti. Il-Prosekuzzjoni f'dan il-ka# ta' serq ta' fjuwil tmexxiet mill-Ispetturi Matthew Spagnol u Joseph Xerri. Kważi tmien snin ilu Farrugia kien ġie kundannat ħames snin ħabs meta flimkien ma' persuna oħra wara li kien instab ħati ta' traffikar ta' kannabis. Fil-bidu ta' din is-sena Farrugia kien ġie kundannat tliet snin ħabs oħra wara li fis-17 ta' Jannar seraq €420 minn ħanut fil-Gżira, żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li kellu arma taqta' bil-ponta. Huwa kien instab ħati wkoll li fis-6 ta' Jannar seraq €650 minn lukanda fil-Gżira, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li kellu arma taqta' bil-ponta. Farrugia kien instab ħati wkoll f'dan il-każ li spiċċa biex sar reċidiv u li kiser ordni mogħtija mill-Qorti.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/26/ried-joffrilu-e15000-ghall-mahfra-presidenzjali/
Ried joffrilu €15,000 għall-Maħfra Presidenzjali
netnews.com.mt
Melvin Theuma ried juża lill-Ġojja bħala sensar biex jgħaddi l-flus kontanti fi 3 pagamenti ta' €5000 lill-Eks Kummissarju Lawrence Cutajar Melvin Theuma ried joffri €15,000 lil Edgar Brincat, magħruf bħala il-'Ġojja', biex jgħaddihom lill-Eks-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar, sabiex jakkwista l-maħfra presidenzjali u b'hekk iserraħ moħħu żgur. Dawn id-dettalji xokkanti t'attentat ta' tixħim mal-ogħla fost il-karigi fil-Korp tal-Pulizija ġew żvelati mill-MaltaToday u attribwixxewhom ma' konverżazzjonijiet li kellu Melvin Theuma ma' Johann Cremona, sieħeb fin-negozju ma' Yorgen Fenech, l-allegat kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista, Daphne Caruana Galizia. Il-ġurnal, li ma żvelax minn fejn ġab ir-rekordings, qal li dawn ġew irrekkordjati mill- middleman fl-assassinju b'mod sigriet u ġew mgħoddija lill-Pulizija meta l-eks Prim Ministru Laburista, Joseph Muscat, tah maħfra presidenzjali biex jiżvela u jixhed il-verità fuq kwalunkwe reat li hu kien konxju minnhom, inkluż l-assassinju. Id-deċiżjoni li jagħti l-maħfra lil Theuma, Muscat kien ħadha waħdu mingħajr il-parir tal-kabinett tiegħu. Jidher li f'dawn ir-recordings, Theuma jinstema' jgħid lil Cremona li ried juża lill-Ġojja bħala sensar biex jgħaddihom lil eks-Kummissarju fi 3 pagamenti ta' €5000 fi flus kontanti kull darba. Għall-ewwel Cremona ħaseb li Theuma ried ixaħħam lil xi ħadd mill-kuntatti li għandu, b'mod partikolari lil Kenneth Camilleri, iżda l-middleman ikkjarifika li kien qed jirreferi għall-Ġojja. Dan tal-aħħar ma riedx lanqas ċenteżmu wieħed mingħand Melvin Theuma ħlief li jgħinu jikseb il-maħfra presidenzjali. Hu maħsub li dawn ir-rekordings saru ftit ġimgħat qabel ma Theuma kien jaf li se jiġi arrestat fuq akkużi ta' ħasil ta' flus u fi żmien li Cremona kien f'kuntatt viċin ma' Kenneth Camilleri, il-messaġġier tal-eks Chief of Staff ta' Muscat, Keith Schembri. Minkejja dan, jidher li Melvin Theuma kien konxju li l-Pulizija mistennija tagħmel rejd fuq propjetà li fihom jgħixu il-partner tiegħu u bintha. Cremona serraħlu rasu li kien se jilħaq qbil ma' Kenneth Camilleri biex ir-rejd tal-Pulizija ma jkunx jinkludi dawn il-propjetajiet, dettall li jagħti x'tifhem li l-istess Cremona kellu l-poter jinfluwenza ħidmet il-Pulizija bis-saħħa ta' Kenneth Camillier… għaliex Camillier kellu li xi ħadd ta' poter akbar warajh. F'dawn ir-recordings, Theuma kien saħansitra qal li l-kien il-Kummissarju tal-Pulizija li qallu, probabbilment permezz ta' terzi persuni, li l-Interpol kien qed jistaqsu lill-Pulizija il-għala għadhom ma arrestawhx, bi Cremona jwieġeb li dan probabbilment ma kienx minnu dan u li x'aktarx Cutajar ried il-flus. Ġojja xaħħam
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/27/melvin-theuma-johrog-mit-taqsima-tal-kura-intensiva/
Melvin Theuma joħroġ mit-taqsima tal-kura intensiva
netnews.com.mt
Għaddiet kważi ġimgħa minn meta Melvin Theuma, skont il-Pulizija, "weġġa lilu nnifsu" waqt li kien fir-residenza tiegħu fis-Swieqi. Il-middleman ilu kważi ġimgħa rikoverat fl-Isptar Mater Dei, isoffri minn ġrieħi gravi li kkawża f'għonqu u f'ġenbu permezz ta' daqqiet ta' sikkina. Theuma baqa' f'qagħda stabbli u issa tmexxa mit-Taqsima tal-Kura Intensiva għas-sala tal-ENT fl-Isptar Mater Dei. Net News kien żvela li l-middleman spiċċa bi ħsara rreparabbli fil-kordi vokali u għalhekk jista' jikkomunika biss bil-kitba hekk kif l-investigazzjonijiet fil-każ għadhom għaddejjin.
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/27/haddiem-fi-skolasajf-ta-hal-luqa-rrizulta-pozittiv-ghall-covid-19/
Ħaddiem fi SkolaSajf ta' Ħal Luqa rriżulta pożittiv għall-COVID-19
netnews.com.mt
Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci ħabbret li membru mill-istaff ta' SkolaSajf ta' Ħal Luqa rriżulta pożittiv għall-COVID-19. Gauci żvelat dan mal-media tal-istazzjon nazzjonali. Fost id-dettalji li tat, il-Professur Gauci qalet li l-persuna kienet f'kuntatt ma' tliet klassijiet u għalhekk l-Awtoritajiet tas-Saħħa bdew proċess ta' contact tracing billi qed isir kuntatt mal-ġenituri tat-tfal affettwati biex dawn ikun jista' isirilhom swab test. It-tmexxija tal-iskola qed tavża lill-ġenituri biex iwieġbu telefonati li jidhru b'numru anonimu, u pprovdiet ukoll numru ieħor fejn il-ġenituri jistgħu jċemplu f'każ li ma jkunux f'pożizzjoni li jirrispondu meta tasal it-telefonata mill-awtoritajiet. Minkejja dan kollu, is-Suprintendent tas-Saħħa ma tatx aktar dettalji dwar meta ħareġ dan il-każ imsemmi għalkemm kollox jindika li huwa każ li kien irrapurtat fl-aħħar ġimgħa fost 24 każ li tħabbar minn nhar l-Erbgħa l'hawn. Intant, b'rabta ma' dan il-każ, dalgħodu l-MUT kienet f'kuntatt mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES) biex tiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha biex jipproteġu l-istaff u l-istudenti. L-MUT hija sodisfatta dwar il-miżuri meħuda mill-FES u l-awtoritajiet tas-Saħħa. Fi stqarrija il-Union qali li se tkompli ssegwi s-sitwazzjoni.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/28/malasja-l-eks-prim-ministru-razak-jinghata-12-il-sena-habs-ghal-korruzzjoni/
Malasja: L-Eks Prim Ministru Razak jingħata 12-il sena ħabs għal korruzzjoni
netnews.com.mt
L-Eks Prim Ministru tal-Malasja, Najib Razak, instab ħati dwar seba' akkużi fl-ewwel minn diversi proċessi tal-Qorti li hu irid jgħaddi minnhom b'konnessjoni ma' korruzzjoni relatata ma' multi-miljuni ta' dollari. Intant, il-Qorti kundannatu għal tnax-il sena ħabs dwar abbuż ta' poter filwaqt li imponietlu priġunerija 'addizzjonali' ta' għaxar snin priġunerija għal kull waħda minn sitt akkużi li jinvolvu ħasil ta' flus u ksur ta' fiduċja bħala uffiċjal pubbliku. Madankollu, is-sentenzi – effettivi għall-istess żmien – huma sospiżi minħabba li hemm appell pendenti. Il-każ kontra Razak (li dam fil-poter mill-2009 sal-2018) hu partikolarment sinifikanti għall-pajjiż għaliex jitqies bħala 'eżami' għall-mod kif il-Malasja qed tiġġieled kontra l-korruzzjoni istituzzjonalizzata. L-iskandlu, relatat għal fond tal-Istat fil-Malasja, anki żvela network ta' frodi u korruzzjoni fuq livell globali. Il-każ, fl-istess ħin, heżżeż lill-establishment politiku fil-Malasja, bil-konsegwenza li l-Partit UMNO ta' Najib tkeċċa mill-poter wara li kien dam jiggverna lill-pajjiż għal 61 sena, minn wara l-indipendenza. Filwaqt li Najib, 'il quddiem, jista' jiskonta għexieren ta' snin ta' priġunerija, hu mistenni jibqa' jgħix fil-libertà sakemm jispiċċawlu l-appelli kollha. Filwaqt li l-Imħallef li ppresieda fuq il-każ sostna li 'il-prosekuzzjoni rnexxielha tissostanzja l-akkużi (kontra Razak) mingħajr ħjiel ta' dubju', l-Eks Prim Ministru Malasjan għadu determinat 'li jkompli jappella kontra kull sentenza ta' ħtija fil-konfront tiegħu waqt li jiġġieled biex ineħħi t-tebgħa fuq ismu'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/28/il-plejer-ta-real-madrid-mariano-diaz-pozittiv-ghall-coronavirus/
Il-plejer ta' Real Madrid Mariano Diaz pożittiv għall-coronavirus
netnews.com.mt
Mariano Diaz instab pożittiv għall-coronavirus u b'hekk jinsab dubjuż għall-konfront importanti li Real Madrid għandhom kontra Manchester City mill-UEFA Champions League. Real Madrid qalu li saru testijiet lill-persuni li jiffurmaw l-iskwadra kollha u minkejja li l-plejer ta' 26 sena jinsab f'saħħtu, se jkun qiegħed iżolat f'daru. Il-Madrileni tilfu 2-1 l-ewwel leg mill-fażi tal-aħħar 16 kontra Manchester City. Friski mir-rebħ tal-kampjonat Spanjol, it-tim immexxi minn Zinedine Zidane se jkollu moral għoli għal din il-logħba importanti fis-7 ta' Awwissu fl-Etihad Stadium. Diaz ma kienx mistenni li jilgħab kontra City wara li ftit kien regolari f'dan l-istaġun. Hu lagħab seba' logħbiet, ħamsa minnhom bħala sostitut f'La Liga. Fil-UEFA Champions League għadu ma ffurmax parti minn skwadra.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/27/jihraxu-d-dimostrazzjonijiet-fl-istati-uniti-ragel-iehor-jinqatel-fi-sparatura/
Jiħraxu d-dimostrazzjonijiet fl-Istati Uniti; raġel ieħor jinqatel fi sparatura
netnews.com.mt
Tkompli tiħrax is-sitwazzjoni instabbli fl-Istati Uniti dan hekk kif fl-aħħar sigħat persuna nqatlet f'Austin tul l-aħħar protesti li qed isiru mal-pajjiż kollu. L-aħħar vittma kien Garrett Foster, ta' 28 sena, li nqatel bi sparatura ta' raġel li għaddha minn fejn id-dimostrazzjoni li kienet qed issir kontra l-vjolenza tal-pulizija. L-omm tal-vittma qalet li Foster tilef ħajtu fost il-paniku tan-nies madwaru, waqt li kienet qiegħed jimbutta lill-għarusa tiegħu li tuża wheelchair. F'Denver, Colorado kien hemm każ simili dan hekk persuna spara fuq id-dimostranti, bl-ispartura tweġġa' persuna. F'Oakland, f'Kalifornja d-dimostranti kissru partijiet minn għassa tal-Pulizija u kif ukoll ingħataw in-nar numru ta' vettura, bil-qawwiet tal-ordni jużaw il-gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Hemm tħassib li d-dimostrazzjonijiet li ġew imqanqla bil-qtil ta' George Floyd se jissoktaw fil-ġranet li ġejjin… dan hekk kif f'waqtiet il-protesti qed jieħdu xejra kriminali b'numru ta' ħwienet u binjiet jiġu vvandalizzati u misruqa.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/27/l-avukat-generali-ghandu-jinhatar-biz-zewg-terzi-tal-parlament/
L-Avukat Ġenerali għandu jinħatar biż-żewġ terzi tal-parlament
netnews.com.mt
Jason Azzopardi, PN Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella biex l-Avukat Ġenerali għandu jinħatar biż-żewġ terzi tal-parlament Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-uġigħ ta' ras tal-poplu hi l-imparzjalità tal-Avukat Ġenerali għaliex numru ta' episodji wasslu biex ikun hawn dubju dwar id-deċiżjonijiet li qed jieħu l-Avukat Ġenerali. Hu semma' kif il-PL kiser il-kuntratt ta' ċens fuq l-Australia Hall fejn intbgħatet ittra uffiċjali lill-PL u infetħet il-kawża. F'kull pass ta' dik id-deċiżjoni kien involut l-Avukat Ġenerali fejn infetħet il-kawża. Wara l-2013 tela' l-gvern Laburista u Joseph Muscat waqqa' l-kawża kontra l-PL biex il-PL seta' jinnegozja propjetà pubblika minn fuq dahar il-poplu; liema kuntratt kien inkiser għal aħafna snin. Jason Azzopardi qal li uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet qalu li kien waqqgħu l-kawża kontra l-PL fuq parir tal-Avukat Ġenerali; dan ma jistax ikun għax taħt gvern Nazzjonalista l-istess AĠ kien ta parir fl-oppost. L-Avukat Ġenerali ma riedx iwieġeb għal din il-mistoqsija. Propju għalhekk il-PN jrid li anki l-AĠ jkun maħtur biż-żewġ terzi tad-deputati, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-AĠ preżenti jrid jassumi responsabbiltà għal ċertu deċiżjonijiet li tappnu isem Malta. F'April 2016, xahar wara l-iskandlu tal-Panama Papers fejn jissemma' l-ex Ministru Konrad Mizzi, ta parir lill-pulizija biex ma jkunu sekwestrati s- servers . Kieku l-AĠ għamel dmiru dakinhar hemm probabbiltà li l-qtil ta' Daphne Caruana Galiaiza jkun evitat. Kien biss il-gvern tal-Ażerbajġan li kien jiddefendi lil Malta. Id-deputat Nazzjonalista semma' kif l-AĠ m'għamilx it-talba għall-monitoraġġ fl-investigazzjonijiet iżda issa se jkun hemm id-dritt li d-deċiżjonijiet tal-AĠ jkunu skrutinizzati. Hu staqsa x'inhi d-diffikultà tal-gvern li jaċċetta li l-AĠ jkun maħtur biż-żewġ terzi tad-deputati. Irid ikun ikkunsidrat li fl-aħħar snin l-AĠ baqa' sieket u ma aġixxiex quddiem każi serji bħal tal-Panama Papers. Kieku l-AĠ għamel dmiru skont il-liġi, kieku ħafna mill-ħsara ki saret lil Malta wara l-2016 kienet kienet tkun evitata waqt li l-ħajja ta' Daphne Caruana Galizia kienet tkun salvata għaliex il-kriminalità ma kienux jingħataw ir-riħ. L-impunità wasslet għal omiċidju, sostna d-deputat Nazzjonalista.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/27/l-iskejjel-mistennija-jergghu-jifthu-fit-28-ta-settembru/
L-iskejjel mistennija jerġgħu jiftħu fit-28 ta' Settembru
netnews.com.mt
Waqt is-seduta Parlamentari tat-Tnejn, il-Ministru Owen Bonnici, stqarr li l-iskejjel ser jerġgħu jiftħu nhar it-28 ta' Settembru li ġej. Il-Ministru tal-Edukazzjoni insista li ser jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha. Owen Bonnici kien qed iwieġeb għal mistoqsija li saret mid-Deputat Nazzjonalista David Thake. Ħafna ġenituri diġa' huma mħassba dwar kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni marbuta mal-pandemija. Jidher li l-Ministeru hu deċiż li jiftaħ l-iskejjel. Mhux magħruf jekk jeżistix pjan ta' kontinġenza kemm-il darba tikber il-kriżi medika fil-ġimgħat li ġejjin.
