url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://newsbook.com.mt/awdjo-bhal-lum-kienet-harget-l-ewwel-diska-ta-spice-girls/
Awdjo: Bħal-lum kienet ħarġet l-ewwel diska ta' Spice Girls
newsbook.com.mt
Bħal-lum fl-1996 ħarġet għall-bejgħ l-ewwel diska tal-iSpice Girls: Wannabe; filwaqt li bħal-lum fl-2009 kien sar it-tielet kunċert tal-Isle of MTV fuq il-Fosos. Dakinhar kienu kantaw fost oħrajn Lady Gaga u l-Black Eyed Peas. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-hassejt-li-hloqt-kanzunetta-ideali-ghas-sajf-emma-muscat/
Filmat: "Ħassejt li ħloqt kanzunetta ideali għas-sajf" – Emma Muscat
newsbook.com.mt
Għal dawn ix-xhur tas-sajf Emma Muscat ħarġet il-kanzunetta Sangria flimkien mal-kantant Astol. Il-kanzunetta bi stil Latin-Amerikan hi dwar storja ta' mħabba fix-xhur tas-sajf b'vidjow li fl-isfond tiegħu għandu l-baħar Mediterran b'xeni maħduma fil-Blue Lagoon, Forti Sant' Anġlu, il-Port il-Kbir u l-Belt Valletta. Il-partijiet fejn jidher Astol inħadmu f'Ruma. Dwar kif bdiet il-kollaborazzjoni ma' Astol, Emma qalet li hija saret tafu s-sena l-oħra u anke ħadu sehem f'avveniment fl-Italja s-sena l-oħra. "Mill-ewwel ingwalajna flimkien u ddiskutejna l-possibilità li naħdmu fuq kanzunetta flimkien," qalet Emma. "Ftit tax-xhur ilu ħassejt li ħloqt il-kanzunetta dieali għas-sajf. Ikkuntattjajtu immedjatament bagħtlu d-demo. Mill-ewwel għoġbitu u fl-istess ġurnata huwa rrekordja l-partijiet tiegħu u bagħthomli," spjegat Emma. Il-vidjow mużikali ta' Sangria huwa produzzjoni ta' Borotalco.tv li fost id-diretturi tagħha għandha lil Colin Azzopardi li ħadem fuq numru ta' dokumentarji u vidjows mużikali kif ukoll fuq sensiliet bħal Game of Thrones u anke films li rebħu għadd ta' unuri kbar.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/live-fuq-103-xi-jfisser-ghal-malta-u-ghall-accountants-il-moneyval/
Fuq 103: Xi jfisser għal Malta u għall-accountants il-Moneyval?
newsbook.com.mt
Fabio Axisa, il-President tal-Malta Institute of Accountants jispjega xi jfisser għal Malta u għall-accountants ir-rapport tal-Moneyval – daqqa mortali? Newsbook Hour jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-1pm fuq 103 Malta's Heart. Jippreżenta Jesmond Saliba.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/erbgha-jmutu-disgha-l-isptar-wara-nirien-fl-ukrajna/
Erbgħa jmutu, disgħa l-isptar wara nirien fl-Ukrajna
newsbook.com.mt
Erba' persuni tilfu ħajjithom u disgħa oħra ddaħħlu l-isptar wara li nirien tal-foresti baqgħu għaddejjin minn diversi villaġġi fir-reġjun ta' Luhansk fil-lvant tal-Ukrajna nhar it-Tlieta, skont rapporti tas-servizzi tal-emerġenza tal-pajjiż. In-nar qered 80 dar tal-vaganzi u 30 dar oħra f'żewġ villaġġi, irrappurtaw is-servizzi ta' salvataġġ. Matul din ir-rebbiegħa, kien hemm diversi nirien tal-foresti madwar l-impjant nukleari ta' Chernobyl li issa m'għadux jintuża fit-tramuntana tal-pajjiż kif ukoll f'diversi nħawi oħra madwar il-pajjiż, u dan qed iwassal biex il-livelli ta' tniġġis fil-belt kapitali tal-Ukraina Kyiv huma fost l-agħar fid-dinja.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/offerti-tas-sajf-fuq-bov-home-loans/
Offerti tas-sajf fuq BOV Home Loans
newsbook.com.mt
Il-Bank of Valletta qed joffri finanzjament attraenti ħafna fuq il-BOV Home Loans, għall-konsumaturi li jixtiequ jixtru l-ewwel jew it-tieni dar tagħhom. "Il-konsumaturi li qed ifittxu biex jiffinanzjaw ix-xiri tal-ewwel jew it-tieni dar tagħhom, jew biex ilestu d-dar residenzjali tagħhom, jistgħu jibbenefikaw minn rati ta' imgħax baxxi ħafna u kundizzjonijiet ta' self attraenti," qalet Marisa Said, Head Consumer Finance fil-Bank of Valletta. "Is-suq tal-propjetà għaddej minn proċess ta' konsolidazzjoni, bl-indikaturi juru li hemm fis-seħħ aġġustar tal-prezzijiet. It-tnaqqis fil-bolla u fit-taxxa fuq it-trasferiment tal-propjetà, prezzijiet tal-propjetà aktar realistiċi u rati ta' imgħax fuq self mill-banek fl-aktar livell baxx li qatt kienu, wessgħu t-triq kemm għal first-time buyers u kif ukoll għal dawk li f'dawn l-aħħar snin kienu qed jaħsbuha għandhomx jixtru t-tieni propjetà tagħhom. Is-sitwazzjoni attwali tista' isservi bħalha opportunità għal dawn ix-xerrejja prospettivi." "Il-prodotti ewlenin ta' self għad-djar tal-Bank of Valletta ġew riveduti biex jissodisfaw il-bżonnijiet dejjem jinbidlu tal-konsumaturi lokali. B'rati li possibilment huma l-aktar baxxi fis-suq, il-BOV Home Loans jipprovdi aktar aċċessibilità biex dawk li qed ifittxu dar tkun iktar faċli li jsiru sidien tad-djar," ikkonkludiet Marisa Said. Il-Bank of Valletta joffri wkoll self personali biex jgħin lill-klijenti jimlew jew jirrinovaw id-dar tagħhom jew biex jagħmluha iktar energy efficient. Klijenti li jixtiequ jieħdu vantaġġ mill-offerti kurrenti fuq il-BOV Home Loans jew il-BOV Personal Loans, jistgħu jagħmlu appuntament ma' speċjalista fuq is-self għad-djar tal-BOV billi jċemplu fuq 2131 2020 jew jibagħtu email fuq info@bov.com. L-offerta tista' tagħlaq aktar kmieni skond id-diskrezzjoni tal-Bank. Is-self kollu huwa soġġett għal kriterji normali ta' self bankarju, approvazzjoni ta' kreditu mill-Bank u ftehim ta' kreditu. Jista' tintalab garanzija li tinkludi garanzija b'ipoteka jew garanzija oħra komparabbli. Is-self għandu jkun iggarantit minn ipoteka tal-ewwel grad u privileġġ speċjali fuq il-propjetà li tkun qed tiġi ffinanzjata, pledge tal-ewwel grad fuq polza ta' assigurazzjoni tal-ħajja li tkopri l-ammont kollu tas-self u polza ta' assigurazzjoni tal-bini għall-ispiża ta' sostituzzjoni tal-proprjetà li qed tiġi ffinanzjata. Jekk il-ħlasijiet lura ma jsirux, il-bank jista' jieħu passi biex ibiegħ il-propjetà ffinanzjata wara proċeduri legali u min qed jissellef jista' jitlef il-propjetà. Aktar termini u kundizzjonijiet huma disponibbli minn www.bov.com. Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f'termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta' Malta).
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-kantanti-maltin-bvuci-wahda-ghal-richmond-foundation/
Filmat: Kantanti Maltin b'vuċi waħda għal Richmond Foundation
newsbook.com.mt
Organizzazzjoni fir-Russja stiednet lil Claire McCartin u Rebecca Mifsud sabiex jirrappreżentaw lil Malta billi jkantaw vers bil-Malti f'rendizzjoni tal-kanzunetta maħluqa minn Igor Matvienko. Il-messaġġ pożittiv ta' din is-silta saħansitra ispirahom biex jiktbu l-kanzunetta sħiħa bil-Malti u stiednu 13-il kantant lokali u disat itfal biex jieħdu sehem f'dan il-proġett. Minħabba l-miżuri ta' prekawzjoni li kienu fis-seħħ, kull artist kellu jiffilmja lilu nnifsu jkanta l-vrus tiegħu u ħafna minnhom fil-fatt għażlu li jagħmlu dan fid-dar tagħhom stess. L-artisti li jidhru jkantaw fil-vidjow tal-kanzunetta Għix huma Ivan Grech, Andrè Portelli, Claire McCartin, Raqula Dalli Gonzi, Neil Grech, Rebecca Mifsud, Victorio Gauci, Maya Morrow, Chris Grech, Dorothy Borg Bonaci, Stefania Grech Vella, Roger Tirazona u CAIN, li kiteb ukoll il-parti tar-rap. Id-direzzjoni hija ta' Karl Alin Galea. Kien biss grazzi għad-dedikazzjoni u mpenn tal-artisti kollha flimkien mat-tim tal-produzzjoni minn TwelveGold u Somnio Studios li dan il-proġett seta' jitwettaq. It-tim wara din il-kanzunetta iħoss illi permezz ta' dan il-proġett jista' jrodd lura lill-komunità. Għaldaqstant issieħeb mal-Fondazzjoni Richmond sabiex ikun hawn aktar għarfien dwar ix-xogħol siewi li din il-fondazzjoni tagħmel fil-qasam tas-saħħa mentali. Huwa importanti ħafna li nitkellmu dwar dan is-suġġett b'mod partikolari f'dan iż-żmien delikat fejn ilkoll kemm aħna ġejna b'xi mod milquta mill-imxija talCovid-19. Huwa importanti wkoll li ngħinu lill-Fondazzjoni Richmond permezz tad-donazzjonijiet tagħna sabiex din tkun tista' tkompli toffri s-servizzi tagħha lin-nies li għandhom bżonn l-għajnuna.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/l-akkademici-jghidu-li-s-sitwazzjoni-politika-mhix-tenibbli/
L-akkademiċi jgħidu li s-sitwazzjoni politika mhix tenibbli
newsbook.com.mt
Il-kwalitajiet tat-tmexxija u tal-governanza tajba reġgħu ddominaw il-ġurnali u l-konverżazzjonijiet din il-ġimgħa. Wara l-protesti li ħakmu l-pajjiż f'Novembru tal-2019, u mbagħad il-perjodu inċert tal-pandemija tal-Covid-19, l-iskandlu wara ieħor li jitfaċċa fuq in-naħa tal-Gvern donnu qed jiġi bilanċjat bid-diżgwid fi ħdan l-Oppożizzjoni. Diversi esperti qasmu l-fehmiet tagħhom dwar dan ma' Newsbook.com.mt. Id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà Prof. Andrew Azzopardi, il-lecturers fil-Fakultà tal-Ekonomija Dr Stephanie Fabri u Dr George Vital Zammit ilkoll qablu fuq ħaġa waħda – li xejn ma jista' jirbaħ l-importanza tat-tmexxija u ta' governanza tajba. Qablu li dan huwa iżjed importanti fi żminijiet ta' sfida bħalma kienet l-esperjenza tal-Covid-19. Bi tmexxija b'saħħitha u bl-isforzi kordinati li saru minn ishma differenti, Malta rnexxielha tiġġieled din l-isfida ta' saħħa pubblika. " Kwistjoni aktar fonda milli naħsbu" Prof. Andrew Azzopardi ddeskriva d-doża ta' kuljum ta' rappurtaġġ mill-qorti u r-riżultati tal-ġurnaliżmu investigattiv bħala waħda xokkanti. Osserva illi hemm ċans raġonevoli li din il-kwistjoni hija aktar fonda milli nistgħu nimmaġinaw. Prof. Azzopardi semma kif mill-istituzzjoni staġnati bin-nuqqas t'azzjoni, b'sistema politika li hi viċina wisq tas-settur tan-negozju, u anke wara li ċerti fatti ġew żvelati, huwa ċar li s-sistema politika hija marida. Fi żmien ta' tbegħid soċjali, Prof. Azzopardi rrakkomanda li jkun hemm tbegħid ta' xort'oħra, tbegħid mill-passjonijiet li jżommu lin-nies milli jaraw l-istampa kollha u milli jifhmu minn fejn oriġinat is-sitwazzjoni preżenti. Huwa staqsa jekk din is-sitwazzjoni kinitx riżultat ta' aġir apatetiku lejn il-governanza mniġġsa bir-regħba u l-egoiżmu. "Il-politiċi għandhom dover lejn iċ-ċittadini" Dr Stephanie Fabri esprimiet l-opinjoni li l-korruzzjoni m'għandhiex tiġi tollerata. Qalet li l-partiti politiċi għandhom jaħdmu sabiex jikkompetu fuq l-aħjar politicies għall-futur tal-pajjiż, sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja u jsaħħu s-soċjetà. Ekonomija b'saħħitha, skont l-ekonomista, hija waħda li tieħu ħsieb lil dawk l-aktar vulnerabbli. Saħqet li l-Maltin għandhom id-dritt li jitolbu t-trasperenza, l-onestà u l-kontabbiltà mingħand ir-rappreżentanti eletti minnhom stess. Il-lecturer qalet li n-nies iridu jaraw klassi politika li verament tilqa' l-valuri tad-demokrazija, u li tifhem li l-poter mhuwiex tagħhom, imma ġie delegat lilhom miċ-ċittadini. Żiedet tgħid li n-nies jixirqilhom klassi politika matura, umli u leali lejn il-pajjiż. Min hu l-iktar addattat għal PM? 56% jagħżlu lil Abela; 11% lil Delia – stħarriġ "Ma jistax ikollna oppożizzjoni dgħajfa u mkissra" Min-naħa tiegħu, Dr George Vital Zammit kiteb li wasal iż-żmien li nibdew inħarsu lejn riforma u tibdil sħiħ fis-sistema politika kurrenti, li wriet il-fraġilità u d-dgħufijiet tagħha. Qal li dan japplika kemm għall-Gvern, kif ukoll għall-Oppożizzjoni. Dr Vital Zammit stqarr li fl-aħħar snin, in-nies bdew jippretendu anqas u anqas mingħand il-politiċi. "Donnha l-aktar ħaġa li kien jimpurtahom minnha n-nies kienet li Malta ssalva politikament." Kompla jispjega li ċ-ċittadini għenu biex jinħolqu realtajiet alternattivi, fejn il-politiċi pinġew stampi lil hinn mill-verità. Temm jgħid li demokrazija żgħira bħal Malta teħtieġ oppożizzjoni aktar b'saħħitha, u l-pajjiż ma jistax jippermetti li jkollu oppożizzjoni dgħajfa, fraġli u mkissra. Semma kif it-tmexxija politika trid terfa' r-responsabbiltà tagħha lejn il-popolazzjoni u s-soċjetà, u mhux lejn il-kostitwenti tal-partit. Jekk dan ma jsirx, ikun theddida għad-demokrazija. Waranofsinhar, ħarġet l-aħbar li l-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia se tiġi nnominata biex tkun il-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid, wara li Adrian Delia ġie sfiduċjat mill-maġġoranza tal-MPs din il-ġimgħa. Se jipproponu lil Therese Comodini Cachia bħala Kap tal-Oppożizzjoni
[ 12 ]
https://newsbook.com.mt/tnedija-tal-kampanja-healthy-minds-work/
Tnedija tal-kampanja Healthy Minds Work
newsbook.com.mt
Il-Fondazzjoni Richmond u Deloitte Consulting, bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Deloitte, ħabbru t-tnedija tal-kampanja Minds Healthy Work. Wara analiżi fil-fond ta' aktar minn 20 sena ta' esperjenza tar-Richmond fis-saħħa mentali, il-kollaborazzjoni issa qed tniedi din il-marka ġdida għal entitajiet korporattivi. It-titjib tal-benessri mentali tal-impjegsati fuq il-post tax-xogħol sar kruċjali fid-diskors u l-aġendi tal-kumpaniji. Meta tgħaqqad l-esperjenza u l-kompetenza tal-Fondazzjoni Richmond u Deloitte Consulting, il-pakketti mfassla mill-ġdid għandhom l-għan li jissodisfaw il-bżonnijiet ta' kull organizzazzjoni b'għażliet ġodda u aktar sostenibbli għal appoġġ professjonali. It-tnedija ta' Healthy Minds Work se ssir fit-22 ta' Lulju permezz ta' webinar Zoom, fejn il-mistednin se jkollhom l-opportunità li jaraw dawn il-pakketti ġodda għall-ewwel darba. Il-Fondazzjoni Richmond u Deloitte Consulting qed iħarsu 'l quddiem biex jaqsmu l-prodotti aggornati tagħħom u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija li jista' jkun hemm. Huma se jkunu kuntenti li jaraw kif l-aħjar organizzazzjoni tista' tibbenefika minn dawn is-servizzi. Aġenda: 10.30 Diskors ta' merħba minn Stephania Dimech Sant, CEO Richmond Foundation 10:35 Diskors dwar il-kollaborazzjoni bejn Deloitte Foundation u r-Richmond Foundation minn Booker Malcolm mill-Fondazzjoni Deloitte 10:40 Diskors dwar il-benessri mentali fuq il-post tax-xogħol – perspettiva tar-riżorsi umani minn Adrian Mamo, Maniġer mid-Deloitte Malta 10:50 Introduzzjoni ta' Minds Healthy Work minn Dragan Donkov, Maniġer, Tagħlim u Żvilupp mir-Richmond Foundation 11:10 Ħin għall-mistoqsijiet Biex tirreġistra għall-avveniment, ikklikkja fuq din il- link .
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-zghazagh-li-salvaw-mill-massakru-tan-norvegja-fl-2011/
Ritratti: Żgħażagħ li salvaw mill-massakru tan-Norveġja fl-2011
newsbook.com.mt
Dawn iż-żgħażagħ kienu xhieda ta' wieħed mill-agħar każi ta' qtil tal-massa li qatt seħħ fi żmien ta' paċi. Huma kienu fuq il-gżira ta' Utoya fin-Norveġja, meta l-estremista Anders Breivik qatel 77 persuna u darab aktar minn 200 oħra meta nfexx jispara bl-addoċċ fuq dawk miġbura fuq il-gżira. F'Awwissu li għadda huwa ntbagħat il-ħabs qrib Oslo għal 21 sena, sentenza li tista' tiżdied jekk jitqies li jkun għadu ta' theddida għas-soċjetà. Il-fotografa Andrea Gjestvang rebħet kompetizzjoni internazzjonali b'dawn ir-ritratti li ħadet lill-uħud minn dawk li salvaw. Il-kollezjoni bl-isem 'Jum Wieħed fl-Istorja' turi kif uħud minn dawn it-tfajliet u ġuvintur reġgħu bnew ħajjithom.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-kelb-jiffirma-ma-tim-tal-futbol-fl-istati-uniti/
Ritratti: Kelb jiffirma ma' tim tal-futbol fl-Istati Uniti
newsbook.com.mt
Spike 'jiffirma' l-kuntratt mal-klabb ta' Atlanta United Spike, kelb tar-razza Labrador Retriever, ngħaqad mat-tim tal-futbol Atlanta United fl-Istati Uniti. Il-kelb ta' tliet xhur se jqatta' sa 16-il xahar fil-pitch tat-tim jipprattika biex isir kelb li jagħtu servizz lil dawk li jkollhom bżonn l-għajnuna tiegħu minħabba xi diżabbiltà. Spike huwa l-ewwel kelb li jagħti dan is-servizz f'tim tal-Major League Soccer u diġà sar ħaġa waħda mal-plejers l-oħra fil-klabb. L-uffiċjali tal-Atlanta United ittajru lejn New York biex jiktbu lill-kelb fil-kotba tal-klabb u lura f'belthom ippreżentawlu l-gear tal-futbol li jixbah lil dawk li jilbsu l-plejers waqt il-logħob kompetittiv. Uffiċjal tal-Atlanta United bi Spike wara li ġabu minn New York Darren Eales, il-President tal-klabb, qal li pilastru fundamentali tagħhom hu li jagħtu lura l-għajnuna lill-komunità li jagħmlu parti minnha. Semma li huwa ta' privileġġ kbir li jappoġġjaw lill-Forzi Armati u jgħinu lil dawk is-suldati li jintlaqtu f'saħħithom waqt xogħolhom. Il-plejer Pity Martinez mal-membru l-ġdid tal-klabb Fil-bidu tat-taħriġ tiegħu Spike se jgħix ma' wieħed li jħarreġ lill-klieb. Imbagħad jintbagħat fil-campus tal-America's VetDogs fejn itemm it-taħriġ avvanzat u jkun ċertifikat bħala service dog bid-diploma. Il-flejjes kollha meħtieġa għal Spike qed jinġabru kollha mill-komunità tal-post.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/kienet-giet-ir-raba-fiz-zecchino-doro/
Kienet ġiet ir-raba' fiż-Zecchino d'Oro
newsbook.com.mt
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ittellgħet it-62 edizzjoni tal-festival Zecchino d'Oro. Tul s-snin bosta kienu l-Maltin li taw is-sehem tagħhom b'riżultati mill-aqwa. Fost dawn insibu lil Mary Rose Darmanin minn Ħaż-Żabbar, li ħadet sehem fis-sitt edizzjoni li saret bejn it-28 ta' Frar u l-1 ta' Marzu 1964. Hija nterpretat La Piuma Rossa ta' Sandro Tuminelli u Aldo Rossi. Kienet sena partikolari fejn fl-Italja kien hemm għaddejjin xi strajkijiet u fil-fatt din kienet l-unika edizzjoni li ma xxandritx b'mod dirett. Mary Rose kienet ikklassifikat fir-raba' post. Ritratt: Is-sitt edizzjoni taż-Zecchino fl-1964 Illum il-ġurnata forsi taħsbu li b'Mary Rose m'għadkomx tisimgħu, imma għandkom żball għax Mary Rose illum il-ġurnata hija Mary Rose Vella Haber, il-mara ta' Michael Vella Haber ta' Rewind Productions. Hija involuta minn wara 'l kwinti ta' bosta produzzjonijiet televiżivi bħal Sorelle, F'Ġieħ L-Imħabba, Ħbieb u Għedewwa, Ċirkostanzi, Manwela u Żafira fost oħrajn. Ritratt: Facebook/MaryRoseVellaHaber Mary Rose bdiet tkanta ta' 8 snin fil-Birgu meta kantat L-Għada tal-Festival ma' Vitorin ta' Giuseppe Ciappara. Imbagħad bdiet tipparteċipa fil-festivals fosthom Il Canarino d'Oro u Iż-Zecchino d'Oro. Fl-1967 Mary Rose ħadet sehem u saħansitra rebħet il-Malta Song Festival permezz ta' Serenata. Il-mistieden speċjali f'din is-serata kien l-attur Roger Moore. Sentejn wara reġgħet ħadet sehem fil-Malta Song Festival fejn klassifikat fit-tielet post bil-kanzunetta It-Talba / La Preghiera. Mary Rose damet tkanta sal-età ta' 16-il sena. Minbarra l-kant, hi kienet tħobb ukoll il-palk u kienet ħadet sehem fost oħrajn fil-play Rosetta li kienet ittellgħet fl-Istitut Kattoliku. Ġieli rajtuha wkoll tirreċtafuq it-televiżjoni fi Ħbieb u Għedewwa. Din is-sensiela damet għaddejja għal ħames snin fuq TVM u mistennija tirritorna għas-sitt u l-aħħar staġun fi Frar tas-sena d-dieħla. L-istazzjon li se jkun qed ixandarha għadu mhux magħruf. Aqra: Filmat: Ara x'se jiġri fi Ħbieb u Għedewwa Mary Rose fuq issett ta' Ħbieb u Għedewwa Kienet ukoll tikteb l-iskripts tas-sensiela Mela Isma' Din.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/vlogg-iz-zghazagh-mal-arcisqof-fl-art-imqaddsa-kuntenti-li-qeghdin-hawn/
Vlogg: Iż-żgħażagħ mal-Arċisqof fl-Art Imqaddsa: "Kuntenti li qegħdin hawn"
newsbook.com.mt
Fit-tielet jum tagħhom fl-Art Imqaddsa wħud miż-żgħażagħ tkellmu mal-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna fejn esprimew kemm jinsabu kuntenti biż-żjara fl-Art Imqaddsa. Il-vlogg tal-lum inġibed minn fuq bastiment fejn il-grupp kien qed jaqsam l-baħar tal-Galilea, li l-Arċisqof iddeskriva bħala "biċċa ilma ħelu li fiha daqs Malta." Hemmhekk tkellmu dwar is-sbuħija li qed jiċċelebraw l-istorja vera ta' Ġesù fil-post fejn ġara dan kollu. Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace Knisja.org/Ritratti – Ian Noel Pace L-Arċisqof spjega kif aktar kmieni saret Quddiesa f'Kappella mibnija propju fuq id-dar ta' San Pietru u żaru wkoll bosta postijiet imsemmija fil-Kotba Mqaddsa fejn Ġesù ħabbar is-saltna t'Alla, ħalla l-merħla tiegħu f'idejn Pietru u anke kattar il-ħobż. Fost iż-żgħażagħ tkellem Andre, żagħżugħ li qed jistudja biex jiġi aċċettat fl-ordni Franġiskana. Sostna li jinsab "ferħan immens" u insista li hija "xi ħaġa sabiħa mmens" li jinsab propju fil-post fejn il-Mulej għażel l-appostli tiegħu."
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/fl-2022-se-jsir-sinodu-iehor-tal-isqfijiet/
Fl-2022 se jsir Sinodu ieħor tal-Isqfijiet
newsbook.com.mt
Il-Papa Franġisku f'waħda mil-laqgħat tas-Sinodu. (Vatican Media) F'laqgħa tas-Segretarjat tas-Sinodu tal-Isqfijiet, il-Papa Franġisku ddeċieda li fil-Ħarifa tal-2022 issir is-16 Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet. It-tema tasl-Sinodu għad trid tkun deċiża mill-Papa nnifsu li jagħżel waħda minn tliet temi proposti lilu. F'nota tas-Segretarjat intqal li dan is-Sinodu għandu jassigura "involviment akbar" tal-Knisja kollha fil-preparazzjoni u ċċelebrazzjoni ta'din il-laqgħa. Il-Papa Franġisku ddeċieda ż-żmien għal dan is-Sinodu waqt li kien qed jippresiedi sessjoni tal-laqgħa tal-Kunsill Ordinarju tas-Segretarjat Ġenerali tas-Sinodi li saret aktar kmieni dan ix-xahar. Suġġetti fuq l-aġenda Fil-laqgħa kienu suġġeriti lill-Qdusija Tiegħu tliet temi li jistgħu jkunu diskussi waqt is-Sinodu. Fil-laqgħa kienu diskussi suġġetti oħra, fosthom il-passi li ttieħdu wara s-Sinodu dwar iż-Żgħażagħ li sar fl-2018 u l-'feedback' li kien hemm fuq l-Eżortazzjoni Apostolika "Christus Vivit" li ħarġet wara dak is-Sinodu. Barra mit-tliet temi suġġeriti għas-Sinodu li jmiss, fil-laqgħa kien innutat li "hemm bżonn urġenti wkoll li tintwera solidarjetà ma ħutna nvoluti fid-drama tal-emigrazzjoni furzata". Il-laqgħa bdiet billi l-Kardinal Lorenzo Baldisseri, Segretarju Ġenerali tas-Segretarjat tas-Sinodu tal-Isqfijiet, ħabbar li wara li l-Kardinal tal-Filippini, Luis Antonio Tagle, inħatar Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Evanġeliżazzjoni tal-Popli, il-Karinal tal-Pakista Joseph Coutts, se jieħu postu fil-Kunsill Ordinarju tas-Sinodu. L-istess Kardinal Baldisseri ppreżenta r-riżultati tal-konsultazzjonijiet li saru s-sena li għaddiet mill-Uffiċċju tiegħu mal-Konferenzi Episkopali dwar temi biex ikunu diskussi fis-Sinodu li jmiss. Il-konsultazzjonijiet saru wkoll mal-Knejjes Kattoliċi tal-Lvant, id-Dikasteri kollha tal-Kurja Rumana u mal-Union tas-Superjuri Ġenerali tal-Kongregazzjonijiet Reliġjużi. Il-Kardinal Kevin Joseph Farrell, Prefett tad-Dikasteru għal-Lajċi, l-Familja u l-Ħajja ippreżenta wkoll rapport tal-attivitajiet li saru wara s-Sinodu, li t-Taqsima taż-Żgħażagġ tad-Dikasteru tiegħu kienet qed torganizza biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-Eżortazzjoni Apostolika "Christus Vivit".
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/il-knisja-tiehu-passi-iebsa-kontra-l-abbuz/
"Il-Knisja tieħu passi iebsa kontra l-abbuż"
newsbook.com.mt
Kurja – knisja.mt/ritratti Il-Kap tas-Safeguarding Commission Andrew Azzopardi qal li l-każ fejn l-Isfqijiet Maltin ipprojbixxu saċerdot milli jkompli jeżerċita l-ministeru saċerdotali, minkejja d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell turi li "l-Knsija tieħu passi iebsa kontra l-abbuż". F'laqgħa mal-ġurnalisti, membri tal-Kummissjoni għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli, immexxija minn Andrew Azzopardi, ippubblikaw ir-rapport annwali li fih ix-xogħol li twettaq fl-2017. Azzopardi spjega li l-kompetenza tagħhom bħala kummissjoni tmur oltre minn jekk il-persuna tkunx instabitx ħatja jew le għax il-ministeri tal-Knsija huma aktar sensittivi. Kurja – knisja.mt/ritratti Il-Kummissjoni, li twaqqfet fl-2015 mill-Isfqijiet Maltin u l-ordnijiet reliġjużi, rċeviet tliet allegazzjonijiet ta' abbużi fuq minuri li nsabu li kienu sostanzjati. Azzopardi spjega li dawn l-allegazzjonijiet kienu jinvolvu saċerdot djoċesan, patri u lajk. Jisħaq li fit-tliet ċirkustanzi il-każijiet ġew riferuti lill-Pulizija għall-investigazzjoni. Barra minn hekk ittieħdet l-azzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju, billi ġiet imposta restrizzjoni fuq l-attività pastorali tal-persuni kkonċernati. Spjega li dan sar fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni bħala prekawzjoni. Mir-rapport annwali joħroġ li sa tmiem is-sena li għaddiet is-Safeguarding Commission kkonkludiet l-evalwazzjoni fuq numru ta' lmenti mressqa għall-attenzjoni tagħha. Minn dawn l-ilmenti 10 ma ġewx ippruvati, 3 kienu infondati u 3 ilmenti ma kinux dwar abbuż iżda xorta waħda ġew riferuti lil entitajiet oħra. Fil-preżent, il-kummissjoni qed tevalwa 12-il ilment ieħor li jikkonċernaw minuri. Mistoqsi minn Newsbook.com.mt biex jispjega x'kienu l-10 ilmenti li ma ġewx ippruvati mill-Kummissjoni, Azzopardi rrefera għad-dokument bl-Ingliż li fih il-Kummissjoni telenka definizzjoni ta' lment li huwa unsubstantiated . Id-dokument jispjega li dawn huma każijiet fejn l-allegazzjoni ssir b'mod anonimu, il-persuna li fuqha ssir l-allegazzjoni ma tkunx identifikata, tkun mietet jew ilmenti fuq il-mezzi soċjali. Dwar ilmenti li jikkonċernaw adulti vulnerabbli , il-kummissjoni sabet li mill-ilmenti li rċeviet fl-2017, 3 ma ġewx ippruvati, 3 kienu infondati, u 6 ġew riferuti lil entitajiet oħra għax ma kinux jikkonċernaw abbuż sesswali, fiżiku, emozzjonali, sfruttament jew bullying. Fil-preżent, il-kummissjoni qed tevalwa 3 ilmenti oħra. Ħidma ta' prevenzjoni Is-sena li għaddiet il-kummissjoni temmet proġett pilota ma' sitt entitajiet tal-Knisja li evalwa l-miżuri mħaddma u kkunsidra metodi ġodda fil-qasam tal-prevenzjoni mill-abbuż. Il-kummissjoni ssottometiet ukoll għadd ta' applikazzjonijiet quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja biex tikkonferma li 2,155 persuna fil-Knisja li jaħdmu mal-minuri jissodisfaw il-kriterji meħtieġa skont il-Liġi. Dan biex tizgura li l-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli jkun fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Knisja għall-benefiċċju tal-kommunità kollha. Kurja – knisja.mt/ritratti Fl-1 ta' Settembru li għadda, meta intervistat fuq Newsline fuq RTK , Azzopardi qal li kull akkuża dwar xi forma ta' abbuż minn saċerdoti jew persuni oħra li jaħdmu fil-Knisja tiġi investigata mis-Safeguarding Commission li kull meta jkun il-każ tirrapporta mill-ewwel lill-Pulizija. Il-Kummissjoni hija ffurmata minn grupp ta' professjonisti minn oqsma differenti li jaħdmu b'mod awtonomu u jagħtu rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw allegazzjonijiet ta' abbuż fil-Knisja. Il-membri tal-kummissjoni huma: Dr Roberta Attard (clinical psychologist), Dr Kevin Borg (pedjatra), Fr Antoine Farrugia sdb (ħaddiem soċjali), Dr Nathalie Kenely (Kap tad-Dipartiment tal-Politika Soċjali fl-Università ta' Malta), Rev. Dr Joseph Farrugia (clinical psychologist), u Dr Nicole Briffa (avukat). Andrew Azzopardi esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-kollaborazzjoni li teżisti bejn is-Safeguarding Commission u l-Pulizija fil-ħidma kontra l-abbuż biex issir ġustizzja mal-vittmi. Ħeġġeġ lil kull min għandu xi informazzjoni relatat ma' abbuż fil-Knisja biex jirrapporta direttament lill-Pulizija u biex jikkuntattja lis-Safeguarding Commission fuq info@safeguarding.mt . Andrew Azzopardi se jkun intervistat fil-programm Follow-Up fuq RTK fil-5pm. Stqarrija tas-Safeguarding Commission Rapport annwali tas-Safeguarding Commission
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-danika-cutajar-lura-bhala-solista/
Filmat: Danika Cutajar lura bħala solista
newsbook.com.mt
Is-sena l-oħra rajniha bħala parti mill-grupp Radiate, iżda din is-sena Danika Cutajar iddeċidiet li tidħol għall-kompetizzjoni ta' X Factor Malta bħala solista. It-tfajla tistudja l-liġi u taħdem ukoll bħala make up artist u air hostess. Danika stqarret li din is-sena għandha aktar kunfidenza kif ukoll tħarrġet fil-vuċi. Għal din l-audition ħadet sehem bil-kanzunetta Another Love. Kisbet l-approvazzjoni tal-erba' membri tal-ġurija, apparti l-kumment ta' Howard li stqarr li jemmen li s-sena l-oħra ma kienx ideali li kienet tkun bħala parti minn grupp.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/l-ajruplan-russu-ma-kienx-milqut-minn-barra/
Aġġornata: Tliet ċertezzi qalb il-misteri tat-tiġrif tal-ajruplan Russu
newsbook.com.mt
Aġġornata: Tidher konfuża s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa wara li ġew irkuprati ż-żewġ kaxex suwed tal-ajruplan Russu li ġġarraf nhar is-Sibt fuq is-Sinaj. Mill-informazzjoni miġbura s'issa, joħorġu tliet fatturi – li t-titjira kienet tidher normali sa 4 minuti qabel l-ajruplan sparixxa mir-radar, li mumenti biss qabel l-ajruplan għeb ġew irrekordjati ħsejjes li mhumiex meqjusa normali għal titjira, u li dak li ġara, seħħ tant malajr li l-bdoti ma rnexxilhomx jibgħatu sinjal ta' emerġenza. Min-naħa Russa qed tibqa' tippersisti t-teorija ta' terroriżmu għalkemm l-Eġittu qed jitfa' dubji fuq jekk fil-fatt hemmx l-involviment tal-Istat Iżlamiku. Skont uffiċjal tad-Difiża Amerikana, satellita Amerikana rreġistrat mumenti qosra ta' sħana qawwija fil-ħin tal-inċident, iżda ebda traċċa ta' missila. Is-sħana qawwija, skont hu, jistgħu jkunu waqtiet ta' splużjoni fosthom b'bomba inkella splużjoni tat-tank tal- fuel tal-ajruplan. Sadattant fir-Russja, permezz ta' żewġ ajruplani twasslu l-katavri ta' 140 persuna u l-fdalijiet ta' madwar 100 persuna oħra, bit-tielet ajruplan mistenni iktar tard illum. Ġew identifikati 10 persuni waqt li mill-post tal-inċident bdew jiġu rkuprati fdalijiet ta' oġġetti misjuba. Iktar kmieni: L-Ajruplan Russu li kkraxja fis-Sinaj fl-Eġittu ma kienx milqut minn xi ħaġa minn barra u l-pilota ma sejjaħx għall-għajnuna qabel mat-titjira sparrixxiet minn fuq r-radar. Sors, fil-kumitat li qiegħed janalizza l-kaxxa s-sewda tal-ajruplan , qal ma' Reuters li fl-ewwel investigazzjonijiet ma jirriżultax li l-ajruplan intlaqat minn xi ħaġa esterna. Dan għalhekk jitfa' dubji serji fuq l-Istat Iżlamiku li sigħat wara t-traġedja ħa r-responsabbilità u qal li kien hu li waqqa' l-ajruplan. Fil-fatt, f'kummenti lill-midja, il-President Eġizzjan Abdul Fattah al-Sisi, iddeskriva l-kummenti tal-ISIS bħala propaganda u qal li għadu kmieni biex wieħed jifhem eżatt x'wassal għall-inċident. L-ewwel iġsma ta' dawk li kienu abbord l-ajruplan waslu fuq ajruplan tal-Gvern Russu f'San Pietruburgu, fost munzelli ta' fjuri li tpoġġew hemm minn għadd ta' persuni. Abbord l-ajruplan kien hemm 224 persuna.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/awdjo-fotografija-kummercjali-tal-moda-u-tat-tigijiet/
Awdjo: Fotografija kummerċjali, tal-moda u tat-tiġijiet
newsbook.com.mt
Fotografija kummerċjali, dik tal-moda u tat-tiġijiet se jkunu fost it-temi artistiċi li se jiġu trattati fl-għaxar edizzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Fotografija li ssir f'Malta fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla. Din il-konvenzjoni se tkun mifruxa fuq tlett ijiem u se tlaqqa' fiha numru ta' esperti internazzjonali fil-qasam tal-fotografija. Fost dawn se jkun hemm il-fotografu Ingliż Stuart Wood li rebaħ diversi awards għar-ritratti tiegħu li juru nies u l-istil ta' ħajja tagħhom. Huwa jispeċjaliżża l-aktar fuq fotografija kummerċjali, tal-moda u tat-tiġijiet. Se jieħdu sehem ukoll fid-diversi gruppi ta' ħidma il-fotografi Maltin Stephanie Scicluna, Ramon Sammut u Joe Attard li se jitkellmu dwar il-kompożizzjoni ta' ritratt kif ukoll dwar it-teknika magħrufa bħala "Iron Salt Printing". ħa l-kummenti ta' Kevin Casha wieħed mill-organiżatturi ta' dan l-avveniment. L-Istitut Malti għall-Fotografija Professjonali għandu madwar 200 membru u ilu mwaqqaf għal dawn l-aħħar 18-il sena. Iktar dettalji jistgħu jinkisbu minn hawnhekk .
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/rekord-nazzjonali-gdid-ta-partitarji/
Rekord nazzjonali ġdid ta' partitarji
newsbook.com.mt
Il-Juventus Club Cuore Bianconero tal-Imrieħel waqqaf rekord nazzjonali ġdid hekk kif għaċ-ċelebrazzjonijiet tat-32 kampjonat Taljan, li saru fi Sky Club f'Paceville, inqabeż l-ammont ta' persuni li attendew is-sena li għaddiet. Dawn l-ikbar ċelebrazzjonijiet f'pajjiżna bdew b'carcade minn Ta' Qali u komplew f'Paceville b'dawk preżenti jsegwu l-logħba kontra Cagliari, il-preżentazzjoni tat-trofew kif ukoll party kbir mid-DJs JD Patrick u Gianni Zammit. Imma l-klabb ma waqafx hawn u ħaseb ukoll li jagħmel ġest nobbli hekk kif laqa' fi ħdanu membru ġdid; żagħżugħ li matul ħajtu għadda minn tbatija biex għen lill-familja tiegħu. Dan iż-żagħżugħ, Nicholas, minbarra li ngħata l-membership tal-klabb, ingħata wkoll merchandise uffiċjali tal-Juventus grazzi għall-J30 Shop filwaqt li l-klabb se jħallas l-ispejjeż kollha biex hu jitla' Turin u jsegwi logħba tal-kampjonat tal-istaġun 2014/15. Ilbieraħ ukoll ingħata bidu għall-kampanja ta' tesseramenti għal-istaġun 2014/15. Il-klabb jappella lill-Juventini Maltin jingħaqdu mal-Juventus Club Cuore Bianconero, li għat-tielet sena kien l-ikbar familja ta' Juventini f'Malta.
[ 15 ]
https://newsbook.com.mt/il-papa-jistieden-lill-haddiema-tal-vatikan-biex-jitbissmu/
Il-Papa jistieden lill-ħaddiema tal-Vatikan biex jitbissmu
newsbook.com.mt
Il-Papa jilqa' lill-ħaddiema tal-Vatikan u l-familji tagħhom Il-Papa Franġisku, nhar is-Sibt filgħodu żamm mat-tradizzjoni antika tal-Vatikan u laqa' f'udjenza lill-impjegati tal-Vatikan u l-familjari tagħhom u nkoraġġihom biex jiskopru l-importanza tat-tbissima u jżommuha dejjem fuq wiċċhom. Il-Papa qal li fiż-żjara riċenti li għamel fit-Tajlandja kien ispirat minn pajjiż fejn in-nies huma dejjem bi tbissima. Dan ġiegħlu jirrifletti dwar kemm it-tbissim hu espressjoni umana tipika ta' mħabba u affezzjoni". Hu ġieb l-eżempju ta' kif it-tbissima ta' tarbija tat-twelid timbuttana biex nitbissmu lura u nesperjenzaw emozzjoni sempliċi. It-tbissima tat-tarbija hi b'saħħitha għax hi ġdida, pura u ġġib fina adulti, nostaliġija intima ta' tfulitna. Ġesù it-tbissima ta' Alla "Ġesù hu t-tbissima ta' Alla", qal il-Papa. "Hu ġie biex jurina l-imħabba tal-Missier li hu fis-sema, it-tjubija tiegħu" u l-ewwel ħaġa kif għamel dan hu li tbissem lill-ġenituri tiegħu, "kif tagħmel kull tarbija li titwieled fid-dinja". Aħna nerġgħu ngħixu din l-esperjenza meta nikkomtemplaw lit-tfajjel Ġesù fil-maxtura, żied jgħid il-Papa. Inħossu lil Alla jitbissmilna, lill-foqra kollha tad-dinja, jitbissem lejn "dawk kollha li qed jistennew is-salvazzjoni, li jittamaw f'dinja aħjar fejn ma jkunx hemm gwerrer u vjolenza, fejn kull persuna tista' tgħix b'dinjità bħala wild Alla". Il-Papa żied jgħid lill-ħaddiema tal-Vatikan u lill-familji tagħhom, li fil-Vatikan, fid-diversi uffiċċji tas-Santa Sede, "għandna bżonn niġġeddu bit-tbissima ta' Ġesù Bambin. J'alla t-tjubija diżarmanti tiegħu tnaddafna mill-ħażin li spiss jitrabba f'qalbna u ma jħalliniex nagħtu l-aħjar li nistgħu". "Il-kwalità tax-xogħol timxi id f'id mal-kwalità tar-relazzjonijiet umani. Dan jgħodd b'mod speċjali għalina, li naħdmu fis-servizz tal-Knisja u f'isem Kristu", żied jgħid il-Papa. Bżonn it-tbissima t'Alla Il-Papa ammetta li għal diversi raġunijiet, kultant ikun diffiċli li wieħed jitbissem. Hemm ikollna bżonn it-tibissima t'Alla: Hu biss jista' jgħinna. Drabi oħra, meta l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb, nistgħu ninsew dwar l-oħrajn li għadhom jitqabdu: "Anke hemm ikollna bżonn it-tbissima t'Alla, biex tneħħielna s-sigurtà falza tagħna u ġġibna lura għas-sempliċità". Bħal Marija u Ġużeppi "ejja nilqugħ... u aħna wkoll inkunu nġibu tbissima sempliċi u umli fuq wiċċ l-oħrajn. Għax it-tbissima hi bħal karezza", temm jgħid il-Papa Franġisku.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/l-azzjoni-hi-aqwa-mill-kliem/
L-azzjoni hi aqwa mill-kliem
newsbook.com.mt
Il-Papa jiltaqa' mal-pubblika qabel wissihom dwar l-ipokresija Fl-aħħar udjenza ġenerali l-ġimgħa li għaddiet il-Papa Franġisku tkellem dwar kif il-komunità nisranija twieldet mill-Ispirtu s-Santu u tikber billi naqsmu l-ħajja flimkien fost id-dixxipli ta' Kristu. Tkellem dwar is-solidarjetà bejn l-insara li meħtieġa biex nibnu l-familja t'Alla. Din il-fraternità tikber billi nirċievu l-Ġisem u d-Demm ta' Kristu. Il-Papa enfasizza li hemm "dinamiżmu ta' solidarjetà li jibni lill-Knisja bħala l-Familja ta' Alla fejn il-komunità hi ċentrali." Huwa spjega li fil-bidu tal-Knisja "il-komunità tirriferixxi qabel xejn għall-parteċipazzjoni fl-Ewkaristija". Għal din ir-raġuni meta aħna nitqarbnu, niddikjaraw li "nikkomunikaw", nidħlu f'komunikazzjoni ma' Alla u minn din il-komunjoni ma' Kristu naslu għal komunjoni ma' ħutna l-bnedmin." Azzjoni u kliem Jekk tridu tkunu nsara tajbin, tridu titolbu, ersqu lejn il-komunjoni u r-rikonċiljazzjoni. Is-sinjal li qalbek ikkonvertiet jiġi meta wieħed ikun ġeneruż mal-oħrajn u jgħin lill-fqar. Il-Papa enfasizza li fejn hemm konverżjoni vera, l-azzjoni titkellem aktar mill-kliem. Meta tkellem dwar l-istorja tal-Knisja, Papa Franġisku qal li minn dejjem kien hemm insara li irmew l-affarijiet materjali, affarijiet li ma kienux meħtieġa, biex jagħtuhom lil dawk fil-bżonn. Kemm insara jagħmlu xogħol volontarju? Dan hu sabiħ, li taqsam mill-ħin tiegħek ma' oħrajn u tgħin lil dawk fil-bżonn. L-ipokresija hi għadu Il-Papa wissa' li "l-ipokresija hi l-akbar għadu tal-komunità nisranija". Li ma tkunx sinċier fl-imħabba jew ma tkunx sinċier meta tiġi biex taqsam mal-oħrajn, tkun ipokrita, titbiegħed mill-verità, issir tost, titfi l-fjamma tal-komunjoni u tersaq lejn il-kesħa tal-mewt interna". Dawk li jagħmlu hekk, enfasizza l-Papa, fil-Knisja jkunu biss sempliċi turisti. Papa Franġisku temm jgħid li "ħajja bażata biss fuq il-profitti fejn wieħed jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni għad-detriment tal-oħrajn, inevitabilment twassal għal mewt interna. Kemm nies jgħidu li huma qrib il-Knisja, ħbieb mal-qassisin u l-Isqfijiet iżda fil-fatt ikunu qed ifittxu biss l-interessi tagħhom? Dawn huma l-ipokriti li jkissru l-Knisja".
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/knox-u-sollecito-mhux-hatja-tal-qtil-ta-meredith-kercher/
Knox u Sollecito mhux ħatja tal-qtil ta' Meredith Kercher
newsbook.com.mt
L-ogħla Qorti tal-Appelli fl-Italja dawwret il-verdett u qalet li Amanda Knox u Raffaele Sollecito mhumiex ħatja tal-qtil ta' Meredith Kercher. Għalhekk issa huma nħelsu għal kollox mis-sentenza preċedenti li kienu qatlu lill-istudentessa Ingliża fl-2007. Wara seba' snin ta' qrati, din id-deċiżjoni issa hija waħda finali. Kercher kienet instabet maqtula fl-appartament li kienet taqsam ma' waħda mill-akkużati Amanda Knox. Knox u Sollecito kienu nstabu ħatja ta' qtil volontarju tal-istudentessa Ingliża fl-2009. Sentejn wara kienu nħelsu biex imbagħad is-sena l-oħra, l-akkużi fil-konfronti tagħhom reġgħu nbdew minn qorti oħra. Huma dejjem sostnew li mhumiex ħatja u din id-deċiżjoni ġabet fi tmiemha battalja legali twila. Ir-raġunijiet għal dan il-verdett mistennija jinħarġu fi żmien 90 ġurnata. Amanda Knox qalet li tinsab kuntenta ħafna b'din is-sentenza. Semmiet kif Meredith kienet ħabiba tagħha u li kien ħaqqha l-ġid kollu tad-dinja f'din il-ħajja.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/live-filmati-xqed-jigri-llejla-waqt-x-factor/
Filmat: Dawn is-sitta għall-Judges Houses ta' X Factor
newsbook.com.mt
10:38pm L-aħħar parteċipanti f'dan iċ-chair challenge huwa Kyle Cutajar li kkummenta li jemmen li ħaqqu siġġu. Take me to Church ta' Hozier hija l-kanzunetta li huwa interpreta. Hu sostna li ħadem għal din il-prestazzjoni wara li kien wiegħed lil Howard li kien se jistinka aktar din is-sena. Bla dubju li l-wirja tiegħu kienet b'saħħitha. Ira ma qagħditx lura milli tirrimarka li sar progress qawwi li hu għamel mis-sena l-oħra 'l hawn waqt li żiedet tgħidlu li b'dak li għamel kein qed jistieden lin-nies fil-prestazzjoni tiegħu. Ira emmnet bi sħiġ li kien ġaqqu siġġu. Alexandra wkoll kienet pożittiva fil-kummenti tagħha u li l-fatt li s-sena l-oħra kien fi grupp għenu ħafna. "Ma nistax nemmen li int l-istess persuna li kelna s-sena l-oħra. Bla dubju għandu jkollok siġġu," qallu Howard. "Hemm xi ħaġa speċjali fik u rajtek tikber mill-ewwel staġun," beda biex jgħidlu Ray Mercieca hekk kif fl-isfond instema' l-għajjat mill-udjenza biex jingħaat siġġu. "Dan il-fatt se jagħmilli ħajti diffiċċli," żied jgħid Ray hekk kif stieden lil Kyle biex jieħu s-siġġu numru 5. Għal Dayle Camilleri X Factor waqfet hawn l-avventura fil-kompetizzjoni ta' X Factor Malta. Ray issa għaqqad it-tim tiegħu. B'hekk tlieta mill-erba' membri tal-ġurija għaqqdu t-tim tagħhom u issa jonqos biex il-ġimgħa d-dieħla naraw l-overs, li jaqgħu taħt Alexandra Alden. 10:20pm Giovanni huwa l-parteċipant ta' qabel tal-aħar għal-lejla. Hu wassal inetrpretazzjoni pjuttost differenti milli kien qed jistenna kulħadd meta, liebes ta' cowboy, qal li kien se jinterpreta Seventh Wonder, li nafuha mill-Eurovision bil-vuċi ta' Ira Losco. Prestazzjoni li bla dubju intlaqgħet tajba. Ira kienet impressjonata u ammettiet li din il-verżjoni għoġbitha. "Inkredibbli. Ma nistgħux ninsewk. Din raġuni biżżejjed biex tieħu siġġu," ikkummentat Ira. Alexandra wkoll impressjonata u għalkemm vokalment fadallu ftit x'jaqdef, l-element kreattiv ta' Giovanni spikka għal darb'oħra. Howard irrimarkalu li jrid jaħdem aktar fuq il-vuċi però huwa ingredjent important meta fl-industrija meta jkollok xi ħadd li l-udjenza dejjem tistennih biex tara biex se joħroġ. Iħoss li għal Ray issa se jkun diffiċċli. U hekk hu. Ray ukoll jaħsibha l-istess. U huwa ovvju li l-parteċipanti li diġà għandhom is-siġġu bdew jinkwietaw. Is-siġġu numru tlieta dak ta' Jake issa għadda għand Giovanni. 10:14pm Wieħed mill-parteċipanti sorpriża f'din l-edizzjoni bla dubju kien Karl Schembri li stqarr li din il-ġurnata ilu jistenniha. Jgħid li jemmen li ħaqqu siġġu. Id-determinazzjoni nħasset sew fiż-żagħżugħ li interpreta Il Canto della Terra ta' Andrea Bocelli. Il-wirja tiegħu niżlet tajjeb hekk kif mhux biss l-udjenza qamet iċċapċaplu iżda wkoll is-sitt parteċipanti li diġà għandhom is-siġġu. Il-ġurija l-istess. Karl impressjona mhxu ftit. Ira tħoss li ħaqqu siġġu. Alexandra rrimarkat li dak li hu għamel kien uniku. "Jien perswas li l-pubbliku mhux se jinsik. Meta tkun daqshekk uniku u differenti in-nies jibqgħu jiftakruk. Jekk Ray ma jtikx siġġu, intik tiegħek," ikkummenta Howard. Ray ukoll jemmen li ħaqqu post u ovvjament bis-sitt siġġijiet meħudin ma hix daqshekk faċli. Huwa ovvju li xi ħadd kellu jitlef post biex Karl ikun jista' jgħaddi għall-fażi li jmiss. B'hekk tilef postu Nedved Galea u Karl issa ħa siġġu hekk kif għad jonqos żewġ parteċipanti oħra. 09:58pm "L-emozzjonijiet imħalltin bħalissa," lissen Noah Grech li ħassu eċċitat. Huwa interpreta In My Blood ta' Shawn Mendes. L-eċċitament inħass mhux ħażin u l-ewwel waħda li rrimarkat dwar dan kienet Ira. Tal-istess parir hija Alexandra Alden li ma tħossx li huwa ħaqqu siġġu. Howard jitkellem b'mod dirett u qalli li dik il-wirja "għaffiġha" u li għamel parti kbira mill-wirja li huwa taha barra mit-temp. Kompla jgħidlu li perswas li ħadem għaliha l-performance iżda jinħass li huwa għadu mhux lest gġal din il-kompetizzjoni. Huwa Ray li finalment irid jiddeċiedi li qallu li fadallu x'jitgħallem u għal-lum ma kienx se jtih siġġu. Anki għal Noah waqaf haw nil-vjaġġ tiegħu fil-kompetizzjoni tal-X Factor Malta. 09.53pm Issa tassew jibda l-iebes. Ma fadalx siġġijiet u Cain Portelli huwa l-ewwel kontestant li issa jrid jissielet għas-siġġu biex jaqla' lil xi ħadd. "Kieku jien flok Ray nagħtik ċans wieħed jew tnejn li diġà għandhom siġġu," ikkummentat Ira. Però Alexandra mhux konvinta u għal darb'oħra taqla' l-ibbuwjar tal-udjenza. Ma tħossx li huwa lest. Howard però rrimarka li jaf li mhux faċli li tkanta u tagħmel ir-rap iżda li xtaq jifhem il-kliem. Ray sostna li mhux konvint u rrikmanda li jkompli jitħarreġ u jittanta xortih darb'oħra. Għalhekk ma jħoss li għandu jtih siġġu u għaldaqstant il-parteċipazzjoni ta' Cain fil-kompetizzjoni tal-X Factor waqfet hawn, anke jekk, fl-udjenza instema' l-għajjat biex il-ġuvni jingħata siġġu. 09:42 pm "L-ikbar kompetizzjoni hija miegħi nnofsi," qal Dav Jr li wassal l-interpretazzjoni tiegħu ta' Blackbird tal-Beatles, li Ray jemmen li bħala kanzunetta hi waħda ta' sfida. L-udjenza apprezzat din l-interpretazzjoni, bil-ġurija tqum bil-wieqfa u Ray Mercieca jqum minn postu u jmur jieħodlu b'idejh. "Il-Beatles għandhom ħafna diski sbieħ u int għażilt waħda mill-isbaħ tagħhom u int tajtha l-ħoss tiegħek," qaltlu Ira waqt li żiedet tgħidlu li llejla huwa l-X Factor. "Int artist komplet," lissnet Alexandra filwaqt li Howard qabel magħha u anki ma' Ira hekk kif huwa wkoll qal li "dan huwa l-X Factor". L-udjenza ma tantx tat ċans lil Ray jitkellem hekk kif bdiet tgħajjat biex Dav Jr jingħata siġġu. U fil-fatt hekk kien għax is-sitt u l-aħħar siġġu ħadu proprju Dav Jr. 09:36pm Dayle Camilleri hu l-parteċipanti li jmiss li sostna li ilu jaħdem għal din il-prestazzjoni hekk kif wassal l-interpretazzjoni tiegħu ta' Marvin Gaye ta' Charlie Puth. Il-wirja ntlaqgħet tajjeb mill-udjenza li apparti li nfexxet iċċapċap bdiet tgħajjat "Siġġu! Siġġu!" "Għamiltu xogħlok. Qajjimt naqra brijju, Dehrt kunfidenti f'dak li qed tkanta," qaltlu Ira li rrimarkat ukoll li l-wirja kienet waħda enerġetika, u li temmen li ħaqqu siġġu. Alexandra faħħret il-vuċi tiegħu iżda tħoss li m'għandhux jisforza żżejjed waqt li Howard qal li indubjament huwa kien ħaqqu siġġu. Id-deċiżjoni finali ta' Ray, li jistqarr li togħġbu l-enerġija tiegħu u għalhekk il-ħames siġġu huwa tiegħu. 09:26pm "Jien ħaqqni dak is-siġġu għax vera ħdimt għaliha din id-diska," kien il-kliem li ddikjara Nedved Galea , li wassal l-interpretazzjoni tiegħu ta' Attention ta' Charlie Puth. Ira hi tal-opinjoni li l-ġeneru li kanta ma kienx dak li jgħodd għalih u ħareġ xi ftit aggressiv. Alexandra wkoll rrimarkat li l-pronunzja tiegħu ma kienitx wisq tajba. Howard jaqbel magħhom u jżid jgħid li min-naħa l-oħra jemmen li Nedved għandu potenzjal. Iż-żagħżugħ sostna li hu lest li jgħaddi għall-fażi li jmiss dik tal-Judges Houses. Ray però mhux konvint u ħass li jkun qed ikun inġust lejn il-parteċipanti l-oħra. Iżda peress li għad fadal siġġijiet vojta u fadal aktar parteċipanti, stieden lil Nedved biex jieħu r-raba' s-siġġu... ukoll għalissa. 09:21pm Love Me Tender ta' Elvis Presley hija l-kanzunetta li biha pparetċipa llejla Logan Borg . Qabel il-wirja Ben għamillu kuraġġ għax jaf li ż-żagħżugħ huwa nervuż. Ira kienet l-ewwel waħda bil-kummenti u nnuttat li jeħtieġ li jibda juża aktar leħnu għax mhxu dejjem kien qed joħroġ l-aħjar tiegħu. Fuq l-istess ħsieb Alexandra kkummentat li ma temminx li Logan illejla ħaqqu jingħata siġġu. Minn kliemu, jidher li Howard ukoll ma kienx impressjonat. "Ma nafx intix lest għal din il-kompetizzjoni," qallu Howard hekk kif qallu wkoll li din il-kanzunetta m'għamlitlux ġustizzja. Irrimarka li ż-żagħżugħ qisu daħal għall-qatla. Ray jemmen li ż-żagħżugħ irid isib il-kunfidenza fih innifsu, u għalhekk ma ħassx li f'dan l-istadju għandu jtih siġġu. B'hekk Logan huwa l-ewwel wieħed li llejla ġie eliminat f'din il-fażi taċ-chair challenge tal-kompetizzjoni ta' X Factor Malta. 09:15pm Jake Camilleri hu l-parteċipant li jmiss. Hu għażel li jinterpreta Let Her Go ta' Passenger għax ħass li din il-kanzunetta, li ġieli nterpretaha qabel, hi tajba ħafna għall-vuċi tiegħu. Hi kanzunetta li biha ried jagħti emozzjoni lill-udjenza preżenti. Bla dubju kienet għażla tajba, għalkemm Ira, tħoss li jista' jagħmel ħafna aħjar. Alexandra tħoss li jrid jaħdem aktra, u għal darb'oħra f'din il-fażi taċ-chair challenge, terġa' taqla' l-ibbuwjar tal-udjenza. Howard irrimarka li għandu vuċi tajba iżda l-prezenza fuq il-palk jeħtieġ li titranġa. "Għandek recording voice perfett, però bħala performer fuq l-istage kultant stiff," qallu. Ray mhux ta' fehma wisq differenti. Jemm li bi ftit xogħol ieħor fuq il-preżenza tiegħu kapaċi jkollu futur. Jemmen li Jake għandu potenzjal. Għalhekk Jake ngħata siġġu... għalissa. 09:04pm "Dejjem huwa bonus meta ddoqq instrument," lissen Ray meta tela' t-tieni parteċipant għal-lejla, Jurgen Volkov li nterpreta mash up tal-kanzunetti ta' Queen. L-udjenza nħasset li kienet qed tieħu gost b'din l-interpretazzjoni li huwa għadu kif ippreżenta quddiem il-ġurija u l-udjenza. "Għandek leħnek spettakolari" kien wieħed mill-kummenti ta' Ira li bla dubju ħadet gost b'din il-wirja. L-istess Alexandra li faħħret l-interpretazzjoni tiegħu u qaltlu li ħaqqu siġġu. "Mhux faċli li ddoqq kanzunetti tal-Queen, u ħaqqek siġġu," qallu Howard hekk kif irrimarka kif snin ilu kien ipoġġu quddiem il-pjanu huwa wkoll biex idoqq il-kanzunetti tal-Queen. Id-deċiżjoni finali però hi ta' Ray peress li din hija l-kategorija tiegħu. "Hemm ħames siġġijiet vojta hemmhekk, u wieħed minnhom huwa tiegħek," qallu Ray. 09:00pm Matt Black huwa l-ewwel kompetitur illejla. Ifakkar li s-sena l-oħra s-siġġu ma ħadux u jidher determinat li din is-sena ma jiġrilux l-istess. L-udjenza tkompli miegħu waqt li hu jkanta. Il-ġurija tidher ukoll kuntenta. Tant hu hekk, Ira qamet bil-wieqfa. Irrimarkat li din hija l-prestazzjoni li xtaqet mingħandu sena ilu. Howard jaqbel ma' dak li qalet Ira. Alexandra tħoss li Matt għandu jieħu siġġu. "Mhux faċli li taqbeż u tkanta," qallu Ray li qallu li jekk hemm bżonn jaħdmu fuq l-element vokali tiegħu, din il-ħaġa jagħmluha. L-ewwel siġġu ttieħed minn Matt! 8:57pm Il-kategorija tal-ġuvintur hi dik li llejla qed tikkompeti f'X Factor. Wara din il-fażi huma sitta biss li se jibqa'. Din il-kategorija hija f'idejn Ray Mercieca. Sitta huma s-siġġijiet u bħal ma' ġara fil-ġimagħtejn ta' qabel mhux se tkun faċli għall-parteċipanti biex iżommu s-siġġu tagħhom, speċjalment meta s-siġġijiet jittieħdu kollha u jibdew l-eliminazzjonijiet. Min se jikseb is-siġġu? Min se jitilfu? Min se jiġi eliminat? Lil min se tkun qed tappoġġja l-udjenza? "Naħseb li se jkun spettaklu mill-aqwa," ikkummenta Ray. Il-kompetizzjoni tibda!