[ 5 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/stati-uniti-trump-jissuggerixxi-li-l-elezzjoni-ghall-presidenza-tkun-posposta/
Stati Uniti: Trump jissuġġerixxi li l-elezzjoni għall-Presidenza għandha tkun posposta
netnews.com.mt
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, sejjaħ biex l-elezzjoni ta' Novembru għall-Presidenza tal-pajjiż tispiċċa posposta. Dan filwaqt li tenna li ż-żieda fil-votazzjoni postali kapaċi twassal għal 'frodi' u sitwazzjoni ta' riżultati impreċiżi. Għaldaqstant Trump issuġġerixxa li l-elezzjoni għandha tinżamm f'data oħra 'fejn l-Amerikani jkunu jistgħu jivvutaw fis-sigurtà u b'mod xieraq'. Dan wara li l-President, permezz ta' sensiela ta' tweets, wassal il-messaġġ li l-votazzjoni postali ta' Novembru għandha tixpruna sitwazzjoni 'fejn jiżvolġi l-aktar proċess karatterizzat mill-frodi u li ma jirriflettix il-verità fl-istorja tal-Istati Uniti'. Hu żied li ċirkustanzi bħal dawn jistgħu 'iħammru wiċċ l-Istati Uniti mal-kumplament tad-dinja' waqt li ssuġġerixxa – mingħajr ma preżenta l-provi – li l- mail-in voting ( kif inhu magħruf fl-Istati Uniti) kapaċi jkun ukoll 'vulnerabbli' għall-indħil minn barra. Filwaqt li ftit hemm provi li jissostanzjawlu t-teorija, il-President Trump ilu jilmenta kontra s-sistema tal-votazzjoni bil-posta ( mail-in voting ) li jinsisti li hi suxxettibbli għall-frodi. L-Istati Amerikani jridu jiffaċilitaw il-votazzjoni bil-posta minħabba t-tħassib dwar is-saħħa pubblika relatat mal-pandemija tal-coronavirus. Aktar kmieni fix-xahar, mas-sitt Stati Amerikani – Kalifornja, Utah, Hawaii, Kolorado, Oregon u Washington – kienu qed jippjanaw li, f'Novembru, jorganizzaw l-elezzjonijiet fejn il-votazzjoni ssir kollha kemm hi bil-posta.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/vincent-muscat-mahfra-presidenzjali-jghid-li-l-verita-tista-tiddistabilizza-l-gvern/
Vince Muscat jitlob maħfra Presidenzjali; jgħid li l-verità tista' tiddistabilizza l-Gvern
netnews.com.mt
Vincent Muscat, wieħed mill-irġiel li jinsab akkużat bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qed jakkuża lill-Gvern li qed jeħodha bil-mod wisq u li qed ikun tardiv fuq it-talba li qed jagħmel biex jingħata maħfra Presidenzjali. Fi protest ġudizzjarju li ppreżenta kontra l-Prim Ministru, l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat tal-Istat biex il-kabinett jagħti l-parir lill-President biex tingħata l-maħfra lil Vince Muscat. Huwa ndika li kollox qed juri li investigaturi mhumiex jitħallew jaħdmu minħabba theddid u ndħil li qed ikollhom u li minħabba li l-verità kollha li tista toħroġ tista' twassal biex tiddistabiliżża l-Gvern preżenti. Vincent Muscat qal li t-talba huwa għamilha għaliex għandu nformazzjoni fuq il-qtil tal-ġurnalista li tista' tkun ferm utli biex ikun magħruf x'ġara. Dan ħareġ meta fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili l-avukat tiegħu Marc Sant ippreżenta protest ġudizzjarju fejn ilmenta li huwa ilu li għamel din it-talba sa mit-30 ta' Novembru tal-2019 mingħajr ma għadu ħa risposta. Il-protest jgħid li huwa anke kien bagħat ittra ta' kjarifika dwar dan fis-17 ta' Diċembru 2019, F'risposta għal din l-ittra, s-Segretarju tal-President ta' Malta qallu li l-ittra għat-talba tiegħu ntbagħtet lill-Ministru tal-Ġustizzja għall-kunsiderazzjoni biex b'hekk huwa jista' javża lill-President ta' Malta bid-deċiżjoni. L-Avukat Sant qal li l-klijent tiegħu ma rċieva l-ebda korrispondenza dwar dan minn dak inhar. Fl-ittra tas-17 ta' Diċembru, Degiorgio kien ta ndikazzjoni li huwa kien lest li jikkopera bis-sħiħ biex il-Pulizija jaslu biex isolvu mhux biss il-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, iżda każijiet oħra li għadhom mhux solvuti. F"Jannar li għadda kienu bagħtu għalih il-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali għal diversi laqgħat mal-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra. Kienu ħamsa l-laqgħat ma' Degiorgio u li dawn ġew rekordjati fuq disa' CD's fejn kull parti ngħatat kopja. Dawn jikkonsistu f'informazzjoni dwar diversi reati, li jinkludu l-qtil ta' Caruana Galizia. Muscat qed jikkontendi li għandu nformazzjoni kredibbli u ta' min joqgħod fuqha, tant li tista' ssolvi l-każijiet relatati, u anke tidentifika numru ta' persuni nvoluti fl-assasinju tal-ġurnalista, kif ukoll fuq persuni oħra nvoluti f'reati oħra u li għadhom ma ssemmewx jew ġew akkużati fil-Qorti. Waqt laqa' oħra fit-18 ta' Frar li għadda, li l-Ispettur Arnaud kien qal li l-investigaturi kienu se jistudjaw in-noti u jisimgħu r-recordings fuq dak kollu li qalilhom Muscat, biex jaraw jekk kienx hemm xi domandi oħra li l-Pulizija jridu jistaqsuh. Dak inhar, il-partijiet ftehmu li fil-laqgħa li jmiss, li kellha tkun l-aħħar waħda, l-investigaturi kienu se jirrekordjaw kollox li Muscat kien qal lil Arnaud fl-okkażjonijiet preċedenti, meta ma kienx sar recording u ttieħdu biss noti mill-Ispettur. Muscat qal li minn dak inhar 'l hawn, l-investigaturi bdew isibu kull skuża possibbli biex il-laqgħa li kien imiss ma ssirx. "L-azzjonijiet tal-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra juru b'mod ċar li qegħdin jilgħabu għall-ħin, fl-interess ta' terzi persuni, liema azzjonijiet mhumiex aċċettabbli. Muscat qed jikkontendi li huwa għamel il-parti tiegħu fuq il-ftehim li kien hemm u ta l-informazjoni, bl-investigaturi jonqsu li jaqdu dmirhom. Qal li l-investigaturi mhumiex jitħallew jaħdmu minħabba theddid u ndħil, minħabba li l-verità kollha tista tiddistabiliżża l-Gvern preżenti. Il-protest jgħid li t-trattament fil-konfront ta' Vince Muscat jikkontrasta bil-bosta ma' dak li sar fil-konfront ta' Melvin Theuma, fejn b'ħeffa liema bħala l-maħfra lilu ngħatat fi ftit jiem. L-Avukat Sant qal li d-differenza fl-attitudni waħedha dubji serji u leġittimi, dwar kif l-investigaturi u l-mod ta' kif joperaw u dwar humiex qegħdin ma jaqdux dmirhom minn terzi persuni biex jeżerċitaw id-dmir tagħhom. Dan kollu, jgħid il-protest iwassal għal ħafna mistoqsijiet dwar kif ingħatat il-maħfra lil Melvin Theuma. "Wieħed jistaqsi jekk hux kollox kien ippjanat minn qabel, u dan qabel ma' Melvin Theuma kien ġie arrestat. Dan huwa ta' mportanza aktar war li rriżulta li numru ta' tapes tħassru mis-sistema u ma ġewx preżentati lill-Maġistrat li qed tisma' l-kumpilazzjoni fil-konfront ta' Yorgen Fenech mill-Ispetturi fil-Prosekuzzjoni u minflok ġew preżentati mid-difiża, xi ħaġa li wieħed diffiċli jispjega. Muscat talab lill-Prim Ministru, lill-Kummissarju tal-Pulizija u lill-Avukat tal-Istat biex b'mod immedjat jagħti l-parir lill-President biex tingħata l-maħfra lil Vince Muscat.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/08/01/dominju-iehor-minn-mercedes-fil-provi-ufficjali-fsilverstone/
Dominju ieħor minn Mercedes fil-provi uffiċjali f'Silverstone
netnews.com.mt
Ikompli d-dominju ta' Mercedes hekk kif iż-żewġ sewwieqa tagħhom se jerġgħu jibdew tellieqa oħra fl-ewwel filliera. Iċ-champion renjanti Lewis Hamilton kiseb it-tielet pole position f'dan l-istaġun u s-seba' pole position fil-Grand Prix ta' Renju Unit. Għat-tieni tellieqa konsekuttiva għeleb l-isfida ta' sieħbu fit-tim Valtteri Bottas b'vantaġġ ta' +0.313. Fiċ-ċirkwit ta' Silverstone, Hamilton għamel rekord taċ-ċirkwit f'1:24.303 biex kiseb il-91 pole position fil-karriera tiegħu. Minbarra li kompla jiddomina, Hamilton għamel l-aħjar ħin b'distakk ta' ftit aktar minn Max Verstappen li se jibda fit-tielet post. Kif se jibdew 1. Lewis Hamilton – Mercedes (1:24.303), 2. Valtteri Bottas – Mercedes (+0.313), 3. Max Verstappen – Red Bull (+1.022), 4. Charles Leclerc – Ferrari (+1.124), 5. Lano Norris – McLaren (+1.479), 6. Lance Stroll – Racing Point (+1.536), 7. Carlos Sainz (+1.662), 8. Daniel Ricciardo – Renault (+1.706), 9. Esteban Ocon – Renault (+1.906), 10. Sebastian Vettel – Ferrari (+2.036) Elimitati fit-tieni fażi 11. Pierre Gasly – AlphaTauri, 12. Alexander Albon – Red Bull, 13. Nico Hulkenberg – Racing Point, 14. Daniil Kvyat – AlphaTauri, 15. George Russell – Williams Eliminati fl-ewwel fażi 16. Kevin Magnussen – Haas, 17. Antonio Giovinazzi – Alfa Romeo, 18. Kimi Raikkonen – Alfa Romeo – 19. Romain Grosjean, Nicholas Latifi – Williams Ikkummenta
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/deficit-nazzjonali-ta-kwazi-e900-miljun-fsitt-xhur/
Defiċit nazzjonali ta' kważi €900 miljun f'sitt xhur
netnews.com.mt
Il-Gvern issa se jkollu għajnuna kbira mill-fondi li ġew allokati mill-UE Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena, il-finanzi tal-Gvern irreġistraw żbilanċ ta' €895.6 miljun. Dan kien konfermat minn ċifri li ħarġu llum mill-NSO. Bla dubju li l-Covid-19 ħalliet l-effetti tagħha fuq dawn ir-riżultati finanzjarji. Għalkemm issa l-Gvern se jkun jista' jippjana aħjar għax-xhur li ġejjin wara li ġie approvat pakkett qawwi ta' għajnuna finanzjat mill-UE. Iċ-ċifri tal-NSO juru li l-Gvern ħa daqqa kbira fid-dħul fejn tidħol l-Income Tax; dan hu rifless tad-daqqa fis-suq tax-xogħol. Anke fid-dħul mill-ħlasijiet tal-VAT kien hemm tnaqqis – ukoll riżultat ta' kummerċ li għadu staġnat, minkejja l-isforzi kollha li qed isiru min-nies fl-intrapriżi varji. Bejn Jannar u Ġunju l-ispejjes tal-Gvern żdiedu bi 17 fil-mija meta mqabbel mal-istess perijodu tal-2019.
[ 4 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/l-oppozizzjoni-tinsisti-ghal-konsultazzjoni-serja-mal-kunsill-responsabbli-mis-settur-tal-volontarjat/
L-Oppożizzjoni tinsisti għal konsultazzjoni serja mal-kunsill responsabbli mis-settur tal-volontarjat
netnews.com.mt
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, li jirrapreżenta lill-Għaqdiet Volontarji, kiteb ittra sabiex iżomm li dawn tal-aħħar infurmati bl-aħħar sitwazzjonijiet li ser ikunu qed jolqtu direttament lis-settur tagħhom. Il-Kunsill qal li b'dispjaċir jinnota li f'dawn l-aħħar ġimgħat seħħew sitwazzjonijiet repetuti fejn il-Kunsill ma kienx konsultat mill-Kummissarju tal-Volontarjat kif mitlub mill-Istrateġija Nazzjonali għal-Volontarjat iffirmata mal-Gvern u li jimpenja lill-entitajiet kollha pubbliċi. Huma stqarru li din l-istrateġija tisħaq li għandu jkun hemm "opportunitajiet għal diskussjoni kontinwa bejn l-Organizzazzjonijiet volontarji u l-interessi tal-volontarjat u d-Dipartimenti tal-Gvern biex irawmu ftehim bikri u involviment fl-iżvilupp tal-politika" u li jkun hemm "arranġamenti ta' konsultazzjoni li normalment jippermettu ħin adegwat għall- konsultazzjoni usa' ma' networks u utenti tas-servizz." Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat qal li dan in-nuqqas ta' konsultazzjoni, jew nuqqas ta' żmien adekwat għall-konsultazzjoni, seħħ kemm dwar ir-regolamenti li jindirizzaw ġbir pubbliku, it-taxxa, emendi lill-Att Dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji, kif ukoll dawk li jirrigwardaw iċ-'charity shops'. Huma tennew li fir-regolamenti dwar il-ġbir pubbliku u dawk li jirrigwardaw iċ-'charity shops' hemm bosta aspetti li ser jolqtu b'mod negattiv lis-settur tal-volontarjat, b'introduzzjoni ta' ħlasijiet, proċeduri żejda kif ukoll regolamenti li l-istess entitajiet pubbliċi neħħew minn fuq operaturi oħra. Fatt ieħor inkwetanti li ssemma f'din l-ittra huwa li l-proċeduri f'dawn ir-regolamenti jpoġġu numru ta' obbligi u piżijiet godda fuq is-settur tal-volontarjat. Huwa għalhekk li l-Kunsill kiteb din l-ittra, biex jinforma lill-Għaqdiet Volontarji illi f'isimhom qajjem l-oggezzjonijiet tiegħu fuq xi partijiet ta' dawn ir-regolamenti li jitressqu għad-diskussjoni fil-Parlament sabiex jiddaħħlu fis-seħħ qabel ma ssir konsultazzjoni adekwata mas-settur tal-volontarjat filwaqt li l-Kunsill irriserva d-dritt li jieħu dawk il-passi adekwati sabiex iħares lill-istess settur tal-volontarjat. Il-Kunsill tenna l-impenn tiegħu li jkompli jżomm lill-Għaqdiet Volontarji infurmati u aġġornati dwar x'ikun qed jiġri. Intant, fl-aħħar sigħat, il-Whip tal-PN u Kelliem tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar ippropona li s-settur tal-volontarjat jingħata siġġu fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). F'diskors fil-Parlament, Cutajar enfasizza li hemm madwar 40,000 persuna li joffru volontarjat u 5,000 persuna impjegati fis-settur tal-volontarjat. Hu saħaq li "Hemm ħafna organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi permezz ta' voluntiera." Cutajar irringrazzja lil dawk kollha li joperaw fis-settur. Il-Whip tal-grupp Parlamentari tal-PN appella lill-Gvern għal konsultazzjoni serja. L-MCESD huwa kunsill konsultattiv li joħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet lill-gvern Malti dwar kwistjonijiet ta' rilevanza ekonomika u soċjali. Bħalissa huwa magħmul minn unions, organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, il-Bank Ċentrali u l-Ministeru tal-Finanzi.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/organizzata-t-tieni-edizzjoni-tal-open-tal-beach-volley-fbirzebbuga/
Organizzata t-tieni edizzjoni tal-Open tal-Beach Volley f'Birżebbuġa
netnews.com.mt
Fl-aħħar jiem il-Malta Volleyball Association organizzat it-tieni edizzjoni tal-Gatorade Beach Volleyball Open, liema edizzjoni saret fil-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuġa. Tmien timijiet ipparteċipaw fit-tournament mixed bil-koppja Cheviron u Rabuazzo ħarġu rebbieħa mingħajr telfa. Fil-finali għelbu lill-koppja Lutkus (Latvja) u Lupi (Malta) 2-0 meta rebħu 25-23 fl-ewwel set u 25-14 fit-tieni set. Lupi flimkien ma' Lutkus kienu għaddew għall-finali wara li għelbu lil Reynaud minn Franza u Sebok mill-Ungerija. Huma tilfu l-ewwel set 21-16 iżda rebħu t-tieni set 23-21 qabel kisbu post fil-finali bir-rebħ tat-tielet set 17-15. Ir-rebbieħa tas-social tournament kienu t-tim magħmul minn Coris, Zammit u Galea li rebħu kull logħba 2-0. Cassar, Fenech, Micallef u Ellul rebħu l-midalja tal-fidda u t-tim magħmul miż-żgħażagħ Siscar, Neiminen, Nishida u Scicluna rebaħ il-midalja tal-bronż.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/jitressaq-il-qorti-ghat-tieni-darba-fgimgha/
Jitressaq il-Qorti għat-tieni darba f'ġimgħa
netnews.com.mt
Jonathan Degiorgio ta' 35 sena minn Santa Venera li nhar it-Tnejn li għadda tressaq il-Qorti fuq attentat ta' serqa mill-binja tal-kimika fl-Università ta' Malta, reġa tressaq il-Qorti din id-darba mixli li nhar il-Ġimgħa, 24 ta' dan ix-xahar kkommetta serq ta' ġojjellerija minn residenza fis-Swieqi Huwa kien ilu mfittex mill-Pulizija għal xahar sħiħ qabel ma tressaq il-Qorti nhar it-Tnejn peress li kien maħrub bil-Prosekuzzjoni tgħid li huwa allegatament wettaq din is-serqa f'dan il-perjodu. Jonathan Degiorgio, li baqa' miżmum taħt arrest preventiv ġie mixli quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia li wettaq s-serqa ta' ġojjelli bejn id-9.00am u l-10.00pm għad-dannu ta' koppja. Huwa ġie mixli wkoll li seraq diversi oġġetti oħra għad-dannu ta' persuna oħra. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Joseph Xerri u Shawn Pawney xlietu wkoll illi naqas milli jħares il-kundizzjonijiet mposti fuq mill-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Għalih deheru l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/stqarrija-mill-membru-tal-parlament-ewropew-david-casa/
Stqarrija mill-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa
netnews.com.mt
Dalgħodu tajt ix-xhieda tiegħi quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Tajt spjega tal-ħidma tiegħi kemm dwar l-iskandli ta' korruzzjoni u ħasil ta' flus li kienet bdiet tinvestiga hi, kif ukoll dwar l-investigazzjoni fil-qtil innifsu. Fost l-oħrajn ġejt mistoqsi fuq il-fatt li saret pressjoni kbira biex jien ma niġix elett fl-elezzjoni tal-2019, u b'hekk ikolli nwaqqaf il-ħidma tiegħi kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Hemm allegazzjoni li tħallsu €50,000 lil Adrian Delia minn Yorgen Fenech biex jien ma niġix elett. Allegazzjoni li saret minn nies viċin Yorgen Fenech, u li saret minn 3 individwi differenti. Jien qatt m'għamilt din l-allegazzjoni għax il-provi mhumiex qegħdin għandi, kif spjegajt dalgħodu. Pero' minkejja li l-provi mhumiex għandi, ma jfissirx li l-att ma sarx. Jekk ħalliel jidħol f'dari u jisraq l-affarijiet, u jien ma nkunx rajtu, ma jfissirx li s-serqa ma saritx. Ta' min inżid li jien komplejt nagħti x-xhieda tiegħi dalgħodu fil-magħluq, waqt li l-ġimgħa li għaddiet mort ukoll quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke u tajt ix-xhieda tiegħi dwar dan. Din l-inkjesta għadha ma ġietx fi tmiemha. U dan hu messaġġ lil kull min jaħseb li jista' jagħlaqli ħalqi: tagħmlu x'tagħmlu u tikkonfoffaw kemm tikkonfoffaw, il-ħidma tiegħi kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus se tibqa'. Għax jien il-lealtà tiegħi hi lejn pajjiżi.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/tibda-l-laqgha-generali-annwali-tal-malta-football-association-b/
AĠĠORNATA: L-MFA applikat biex torganizza l-Kampjonat Ewropew U19 fl-2024
netnews.com.mt
6.20pm – Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo awgura lit-timijiet Maltin li se jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Hu sellem lil dawk il-persuni li ħallew din id-dinja fl-aħħar sena kif ukoll lill-persuni li ma baqgħux parti mill-familja tal-futbol. Hu rringrazzjahom għall-ħidma sfieqa li taw lejn il-futbol Malti. 6.30pm – Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti għamel il-verifika tal-Membri u d-Delegati u r-Rapport Amministrattiv ġie approvat. 6.40pm – Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti elenka l-ħidma tal-assoċjazzjoni fl-aħħar sena. "Hu normali li President ġdid iġib miegħu ideat ġodda," b'Chetcuti jsemmi kif anki internament kien hemm numru ta' ċaqliq. Hu għamel lista ta' diversi prijoritajiet matul l-aħħar sena fosthom l-aspett tekniku tal-logħba, il-grassroots, l-amministrazzjoni u s-sistemi diġitali. Chetcuti tkellem ukoll dwar il-proġett ta' sit elettroniku ġdid, l-iskemi tal-MFA li se jerġgħu jkunu disponibbli kif ukoll li l-MFA saret Organizzazzjoni Volontarja. Angelo Chetcuti ħabbar ukoll li l-MFA ssottomettiet l-applikazzjoni tagħha biex torganizza l-Kampjonat Ewropew ta' taħt id-19-il sena fl-2024. 7.15pm – Matul is-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta' Marzu, l-MFA kellha dħul ta' €8,903,681 u ħruġ ta' €9,611,587. Dan ifisser telf ta' €707,906. It-Teżorier tal-MFA Ivan Mizzi qal li l-akbar dħul wasal mid-drittijiet tat-televiżjoni u l-programm annwali ta' solidarjetà UEFA Hat-Trick li ammontaw għal €4,224,928 jiġifieri 47.4% tad-dħul totali. Fl-ispejjeż tal-MFA, l-akbar żidiet seħħew fl-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tal-logħbiet tat-timijiet nazzjonali li ddependa wkoll mill-pajjiżi li t-timijiet lagħbu fihom. Dawn ammontaw għal 17% tal-ispiża totali.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/dak-li-gara-fl-ahhar-jiem-kellu-jigi-mbassar-u-evitat-kamra-tal-smes/
"Dak li ġara fl-aħħar jiem kellu jiġi mbassar u evitat" – Kamra tal-SMEs
netnews.com.mt
"Appellajna lill-Awtoritajiet kemm-il darba biex jiġu diskussi ċertu standards" Ma nistgħux ngħixu f'bużżieqa, iżda rridu nżommu t-tixrid tal-pandemija taħt kontroll. Hekk sostniet fi stqarrija l-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji fejn ġie spjegat li l-interessi ekonomiċi u tas-saħħa jistgħu jiġu mħarsa t-tnejn li huma f'daqqa. Il-Kamra appellat lill-Gvern ta' Robert Abela sabiex jidħol f'diskussjonijiet mar-rappreżentanti tas-settur pubbliku qabel ma ssir aktar ħsara. Iċ-Chamber tal-SMEs insistiet li hemm bżonn jiġu introdotti numru ta' standards sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' tixrid waqt attivitajiet pubbliċi. Ġie spjegat li din il-Kamra kemm-il darba appellat lill-Awtoritajiet sabiex jiġu mħarsa l-istandards għall-ġid tas-saħħa taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin biċ-Chamber tisħaq li dak li seħħ fl-aħħar jiem kellu jiġi mbassar u evitat. Il-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji spjegat li l-Gżejjer Maltin iridu jitgħallmu jgħixu b'dan il-virus fi ħdanhom iżda l-attenzjoni trid tkun waħda massima.
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/il-kummissarju-tas-sahha-jappella-biex-jitwaqqfu-l-attivitajiet/
Il-Kummissarju tas-Saħħa jappella biex jitwaqqfu l-attivitajiet
netnews.com.mt
"Ħudu azzjoni qabel is-sitwazzjoni ssir iddisprata" Il-Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Messina, iddikjara illi huwa jaqbel fis-sħiħ li għandhom jitwaqqfu minnufih l-attivitajiet tal-massa. Dan intqal fi sqarrija maħruġa dalgħodu. Il-Kummissarju tenna li hu jemmen li hemm bżonn li tittieħed azzjoni immedjata qabel is-sitwazzjoni ssir waħda iddisprata. "Fl-aħħar xhur saru sagrifiċċji kbar mill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, mill-pubbliku u min-negozji. Għandu jiġi żgurat li dak li nkiseb ma jintilifx. F'dan l-istadju hemm il-ħtieġa ta' direzzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa."
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/zewg-persuni-sejitessqu-l-qorti-akkuzati-bil-qtil-ta-saviour-gaffarena/
AĠĠORNATA: Debono u Schembri jinżammu arrestati wara l-qtil ta' Saviour Gaffarena
netnews.com.mt
Leon Debono u Owen Schembri, żewġ żgħażagħ li allegatament kienu involuti fl-isparatura li seħħet nhar l-Erbgħa bil-lejl, fl-akwati ta' Ħal Millieri, fil-limiti taż-Żurrieq, tressqu l-Qorti ftit tal-minuti ilu. L-akkużati, it-tnejn minn Ħal Kirkop, wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom iżda ma talbux għall-ħelsien mill-arrest. L-investigazzjonijiet, immexxija mill-Iskwadra tal-Omiċidji fi ħdan d-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett, baqgħu għaddejjin matul l-aħħar sigħat. Inqas minn 48 siegħa mill-arrest ta' żewġ persuni, il-Pulizija tinsab f'pożizzjoni li tressaq il-Qorti żewġ ġuvintur, ta' 18-il sena u 19-il sena, li kienu arrestati f'Ħal Kirkop, inqas minn tliet sigħat wara rreat. Iż-żewġ persuni mistennija jitressqu il-Qorti b'arrest, illum, għall-ħabta tas-6pm, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia. Huma se jkunu akkużati bi qtil u attentat ta' qtil, fost akkużi oħra. Intant, wara sigħat twal ta' tfittxijiet, kmieni dalgħodu, il-Pulizija sabet l-arma tan-nar li allegatament intużat fil-każ. L-arma nstabet moħbija f'siġra f'għalqa f'Ħal Kirkop. Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ ta' 17-il sena, li ntlaqat minn tir f'sidru u f'wiċċu għadha waħda gravi imma stabbli u għadu qed jiġi rikoverat fl-Isptar Mater Dei.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/mghandix-provi-ta-hlas-minn-yorgen-fenech-lill-pn-biex-ma-nitlax-david-casa/
"M'għandix provi ta' ħlas minn Yorgen Fenech lill-PN biex ma nitlax" – David Casa
netnews.com.mt
David Casa, l-membru parlamentari ewropew f'isem il-Partit Nazzjonalista qal li kemm ilu jiġġieled il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li qed jara kif ix-xogħol ta' Daphne Caruana Galizia jibqa' għaddej ħlief theddid ma ffaċċax. Dan it-theddid ġej minn ħafna fosthom theddid mill-avukati ta' Keith Schembri, Manwel Mallia u l-FIAU legalment, saħansitra li jiġi arrestat. Mhux biss qal li ffaċċa theddid u tant kemm kienet u għada gravi s-sitwazzjoni li jibża' jimxi waħdu fit-triq, l-aktar f'Malta. Kif David Casa beda jixhed l-Imħallef Michael Mallia rringrazzja lil David Casa li bagħat informazzjoni lill-Bord ta' Inkjesta li hija utli għax-xogħol tal-Inkjesta. Din l-informazzjoni tikkonsisti f'Dossier li d-Deputat Parlamentari Ewropew li qal li kellu d-dmir u d-dover li jagħmel u għalhekk jeżerċità pressjoni fuq dak kollu li ġara. Casa fil-konklużjoni tad-Dossier li ppreżenta qal li l-akbar biża tiegħu hu li jgħaddi minn dak li għaddiet minnu Daphne Caruana Galizia u li din il-biża żdiedet wara li sar magħruf li l-allegat persuna wara l-qtil tagħha allegatament ried jeħles minnu mill-Parlament Ewropew u li offru l-flus biex ma jiġix elett. Tenna li kemm ilu jagħfas fuq dawn is-suġġetti ta' korruzzjoni enormi, t-theddid kontrih żdied. Semma' t-theddid fuq facebook u twitter, inkluż każ li spiċċa l-Qorti ta' persuna li heddu li ried jgħallqu. Attakki fuq deputati f'Malta u fl-Ewropa Semma kif 'hate groups' u 'posts' kuljum fi gruppi organiżżati u mmexxija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Qal li ġew attakkati deputati kemm f'Malta kif ukoll fl-Ewropa u semma lill-membru parlamentari ewropea, Ana Gomes, talli tkellmu fuq suġġetti li kien qed jitkellem dwarhom hu. Huwa qal li huwa ċar ukoll li Yorgen Fenech, li ddeskrivih bħala l-allegat mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, ħass li l-ħidma tiegħu kienet qed taffettwa l-interessi tiegħu, u hemm ukoll allegazzjonijiet li ġew offruti 50,000 ewro biex jiġi aċċertat li hu ma jiġix elett u jiġi diskreditat. Qal li uża metodi biex jagħlaq ħalq Daphne, u ried ukoll jagħlaqlu ħalqu. Minkejja kollox, Casa qal li sal-ġurnata tal-lum, Konrad Mizzi għadu jiġri barra, l-istess Kieth Schembri u bħalhom Joseph Muscat. "Kull min kien involut u kien fil-kurituri tal-poter, għadu kollox 'business as usual'". Casa fakkar li l-fatt li rreżenjaw mill-irwol tagħhom ma jfisser xejn. Qal li riżenja ma tħassarx dak kollu li tkun għamilt. Il-ġustizzja trid issir xorta. "Nistennew lill-Kummissarju l-ġdid ma jagħmilx bħal ta' qablu u jieħu azzjoni konkreta," qal ix-xhud. Qal li ma kienx waħdu li għamel dan ix-xogħol mill-gruppi kollha u mid-deputati tal-partiti kollha fil-Parlament Ewropew. Kien ilu snin jitkellem fuq il-kumpanija 17 Black li issue ewlenija u marbuta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Qal ukoll li meta kien preżenta rapport li sar mill-FIAU, ġie mhedded mill-avukati ta' Keith Schembri u dan permezz ukoll ta' ittri u kellu wkoll theddid minn nies fuq facebook u mar il-Qorti dwar dan. Dwar l-Avukati ta' Keith Schembri heddew li jfittxuh għad-danni u talbuh ineħħi l-immunità tiegħu u li hu kien qed jipprova jagħmel frame up fuq Pilatus Bank. Qal li darba l-Kummissarju tal-Pulizija għamillu offertà li kien lest li jagħlaq l-għassa tal-Gżira fejn joqgħod hu biex ikollu protezzzjoni. Dan seħħ ftit wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew is-sena l-oħra. Qal li ma kienx aċċetta, għax wara kollox hu jqatta' u qiegħed iqatta' ħafna aktar ħin fi Brussel fejn iħossu aktar safe. L-MEP qal li fuq din l-offerta ma riedx iċaħħad lir-residenti Gżirjani milli jkollhom għassa miftuħa 24 siegħa kuljum, allura m'aċċettax l-offerta. Qal li fuq facebook jgħaddulu kummenti bħal li għandu jiġi eliminat jew saħansitra jiġi mgħallaq. Meta jkun għaddej mit-triq jiffaċċa ħafna ħars ikraħ. Qal li għalih Daphne Caruana Galizia kienet l-aqwa ġurnalista f'Malta u waħda mill-aqwa fl-Ewropa. Jiddispjaċih li waqt kampanja elettorali għadu dispjaċut sal-lum li ma kinitx ingħatat protezzjoni biżżejjed. Huwa kien mhedded kemm il-darba u qal li llum ħareġ ukoll li Yorgen Fenech ipprova jagħmel minn kollox biex hu ma jitlax fil-Parlament. Semma lil diversi whistle blower u anke ġurnalisti li għalihom il-ħajja mhux faċli u li dawn għandhom jiġu protetti. Jibża' jimxi waħdu fit-triq Qal li b'mod speċjali qed jibża' jimxi waħdu fit-triq u anke mhux qed isuq il-karozza. kompla jgħid li dan huwa pajjiż ta' impunità fejn ma sar xejn fil-konfront tal-eks Prim Ministru u xi Ministru. Huwa talab għall-protezzjoni tal-Pulizija wara li kien qed jiġi mhedded minn Manwel Mallia u minn oħrajn. Casa jgħid li minkejja li mhux parti mill-Korp tal-Pulizija, bħala MEP, ħass id-dover li jinvestiga. Qal li ma jħossux sigur meta jkun barra mill-uffiċċju, anke barra minn Malta. L-MEP semma r-rapport tal-FIAU li hu kien irċieva iżda ma kienx ippubblika għax il-liġi ma ppermettitlux li jagħmel dan dak iż-żmien. Saħaq li ermezz tar-rapport tal-FIAU jista' jinftiehem li kien hemm rabta bejn Noor Bank u l-proġett tal-windfarms f'Montenegro. L-Avukat Therese Comodini Cachia staqsiet lil David Casa biex jispjega dettalji fuq il-konnessjonijiet bejn Keith Schembri u Konrad Mizzi kif ġie rrappurtat fir-rapport tal-FIAU. Casa wieġeb billi qal li ngħata r-rapport mingħand uffiċjali fl-FIAU li ħassew li l-Pulizija ma kinitx qed tinvestiga kif suppost fir-rigward tal-ħasil tal-flus u tal-Bank Pilatus. Huwa qal li ddejjqu l-kelma traditur u dan għax qed jagħmel xogħolu, u li xogħolu se jibqa' jagħmlu, imma jixtieq li dwar dan ikollu l-għajnuna tal-Pulizija u l-Ġudikatura. L-MEP qal ukoll li Ali Sadr, sid il-Bank Pilatus, għandu jiġie estradit lejn Malta biex jaffaċċja akkużi kriminali minħabba ħasil tal-flus. Saħaq li hu jinteressah biss il-verità li għandha toħroġ u kulħadd jieħu li ħaqqu. Kompla jgħid li li l-awtoritajiet m'għandhomx jinsew li Nexia BT kienet qed tirrappreżenta lil Mossack Fonseca. Dawn iż-żewġ kumpaniji kienu dawk li fetħu kumpaniji sigrieti għal persuni fil-politika fi ħdan il-Gvern Malti. Huwa semma x-xeni li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat meta beda jibki għax ġie eżonerat minn kollox. Qal li dak inhar Muscat kien qed jigdeb. Casa qal li hu u jagħmel xogħlu, ħass li l-awtoritajiet Maltin kienu qegħdin itellfuh minflok jagħtuh palata. Kellhom jittieħdu passi kontra Konrad Mizzi Kompla jgħid li l-Gvern Malti ddeskrivih bħala traditur filwaqt li spjega li bħala MEP jixtieq jirrappreżenta u jiddefendi l-interessi tal-Maltin kollha. Dwar ir-rapport tal-FIAU u 17 Black, Casa qal li fl-2017 huwa ngħata rapport tal-FIAU li kkonkludu bl-aktar mod ċar li l-Pulizija kellhom jieħdu passi kontra Kontrad Mizzi. Dan ir-rapport kien wieħed dettaljat fuq il-konnessjonijiet bejn 17 Black, Keith Schembri u Konrad Mizzi, l-operat ta' Pilatus Bank u Nexia BT, il-pagamenti bejn in-nies involutu fil-power station u 17 Black u dettalji dwar il-korruzzjoni fid-deal tal-wind farm tal-Montenegro F'dan ir-rapport Casa tkellem ukoll dwar pagament mistenni ta' miljun ewro lil Cheng Chen, il-persuna li nnegozja l-bejgħ tal-Enemalta lil Shangai Electric, u li fuq dan il-każ bqajna ma smajna xejn u donnu ntesa. Qal li tajeb li nsaru nafu x'sar minn dan il-każ. Casa qal li meta rċieva dan ir-rapport ried jippubblikah mill-ewwel għax ħass li n-nies għandhom id-dritt ikunu jafu. Imma kif qal aktar qabel il-liġi ma tippermettilux, u dan biex ma jtellifx xi nvestigazzjoni li kienu għaddejja. Qal li ma ndunax dak iż-żmien hu kemm kienu ta' mportanza kbira id-dettalji tal-kont bankarju ta' Dubaj ta' 17 Black. Qal li eventwalment huwa ppubblika dan ir-rapport, ftit wara li ħarġu ftit paġni mill-konklużjonijiet tal-Inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar l-Egrant. Qal u dan jinsab dettaljat fid-dossier li ppreżenta lill-Bord innota li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien għamel ħiltu f'dak ir-rapport biex jipproteġi persuni fil-Gvern, u għalhekk ma setax jibqa' ċass u ma jagħmel xejn. Tenna li mar bir-rapport il-Qorti għax hija l-unika istituzzjoni li huwa seta' jafda. Tenna li sa dan iż-żmien, ċertu nvestigazzjonijiet kienu pprogressaw, u ħass li għalhekk iżjed u iżjed seta' jippublika dan ir-rapport, minkejja t-theddida li kellu li jiġi arrestat. "Niftakar li kemm Manwel Mallia kif ukoll l-FIAU kienu heddewh b'passi legali u theddida ta' arrest jekk huwa jippubblika dan ir-rapport skandaluż. L-FIAU għamlu minn kollox biex jisskreditaw ir-rapport. Il-Ministru Edward Scicluna qal li dan kien rapport "written to be leaked" u anke waħħal fija għall-problem atar-reputazzjoni ħażina ta' pajjiża minn aspett finanzjarju", qal Casa. Ix-xhud qal li anke Pilatus Bank, bl-avukati ta' Keith Schembri, heddewh li kienu se jfittxuh għad-danni. Kienu qalulu biex ineħħi l-immunità biex ifittxuh, u anke akkużawh li kien parti ntegrali minn nies li jippruvaw jagħmlu frame up fuqhom. Qal li minkejja kollox, dan ir-rapport ippubblikah. Casa qal ukoll li kien kiteb lill-Avukat Ġenerali tal-Emirati Għarab Magħquda b'konnessjoni mal-kumpanija 17 Black u li għadu qed jistenna lill-awtoritajiet ta' Dubaj biex jipprovdu lill-awtoritajiet Maltin b'informazzjoni fuq 17 Black. Kompla jgħid li ma jemminx lid-Deputat Kummissarju Ian Abdilla li qal quddiem l-istess inkjesta li l-Emirati Għarab Magħquda ma kkoperawx. Tenna li huwa għamel kuntatt mal-Ambaxxatur tal-Emirati Għarab Magħquda għall-Ewropa biex jikkonferma li l-awtoritajiet mhumiex jikkoperaw. 17 Black, Dubaj u l-Power Station Tenna li kien ovvju mill-bidu nett li 17 Black kellha x'taqsam mal-power station. Mill-ewwel sar magħruf li ċ-ċavetta ta' kollox kienet id-Dubaj, fejn twaqqfet il-kumpanija 17 Black u din l-istess kumpanija kellha kont bankarju f'Noor Bank. Kien hemm evidenza fuq dak kollu ppubblika bħal pagamenti mill-Aċerbajġan u pagamenti mill-aġent tal-LNG tanker – Mario Pullicino. Qal li mhemmx għalfejn tkun espert biex tinduna li dawn kienu kickbacks. Inqatlet għax kixfet wisq Kompla jgħid li Daphne inqatlet għax kixfet wisq u probabbli kellha iżjed x'tikxef fuq 17 Black u f'kull jaż li fiha kienet involuta din il-kumpanija. Daphne was starting to get close, u riedu jagħlqulha ħalqha. Qal minkejja l-ħafna referenzi li għamel ma ttieħdu l-ebda passi u minn aspett Ewropew, għamilha ċara li pajjiżi terzi li ma jikkoperawx ma' pajjiżi Ewropej fuq investigazzjonijiet bħal dawn – speċjalment li jinvolvu wkol, qtil, għandhom jiġu black listes u jkollhom konsegwenzi serji. Dwar dan qal li kellu l-appoġġ ta' diversi deputati tal-Parlament Ewropew. L-MEP qal ukoll li beħsiebu jibqa' jaħdem biex jistabbilixxi FIAU Ewropea u tenna li l-Ambaxxatur infurmah li l-Emirati Għarab Magħquda jridu jikkoperaw għax ma jridux jidhru li huma involuti fil-qtil ta' ġurnalista Ewropea. Ftit wara x-xhieda ta' Casa kompliet tinstema' bil-magħluq. Huwa semma' wkoll l-fatt li minkejja l-esperjenza kollha tiegħu saret kampanja kontrih biex jekk jista' jkun ma jitlax fl-elezzjoni għall-membru tal-parlament Ewropew. Nexia BT Nexia BT huwa eżempju ieħor ċar ta' dak kollu li huwa ħażin f'pajjiżna, sitwazzjoni li ħaġa tal-iskantament għada għaddejja sal-lum il-ġurnata. Nexia BT kienu jirrapreħentaw il-famużi Mossack Fonseca, waqqfu kull entità ta' ħasil ta' flus għal nies fil-Gvern, u għadhom joperaw bla problema ta' xejn sal-lum. Bla ebda konsegwenza. David Casa tenna li kemm fi żmien l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll issa taħt Robert Abela, Nexia BT jaħdmu qiesu xejn mhu xejn. "Kif nistgħu mmorru 'l quddiem u ngħidu li tgħħlimna xi lezzjoni u mmorru quddiem il-MoneyVal jew il-Venice Commission u nikkonvinċuhom li kollox sar sew, meta l-kumpanija fiċ-ċentru ta' dan il-ħasil ta' flus kollu għada topera bla xkiel. "Kif jistgħu jeħduna bis-serjetà jekk lanqas l-attur prinċipali li ffaċilità sdan kollu ma tressaq biex jiffaċċa l-ġustizzja?" qal ix-xhud, li sostna li hu kiteb lil Accountancy Board of Malta diversi drabi. Nexia BT issemmiet ukoll f'diversi reżoluzzjonijiet dwar ħasil ta' flus fil-Parlament Ewropew, anke fil-kumitat PANA li kien jagħmel parti minnhom hu. Qal li Karl Cini huwa wkoll membru tal-ACCA, u staqsiehom biex jinvestigawh u sa issa ma għandu l-ebda nformazzjoni jekk ittieħdux passi jew le. Casa qal li m'għandux provi fuq ħlasijiet li saru bejn il-Partit Nazzjonalista u Yorgen Fenech biex hu ma jerġax jitla' bħala Membru Parlamentari Ewropew fl-elezzjoni tal-2019, imma dan jemmen li sar. U dan għax xogħolu kien u għadu li jirrita lil Yorgen Fenech. L-għan tal-inkjesta hu biex tiddetermina jekk setgħux isiru aktar affarijiet jew jittieħdu aktar passi mill-awtoritajiet sabiex l-assissinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ma kienx iseħħ. Is-smigħ qed isir quddiem l-Imħallef Michael Mallia li qed imexxi din l-inkjesta, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro. L-inkjesta fuq l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għandha tkompli nhar l-Erbgħa 12 ta' Awwissu meta għandu jixhed il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. Għall-familjari ta' Caruana Galizia qegħdin jidhru l-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/ic-cina-tichad-dwar-il-hacking-tan-networks-tal-vatikan/
Iċ-Ċina tiċħad dwar il-hacking tan-networks tal-Vatikan
netnews.com.mt
Iċ-Ċina qed tfisser bħala 'infondati' l-akkużi tal-Istati Uniti fis-sens li numru ta' hackers 'irrelatati ma' Beijing' irnexxielhom jinfiltraw in-networks tal-kompjuter tal-Vatikan. Kelliema għar-reġim komunista, fl-istess ħin, qalu li l-Istati Uniti għandha tipprovdi provi suffiċjenti għal dawn l-akkużi minflok toħroġ minnufih bl-istqarrijiet mingħajr bażi. L-istess kelliema enfasizzaw li ċ-Ċina 'dejjem iddefendiet is-sigurtà ċibernetika filwaqt li topponi l-aġir illegali bħall- hacking u abbużi oħrajn tas-sistema.' Fi żvilupp ieħor, iċ-Ċina anki esprimiet rabja dwar id-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea biex tillimita l-esportazzjoni ta' tagħmir għal sorveljanza lejn Hong Kong minħabba liġi tas-sigurtà ġdida – u kontroversjali — li Beijing għadu kemm impona fuq l-eks-kolonja Britannika ( Hong Kong). Iċ-Ċina qalet ukoll li ressqet 'ilmenti qawwija' mal-UE dwar din is-sitwazzjoni u sostniet li l-miżuri tal-Unjoni Ewropea ' qed jabbużaw il-kriterji internazzjonali bażiċi li ma jippermettux l-indħil fl-affarijiet interni ta' pajjiż partikulari.'