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/it-tfal-maltin-jorqdu-bizzejjed/
It-tfal Maltin jorqdu biżżejjed
newsbook.com.mt
It-tfal Maltin huma fost l-iktar tfal madwar id-dinja li jorqdu biżżejjed. Dan joħroġ minn studju li jqabbel it-tfal f'50 pajjiż differenti. Minbarra Malta, il-pajjiżi fejn it-tfal jorqdu biżżejjed, tant li ma jkunux għajjenin fil-ħin tal-iskola, hemm l-Azerbajġan, il-Kazakistan, il-Portugal, il-Ġappun u r-Repubblika Ċeka. L-istudju juri li l-problema ta' nuqqas ta' rqad hi ikbar fejn it-tfal jitħallew jużaw il-mobile phones u l-kompjuter fil-kamra tagħhom tard bil-lejl. In-nuqqas ta' rqad iħalli effett ħażin fuq l-edukazzjoni li jiksbu t-tfal fil-klassi. Dan għaliex il-lezzjoni ikollha tingħata f'livell iktar baxx biex ikunu akkomodati l-istudenti neqsin mill-irqad. Fl-istudju immexxi minn Boston College, jirriżulta li huma t-tfal fl-Istati Uniti li jorqdu l-inqas siegħat. Fil-fatt l-għalliem identifikaw li li mat-80% tal-istudenti bejn it-13 u l-14 il-sena huma affetwati l-iktar. Pajjiżi oħra fejn l-istudenti jorqdu l-inqas hemm New Zealand, l-Awstralja, ir-Renju Unit, l-Irlanda u Franza. L-istudju sar permezz ta' kwestjonarju ma' 900,000 student u studenta, kif ukoll mal-għalliema u l-ġenituri tagħhom.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/ritratt-oggetti-tal-olokawst-ghall-bejgh-fuq-ebay/
Ritratt: Oġġetti tal-Olokawst għall-bejgħ fuq ebay
newsbook.com.mt
Xkupilji tas-snien, ħwejjeġ, uniformijiet u żraben li kienu jintużaw mil-Lhud fil-kampijiet ta' konċentrament fit-Tieni Gwerra Dinija, huma fost l-affarijiet li tfaċċaw għall-bejgħ fuq ebay fl-aħħar sigħat. Fost l-affarijiet irkantati kien hemm uniformi ta' furnar Pollakk li miet f'wieħed mill-kampijiet u li nbiegħet għal €13,196. Fuq ebay kien hemm ukoll għall-bejgħ faxxex sofor li kienu jilbsu l-Lhud qabel ma jmorru fil-kmamar tal-gass għall-mewt. Jidher li l-affarijiet l-oħra marbuta mal-Olokawst inbegħu ukoll għal mhux inqas mis-somma ta' €13,000. Skont ir-regoli ta' ebay hu illegali li jinbiegħu oġġetti marbuta ma' dan iż-żmien ikrah tal-istorja tal-bniedem. Wara li l-kumpanija ndunat bl-iżball, neħħiet minnufih l-affarijiet mill-irkant u talbet skuża pubblika lil min b'xi mod ġie offiż. Biex tikkumpensa għall-iżball, ebay għamel donazzjoni ta' €30,000 lil għaqda tal-karità. Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt b'ismek u kunjomok.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/ma-tistax-tlahhaq-mal-kont-tad-dawl-hemm-raguni/
Filmat: Ma tistax tlaħħaq mal-kont tad-dawl? Hemm raġuni
newsbook.com.mt
Brian Restall minn APF Malta spjega għaliex ħafna ma jlaħħqux mal-kontijiet tad-dawl. Waqt il-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM , Restall tkellem dwar il-faqar tal-enerġija, fid-dawl li llum l-Unjoni Ewropea tirrikonixxi li jeżisti faqar serju ta' enerġija, jew Energy Poverty, fenomenu li qiegħed jolqot familji ta' kull strata tas-soċjetà, mhux dawk biss bi dħul baxx. Fisser li familji li għaddejjin mill-faqar tal-enerġija huma dawk li mhumiex kapaċi jlaħħqu mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma – dawk li għandhom aktar minn tliet kontijiet mhux imħallsa minħabba problemi finanzjarji. Restall qal li din hija xi ħaġa li taffettwa l-ħajja personali ta' dawn il-persuni u tinkwetahom immens. Iżda fakkar kif wieħed jista' faċilment isib ruħu f'din is-sitwazzjoni, jekk pereżempju jsib ruħu aktar id-dar. Dawk il-persuni li ma jaħdmux: dawk li għadhom kif kellhom tarbija, jew single parents, l-anzjani, jew dawk qiegħda, normalment iqattgħu ħafna ħin id-dar u b'hekk jikkonsmaw aktar enerġija, bħat-televiżjoni, airconditioner jew heaters, dwal eċċ. Naturalment, dan jikkontribwixxi għal żieda fil-kont. Jaffettwa wkoll x'tip ta' appliances wieħed juża fid-dar. Aktar ma jkunu antiki, probabbilment aktar ikunu jaħlu enerġija. Ħafna mill-appliances moderni ikunu eco-friendly. Ir-roħs fil-kontijiet ma għenx xi ftit? Restall qal li minn mindu raħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma 'bi kwart', il-konsum tad-dawl u l-ilma f'Malta żdied. Skont hu, din hija xi ħaġa pożittiva għax tfisser li ħafna familji qegħdin jgħixu aktar komdi. X'għandek tagħmel biex tirregola ruħek? Restall qal li l-Enemalta qiegħda tagħti ċans sabiex wieħed iħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, permezz ta' skemi li jgħinuk tirregola ruħek, b'mod mill-aktar uman.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/il-bank-tal-ikel-jiggieled-il-guh-u-l-hala/
Il-bank tal-Ikel jiġġieled il-ġuħ u l-ħela
newsbook.com.mt
Il-Papa Franġisku jiltqa' ma mexxejja u voluntiera tal-Food Banks fl-Ewropa F'diskors li għamel lil dawk responsabbli mill-"Food Banks" fl-Ewropa, il-Papa Franġisku kkundanna il-"mentalità tal-ħela" li tarmi n-nies u l-ikel u faħħar l-isforzi ta' solidarjetà ma' dawk fil-bżonn. Dan id-diskors għamlu nhar is-Sibt meta ltaqa' mal-membri u l-voluntiera tal-Federazzjoni tal-'Food Banks" Ewropej. Din l-organiżazzjoni karitatevoli qed tiċċelebra t-30 anniversarju mit-twaqqif tagħha fl-Italja. Dawn il-Banek tal-Ikel għandhom żewġ skopijiet. Wieħed li jnaqqsu l-ħela u t-tieni li jtaffu l-problema tan-nuqqas ta' ikel għal dawk fil-bżonn. Il-Papa Franġisku rringrazzja li "Food Baks" tal-Ewropa talli qed jipprovdu ikel lill-foqra u jnaqqsu l-ħela. "Il-ġlieda kontra l-pjaga tal-ġuħ tfisser ukoll li qed tiġġieldu l-ħela" qal il-Papa. Hu qal li l-ikel imqassam minn dawn il-banek hu "ġest tanġibbli ta' akkumpanjament fit-triq tal-liberazzjoni". "Intom tieħdu dak li jitwaddab fiċ-ċiklu vizzjuż tal-ħela u tpoġġuh fiċ-ċiklu virtwuż biex isir użu tajjeb minnu". Mentalità tal-Ħela Il-Papa rrifletta fit-tul dwar il-fenomenu tal-ħela u qal li "dan juri indifferenza lejn dawk li ma għandhomx u lejn l-affarijiet". Hu qal li l-"Food Banks" ifakkruna f'Ġesù li wara li qassam il-ftit ħobż lill-folla, talab lid-dixxipli jiġbru dak li kien fadal "biex ma jinħela xejn". "Meta tarmi l-ikel tkun qed tarmi n-nies. Hu skandaluż li ma nindunawx li l-ikel prezzjuż hu tajjeb u kemm minnu jispiċċa mormi u dan hu ħażin." Hu qal li r-rimi ta' ikel tajjeb hu vizzju ħażin li jista' jiġri wkoll fil-ħidma ta' karità meta l-burokrazija amministrattiva żejda tfixkel il-ġid li jista' jsir b'dan l-ikel. Il-ħidma għall-karità tinħtieġ viżjoni, tagħrif loġistiku u kontinwità biex taħdem tajjeb. "Ix-xogħol tagħkom jibgħat messaġġ li l-futur ma nibnuħx billi naħsbu fina nfusna u l-vantaġġi tagħna imma l-progress għal kulħadd jikber kull darba li nimxu ma' dawk li baqgħu lura". L-ekonomija globali tinħtieġ is-solidarjetà Papa Franġisku qal li lekonomija globali għandha bżonn is-solidarjetà biex tkun aktar umana u ma ssirx "makna li tgħaffeġ fuq il-bnedmin". "Kif nistgħu nħossuna komdi meta l-bnedmin qed nirriduċuhom f'numri, meta l-istatistika tieħu post l-uċuħ tan-nies, meta l-ħajja saret tiddependi fuq is-swieq tal-ishma?", staqsa l-Papa. Hu mbagħad offra xi soluzzjonijiet. Sostna li l-instabilità u l-użu tal-forza, m'humiex is-soluzzjoni. Appella lil kullħadd biex jgħinu lil dawk li qed jaħdmu biex jippromwovu s-solidarjetà u jinkoraġixxu mudelli ta' żvilupp bażati fuq l-ugwaljanza, id-dinjità tal-persuna umana, il-familji, il-futur taż-żgħażagħ u r-rispett lejn l-ambjent." "Il-ħela m'għandhiex tkun l-aħħar kelma imħollija għall-posterità mill-ftit sinjuri filwaqt li l-maġġoranza tal-umanità tibqa siekta", qal il-Papa Franġisku.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/tappella-fuq-facebook-biex-tixtri-siggu-tar-roti/
Tappella fuq Facebook biex tixtri siġġu tar-roti
newsbook.com.mt
Tfajla ta' 23 sena tixtieq tkun aktar indipendenti bis-siġġu tar-roti li tuża, u għalhekk qed tappella għall-għajnuna fuq Facebook sabiex tiġbor fondi għall-siġġu ġdid. Ma' Newsbook.com.mt, Yanica Galea qalet li siġġu tar-roti ġdid ikun ifisser li tista' tipprattika l-isports hekk kif ikun magħmul għal persuna. S'issa inġabru kważi €900 minn €4,500. It-tfajla twieldet b'diżabilità u s-siġġu tar-roti li tuża bħalissa ilu għandha madwar 12-il sena. Spjegat li wieħed ġdid ikun eħfef biex iġġorru. Minkejja l-isfidi li esperjenzat, Yanica se tiggradwa mill-MCAST fil- Graphic Design and Interactive Media f'Diċembru li ġej. Yanica kompliet tgħid li tixtieq li aktar postijiet ikunu aċċessibbli, u li karozzi ma jkunux ipparkjati quddiem rampi. Bħal żgħażagħ oħra tal-età tagħha, tħobb il-mużika u ddoqq il-kitarra ma' band, kif ukoll tħobb tinvolvi ruħha f'attivitajiet biex tgħin lil min ikun fil-bżonn. Newsbook.com.mt tkellem ukoll ma' Vince De Bono l-fundatur tal-organizzazzjoni Back on Track, li ra l-post ta' Yanica fuq Facebook u li jixtieq li jirnexxilha tiġbor il-flus biex tixtri s-siġġu tar-roti. Sostna li diversi entitajiet bħal KNPD u l-MCCF, kif ukoll persuni oħra jistgħu jagħtu l-għajnuna meħtieġa, mhux f'dan il-każ biss, iżda wkoll lil min jeħtieġ xi tip t'għajnuna. Temm jgħid li "l-għajnuna tfisser tbissima fuq wiċċ imnikket", li kwalunkwe persuna jkollha bżonn f'żmien jew ieħor f'ħajjitha. Kull min jixtieq jgħin lil Yanica jista' jagħmel donazzjoni fil-kont bankarju: HSBC – IBAN MT52MMEB44749000000074099037050
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/donazzjoni-ta-eu9-700-mill-costa-lill-istrina/
Donazzjoni ta' €9,700 mill-Costa lill-Istrina
newsbook.com.mt
Il-vapur li jtajjar il-bandiera Taljana, Costa Pacifica, offra l-ispazju tiegħu għal attività b'risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund. Costa Pacifica, vapur wieħed mill-flotta tal-Costa, beda jopera f'Ġunju 2009 u għandu 1,504 ikmamar li jinkludu 521 minnhom bil-gallerija privata, 91 kamra bl-ispa. Dan minbarra 58 suites bil-gallerija privata u 12 oħra bl-ispa. Mitejn persuna kienu mistiedna abbord u esperjenzaw l-atmosfera fantastika ta' dan il-vapur. Minbarra li ddawru madwar il-vapur kollu, inkluż mar-ristoranti, faċilitajiet ta' ġim, pixxini u spa, setgħu jassistu għal show mill-artisti abbord, segwita minn ikla. Fi tmiem l-attività, il-Kaptan tal-bastiment ippreżenta ċekk ta' €9,700 lill-President tar-Repubblika ta' Malta bħala donazzjoni għall-Istrina. L-aġenti tal-Costa Cruises f'Malta, vapuri li ilhom joperaw minn u lejn Malta kull sena mill-2003, huma Orange Travel Group, bl-SMS Mondial ikunu l-imsieħba ewlenin għall-bejgħ tal-pakketti tal-ivjaġġar tagħhom.
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/il-knisja-tikber-billi-tkun-ta-attrazzjoni/
Il-Knisja tikber billi tkun ta' attrazzjoni
newsbook.com.mt
Il-Papa jsellem lin-nies waqt żjara f'Istitut immexxi mis-Sorijiet tal-Karita. (Vatican Media/­Handout via REUTER) Il-Papa Franġisku l-lejla temm iż-żjara ta' jumejn fil-Marokk wara li fost attivitajiet oħra ċċelebra quddiesa u ltaqa' mal-komunità Kattolika fejn qalilhom li l-missjoni tagħhom ma kinitx dik li jikkonvertu lill-ġirien imma li jgħixu bħal aħwa ma' nies ta' twemmin differenti. Fil-Marokk hu kalkulat li hemm 23,000 persuna ta' twemmin Kattoliku Ruman, l-aktar ħaddiema Ewropej uemigranti mill-Afrika u jagħmlu anqas minn 1% minn popolazzjoni ta' 35 miljun persuna. Il-Papa Franġisku qal lill-mexxejja tal-komunità Kattolika, li għalkemm l-insara huma minoranza żgħira fil-Marokk, din mhux problema għalkemm kultant jista' jkun diffiċli għalihom "Il-Knisja ma tikbirx bil-proselitiżmu imma billi tkun ta' attrazzjoni. Dan ifisser li l-missjoni tagħna bħala persuni mgħammda, qassisin u nisa u rġiel konsagrati ma tiddependix min-numru u d-daqs tal-ispazju li nokkupaw imma mill-ħila tagħna li nġibu bidla u nqajjmu kumpassjoni". Fil-Marokk il-Marokkini li jikkonvertu għall-Kristjaneżmu m'humiex rikonoxxuti u ħafna minnhom jipprattikaw ir-reliġjon Kattolika fil-privat u bil-moħbi. Bħal f'diversi pajjiżi Islamiċi, il-konversjoni għall-Kristjanezmu hi projbita u tista' twassal għal piena sa tliet snin ħabs. Papa Franġisku qal li "l-problema mhux għax aħna ftit imma jekk inkunu insinjifikanti". Il-Kattoliċi huma msejħa biex ikunu parti integrali mid-djalogu inter-reliġjuż fid-dinja li hu mkisser minn politika estrema u ta' diviżjoni. Fil-Quddiesa li għaliha attendew madwar 10,000 persuna l-Papa enfasizza l-bżonn għal djalogu inter-reliġjuż u sostna li għandna nirreżistu li "nikklassifikaw lilna nfusna skont id-differenzi morali, soċjali, etniċi u reliġjużi". Il-Marokk jipproklama lilu nnifsu bħala oasi ta' tolleranza reliġjuża f'reġjun imkisser mill-militanza. Fil-pajjiż ħadu t-taħriġ tagħhom predikaturi Musulmani mill-Afrika u l-Ewropa. Il-Papa faħħar lir-Re Mohammed VI li jipprovdi taħriġ biex tkun miġġielda kull forma ta' estremiżmu li ħafna drabi jwassal għall-vjolenza u t-terroriżmu u li hu offiża kontra r-reliġjon u kontra Alla nnifsu. Nhar is-Sibt, mexxejja Lhud ingħaqdu ma' dawk Kristjani u pparteċipaw f'żewġ avvenimenti ta' djalogu inter-reliġjuż, preseduti flimkien mill-Papa u mir-Re tal-Marokk. L-appell għal djalogu inter-reliġjuż li kien kontinwament fuq l-aġenda tal-Papa f'din iż-żjara, deher aktar meta dal-għodu fil-Katidral ta' Rabat kien preżenti r-Reverendu Jean-Pierre Schumacher, patri Franċiż ta' 95 sena li ħelisha minn dak li hu magħruf bħala l-Massakru Tibhirine fl-Alġerija. Dan seħħ f'Marzu 1966 meta seba' patrijiet Franċiżi inħatfu mill-kunvent tagħhom f'Tibhirine waqt il-gwerra ċivili. Il-patrijiet inżammu għal xahrejn sħaħ u wara nstabu mejta, ħlief Patri Schumacher li kien irnexxielu jaħrab.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/il-gruffle-jghallem-lit-tfal-waqt-il-pandemija-tal-coronavirus/
Il-Grufflè jgħallem lit-tfal waqt il-pandemija tal-coronavirus
newsbook.com.mt
Il-Grufflè hu karattru maħbub mit-tfal madwar id-dinja. Issa dawk li jfasslu l-kotba tal-Grufflè qed jużaw dan il-karattru biex jgħallmuhom kif iġibu rwieħhom f'dawn iż-żminijiet tal-pandemija tal-coronavirus billi fost oħrajn jipprattikaw id-distanza soċjali biex jgħinuhom jifhmu r-regolamenti. Minbarra d-distanza soċjali, il-karattri jenfasizzaw l-importanza li jeżerċitaw u jagħmlu sejħiet bil-vidjow lill-membri tal-familja tagħhom. L-awtriċi Julia Donaldson u l-illustratur Axel Scheffler ħolqu stampi biex b'modi sempliċi jxerrdu dan il-messaġġ tant importanti fil-ħajja tal-lum. Huma jinkludu lil Grufflè, lil Stickman u lill-iSmeds u lill-iSmoos billi kollha jżommu distanza sigura minn xulxin. Il-karattri qed jidhru wkoll jgħinu lill-vulnerabbli max-xiri tagħhom. Il-kotba għat-tfal tal-Grufflè kienu ppubblikati għall-ewwel darba fl-1999. Il-kotba jirrakkuntaw l-istorja ta' ġurdien li jmur mixja fil-boskijiet fejn jinbidel u jispiċċa bi snien terribbli u felul fuq imnieħru. Inbiegħu aktar minn 13-il miljun kopja b'dan il-karattru u l-film animat tiegħu kien anki nominat għal Oscar fl-2011. Is-sena ta' qabel kien rebaħ Bafta Award. Is-sena l-oħra fl-Ingilterra kienet ħarġet munita tal-fidda tal-Grufflè li turi l-popolarità ta' dan il-karattru. Il-kotba nħarġu wkoll bil-Malti minn Faraxa Publishing. Donaldson tittama li l-istampi jenfasizzaw l-aħjar prattiki u jgħinu fit-tagħlim fid-dar mingħajr ma jitqiesu bħala jippridkaw. Waqt li jkun illokkjat, l-awtur qed jipproduċi wkoll xandira ta' kull ġimgħa fuq il-paġna ta' Facebook ta' The Gruffalo, jaqra stejjer, poeżiji u kanzunetti li jkantaw.
[ 1, 2 ]
https://newsbook.com.mt/it-trattament-li-taghti-l-ingilterra-li-min-qed-ifittex-l-azil-hu-tal-misthija/
It-trattament li tagħti l-Ingilterra lil min qed ifittex l-ażil hu tal-mistħija
newsbook.com.mt
Il-Kardinal Vincent Nichols ma' xi emigranti Il-Kardinal Vincent Nichols iddeskriva t-trattament li l-Gvern Ingliż jagħti lil dawk li qed ifittxu ażil bħala wieħed iebes ħafna u hu "ta' mistħija għal pajjiżna." Waqt żjara li għamel lis-Servizz tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati (JRS) fil-Lvant ta' Londra, l-Arċisqof ta' Westminster qal, "Jekk ilek hawn għal 10 snin u m'għandekx fejn toqgħod, ma għandekx fejn tistudja, ma tistax taħdem, m'għandek ebda dħul daqslikieku qed ngħidulek 'int mhux bniedem' u din il-kruha rajt b'għajnejja llum. Ma nista' ngħid xejn aktar ħlief li dan hu tal-mistħija għal pajjiżna." Il-Kardinal għamel din id-dikjarazzjoni wara li sema' l-istejjer ta' numru ta' individwi li qed ikunu megħjuna u akkumpanjati mill-JRS – li hi organizzazzjoni internazzjonali preżenti f'51 pajjiż b'missjoni li tgħin u taqdi lir-refuġjati. Fl-Ingilterra l-JRS tgħin bejn 200 u 250 persuna kull xahar. Bħalissa qed tiffoka l-ħidma tagħha fuq "dawk li jħossuhom abbandunati minħabba l-politika tal-Gvern u dawk li qed jinżammu arrestati minħabba l-proċeduri tal-imigrazzjoni." Il-Kardinal Nichols ikkritika bl-aħrax lill-Gvern għal dak li hu ddeskriva bħala 'politika ostili' u żied jgħid li "Naħseb li tkun fil-JRS qisu għandek dawl żgħir li jħallik tara l-kruha tan-nies li hawn hawnhekk u dak li rajt u smajt f'din iż-żjara hu kemm hi kerha d-dinja ta' dawn in-nies. Mhux biss, imma fhimt ukoll li dan id-dlam hu maħluq apposta għax naħsbu li jekk nitrattaw lin-nies b'dan il-mod iwassal biex ma jkunx hemm persuni oħra li jfittxu kenn f'pajjiżna." "Ma jistax ikun sew li bniedem jitħalla f'dan il-limbu għal 10 snin jew aktar f'pajjiż sofistikat u sinjur bħal tagħna," żied il-Kardinal. Min-naħa tiegħu kelliem għall-Ministeru tal-Intern, b'risposta għall-kritika tal-Kardinal Vincent qal li l-Ingilterra hi kburija bl-istorja tagħha fejn jidħol l-ażil lil dawk li jinħtieġu protezzjoni. Aħna nassiguraw li dawk li qed ifittxu l-ażil ikunu megħjuna tajjeb waqt li t-talba tagħha qed tkun proċessata billi nipprovdulhom fejn joqogħdu u għotja ta' flus biex ikunu jistgħu jgħixu jekk m'għandhomx biex."
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/arcisqof-u-kappillan-mietu-fincident-tat-traffiku-fcalifornia/
Arċisqof u Kappillan imutu f'inċident tat-traffiku f'Kalifornja
newsbook.com.mt
It-tebut tal-Arċisqof Jala fil-Knisja ta' Oakland jistenna biex ikun trasportat lejn l-Indja għad-difna L-Arċisqof Dominic Jala ta' Shillong fl-Indja u Fr. Matthew Vellankal mietu f'inċident tat-traffiku li seħħ fl-10 ta' dan ix-xahar waqt li kienu qed jagħmlu żjara fid-djoċesi ta' Oakland. Il-karrozza Toyota li fiha kienu qed jivjaġġaw l-Arċisqof u żewġ qassisin minn Oakland, intlatet minn trailor ta' tractor waqt li kienet qed tinstaq fuq il-highway ta' Wilbur Springs f'California, fis-2.20 p.m., bħal-lum ġimgħa. Fr. Joseph Parekkatt, qassis fil-parroċċa ta' Sant Anna spiċċa b'diversi ġrieħi iżda jinsab f'kundizzjoni stabbli F'Santa Rosa Memorial Hospital filwaqt li Fr.Matthew Vellenkal, Kappillan tal-parroċċa ta' San Bonaventura u l-Arċisqof Jala mietu fil-post tal-inċident. L-Isqof Michael Barber ta' Oakland qal f'avviż tal-parroċċa li "se nħossu ħafna t-telfa tal-ispirtu ferrieħi ta' Fr Vallenkal". L-Arċisqof Jala, li kellu 68 sena, serva f'din il-kariġa fid-djoċesi ta' Shillong, fl-Indja għal dawn l-aħħar 19-il sena u ilu Amministratur Apostoliku ta' Nongstoin, fl-Indja wkoll sa mill-2016. Skont l-aġenzija Catholic News Agency, hu kien qed iżur l-Istati Uniti biex jattendi laqgħa tal-Kummissjoni Internazzjonali għal-Liturġija bl-Ingliż u qabel kien żar Ruma bħala parti miż-żjara 'ad limina' li l-Isqfijiet Indjani għamlu lill-Papa Franġisku. Saċerdot Salesjan fl-1977 Huwa twieled fl-Indja fl-1951 u fl-1977 kien ordnat saċerdot mas-Salesjani ta' Don Bosco. Fl-1987 ippubblika l-ktieb: "Liturgy and Mission" u serva bħala Kap tal-Kummissjoni Liturġika tal-Kunsill Reġjonali tal-Isqfijiet tal-Grigal tal-Indja. Fr. Vellankal, ta' 58 sena, twieled f'Kerala, l-Indja. Hu kien patri Salesjan u serva bħala Kappillan fid-djoċesi ta' Oakland sa mill-2001. Hu awtur tal-ktieb "From Humor to Insipiration: Jokes, Reflections and Quotes to Enliven your Day".