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/evarist-bartolo-kellem-lil-joseph-muscat-keith-schembri-u-konrad-mizzi-fuq-il-panama-papers-imma-ma-sar-xejn/
Evarist Bartolo kellem lil Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi fuq il-Panama Papers imma ma sar xejn
netnews.com.mt
Il-Ministru Evarist Bartolo li qed jixhed fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qal li minkejja li kien kellem lill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Joseph Muscat, lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi ma sar xejn. Bartolo qal li dawk involuti fil-Panama Papers kien qalilhom li għandhom jitilqu. Imma huma ma telqux. Bartolo qal li anke kien qajjem dan il-punt fil-kabinett imma l-istess baqa' ma sar xejn. Qal li hu flimkien ma oħrajn, fix-xahar ta' Diċembru, komplew jimbuttaw biex issir bidla u għalxejn u tenna li s-soċjetà ċivili "għamlet sew" li ħarġet fit-toroq tipprotesta. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin kien qed iwieġeb għal domanda li saret mill-Avukat Therese Comodini Cachia li flimkien mal-Avukat Jason Azzopardi qed jidhru għall-familja Caruana Galizia. L-Imħallef Abigail Lofaro staqsiet lill-Ministru dwar il-vot ta' fiduċja unanimu f'Novembru tal-2019 fil-Prim Ministru. Staqsiet x'seta' ġara li kieku xi ħadd astjena jew ivvota kontra u għaliex hu m'għamilx hekk. Qal li kien waħdu dak iż-żmien u kieku għamel hekk ma kien ibiddel xejn. Qal li hu pubblikament wera kemm-il darba x'kienet il-pożizzjoni tiegħu dwar dan il-każ. Lofaro qalet li forsi l-affarijiet kienu jinbidlu li kieku jekk mhux jivvota kontra, xi ħadd kien jastjeni. Bartolo għamel ukoll aċċenn għad-diskors li kien għamel fil-Parlament fl-4 ta' Mejju tal-2016. F'dan id-diskors qal li kien irreaġixxa għall-aħbar tal-Panama Papers. Qal li persuna fin-negozju li tiftaħ kontijiet, fil-ħajja pubblika żgur li mhux aċċettabbli. L-Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino qal li għall-pubbliku bħal qisu jidher li ma ġara xejn u f'ħinijiet minnhom qal li biex din l-inkjesta tasal għall-konklużjoni tagħha għandha bżonn l-għajnuna ta' kulħadd. Imma kulħadd ifarfar, kulħadd iwaħħal f'ta' taħtu. Il-Bord ta' Inkjesta mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u li huwa magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro qal li din mhix inkjesta fuq id-delitt, iżda l-aspett amministrattiv biex ikun identifikat jekk kienx hemm xi nuqqas li seta' wassal għal dan. Said Puliccino qal li l-verità xi ħadd irid jgħidilhom. Qal li din l-inkjesta qed issir biex joħorġu n-nuqqasijiet. Insista li kulħadd irid jieħu r-responsabbiltajiet tiegħu. L-Imħallef Abigail Lofaro li wkoll hija membru tal-Bord qalet li r-responsabbilità hija waħda kollettiva, u hemm bżonn li jitkellmu f'din l-inkjesta. Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino kkwota wkoll Tweet ta' Bartolo li tmur lura għal Diċembru fejn semma l-Panama Papers. Bartolo qal l-Panama Papers kienu wkoll lok għall-evażjoni tat-taxxa. Bartolo sostna li min jaħsel il-flus u jgawdi mill-korruzzjoni qas jinkwieta li jmur il-Qorti u jdum 13-il sena biex jinqata' l-każ. Insista li hemm bżonn liġijiet apposta biex wieħed iħallas għal għemilu mingħajr dewmien. Bartolo qal li huwa jittama li "nitgħallmu" biex isiru l-bidliet neċessarji. Fil-bidu tax-xhieda l-Ministru kien mistoqsi dwar l-involviment ta' Neville Gafà mal-Ministeru tiegħu bil-Ministru Bartolo jgħid li hu ilu sitt xhur jokkupa l-kariga ta' Ministru tal-Affarijiet Barranin u Gafa qatt ma kellu involviment. Fuq in-negozjati mal-Libja, Bartolo xehed li minn meta sar Ministru ra bis-serjeta li Gafà ma jitħalla jkollu l-ebda rwol fil-Ministeru tiegħu. Fuq mistoqsija tal-membru tal-Bord l-ieħor l-eks Imħallef Michael Mallia, Bartolo qal li minn wara l-ewwel inċident Gafà ma kellu l-ebda rwol fil-Ministeru. Fuq mistoqsija oħra qal dwar ir-rwol li kellu qabel qal li hu ma jistax iwieġeb dwar affarijiet li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru. Huwa qal ukoll li sa fejn jaf hu Gafa m'għandux passaport diplomatiku, u li iżda biex ikun ċert se jara sew l-affarijiet, u jekk jirriżulta li għandu, dan jitneħħa. L-avukat Therese Comodini Cachia staqsiet lill-Ministru biex jivverifika l-files tal-Ministeru x'kien hemm dokumentazzjoni u jekk kellux passaport dipplomatiku. Bartolo wieħeb li din mhux problema għalih u li lest li jekk ikollu xi informazzjoni oħra kien se jgħaddiha u jgħidha fil-Qorti. Dwar verifiki fuq Gafa, Bartolo qal li hu ma kellux bżonn jagħmel verifikigħa x hu ma kellu l-ebda intenzjoni li jingaġġah fil-Ministeru tiegħu. Tenna li jekk persuna jkun se jħaddimha fil-Ministeru tkun responsabbiltà tiegħu li jinforma ruħu dwarha. Sostna li b'hekk ħass li ma kienx hemm bżonn li jivverifika l-allegazzjonijiet. Madankollu qal li l-informazzjoni li qed titlob il-Qorti tkun tista' tiġi akkwistata mill-Ministeru għall-Intern u mhux mill-Ministeru tiegħu. L-Avukat Comodini Cachia tenniet li l-allegazzjoni hija li Gafà mar il-Libja biex jinnegozja f'isem il-Gvern. Staqsiet kif azzjoni bħal din tiġi kkordinata u jekk xi ħaġa bħal din hijiet prerogattiva tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jew minn naħa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Bartolo wieġeb li Gafà ma ntbagħatx hemm fuq ordni tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Bartolo qal li f'dawn is-sitt xhur li ilu fl-Uffiċċju, hu jikkomunika r-relazzjoni ma' pajjiżi oħrajn permezz tal-Ambaxxaturi u ħadd aktar. Il-bord ikkwota diversi partijiet ta' diversi posts u qal li l-ħsieb ta' Bartolo kien idur dwar ħbiberiji u networks li ma kellhomx ikunu. Il-bord qal li huwa konxju li Bartolo kien qed jara ċertu affarijiet u nuqqasijiet. Bartolo qal li spiċċajna b'żewġ Gvernijiet u li jkollok Gvern li jidher fuq quddiem, imbagħad ikollok il-Gvern ta' wara l-kwinti. Il-kelliem qal li hu kien wissa kemm il-darba fuq il-ħsara li seta' jsir lill-pajjiż. Hawn il-Bord qal li kien qed jirrikonoxxi li l-Ministru Bartolo kien l-unika wieħed li tkellem fuq ċertu affarijiet ta' korruzzjoni. Sostna l-kelliem li hu minn età żgħira kien jaħseb li waħda mill-problemi ta' Malta huwa ċ-ċokon tal-pajjiż. Dan iċ-ċokon qal li jġib inċest perikoluż ħafna, diġenerazzjoni ġenetika, imma wkoll deġenerazzjoni fil-ħajja. Qal li l-periklu ta' pajjiżi żgħar ħafna huwa dan. Qal li kien irrealizza li l-pajjiż għandu żewġ kabinetti. Dawk li jiltaqgħu f'Kastilja u dawk li jiltaqgħu fuq f'xi razzett jew fuq xi dgħajsa u hemm jikkontrollaw kif jistgħu d-destin tal-pajjiż. Qal li personalment iħoss li hemm bżonn eżami nazzjonali tal-kuxjenza, kemm politiċi, Qrati u oħrajn. Qal li l-pajjiż hemm bżonn li jfiq minn ħafna nuqqasijiet. Meta kien Ministru għall-Edukazzjoni kien hemm min kien jitolbu diversi pjaċiri, bħal scholarships u anke tibdil fil-marki. Bartolo qal li huwa jemmen l-finanzjarjament tal-partiti jrid ikun pubbliku biex dawn ma jibqgħux f'idejn in-negozjanti. Jekk dawn l-affarijiet mhux se jinbidlu, allura se nibqgħu bil-problemi. Il-Ministru Evarist Bartolo staqsa jekk kienx l-ewwel Ministru li tressaq biex jixhed f'din l-inkjesta, bil-Bord iwieġeb fl-affermattiv u dan għax kien wieħed mill-aktar voċiferi. Il-bord ikkjarifika wkoll li Bartolo mhux se jkun l-aħħar Ministru li se jixhed fil-Qorti. Il-Ministru Bartolo tkellem ukoll dwar is-servizzi finanzjarji u qal dak li sfortunatament dak li kien bena Dr Mario Felice tkisser. Min ġie warajh, kien protett minn Ministru wara l-ieħor, u qal li hu kien qed jirreferi għal Joe Bannister, li skont hu ma tax eżempju tajjeb billi anke hu feraħ kontijiet moħbija. Dwar FOIs miċħuda lill-ġurnalisti, Bartolo qal li ma jaqbilx ma' dan, dik li ma tingħatax l-informazzjoni. Qal li hu ħadem biex jidħol l-Uffiċċju tal-Ombudsman, biex jitneħħa l-libell kriminali u jrid li tkun indirizzata l-iSLAPP. Qal li hu jemmen li l-informazzjoni f'demokrazija hija kruċjali. L-Avukat Jason Azzopardi staqsa meta sar jaf li l-elezzjoni tal-2017 kienet se ssir fl-2017 u huwa wieġeb li sar jaf ftit jiem qabel ma tħabbret. Tenna li ma kienx ħa din id-deċiżjoni b'sorpriża għaliex il-klima politika hekk kienet titlob. Dwar x'kienet ir-raġuni għaliex John Rizzo kien tneħħa minn Kummissarju tal-Pulizija, l-kelliem qal li sa fejn kien jaf hu, id-deċiżjoni dejjem kienet tal-Prim Ministru, imma issa fortunatament inbidlet. Fuq mistoqsija oħra tal-Avukat Jason Azzopardi dwar dikjarazzjonijiet ta' "network sigriet" u jekk kellux informazzjoni jekk dan in-network sigriet ikunx mażunerija. Bartolo qal li m'għandux aċċess għal-listi tal-mażunerija u li kieku kien jaf ma kienx ikollu problema li jwieġeb. l-Avukat Azzopardi staqsa jekk Bartolo jaqbilx li Keith Schembri kienx il-vera Prim Ministru. Hawn intervjena l-Imħallef Said Puliccino, li talab lil Bartolo biex ma jweġibx din id-domanda. Dwar jekk Nexia BT kellhomx uffiċċju Kastilja, Bartolo qal li ma jafx. Nhar il-Ġimgħa għandu jixhed l-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista u fit-12 ta' Awwissu mistenni jixhed il-Ministru Edward Scicluna jekk ikun f'Malta. Il-ġimgħa d-dieħla il-Bord mhux se jisma' xhieda.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/19-il-immigrant-iehor-pozittiv-ghall-covid-19/
19-il immigrant ieħor pożittiv għall-Covid-19
netnews.com.mt
Il-każi totali jiżdiedu għal 805 19-il immigrant mit-33 li matul il-jum tal-Erbgħa ddaħħlu Malta wara li ġew salvati minn bejn sema u ilma mill-Forzi Armati ta' Mata ttestjaw pożittiv għall-Covid-19. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li l-immigranti li nstabu pożittivi ser ikunu qed jinżammu f'iżolament f'Ħal Far Initial Reception Centre, u l-bqija se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti. Dan ifisser li 85 mill-172 immigrant li ddaħħlu f'Malta matul din il-ġimgħa ttestjaw pożittiv għall-Covid-19 sabiex il-każi totali fil-Gżejjer Maltin minn Marzu, minn meta feġġett il-pandemija f'pajjiżna, żiedu għal 805.
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/milan-jassiguraw-tal-anqas-is-sitt-post-u-immobile-gowl-boghod-mir-rekord-ta-higuain/
Milan jassiguraw tal-anqas is-sitt post u Immobile gowl bogħod mir-rekord ta' Higuain
netnews.com.mt
RUMA – Lazio baqgħu jittamaw li jispiċċaw fit-tieni post wara li għelbu lil Brescia 2-0 fi Stadio Olimpico. JOAQUIN CORREA fetaħ l-iskor fis-17-il minuta b'xutt mill-kaxxa biex CIRO IMMOBILE għalaq il-logħba fit-82 minuta. Dan kien il-35 gowl ta' Immobile fil-kampjonat u jinsab gowl biss bogħod mir-rekord ta' Gonzalo Higuain. ĠENOVA – Milan komplew bil-mument pożittiv b'rebħa ta' 4-1 fi Stadio Marassi kontra Sampdoria biex assiguraw tal-anqas is-sitt post. ZLATAN IBRAHIMOVIC fetaħ l-iskor wara erba' minuti b'daqqa ta' ras wara kross ta' Ante Rebic. HAKAN CALHANOGLU rdoppja fit-52 minuta b'konklużjoni mill-viċin biex sitt minuti wara ZLATAN IBRAHIMOVIC għalaq il-logħba b'xutt minn qagħda ideali. KRISTOFFER ASKILDSEN naqqas id-distakk fis-87 minuta iżda Milan issiġillaw ir-rebħa b'gowl ta' RAFAEL LEAO ħames minuti wara. SASSUOLO – Xalata għal Sassuolo li rebħu 5-0 fil-Mapei Stadium u tefgħu lil Genoa f'inkwiet serju ta' relegazzjoni. HAMED TRAORE fetaħ l-iskor fis-26 minuta u DOMENICO BERARDI rdoppja fl-40 minuta bi ġmiel ta' xutt minn barra l-kaxxa. FRANCESCO CAPUTO kompla jkabbar il-vantaġġ b'xutt fil-baxx fis-66 minuta biż-żagħżugħ GIACOMO RASPADORI jiskorja r-raba' gowl b'azzjoni personali tmien minuti wara. FRANCESCO CAPUTO ssiġilla r-rebħa fis-77 minuta. UDINE – Rebħa fondamentali ta' 2-1 għal Lecce li ħalliethom jittamaw li jevitaw ir-relegazzjoni. Kienu Udinese li fetħu l-iskor fis-36 minuta b'daqqa ta' ras tad-difensur SAMIR iżda Lecce rnexxielhom idawru r-riżultat. L-ewwel kien MARCO MANCOSU li ġab id-draw minn penalty erba' minuti wara biex fil-81 minuta GIANLUCA LAPADULA skorja l-gowl importanti mill-kaxxa ż-żgħira. VERONA – Fi Stadio Bentegodi, Verona għelbu lil Spal 3-0. SAMUEL DI CARMINE skorja doppjetta fis-7 u l-11-il minuta, l-ewwel b'daqqa ta' ras imbagħad kompla l-ballun għal ġewwa mill-qrib. MARCO FARAONI skorja t-tielet gowl fis-47 minuta b'daqqa ta' ras minn korner.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/anke-tal-bbc-qed-jistaqsu-kif-fmalta-se-jittellghu-diversi-festivals/
Anke tal-BBC qed jistaqsu kif f'Malta se jittellgħu diversi festivals
netnews.com.mt
Filwaqt li l-pandemija tal-Covid-19 ħasret diversi avvenimenti kbar madwar id-dinja kollha għal dan is-Sajf, pajjiżna għadu qed jagħti l-opportunita' li wieħed igawdi u jiddiverti. Dan intqal f'artiklu mill-BBC, illi janalizza kif inhu possibbli li Malta baqgħet għaddejja qisu xejn mhu xejn. L-artiklu jgħid li f'pajjiżna huma pjanati li jsiru erba' festivals mużikali kbar matul dan is-Sajf. Kienu diversi Maltin u anke barranin li esprimew id-diżappunt għal din l-aħbar. Minħabba l-fatt li ħafna pajjiżi oħra ikkanċellaw avvenimenti simili, għaliex id-dinja għadha għaddejja fl-eqqel tal-pandemija. Diversi Djs li se jipparteċipaw f'dawn l-avvenimenti stqarrew li għażlu li jieħdu sehem minħabba li ġew assigurati li ser jittieħdu diversi prekawzjonijiet b'rabta mas-saħħa. Minn naħa l-oħra Maltija li tkellmet mal-BBC stqarret li mhux xi ħaġa faċli li tagħmel xahrejn u nofs id-dar, u ma tixtieqx tmur lura għal dak iż-żmien ta' normalità speċjalment issa li ninsabu f'nofs is-Sajf. Hija kompliet tistqarr li jkun aħjar jekk in-nies jiġu ttestjati fl-ajruport eżatt malli jaslu f'pajjiżna u joqgħodu f'iżolament sakemm joħroġ ir-riżultat.
[ 1, 2 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/l-istudenti-ma-jistghux-jibqghu-fil-ghama-sdm/
"L-istudenti ma jistgħux jibqgħu fil-għama" – SDM
netnews.com.mt
L-istudenti jeħtieġu li jkunu jafu jekk hemmx pjan ċar dwar is-sitwazzjoni preżenti f'pajjiżna aktar u aktar jekk is-sitwazzjoni tal-pandemija tkompli taqleb għall-agħar. Permezz ta' stqarrija l-SDM, l-Istudenti Demokristjani Maltin saħqu li jeħtieġ li jingħataw aktar informazzjoni dwar l-eżamijiet tal-O u l-A level. Huma qalu li l-eżamijiet mistennija li jsiru f'Awwissu u Settembru wara li l-eżamijiet li ssoltu jsiru f'Mejju ġew posposti minħabba l-imxija. "Se jkun hemm restrizzjonijiet ġodda?" L-għaqda studenteska tenniet li jeħtieġ pjan ċar fil-konfront tas-sitwazzjoni preżenti, u l-pjan ikun jinkludi wkoll diskussjoni ma' dawk kollha konċernati. Huma saħqu li jeħtieġ li mill-aktar fis biex l-istudenti ma jibqgħux fil-għama, u jingħataw l-informazzjoni kollha biex dan il-mument ta' inċertezza ma jkomplix iżid mal-piż li diġà għandhom numru ta' studenti.