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/halliha-lil-ommi-tibqa-hajja-fmohhi-biss-mrs-bonello/
"Ħalliha lil ommi tibqa' ħajja f'moħħi biss" – Mrs Bonello
newsbook.com.mt
Illejla jkompli mill-ġdid Iż-Żagħka fuq l-istazzjon Net fit-8.30pm. Fis-sittax-il puntata li se titwassal illejla se teħodna dirett f'ras il-għajn, meta Mrs.Bonello u Spiru se jkomplu bid-diskussjonijiet tagħhom fuq ħajjithom it-tnejn. Spiru jrid jibqa' fil-kantina tad-dar akkost ta' kollox. Jerġgħu jibdew ir-rakkonti tat-tifkiriet dwar Bianca u dawk kollha li kienu jgħixu madwarha. Clara, tmur għall-għarrieda fid-dar ta' Angela, fejn bħalissa hemm Sina ma' Bianca. Iżda la Bianca u lanqas Angela ma jkunu hemm. L-investigazzjonijiet dwar il-mewt ta' Ineż Grech, ikomplu.... U l-ispettur Edgar Debono, jerġa' jaffronta ta' bla ħsieb lill-istess Clara. Antida tinħasad bi kbir, appena tidħol fil-kamra tal-banju. X'sabet Mrs.Bonello? X'wassal lil Lara u Spiru biex imorru jkellmu lil Kurt fl-istazzjon tar-radju? Iż-Żagħka għandu kitba ta' Desier Debono.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/ara-minn-fejn-tista-tixtri-l-kotba-onlajn/
Ara minn fejn tista' tixtri l-kotba onlajn
newsbook.com.mt
Hekk kif dawn huma żminijiet straordinarji u ħafna minna qegħdin inqattgħu l-maġġorparti tal-ħin id-dar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippubblika lista ta' djar ta' pubblikazzjonijiet Maltin minn fejn wieħed jista' jixtri l-kotba onlajn. Dan biex jiġi evitat ix-xiri mill-ħwienet. Hawnhekk hawn l-informazzjoni dwar is-siti ta' pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba f'Malta minn fejn jistgħu jinxtraw kotba minn rumanzi sa kotba ta' riċerka, poeżiji u kotba għat-tfal. AVC Publishers Audio Visual Centre huwa l-fornitur ewlieni f'Malta ta' prodotti għall-edukazzjoni. Il-portafoll tal-prodotti tagħna jinkludi kotba, apparat awdjoviżiv, soluzzjonijiet għal software interattivi u għamara ta' kwalità għal skejjel, akkademji, kulleġġi u universitajiet. T +356 21330886 | E custserv@merlinlibrary.com bdlbooks.com/publisher/avc BDL Publishing U OCTAVO BDL Publishing jispeċjalizza f'kotba ta' kwalità li jvarjaw minn letteratura fittizja għat-tfal għal kotba prestiġjużi tal-Melitensja. Octavo hija pjattaforma tal-qari diġitali li ġiet żviluppata biex televa l-esperjenza tal-qari. T +356 2138 0351 | E info@bdlbooks.com bdlbooks.com ĊAK Ċak huma pubblikaturi ta' kotba reliġjużi u bi ftehim mal-Konferenza Episkopali Maltija u mal-Libreria Editrice Vaticana riċentament saret il-pubblikatur uffiċjali tad-dokumenti l-aktar importanti tal-Knisja u tal-Papiet. T +356 2149 8343 | E info@cakmalta.org ruhmalta.com Deer Publications Deer Publications tispeċjalizza f'kotba għat-tfal u għall-kbar b'temi reliġjużi u tradizzjonali. Il-pubblikazzjoni ewlenija tagħha hija 'Ilwien Il-Festi Maltin', enċiklopedija fotografika tal-festi tradizzjonali Maltin. T +356 9938 5496 / +356 7905 8691 | E deerandrew@gmail.com bdlbooks.com/publisher/deer-publications EDE Books Ede Books jispeċjalizzaw fil-pubblikazzjoni ta' kotba tal-arti – fosthom kotba viżivi, rikki fil-kontenut u li jiffukaw fuq arkitettura, fotografija, disinn u l-kultura urbana. T +356 2133 4224 / +356 7982 7522 | E info@edebooks.eu edebooks.eu Faraxa Publishing Faraxa, imnedija fl-2011, tipproduċi pubblikazzjonijiet professjonali b'enfasi fuq traduzzjonijiet ta' xogħlijiet letterarji internazzjonali u ġeneri varjati oħra. T +356 9982 0157 | E info@faraxapublishing.com faraxapublishing.com Horizons Horizons hi waħda mid-djar tal-kotba ewlenin f'Malta u matul is-snin rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb f'għadd ta' kategoriji. Ippubblikat numru ta' awturi stabbiliti, kif ukoll introduċiet numru ta' awturi żgħażagħ u promettenti. T +356 2144 1604 | E info@horizons.com.mt horizons.com.mt Infinity Books Ltd. Infinity Books twaqqfet fl-2018 u tippubblika kotba Kristjani, ta' riċerka, rumanzi, kotba tat-tfal, u komiks ta' awturi Maltin u barranin, u kotba klassiċi tal-letteratura Ingliża u Taljana. T +356 99532366 | E infinitybooksmalta@yahoo.com infinitybooksmalta.com Kite Group Kite Group sar sinonimu ma' kontenut ta' kwalità għolja bi preżentazzjoni eċċellenti, fosthom bijografiji, kotba dwar l-arti u l-kultura, arkitettura, storja, kotba akkademiċi, rumanzi u kotba għat-tfal. T +356 9993 2592 | E info@kitegroup.com.mt kitegroup.com.mt Malta Online Bookshop Dan huwa ħanut tal-kotba onlajn li jbigħ tipi differenti ta' kotba bil-Malti u bl-Ingliż. Jispeċjalizza wkoll f'kotba antiki tal-Melitensia. E info@maltaonlinebookshop.com maltaonlinebookshop.com Merlin Publishers Merlin huma l-pubblikaturi ta' lista estensiva ta' letteratura Maltija, u tax-xogħlijiet ta' parti l-kbira tal-awturi stabbiliti Maltin, kif ukoll dejjem tilqa' u tagħti l-opportunità lill-awturi emerġenti. T +356 2124 6472 | E info@merlinpublishers.com merlinpublishers.com Midsea Books U Klabb Kotba Maltin Matul dawn l-aħħar 45 sena, Midsea Books u Klabb Kotba Malta saru sinonimi ma' kotba ta' kwalità bil-Malti jew dwar Malta. Bosta mill-kotba ppubblikati huma rebbieħa jew finalisti ta' premjijiet letterarji, kemm Malta, kif ukoll barra. T +356 2149 7046 / +356 2123 9039 | E admin@midseabooks.com midseabooks.com Milan Haluska Milan Haluska jirrappreżenta żewġ djar tal-pubblikazzjoni mir-Repubblika Ċeka, Meander u Albatros Media, li jispeċjalizzaw f'kotba għat-tfal minn 3 sa 12-il sena bl-Ingliż. T +356 99346247 | E Milan5652@seznam.cz Miller Publishers Miller jirrappreżentaw numru kbir ta' pubblikaturi barranin kif ukoll pubblikaturi lokali, f'kull qasam ta' pubblikazzjoni, minn kotba għat-tfal għal kotba tal-Università. T +356 21 66 4488 | E info@millermalta.com agendamalta.com SKS Publishers SKS hija speċjalizzata f'numru żgħir ta' ġeneri ta' kitba li, għalkemm ftit, ifissru ħafna, bħal-letteratura, it-teorija politika, l-istorja tad-demokrazija liberali, affarijiet kurrenti, bijografiji, u l-kultura. T +356 2124 9900 | E skspublishers@gmail.com bdlbooks.com/publisher/sensiela-kotba-socjalisti Wise Owl Publications Wise Owl Publications hija dar tal-pubblikazzjoni indipendenti rebbieħa ta' bosta premjijiet. Il-pubbblikazzjonjiet tagħhom jinkludu kollezzjoni kbira ta' kotba bil-kulur għal tfal ta' kull età, kotba dwar l-istorja Maltija, il-kultura u l-folklor, l-istorja Naturali, rumanzi, kotba dwar is-saħħa, kotba tar-riċetti u kotba ta' ħidma. T +356 21453303 | E wiseowl@maltanet.net wiseowlmalta.com Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn .
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/l-arcisqof-ta-acapulco-jilmenta-mir-rata-ta-qtil-fil-pajjiz/
L-Arċisqof ta' Acapulco jilmenta mir-rata ta' qtil fil-pajjiż
newsbook.com.mt
Acapulco fil-Messiku: belt b'waħda mill-ogħla rati ta' omiċidji fid-dinja Mons. Leopoldo Gonzales, Arċisqof ta' Acapulco qal li hemm bżonn li ssir magħrufa r-raġuni għal tant atti ta' vjolenza li qed iseħħu f'pajjiżu biex wieħed ikun jista' jaħdem biex dawn ma jkomplux iseħħu. Meta kien qed jikkummenta dwar il-vjolenza li seħħet fid-djoċesi f'dawn l-aħħar ġimgħat u li għadha għaddejja sal-lum, tant li għamlet minn Acapulco waħda mill-bliet bl-ogħla rati ta' qtil fid-dinja, l-Arċisqof Gonzales enfasizza li hu mportanti li l-awtoritajiet jiggarantixxu li ssir ġustizzja u li tispiċċa l-impunità biex tinkiseb lura l-fiduċja taċ-ċittadini li jerġgħu jibdew jirrappurtaw il-kriminalità. Min-naħa l-oħra, l-Arċisqof spjega li "hemm mezzi istituzzjonali kif tkun magħrufa l-verità, tkun restawrata l-ġustizzja u jkunu riżolti l-kunflitti", bħal dawk li hemm fil-muniċipalità ta' Cacahuatepec fejn bħalissa hemm involuti l-interessi ta' ħafna ċittadini. L-istat ta' Guerrero fil-Messiku bħalissa qed jiffaċċja sfida kbira għal ko-eżistenza soċjali: problema ewlenija hi dik tas-sigurtà taċ-ċittadini li dwarha tkellem ukoll l-Arċisqof Gonzales ftit jiem ilu. Fl-inawgurazzjoni uffiċjali tal-ħidma pubblika ta' 80 Sindku ġdid fl-istat ta' Guerrero, l-Arċisqof ta' Acapulco fakkarhom li "is-servizz ta' Sindku hu ferm importanti u jrid jitwettaq flimkien man-nies tal-lokalità". Barra mill-problema tal-vjolenza hemm ukoll il-problema tal-ġbir tat-taxxa u tar-rikatti u estorsjoni ta' flus li qed ifallu l-ekonomiji tal-bliet u ta' ħafna familji. Ma' dawn wieħed iżid it-traffiku tad-dorga li jinvolvi ħafna żgħażagħ u saħansitra t-tfal. L-Arċisqof fakkar lis-Sindki li fil-kampanji elettorali tagħhom impenjaw ruħhom li se jiggarantixxu s-sigurtà fil-pajjiż. Fi Guerrero, il-vjolenza minn gruppi kriminali qed taffettwa l-ħajja tal-popolazzjoni kollha kemm hi. L-aktar każ serju kien it-tħassir f'erba' bliet – għal raġunijiet ta' sigurtà – tal-Festi tal-Indipendenza, li hi festa pubblika li tkun ċelebrata fis-16 ta' Settembru. o
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-isir-is-servizz-ekumeniku-nazzjonali/
Ritratti: Isir is-Servizz Ekumeniku Nazzjonali
newsbook.com.mt
Ilbieraħ filgħaxija f'St Andrew's Scots' Church, il-Belt Valletta, sar is-Servizz Ekumeniku Nazzjonali fl-okkażjoni tal-Ġimgha ta' Talb għall-Għaqda fost l-Insara. F'dan is-servizz ekumeniku ppartecipaw l-Arcisqof Pawlu Cremona u n-Nunzju Appostoliku Aldo Cavalli. Saret ukoll riflessjoni minn Dun John Berry dwar it-tema ta' din is-sena li hi "Jaqaw Kristu Mifrud?" Ritratti: Photocity, Valletta
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/costa-concordia-ghaddas-jitlef-hajtu-wara-li-qata-siequ/
Costa Concordia: Għaddas jitlef ħajtu wara li qata' siequ
newsbook.com.mt
It-traġedja tal-Costa Condoria ħasdet il-ħajja ta' persuna oħra, din id-darba, il-ħajja ta' għaddas Spanjol li qata' siequ ma' folja tal-metall waqt l-operazzjoni ta' salvataġġ. Hu rrappurtat li l-għaddas bl-isem ta' Israel Franco Moreno tilef tant demm li spiċċa tilef ħajtu, b'dan il-każ ikun l-ewwel fatalità fl-akbar operazzjonijiet ta' salvataġġ fl-istorja. Rapporti qalu li l-għaddas kien koxju meta ttella' mill-baħar u ttieħed l-isptar b'ħelikopter, iżda tilef ħajtu wara. It-traġedja tal-Costa Concordia tmur lura għal Jannar ta' sentejn ilu meta tnejn u tletin persuna tilfu ħajjithom meta l-vapur nqaleb barra l-gżira ta' Giglio fl-Italja. Il-Kap tal-Protezzjoni Ċivili fl-Italja Franco Gabrielli esprima l-kondoljanzi għall-mewt tal-għaddas. Dan żied jgħid li hemm persuni b'dedikjazzjoni kbira li qed jaħdmu fuq it-tifrik li fadal, bil-għan aħħari hu li jitneħħa l-Concordia minn Giglio. Jirriżulta wkoll li dan l-għaddas kien l-ewwel persuna li tilef ħajtu fl-operazzjoni ta' salvataġġ li ilha għaddejja tul dawn l-aħħar sentejn.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/en/muscat-will-work-to-introduce-abortion/
Will Muscat be working to introduce abortion?
newsbook.com.mt
Izda lura għal-libertajiet civili. Fadlilna dibattiti kbar u delikati x'nagħmlu bħala socjeta. Dwar libertajiet civili fejn kull individwu, kull ragel u fuq kollox kull mara – dawn iridu jieħdu d-decizjonijiet tagħhom fil-liberta. Drajtuni ngħidha kif inħossha, ngħid anke meta nemmen li nkun zbaljajt. Meta fl-2008 fil-kampanja għall-mexxej kont bdejt nitkellem dwar il-kampanja għad-divorzju ħafna qaluli li qed nissogra u li naf nitlef dik l-elezzjoni, forsi dak li ridt ma nafx. Qaluli se ddur il-Knisja kontrik u jigrilek bħal Mintoff. Imbgħad gie r-referendum u ma ridunix nieħu pozizzjoni. Qaluli se titlef ir-referendum u tkun garrabt telfa qabel l-elezzjoni u nitilfu l-elezzjoni. Qaluli tieħux pozizzjoni għax hemm min huwa diga lest għalik. U hekk ukoll għamilt fir-referendum dwar il-kacca, avolja ma kinitx pozizzjoni popolari, ma qlajt grazzi mingħand ħadd anzi kien hemm min nesa malajr ħafna. Xorta dejjem għedt dak li nemmen u qatt ma tlifna, għax naf li n-nies jaccettaw l-opinjoni u jagħmlu l-għazliet tagħhom b'serenita u b'rispett reciproku. Għalhekk inħares il' quddiem li mingħajr il-piz ta' karigi u programmi elettorali se nkun aktar fil-liberta li ngħid dak kollu li nemmen u kif evolva l-ħsieb tiegħi dwar libertajiet civili. Mhux kulhadd se jarani sabiħ meta jasal dak iz-zmien imma nħoss id-dejn mal-generazzjonijiet li jmiss li fejn se jkun hemm bzonn inkun spalla ma spalla maghhom, biex dawk id-drittijiet li sallum għadhom kliem imlissna minn taħt l-ilsien fis-socjeta jibdew jigu dibattuti wkoll. Beħsibni wkoll ninvoli ruħi f'passjoni kbira oħra tiegħi: il-qasam sportiv, bi progett li jkollu l-kburija nazzjonali bħala l-għan ewlieni tiegħu.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/sinjali-ta-tama-ghall-ewropa/
Sinjali ta' tama għall-Ewropa
newsbook.com.mt
Isqfijiet Ewropej miġbura f'Santiago de Compostela Tnejn u tletin President ta' Konferenzi Episkopali Ewropej fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet iltaqgħu f'Santiago de Compostela fi Spanja għall-Assemblea Plenarja tagħhom li ddiskutiet it-tema: "L-Ewropa, wasal iż-żmien li tqum? Is-sinjali tat-Tama". Fi tmiem din il-laqgħa ħarġu stqarrija li fiha qalu li "matul il-jiem tal-konferenza ħadna gost naraw ħafna żgħażagħ u oħrajn anqas żgħażagħ mexjin lejn Santiago u jaslu fil-'Bieb tal-Glorja'. "Konxji tal-limitazzjonijiet u d-djufija tagħhna li kkaġunaw ħafna tbatija lill-Knisja kollha, aħna wkoll dħalna fil-Kattidral biex inpoġġu n-nuqqasijiet u t-talb tagħna fuq spallejn l-Appostlu u nitolbu maħfra għan-nuqqasijiet tagħna u nimpenjaw ruħna b'tama u fiduċja fil-futur. "Inġbarna biex nirriflettu jekk wasalx iż-żmien li l-Ewropa tqum u naraw is-sinjali ta' tama, sirna aktar konxji tas-sitwazzjoni li l-pajjiżi tagħna qed jgħixu fiha u l-kontradizzjonijiet differenti Ii jeżiztu fil-pajjiżi tagħna: Kontradizzjonijiet Ix-xewqa għal Alla u fl-istess ħin il-fraġilità tal-ħajja nisranija; Ix-xewqa għal ħajja bażata fuq l-Evanġelju u fl-istess id-djufija ekklesjastika u umana; Ix-xewqa għall-qduisja iżda bla ma nagħtu xhieda b'ħajjitna; Ix-xewqa għal drittijiet umani universali iżda fl-istess waqt in-nuqqas ta' rispetto għad-dinjità umana; Ix-xewqa għall-armonija fis-soċjetà u mal-ħolqien, imma wkoll tlifna kull sens ta' verità oġġettiva; Ix-xewqa għall-ferħ dejjiemi iżda wkoll is-sens tad-destin tal-umanità; Ix-xewqa għall-paċi interna u konsistenza fit-tfittxija spiritwali imma wkoll iċ-ċaħda ta' dik it-tfittxija fil-ħafna diskorsi pubbliċi. "Aħna iffukajna fuq il-kwestjonijiet eżistenzjali li hemm fil-fond tal-qalb tal-bniedem li ma jgħibu qatt, anke jekk kultant huma mtappna minn xewqat materjali. Kull persuna għandha xewqa sigrieta li tiltaqa' ma' xi ħadd li jqajmilha l-kuxjenza u jkebbes fiha l-mistoqsijiet deċisivi dwar l-eżistenza, il-futur wara l-mewt, il-ħażen li jferina u l-ħażen li jeqred il-ħajja u l-univers. "Għalhekk, bħal għassiesa viġilanti u lesti li nuru l-jum ġdid, irridu nagħtu messaġġ ta' tama lill-Ewropa li hi f'diffikulta u bil-qawwa kollha ngħidu: Qum Ewropa! Fl-istejjer u t-tradizzjonijiet differenti, fl-isfidi qodma u ġodda, hemm elementi ta' tama: fosthom il-Qaddisin u l-Martri tal-pajjiżi tagħna, torċi li jinkoraġixxu l-preżent u jħabbru l-futur. Dawn jibbru bħal kwiekeb fis-sema. Magħquda fid-diversità "Skopri mill-ġdid l-għeruq tiegħek, Ewropa! Aħseb dwar id-diversi eżempji ta' din it-tama li tawna l-Qaddisin tagħna. Dawn huma sinjali ta' Ewropa magħquda fid-diversità. "Ewropa, ifraħ bit-tajjeb tal-popli tiegħek, bil-ħafna qaddisin moħbija li ta' kuljum jikkontribwixxi fis-skiet għall-bini ta' soċjetà aktar umana u ċivili. Ħares lejn il-ħafna familji li huma biss kapaċi jiġġeneraw il-futur tagħna. "Għaraf u kun grata għall-fidi tagħhom f'Alla u l-eżempju li jagħtu. Ħallihom ifasslu dan il-kontinent maħbub tagħna u kif ifakkarna l-Papa Franġisku ħallihom jaħdmu biex ikollna "umaniżmu Ewropew ġdid li jkun kapaċi jiddjaloga, jintegra u fl-istess ħin jagħti valur lil dak li hu għażiż għat-tradizzjonijiet tal-kontinent: id-difiża u d-dinjità tal-ħajja umana, il-promozzjoni tal-familja u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. B'dan l-impenn, l-Ewropa tkun kapaċi tikber bħala familja ta' popli u art ta' paċi u tama. "Aħna nemmnu li t-tweġiba veru għall-mistoqsijiet kollha hu Ġesù Kristu, ix-xbiha tal-Missier. Aħna nipproklamaw il-fidi tagħna fih, is-Slavatur tal-umanità u tad-dinja. Fih biss insibu t-tweġiba għall-mistoqsijiet tagħna għax hu biss hu r-rivelazzjoni tal-misteru ta' Alla u r-risposta tal-umanità għal dan il-misteru ta' mħabba u ħniena. "Hu jagħmel lil dawk li jilqugħ, lesti biex jisimgħu, iħobbu u jkunu qrib xulxin u qrib Tiegħu, billi f'isem Kristu jpoġġu lilhom infushom għas-servizz tal-bniedem, l-aktar ta' dawk l-aktar fil-bżonn u joffrulhom ir-rigal ta' Kristu u l-għajnuna meħtieġa b'dik il-karità li twassalna biex nagħrfu lilna nfusna bħala ulied ta' Missier wieħed", ittemm l-istqarrija tal-Isqfijiet Ewropej.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/pietro-ghedin-konfermat-kowc-tat-tim-nazzjonali-ghal-sentejn-ohra/
Pietro Ghedin konfermat kowċ tat-tim nazzjonali għal sentejn oħra
newsbook.com.mt
Il-Malta Football Association ikkonfermat lil Pietro Ghedin bħala l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti għal sentejn oħra. Dan ifisser li Ghedin se jmexxi lit-tim nazzjonali Malti għall-partiti minn Grupp F ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018. Il-ftehim ma' Ghedin intlaħaq wara laqgħa bejn l-istess kowċ nazzjonali u Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA. Taħt Pietro Ghedin, it-tim nazzjonali Malti, kellu diversi partiti u wirjiet tajbin li bihom kompla jkabbar ir-reputazzjoni u r-rispett li kellu fix-xena tal-futbol internazzjonali.
[ 15 ]
https://newsbook.com.mt/il-knisja-tappella-ghas-solidarjeta-mat-terremotati-fbatanes/
Il-Knisja tappella għas-solidarjetà mat-terremotati f'Batanes
newsbook.com.mt
Qawsalla li feġġet fuq Batanes li ntlaqtet minn terremot nhar il-Ħadd 28 ta' Lulju. PHOTO COURTESY OF DOMINIC DE SAGON ASA Il-Caritas fil-Filippini qed tappella lid-diversi djoċesijiet tal-pajjiż biex juru solidarjetà u joffru għajnuna finanzjarja biex ikunu megħjuna l-vittmi tat-terremot li għamel il-Ħadd 28 ta' Lulju li laqat l-inħawi ta' Batanes. Caritas, li hi aġenzija tal-Knisja, immexjatament offriet isi-somma ta' 200,000 Peso għall-ħidma ta' salvataġġ fl-inħawi milquta. "Iżda billi hemm il-biża' ta' aktar maltemp u ħsarat matul din is-sena, l-organiżazzjoni trid toqgħod ferm attenta kif tuża' l-flus tagħha", qal l-Arċisqof Rfolando Tria Tirona, Direttur Nazzjonali tal-Caritas fil-Filippini. "Għalhekk qed nagħmlu appell għas-solidarjetà mid-djoċesijiet kollha. Ejja ngħinu lid-djoċesi ta' Batanes biex tgħin lill-familji milquta u tibni mill-ġdid il-knisja li ġarrbet ħsarat kbar", qal l-Isqof. Kulmin jixtieq joffri donazzjonijiet għal dan l-iskop jista' jibgħathom fil-kont bankarju tal-Caritas tal-Filippini – Intramuros Manila branch. Il-Knisja f'ħidma umanitarja Il-Gvern u gruppi umanitarji qed jaħdmu kemm jifilqu biex iwasslu l-għajnuna f'Itbayat, l-aktar inħawi milquta miż-żewġ theżżiżiet li laqtu l-provinċji fit-tramuntana tal-Filippini. "U l-Knisja qed tipprova tikkumplimenta din il-ħidma umanitarja" qal l-Arċisqof Tirona. Sa nhar it-Tnejn li għadda n-numru ta' vittmi konfermati li mietu kien ta' disa' persuni. Iżda barra dawn, it-terremot ġarraf djar u bini storiku tant li 911-il familja li jinkludu aktar minn 3,000 persuna spiċċaw bla dar. L-Isqof Danilo Ulep ta' Batanes esprima s-solidarjetà tiegħu ma' dawk kollha milquta mit-terremoti u qal li qed joffri talb għall-persuni mejta u għal għexieren oħra li sfaw midruba. "Nitolbukom tkompli titolbu għal dawk li ntlaqtu direttament minn din it-traġedja", appella l-Isqof Ulep.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/kemm-hu-effettiv-it-tqeghid-tal-prodott-waqt-programm-televiziv/
Kemm hu effettiv it-tqegħid tal-prodott waqt programm televiżiv?
newsbook.com.mt
Bħala parti minn studju li qed iwettaq student Malti għat-teżi tiegħu, qed isir stħarriġ dwar l-effettività ta' tqegħid tal-prodott. Meqjus bħala forma moderna ta' reklamar, bosta produzzjonijiet televiżivi Maltin qegħdin jinqdew b'dan il-kunċett li sa ftit ta' żmien ilu kien iktar popolari f'films u serje televiżivi barranin. Bi tqegħid tal-prodott wieħed jirreferi għal meta waqt xi dramm jew serje televiżiv, jitqegħdu b'mod prominenti prodotti ta' ditti partikolari. Dan mingħajr ma ssir l-ebda tip ta' promozzjoni u l-viżwal biss ikun biż-żejjed biex isir reklam. Iżda minkejja l-flus li jintefqu f'dan il-kunċett, kemm verament huwa effettiv? Il-pubbliku kif jirreaġixxi għal dan it-tip ta' reklam u x'effett iħalli? Din ir-riċerka f'dan l-istudju jista' jwassal għal riżultati li huma tant meħtieġa għall-kumpaniji li jridu jirriklamaw il-prodotti tagħhom b'dan il-mod. Tista' taċċessa l-istħarriġ hawn.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/protesti-fi-franza-kontra-l-abbozz-ta-ligi-b-rabta-ma-zwieg-bejn-koppji-gay-2/
Protesti fi Franza kontra l-abbozz ta' liġi, b'rabta ma żwieġ bejn koppji gay
newsbook.com.mt
Fi Franza, għexieren ta' eluf ta' persuni pprotestaw kontra l-pjan li jiġi legaliżżat iż-żwieġ bejn koppja tal-istess sess u li dawn jingħataw il-permess li jaddottaw it-tfal. Huwa stmat li madwar 70,000 ruħ ħarġu fit-toroq ta' Parigi. Dawn jinkludu gruppi Kattoliċi u għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-familja tradizzjonali. Il-President Franċiż Francois Hollande wiegħed li ser ibiddel il-liġi ta' Franza sabiex il-koppji omosesswali jkunu jistgħu jiżżewġu. Dan minkejja li madwar elf sindku u l-Knisja Kattolika, qed jopponu li jagħmel dan. Numru ta' pajjiżi Ewropej, bħall-Ġermanja, l-Isvezja, u l-Ingilterra, jippermettu li ssir addozzjoni bejn koppji omosesswali.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/gheruq-jixxandar-mill-gdid/
Għeruq jixxandar mill-ġdid
newsbook.com.mt
Ray Abdilla u Peter Borg f'xena mis-sensiela Għeruq Is-sensiela Għeruq reġgħet bdiet tixxandar, din id-darba fuq l-istazzjon Xejk nhar ta' Sibt fit-3.30pm. Is-sensiela hija addattament ta' dramm ta' tliet atti li Joe Gatt kitebsnin ilu bl-isem ta' U Għebet il-Hena. Dan kien dramm li tratta l-ġlieda bejn il-progress u t-tradizzjoni. Fl-episodju tal-lum naraw kif f'xelter fl-eqqel tal-gwerra twieled Bennard. Ommu Marjanna ferħana bit-tarbija qatt m'għaddielha minn moħħha li l-maħbub tagħha Enrico qatt m'hu se jara frott imħabbithom. Is-snin itiru u l-ħajja tibqa' miexja, ħajja ta' tbatija għal Marjanna u binha Bennard. Imma issa jitfaċċa Feliċ li jħoss ħasra għal din l-omm żagħżugħa u għal binha, ħasra li tinbidel f'imħabba u forsi tama ġdida għal ħajja aħjar għal Marjanna u binha. Izda l-Baruni Anton DeGiovanni isir jaf minn xiex kienu għaddejjin dik l-omm u binha, dak l-iben li fil-vini tiegħu ikollu d-demm nobbli tal-familja DeGiovanni? Għeruq b'kitba ta' Joe Gatt għandu produzzjoni ta' Hermann Bonaci Productions.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/meta-jistaqsuni-x-ghandi-bzonn-kont-nitlobhom-imorru-jaghtu-d-demm/
"Meta jistaqsuni x'għandi bżonn, kont nitlobhom imorru jagħtu d-demm"
newsbook.com.mt
Missier ta' tliet ibniet u nannu ta' tifel għadu jista' jgawdi lill-familja tiegħu, bis-saħħa tad-donazzjonijiet tad-demm. Hekk kif illum qed jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, Newsbook tkellem ma' Raymond Borg ta' 54 sena mir-Rabat, li f'Marzu ta' sentejn ilu t-tobba qalulu li kellu każ rari ta' lukimja. Raymond irrakkonta kif meta kien qed jingħata t-trattament, wara kull kors tal-kimoterapija kienu jagħtuh bejn disa' u tnax-il borża demm. Mingħajr dan id-demm, Raymond ma kienx ikun jista' jjiġġieled din il-marda – battalja li llum dan il-missier rebaħ. Matul is-sena li għamel jieħu l-kura, kienu ħafna dawk li kienu jistaqsuh x'għandu bżonn u kif jistgħu jgħinuh, u hu kien jgħidilhom 'morru agħtu d-demm'. Jispjega kif it-tip ta' demm tiegħu huwa wieħed rari, iżda t-tobba kienu kunfidenti li jsibu demm kompatibbli, u fil-fatt sabu demm jaqbel eżattament ma' tiegħu proprju fil-Ġermanja. Raymond Borg qasam id-dispjaċir tiegħu li qatt f'għomru ma rnexxielu jagħti d-demm, qabel ma marad minħabba li kien jibża' u issa ma jistax minħabba t-trattament li ħa. Huwa jappella lill-poplu Malti u Għawdxi biex jagħmel ftit sforz u kuraġġ u jmur jagħti dan ir-rigal tal-ħajja, għax jista' jasal iż-żmien li jiddispjaċih u jkun tard wisq. Dawn l-appelli, Raymond jagħmilhom ukoll ta' spiss fuq il-profil tal-Facebook tiegħu. Id-donazzjonijiet tad-demm jistgħu jsiru: Fiċ-Ċentru Nazzjonali tad-Donazzjoni tad-Demm fi Gwardamangia, li jiftaħ kuljum mit-8a.m. sas-6pm, inkluż il-Ħdud u l-Festi pubbliċi. Fid-daħla għas-Swali l-Kannella fl-Isptar Mater Dei, għall-kumdità tal-impjegati tal-Isptar, kif ukoll għal dawk li jkunu qed iżuru l-pazjenti – kull nhar ta' Tnejn mis-2:00 p.m. sas-7:00 p.m. Fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mit-Tnejn sas-Sibt mit-8.30 a.m. sal-11.30 a.m. (eskluż il-Ħdud u l-festi pubbliċi) u Ħadd kull erba' Ħdu Wieħed jista' jagħti d-demm ukoll fil- Mobile Blood Donation Unit li jżur diversi lokalitajiet f'diversi jiem tal-ġimgħa. L-iskeda ta' fejn ser ikun ser iżur dan il-unit u tagħrif ieħor relatat mal-għoti tad-demm jinsabu fuq is-sit elettroniku www.blood.gov.mt jew fuq il-paġna ta' Facebook www.facebook.com/bloodmalta .
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/sitt-progetti-lokali-ta-ispirazzjoni-huma-pass-il-boghod-mir-realta/
Sitt proġetti lokali ta' ispirazzjoni huma pass 'il bogħod mir-realtà
newsbook.com.mt
Il-Malta Social Impact Awards ħabbret liema semifinalisti waslu sal-aħħar rawnd ta' dan l-avveniment annwali li se jittella' ftit tal-ġimgħat oħra. Il-Malta Social Impact Awards huma organizzati mill-Gasan Foundation u l-Inspirasia Foundation u huma inizjattiva li għandha l-għan li toħloq opportunitajiet għall-proġetti ġodda li tgawdi minnhom is-soċjetà Maltija filwaqt li tkun ta' ispirazzjoni għal oħrajn biex jagħtu donazzjonijiet ġenerużi għal kawżi ġusti. L-MSIA tlaqqa' s-setturi tan-negozju u l-filantropija biex jappoġġaw proġetti bi skop soċjali pożittiv għas-soċjetà u jgħinuhom jikbru f'entitajiet vijabli u b'saħħithom. Biex tittejjeb l-effikaċja, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tagħhom, il-proġetti kollha magħżula ngħataw konsulenza sa l-istadju finali tal-premjijiet. Wara tlett xhur ta' konsulenza intensiva minn TAKEOFF – inkubatur tan-negozju bbażat fl-Università ta' Malta, is-semifinalisti tal-MSIA tal-2018 ressqu l-proposti tal-proġetti tagħhom quddiem il-ġurija, li wara konsiderazzjoni bir-reqqa, għażlu sitt proġetti biex jgħaddu għar-rawnd finali. Dawn il-finalisti issa ġew mogħtija għajnuna ta' CEO minn VISTAGE — kumpanija ewlenija ta' Coaching Eżekuttiv — bi tħejjija għall-avveniment finali tal-MSIA tal-2018 li se ssir fil-15 ta' Novembru. Il-finalisti se jippreżentaw il-proġetti tagħhom quddiem bord ta' ġurija u udjenza ġenerali u r-rebbieħa jingħataw għotja finanzjarja kif ukoll appoġġ mhux finanzjarju ulterjuri minn uħud mill-intrapriżi ewlenin ta' Malta. Matul is-sentejn li għaddew il-Malta Social Impact Awards, bl-appoġġ tan-negozji u l-individwi lokali, taw kważi €250,000 f'għajnuna finanzjarja u għajnuniet oħra lil seba' proġetti lokali. Minn meta rebħu dawn il-proġetti diġà għamlu mpatt pożittiv f'Malta billi biddlu l-ħajja ta' aktar minn 1,000 individwu. "Permezz ta' inizjattivi bħal dawn, negozji u filantropisti jkunu jistgħu jaraw x'proġetti soċjali jeżistu fil-komunità u jagħtu opportunitajiet lil dawk il-gruppi ta' nies li jixtiequ jagħmlu differenza pożittiva billi nagħtuhom l-appoġġ tagħna. Aħna dejjem inkunu sorpriżi bin-numru ta' nies li jsegwu xi proġett soċjali b'passjoni kbira biex jippruvaw iġibu bidla pożittiva fil-komunità u ninsabu eċċitati li fil-finali ta' din is-sena għandna xi proġetti soċjali kbar," qal Joseph Gasan, fundatur tal-Gasan Foundation. Il-proġetti finalisti kollha għandhom l-għan li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-setturi soċjali lokali bħall-arti, is-sostenibbiltà u l-ambjent, is-saħħa fiżika u mentali, l-edukazzjoni, kif ukoll il-ħarsien tat-tfal, l-anzjani u l-gruppi żvantaġġati. Għotjiet finanzjarji għar-rebbieħa ta' din is-sena se jiġu pprovduti miż-żewġ fondazzjonijiet organizzattivi — Inspirasia Foundation u l-Gasan Foundation — kif ukoll minn MeDirect, Sigma iGaming u REMAX. L-isponsors għall-appoġġ mhux finanzjarju fil-forma ta' pro bono u servizzi ta' mentoring jinkludu Vistage, TAKEOFF, PwC, Firstbridge, WH Partners u ZAAR Crowdfunding. Il-qligħ kollu mill-biljetti tad-dħul se jkun il-kontribut għall-Premju tal-Udjenza li se jkollha l-opportunità tieħu sehem fil-votazzjoni u tappoġġa dawn il-proġetti innovattivi. Il-Malta Social Impact Awards ħabbret ukoll li matul l-avveniment ta' din is-sena se tniedi inizjattiva ġdida. "Aħna ħerqana li nibnu l-Academy of Givers li fiha tiġbor flimkien nies u fondazzjonijiet li verament qed jagħmlu differenza billi jagħmlu xi ħaġa tajba u jkunu ta' sostenn lill-inizjattivi kbar, " qal Mark Weingard, Fundatur tal-Inspirasia Foundation. Għal aktar informazzjoni jew jekk int interessat li tappoġġa din l-inizjattiva eċċitanti, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Malta Social Impact Awards fuq info@siamalta.org. Il-biljetti għall-avveniment finali tal-Malta Social Impact Awards 2018 jistgħu jinxtraw minn www.showshappening.com/lnspirasia-Foundation-Malta/MSIA. Il-finalisti tal-Malta Social Impact Awards tal-2018: Proġett Użu — Imressaq minn #Zibel L-għan ta' dan il-proġett huwa li jibdel il-mod li bih in-nies jikkunsmaw l-ilma waqt li jkunu qed isostnu l-Attivitajiet tal-NGOs. Il-proġett Użu għandu l-għan li jnaqqas l-użu tal-fliexken tal-plastik billi jinstalla network ta' magni tal-bejgħ tal-ilma għall-fliexken li jistgħu jerġgħu jintużaw. Il-profitti minn dawn il-magni se jiffinanzjaw l-NGO #Zibel u l-attivitajiet tagħha bħal għarfien, edukazzjoni, tindif tal-baħar ta' madwar Malta u soluzzjonijiet oħra. L-ilma huwa l-ikbar ġeneratur tal-iskart tal-plastik fid-dinja. Ixtri l-ilma, naddaf il-baħar — sistema li ssostni lilha nfisha biex tiżgura li #Zibel tista' timmaniġġa l-iskart tal-plastik tal-baħar għas-snin li ġejjin u ssib aktar soluzzjonijiet għal kwistjonijiet oħrajn. Blooming Minds — Imressqa minn BirdLife Malta (bi sħubija mar-Richmond Foundation) BirdLife Malta, b'kollaborazzjoni mar-Richmond Foundation, se tiżviluppa u timplimenta programm ekoloġiku inklużiv ta' sessjonijiet fil-beraħ fin-natura li jtejjeb is-saħħa mentali w ambjentali. Blooming Minds se joħloq opportunitajiet għan-nies biex iqattgħu ħin fin-natura, igawdu l-effett terapewtiku li tagati u jtejbu s-saħħa mentali tagħhom. Allura — Programm ta' Residenza ta' Studji Miftuħa – Imressaq minn Allura- Malta Open Art Studios Il-programm rebbieħ tal-unuri tar-residenza tal-artisti ta' Allura ser jiftaħ l-istudjos ta' artisti u gradwati b'talent biex jaqsmu l-prattika kreattiva li tispira u teduka sabiex tħalli mpatt wiesgħa fuq it-tfal tal-iskola, il-komunità lokali u gruppi żvantaġġati. Allura tipprovdi soluzzjoni holistika għal firxa ta' kwistjonijiet kulturali billi tpoġġi l-proċess kreattiv ħaj fi il-qalba tal-esperjenza tal-viżitaturi. Growing Generations Together — Imressqa minn Ċentru Tbexbix Growing Generations Together huwa proġett komunitarju li jlaqqa' l-ġenerazzjonijiet fiċ-ĊentruTbexbix u jipprovdi attivitajiet edukattivi u soċjali lit-tfal, iż-żgħażagħ u l-anzjani fil-Kottonera. Il-proġett għandu l-għan li jgħin lin-nies ta' ġenerazzjonijiet differenti jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom, jgħixu ħajja aħjar u jimxu flimkien bħala komunità b'rashom għolja. R.U.S.H: Renal Unit Support Health Hub — Imressaq minn Lifecycle Malta Permezz tal-proġett R.U.S.H, il-LifeCycle Malta Foundation timmira li timplimenta programm holistiku, sistema komprensiva ta' appoġġ għall-pazjenti lokali bi problemi fil-kliewi. Il-proġett se jagħmel użu minn diversi għejjun ta' dħul, bħal vjaġġi kulturali, avvenimenti ta' trekking, l-isfida tal-Lifecycle annwali, sessjonijiet ta' fitness, ġranet ta' għarfien u taħdidiet dwar in-nutrizzjoni għall-iffinanzjar ta' network ta' appoġġ professjonali mingħajr ħlas. Dan l-appoġġ ikun offrut kemm fuq livell psikoloġiku kif ukoll fiżiku u jkun mingħajr ħlas għall-pazjenti kollha. Step Up for Parkinson's — Imressaq minn Step Up for Parkinson's Step Up for Parkinson's hija organizzazzjoni volontarja li toffri klassijiet ta' movimenti speċjalizzati mingħajr ħlas għal persuni bil-marda tal-Parkinson's (PWPs) u l-persuni jew partners li jieħdu ħsiebhom. Programmi ta' riċerka internazzjonali, partikolarment matul l-aħħar 10 snin, indikaw li s-sintomi ta' PWPs jibbenefikaw ħafna mill-klassijiet regolari taż-żfin. Fl-2016 proġett pilota bi tmien pazjenti wera l-benefiċċju ta' dawn il-klassijiet u dan ġie segwit b'servizz akbar madwar Malta. Il-proġett issa għandu l-għan li jiġġenera evidenza klinika definittiva dwar il-benefiċċji tal-klassijiet taż-żfin għall-PWPs u l-persuni li jieħdu ħsiebhom, iżid in-numru ta' parteċipanti li jistgħu jgawdu minn sessjonijiet regolari ta' darbtejn f'ġimgħa u toħloq entità sostenibbli. L-Organizzaturi tal-Malta Social Impact Awards: Inspirasia Foundation Inspirasia Foundation hija fondazzjoni dedikata għall-finanzjament u l-appoġġ ta' proġetti eċċezzjonali fis-saħħa u l-edukazzjoni għal komunitajiet emarġinati u persuni b'diżabbiltajiet. Il-Fondazzjoni għandha l-għan li tgħin strateġikament billi taħdem mal-benefiċjarji biex ikunu aktar effettivi u effiċjenti u b'hekk l-impatt ikun akbar u aktar sostenibbli fit-tul. Permezz ta' qsim tal-aħjar prattiki, għarfien u kompetenza, il-Fondazzjoni timmira wkoll li tispira lill-oħrajn biex jagħtu u jkunu aktar ġenerużi. www.inspirasia.org Gasan Foundation Il- Gasan Foundation għandha l-għan li tipprovdi sostenn finanzjarju u mhux finanzjarju lill- organizzazzjonijiet li jaħdmu bla skop ta' profitt eżistenti biex jgħinuhom bl-attivitajiet tal-karità tagħhom. Permezz tal-isforzi filantropiċi tagħha l-Fondazzjoni tagħmel ħilitha biex toffri kwalunkwe appoġġ meħtieġ lill-orgizzazzjonijiet u individwi bil-għan għall-iżvilupp soċjali biex ikollhom aktar impatt u tkabbir sostenibbli fit-tul f'oqsma speċifiċi ta' bżonnijiet soċjali.
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/rally-mill-knejjes-flondra-dwar-vjolenza-bis-skieken/
Rally mill-Knejjes f'Londra dwar vjolenza bis-skieken
newsbook.com.mt
Uffiċjali tal-pulizija tal-forensika fuq il-post tad-delitt fejn tfajla ta' 17-il sena sfat attakkat b'sikkina fil-Lvant ta' Londra fit-2 ta' Marzu li għadda. (Credit: Victoria Jones/PA via AP.) Eluf ta' nsara mistennija jiltaqħu f'Londra nhar is-Sibt li ġej għal rally kontra l-kriminalita bis-skieken u biex jitkellmu f'isem iż-żgħażagħ, il-ġenerożità u s-sens ta' ġustizzja tagħhom. Dan qalu l-Arċisqof ta' Westminster, f'appell għal dan ir-rally. Mill-2014 'l hawn in-numru ta' delitti li fihom intużaw skieken fl-Ingilterra żdiedu b'żewġ terzi u b'20% fuq l-2017. Is-sena li għaddiet biss kienu rappurtati 40,000 delitt bis-skieken madwar il-pajjiż. Nitkellmu kontra l-vjolenza "Se nitkellmu kontra l-vjolenza bis-skieken. Se jkunu ma' dawk kollha li tilfu li xi ħadd mill-għeżież tagħhom jew li sfaw feruti fit-toroq tagħna", qal il-Kardinal Vincent Nichols. Dan ir-rally pubbliku msejjaħ "Standing Together" se jsir fi Trafalgar Square hu hu sponsorjat mill-Ascension Trust, organiżazzjoni magħmula minn diversi denominazzjonijiet reliġjużi li poġġiet diversi laned madwar Londra biex fihom jitpoġġew armi u li permezz tagħhom tneħħew ħafna armi tan-nar u skieken mit-toroq ta' Londra. L-organiżazzjoni qalet li r-rally se jsir b'solidarjetà mal-familji u l-komunitajiet milquta minn din il-vjolenza, biex flimkien jaħdmu kontra din il-kriminalità u jsibu soluzzjonijiet effettivi biex jikkumbattu dawn id-delitti u joffru appoġġ lil kulmin safa vittma tagħhom. Ħames attakki f'24 siegħa Bħall-bqija tal-pajjiż, il-komunità nisranija fl-Ingilterra hi mħassba serjament b'din il-kriminalità u vjolenza bis-skieken li qed issir ħaġa komuni kemm f'Londra kif ukoll f'żoni urbani oħra. Ix-xahar li għadda kien hemm ġurnata meta f'temp ta' 24 siegħa, ħames persuni sfaw feruti b'daqqiet ta' sikkina. Ir-Rev. Les Isaac, CEO tal-Ascensionn Trust qal li "l-Knisja trid tibgħat messaġġ qawwi li juri t-tħassib tagħha dwar din il-problema u trid tappoġġja l-vittmi u tfittex li tkun parti mis-soluzzjoni għall-probema". Aktar pulizija fit-toroq Il-Pulizija Metropolitana wara l-mewġa ta' vjolenza bis-skieken li twettqet fil-bidu ta' Marzu waqqfet eluf ta' persuni u għamlet tfittxija fuqhom. "Issa se jkollna aktar uffiċjali fit-toroq ta' Londra biex inkunu aktar preżenti. Dawn se jkunu kemm bl-uniformi kif ukoll pajżana. Uffiċjali mill-iskwadra tal-omiċidju qed jadħmu 24 siegħa kuljum biex jipproteġu l-komunità u jaraw li ssir ġustizzja mal-vittmi," qal id-Deputat Assistent Kummissarju tal-Pulizija ta' Londra. Żied jgħid li filwaqt li l-infurzar tal-liġijiet hu parti mill-ħidma tagħhom f'Lonra, il-pulizija qed tagħmel ukoll ħafna xogħol fl-iskejjel u l-komunitajiet biex tipprevjeni lit-tfal u ż-żgħażagħ milli jkunu nvoluti f'atti ta' vjolenza. Bob Fyffe, the general secretary of Churches Together in Britain and Ireland said the recent spike in youth-related violent crime "has rightly gained media and political attention." Cecilia Taylor-Camara, konsulenta tal-Konferenza Episkopali tal-Ingilterra u Wales qalet li din il-vjolenza bis-skieken hi sintomatika ta' dak li qed jiġri fis-soċjetà. Is-soċjetà qed titfarrak: Kif nistgħu nerġgħu ngħaqqduha? Iż-żgħażagħ qed ifittxu sens ta' appartenenza imma qed jissieħbu fi gruppi li m'humiex l-aħjar gruppi. Ir-rally tas-Sibt hu okkażżjoni biex il-gruppi fi ħdan il-Knisja joffru xi ħaġa aħjar liż-żgħażagħ.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/tiftah-il-wirja-tat-tnax-il-edizzjoni-fl-mcast/
Tiftaħ il-wirja tat-tnax-il edizzjoni fl-MCAST
newsbook.com.mt
Ilbieraħ l-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST inawgura t-tnax-il edizzjoni tal-wirja tal-aħħar tas-sena tal-istudenti, bl-isem 'Revolution – the Final Show'. Għall-inawgurazzjoni tal-esebizzjoni kien hemm preżenti l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u l-Prinċipal u Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-MCAST Stephen Cachia. Il-Kampus tal-Istitut reġa' kien ppreparat b'mod professjonali għall-wiri tax-xogħlijiet artistiċi tal-istudenti. F'din l-attività, li ħadu sehem fija madwar 300 student, wieħed jista' jinnota diversi dixxiplini t'arti kif ukoll ta' disinnji. Fost il-korsijiet li joffri dan l-Istitut hemm Arti, Disinn Tridimensjonali, Disinn Grafiku, Fotografija, Media Interattiva, u Media Awdjoviżiva (film u televiżjoni). L-esebizzjoni qed issir fil-Kampus tal-Istitut f'Tarġa Gap il-Mosta u tibqa' miftuħa sa nhar l-Erbgħa 3 ta' Lulju. Is-Sibt u l-Ħadd, l-esebizzjoni tkun miftuħa bejn is-2pm u t-8pm. Bejn it-Tnejn l-1 u l-Erbgħa 3 ta' Lulju, il-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn id-9am u s-6pm.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/en/photos-knight-fever-irish-village-transformed-into-medieval-battlefield/
Photos: Knight fever! Irish village transformed into medieval battlefield
newsbook.com.mt
A man prepares a Knight's helmet before dueling with an axe during a medieval combat festival at Claregalway castle in Galway, Ireland September 29, 2018. REUTERS/Clodagh Kilcoyne
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/imnedija-t-tema-tal-mixja-ghall-hajja-2020/
Imnedija t-tema tal-Mixja għall-Ħajja 2020
newsbook.com.mt
Il-Mixja għall-Ħajja li saret f'Washington f'Jannar 2019 ( Credit: Rena Schild / Shutterstock) Il-Mixja għall-Ħajja li ssir fl-Istati Uniti f'Jannar li ġej se jfakkar il-100 anniversarju minn meta n-nisa fl-Amerika ngħataw id-dritt għall-vot u għandu jwassal messaġġ favur il-ħajja u jkisser l-idea falza li l-abort hu forma ta' indipendenza. Jeanne Mancini, President tal-Mixja għall-Ħajja, qalet f'konferenza tal-aħbarijiet nhar it-Tlieta, li fiha nidiet it-tema tal-Mixja għall-din is-sena, qalet li t-tama tal-organizzaturi hi li "il-Mixja toffri rimedju għall-messaġġi qarrieqa dwar in-nisa liema messaġġi ġejjin mill-industrja tal-abort". Favur il-Ħajja – Favur il-Mara It-tema magħżula għal din is-sena hi: "Life Empowers: Pro-Life is Pro-Woman." Mancini qalet li din it-tema għandha rabta qawwija mal-100 anniversarju tal-vot tan-nisa u ngħażlet proprju minġħabba f'hekk. Il-Mixja għall-Ħajja ssir kull sena f'Washington bil-parteċipazzjoni ta' persuni li jaslu minn kull rokna tal-Istati Uniti u jsir dejjem f'Jannar. Ilu jsir mill-1974, sena wara li l-Qorti Suprema Amerikana ddikjarat f'sentenza famuża li persuna għandha dritt tagħmel abort f'kull wieħed mill-50 stat Amerikan. Bħalissa l-abort qed "ikun reklamat bħala xi ħaġa essenzjali għal-libertà tal-mara, għall-emanċipazzjoni tal-mara u għall-progress tal-mara", qalet Mancini b'riferenza għall-kampanja li qed tagħmel in-National Abortion Rights Action League, li qed tinkoraġixxinisa li għamlu abort biex pubblikament jagħtu dettalji ta' dak li għaddew minnu biex jagħmlu l-abort jidher bħala xi ħaġa normali. L-Omm m'għandhiex minn xiex tistħi "Kampanji bħal din għandhom l-iskop li jsostnu illi li tkun omm – li hu essenzjali għal kull mara – hi xi ħaġa li għandek tistħi minnha", qalet Mancini, "meta fil-fatt li tkun omm hu miraklu u rigal". It-tema magħżula għall-Mixja għall-Ħajja tas-sena d-dieħla hi maħsuba biex tibdel il-qlub u l-imħuħ, bit-tama li fil-kultura tagħna l-abort isir xi ħaġa ta' min jistmerrha". Is-sena d-dieħla taħbat ukoll is-sena tal-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti u dan l-avveniment hu f'moħħ l-organizzaturi tal-Mixja favur il-Ħajja. Mancini qalet lill-aġenzija "Catholic News Agency" li bħalissa ħadd mill-kandidati tal-Partit Demokratiku ma hu kontra l-abort, anzi dawn l-istess kandidati huma maqtugħa minn kif jaħsibha l-poplu Amerikan dwar dan is-suġġett. Serrin Foster, waħda mill-organizzaturi tal-Mixja qalet li l-"Femminiżmu hu filosofija li tiġbor fiha d-drittijiet umani kollha, mingħajr eċċezzjoni" u sostniet li l-mara li ħadmet ħafna biex in-nisa Amerikani kisbu d-dritt għall-vot, hi wkoll kienet kontra l-abort. "Dawk li ma jaraw ebda problema morali li jeqridu ħajja, iqisu l-abort bħala di ħaġa kbira".
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/tniedi-kanzunetta-gdida-fgheluq-it-80-sena-taghha/
Tniedi kanzunetta ġdida f'għeluq it-80 sena tagħha
newsbook.com.mt
Il-kantanta Taljana Iva Zanicchi illum qed tiċċelebra għeluq it-80 sena tagħha. Mhux biss hija kantanta iżda wkoll għadha attiva fuq it-televiżjoni u spiss ukoll narawha msitiedna f'diversi programmi fuq it-televiżjoni, speċjalment dawk ta' Barbara D'Urso. Biex tiċċelebra għeluq it-80 sena tagħha, Zanicchi proprju llum, eżattament mat-tooki ta' nofsillejl, nediet kanzunetta ġdida Sangue Nero miktuba minn Cristiano Malgioglio, wkoll wiċċ familjari għal min isegwi l-programmi ta' Barbara D'Urso. Zanicchi twieldet fit-18 ta' Jannar 1940. Iddebuttat b]ala kantanta waqt Campanile di sera mmexxi minn Mike Buongiorno u fl-1963 ħadet sehem fil-festival di Castrocaro bil-kanzunetta 6 Ore fejn klassifikat fit-tielet post. Minn hawn bdiet tieħu sehem fil-festivals u fl-1967 rebħet Sanremo bil-kanzunetta Non pensare a te. Sentejn wara rebħitu bil-kanzunetta Zingara. Fl-istess sena rrappreżentat l-Italja fil-Eurovision Song Contest b'Due Grosse Lacrime Bianche fejn klassifikat fit-13-il post. Fl-2004 Zanicchi ħareġt għall-politika mal-Forza Italia u kienet fost il-kandidati mal-Forza Italia. Kisbet 35,000 vot li ma kienux biżżejjed biex tikseb siġġu u kien fl-2009 li sabet postha fil-Parlament Ewropew. Baqgħet attiva fil-mużika u tul is-snin ħarġet 35 album u numru kbir ta' singles. Għamlitha wkoll ta' attriċi f'żewġ films, kif ukoll fit-tlett sensiliet ta' Caterina e i Suoi Figli.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/progett-gizwita-biex-jghin-lill-venezuelani-li-jkunu-se-jitilqu-mill-pajjiz/
Proġett Ġiżwita biex jgħin lill-Venezuelani li jkunu se jitilqu mill-pajjiż
newsbook.com.mt
Venezuelani jfittxu li jaħarbu mill-kriżi li ħakmet lil pajjiżhom Il-komunità tal-patrijiet Ġiżwiti fl-Amerika Latina u l-Karibew, bl-għajnuna ta' sħabhom fl-Istati Uniti u l-Ewropa, niedew proġett biex joffru għajnuna materjali fil-battalja kulturali kontra x-xenofobija, lill-Venezuelani li qed jħarbu minn pajjiżhom. Il-Venezuela qed tiffaċċja kriżi kbira. Wara snin ta' tmexxija b'politika żbaljata, l-operaturi kummerċjali u l-imprendituri qed jitilfu d-dinamiżmu tagħhom. Il-waqa' fil-prezz taż-żejt – li hu l-aqwa riżorsa li għandu l-pajjiż – kissret s-sistema finanzjarja u l-kriżi kompliet tikber. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet kattolika FIDES, f'dawn l-aħħar snin madwar 15,000 kumpannija kummerċjali, għalqu. L-inflazzjoni telgħet għal 1,200 fil-mija. Fil-pajjiż hemm nuqqasijiet kbar fosthom ta' ilma għax-xorb, elettriku, ħtiġijiet bażiċi, mediċini u anke petrol. In-nies ikollhom joqgħodu fi kju ma jispiċċa qatt biex jixtru ikel bi prezzijiet raġjonevoli, bħalma huma l-ħalib, ross, ħobż, għaġin u butir. Quddiem din it-traġedja umana ħafna qed jaħarbu mill-pajjiż. Hu stmat li bejn l-2015 u l-2017 aktar minn miljun persuna fittxew kenn fil-Brażil, il-Colombia, l-Ecuador jew il-Guyana. Fl-aħħar ħames snin wieħed minn kull għoxrin ċittadin telaq minn pajjiżu u issa qed jgħix f'ċirkostanzi diffiċli u ma għandhom ikel biex jgħixu. Quddiem din is-sitwazzjoni, il-patrijiet Ġiżwiti niedew dan il-proġett ta' għajnuna umanitarja fuq il-fruntieri tal-Venezuela mal-Colombia u l-Brażil fejn mhux biss joffru ħtiġijiet bażiċi bħalma huma ikel u trasport imma anke għajnuna legali biex ikun regolat l-istatus ta' emigrant u għajnuna psikoloġika għall-persuni vulnerabbli fosthom nisa tqal, persuni b'mard kroniku u tfal li ma ngħatawx tilqim kontra l-mard. Dan il-proġett imur 'l hinn minn sempliċi għajnuna umanitarja għax il-wasla kontinwa ta' refuġjati qed toħloq sfiduċja fihom mir-residenti tal-pajjiżi li qed imorru fihom. Dan qed iwassal għal reazjonijiet xenofobiċi li jwasslu għal abbużi. Għalhekk il-Ġiċwiti qed jorganizzaw ukoll attivitajiet kulturali maħsuba biex l-imigranti jingħataw laqgħa xierqa. Il-Ġiżwiti qalu lill-Aġenzija FIDES li "L-iskop tagħna hu li ntaffu l-impatt ta' din il-kriżi fuq in-nies. Aħna mhux biss qed noffru lir-refuġjati għajnuna u assistenza imma nixtiequ nwaqqfu l-mewġa xenofobika li qed tikber fil-pajjiżi li qed jirċievuhom billi nippromwovu kultura ta' ospitalità. Aħna nemmnu fid-drittijiet tal-emigranti u se norganizzaw kampanji biex noħolqu klima ta' akkoljenza".