[ 1, 5 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/covid-19-mhux-qed-tinghata-l-istampa-shiha/
COVID-19: "Mhux qed tingħata l-istampa sħiħa"
netnews.com.mt
Il-MAM qed tgħid li pajjiżna għandu jerġa' jiddikjara emerġenza medika Numru ta' tobba u infermiera fl-aħħar sigħat ilmentaw ma' Net News għall-fatt li l-Gvern mhux jagħti d-dettalji sħaħ relatati mal-Covid-19, tant li illum biddel in-numri tal-każi attivi u t-total ta' każi li kellna mis-7 ta' Marzu 'l hawn. Fil-fatt, kuntrarju għal dak li qed jgħid il-Ministeru tas-Saħħa, il-każ attivi illum telgħu għal 112, filwaqt li t-total issa sar 786…u mhux 720 kif intqal fuq il-Facebook Page tal-Ministeru. Li għamel il-Ministeru kien li qabad u elimina s-66 immigrant li ttestjaw pożittivi. Fi statistiċi u stqarrijiet tal-ġimgħat u x-xhur li għaddew, meta kien hemm każ relatat ma' immigranti dan dejjem ġie miżjud mat-total. Dan wassal għal baraxx ta' kritika minn esperti mediċi, ħaddiema u profesjonisti li kollha qed jiġbdu l-attenzjoni fuq dan in-nuqqas flagranti. L-istess tobba stqarrew ma' Net News li issa wasal il-mument li l-Professur Charmaine Gauci terġa' tibda tagħti l-Bulettin Mediku tagħha. Il-MAM minn naħa l-oħra qed tgħid li pajjiżna għandu jerġa' jiddikjara emerġenza medika. Fl-aħħar 24 siegħa, ma kellna ebda każ ta' persuni li fiequ mill-Covid-19.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/idejja-saru-hekk-bl-ammont-ta-testijiet-li-ghamilna/
"Idejja saru hekk bl-ammont ta' testijiet li għamilna"
netnews.com.mt
Fiżjoterapista qasam l-esperjenza ta' bosta ħaddiema tas-settur tas-saħħa li qed jagħmlu sforzi kbar u jwettqu numru ta' swab tests tal-Coronavirus. Karl Rizzo Naudi fuq Facebook qal li jdejh saru hekk mhux għax mar jgħum, u għamel ħafna ħin fil-baħar, iżda saru hekk minħabba l-għaraq li ħariġlu tul il-ħidma tiegħu fiċ-ċentri tal-iswab tests. Il-ħaddiema tas-saħħa qed jagħmlu sforzi kbar, anki fil-konfront ta' numru ta' elementi iebsa f'dan l-istaġun tas-sajf. Fil-kummenti tal-istess post kienu numru ta' persuni li rringrazzjaw lill-ħaddiema tas-saħħa, u appellaw huma wkoll għall-kawtela.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/il-covid-19-fl-awstralja-l-istat-ta-victoria-jirrapporta-l-akbar-cifra-tal-mewt-u-l-aghar-qabza-fl-infezzjonijiet/
IL-COVID-19 FL-AWSTRALJA: L-Istat ta' Victoria jirrapporta l-akbar ċifra tal-mewt u l-agħar qabża fl-infezzjonijiet
netnews.com.mt
L-Istat Awstraljan ta' Victoria irrapporta l-akbar ċifra tal-mewt dovuta għall-infezzjonijiet bil-Covid-19, flimkien mal-akbar qabża fin-numru ta' infezzjonijiet għal ġurnata waħda. Dan fost l-inkwiet ġenerali li l-lockdown li ilu fis-seħħ għal sitt ġimgħat f'Melbourne – il-belt kapitali ta' Victoria – mhux qed ikun effettiv għat-trażżin tal-infezzjonijiet. L-awtoritajiet ta' Victoria kkonfermaw 13-il mewta ġdida u 723 każi ġodda tal-coronavirus għall-Ħamis — biċ-ċifra ġdida tal-infezzjonijiet tirrifletti qabża ta' 36 fil-mija fuq ir-rekord tal-każi preċedenti li twaqqaf nhar it-Tnejn li għadda. Il-qabża – jew spike – tfisser ukoll li l-Awstralja, 'fuq livell ta' pajjiż', għaddiet mill-aktar jum qattiel kemm ilha tbati l-effetti ta' din il-pandemija globali. Intant, l-indikazzjonijiet huma li l-lockdown f'Melbourne – li ilu fis-seħħ mis-7 ta' Lulju – jeħtieġ li jkun estiż fiċ-ċirkustanzi. Dan waqt li l-awtoritajiet fl-Istat ta' Victoria ġeddew l-appelli biex in-nies li jistgħu qegħdin juru sintomi tal-marda jippreżentaw ruħhom minnufih għat-testijiet. Skont id-direttivi speċifiċi effettivi għal Melbourne, ir-residenti ma jistgħux joħorġu minn djarhom ħlief għax-xogħol – kif ukoll għal perjodi ta' eżerċizzju u biex jixtru l-affarijiet essenzjali. Il-belt ta' Melbourne saret ukoll l-ewwel belt tal-Awstralja li qed tinsisti bl-ilbies mandatorju tal-maskri fil-postijiet pubbliċi. Id-direttiva inkwistjoni għandha tkun estiża madwar l-Istat ta' Victoria mill-bidu tal-ġimgħa d-dieħla. L-aħħar rapporti minn Melbourne qalu wkoll li l-aħħar infezzjonijiet 'lokalizzati' bil-Covid-19 qed jirriflettu l-firxa tal-coronavirus qalb ir-residenzi għall-anzjani u persuni oħrajn bi bżonnijiet speċjali. Fil-fatt, l-anzjani jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-imwiet (mill-Covid-19) li kienu rappurtati għal dawn l-aħħar ħmistax.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/cina-l-awtoritajiet-fhong-kong-jiskwalifikaw-kandidati-tal-oppozizzjoni-mill-elezzjoni/
Ċina: L-awtoritajiet f'Hong Kong jiskwalifikaw kandidati tal-Oppożizzjoni mill-elezzjoni
netnews.com.mt
L-awtoritajiet f'Hong Kong skwalifikaw tnax-il kandidat li huma favur id-demokrazija mill-elezzjonijiet li se jsiru f'dan it-territorju semi-awtonomu taċ-Ċina – b'din id-deċiżjoni tkompli żżid it-tensjoni politika f'Hong Kong li kienet damet kolonja tar-Renju Unit sal-1997. Il-leġislaturi tal-Oppożizzjoni kienu ttamaw li jiksbu maġġoranza fil-Kunsill Leġislattiv ta' Hong Kong permezz tal-elezzjonjiet ta' Settembru fit-territorju partikulari. Huma kienu fiduċjużi li jaqtgħu figura tajba wara li ċ-Ċina imponiet liġi ġdida – u ferm kontroversjali – dwar is-sigurtà ta' Hong Kong u li, fiha nnfisha, qed thedded il-libertajiet bażiċi tar-residenti fl-eks kolonja Britannika. Joshua Wong u Lester Shum – żewġ attivisti favur id-demokrazija li għandhom profil għoli ħafna fost in-nies ta' Hong Kong – spiċċaw fost il-kandidati projbiti milli jikkuntestaw l-elezzjoni. Dan waqt li l-Gvern ta' Hong Kong qal li Wong u Shum 'mhumiex xierqa jew denji li jippruvaw għal kariga amministrattiva'. Il-Gvern ta' Hong Kong qed jisħaq li kandidat ma jistax ikun ikkunsidrat bħala denju biex jikkuntesta l-elezzjoni 'f'sitwazzjonijiet fejn jippromwovi l-indipendenza (ta' Hong Kong) jew ifittex l-interventi tal-Gvernijiet barranin fl-affarijiet ta' Hong Kong'. Intant, Joshua Wong, li kiseb prominenza bħala attivista adolexxenti waqt il-protesti tal-2014 f'Hong Kong, qal li l-iskwalifikazzjoni tal-kandidati 'qed turi nuqqas assolut ta' rispett għar-rieda tar-residenti ( ta' Hong Kong). ' Hu żied li d-deċiżjoni tal-Gvern, li jappoġġja lir-reġim komunista ta' Beijing, 'qed tkompli tgħaffeġ fuq l-aħħar elementi tal-awtonomija li għadhom validi f'Hong Kong.' Il-Gvern ta' Hong Kong wieġeb, fi stqarrija, li l-iskwalifika tal-kandidati bbażat fuq il-kriterji li jikkorrispondu mal-ħtiġiet tal-Kostituzzjoni tat-territorju u li din 'ma tinvolvix kwistjoni ta' ċensura politika'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/tkompli-s-saga-xokkanti-tal-windfarm-tal-montenegro/
Tkompli s-saga xokkanti tal-windfarm tal-Montenegro
netnews.com.mt
Minkeja li ċaħad, jidher li Turab Musayev ta' Socar kellu interess ta' kontroll f'Cifidex. Din l-aħbar kienet żvelata mill-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia meta kkwotat emails li kixfet bħala evidenza. Cifidex Ltd. xtrat 99% tal-ishma fil-Windfarms tal-Montenegro għal €2.9m fl-2015 u neħħiethom ġimagħtejn wara lil Enemalta plc. għal €10.3m. Huma xtraw l-ishma tal-windfarm b'€3m mislufa minn 17 Black, il-kumpanija ta' Yorgen Fenech, li akkużat b'kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Wara li Cifidex biegħ l-ishma lill-Enemalta, il-kumpanija ħallset lura €3m lil 17 Black, flimkien ma' €4.6m addizzjonali. Musayev kien ċaħad kull allegazzjoni marbuta ma' Cifidex u saħansitra hedded lill-midja, b'azzjoni legali permezz tal-avukati tiegħu f'Londra. Hu kien jirrappreżenta l-interess tal-Ażerbajġan fl-Electrogas Malta Ltd. F'Jannar il-ġurnal Times of Malta irrapporta li Musayev kien irriżenja mill-bord tal-Electrogas f'Diċembru, ftit wara Yorgen Fenech ġie akkużat b'kompliċità fil-qtil ta' Caruana Galizia. Ritratt: Times of Malta Ikkummenta //= $special ?>
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/31/italja-process-tal-qorti-iehor-ghal-salvini-fil-kaz-open-arms/
Italja: Proċess tal-qorti għal Salvini fil-każ 'Open Arms'
netnews.com.mt
Is-Senat tal-Italja vvota biex jippermetti l-prosekuzzjoni tal-eks Ministru għall-Intern, Matteo Salvini, talli hu, f'Awwissu li għadda, żamm bastiment mimli bl-immigranti wieqaf għal ġranet sħaħ f'zona ta' baħar 'il hinn mill-kosta Taljana. F'dik is-sitwazzjoni, 'il fuq minn 100 immigrant kienu spiċċaw 'iżolati u f'sitwazzjoni ddisprata' fuq il-bastiment Spanjol Open Arms, li jintuża għas-salvataġġ tal-immigranti li jippruvaw jaqsmu bil-baħar lejn l-Ewropa. L-immigranti fuq il-vapur kienu damu 19-il jum f'dik is-sitwazzjoni 'il hinn minn Lampedusa u l-prosekuturi fi Sqallija qegħdin jakkużaw lil Salvini b'każ ta' detenzjoni illegali – li, bħala reat, kapaċi jirriżulta fi 15-il sena priġunerija. Matteo Salvini, politiku tal-lemin li jippromwovi politika kontra l-immigrazzjoni, irid anki jgħaddi proċess ieħor fir-rigward ta' każ simili. Intant, is-Senat li vvota dwar l-aħħar allegat każ ta' 'detenzjoni fuq il-baħar'iddeċieda – b'149 kontra 141 – biex titneħħa l-immunità parlamentari ta' Salvini; bil-pass iwitti t-triq għall-prosekuzzjoni tal-eks Ministru għall-Intern. Min-naħa tiegħu, Salvini – illum deputat tal-Oppożizzjoni — jinsisti li l-Gvern ta' dak iż-żmien (li hu kien jifforma parti minnu) kien qed jimplimenta politika li evitat l-iżbark ta' immigranti irregolari fl-Italja. Salvini qed jinsisti wkoll li 'iħossu kburi li seta' jiddefendi lill-Italja b'dan il-mod u, li kieku jista', lest jirrepeti l-azzjoni li taħt l-ebda ċirkustanzi ma tista titqies bħala reat'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/konfermat-kaz-ta-covid-19-fil-bank-centrali/
Konfermat każ ta' COVID-19 fil-Bank Ċentrali
netnews.com.mt
Fi stqarrija maħruġa mill-Bank Ċentrali, kien konfermat li fit-28 ta' Lulju, il-Bank irreġistra każ ta' COVID-19. Malli din l-informazzjoni kienet irrappurtata lill-maniġment fis-18:46hrs, il-Bank ħa azzjoni immedjata u wettaq il- contact tracing neċessarju. Dan biex jistabbilixxi liema impjegati setgħu potenzjalment kienu f'kuntatt mal-impjegat li rriżulta pożittiv. Barra minn hekk, l-impjegati kollha li jaħdmu fid-dipartiment ikkonċernat ingħataw struzzjonijiet biex jaħdmu mid-dar. Impjegati oħra li ġew f'kuntatt mal-impjegat li kien pożittiv ġew mitluba biex jagħmlu l-istess. Huma ser ikunu qed jagħmlu swab test. Il-Bank kien iddiżinfettat, operazzjoni li tlestiet sad-21: 45hrs fit-28 ta' Lulju 2020. Il-Bank assigura li ttieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u se jkomplu jittieħdu biex jassiguraw il-benesseri tal-impjegati kollha.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/approvata-l-mozzjoni-dwar-il-kompozizzjoni-tal-kampjonati-ghall-istagun-2020-2021/
Approvata l-mozzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-kampjonati għall-istaġun 2020/2021
netnews.com.mt
Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ġiet approvata l-mozzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-kampjonati nazzjonali għall-istaġun 2020/21. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol Malti, il-Kampjonat Premier se jinkludi 16-il tim, 15-il klabb se jiffurmaw dak li se jkun imsejjaħ iċ-Challenge League filwaqt li t-tielet saff tal-futbol Malti se jissejjaħ National Amateur League. F'dan il-kampjonat b'format ġdid se jinkludi daw it-timijiet li kienu jiffurmaw it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni. Fil- Kampjonat Premier se jkun hemm erba' relegazzjonijiet filwaqt li min jispiċċa fit-12-il post jilgħab play-off mat-tim li jtemm it-tielet fiċ-Challenge League. L-istess jgħodd għaċ- Challenge League li se jinkludi 15-il tim, bl-aħħar erba' timijiet ikunu relegati filwaqt li l-ewwel tnejn ikunu promossi għall-Kampjonat Premier. In- National Amateur League se jinkludi 23 tim fi tliet gruppi. Ir-rebbieħa ta' dawn il-gruppi jiksbu l-promozzjoni għaċ-Challenge League filwaqt li min jispiċċa t-tieni, it-tielet u r-raba' f'kull grupp jilagħbu fuq bażi ta' knock-out biex ikun deċiż ir-raba' tim li jkun promoss. Dwar il-kampjonati tal-Minors, l-istaġun li ġej se jinvolvi erba' diviżjonijiet minflok ħamsa. Dan ifisser li Sezzjonijiet A, B u Ċ se jinkludi 12-il tim minflok 10 filwaqt li l-kumplament tat-timijiet ikunu f'Sezzjoni D. Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/29/ritratti-tieqa-fuq-l-istorja-fil-birgu-imma-dwar-xiex/
Ritratti: 'Tieqa fuq l-istorja' fil-Birgu, imma dwar xiex?
netnews.com.mt
Il-maskri.. l-użu tagħhom, minkejja ċertu skumdita li jafu joħolqu, jaqdu funzjoni kruċjali biex iħarsu lill-bniedem minn bosta theddid. Illum qed ngħixu perjodu fejn qed nagħrfu l-importanza tal-maskri, għax bħala theddida għandna mxija, madanakollu fit-Tieni Gwerra Dinjija l-użu tal-maskri kienu jaqdu funzjoni kemxejn differenti. Fil-Birgu tnediet 'Tieqa fuq l-istorja' fil-Mużew ta' Malta fil-Gwerra, li kull erba' xhur se tkun qed tilqa' fi ħdanha wirja b'rabta ma' numru ta' temi partikolari, għal dawn l-ewwel xhur se jkun hemm wirja ċkejkna fuq il-maskri li kienu jintużaw fi żmien it-Tieni Gwerra, maskri li kienu jilbsu missirijietna biex jevitaw il-gassijiet tal-bombi u n-nugrufun tat-tkissir tal-bini. Fil-wirja hemm il-ħsieb li wkoll tkun interattiva, fejn fejn wieħed ikun jista' anki jimraħ id-dettalji dwar il-maskri, u wirjiet oħra, u kif ukoll ikun hemm spjegazzjoni anki għal dawk li jkunu jridu jisimgħu minflok jaqraw l-istorja. Kelliema ta' Wirt Artna qal lil Net News li dawn il-wirjiet qed jagħtu opportunità li oġġetti storiċi li huma parti minn kollezzjoni li f'waqtiet ikunu riserva, jingħataw aktar prijorità permezz ta' din it-Tieqa. Dan il-proġett ġie miġjub minn Fondazzjoni Wirt Artna, bil-għan li l-istorja ta' pajjiżna tersaq aktar viċin il-poplu, u infatti din il-wirja hija b'xejn għall-pubbliku, wirja li prattikament tista' tgawdiha mit-triq. Din l-inzijattiva għandha s-sapport tal-Fondazzjoni Kottonera.
[ 2 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/l-investitui-mill-arabja-sawdita-jtemmu-l-interess-taghhom-fnewcastle/
L-investituri mill-Arabja Sawdija jtemmu l-interess tagħhom f'Newcastle
netnews.com.mt
L-investituri mill-Arabja Sawdija temmew l-interess tagħhom fil-klabb tal-Premier League Newcastle United. Lura f'April li għadda, investituri mill-Arabja Sawdita flimkien mal-aħwa billjunarji David u Simon Reuben għamlu offerta ta' £300 miljun lil Mike Ashely biex jixtru lill-klabb ta' Newcastle. Minn dakinhar, il-Premier League wettaq evalwazzjoni tal-proposta tal-grupp ta' investituri, bl-istess investituri llum iħabbru li se jkunu qed jirtiraw l-offerta tagħhom wara li l-qbil kummerċjali bejn l-investituri u l-klabb skada. Fi stqarrija l-investituri qalu li jiddispjaċihom li kellhom jiritraw l-offerta tagħhom għaliex kienu kommessi li jerġgħu jwasslu lill-klabb ta' Newcastle lura għall-glorja. Wara li ħarġet din l-aħbar, kien hemm bosta reazzjonijiet bil-maġġoranza jqisu din l-aħbar bħala waħda devastanti għall-klabb ta' Newcastle.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/07/30/il-gvern-b-abbozz-ta-ligi-dwar-twaqqif-ta-awtorita-gdida-minghajr-konsultazzjoni-mal-ghaqdiet-kollha-nvoluti/
Il-Gvern b' abbozz ta' liġi dwar twaqqif ta' awtorità ġdida mingħajr konsultazzjoni mal-għaqdiet kollha nvoluti
netnews.com.mt
Fil-Parlament il-Gvern ressaq abbozz ta' liġi li se jkun qed iwaqqaf awtorità ġdida bl-isem ta' EquestriMalta biex tirregola l-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Minkejja li l-isem tal-awtorità huwa EquestriMalta, il-Gvern naqas milli jikkonsulta mal-għaqdiet tal-Equestrian. Fil-proċess tat-twaqqif ta' din l-awtorità, il-Gvern naqas milli jikkonsulta mal-federazzjonijiet involuti fosthom il-Malta Equestrian Federation u l-Malta Polo Club. Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, qal li din l-awtorità se tkun responsabbli mill-kalendarju tat-tlielaq taż-żwiemel, kif ukoll mill-azzjonijiet dixxiplinarji u miżuri ta' sigurtà. EquestriMalta se tkun ukoll responsabbli mill-prezzijiet tad-dħul għas-segwaċi taż-żwiemel f'pajjiżna. B'reazzjoni għal dan, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Robert Cutajar appella lill-Gvern biex jagħmel konsultazzjoni ma' kull min huwa involut fl-isport taż-żwiemel f'pajjiżna b'referenza għall-assoċjazzjonijiet kollha nvoluti. Cutajar qal ukoll li din il-liġi tressqet bl-għaġla u għall-oppożizzjoni din m'hijiex aċċettabli. Robert Cutajar ressaq numru ta' emendi fejn talab lill-Gvern biex jikkunsidra dawn l-emendi biex tiġi mwaqqfa' awtorità denja u li tixraq lill-isport kollu li jmiss maż-żwiemel wara li tkun saret konsultazzjoni xierqa ma' kull min hu involut. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport wiegħed li jekk issir din il-konsultazzjoni serja, l-oppożizzjoni ma tiddejaq xejn li tappoġja t-twaqqif ta' din l-awtorità bit-tama li l-Gvern ikompli jiddiskuti ma' dawk kollha nvoluti f'dan l-istess abbozz matul ix-xhur tas-sajf biex meta jerġgħa jiltaqa' l-parlament f'Ottubru li ġej din il-ligi tkun tista' tigi approvata bi qbil unanimu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. L-isports taż-żwiemel f'pajjiżna jixraqlu li jkollu awtorità denja li tkompli tgħolli l-livell ta' dan l-isport u r-rispett tad-dilettanti kollha taż-żwiemel.
[ 15 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-itilqu-mill-pn-jekk-tridu-kap-tal-oppozizzjoni-gdid-arrigo/
Filmat: Itilqu mill-PN jekk tridu Kap tal-Oppożizzjoni ġdid – Arrigo
newsbook.com.mt
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal li l-unika mod kif jista' jinħatar Kap tal-Oppożizzjoni ġdid huwa billi l-grupp li vvota kontra Adrian Delia bħala Kap jirreżenja mill-partit u jifforma partit ġdid, b'kap ġdid. Hu qal dan mal-ġurnalisti li lbieraħ staqsewh diversi mistoqsijiet waqt li kien jinsab quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN. Wara li din il-ġimgħa, 19-il membru parlamentari ressaq vot ta' sfiduċja f'Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni fil-konfront tal-11-il persuna li vvutat favurih, Delia qed jaffaċċja ċ-ċans li jitneħħa mill-President George Vella mill-kariga tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Il-mozzjoni ta' sfiduċja f'Delia tressqet minn Chris Said u ġiet sekondata minn Therese Comodini Cachia. Wara dan ir-riżultat, Delia insista li huwa beħsiebu jibqa' Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, għaliex it-tesserati eleġġew lilu. Madankollu, ilbieraħ, il-Membri Parlamentari Chris Said u Claudette Buttigieg marru għand il-President George Vella sabiex dan ineħħi lil Adrian Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni, u minfloku jaħtar lil Therese Comodini Cachia. Filmat: "Imweġġa' u rrabjat imma mhu se naqta' qalbi qatt" – Adrian Delia Klawżola fil-Kostituzzjoni ta' Malta tgħid li l-President għandu l-jedd ineħħi Kap tal-Oppożizzjoni jekk dan ma jibqax igawdi l-appoġġ tal-membri tiegħu. Newsbook.com.mt staqsa lil Arrigo dwar dan u hu wieġeb jgħid li filwaqt li l-President għandu dritt li jneħħi lill-Kap tal-Oppożizzjoni, m'għandux jedd itella' lil ħadd aktar ħlief il-Kap tal-Partit Nazzjonalista bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Dan hekk kif s'issa, il-Partit Nazzjonalista għadu l-akbar partit fl-Oppożizzjoni. Delia insista kemm-il darba li mhux se jkun qed jirreżenja mill-irwol tiegħu bħala Kap tal-PN ladarba kienu t-tesserati li eleġġewh. B'hekk, sakemm il-Partit Nazzjonalista għad għandu l-akbar grupp ta' membri parlamentari fl-Oppożizzjoni, Delia jrid jibqa' jservi bħala kap. Arrigo spjega li l-Kostituzzjoni tieqaf bit-tneħħija tal-Kap tal-Oppożizzjoni, u ma tgħidx iżjed. Qal li b'hekk terġa' tmur fuq l-artiklu ta' qabel, li jgħidlek li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jkun il-Kap tal-Partit. Qal li kemm l-istatut tal-partit, kif ukoll il-Kostituzzjoni, jaqblu dwar dan. Jipproponu lil Therese Comodini Cachia bħala Kap tal-Oppożizzjoni Arrigo insista li jekk xi ħadd irid jagħmel lil xi ħaddieħor bħala Kap tal-Oppożizzjoni, mela dawn iridu jirreżenjaw minn Membri tal-Partit Nazzjonalista, jiffurmaw grupp ieħor u jekk dan ikun l-ikbar grupp tal-Oppożizzjoni mela mbagħad ikunu jistgħu jaħtru Kap tal-Oppożizzjoni ġdid. Meta rrimarka li xi ħaġa bħal din ma tistax issir u li tmur kontra l-Kostituzzjoni, Arrigo qal li ma jafx l-artikli kollha tal-kostituzzjoni għax hu bniedem sempliċi. Aktar tard, hu kompla jispjega din il-proċedura. Qal li dan hekk kif il-Membri Parlamentari li vvutaw kontra Delia huwa akbar minn dawk li vvutaw favurih, mela dawn jistgħu jiffurmaw partit ġdid, jeleġu kap, u dan ikun rikonoxxut mill-President bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni għax imbagħad, il-grupp ikun l-akbar grupp fl-oppożizzjoni. Hemm min iħallas it-tessera taż-żewġ partiti spjega kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien elett b'7,000 vot minn 15,000, intant, deputati oħrajn, inkluż Arrigo, kienu eletti b'aktar minn 100,000 vot. staqsa jekk xi ħaġa bħal din hix kumparabbli. Arrigo qal li kull min ried jivvota anke għal kap seta' jħallas €5 għat-tessera, jidħol membru u jivvota għall-kap. Hu rrimarka li ż-żewġ partiti għandhom din is-sistema fejn il-membri jħallsu t-tessera u li huma prassi normali. Kompla billi jgħid li "hemm min għandu tessera ma' wieħed u tessera mal-ieħor". Meta wieħed iħares lejn l-istatuti taż-żewġ partiti, jara b'mod ċar li persuna jkollha tessera mħallsa fiż-żewġ partiti tmur kontra l-istess statut. Fl-istatut tal-Partit Laburista, Kap III dwar l-isħubija jgħid "persuna msieħba fil-Partit Laburista ma tistax tkun f'xi partit, għaqda jew organizzazzjoni politika, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, li tħaddan principji differenti minn dawk tal-Partit Laburista." Silta mill-Istatut tal-Partit Laburista Intant, l-istatut tal-Partit Nazzjonalista jgħid li "membri tal-partit jiddekadu mis-sħubija b'effett immedjat jekk jirriżulta li: a) issieħbu f'partit politiku ieħor; b) issieħbu f'xi organizzazzjoni, f'Malta jew barra, li n-natura u l-prinċipji tagħha jkunu meqjusa mill-Kumitat Eżekuttiv li jmorru kontra l-prinċipji jew l-interessi tal-partit; c) irtiraw is-sħubija tagħhom mill-partit; jew d) irrifjutaw li jħallsu l-ħlas dovut tas-sħubija." Silta mill-Istatut tal-Partit Nazzjonalista Jekk dak li qal Arrigo huwa minnu, mela ż-żewġ partit qed jiksru l-kostituzzjoni tagħhom stess. Filmat: Il-partitarji favur Delia jinġabru quddiem id-Dar Ċentrali Il-firda fil-PN Arrigo tkellem dwar il-firda fil-Partit Nazzjonalista u sostna kemm din qed tikkawża problemi għalihom kollha. Arrigo qal li fit-tliet snin li ilu viċi kap, ħlief problemi fejn persuni jmorru kontra l-Kap tal-Partit ma kienx hemm. Qal li hu kien wieħed li ma vvutax lil Delia fl-elezzjoni. Spjega li Delia rebaħ l-elezzjoni bir-regoli li għamel ħaddieħor. Arrigo qal li t-tort tan-nuqqas ta' fiduċja tal-pubbliku fil-partit huwa tal-grupp parlamentari kollu. "Xi ħadd mhux se jafdak jekk kull tliet xhur għandek xi ħadd se jaqlalek il-problemi," qal Arrigo. Irrimarka li r-responsabbiltà tas-sitwazzjoni preżenti ma taqax biss fuq spallejn il-grupp li mar kontra l-Kap, iżda fuq spallejn il-grupp kollu. Qal li b'hekk hu talab li kulħadd għandu jġorr ir-responsabbiltà. Dwar jekk Arrigo stess qattx ta' l-parir lil Delia biex iwarrab u jibqa' jaħdem fi strutturi oħra tal-partit minflok bħala kap, Arrigo qal li mhux se jkun hu li jgħid lil Delia x'għandu jagħmel. Hu kompla jgħid li jekk is-sitwazzjoni tibqa' kif inhi, żgur se jkun diffiċli li l-Partit Nazzjonalista jirbaħ elezzjoni. Intant kompla jgħid li jekk qatt ikun hemm lok għal Kap tal-Partit Nazzjonalista ġdid, jekk il-PN jippreżenta lilu nniffsu bħala tim maqgħud, tim ta' persuni ġodda, dawn kollha milqugħin. Qal li hu jaħseb li hemm ċans li wieħed jirbaħ ukoll jekk ikun hemm uċuħ ġodda. B'kandidati ġodda, forsi n-nies iħossu li jistgħu jidentifikaw magħhom. Rappurtaġġ addizzjonali u filmati ta' Monique Agius
[ 12 ]
https://newsbook.com.mt/kompli-dawwal-kull-fejn-tkun-bhal-ma-dejjem-ghamilt/
"Kompli dawwal kull fejn tkun bħalma dejjem għamilt"
newsbook.com.mt
Awguri lill-kantawtriċi Corazon Mizzi li llum qed tiċċelebra għeluq it-33 sena tagħha. Il-kantawtriċi, rebbieħa ta' diversi edizzjonijiet ta' L-Għanja tal-Poplu, li kisbet suċċess ukoll b'albums bħal Hawn Jien u Għall-Bejgħ, u bla dubju il-kanzunetta Id-Dar tan-Nanna, twieldet bħal-lum il-11 ta' Lulju tal-1987. Fost il-messaġġi li twasslu fuq il-midja soċjali f'okkażjoni ta' dan il-jum hemm dak tas-sieħeb il-kantanta Neville Refalo li ddeskriva lil Corazon bħala tfajla solari, li tarmi pożittività kull fejn tkun. Hu ddikjara pubblikament li jħobbha għalkemm din id-dikjarazzjoni jagħmililha kuljum, filwaqt li żied li huwa xxurtjat li għandu lilha f'ħajtu biex tagħmilielu sabiħa bla qies! "Kompli dawwal kull fejn tkun bħalma dejjem għamilt," temm jgħid il-messaġġ ta' Neville. Ritratt: Facebook/NveilleRefalo Awguri Corazon!
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/awdjo-bhal-lum-bryan-adams-beda-l-ewwel-minn-16-il-gimgha-fil-quccata-tal-klassifika-ingliza/
Awdjo: Bħal-lum Bryan Adams beda l-ewwel minn 16-il ġimgħa fil-quċċata tal-klassifika Ingliża
newsbook.com.mt
Bħal-lum fl-1991 il-famuża Everything I Do ta' Bryan Adams bdiet l-ewwel minn 16 il-ġimgħa fil-quċċata tal-klassifika Ingliża. Ritratt: Marco Maas U bħal-lum fl-1985 kien sar il-kunċert Live Aid li ġie organizzat biex jinġabru fondi biex jittaffa' l-ġuħ fl-Afrika. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/enciklopedija-antika-cinizi-tinbiegh-1000-darba-aktar-milli-stmata/
Enċiklopedija antika Ċiniża tinbiegħ 1,000 darba aktar milli stmata
newsbook.com.mt
Żewġ volumi ta' enċiklopedija Ċiniża din il-ġimgħa nbiegħu għal aktar minn €8 miljun, 1,000 darba aktar milli kienu stmati li se jġibu. L-enċiklopedija, magħrufa bħala Yongle Dadian, kienet saret għall-Imperatur Yongle li rrenja fiċ-Ċina bejn l-1402 u l-1424. Il-kumpanija tal-irkant Beaussant Lefevre bbażata f'Pariġi qalet li din l-enċiklopedija ħadmu fuqha aktar minn 2,000 studjuż matul erba' snin sħaħ, bejn l-1404 u l-1408. L-enċiklopedija kienet l-akbar waħda fid-dinja u oriġinarjament kienet maqsuma fi 22,977 kapitlu. Fl-1562 l-Imperatur Jiajing kien ordna żewġ kopji tal-enċiklopedija iżda l-kopja oriġinali ntilfet kaġun tal-gwerer, serq u nirien li seħħew sal-1644. Minkejja li ż-żewġ volumi li nbiegħu din il-ġimgħa huma kopji, dawn huma tassew rari fejn 400 biss minnhom, jew 4% tal-enċiklopedija oriġinali, għadhom jeżistu.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-il-kuncert-annwali-se-jkun-qed-isir-joseph-calleja/
Filmat: "Il-kunċert annwali se jkun qed isir" – Joseph Calleja
newsbook.com.mt
Waqt xandira live fuq Facebook, it-Tenur ta' fama internazzjonali Joseph Calleja ħabbar li l-kunċert annwali tiegħu se jkun qed isir ukoll din is-sena. Filwaqt li hu ħabbar li d-data tal-kunċert hija l-4 ta' Settembru, hu qal ukoll li dettalji dwar dan il-kunċert se jkunu qed jinħarġu aktar tard din il-ġimgħa minn NnG Promotions. Dakinhar inkunu nafu min se jkunu l-artisti li se jkunu qed ikunu fuq l-istess palk ma' Joseph Calleja. "Se tkun ċelebrazzjoni ta' mistednin," qal hu filwaqt li qal li jista' jkun hemm xi restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19. Ħabbar ukoll li l-Metropolitan Opera se jkunu ġejjin pajjiżna biex jiffilmjaw kunċert flimkien mas-Sopran Diana Damrau li se tkun hawnhekk mal-familja tagħha. Joseph Calleja kkonferma wkoll l-album il-ġdid tiegħu Mantovani and Calleja li kellu jinħareġ minn Decca Records f'Ġunju, iżda kellu jiġu pospost. Hu qal ukoll li malli s-sitwazzjoni tikkalma aktar, ikun qed iniedi dan l-album fir-Renju Unit.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/ghaddew-3-ijiem-u-l-ebda-hjiel-xse-jaghmel-il-president/
Għaddew 3 ijiem u l-ebda ħjiel x'se jagħmel il-President
newsbook.com.mt
Minkejja li l-President George Vella ilu tlett ijiem li lesta l-laqgħat ta' konsultazzjoni mal-membri tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, huwa għadu ma ta l-ebda ħjiel pubbliku jekk iddeċidiex jew le li jneħħi lil Adrian Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni u floku jaħtar lil Therese Comodini Cachia. Sadanittant qed isir ħafna lobbying mal-membri tal-Eżekuttiv tal-PN kemm mill-kamp favur Delia kif ukoll minn dawk li jriduh jispiċċa minn Kap tal-Oppożizzjoni. Il-laqgħa se ssir għada t-Tlieta filgħaxija. Il-kriżi tal-PN se tkun diskussa fl-Eżekuttiv tat-Tlieta Djarju kważi vojt Skont id-djarju pubbliku, illum il-President kellu attività waħda biss. Fis-2pm huwa ppresieda laqgħa tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Skont l-istess djarju l-President ma kellux attivitajiet pubbliċi la l-Ħadd u lanqas is-Sibt. Huwa probabbli li fl-istess jiem il-President kellu laqgħat mal-konsulenti legali tiegħu u ħin ta' riflessjoni biex jasal għal deċiżjoni. Mis-sorsi li tkellmu ma' Newsbook.com.mt jidher li l-President sab li l-maġġoranza tal-membri tal-Oppożizzjoni ma jridux lil Adrian Delia jibqa' Kap tal-Oppożizzjoni. Jidher li l-President iżda għadu jtella' u jniżżel dwar x'għandu jagħmel wara li jispiċċa Delia. Il-President sab li maġġoranza tal-MPs iridu jneħħu lil Delia – sorsi Tliet esperti kostituzzjonali qalu pubblikament li l-President għandu jaħtar lill-membri tal-Oppożizzjoni bl-akbar appoġġ. Persuni li isimhom mhux magħruf li qed jagħtu parir lill-President qed jagħtuh għażliet differenti li skonthom huma permessi mill-Kostituzzjoni. Parir wieħed hu li l-ewwel ineħħi lil Delia u ftit wara jerġa' jagħmlu. Meta l-President semma din it-teorija waqt il-laqgħat ta' konsultazzjoni r-risposta kienet: "jekk ikollok travu msewwes u tħeħħih tista' terġa' tagħmel l-istess travu?" Proposta oħra quddiem il-President hija li jneħħi lil Delia u ma jagħmel xejn aktar. Sorsi li tkellmu ma' Newsbook.com.mt qalu li f'dan il-każ allura jrid ikun il-Partit Nazzjonalista li jara x'se jagħmel jew inkella l-Qorti Kostituzzjonali. Min huma l-esperti tal-President? Il-Prim Ministru Robert Abela l-Ħadd tkellem b'mod u manjiera li jidher li jaqbel li l-kwistjoni ma għandhiex tissolva mill-President iżda mill-PN. Il-midja tal-Partit Laburista ilha ġranet tagħmel kampanja favur Adrian Delia. Filmat: Iridu jimponu fuq il-ġudizzju tal-President – Abela Stephen Spiteri ma jweġibx lil Newsbook.com.mt Kienu 19-il membri eletti tal-Partit Nazzjonalista, tnejn minnhom fil-Parlament Ewropew, illi f'laqgħa tal-Grupp Parlamentari nhar it-Tlieta, għaddew vot ta' sfiduċja f'Adrian Delia. Kien hemm 11-il membru, inkluż Delia nnifsu, li qalu li għandhom fiduċja f'Delia. Dalgħodu d-deputat Stephen Spiteri f'kumment editjat u mxandar fuq One News inftiehem jgħid li minkejja li kien wieħed mid-19 li sfiduċjaw lil Delia, astjena meta mar għand il-President. Newsbook.com.mt ipprova jikkuntattja lil Spiteri biex jiċċara jekk kienx qed jgħid li astjena dwar jekk Delia għandux jibqa' Kap tal-Oppożizzjoni jew jekk astjeniex meta l-President staqsieh jekk Therese Comodini Cachia għandhiex teħodlu postu. Spiteri ma weġibx għat-telefonati ripetuti minn Newsbook.com.mt Sorsi li tkellmu ma' Newsbook.com.mt iżda li ma rnexxilniex niċċekkjaw indipendentament qalulna li hemm indikazzjoni li xi ħadd minn dawk li vvutaw favur Delia seta' biddel il-vot tiegħu meta mistoqsi mill-President. L-Eżekuttiv tat-Tlieta jista' jħoll u jorbot Waqt li l-pajjiż qed jistenna d-deċiżjoni tal-President, fil-Partit Nazzjonalista qed isir ħafna lobbying għal-laqgħa tal-Eżekuttiv tat-Tlieta. Is-sorsi tagħna qalulna li din tista' tkun laqgħa li tħoll u torbot. Sal-ħin li qed niktbu m'hemm l-ebda mozzjoni quddiem l-Eżekuttiv biex jiġi sfiduċjat Delia kif ma hemm l-ebda mozzjoni biex jitkeċċew mill-PN id-19-il membru fil-Parlament Malti u dak Ewropew li sfiduċjaw lil Delia. Iżda fuq il-mezzi soċjali u fost il-grassroots tal-PN, uħud mill-kamp ta' Delia qed jgħidu li l-Eżekuttiv għandu jkeċċi lil dawn id-19-il MP. Meta Newsbook.com.mt l-Ħadd staqsa lil Delia jikkonfermax jew jiċħad li huwa se jitlob biex dawn jitkeċċew weġibna b'mod li jinftiehem li mhux se jagħmel hekk.