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/tarbija-tissielet-ghal-hajjitha-wara-li-attakkaha-kelb/
Tarbija Ingliża tissielet għal ħajjitha wara li attakkaha kelb
newsbook.com.mt
Tarbija li għandha inqas minn sena qed tissielet għal ħajjitha wara li sfat attakkata minn kelb tar-razza Stradffordshire Bull Terrier fir-Renju Unit. L-inċident seħħ ilbieraħ ftit qabel is-2pm f'residenza f'Peterborough fejn it-tarbija, tifel ta' inqas minn sena, safa attakkat mill-kelb. It-tifel qed jingħata l-kura neċessarja fi sptar f'Cambridge fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fiċ-ċans li jitlef ħajtu. Mara ta' 28 sena u raġel ta' 31 sena ġew arrestati b'rabta mal-każ u qed ikunu akkużati b'negliġenza. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ż-żewġ persuni, li mhux konfermat jekk humiex il-ġenituri tat-tarbija, ingħataw il-libertà proviżorja u li ġew ikkonfiskati żewġt iklieb tar-razza Bull Terrier u qed jinżammu fil-kennel tal-Pulizija.
[ 2, 10 ]
https://newsbook.com.mt/marija-portelli-il-muzajkista-ghawdxija/
Niltaqgħu ma' Marija Portelli, il-mużajkista Għawdxija
newsbook.com.mt
Waqt il-programm Għidli Dwarek li jixxandar kull nhar ta' Ħadd fit-8:30am fuq RTK 103FM , il-preżentatur Dun Keith Bonnici ltaqa' ma' Marija Portelli, il-mużajkista Għawdxija. Marija, minn Nadur Għawdex, trabbiet minn ommha għax missierha kien jaħdem fuq il-baħar. Iżżewġet lil Peter Paul, ukoll minn Nadur, u rabbiet familja ta' ħamest itfal – li tlieta minnhom illum huma inġiniera. T'erbgħin sena marret l-Universita' biex iġġib diploma fil-Public Administration għax kienet, u għadha, taħdem mal-Gvern fiċ-Ċivil. Mat-tmien snin ilu marret l-Italja biex tistudja kif taħdem il-mużajk u llum għandha diversi xogħolijiet ma' Malta w Għawdex inkluż il-bebbuxu l-kbir kif tasal Għawdex bil-karozza fil-port tal-Imġarr. Hawnhekk Marija tirrakonta kif l-interess tagħha fil- quilting daħħalha biex tinteress ruħha li taħdem il-mużajk u kif l-ambjent vibranti Mediterranju Għawdxi li tgħix fih jispiraha biex tuża kuluri qawwijin u sbieħ. Illum Marija tieħu gost tgħallem nies oħra kif jaħdmu l-mużajk fi proġetti kommunitarji. Ritratti: ftit mill-proġetti ta' Marija Portelli
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/jirrizenja-s-cfo-ta-revolut-l-app-fmalta-mhix-tahdem/
Aġġornata: L-app ta' Revolut lura għan-normal
newsbook.com.mt
Ritratt: Mill-Paġna ta' Facebook ta' Revolut L-app ta' Revolut reġgħet ġiet lura għan-normal wara xi sigħat mhux taħdem. Newsbook.com.mt staqsa lil Dimitris Litsikakis, il-Maniġer għall-Greċja, Ċipru u Malta, dwar jekk hemmx xi problemi u iktar kmieni kien qalilna li kien hemm xi diffikultajiet tekniċi bil-ħaddiema tal-bank jinsabu jaħdmu fuqhom. Dawn il-problemi jidher li ġew solvuti, b'Revolut tikteb fuq Twitter dwar dan. ✅ We're back up and running again! App functionality has been restored and all systems are running smoothly. Thank you for your patience and continual support and apologies for any inconvenience caused. — Revolut (@RevolutApp) March 1, 2019 Jirriżenja s-CFO ta' Revolut; l-app f'Malta mhix taħdem L-Uffiċjal Kap tal-Finanzi (CFO) ta' Revolut fir-Renju Unit, Peter O'Higgins irreżenja wara li l-bank diġitali qajjem dubji li seta' kien hemm każijiet ta' ħasil ta' flus fl-istess bank. Il-bank sostna li r-riżenja ta' O'Higgins ma għandiex x'taqsam mat-tħassib li qam dwar il-bank u s-sistemi ta' moniteraġġ tiegħu. Is-sena l-oħra, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri kien ħabbar fi Tweet li l-bank mistenni jitwaqqaf Malta matul id-DELTA Summit. AQRA: Aqsam il-kont ma' sħabek permezz ta' Revolut Newsbook.com.mt staqsa lil Dimitris Litsikakis, il-Maniġer għall-Greċja, Ċipru u Malta, jekk it-tħassib li qam dwar il-possibilità ta' ħasil ta' flus fir-Renju Unit kienux qed jaffettwaw dak li għandhom kont mal-bank f'Malta hekk kif diversi nies kienu qed iħeġġu oħrajn joħorġu flushom mill-bank. Dwar is-sitwazzjoni fir-Renju Unit, Litsikakis irrefera għall-istqarrija tal-fundatur u l-Kap Eżekuttiv ta' Revolut Nik Storonsky. Storonsky saħaq li l-artiklu li deher fil-ġurnal Ingliż kien qed jirreferi għall-proġett biex jitjiebu s-sistemi bankarji tagħhom. Saħaq li dawn is-sistemi kienu qed jiġu mnedija fl-istess ħin li s-sistemi antiki għadhom fis-seħħ. Saħaq li l-bank eżamina kull tranżazzjoni suspettuża li saret mill-kontijiet ta' Revolut u ġie kkonfermat li ma kien hemm l-ebda tranżazzjoni li kellha tiġi mwaqqfa. Spjega wkoll li Revolut qatt ma nfurmat lill-Awtorità Finanzjarja Ingliża dwar il-każ. Huwa sostna li waqt li qed jibdlu s-sistemi fl-ebda mument ma jaħseb li l-bank naqas milli jżommu mal-liġijiet u r-regolamenti dwar is-sanzjonijiet. "Diffikultajiet tekniċi, qed naħdmu fuqhom" – Dwar l-app f'Malta Dwar l-app li mhix taħdem f'Malta. Litsikakis sostna li dan kien minħabba diffikultajiet tekniċi u li l-inġiniera tagħhom jinsabu jaħdmu biex l-app tiġi lura għan-normal. Dan tħabbar ukoll fuq it-Twitter ta' Revolut. ⚠️ We're currently facing some technical issues which are affecting our app's functionality – including top ups, exchanges and other features. Our engineers are on the case and we will update you as soon as possible. Card payments are currently processing normally. — Revolut (@RevolutApp) March 1, 2019 Il-ġurnal Ingliż Telegraph, irrapporta li qamu diversi mistoqsijiet dwar l-abbilità tal-bank li jwaqqaf tranżazzjonijiet suspettużi. Id-dettalji li dan irreżenja ħarġu wara l-għada li ġie rrappurtat li l-bord ta' Revolut beda inkjesta interna dwar nuqqasijiet fis-sistema tal-montineraġġ tas-sanzjonijiet mill-bank. Fi stqarrija Peter O'Higgins sostna li huwa kien kburi ħafna dwar il-progress li sar fil-bank iżda hekk kif il-bank beda jikber u jsir globali jħoss li wasal iż-żmien li tmexxiha tgħaddi għand persuna li għanda esperjenza fuq bażi globali. Saħaq li jinsab kburi ħafna b'dak li l-hu u t-tim tiegħu rnexxillhom jiksbu flimkien għall-kumpanija. Kien whistleblower li kien għamel kuntatt mal-bord tal-bank jinfurmawhom li s-sistema li twaqqaf tranżazzjonijiet suspettużi kien mitfija għal xhur sħaħ is-sena l-oħra. Dokumenti li rat it-Telegraph juru li jaf kemm hemm eluf ta' tranżazzjonijiet illegali li għaddew mis-sistemi tal-bank bejn Lulju u Settembru tas-sena li għaddiet. Il-bank kien iddeċida li jwaqqaf is-sistema li twaqqaf tranżazzjonijiet suspettużi milli jsiru wara li l-klijenti kienu rrabjaw meta iktar minn 8,000 tranżazzjoni leġitima kienu ġew imwaqfa b'mod awtomatiku. Il-bank kien addotta sistema ta' moniteraġġ ta' tranżazzjonijiet suspettużi wara li dawn ikunu saru. Il-Kap Legali tal-bank Tom Hambrett kien kiteb ittra lill-Awtorità Finanzjarja Ingliża f'Settembru biex jinfurmawhom iżda din qatt ma intbgħatet.
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-104-immigrant-jiddahhlu-l-italja/
Filmat: 104 immigrant jiddaħħlu l-Italja
newsbook.com.mt
104 immigrant ġew salvati mill- Migrant Offshore Aid Station (MOAS) u ddaħħlu l-Italja aktar kmieni illum wara nofsinhar. L-immigranti huma kollha rġiel. Uħud minnhom qed isofru minn deidrazzjoni minħabba nuqqas ta' ikel u xorb u oħrajn qed isofru minn ħruq minħabba li l-ħwejjeġ tagħhom kienu mxarbin bil-petrol. B'kollox, il-MOAS din il-ġimgħa salvat 196 immigrant li kienu fuq żewġ dinghies f'nofs il-baħar Meditterran. Fl-ewwel ta' Ottubru ġew salvati 57 raġel, 34 mara u tifla ta' sentejn iddaħħlu l-art. Sadanittant, il-Ġimgħa, il-MOAS kienu Lampedusa biex jitfakkru l-mijjiet ta' immigrant li tilfu ħajjithom fl-istess baħar fit-3 ta' Ottubru li għadda. Minn Awwissu s'issa il-MOAS diġà salvat 2,200 immigrant. Ritratti:MOAS/ Darrin Zammit Lupi
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/inawgurat-l-ewwel-sptar-ghal-tfal-bil-kancer-fl-amerika-tisfel/
Inawgurat l-ewwel sptar għal tfal bil-kanċer fl-Amerika t'Isfel
newsbook.com.mt
Waqt l-inawgurazzjoni tal-Isptar Vidawasi fil-Peru aktar kmieni din il-ġimgħa Aktar kmieni din il-ġimgħa, kien inawgurat l-ewwel sptar fl-Amerika t'Isfel għal tfal li jbatu mill-kanċer li jinsab fil-Perù. Dan l-isptar hu megħjun mis-Santa Sede. L-isptar tbierek minn Mons. Nicola Girasoli, Nunzju Apostoli fil-Perù u Mons. Richard Alarcon, Arċisqof ta' Cusco, qabel ma kien ippreżentat lill-komunità. L-Isptar ingħata l-isem ta' "Vidawasi" li tfisser "Dar il-Ħajja" u jinsab fil-belt ta' Yanahuara fid-distrett ta' Urusco f'Cusco. Appoġġ tas-Santa Sede Il-proġett ta' Vidawasi għandu l-appoġġ tas-Santa Sede flimkien ma' appoġġ internazzjonali minn diversi sptarijiet li jispeċjalizzaw fil-marda tal-kanċer, fosthom is-Sant Joan d Deu Hospital, il-Fondazzjoni Puigvert ta' Barċellona, it-Teleton Hospital għat-Tfal tal-Messiku, l-Isptar St Jude tal-Istati Uniti u minn esperti tal-onkoloġija minn madwar id-dinja. Barka għall-Peruvjani Waqt iċ-ċerimonja tat-tberik tal-isptar il-mistedna kellhom l-okkażjoni jżuru l-blokki tal-amministrazzjoni u tar-rikreazzjoni kif ukoll dak li qed jissejjaħ "il-villaġġ mediku", villa fejn se joqogħdu l-voluntiera, kappella, il-hostels għall-familji tat-tfal morda li jkun rikoverati fl-isptar. L-Arċisqof Girasoli qal li l-Vidawasi hu barka għall-poplu tal-Perù għax hu biċċa xogħol magħmula bil-qalb u b'solidarjetà, fejn il-pazjenti ċkejknin morda bil-kankru se jsibu t-trankwillità li għandhom bżonn, grazzi għall-post strateġiku li jinsab fih fil-qalba tal-Wied Qaddis tal-Incas. Jesús Dongo, fundatur ta' Vidawasi rringrazzja lill-Knisja Kattolika li kienet waħda mill-ewwel istituzzjonijiet li fetħet idha biex tgħin f'dan il-proġett. Hu stieden lill-pajjiż kollu biex jingħaqad fil-kruċjata kontra l-kanċer u jkun parti minn dan l-isptar tat-tfal.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/il-milied-fil-pjazza-fil-qrendi/
Il-Milied fil-Pjazza fil-Qrendi
newsbook.com.mt
Nhar il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2019 Radju 15 ta' Awwissu fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi, ser jorganizza l-attività Il-Milied fil-Pjazza b'risq id-Dar tal-Providenza. Din l-attività tibda fid-9:00 a.m. fil-pjazza prinċipali tal-Qrendi quddiem il-Knisja Parrokjali. Waqt din l-attività ser ikun hemm wirja ta' vetturi mill-korp tal-pulizija kif ukoll mis-sezzjoni tal-klieb. Apparti minn hekk ser tkun għaddejja l-Maratona ta' 63 siegħa ta' xandir diretta minn ġewwa il-pjazza stess, li l-għan tagħha hu li nkomplu niġbru aktar fondi b'risq id-Dar tal-Providenza, maratona li se tibqa' sejra sal-Ħadd stess fl-10:30pm. Waqt din l-istess attività ser jkun hemm għal bejgħ ukoll ikel tradizzjonali tal-Milied, ħdim taċ-ċombini tradizzjonali u għal dawk li għadhom iridu jixtru r-rigali għat tfal ser ikun hemm minn fejn jagħmlu dan ukoll. Fil-11:00 ta' filgħodu il-Banda Santa Marija tal-Qrendi fi ħdan l-istess Soċjetà ser ittella' kunċert kollu b'diski tal-Milied bis-sehem tal-kantanta popolari Nicole Frendo ġol-pjazza stess. Dak il-ħin ukoll jingħaqad magħna Father Christmas fejn ser ikun qiegħed iqassam ir-rigali lil dawk it-tfal preżenti. Parkeġġ mhux problema. Il-Milied fil-Pjazza hija attività għall-familja kollha b'għan nobli, li niġbru aktar fondi b'risq id-Dar tal-Providenza, li tant tagħmel ġid matul is-sena kollha. Min hawnhekk nixtiequ nirringrazzjaw lir-Reġjun Nofsinhar u lill-Kunsill Lokali tal-Qrendi għall-għajnuna tagħhom sabiex intellgħu din l-attività.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/qatt-ma-twaqqa-isem-malta-ghac-cajt-jenise-spiteri/
"Qatt ma twaqqa' isem Malta għac-ċajt!" – Jenise Spiteri
newsbook.com.mt
Dan l-aħħar waqt il-programm ta' CBS Let's Make a Deal dehret l-isportiva Maltija Jenise Spiteri fejn kienet intervistata minn Wayne Brady. Xi Maltin li raw din l-intervista li nxterdet fuq bosta siti soċjali ħassewhom insultati b'dak li beda jgħid il-preżentatur fejn deher bħal anki jirredikola lil pajjiżna, l-innu Malti u kif aħna bħala poplu. Wara l-kjass li nqala' għamilna kuntatt ma' Jenise biex nieħdu l-kummenti tagħha dwar dak li ġara. Jenise hija snow boarder professjonali u beħsiebha tikkompeti fl-Olimpjadi f'isem Malta. Kien hawn li l-preżentatur Wayne Brady beda jagħmel battuti dwar iċ-ċokon ta' Malta. Jenise qalet li d-dehra tagħha waqt il-programm ġabet reazzjoni tajba dwar Malta fl-Istati Uniti. Kien hemm ħafna Amerikani li bagħtulha mijiet ta' messaġġi fejn semmewlha li Malta hi sabiħa, li riedu jiġu Malta u li jagħtuha l-appoġġ waqt l-Olimpjadi. Irċeviet ukoll messaġġi minn persuni b'dixxendenza Maltija li faħħruha meta raw Maltija waqt il-programm fuq it-TV. Ħadd minnhom ma ħaseb li l-programm waqqa' għaċ-ċajt lil Malta. Jenise bdiet biex tgħidilna li hi ħasra li minn spettaklu ta' siegħa ntwerew biss tliet minuti u xi kummenti ttieħdu barra minn lokhom. Qabel ma dehret waqt il-programm Wayne Brady qatt ma kien jaf b'Malta u wera interess kbir biex ikun jaf dwarha. Hi qaltilna li tkellmet ukoll dwar konjomha li jibqa' sejjer sa minn żmien il-kavallieri ta' Malta. It-taħdita tagħhom dwar pajjiżna kienet itwal minn kif dehret għax inqatgħu partijiet minnha minħabba t-tul tal-programm. Waqt il-programm il-Maltija rebħet karozza u flus. Wara li dehru xi reklami Wayne qal li kien għadu kif irċieva mpjieg bħala ambaxxatur ta' Malta u li se jmur joqgħod fil-gżira. Kien hawnhekk li talab lill-udjenza biex tqum bilwieqfa għall-innu Malti. "Meta smajt dan," kompliet tgħid Jenise, "ma ridtx nemmen li kien se jkompli dwar Malta ... u kienu se jdoqqu l-Innu Malti? Meta beda jkanta "ohhhhh Malta" il-kameras daru fuqi biex jaraw ir-reazzjoni tiegħi. "Peress li dan hu programm 'fun comedy' kieku wrejt li kont qed niddejjaq kont nidher kerha u ma għamiltx is-salut li Brady u l-udjenza għamlu għax hekk ħasbu li kellhom jagħmlu. L-Amerikani jpoġġu idhom fuq qalbhom waqt l-innu tagħhom u għalhekk poġġew idhom fuq moħħhom waqt id-daqq tas-suppost innu għax ħasbu li l-Maltin hekk jagħmlu waqt l-innu tagħhom." Jenise għamlitha ċara li Brady kien ikun offensiv lejn l-innu Malti kieku uża l-innu nazzjonali proprju u vvinta kliem biex taparsi jkun jitkellem bil-Malti. Fil-fatt Brady vvinta l-'innu' dak il-ħin stess. Wara l-ħin tar-reklami ħareġ iħabbar li kien sar ir-Re ta' Malta. Din ovvjament kienet ċajta u Jenise qalet li mpressjonat ruħha kif f'żewġ minuti biss ir-raġel irnexxilu jsib kuruna u sash! Ftit wara l-assistenta tiegħu ħaditlu l-kuruna u s-sash għax qaltlu li hi kienet eletta r-Reġina ta' Malta. Dan iċ-ċajt baqa' għaddej tul il-programm sħiħ. Jenise Spiteri tgħannaq lir-rebbieħa li rebħet vjaġġ għal Malta waqt il-programm Waħda mill-kontestanti rebħet vjaġġ għal Malta wkoll. Il-premju kellu jkun x'aktarx vjaġġ għall-Bahamas imma l-programm tant spiċċa dwar Malta li bidlu l-pajjiż tal-premju. Kull episodu jarawh miljun ruħ u Jenise ħassitha li d-dehra tagħha swiet ta' ġid għax għamlet reklam għal Malta wara li tqanqal tant interess dwar il-pajjiż. "Jien ridt nuri l-isbaħ wiċċ possibbli għal Malta fuq l-istejġ dinji," temmet tgħidilna Jenise.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/il-papa-jappella-biex-il-kura-tipprovdi-wkoll-hbiberija-u-konfort-lill-marid/
Il-Papa jappella biex il-kura tipprovdi wkoll ħbiberija u konfort lill-marid
newsbook.com.mt
Il-Papa Franġisku jilqa' lil Ettore Sansavini, President tal-Grupp "Wieħed jittama li l-postijiet li jipprovdu l-kura jsiru dejjem aktar djar li jilqgħu u jikkonfortaw lill-marid li fihom għandu jsib ħbiberija, min jifhmu u jurih ħniena u karità. Fil-qosor dawn għandhom ikunu postijiet fejn il-marid isib umanità. Il-marid mhux numru imma hu jew hi huma persuni li jinħtieġu umanità". B'dan il-kliem, il-Papa Franġisku l-ġimgħa li għaddiet laqa' tobba, infermiera u amministrturi tal-Grupp Villa Maria li joffri kura u riċerka. "Jien naf li l-grupp tagħkom ilu attiv għal aktar minn 40 sena fil-qasam tas-saħħa fis-servizz tal-poplu. Nawguralkom għad-dinamiżmu tagħkom li wassal biex infrixtu f'pajjiżi oħra barra mill-Italja dejjem f'servizz favur il-ħajja u kontra l-mard." L-iżvilupp tekonoloġiċiu t-tibdil fl-oqsma soċjali, ekonomiċi u politiċi bidlu it-tessut li fuqhom tistrieħ il-ħajja tal-isptarijiet u l-istrutturi tas-saħħa. Għalhekk hemm bżonn kultura ġdida, speċjalment fit-tħejjija teknika u morali tal-ħaddiema f'kull livell fil-qasam mediku, qal il-Papa. Kultura ġdida Minn dan l-aspett, dak li għamel s'issa il-Grupp Villa Maria biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-pazjenti u l-familji tagħhom, li kultant ikollhom imorru f'ċentri speċjalizzati bogħod minn djarhom, hu importanti ħafna. L-impenn li tinfirex il-ħidma tal-grupp bl-akkwist jew bini ta' faċilitajiet ġodda tixhed ir-rieda tal-grupp biex jassikura aktar kumdità għall-morda fit-triq tal-fejqan. "Nittama li l-postijiet ta' kura jsiru dejjem aktar djar fejn wieħed iħossu milqugħ u komdu fejn il-marid isib ħbieb, min jifhmu u juri miegħu ħniena – fejn isib l-umanità. "Il-marid mhux numru: hu jew hi persuna li tinħtieġ l-umanità. Għalhekk hu meħtieġ li jkun hemm il-kollaborazzjoni ta' kulħadd, biex il-bżonnijiet tal-marid jintlaqgħu fi spirtu ta' servizz u attitudni ġeneruża u sensittiva. Dan mhux faċli, għax il-marid fil-kundizzjoni tiegħu spiss jitlef il-paċenzja u jintilef. Għalhekk dan mhux faċli, iżda jrid isir". Biex jintlalħqu dawn l-oġġettivi wieħed ma jridx iħalli lilu nnifsi jitmexxa minn "sistemi" li jkunu mmirati biss fuq il-qliegħ finanzjarju u minflok jimplimentaw stil li jqarribhom lejn il-pazjenti morda biex ikunu jistgħu jassistuhom b'umanità quddiem l-ansjetajiet tagħhom fil-mumenti l-aktar kritiċi tal-mard tagħhom. B'hekk dawn il-professjonisti jkunu qed jikkontribwixxu biex il-mediċina, l-isptar u l-ambjent kollu tas-sahha jkunu umanizzati. "Semmejt il-kelma 'qrib': din m'għandniex ninsewha. Il-viċinanza wkoll – biex ngħidu hekk – hi l-mod li Alla użà biex isalvana. Lill-poplu Lhudi kien qallu: "Għiduli, liema poplu għandu l-allat tant qirb tiegħu, bħalma jien magħkom?". Alla tal-viċinanza jiġi qrib tagħna f'Ġesù Kristu, wieħed minnha. Il-viċinanza hi ċ-ċavetta għall-umanità u l-Kristjanità." Servizz lill-oħrajn Dawk li jsejħu lilhom infushom insara huma msejħa biex iservu fl-ispirtu tal-kliem ta' Ġesù: "Kif għamiltu ma' l-ifqar minn dawn ħuti, għamiltu miegħi". "Hawn jinstab il-pedament Evanġeliku ta' servizz għall-oħrajn. Hekk, għal dawk li jemmnu, il-marid u dak li qed isofri, isiru sinjali ħajja tal-preżenza ta' Kristu, Iben Alla, li ġie biex ifejjaq u ħa fuqu nnifsu il-fraħilità u d-debulizzi tagħna", sostna l-Papa Franġisku. "Li nieħdu ħsieb lill-ħutna morda ifisser li nagħmlu post għal Alla. Mill-post tal-uġiegħ u l-fejqan joħroġ messaġġ ta' ħajja: lezzjoni kbira li ebda professur ieħor ma' jista' jagħtina. Il-bniedem li qed isofri, fil-fatt, jifhem aktar il-bżonn u l-valur tar-rigal divin tal-fidwa u jgħin lil dawk li huma qrib tiegħu japprezzaw u jfittxu huma wkoll dan ir-rigal. "U huma preċiżament lill-morda u l-pazjenti li hemm fl-istrutturi tagħkom li jien nixtieq ngħidilhom li nħossni qrib tagħhom u nitlobkom twasslulhom dan il-messaġġ. Ningħaqad magħhom fit-tama għall-fejqan u naqsam magħhom dak li għaddejin minnu bit-tama li ma jdumx ma jgħaddi biex kulħadd, malajr kemm jista' jkun ikun jista' jirritorna do-dar mal-familja. "Għalihom nitlob lil Alla jagħtihom ir-rigal tal-paċenzja u l-fiduċja u saħħa u li jaċċettaw ir-rieda t'Alla u jafdaw fit-tjubija tal-providenza paterna tiegħu", temm jgħid il-Papa.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/kattolici-fi-myanmar-fhidma-kbira-favur-l-ambjent/
Kattoliċi fi Myanmar f'ħidma kbira favur l-ambjent
newsbook.com.mt
Ħaddiema tal-Knisja fi Myanmar iħawwlu s-siġar Il-Kardinal Charles Bo, Arċisqof ta' Yangon ingħaqad ma' numru ta' żgħażagħ Kattoliċi f'ħidma li matulha tħawwlu numru kbir ta' siġar f'żona li rriservalhom apposta l-Gvern barra l-kapitali Myanmar biex b'hekk qed isegwu l-eżempju ta' Papa Franġisku fl-enċiklika Laudato si Aktar minn 200 impjegati u żgħażagħ tal-Knisja Kattolika ħadu sehem f'dan l-avveniment b'turija ta' responsabbiltà lejn il-protezzjoni tal-ambjent fl-ispirtu dettat mill-imsemmija Enċiklika. L-id soċjali tal-Knisja fil-pajjiż –Caritas Myanmar – ilha li bdiet kampanja ta' tħawwil ta' siġar, sa mit-18 ta' Ġunju li għadda – li kien ir-raba' anniversarju mill-pubblikazzjoni tal-eżortazzjoni ta' Papa Franġisku dwar "Il-Kura tad-Dar Komuni Tagħna". Fost affarijiet oħra l-Enċiklika titlob li jkun hemm azzjoni responsabbli u mmedjata dwar it-tibdil fil-klimea. Skont Vatican News, sa mis-sena li għaddiet, Caritas Myanmar kienet qed taħdem biex torganizza din il-kampanja favur l-ambjent madwar is-16-il djoċesi mifruxa mal-pajjiż kollu. Naqsmu r-responsabbiltà Caritas tixtieq timmotiva lil kulmin hu responsabbli biex jerfa' r-responsabbiltà biex flimkien inwaqqfu l-qirda tal-ambjent u l-inġustizzji marbuta mal-bidla globali fil-klimea. F'kumment li ta dwar l-attività taż-żriegħ tas-siġar, id-Direttur ta' Caritas f'Yangon qal li l-Gvern ipprovda l-pjanti u rriserva biċċa art biex fiha jkunu ppjantati s-siġar filwaqt li l-Knisja se tieħu ħsieb li għas-sentejn li ġejjin, tieħu ħsieb dawn is-siġar. Caritas ilha mill-2017 tiżra s-siġar f'Yangon barra milli żergħat ukoll eluf ta' pjanti f'diversi villaġġi fi rħula u bliet fil-qrib. Inqajmu kuxjenza Uffiċjal ta' Caritas Myanmar qal li din il-kampanja qed issir bħala sforz kollettiv mill-uffiċċji tal-Caritas li hemm fi Myanmar biex titqajjem kuxjenza ambjentali. "Illum it-taħsir tal-ambjent sar problema kbira u għandna dover li nipproteġu l-ambjent u nħobbu s-siġar u l-foresti. Dan hu l-messaġġ li nixtiequ ngħaddu lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin". Il-Caritas fi Myanmar ippreżentat lill-Gvern, pjan ta' ħames snin – bejn l-2018 u l-2022 – ta' żriegħ ta' siġar. Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Afforestrazzjoni tal-Gvern offrew eluf ta' pjanti għal dan l-iskop. Barra minn dan, f'dawn il-ġranet, fil-belt ta' Lashio fit-tramuntana tal-pajjiż, il-Caritas lokali , ippjantat aktar minn 1,800 siġra fuq art tal-Knisja, bil-kollaborazzjoni ta' numru ta' parroċċi. Il-Messaġġ tal-Kardinal Bo Il-Kardinal Bo ilu ħafna jitkellem dwar il-ħsara lill-ambjent fil-pajjiż. Hu qal li hu ferħan ħafna li l-Gvern u l-poplu ta' Myanmar niedew din il-kampanja kbira ta' żriegħ ta' siġar. Hu lmenta li r-rgħiba qerdet 30% tal-foresti fil-pajjiż fl-aħħar snin biex il-lum il-pajjiż iweħed mill-aktar vulnerabbli u espost għal diżastri naturali bħalma huma ċikulni, għargħar u perikli oħra. Il-Kardinal ikkwota mill-Bibbja u qal li Alla ħatar lill-bniedem biex iħares il-ħolqien iżda nies bla skrupli "ferew" id-dinja li ngħixu fiha. "Hemm miljuni ta' persuni li jiddependu fuq il-protezzjoni tan-natura u dawk li jeqridu l-foresti ikunu qed jisirqu lill-fqar u lill-penerazzjonijiet futuri". Il-kardinal Bo ħeġġeġ lill-poplu ta' Myanmar biex kulħadd jiżra u jieħu ħsieb almenu 10 siġriet biex il-pajjiż jerġa' jħaddar mill-ġdid.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/erba-haddiema-volontarji-kattolici-ghebu-fl-iraq/
Erba' ħaddiema volontarji Kattoliċi għebu fl-Iraq
newsbook.com.mt
Membri tal-SOS Chretiens d'Orient f'waħda mill-missjonijiet fl-Iraq Erba' rġiel, membri tal-organiżazzjoni SOS Insara tal-Lvant, għaqda Franċiża nisranija li kienu qed jaħdmu fl-Iraq, għebu nhar it-Tnejn li għadda f'Baghdad. L-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES qal li dawn l-erba' ħaddiema kienu f'Baghdad biex iġeddu l-visa tagħhom u jirreġistraw l-Assoċjazzjoni mal-awtoritajiet Iraqini. Għal raġunijiet ta'sigurtà, l-ismijiet tagħhom ma xxandrux. Fi stqarrija għall-istampa li ħarġet nhar is-Sibt, l-organiżazzjoni "Insara tal-Lvant" qalet li tilfet kull kuntatt mal-erba' impjegati tagħha it-Tlieta ta' qabel u li kienet għamlet rapport dwar in-nuqqas tagħhom mal-awtoritajiet Iraqini. L-Organiżazzjoni Franċiża enfassizzat li l-erba' mpjegati li naqsu kien nies ta' esperjenza, b'saħħithom u kienu jafu sew l-inħawi fejn kienu qed jaħdmu u li dejjem osservaw ir-regoli tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u dejjem kienu jżommu ruħhom aġġornati biex ikunu jistgħu jevitaw il-perikli fir-reġjun. Għajnuna lill-komunitajiet insara SOS Chrétiens d'Orient għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f'Pariġi u hi organiżazzjoni li tgħin lill-komunitajiet insara fil-Lvant anke billi tiffinanzja proġetti soċjali u edukattivi. Bħalissa l-organiżazzjoni għandha missjonijiet permanenti li qed jaħdmu fis-Sirja, l-Iraq, il-Libanu u l-Eġittu. Il-fundaturi li twaqqfet fl-2013 huma Charles de Meyer u Benjamin Blanchard. Id-Direttur attwali hu Francois-Xavier-Gicquel, it-tliet li huma fil-passat kellhom rabta mal-qasam politiku Franċiħ Skont dara tas-sena li għaddiet, rappurtat mill-ġurnal Franċi' "Le Figaro", minn meta bdiet il-ħidma tagħha, l-Assoċjazzjoni bagħtet aktar minn 1,500 ħaddiem u voluntiera iwettqu l-proġetti tagħha fil-Lvant Nofsani. Fl-2017 "Insara tal-Lvant" kienet rikonoxxuta bħala "imsieħeb fid-difiża nazzjonali" mill-Ministeru tad-Difiċa Franċiż.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/ghidtlu-iva-dorcas/
"Għidtlu iva!" – Dorcas
newsbook.com.mt
Ilbieraħ, fil-Jum tal-Milied, il-kantanta Dorcas Debono kellha sorpriża li am kienitx qed tistenna. Dan għaliex il-maħbub tagħha Neil Chircop ipproponilha biex tiżżewwġu... u hija qaltlu "iva". Ritratt: Facebook/DorcasDebono Dorcas twieled fl-1993 u bdiet il-karriera tagħha bħala kantanta fl-età ta 13-il sena. L-ewwel festival li ħadet sehem fih kien fis-sezzjoni Talent Żagħżugħ tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2008, permezz tal-kanzunetta Stilla. Fl-2011 rebħet il-festival Ilwien Mużikali u fl-2013 ikklassifikat fir-rabà post tal-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija bil-kanzunetta Din Jien. Fl-2015 ġiet fit-tieni post tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Ma Ninsa Qatt. Baqgħet tieħu sehem f'aktar konkors u l-aħħar li rajniha kien f'Awwissu li għadda fil-festival L-Għanja tal-Poplu. U issa jmiss il-pass il-kbir fil-ħajja personali tagħha. Ritratt: Facebook/DorcasDebono Awguri Dorcas u Neil.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/xhemm-preparat-ghall-festa-tas-sajf-ta-san-publju/
X'hemm preparat għall-festa tas-Sajf ta' San Publju?