[ 12 ]
https://newsbook.com.mt/ikompli-d-dibattitu-dwar-id-decizjoni-tal-president-fuq-delia/
Ikompli d-dibattitu dwar id-deċiżjoni tal-President fuq Delia
newsbook.com.mt
Id-deċiżjoni tal-President George Vella li għażel li ma jneħħix lill-Kap Nazzjonalista mill-kariga ta' Kap tal-Oppożizzjoni ddominat ir-rappurtaġġ tal-gazzetti u tas-siti tal-midja. Delia 'salvat' mill-President Il- MaltaToday qalet li l-President 'salva' lil Delia li wara l-konferma tiegħu fetaħ il-kanuni fuq il-Gvern Laburista. L-istess sit innota li d-diskors ta' Delia wara d-deċiżjoni tal-President saret f'xandira televiżva mingħajr il-preżenza tal-ġurnalisti. B'hekk l-għassiesa tal-poter ma kellhom ebda opportunità li jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom. Il-MaltaToday kitbet ukoll li l-qasma fi ħdan il-Partit Nazzjonalista reġgħet ġiet ikkonfermata hekk kif dawn il-Membri Parlamentari li vvutaw kontra Delia fil-vot ta' fiduċja għadhom fil-partit. ' Theddid' minn Delia Is-sit Lovin Malta ħa l-kummenti tal-MP Therese Comodini Cachia li kienet il-magħżula fost il-MPs li tilfu l-fiduċja f'Delia biex tieħu postu. Comodini Cachia qalet li Adrian Delia ġieli heddidhom u temmen li se jkompli b'dan it-theddid. Madanakollu ma qalitx li l-missjoni tagħha waslet fit-tmiem tagħha. Interpretazzjoni tal-Kostituzzjoni li 'ma tfisser xejn' Is-sit ta' The Malta Independent ħareġ artiklu ta' opinjoni miktuba minn Prof. Kevin Aquilina. Aquilina huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Liġi fl-Università ta' Malta. Prof. Aquilina jgħid li l-interpretazzjoni tal-President ta' Artiklu 90 tal-Kostituzzjoni tirrendi l-istess artiklu bla tifsira ta' xejn. Jikteb li skont il-Kostituzzjoni, jekk il-President jasal għall-konklużjoni li Delia ma jgawdix l-appoġġ tal-maġġoranza tal-grupp parlamentari tiegħu (kif ammetta George Vella stess) għandu għażla waħda biss: li jneħħi lil Delia minnufih. L-Independent tirrapporta wkoll li Delia qal li jrid ibiddel is-shadow cabinet b'mod drastiku. Qal dan waqt il-programm Realtà fuq it-TVM. L-editorjal tat-Times jistaqsi dwar jekk il-President serviex lid-demokrozija meta wara tliet ijiem ta' konsultazzjonijiet wasal għall-konklużjoni li Delia għandu jibqa' fil-pożizzjoni tiegħu biex iżomm l-istabbilità u l-kontinwità. Il-gazzetta tgħid li bid-deċiżjoni ta' Vella, il-partiti politiċi issa telgħu għal-livell ta' MPs. Illum se jiltaqa' l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista wara li lbieraħ Adrian Delia ġie kkonfermat bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni. Illum jiltaqa' l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista "Jekk il-maġġoranza tkun kontra Delia, inneħħih" – Il-President fi Frar Fi Frar li għadda, il-President George Vella kien qal li jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma jibqax appoġġjat mill-maġġoranza tal-membri fil-Grupp Parlamentari tiegħu, huwa jkollu jneħħih. F'filmat iddatat fis-7 ta' Frar tal-2020 tal-MaltaToday, il-President qal lill-ġurnalisti li jekk ikun hemm "provi konkreti" li Delia tilef is-sapport tal-maġġoranza tal-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni, huwa jieħu azzjoni. Qal li kien ikun fl-obbligu tiegħu li jagħmel dan, skont ma tgħid il-Kostituzzjoni. Lura fi Frar, Vella kien stqarr li ma kienet waslitlu l-ebda evidenza ta' dan li wasslitu biex jieħu azzjoni. Dan kien fil-perjodu meta 17-il Membru Parlamentari talbu lil Delia biex jikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu wara li mar ħażin fi stħarriġ li sar dwar lil min jivvutaw in-nies kieku kellha ssir elezzjoni: jekk hux lill-Partit Laburista jew lill-Partit Nazzjonalista. "Jekk il-maġġoranza tkun kontra Delia, inneħħih" – Il-President fi Frar
[ 12 ]
https://newsbook.com.mt/winnie-xse-tghidlu-lil-adam/
Winnie x'se tgħidlu lil Adam?
newsbook.com.mt
Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa naraw għaliex Benjamin ħassu mweġġa' bl-atteġġament ta' Winnie. X'se tagħmel issa Winnie? Turu jwissi lill-Kummissarju dwar il-Madre. X'se jgħidlu? Min se jċempel lil Valentina u fejn sejra? Winnie tmur tiltaqa' ma' Adam. X'se tgħidlu? Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm. Repetizzjoni ta' dan l-episodju jixxandar għada fl-10.15am.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-xhieda-li-l-belt-valletta-qieghda-terga-tiehu-postha-bhala-c-centru-tal-attivitajiet-kulturali/
Filmat: "Xhieda li l-Belt Valletta qiegħda terġa' tieħu postha bħala ċ-ċentru tal-attivitajiet kulturali"
newsbook.com.mt
Fil-25 ta' Lulju, id-DJ lokali ta' fama internazzjonali Tenishia se jingħaqad għal darb'oħra mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali għal kunċert fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, wara s-suċċess li kiseb TEMPO fl-ewwel edizzjoni tiegħu fl-2018. Kollox jibda mit-8pm 'il quddiem, u d-dħul huwa bla ħlas. Taħt id-direzzjoni ta' Roderick Bugeja, l-udjenza tista' tistenna taħlita ta' siltiet popolari mill-ġeneri muzikali trance u house, b'kanzunetti minn artisti internazzjonali bħal Dash Berlin u Armin Van Buuren. Waqt dan il-kunċert se titfakkar ukoll il-memorja tal-kompożitur, surmast u mużiċista Taljan Ennio Morricone li miet ftit tal-jiem ilu. Jieħdu sehem ukoll il-kantanti lokali Ivan Grech, Brooke, AIDAN u Nicole Frendo, fi spettaklu bi produzzjoni ta' Damian Mizzi u b'arranġamenti orkestrali ta' Aurelio Belli. The Brass House Unit se jkunu qed jallegraw lill-udjenza qabel ma jibda l-kunċert. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera qal li "Dan il-kunċert se jkun l-ewwel avveniment kbir ġewwa l-Belt Valletta wara l-pandemija, opportunità biex in-nies terġa tibda' tgawdi l-ħajja soċjali kif nafuha fil-Kapitali tagħna". Tenna wkoll li "permezz tat-taħlita ta' ġeneri mużikali u strumenti differenti, dan il-kunċert se joffri xi ħaġa għal kulħadd." Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli sostniet kemm hu importanti li nżommu l-belt kapitali tagħna ħajja, u huwa għalhekk li l-Ministeru għat-Turiżmu qiegħed jinvesti bis-sħiħ dan is-sajf f'avvenimenti varji għal etajiet u ġeneri differenti f'kull sena sħiħa ta' attivitajiet. "Biżżejjed naraw kif is-sena l-oħra biss rajna maż-2 miljuni u nofs turisti li żaru l-Belt Valletta u avvenimenti bħal dawn mhux biss jallegraw din il-Belt sabiħa tagħna, iżda jippromwovu wkoll it-talent lokali", stqarret il-Ministru Farrugia Portelli. Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li "ninsabu ħerqanin biex nilqgħu lill-pubbliku ġewwa l-Belt Valletta għal dan l-avveniment li mhux ta' min jitilfu – kuncert li se jkompli jiġbed nies ta' kull età lejn il-Belt bħala parti mill-ħidma tagħna lejn ir-riġenerazzjoni soċjali, kulturali u ekonomika tal-Belt Valletta, kif ukoll parti mil-legat ta' Valletta 2018." Id-Deputat Kap Eżekuttiv u Chief Marketing Officer tal-MTA Carlo Micallef stqarr li "Dan l-avveniment huwa xhieda li l-Belt Valletta qiegħda terġa' tieħu postha bħala ċ-ċentru tal-attivitajiet kulturali f'pajjiżna wara l-waqfa ikkawżata mill-pandemija tal-Covid. Kemm it-turisti kif ukoll l-udjenza lokali draw japprezzaw dak kollu li toffri l-Belt Valletta mill-aspett kulturali, u avvenimenti ta' dan it-tip ikomplu jżidu fil-kwalità tal-prodott li l-belt diġà toffri f'ammont sostanzjali." Iċ-Chairman tal-MPO, Sigmund Mifsud, qal li "Dan huwa wieħed mill-ewwel kunċerti fuq skala kbira tal-MPO wara l-COVID-19. Bħala organizzazzjoni kulturali, aħna dejjem nenfasizzaw li l-arti għandha tkun katalist biex tispira lin-nies. Wara li l-orkestra nediet il-programm onlajn tagħha waqt il-pandemija, dawn l-avvenimenti ħajjin għandhom l-għan li jimmotivaw lill-udjenzi biex issa jerġgħu jgawdu l-ħajja soċjali mill-ġdid. Għalhekk ninsabu kuntenti li se nikkollaboraw ma' Tenishia għal din is-serata eklettika ta' mużika elettronika u klassika." L-ewwel edizzjoni ta' TEMPO, li saret fil-ftuħ ta' Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, kienet ta' suċċess kbir fost il-pubbliku Malti, u għalhekk l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qed jikkollaboraw flimkien għal darb'oħra biex tittella' edizzjoni sajfija ta' dan il-kunċert, bħala parti minn sensiela ta' attivitajiet sajfin li qed jittellgħu ġewwa l-belt kapitali mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Dan l-avveniment qed jittella' bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Għal aktar informazzjoni, żur il-paġna tal-Valletta Cultural Agency fuq Facebook. Din l-informazzjoni twasslet mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/478-malti-jahdmu-fagenziji-ewropej/
478 Malti jaħdmu f'aġenziji Ewropej
newsbook.com.mt
478 persuna Maltija jaħdmu fl-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Dan qalu l-Ministru għall-Finanzi Evarist Bartolo hu u jwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici. Bonnici staqsa kemm hemm persuni jaħdmu mal-istituzzjonijiet u aġenziji tal-Unjoni Ewropea sal-aħħar ta' April tal-2020. L-Unjoni Ewropea għandha mat-33 aġenzija li jinsabu f'diversi stati membri tagħha. Intant, l-Unjoni Ewropea għandha seba' istituzzjonijiet. Dawn huma: Il-Parlament Ewropew Il-Kunsill Ewropew Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Il-Kummissjoni Ewropea Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea Il-Bank Ċentrali Ewropew Il-Qorti tal-Awdituri
[ 3 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-ghaliex-niccelebraw-il-festa-tal-madonna-tal-karmnu/
Filmat: "Għaliex niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Karmnu?"
newsbook.com.mt
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Ġovann Tabone u Charmaine Rossiter Attard, editur ta' newsbook.com.mt Il-qari tal-ġurnata Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: "Mara, hemm hu ibnek." Imbagħad qal lid-dixxiplu: "Hemm hi ommok". U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/meta-zammejtek-ghall-ewwel-darba-insejt-l-ugigh-kollu-li-ghaddejt-minnu-omm-kersten/
"Meta żammejtek għall-ewwel darba nsejt l-uġigħ kollu li għaddejt minnu" – omm Kersten
newsbook.com.mt
Messaġġ ta' awgurju lill-kantant u mużiċist Kersten Graham li rajna fost il-parteċipanti fil-kompetizzjoni ta' X Factor Malta. Twieled bħal-lum il-15 ta' Lulju tal-1993 u llum qed jiċċelebra għeluq is-27 sena tiegħu. Fost id-diversi messaġġi li Kersten kellu f'okkażjoni ta' għeluq sninu kien hemm dak ta' ommu Jackie li ftakret kif bħal-lum 27 sena hi kellha tifel u kif il-ħlas kein wieħed diffiċli. "Meta żammejtek għall-ewwel darba f'dirgħajni nsejt l-uġigħ kollu li għaddejt minnu," irrakkuntat hi. L-omm saħqet kif il-mużika minn dejjem kienet parti importanti mill-ħajja ta' Kersten u llum huwa wieħed mill-mużiċist mimlija talent li għandna fuq il-gżira tagħna. "Nittama li s-sena li ġejja se ġġibllek aktar suċċessi, saħħa u mħabba," awguratlu l-omm. Ritratt: Facebook/KerstenGraham Ad multos annos!
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/int-l-affarijiet-is-sbieh-kollha-tad-dinja-ghalija-corazon-lil-neville/
"Int l-affarijiet is-sbieħ kollha tad-dinja għalija" – Corazón lil Neville
newsbook.com.mt
Awguri lill-kantant u attur Neville Refalo li llum qed jiċċelebra għeluq it-42 sena tiegħu. Twieled bħal-lum, is-17 ta' Lulju tal-1978. Fost il-ħafna messaġġi fuq il-midja soċjali li bdew jaslulu sa minn lejliet dan il-jum kien hemm dak tas-sieħba tiegħu, il-kantanta Corazón Mizzi li ddeskriviet dan il-jum bħala l-anniversarju tal-ġurnata li fiha dik il-qalb ċkejkna bdiet tħabbat: dik l-istess qalb li, maż-żmien, ġiegħlet tħabbat anke lil tagħha. "Int l-affarijiet is-sbieħ kollha tad-dinja għalija: iż-żahar tal-ward, il-baħar fil-maltemp, l-ispaghetti, tazza nbid kiesħa, nżul ix-xemx, l-ewwel dawl ta' filgħodu, ir-riħa ta' karozza ġdida, il-kotba bit-Taljan, l-arja wara l-ewwel xita, il-lożor maħsulin friski, ir-repertorju ta' Lucio Battisti, is-sintomi kollha tal-kuntentizza," kompliet tikteb hi. Ritratt: Facebook/CorazonMizzi Neville beda l-karriera tiegħu fil-mużika fl-2001 u sal-2007 kien taħt il-ħarsien ta' Brian Cefai. Bejn l-2000 u l-2003 kien id-Direttur tal-Attard Youth Centre Choir u bejn l-2001 u l-2004 kien jifforma parti mill-Amadeus Chamber Choir. Attenda kors tad-drama ta' erba' snin taħt is-superviżjoni ta' Mark Doneo u ieħor taħt is-superviżjoni ta' Jeffrey Abela. Tħarreġ ukoll fid-drama mal-Masquerade u ħa sehem ukoll fi proġett tal-Unjoni Ewopea bl-isem ta' Synergy… Ready, Steady, Go! bil-parteċipazzjoni ta' membri mill-Awstrija, il-Polonja, Franza, Belġju u l-Iżviżżera. Neville hu kwalifikat fil-mużika u fil-pjanu mir-Royal School of Music ta' Londra. Bħala attur rajnieh f'numru ta' sensiliet bħal Amen, Id-Dar tas-Soru, Solitaire, Miriana Coljerò, It-Tmien Nota, Santa Monika, Xablott, Deja Vù, F'Salib It-Toroq u Vittmi. Dan kollu minbarra d-diversi produzzjonijiet mużikali u avvenimenti li ttellgħu matul is-snin. Nawguraw lil Neville l-isbaħ xewqat f'dan il-jum.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/xhemm-miktub-fl-ittra-li-winnie-sabet-fuq-il-mejda/
X'hemm miktub fl-ittra li Winnie sabet fuq il-mejda?
newsbook.com.mt
Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa se niskopru x'kien hemm miktub fl-ittra li Winnie sabet fuq il-mejda? Etienne ikellem lil Chris dwar dak li xtaq Frankie. X'se jgħidlu Chris u għaliex jinsab tassew irrabjat? Għaliex Brenda u Kristianne jibdew jiġġieldu bejniethom u x'se jmur jagħmel għandhom Karl? Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. L-episodju tal-lum ikollu repetizzjoni nhar it-Tnejn fl-10.15am.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-ahna-fuq-xiex-se-nkunu-ggudikati-the-hand-book/
Filmat: "Aħna fuq xiex se nkunu ġġudikati?" – The Hand-Book
newsbook.com.mt
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Ġiovann Tabone u Charmaine Rossiter Attard, editur ta' newsbook.com.mt Il-qari tal-ġurnata Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu: "Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?". Iżda hu qalilhom: "Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi". "Tridx immorru niġbruha?", qalulu l-qaddejja. "Le, qalilhom, għax intom u tiġbru s-sikrana għandkom mnejn taqilgħu magħha l-qamħ ukoll. Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid lill-ħassada: Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi"". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/qatt-mhu-accettabbli-li-tivvota-kontra-l-partit-arrigo/
"Qatt mhu aċċettabbli li tivvota kontra l-partit" – Arrigo
newsbook.com.mt
Photo: Partit Nazzjonalista Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal li wieħed jivvota kontra l-partit tiegħu stess qatt mhu aċċettabbli. Hu qal dan permezz ta' post fuq Facebook fejn kien qed jitkellem dwar is-survey tal-MaltaToday li kkumpara l-fiduċja f'Therese Comodini Cachia meta kkumparata mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u anke mal-Prim Ministru Robert Abela. Arrigo qal li Comodini Cachia waqgħet mal-ewwel ostaklu. Qal li l-istħarriġ jikkontradixxi dak li qalet hi meta sostniet li issa l-partit huwa unit. "Irnexxieli nġib l-għaqda fl-aħħar jiem; Nibqa' determinata li nservi" – Comodini Cachia Hu spjega kif Comodini Cachia kienet talbet, kemm bil-miktub u anke b'mod verbali, għar-riżenja tiegħu. Hu rringrazzja lill-coronavirus talli ppermetta li hu jibqa' f'din il-pożizzjoni. "Ix-xewqa tagħha ma saritx realtà," qal Arrigo. Sostna li l-ewwel sitt xhur tal-2020 kienu l-aqwa xhur finanzjarji għall-partit. Arrigo rrimarka li kien hemm tliet snin ta' attakki interni li ppruvaw jgħarrqu l-partit. Hu qal li l-istampa tiggrava meta l-attakki jmorru kontra d-demokrazija. L-għajta kurrenti għaliex Delia għandu jibqa' Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-PN hija għax kien elett demokratikament wara vot li ttieħed mit-tesserati. Dan minkejja l-voti ta' sfiduċja li kiseb fil-konfront tiegħu fl-aħħar ġimgħat mill-ogħla istituzzjonijiet tal-partit. Filmat: "Ikollu jitlaq jekk ma jirnexxix fl-elezzjoni li jmiss" – Arrigo Arrigo kompla billi appella li sabiex il-partit jibqa' unit minn tal-inqas sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. Not much joy for designate leader of the opposition. She fell on the first hurdle. This Maltatoday survey contradicts… Posted by Robert Arrigo on Saturday, July 18, 2020 Xi jgħidu s-surveys tal-MaltaToday? Is-survey tal-ġimgħa li għaddiet tal-MaltaToday ħareġ li Comodini Cachia kellha l-fiduċja ta' 31% tal-votanti tal-Partit Nazzjonalista. Intant, Delia jgawdi l-fiduċja ta' 32.7%. Intant, f'survey ippubblikat illum , Comodini Cachia baqgħet ma għamlitx impatt kbir mal-votanti tal-partit. Is-survey ikkumpara l-fiduċja tal-votanti f'Comodini Cachia meta kkumparata mal-Prim Ministru Robert Abela. Ir-rata ta' fiduċja hija dik ta' 13.1%. Intant Delia jgawdi minn rata simili, li hija dik ta' 13.2%. Skont l-istess survey, jidher li b'Comodini Cachia hemm ċans li Abela jikseb vantaġġ akbar. Filwaqt li b'Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni Abela jgawdi minn rating ta' fiduċja ta' 57.7%, kontra Comodini Cachia jgawdi minn fiduċja ta' 58.4%. Analiżi tas-survey tal-MaltaToday qed turi li bħalissa hemm ċans li d-distakk bejn iż-żewġ partit prinċipali fil-pajjiż huwa ta' 72,000 vot.