newsbook.com.mt
Parroċċa San Publju Floriana Għada se ssir il-festa ta' San Publju tas-Sajf f'Buġibba. Il-festa se tibda' b'quddiesa fuq barra fis-7:00pm f'Buġibba. Wara se ssir purċissjoni bl-istatwa ta' San Publju li se tiġi akkumpanjata mill-banda. Din se tgħaddi minn mall-front ta' Buġibba minfejn jidhru l-gżejjer ta' San Pawl u timxi lejn il-pjazza. Hemm se tkun qed tintemm il-purċissjoni permezz tal-Barka Sagramentali u l-innu ta' San Publju. Din il-festa qed issir għat-tielet sena u qed tiġi organizzata mill-Assoċjazzjoni Publju ta' Malta. L-Assoċjazzjoni hi għaqda volontarja li twaqqfet bil-għan li żżom ħajja d-devozzjoni lejn il-qaddis.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/l-isqof-ta-tapachula-fil-messiku-jappella-biex-l-emigranti-jintlaqghu-bhal-ahwa/
L-Isqof ta' Tapachula fil-Messiku jappella biex l-emigranti jintlaqgħu bħal aħwa
newsbook.com.mt
Mijiet ta' emigranti jimmarċjaw lej il-fruntiera mal-Istati Uniti "Dawk kollha li jiffurmaw parti mill-familja tad-djoċesi ta' Tapachula, kulħadd skont ma' jiflaħ u skont ir-responsabbiltà li għandu, għandu jassigura li ħutna l-emigranti jkollhom biċċa ħobż x'jiekol, ma jkunux stuprati u m'għandux ikun hemm manifestazzjonijiet ta' disprezz u rifjut fil-konfront tagħhom. "Minkejja ċ-ċirkostanzi għandhom iħossu li qegħdin fost ħuthom, mhux bħala stranġieri, anqas kriminali, eżiljati jew disprezzati. Alla jippremja l-isofrzi ta' kulħadd li jismagħhom, u jittrattahom bħal aħwa. L-istess kif nixtiequ lil ħutna Messikani jkunu trattati fl-Istati Uniti". Dan l-appell għamlu l-Isqof ta' Tapachula, Mons Jaime Calderon meta kellem lill-qassisin, seminaristi, sorjiet u lajċi tad-djoċesi wara li kien magħruf li numru konsiderevoli ta' emigrant mill-Honduras kien se jgħaddu minn hemm fi triqthom lejn l-Istati Uniti. "Id-dikjarazzjonijiet tal-Gvern Federali u s-silenzju tal-Gvern Lokali, juri li l-pożizzjoni tagħhom, bħal f'każi preċedenti, hi waħda ambigwa u ma jafux x'se jagħmlu". Dan qalu l-Isqof Calderon f'messaġġ li bagħat lill-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES, intitolat "Responsabbiltà u Mħabba lejn Ħutna". Għad mhux magħruf jekk l-emigranti mill-Honduras hux se jidħlu u jieqfu f'Tapachula jew jibqgħu għaddejjin lejn il-fruntiera ma' l-Istati Uniti. Inċertezza "Minħabba din l-inċertezza, iżda konxji tad-dover nisrani tagħna bħala ulied Alla l-Missier ta' kulħadd bla ebda differenza jew distinzjoni, inħossu d-dover li nesprimu l-ħsibijiet tagħna b'mod ċar u sempliċi u b'determinazzjoni dwar ħutna l-emigranti", ddikjara l-Isqof. Hu fakkar li d-djoċesi ta' Tapachula "dejjem iddistingwiet ruħha bħala Knisja li minkejja l-faqar, dejjem għenet u kienet attentat biex turi l-Wiċċ Ħanin t'Alla ma' ħutna l-emigranti". Irridu nkunu bħas-Samaritan it-Tajjeb u allura "dejjem se nassiguraw li ħutna l-emigranti ma nżidulhomx it-tbatija ma dawk li diġa' għandhom fit-triq twila, imħarbta, inċerta u kultant vjolenti li jridu jgħaddu minnha". Fl-istqarrija tiegħu l-Isqof Calderon qassam lid-diversi komunitajiet tad-djoċesi u l-vigarji li jmexxuhom, ħidmiet differenti biex jassistu lill-emigranti li jkun hemm fit-territorju tagħhom u talab lil Alla biex "jgħinna nagħmlu dan ix-xogħol b'sens għoli ta' responsabbiltà u mħabba lejn ħutna".
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/bzonn-ta-sapport-ekonomiku-ghan-negozji-fl-ue-chamber-of-smes/
"Bżonn ta' sapport ekonomiku għan-negozji fl-UE" – Chamber of SMEs
newsbook.com.mt
Il-Kamra tal-Kummerċ għan-negozji żgħar u medji sostniet li hemm bżonn sapport ekonomiku għan-negozji fl-Unjoni Ewropea minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Fi stqarrija, il-Kamra sostniet li l-ewwel priorità għall-pajjiż għandu jkun is-saħħa pubblika. Qalet li minkejja dan, id-dannu għan-negozji hemm bżonn li jiġi limitat. Il-Kamra kkonfermat li l-virus diġà beda jħalli impatti kbar fuq in-negozji. Qalet li l-impatt ivarja skont is-settur. Għaldaqstant, il-Kamra talbet lill-gvern biex jagħti s-sapport tiegħu lill-intrapriżi sabiex jevita milli jkun hemm negozji li jkollhom jgħalqu u persuni li jitilfu xogħolhom minħabba din il-pandemija. Qalet ukoll li l-impatt li qed ikollu l-virus fuq l-industrija tat-turiżmu mistenni jibqa' jinħass l-effet tiegħu għal żmien twil u ħafna negozji jistgħu jispiċċaw vittma tiegħu. Intant, il-Kamra qalet li se tkun qed tagħmel moniteraġġ tas-sitwazzjoni u toħroġ analiżi kull ġimgħa. Qalet li dawn ir-rapporti mbagħad se jiġu mgħoddija lill-gvern bħala sapport għax-xenarju li qed ikompli jiżviluppa. "In-negozji għandhom bżonn l-assistenza f'dawn iċ-ċirkustanzi straordinarji" Waqt laqgħa mal-Prim Ministru, il-Kamra tal-Kummerċ tkellmet dwar dak li qed jinkwieta lin-negozji minħabba COVID-2019. Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li s-saħħa nazzjonali għandha tibqa' prijorità. Sostniet li hemm bżonn li n-negozji jingħataw l-assistenza f'dawn iċ-ċirkustansi straordinarji. Il-Kamra tal-Kummerċ ħeġġet lill-Gvern sabiex jassigura miżuri ta' assistenza għan-negozji li jgħinuhom fil-problemi li jistgħu jaffaċċjaw fl-operat tagħhom ta' kuljum. Miżuri ġodda f'Mater Dei min-nhar l-Erbgħa Ir-rappreżentant tal-Prim Ministru, li kien il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schmebri li qal li l-Gvern kien qed jikkunsidra l-proposti tagħhom serjament. "Il-konsegwenzi fuq l-ekonomija Maltija ma jistgħux jiġu injorati" L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bankiera qalet li l-konsegwenzi fuq l-ekonomija Maltija ma jistgħux jiġu injorati. Semmiet kif is-setturi tal-ospitalità u l-industriji l-aktar li jinsabu f'riskju hekk kif dawn huma l-aktar li jintlaqtu mill-movimenti fit-turiżmu. L-Assoċjazzjoni infurmat lill-pubbliku li l-banek membri tagħha qed jevalwaw is-sitwazzjoni b'mod attiv f'dawn is-setturi. Hi rċeviet l-assigurazzjoni tal-banek membri tagħha li lesti jimpenjaw ruħhom ma' dawk is-setturi u l-klijenti biex jiddeterminaw jekk hemmx miżuri ta' appiġġ applikabbli u li jistħoqqilhom fiċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom. Dan isir mill-banek individwali skont is-sitwazzjoni speċifika ppreżentata mill-klijenti lill-bank rispettiv li mbagħad jiddetermina skont il-każ. Il-Gvern ma jaċċettax rappreżentanza tal-Oppożizzjoni f'laqgħat dwar il-coronavirus
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-tifel-ta-12-il-sena-arrestat-fprotesti-fhong-kong/
Ritratti: Tifel ta' 12-il sena arrestat f'protesti f'Hong Kong
newsbook.com.mt
Il-Pulizija ta' Hong Kong arrestaw madwar 400 persuna fil-protesti tal-ewwel ġurnata tas-sena. Wieħed minnhom kien tifel ta' 12-il sena. Il-protesta bdiet bħala waħda paċifika favur id-demokrazija, mbagħad spiċċat bil-Pulizija jitfgħu gas tad-dmugħ fost in-nies biex jisseparaw il-folol. Meta beda xi ġlied, attivisti oħra lebsin l-iswed daħlu fil-folla u ffurmaw katina ta' persuni. Dan biex jgħaddu affarijiet bħal ġebel, li sfurzat il-Pulizija biex iġibu ir-reinforzi tagħhom. REUTERS/Tyrone Siu Il-Pulizija staqsiet biex il-protesta tispiċċa, u l-folol eventwalment telqu meta l-Pulizija ġabu trakk b'kanun tal-ilma. Pulizija lebsin uniformi apposta kontra rewwixti kienu qed iduru t-toroq tal-belt flagħxija. Il-Pulizija spjegat li fost dawk arrestati kien hemm anka tifel ta' 12-il sena. Qalet li 4 uffiċjali weġġgħu kaġun tal-protesti.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/assassinju-daphne-weghedt-lil-ommha-u-lil-binha/
Assassinju Daphne: "Wegħedt lil ommha u lil binha"
newsbook.com.mt
Věra Jourová li mistennija tkun il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza, qalet lill-Parlament Ewropew, li meta ltaqgħet mal-familja tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, wiegħdet lil ommha li se ssegwi l-investigazzjoni mill-qrib. Żiedet tgħid li wiegħdet lil iben il-ġurnalista li se tibqa' impenjata għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-ġurnalisti fl-Ewropa. Jourová saħqet li dawn huma wegħdi qawwija u li se tagħmel minn kollox biex iżżommhom. Aqra: L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola, li hi wkoll il-Koordinatur tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), f'waħda mis-seduti tas-smigħ tal-Kummissarji Ewropej, qalet li "Daphne Caruana Galizia investigat l-iskemi tal-bejgħ tal-passaporti. Nafu li m'għandhomx rabtiet ġenwini ma' Malta u mal-Unjoni Ewropea. Nafu biss li jesponu nuqqas ta' sigurtà u korruzzjoni, manipulazzjoni elettorali u opportunitajiet ta' ħasil ta' flus. Wasal iż-żmien li jiġu projbiti". Il-Viċi President nominata attakkat l-iskemi tal-bejgħ taċ-ċittadinanza u enfasizzat l-impenn tagħha li teżaminahom. Qablet li dawn jiġu pprojbiti, u skontha, dak li jista' jsir hu li tgħaddi leġiżlazzjoni oħra biex ikun hemm iktar trasparenza. #RuleOfLaw is the basis of European solidarity and mutual trust. It is essential for the functioning of EU law and the single market. #EPHearings2019 pic.twitter.com/5Qc2DBYvPe — Věra Jourová (@VeraJourova) October 7, 2019 Dwar ir-rispett lejn il-liġi (is-Saltna tad-Dritt), Metsola qalet lil Jourová li hi se tiġi fdata bil-portafoll li hu pilastru fundamentali fl-Ewropa. Stqarret li r-rispett lejn il-liġi hu l-bażi ta' kollox u li jekk jiġi mhedded f'post, ikun hemm ir-riskju li r-rispett lejn il-liġi jikkrolla kullimkien. Metsola tenniet l-appell tagħha biex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' rispett lejn il-liġi u li jassigura l-leġiżlazzjoni dwar is-SLAPP, ghax il-ġurnalisti għandhom ikunu protetti mhux biss milli jinqatlu imma anke minn intimidazzjoni. Good to hear @VeraJourova wants to update law on Anti-SLAPP and look at legal aid for journalists under threat. #EPHearings2019 Lil Metsola, Jourová weġbitha li hi tinsab impenjata li tevalwa l-leġiżlazzjoni li tipproteġi l-libertà tal-istampa.
[ 3 ]
https://newsbook.com.mt/awdjo-34-siegha-abseiling-b-risq-id-dar-tal-providenza/
Awdjo: 34 siegħa abseiling b'risq id-Dar tal-Providenza
newsbook.com.mt
Taħt xemx tiżreġ u b'veduta mill-isbaħ li jaf joffri l-Wied tal-Mosta, tnediet il-maratona ta' abseiling b'risq id-Dar tal-Providenza. Din il-maratona se ddum għaddejja 34 siegħa bla waqfien, inkluż matul il-lejl. L-organizzaturi ta' din l-attività huma ż-żgħażagħ tal- Mosta Scout Group f'kollaborazzjoni ma' RTK4Charity. Minkejja li għadha fil-bidu tagħha, il-maratona diġa' tidher li se tkun ta' suċċess hekk kif diġa' ibbukjaw mat-300 persuna. Din se tkun it-tielet edizzjoni u b'kollox s'issa nġabru aktar minn €7,000 għad-Dar tal-Providenza. Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza qal li maratona bħal din tagħti kuraġġ kbir lil din id-dar. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo qal li attivitajiet bħal dawn għandhom ikunu inkoraġġuti aktar, filwaqt li rringrazzja ukoll lid-Dar tal-Providenza u l-istazzjon RTK tax-xogħol siewi li għamlu. Preżenti kien hemm ukoll il-kelliem għall-Oppożizzjoni Robert Cutajar. Saħaq li hu, anke meta kien Sindku tal-Mellieħa ra kif għen lid-Dar tal-Providenza. Edward Vella, mill-Grupp tal-Iscouts tal-Mosta qal li f'din l-attività se jkunu qed jieħdu sehem mal-25 voluntier. Spjega li l-flus miġbura se jkunu qed jiġu ppreżentati waqt il-maratona li se ssir fl-ewwel tas-sena organizzata mill-RTK.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/niskopri-l-kancer-bis-sahha-tal-imsielet-tifla-ta-13-il-sena/
"Niskopri l-kanċer bis-saħħa tal-imsielet" – tifla ta' 13-il sena
newsbook.com.mt
Tifla ta' 13-il sena tgħid li skopriet li kellha kanċer wara li l-ġenituri tagħha tawha permess biex ittaqqab widnejha għall-imsielet. Chloe rrakkuntat kif ftit tal-jiem wara li taqqbet widnejha, waqt il-lezzjoni tax-xjenza, hi u tilgħab bl-imsielet, innutat nefħa f'għonqha. Il-ġenituri tagħha ħaduha għand it-tabib u fil-bidu ħasbu li n-nefħa kienet kawża ta' infezzjoni wara li taqqbet widnejha. Madanakollu, aktar kmieni dan ix-xahar, ġie kkonfermat li Chloe kellha kanċer u bdiet tieħu l-kimoterapija. L-ewwel rawnd tat-trattament se tispiċċah għada. Wara li nhar il-Ħadd li għadda lil Chloe qaxxrulha xagħra, sħabha tal-iskola ngħaqdu flimkien u marru jaqtgħu xagħarhom qasir huma wkoll, biex jappoġġjawha.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/in-nisa-il-foqra-u-t-tfal-huma-l-isfidi-ewlenin-ghall-knisja-fil-messiku/
In-nisa, il-foqra u t-tfal huma l-isfidi ewlenin għall-Knisja fil-Messiku
newsbook.com.mt
Il-Knisja fil-Messiku qed tiffaċċja tliet sfidi kbar Filwaqt li l-vjolenza fil-pajjiż qed tkompli tiżdied u tiħrax, l-opportunitajiet ta' xogħol jonqsu u l-ħtieġa ta' titjib kbir fil-qasam tal-edukazzjoni li hi ċ-ċavetta għall-bidla, huma l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-Knisja fil-Messiku. Mons. Franco Coppola, Nunzju Apostoliku fil-Messiku, f'intervista mal-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES, tkellem dwar dawn l-isfidi fil-kuntest Messikan. L-ewwelnett in-nisa u r-rwol tagħhom fil-Knisja li ħafna drabi hu wieħed marġinali ħafna. Fakkar li l-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-Ittra Apostolika tiegħu "Mulieris Dignitatem" jiddikjara li hu meħtieġ li nifhmu r-rwol awtentiku tas-servizz tan-nisa fil-Knisja, bla ma nikkonfonduh ma' xogħol ta' servitù. Iż-Żgħażagħ In-Nunzju ħied jgħid li "Iż-żgħżagħ huma wkoll punt important. Il-Papa spiss juri t-tħassib tiegħu għall-futur taż-żgħażagħ li ħafna drabi hu nieqes mill-preżena t'Alla. Iż-żgħażagħ tagħna jħossuhom inviżibbli u żgħar mid-dinja tal-adulti u dan iwassalhom biex jitilfu t-tama fil-futur. Ir-rati ta'suwiċidji jew l-abbuż mid-droga fl-aħħar snin huma indikaturi ċari. Għalhekk hu urġenti aktar minn qatt qabel li noħolqu spazji fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jesprimu ruħhom u jħossu li huma parti minn komunità li għandha bożnnhom". "Punt ieħor ta' tħassib huma l-fqar", żied jgħid Mons. Coppola. "Is-soċjetà hi passiva u indifferenti lejn il-fqar. Il-Papa jgħidilna biex inħobbuhom u nkissru s-solitudni tagħhom u fuq kollox jistedinna biex ma nagħlqux għajnejna għal dawk li huma emarġinati, oppressi, jgħixu fil-miżerja u l-injoranza u huma bla xogħol". Is-Seminarji In-Nuzju qal li sfida oħra għall-Knisja fil-Messiku hi l-formazzjoni tas-seminaristi, il-klerikaliżmu, ir-riforma tal-ministeru taż-żgħażagħ u r-riforma fil-katakeżi. "Is-Seminaristi għandhom bżonn min jiffurmahom tajjeb, mentors tajbin, mudelli u gwida li jiffurmaw il-qlub tal-aspiranti għall-missjoni biex ikunu xhieda tar-Resurezzjoni ta' Kristu". Huwa qal li "din il-formazzjoni trid tkun orjentata biex is-seminaristi jikbru personalment biex in-nies jindunaw li huma msejħa biex jieħdu ħsieb, iservu u jqaddsu lill-Poplu t'Alla. Il-qassisin tal-lum iridu jkunu kapaċi jagħmlu dan". "Għall-Papa hu imperattiv li neqirdu l-klerikaliżmu tal-Knisja. Il-lajċi għandhom jitqiesu bħala kollaboraturi li jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex tinbena l-Knisja domestika. L-antitodu għall-klerikaliżmu hi s-Sinodalità li tfisser li naħdu u nimxu flimkien (lajċi, saċerdoti u Isqfijiet), nikkonsultaw u nisimgħu lill-Poplu t'Alla u nikkunsidrawh ugwali, magħqud f'komunjoni, kollaborazzjoni u ko-responsabbiltà fil-kuntesti ekklesjastiċi kollha", spjega Mons Coppola. Dwar il-Ministeru taż-Żgħażagħ, in-Nunzju Apostoliku żied jgħid li "iż-żgħażagħ għandhom ikunu akkumpanjati biex jiskopru l-vokazzjoni li jiltaqgħu ma' Alla, jew fl-imħabba taż-żwieġ jew fil-ħajja konsagrata, kulħadd għas-servizz tal-umanità". "Il-katakeżi għandha toffri esperjenza, akkumpanjament veru fl-esperjenza ta' Alla u mhux skola tal-katekiżmu biss fejn issir biss indotrinazzjoni jew tagħlim", temm jgħid Mons Coppola.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/tmut-marie-fredriksson-ta-roxette-kellha-61-sena/
Tmut il-kantanta ta' Roxette; kellha 61 sena
newsbook.com.mt
Il-kantanta ta' 61 sena Marie Fredriksson tal-grupp Roxette mietet wara li sofriet kumplikazzjonijiet b'tumur li kellha f'moħħha. Għalkemm l-aħbar ħarġet illum wara nofsinhar, il-kantant mietet proprju lbieraħ, it-Tnejn 9 ta' Diċembru. Kien fl-2002 li kienet saret taf li kellha tumur wara li ħassha ħażin waqt li kienet qed tiġġogja ma' żewġha. Wara xhur ta' kimoterapija, il-kantanta kienet spiċċat għamja minn għajn waħda u bdiet tbati biex tisma'. Fl-2005 kienet waqfet it-trattament. Ma' Per Gessle tibqa' mfakkra bħala d-duo Roxette li kienu ksibu suċċessi internazzjonali bħal Joyride, It Must Have Been Love, Listen to Your Heart, Fading Like A Flower u The Look. Fi ftit ħin bosta kienu dawk li bdew ifakkru l-memorja tal-kantanta, fosthom Per Gassle, in-nofs l-ieħor ta' Roxette. Ritratt: Twitter:PerGassle Qabel ma kienet f'dan il-grupp Marie Fredriksson kienet tifforma parti mill-grupp Strul u wara s-suċċessi ta' Roxette għal xi żmien kienet kompliet bħala solista.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/posposta-l-maratona-ta-londra/
Posposta l-maratona ta' Londra
newsbook.com.mt
Il-maratona ta' Londra wkoll ġiet posposta minħabba l-coronavirus. Tħabbar li l-maratona se tkun qed issir nhar il-Ħadd 4 ta' Ottubru ta' din is-sena minflok. L-40 edizzjoni ta' din il-maratona storika kellha ssir fis-26 ta' April. Sfortunatament minħabba l-pandemija li laqtet lid-dinja, il-maratona kellha titmexxa għal aktar tard din is-sena stess. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li numru ta' avvenimenti oħra sportivi, inkluż il-maratona f'Pariġi u Boston, tħassru minħabba l-epidemija tal-COVID-19. Fost l-atleti li rreġistraw għal din il-maratona hemm Eliud Kipchoge li kiser ir-rekord dinji, Kenenisa Bekele u l-atleta femminili li għandha r-rekord tan-nisa f'idha, Brigid Kosgei. We genuinely appreciate your remarkable understanding on what's been a difficult day. We're signing off for the night but will be back tomorrow to answer your questions. Thanks, VMLM ❤️ #LondonMarathon — Virgin Money London Marathon (@LondonMarathon) March 13, 2020 Il-kompetizzjonijiet tal-futbol sospiżi sat-3 ta' April fl-Ingilterra 10 ijiem bla futbol u futsal f'Malta
[ 10, 15 ]
https://newsbook.com.mt/20000-persuna-regghu-bdew-jaraw-wara-hidma-minn-sorijiet-tal-karita/
20,000 persuna reġgħu bdew jaraw wara ħidma minn Sorijiet tal-Karità
newsbook.com.mt
Sorijiet tal-Karità fl-Etijopja jagħmlu visti tal-għajnejn ta' membri ta' familji foqra. Is-Sorijiet tal-Karità fl-Etijopja qed iduru diversi żoni fil-pajjiż fejn hemm komunitajiet foqra u jagħmlu visti lil persuni li tilfu l-vista minħabba l-kundizzjoni tal-katarretta. Aktar minn 20,000 persuna reġgħu bdew jaraw, frott ta' din il-ħidma. Bil-ħidma tagħhom is-Sorijiet tal-Karità taw nifs ġdid ta' ħajja lil numru ta' Etijopjani li minħabba l-kundizzjoni tal-katarretta, legalment kienu neqjusa bħala għomja. Tfal jistgħu jmorru l-iskola Il-ħidma tas-sorijiet bdiet madwar għaxar snin ilu. Suor Evelyn Puesta li tmexxi dan il-proġett qalet li bdew f'Dembidolo bl-iskop li jeħilsu lit-tfal mid-dover li jieħdu ħsieb lill-ġenituri jew lin-nanniet tagħhom li kienu tilfu l-vista. Sr. Puesta spjegat li meta jkun hemm anzjan għama fil-familja, ir-responsabbiltà li jmexxuh u jiggwidawh taqa' fuq it-tfal li allura ma setgħux imorru skola jew jilgħabu ma' sħabhom biex jieħdu ħsieb l-għomja. Is-sorijiet dehrilhom li dan kien qed itellef lit-tfal mit-tfulija u l-edukazzjoni tagħhom u għalhekk bdew il-proġett. Il-ħidma bdiet fl-2006 bil-mira li sal-2020, ifejjqu mill-katarretta lil 20,000 persuna u jagħtuhom lura d-dawl. Din il-mira ntlaħqet sal-2018. Imma l-proġett qed ikompli. Kollaborazzjoni mal-Gvern Sr. Puesta spjegat li s-sorijiet li l-proġett qed ikun implimentat b'kollaborazzjoni mal-Gvern fejn fiċ-ċentri tas-saħħa tiegħu, is-sorijiet jaraw madwar 300 pazjent kuljum. Dawk li jinstab li għandhom il-problema tal-katarretta, ssirilhom operazzjoni biex jiksbu l-vista lura u min ikollu problemi oħra jingħataw l-kura meħtieġa għal għajnejh. "Aħna nitkellmu mal-awtoritajiet lokali tas-saħħa u ngħidulhom bis-servizz li nixtiequ noffru lill-foqra fil-komunità li għandhom problemi fil-vista. L-awtoritajiet imbagħad javżaw lin-nies tal-lokal li se nagħmlu dawn il-visti biex kemm jista' jkun nies, jibbenefikaw mis-servizzi tagħna. "F'din il-ħidma li mwettqu niltaqgħu ma' ħafna nies li ilhom jgħixu għal ħafna snin bi problemi f'għajnejhom li faċilment jistgħu jkunu kkurati imma jekk ma jingħatawx kura jistgħu jsiru problemi serji. Dawk li jkollhom il-katarretta nagħmlulhom operazzjoni mingħajr ebda ħlas", kompliet is-soru. Darba li l-persuna tagħmel b'suċċess operazzjoni tal-kataretta ikunu jista' jirritorna għall-ħajja tax-xogħol. Għalhekk bil-ħidma tagħhom, is-Sorijiet tal-Karità mhux biss qed jgħinu nies jiksbu lura id-dawl ta' għajnejhom imma qed jgħinu wkoll lill-komunitajiet b'mod ekonomiku għax numru ta' persuni jkunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħti l-kontribut tagħhom fl-ekonomija tal-pajjiż. Bħala parti mill-ministeru tal-fejqan tal-Knisja Kattolika, is-servizz tas-Sorijiet tal-Karità hu offrut lil kull min ikollu bżonn mingħajr ebda tip ta' diskriminazzjoni. Is-Sorijiet tal-Karità fl-Etijopja San Vincenz de Paule u Louise de Marillac, waqqafu l-kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Karità f'Pariġi fis-seklu 17. Illum, fl-Etijopja hemm aktar minn 60 membru ta' din il-komunità u hemm 10 oħra li m'humiex Etijopiċi. L-apostolat ta' din il-kongregazzjoni hu mifrux fuq tliet kategoriji: is-saħħa, l-edukazzjoni u l-ħidma soċjali. Is-sorijiet għandhom sitt kliniċi tas-saħħa, u klinika speċjalizzata fil-mard tal-għajnjen. Il-katarretta hi parti mċajpra fil-lenti tal-għajn. Meta l-bniedem jikber jista' jiċviluppa l-katarretta. Ħafna mill-kundizzjonijiet tal-kataretta huma marbuta mal-età iżda mhux dejjem. Hemm diversi raġunijiet oħra għaliex bniedem jista' jiżviluppa din il-kundizzjoni. L-aħbar it-tajba hi li fil-parti l-kbira tal-każi, b'operazzjoni l-katarretta tista' titfejjaq. Iżda jekk wieħed ma jagħtix każha u jittraskura tista' twassal biex wieħed jitlef il-vista għal kollox.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/il-kulur-tal-gilda-jaffettwa-l-piz/
Il-kulur tal-ġilda jaffettwa l-piż!