[ 12 ]
https://newsbook.com.mt/16-il-siegha-wara-il-ftehim-ghandu-il-boghod/
Filmat: 16-il siegħa wara, il-ftehim għadu 'l bogħod
newsbook.com.mt
Komplew dalgħodu id-diskussjonijiet fuq livell ta' kapijiet tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, dwar l-Fond ta' Rkupru maħsub biex jagħmel tajjeb għall-problemi ekonomiċi li qed jiffaċċjaw għadd ta' pajjiżi minħabba l-coronavirus. Wara 16-il siegħa ta' negozjati li ntemmew fis-2 ta' filgħodu, il-kapijiet Ewropej bdew jiltaqgħu dalgħodu fil-11am. L-ebda progress irreġistrat s'issa hekk kif l-ikbar diverġenzi jibqgħu dawr il-Pjan ta' Rkupru imsejjaħ 'New Generation EU' li jinvolvi €750 biljun. Pajjizi bħal l-Olanda, l-Awstrja, id-Danimarka u l-Fillandja qed jimponu kundizzjonijiet għal riformi fis-swieq tax-xogħol u tal-pensjonijiet fi Spanja, l-Italja, Franza u l-Greċja. Aqra ukoll Filmat: Il-PM fi Brussell għas-Summit dwar il-baġit Ewropew
[ 1, 10 ]
https://newsbook.com.mt/grazzi-talli-dejjem-iggib-lilna-l-ewwel/
"Grazzi talli dejjem iġġib lilna l-ewwel"
newsbook.com.mt
Awguri lill-kantanta Eve Daly li llum qed tiċċelebra għeluq is-67 sena tagħha. Twieldet bħal-lum id-19 ta' Lulju tal-1953. Fost l-ewwel messaġġi li wasslulha hekk kif qalbet il-ġurnata kien hemm dak ta' Soleil Pitre, in-neputija tal-kantant li rringrazzjat lil nannitha ta' dak kollu li tagħmel għaliha. Hija żiedet tgħidilha li dejjem kienet hemm għaliha kull meta kellhom bżonn u dejjem tpoġġi tbissima fuq wiċċhom. "Ma nafx x'nagħmel mingħajrek," qaltilha t-tfajla waqt li żiedet li l-familja tapprezza dak kollu li hija tagħmel għalihom għax dejjem iġġibhom il-bżonnijiet tagħhom l-ewwel. Eve bdiet il-karriera tagħha mal-banda tal-iskola ta' Santa Monica tal-Mosta. Kien Charles Thake li emmen fil-kapaċitajiet ta' Eve wara li raha f'operetta li kienet ittellgħet fl-iskola tagħha. Wara bdiet tidher ukoll fuq it-televiżjoni fi programmi bħal Dawra Durella u Paġni Mżewqa. Eve, li hija miżżewġa lil Richard Camilleri kienet tkanta wkoll fl-Ingilterra, fit-Tuneżija u fl-Awstralja. Fl-2010 ħadet sehem fit-tieni semi finali tal-Malta Song for Europe bil-kanzunetta The Best Years ma' Godwon Lucas. Flimkien ma' Godwin Lucas kienet ukoll ħarġet is-CD An Evening with Eve Daly and Godwin Lucas. Eve Daly ma' Godwin Lucas, Rodrick Eddleston u Ivan Borg Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/l-izjed-persuna-importanti-fhajti-clayton-dwar-charis/
"L-iżjed persuna importanti f'ħajti" – Clayton dwar Charis
newsbook.com.mt
Clayton Iċ-Ċomba Zammit u Charis Busuttil L-attur Clayton "Iċ-Ċomba" Zammit li narawh fil-karattru ta' Frankie fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa, li s-sitt u l-aħħar staġun tagħha qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315, sab l-imħabba ta' ħajtu u flok b'ċurkett hu u Charis Busuttil iddeċiedew li jiddikjaraw imħabbithom lil xulxin permezz ta' tpinġija. "Jien u Charis iltqajna disa' xhur ilu, eżattament fit-13 ta' Ottubru tal-2019, waqt li konna f'pantomima jisimha "Peter Pan tal-Ġenn Man". Wara li komplejna b'ħajjitna ddeċidejna li nitgħarsu u għalhekk għażilna li flok nagħtu ċurkett, nagħmlu d-dikjarazzjoni tagħna b'mod differenti," spjega l-attur. Żied jgħidilna li Charis tħobb ħafna t-tpinġija. Hu qatt ma kellu minkejja li dejjem xtaq. Izda minħabba li missieru, li llum hu mejjet, qatt ma riedu jagħmel waħda, dejjem żamm lura. L-attur jistqarr li Charis bidlitlu ħajtu. "Kien għalhekk li għażilna t-tpinġija flimkien u għamilniha flimkien," kompla jgħidilna. Fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook Clayton iddeskriva lil Charis bħala l-imħabba ta' ħajtu, kif ukoll l-iżjed persuna importanti f'ħajtu. Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Clayton u lil Charis għal aktar snin ta' mħabba flimkien.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/kaz-impuratat-ta-coronavirus/
Żewġ każi impurtati ta' coronavirus
newsbook.com.mt
Malta reġistrat każ ġdid ta' coronavirus li ġie impurtat minn barra. Aktar tard, ġie rrappurtat li kien hemm każ ieħor. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa. Intqal li l-persuna esperjenzat sintomi jiem wara li rritornat lura Malta minn barra. Bħalissa qed isir il-contact tracing. Fl-aħħar 24 siegħa saru 848 swab tests. Bħalissa hawn 4 każi attivi ta' COVID-19. Jinstab każ ieħor Ftit qabel is-7pm it- Times of Malta qalet li nstab każ ieħor ta' coronavirus. Is-sit qal li immigrant li kien fost il-grupp ta' 63 persuna li ddaħħal Malta lbieraħ ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mal-wasla tiegħu. Is-sit ikkwota kelliem għall-Ministeru għas-Saħħa. Newsbook.com.mt ċempel lill-kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa. Din irrifjutat li twieġeb il-mistoqsijiet, insistiet li d-domandi għandhom jintbagħtu bil-miktub u mbagħad qatgħet il-linja. Newsbook imbagħad bagħat il-mistoqsijiet bil-miktub, imma reġa' baqa' bla tweġiba. Matul is-sajf se jibqa' jsir ir-random swabbing għal COVID-19 fid-djar tal-anzjani minn żmien għal żmien. Dawn it-testijiet se jibqgħu jsiru lir-residenti kif ukoll lill-ħaddiema. Fl-Isptar Mater Dei se jibqa' jsir it-test lil kull pazjent li jidħol u jkun se jinżamm. Se jkompli r-random swabbing għall-COVID-19 fid-djar tal-anzjani
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-pozittiv-li-malta-tappoggja-l-mekkanizmu-tas-saltna-tad-dritt-peter-agius/
Filmat: "Pożittiv li Malta tappoġġja l-mekkaniżmu tas-saltna tad-dritt" – Peter Agius
newsbook.com.mt
L-avukat u eks-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius stqarr li l-fatt li Malta aċċettat il-propost tas-saltna tad-dritt fil-fondi Ewropej hija aħbar pożittiva. Qal li ma stenna xejn iktar mill-Prim Ministru Malti Robert Abela li jgħid li jaqbel. Spjega li l-proposta kienet li l-fondi Ewropej jintrabtu ma' kemm il-pajjiż jirrispett għall-valuri Ewropej fosthom is-saltna tad-dritt. Huwa kien qed jikkumenta dwar l-istqarrija tal-PM ilbieraħ fejn f'kollegament telefoniku minn Brussell qal li Malta qed tappoġġja l-kundizzjoni tas-saltna tad-dritt għall-fondi Ewropej. Malta tappoġġja l-kundizzjoni tas-saltna tad-dritt għall-fondi Ewropej "Mistenni l-akbar pakkett finanzjarju li qatt kellha Malta" – il-PM minn Brussell Dan is-summit Ewropew sa issa huwa l-itwal summit f'20 sena hekk kif l-itwal wieħed kien dam 5 ijiem f'Nizza fi Franza fis-sena 2000. Jibqa' ma jintlaħaqx ftehim: is-Summit tal-UE se jkompli llum fl-4pm Newsbook.com.mt ħa l-kummenti tal-espert fl-Unjoni Ewropea Dr Peter Agius dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa. Huwa qal li jidher li t-taħditiet qed jikkonċentraw dwar id-daqs tal-pakkett finanzjarju. Peter Agius spjega li dan kien l-ikbar test li kellu sa issa minn kemm ilu fil-kariga ta' President tal-Kunsill Ewropew peress li t-taħditiet dwar il-baġit Ewropew dejjem ikunu l-aktar diskussi u l-aktar li jdumu. Qal li qed juża tattika li jibqa' jimbotta għaliex hemm tama li jintlaħaq riżultat konkret. Ix-xaqq ta' dawl huwa li ġie maqbul il-mekkaniżmu tal-prinipju tas-saltna tad-dritt li permezz tiegħu il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jieħdu l-fondi Ewropej. Huwa qal li dan id-deterrent qed ikun immexxi l-aktar mill-Partit Popolari Ewropew. Qal li dan il-kriterju huwa "il-bomba atomika" peress li qiegħed hemm pero jittama li ma jintuża qatt biex xi pajjiż jitwaqfulu l-fondi. Agius tkellem ukoll dwar it-taxxi tal-kumpaniji li l-Ewropa trid li tibda tieħu mill-Membri Stati. Qal li għalkemm kienet issemmiet din il-proċedura sa issa jidher li għad m'hemm l-ebda deċiżjoni. Stqarr li d-diskussjoni qed tiffoka fuq ir-rebates li jieħdu l-pajjiżi msejjħa Frugal, li huma l-Awstrija, l-Ġermanja, l-Isvezja u d-Danimarka u għaldaqstant mhemmx diskussjoni fuq it-taxxi diretti. L-intervista sħiħa xxandret waqt il-programm Newsbook Hour fuq 103 Malta's Heart:
[ 3 ]
https://newsbook.com.mt/dawn-huma-granet-suwed-fil-familja-taghna-priscilla-presley/
"Dawn huma ġranet suwed fil-familja tagħna" – Priscilla Presley
newsbook.com.mt
Aktar kmieni llum Priscilla Presley kisret is-silenzju fil-familja tagħha u tkellmet għall-ewwel darba fuq il-mewt tan-neputi tagħha Benjamin Keough, bin it-tifla tagħha Lisa Marie. Priscilla, li llum tgħodd 75 sena, u li kienet miżżewġa lil Elvis Presley iddeskriviet dan il-perjodu bħala "ġranet suwed fil-familja tagħna". Benjamin Keough miet b'suwiċidju nhar it-12 ta' Lulju fl-età ta' 27 sena. "Bħalissa qed nipprova ngħaqqad il-biċċiet kollha flimkien. Kuljum inqum nitlob li l-affarijiet se jkunu aħjar. Imbagħad niftakar f'binti u minn dak li tinsab għaddejja minnu, u niftakar ukoll f'Danny, missier Benjamin, li jinsab kompletament mitluf peress li dan kien l-uniku tifel tiegħu." Priscilla, li bosta wkoll jiftakruha bħala attriċi fis-sensiela Dallas u fil-films ta' The Naked Gun temmet il-kitba tagħha fuq il-profil tagħha billi sellmet il-memorja tan-neputi tagħha, Ritratt: Facebook/PriscillaPresley
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/virtu-jhares-bkunfidenza-lejn-il-futur-ekonomiku-ta-malta/
Virtu jħares b'kunfidenza lejn il-futur ekonomiku ta' Malta
newsbook.com.mt
Il-kumpanija Virtu għandha fidi sħiħa fl-irkupru tal-ekonomija ta' Malta wara l-COVID peress li d-determinazzjoni hija meħtieġa għas-suċċess. Il-kumpanija se tibgħat l-M/V Jean De La Valette fuq ir-rotta Malta-Sqallija bejn il-Belt Valletta, Augusta u Katanja fl-ewwel kwart tal-2021. Il-bastiment se jingħaqad mal-M/V San Ġwann Pawlu II li se jkompli jservi l-portijiet ta' Valletta u Pozzallo. Dan is-servizz skedat addizzjonali huwa bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-importaturi u esportaturi Maltin u Sqallin. Is-servizz b'veloċità għolja doppja juri li huwa katalist biex il-kummerċ u t-turiżmu bejn Malta u Sqallija jerġgħu lura għal-livelli ta' qabel il-COVID u lil hinn. B'kapaċità ta' 800 passiġġier u garaxx għal 156 vettura jew 60 vettura u 20 trailer, il-Jean De La Valette se jkun it-tieni l-ikbar RoPax ta' veloċità għolja skjerat fil-Mediterran, it-tieni biss għall-M/V San Ġwann Pawlu II tal-Virtu wkoll. Il-Jean De La Valette bħalissa jinsab mikri lill-Gvern ta' Trinidad u Tobago li jservi bħala "pont" bejn il-gżejjer f'dak il-pajjiż. Virtu Ferries operaw matul il-lockdown billi ġabu oġġetti essenzjali lejn il-gżira. Il-kumpanija qalet li se jkomplu jagħmlu dan b'rispett sħiħ lejn ir-rekwiżiti tas-saħħa kollha, inkluż id-distanza mill-ġdid soċjali matul il-vjaġġ kollu, l-imbark u l-iżbark.
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-il-kelma-talla-mhux-dejjem-tista-tifhimha-wahdek-pamela/
Filmat: "Il-kelma t'Alla mhux dejjem tista' tifhimha waħdek" – Pamela
newsbook.com.mt
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Bernard Micallef u l-kantanta Pamela Bezzina. Il-qari tal-ġurnata Dak li nżera' f'art kollha blat huwa dak li jisma' l-Kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ, imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; imbagħad jiġi fuqu l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-Kelma, u malajr jitfixkel. Dak li nżera' qalb ix-xewk huwa dak li jisma' l-Kelma iżda l-inkwiet żejjed għall-ħwejjeġ tad-dinja u l-ġibda għall-ġid tal-art joħonqulu l-Kelma, li għalhekk ma tagħmilx frott. Dak imbagħad li nżera' f'art tajba huwa dak li jisma' l-Kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel il-frott; dan jagħmel mija, dak sittin, u l-ieħor tletin". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/il-festival-internazzjonali-tal-loghob-tan-nar-jibda-llejla-minn-ghawdex/
Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar jibda llejla minn Għawdex
newsbook.com.mt
Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar li se jkun mifrux fuq erbat ijiem jingħata bidu għalih għada, il-Ġimgħa 24 ta' Lulju, mix-Xagħra, Għawdex. Fil- qasam kompetittiv tal-festival, li din is-sena taħbat id-19-il edizzjoni tiegħu, se jkunu qegħdin jipparteċipaw sitt kumplessi tan-nar barranin u wieħed lokali. Il-kumplessi barranin ġejjin mir-Renju Unit, l-Isvizzera, l-Italja (tnejn), Franza u l-Ukrajna. Il-kumpless lokali huwa dak tal-Post tan-Nar St Andrew's Band Fireworks, Ħal Luqa. Fis-sessjoni li se ssir fix-Xagħra se jkunu qegħdin jipparteċipaw il-kumpanija Svizzera La Pirotecnica Sagl, CSP Pyrotechnique ta' Franza u l-kumpanija Taljana Polleggi Pyrotecnics. Magħhom se jkun hemm ukoll wirjiet pirotekniċi ssinkronizzati mal-mużika minn sitt kmamar u assoċjazzjonijiet tan-nar Għawdxin – Għaqda Għoxrin ta' Lulju, Sannat; Għaqda tan-Nar Santa Marija, Żebbuġ; Għaqda tan-Nar, Fontana; Qalb ta' Ġesu Fontana Brothers Fireworks Factory, Fontana; Ħmistax ta' Awwissu Fireworks Factory, Sannat u Sezzjoni Nar San Pawl, Munxar. Il-festival se jkun organizzat mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal- Konsumatur flimkien mal-Awtorità għat-Turiżmu, b'kordinament mal-Ministeru għal Għawdex fejn jirrigwarda s-sessjoni tal-festival li se ssir mix-Xagħra, Għawdex. Dettalji dwar is-sessjoni minn Għawdex u dwar il-kumplament tas-sessjonijiet tal-festival ingħataw mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli flimkien mal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u ċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia f'konferenza tal-aħbarijiet li saret il-Ħamis, 23 ta' Lulju 2020, fil-Belvedere, ix-Xagħra, Għawdex. Ritratti: MTCP/MGOZ "Huwa b'sodisfazzjon kbir li se nkunu qegħdin nagħtu bidu għall-festival tal-logħob tan-nar ta' din is-sena minn Għawdex fejn din it-tradizzjoni għandha wkoll għeruq fondi kif rifless minn parteċipazzjoni daqshekk sostanzjali Għawdxija. Ridna wkoll inwasslu dan l-avveniment f'Għawdex biex jitgawda anke mill-Għawdxin li ma jkunux jistgħu jaqsmu lejn Malta għal dan l- avveniment," qalet il-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli. Il-Ministru Farrugia Portelli żiedet tgħid li "is-sajf Malti u Għawdxi huwa karaterizzat mill-festi tradizzjonali fl-ibliet u l-irħula tagħna li min-naħa tagħhom jinkorporaw tradizzjoni kulturali oħra, in-nar. Festi li ma jitgawdewx biss minna l- Maltin u l-Għawdxin imma huma wkoll attrazzjoni turistika ewlenija, qasam li issa bil-mod il-mod qegħdin nerġgħu naqbdu r-ritmu fih wara dak li għaddiet u għadha għaddejja minnu d-dinja kawża tal-COVID-19." Min-naħa tiegħu, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li, "għall-ewwel darba, sitt ikmamar tan-nar u għaqdiet Għawdxin se jkunu qed jagħtu spettaklu flimkien ma' kmamar tan-nar barranin". Dan filwaqt li qal li dan il-lejl ta' spettaklu fix-Xagħra, Għawdex se jkun qed jiftaħ il- Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar. Dan il-festival iservi ta' divertiment għal dawk kollha li jżuru l-gżira u se jkompli jattira aktar viżitaturi lejn Għawdex. Il-Ministru Clint Camilleri spjega li dan l-avveniment issa sar parti mill-kalendarju kulturali annwali flimkien ma' bosta attivitajiet li jittellgħu minn ġimgħa għal ġimgħa ġewwa Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm billi rringrazzja lil dawk kollha involuti sabiex dan il-festival seta' jkun possibbli. Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia tkellem dwar kif l-MTA tinvesti ħafna biex iġġib it-turisti lejn Malta u Għawdex u fit-tħejjija tal-prodott minn diversi aspetti fosthom il-qasam tal-avvenimenti. Fil-fatt qed isir xogħol kontinwu mill-MTA biex il-gżejjer Maltin isiru destinazzjoni tal-avvenimenti. Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar, li issa dħalna fid-19-il sena tiegħu, u "minn sena għall-oħra rajna titjib, u din is-sena mhux se tkun eċċezzjoni. Dan il festival isir mhux biss Malta imma wkoll Għawdex għax nemmnu li Għawdex bħal Malta għandna nbigħuh lit turist bl-istandards u l-livelli għoljin li joffri", temm jgħid Dr Gulia. L-attività f'Għawdex tibda fit-8.30 p.m. u tibqa' sejra sa nofs il-lejl. Il-wirjiet piro-mużikali mill-kumpaniji barranin se jkunu ta' 15-il minuta kull waħda filwaqt li l- parteċipazzjoni ta' sitt postijiet tan-nar u assoċjazzjonijiet Għawdxin se jkunu ta' 10 minuti kull waħda. L-attività tintemm b'wirja minn DCapitals Band. Ritratti: MTCP/MGOZ Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar ikompli t-Tnejn u l-Erbgħa, 27 u 29 ta' Lulju rispettivament bl-attivitajiet isiru fl-Imqabba. F'kull ġurnata jittellgħu żewġ wirjiet piro-mużikali fil-qasam kompetittiv akkumpanjati minn wirjiet pirotekniċi Maltin. Il-Gran Finale jsir il-Ġimgħa, 7 ta' Awwissu fil-Port il-Kbir. L-ammont ta' wirjiet pirotekniċi Maltin bħala akkumpanjament se jkun ta' madwar 37 bis-sehem ta' diversi kmamar tan-nar Maltin u Għawdxin. Għal dan il-festival saru l-arranġamenti neċessarji biex ikun provdut servizz ta' trasport permezz ta' shuttle service mill-Malta Public Trasport mill-Imġarr Għawdex għax-Xagħra u lura.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/tinseraq-l-informazzjoni-ta-eluf-ta-studenti-universitarji-fir-renju-unit-u-l-kanada/
Tinsteraq l-informazzjoni ta' eluf ta' studenti universitarji fir-Renju Unit u l-Kanada
newsbook.com.mt
Insterqet l-informazzjoni tal-istudenti ta' mill-inqas sitt universitajiet fir-Renju Unit u fil-Kanada wara li hackers attakkaw is-servers tal-kumpanija li jużaw biex iżommu l-informazzjoni tal-istudenti onlajn. L-Universitajiet li s'issa huma konfermati li nserqitilhom l-informazzjoni tal-istudenti huma: L-Università ta' York L-Università ta' Leeds L-Università ta' Londra L-Università ta' Reading Ambrose University f'Alberta, fil-Kanada Mill-istess attack fuq Blackbaud nsterqet ukoll id-dejta kollha tal-għaqdiet Human Rights Watch, Young Minds u Rhode Island School of Design fl-Istati Uniti. Il-hackers attakkaw is-servers ta' Blackbaud, li hi waħda mill-ikbar kumpanijii fid-dinja li tipprovdi software għal servizz tal-informazzjoni lil istituzzjonijiet edukattivi, amministrattivi u finanzjarji madwar id-dinja kollha. Blackbaud, li hi bbażata fl-Istati Uniti, qalet li l-hackers serqu l-informazzjoni tal-istudenti li jattendu dawn l-universitajiet f'Mejju. Hija ġiet kritikata b'mod aħrax internazzjonalment talli stenniet sa Lulju biex żvelat dan.
[ 4, 10 ]
https://newsbook.com.mt/vitimalta-progett-gheneb-tal-mejda/
Vitimalta – Proġett Għeneb tal-Mejda
newsbook.com.mt
Il-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo għamel żjara fil-vinja sperimentali fil-limiti tas-Siġġiewi fejn iltaqa' mal-persuni tekniċi ta' Vitimalta u ġie spjegat il-proċess sperimentali li qed twettaq Vitimalta li fiha tħaddan lill-bdiewa membri Maltin u Għawdxin. Vitimalta timpenja ruħha biex isservi ta' suq wieħed ikkontrollat għall-produzzjoni tal-għeneb tal-membri tagħha sabiex tassigura suq u prezz reali, viabbli u sostenibbli għall-membri tagħha u għas-settur vitikulturist inġenerali. Ix-xogħol tagħha jinkludi wkoll riċerka fil-vitikultura u disseminazzjoni ta' informazzjoni xjentifika, teknika u prattika f'dan il-qasam. Il-klima ta' Malta hi addattata ħafna għat-tkabbir ta' dwieli. Madanakollu, is-settur hu kkaratterizzat bi dwieli għall-inbid, iżda mhux bi dwieli li jitkabbru għall-għeneb tal-mejda. Vitimalta dan fehmitu u issa bdiet taħdem ukoll fuq proġett ta' taħwil ta' għeneb għall-mejda. Ritratt: MAFA Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 4 ]