newsbook.com.mt
Id-differenza fil-kulur tal-ġilda tfisser ukoll differenza fil-metaboliżmu. Dan ħareġ minn riċerka li saret f'Università tal-Mediċina fl-Istati Uniti, li żvelat li biex jonqsu n-nisa Afro-Amerikani jkollhom jieħdu inqas kaloriji u jagħmlu iktar eżerċizzju, minn sħabhom b'kulur ta' ġilda differenti. Irriżulta li nisa b'karnaġġjon skur naqsu medja ta' seba' libbri inqas minn dawk b'karnaġġjon ċar, minkejja li kienu fuq l-istess dieta. L-istudju sar fost 39 mara Afro-Amerikana u 66 mara b'ġilda bajda, kollha bi problema ta' obeżità, li kienu qed jipparteċipaw fi programm ta' dieta ta' sitt xhur.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/il-karta-tal-identita-tan-nisrani-huma-l-beatitudnijiet/
Il-Karta tal-Identità tan-Nisrani huma l-Beatitudnijiet
newsbook.com.mt
Il-Papa jqaddes quddiem il-Monument tal-Madonna fil-gzira Mauritius Il-Beatitdnijiet huma l-Karta tal-Identità tan-Nisrani. Jekk xi ħadd jistaqsi: "X'għandu wieħed jagħmel biex ikun nisrani tajjeb"?, ir-risposta hi ċara. Kull wieħed bil-mod tiegħu jrid jagħmel dak li Ġesù qalilna fil-Priedka tal-Muntanja. Dan qalu l-Papa Franġisku fil-Quddiesa li kienet il-qofol tal-ġurnata li għadda fil-gżira ta' Mauritius fl-aħħar jum tal-vjaġġ apostoliku tiegħu fi tliet pajjiżi Afrikani. Din il-quddiesa kienet ċelebrata qrib il-monument dedikat lill-Madonna fejn il-Papa San Ġwanni Pawlu II kien iċċelebra 'l Quddiesa tiegħu meta kien żar dan l-istess pajjiż 30 sena ilu. U bħala ġest simboliku biex ifakkar din iż-żjara Papa Franġisku uża l-istess baklu li kien uża l-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1989. Hu kalkulat li madwar 100,000 persuna attendew għal din il-Quddiesa f'Port Louis, il-kapitali tal-gżira. Dawn jagħmlu madwar 10% tal-poplu kollu tal-Mauritius. Il-Beatitudnijiet "Quddiem dan l-artal dedikata lill-Madonna Reġina tal-Paċi, fuq din il-muntanja mnejn nistgħu naraw il-belt kollha u l-baħar 'l hinn minnha, aħna parti minn folla kbira, baħar ta' uċuħ li ġew mill-Mauritius kollu u l-gzejjer tal-madwar fl-Oċean Indjan, biex jisimgħu lil Ġesù jippriedka l-Beatitudnijiet", qal il-Papa. Din it-tema kienet fil-qalba tal-Omelija tal-Papa li qabel il-Beatitudnijiet mal-Karta tal-Identità tan-nisrani. Biex tkun nisrani tajjeb trid tagħmel dak li Kristu qalilna fid-Diskors tal-Muntanja. Fil-Beatitudnijiet wieħed isib "ritratt tal-Imgħallem li għandna nirriflettu dwaru fil-ħajja tagħna ta' kuljum". Il-Beatu Jacques-Désiré Laval Papa Franġisku għamel riferenza għall-Beatu Jacques-Désiré Laval, "l-Appostlu tal-Għaqda f'Mauritius". Il-Mexxej tal-Knisja uża kwotazzjoni ta' San Pawl u qal li l-Beatu Laval fehem li l-Evanġeliżazzjoni tfisser li "tkun kollox għal kulħadd". Għalhekk Laval "tgħallem il-lingwa tal-iskjavi li kien għadhom kif inħelsu u wasslilhom l-Aħbar it-Tajva tas-Salvazzjoni b'lingwa sempliċi li setgħu jifhmu . Il-ħidma u l-kura pastorali tal-Beatu Laval kisbitlu "l-fiduċja tal-fqar u l-imwarrba", qal il-Papa. Bil-ħidma missjunarja u bl-imħabba tiegħu, Laval ta lill-Knisja fil-Mauritius żogħżija ġdida, ħajja ġdida li llum aħna mitluba biex inkomplu nmexxu 'l quddiem", qal Papa Franġisku lill-folla miġbura quddiemu. Hu qal li momentum missjunarju għandu "wiċċ żagħżugħ u mimli enerġija. Għax huma ż-żgħażagħ li jistgħu jagħtuħ is-sbuħija u l-freskezza taż-żgħożija meta jimbuttaw lill-komunità nisranija għal tiġdid u jħeġġuna nfittxu direzzjonijiet ġodda". Papa Franġisku rrikonoxxa li dan mhux dejjem faċli. "Irridu nitgħallmu nagħrfu l-preżenza taż-żgħażagħ fostna u nagħmlulhom l-ispazju fil-komunitajiet u s-soċjetà tagħna". Iż-Żgħażagħ F'din il-parti tal-Omelija tiegħu l-Papa dawwar ħarstu lejn iż-żgħażagħ b'mod speċjali. "Il-qgħad joħloq inċertezza dwar il-futur u dan iwassalkom biex tħossu li intom fil-periferija tas-soċjetà, jagħmilkom vulnerabbli u bla ħila quddiem forom ġodda ta' skjavitu tas-seklu 21". Il-Papa qal li għalhekk iż-żgħażagħ għandhom ikunu l-"ewwel missjoni tagħna". Ma rridux inkellmuhom fl-ajru jew mill-bogħod imma rridu "nitgħallmu l-lingwa tagħhom, nisimgħu l-istejjer tagħhom, inqattgħu ħin magħhom u nġiegħluhom iħossu li huma wkoll imberkin minn Alla". Insara ferħana "Huma biss insara ferħana li jħajjru lill-oħrajn li jimxu fit-triq tas-sejħa ta' Kristu biex ikunu mbierka", qal il-Papa. Il-kelma "mbierek" tfisser "ferħ". Hi sinonimu tal-qdusija għax tesprimi l-fatt li dawk li huma fidili lejn Alla u l-Kelma Tiegħu, jirbħu l-ferħ ta' veru għax jagħtu lilhom infushom". Il-Papa Franġisku temm l-Omelija tiegħu billi kkonferma li meta ż-żgħażagħ jaraw il-proġett ta' ħajja nisranija ferħana dan jinkoraġġihom u jeċitahom. "Huma wkoll iridu jitilgħu fuq il-muntanja tal-Beatitudnijiet biex jiltaqgħu mal-ħarsa t'Alla u jitgħallmu minnu t-triq tal-veru ferħ".
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/fuq-dieta-u-niekol-hobz-u-ghagin/
Fuq dieta u niekol ħobż u għaġin
newsbook.com.mt
Il-karboidrati mhux dejjem iħaxxnu. Anzi, jekk jintgħażlu b'mod għaqli, dawn isaħħu l-muskoli u jgħinuk biex tirqaq. Ħafna nies li jkunu qed jagħmlu dieta jiddeċiedu li jaqtgħu barra għaġin, ħobż u patata. Studju li ġie ppublikat dan l-aħħar fin- New England Journal of Medicine jgħid li min jesaġera bil-proteini u jaqta' għal kollox iz-zokkor, jista' jwassal għal effetti li jaħdmu bil-kontra. L-istess studju jisħaq dwar l-importanza li l-karboidrati jintgħażlu sewwa. Għaġin Jekk l-għaġin jissajjar f'qatra żejt taż-żebbuġa, il-lamtu jew l- istarch jiġi diġerit aħjar. Jekk l-għaġin jitħallat ma' ħxejjex bħal piżelli, fażola ħadra, qaqoċċ u pitravi ħomor, allura l-ġisem jillimita l-livell ta' zokkor permezz tal-fibra ta' dawn il-ħxejjex. Jekk l-għaġin jissajjar 'al dente' ikun eħfef fuq l-istonku wkoll. Patata Ġie osservat li jekk il-patata titgħalla u tittiekel l-għada, il-kwantità ta' zokkor fiha jinżel b'mod sostanzjali. Fl-istess ħin, il-patata chips m'hijiex daqshekk ta' ħsara daqs kemm wieħed jaħseb. Iċ- chips ikollhom inqas zokkor milli l-patata li tkun msajra fil-forn. Ħobż Meta tagħżel il-ħobż, agħżel dak ismar għax dan iħaxxen inqas billi għandu iktar fibra.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/caritas-bulgaria-tittama-li-z-zjara-tal-papa-tiftah-il-qlub/
Caritas Bulgaria tittama li ż-żjara tal-Papa tiftaħ il-qlub
newsbook.com.mt
Caritas Bulgarija toffri diversi servizzi u għajnuna lil persuni vulnerabbli Kemm fil-Bulgarija kif ukoll fil-Macedonia ta' fuq li l-Papa Franġisku se jżur bejn il-5 u s-7 ta' dan ix-xahar hemm qgħad kbir, emigrazzjoni għolja, u problema kontinwa biex ikunu maniġġjati l-emigranti u r-refuġjati flimkien ma faqar kbir. Fil-Bulgarija, fejn il-Papa mistenni jagħmel żjara privata f'kamp tar-refuġjati f'Sofia hemm nuqqas ta' qbil politiku fuq kwestjonijiet ta' emigrazzjoni. Dawn bdew fl-2015 meta numru kbir ta' Sirjani, Iraqini u oħrajn bdew jippruvaw jaslu fl-Ewropa ċentrali minn fuq l-art flok billi jaqsmu l-Mediterran. Caritas Bulgaria qed tagħmel minn kollox biex tgħin lil dawk fil-bżonn – inkluż emigranti u refuġjati. Din il-fergħa lokali tagħmel parti minn Caritas Internationalis li hi l-id umanitarja tal-Knisja Kattolika. Vanya Klecherova, direttur tal-komunikazzjoni ta' Caritas Bulgaria qalet lil Vatican News li qed tittama li ż-żjara tal-Papa Franġisku tiftaħ il-qlub u trawwem is-solidarjetà. L-organiżazzjoni tagħha ilha għal dawn l-aħħar 25 sena taħdem biex jonqos il-faqar u tkun rispettata d-dinjità umana, permezz ta' servizzi soċjali għal dawk fil-bżonn. Hija spjegat li s-servizzi soċjali, dawk ta' saħħa kif ukoll dawk edukattivi li tipprovdi l-Caritas, huma ndirizzati lejn l-anzjani, tfal, żgħażagħ b'diżabilità, tfal u żgħażagħ f'riskju, refuġjati, emigranti, nies li qed ifittxu ażil, nies bla dar u ommijiet weħidhom. "Is-sena li għaddiet Caritas għenet 5660 persuna fil-bżonn". L-anzjani Klecherova qalet li fil-Bulgarija wieħed mill-gruppi ta' nies l-aktar vulnerabbli huma l-anzjani li ħafna minnhom jgħixu fi rħula mwarrba u ma għandhom aċċess għal servizzi soċjali u ta' saħħa li għandhom bżonn. Il-Caritas Bulgaria toffrilhom servizz tas-saħħa permezz ta' tim ta' professjonisti li jżuruhom fi djarhom jew f'Ċentru ta' Matul il-Jum għal anzjani li huma weħidhom. Nies bla dar Grupp vulnerabbli ieħor huma dawk il-persuna bla dar li Caritas tipprovdilhom kenn f'diversi bliet u programmi ta' għajnuna b'ikel, ħwejjeġ, servizzi mediċi u servizz ta' pariri. "Lil dawn ngħinuhom ukoll ifittxu x-xogħol u biex jintegraw", żiedet tgħid id-Direttur ta' Caritas Bulgaria. Emigranti u Refuġjati Is-sena li għaddiet madwar 2,500 persuna fittxew ażil fil-Bulgaria. Minn dawn, 712 ngħataw protezzjoni internazzjonali. Caritas tgħinhom jintegraw billi tgħallimhom il-lingwa tal-pajjiż, tgħinhom isibu xogħol, torgaizza laqgħat bejn kumpanniji u nies li qed ifittxu x-xogħol, tgħinhom biex isibu dar fejn joqgħodu jew akkomodazzjoni temporanja. Hemm żewġ ċentri ta' akkomodazzjoni temporanja fil-pajjiż u l-Caritas hi l-unika organiżazzjoni li tagħmel żjarat regolari lil nies li jgħixu f'dawn iċ-ċentri. Tfal u Żgħażagħ f'riskju Għat-tfal u żgħażagħ li jinsabu f'riskju Caritas Bulgaria torganizza diversi attivitajiet biex tgħinhom fl-edukazzjoni, partikolarment lil dawk li jgħixu fil-faqar u dawk ġejjin minn gruppi vulnerabbli. Hemm programmi għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti biex jgħinuhom iż'ommu l-bogħod mid-droga u t-traffikar uman. Għat-tfal u żgħażagħ b'diżabilità jkunu organizzati wkoll sessjonijiet ta' terapija fosthom fiżjoterapija, psikoterapija, terapija tal-arti, tal-kliem u attivitajiet sepċjalizzati oħra. Caritas toffri bosta servizzi wkoll għal single mothers. Vanya Klecherova qalet li t-tittama li ż-żjara tal-Papa Franġisku u l-laqgħa li se jkollu mal-emigranti ġġib magħha spirtu ta' merħba għar-refuġjati. "Nittama li dan il-ġest tal-Papa juri lill-Bulgari kollha li aħna lkoll persuni vulnerabbli u għalhekk għandna ngħinu lil xulxin bħala nsara u poplu twajjeb. Dan hu l-uniku mod kif nistgħu nagħmlu dinja aħjar biex ngħixu fiha". Qalet li tixtieq li l-preżenza tal-Papa tmiss qalb il-poplu biex juri ħniena u jirrealizza li r-refuġjati huma nies vulnerabbli bħalna u li fosthom hemm xjuħ, morda, tfal bla ġenituri u anke persuni b'diżabilità kif hemm Bulgari wkoll.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/evakwata-parti-mill-ajruport-ta-frankfurt/
Aġġornata: Iqassmu l-ilma b'xejn fl-ajruport ta' Frankfurt
newsbook.com.mt
Il-Pulizija Ġermaniża qalet li l-partijiet mit-Terminal 1 tal-Ajruport ta' Frankfurt li kienu ġew evakwati għall-ħabta ta' nofsinhar reġgħu infetħu u l-ħidma tal-ajruport reġgħet lura għan-normal. L-istaff tal-ajruport qassam ilma b'xejn lill-passiġġieri li spiċċaw baqgħu fl-ajruport kawża tal-evakwazzjoni f'partijiet oħra. It-titjira lejn Malta minn Frankfurt operata mill-linja tal-ajru Lufthansa li kellha tinżel Malta fl-4.30 mistennija titardja b'siegħa kawża ta' dan id-dewmien. Fi tweet, il-Pulizija Ġermaniża rringrazzjat lill-passiġġieri u lill-istaff tal-ajruport talli kkoperaw magħhom f'dawn l-aħħar sigħat. Terminale evacuation at #Frankfurt Il-gazzetta Ġermaniża Bild ikkwotat Pulizija li qal li persuna mhux awtorizzata għaddiet miż-żona tas-sigurtà u spiċċat mitlufa.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/izrael-tattaka-gaza-palestinjani-jattakkaw-bmissili/
Iżrael tattaka Gaża, Palestinjani jattakkaw b'missili
newsbook.com.mt
Ajruplan tal-Iżraeljani laqtu militanti fl-Istrixxa ta 'Gaża, waqt li l-Palestinjani nedew splussivi mill-enklavi lejn l-Iżrael, qal il-militar Iżraeljan. Dan l-attakk segwa mudell familjari ta' attakki ta' ritaljazzjoni mill-militar Iżraeljan u gruppi armati Palestinjani madwar il-fruntiera ta' Gaża-Iżrael, li rat eskalazzjoni ta' vjolenza matul l-aħħar xhur. L-isplużjonijiet qawwijin riegħdu d-djar ta' Gaża u krejaw ħafna duħħan iswed fejn laqtu. Protesti Il-ġlied beda nhar il-Ġimgħa, meta eluf ta' Palestinjani nġabru fiż-żona tal-fruntiera Iżrael-Gaża għal protesti ta' kull ġimgħa li issa daħlu fir-raba' xahar tagħhom. It-truppi Iżraeljani qatlu żagħżugħ Palestinjan, u protestur ieħor miet illum minħabba l-feriti tiegħu, qalu uffiċjali tas-saħħa ta' Gaza. Aktar minn 130 Palestinjan inqatlu minn forzi Iżraeljani waqt il-protesti. Il-militari Iżraeljani qalu li d-dimostranti kienu qed jitfgħu tajers, ġebel, mezzi splussivi u bombi tan-nar lejn is-suldati tagħha, u li wieħed mill-uffiċjali tagħha kien midruba b 'grenade Palestinjana. Sigħat wara, il-militari nedew sensiela ta' strajkijiet tal-ajru f'Gaża. Il-militanti Palestinjani mbagħad bdew jisparaw lejn l-Iżrael, u għalhekk ġew attakkati iżjed mill-forza tal-ajru tal-Iżrael. Għal dan iż-żieda fl-attakki, il-gruppi armati rrispondew billi sparaw iktar rokits. REUTERS/Amir Cohen
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/joe-jonas-u-sophie-turner-jizzewgu-spontanjament/
Joe Jonas u Sophie Turner jiżżewġu spontanjament
newsbook.com.mt
Il-kantant Joe Jonas u l-attriċi Sophie Turner iżżewġu f'ċerimonja sigrieta f'Las Vegas sagħtejn wara li l-Jonas Brothers daqqew fil-Billboard Music Awards. Jonas u Turner issorprendew lill-ammiraturi tagħhom, peress li huma kienu qalu fil-midja li kienu se jiżżewġu f'Ġunju. Huma nfushom ma żvelaw xejn dwar iċ-ċerimonja, imma d-DJ Diplo żamm lill-fans aġġornati billi tella' ritratti u filmati fuq Instagram. Fil-filmat, tidher Turner dieħla għaċ-ċerimonja li saret minn raġel liebes ta' Elvis Presley. Ħdejn Joe Jonas, jidhru ħutu Kevin u Nick Jonas. Joe Jonas and Sophie Turner just had a surprise wedding in Vegas after the #BBMAs...and that's the tea. Link in bio for everything we know! (📷: @diplo) A post shared by E! News (@enews) on May 1, 2019 at 10:26pm PDT Il-grupp Jonas Brothers reġgħu ngħaqdu din is-sena wara xi snin mifrudin, u s'issa ħarġu l-kanzunetti Sucker u Cool. Huma ħabbru l-album ġdid Happiness Begins li għandu joħroġ fis-7 ta' Ġunju. Ilbieraħ ħabbru wkoll id-dati tat-tour tagħhom madwar l-Amerka, li se jibda f'Awwissu. Sophie Turner hija magħrufa għall-irwol tagħha fis-serje televiżiva Game of Thrones. Jonas Brothers jerġgħu jingħaqdu Ħafna qegħdin jispekulaw li huma se jkunu wieħed mill-gruppi li jieħdu sehem fl-Isle of MTV fid-9 ta' Lulju, peress li Bebe Rexha, li hi artista kkonfermata għall-kunċert, se tingħaqad magħhom fit-tour f'Awwissu. Barra minn hekk, il-profil ta' Isle of MTV fuq Twitter għamel retweet tal-post tal-Jonas Brothers dwar l-album il-ġdid. Il-koppja ilhom flimkien mill-2016 u tgħarrsu f'Ottubru tal-2017. F'Ottubru li għadda, iżżewweġ ukoll ħu Joe, Nick Jonas, lill-attriċi Indjana Priyanka Chopra.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/stati-uniti-joqtluh-biex-jisirqulu-t-tablet/
Stati Uniti: Joqtluh biex jisirqulu t-tablet
newsbook.com.mt
Tfajjel ta' 15-il sena inqatel f'Las Vegas minn żewġ ġuvintur għax riedu jieħdulu t-tablet li tah missieru ftit tax-xhur ilu. Il-qtil ġara nhar il-Ħamis li għadda imma l-pulizija għarrfet lill-mezzi tax-xandir bil-każ wara li arrestat lil Jacob Dismont ta' 18-il sena u lil Michael Solid ta' 21 sena. Il-vittma, Marcos Arenas, kien qed jimxi waħdu fit-triq meta waqfet għall-għarrieda maġenbu l-karozza li kienu fiha ż-żewġ ġuvintur. Jacob Dismont niżel mill-karozza biex jisraqlu t-tablet minn idejh imma Marcos baqa' iggranfat miegħu. Kien dak il-ħin li Dismont daħal fil-karozza, iggranfa lil Marcos u beda jkaxkru diversi metri minn ġol-karozza. Meta t-tfajjel kien mal-art, il-ġuvni l-ieħor Michael Solid, li kien qed isuq, għadda minn fuqu bil-karozza u ħadulu t-tablet. Missier il-vittma, Ivan Arenas qal li qatt ma immaġina li tablet li xtara lill-ibnu f'għeluq sninu, kien il-kaġun tal-mewt tiegħu. Marcos Arenas miet ftit wara l-isptar minħabba l-ġrieħi gravi li ġarrab. Iż-żewġ ġuvintur ittieħdu fil-ħabs ta' Clark County akkużati bi qtil u b'serq wara li ġew identifikati minn kameras tas-sigurtà li kien hemm imwaħħla fil-post tar-reat.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-ara-xse-jigri-fl-episodju-li-jmiss-ta-l-gharusa-2/
Filmat: Ara x'se jiġri fl-episodju li jmiss ta' L-Għarusa
newsbook.com.mt
X'ser jiġri fit-tlettax-il episodju li jmiss ta' L-Għarusa? X'ser jiġri fit-tlettax-il episodju li jmiss ta' L-Għarusa? Posted by L-Għarusa on Thursday, January 16, 2020 Is-sensiela l-Għarusa, li issa qegħda fit-tieni staġun, tkompli tqanqal ħafna interess, u apparti l-filmat ta' x'se jiġri l-ġimgħa d-dieħla, niżvelaw ukoll dak li għandkom tistennew li taraw. Fl-episodju ta' nhar it-Tlieta se naraw lil missier Karm iqum u ma jsib lil ibnu imkien ġod-dar. Jibda jgħajjatlu imma ħadd ma jirispondih. Dan għaliex Karm ikun barra ma' Flaminia, għaliex kienet wegħditu li tieħdu magħha jixtri. Is-supretendent Fenech Lauri joħrog ifittex lil ibnu Karm barra mid-dar u jibda jistaqsi lin-nies jekk rawx lil Karm. Għal Liż u Alan jaslal il-jum li tant ilhom jistennew, il-ġurnata fejn jiskopru jekk kienx hemm xi kitba fuq il-libsa tat-tieġ ta' Bettina. Flaminia u Karm jaslu d-dar fl-aħħar u missier Karm jibda jgħajjat magħhom għax ma misshomx qabdu u ħargu mingħajr ma qalulu. L-Għarusa, fuq kitba ta' Audrey Brincat Dalli u produzzjoni ta' Sharp Shoot Media, jixxandar fuq TVM nhar it-Tlieta 21 ta' Jannar fid-8.50pm.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/en/if-asked-whether-your-bishop-is-a-sinner-answer-yes-archbishop/
If asked whether your bishop is a sinner, answer yes – Archbishop
newsbook.com.mt
Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti Tista' taqra bil- Malti . Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/l-ishma-ta-nintendo-jitilfu-l-valur-wara-tnaqqis-fil-profitti/
L-ishma ta' Nintendo jitilfu l-valur wara tnaqqis fil-profitti
newsbook.com.mt
L-ishma ta' Nintento, il-kumpanija Ġappuniża magħrufa għal video-games, esperjenzaw tnaqqis fil-valur hekk kif matul din il-ġimgħa il-kumpanija rrapurtat tnaqqis ta' 10 fil-mija fil-profitti. Nintendo ħabbret li l-profitti operattivi għat-tieni kwart tas-sena kien ta' 27.4 biljun yen, ferm il-bogħod mill-istima ta' 40 biljun skont kif maħduma minn Refinitiv. Is-suq tal-ishma irreaġixxa b'mod negattiv għal dawn l-aħħar aħbarijiet mill-kamp ta' Nintendo tant li effettwa il-prezz tal-ishma tal-kumpanija bi 3 fil-mija. Minkejja li Nintendo baqgħet b'saħħita fil-bejgħ tal-Iswitch console, liema bejgħ żdied fl-aħħar snin, in-nuqqas ta' logħob ġdid li jiġbed il-massa qed iħalli impatt fuq ir-riżultati finanzjarji tal-kumpanija. Intant Nintendo mistennija joħorġu fis-suq f'Settembru li ġej verżjoni 'light' tan-Nintendo Switch, din il-console diġà qed tgħati indikazzjonijiet li se tkun suċċess tant li l-pre order tagħha inħataf fi ftit sigħat. Riżultati tajbin għal Coca-Cola Fil-ġranet li għaddew l-ishma tal-Coca Cola esperjenzaw żieda rekord hekk kif il-kumpanija ħabbret riżultati tajbin fit-tieni kwart tas-sena. Dawn ir-riżultati kienu aħjar minn dawk imbassra. Coca Cola qed tkompli tkabbar id-diversità tal-prodotti tagħha tant li issa qed tbiegħ fir-Renju Unit laned tal-ready to drink bil-kafe' bħala parti mil-prodotti li joffri Costa Coffee. Din hija l-ewwel mossa ta' importanza li daħħlet Coca Cola minn mindu xtrat il-brand ta' Costa Coffee iktar kmieni din is-sena. Coca Cola iffinalizzat ix-xiri ta' Costa Coffee f'Jannar ta' din is-sena. Coca-Cola mistennija tkabbar it-tqassim tal-prodotti ġodda tagħha f'aktar swieq internazzjonali. Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net , Tel. 21493250. Tista' tirċievi l-artiklu b'xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta' edukazzjoni u informazzjoni biss u m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta' investiment.
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/live-l-ahhar-zviluppi-fuq-il-coronavirus-2/
L-aħħar żviluppi fuq il-coronavirus
newsbook.com.mt
21:47 21:40 21:08 Il-Faċilità Korretiva ta' Kordin mhux se tkun qed taċċetta viżitaturi għas-sebat ijiem li ġejjin. Skont il-Ministeru għall-Intern dan qed isir bħala prekawzjoni bil-għan li l-marda tal-COVID-19 ma tinfirixx fil-faċilità li hi spazju magħluq b'mijiet ta' persuni. "It-tmexxija tal-faċilità se tkun qed tevita wkoll movimenti mhux meħtieġa jew urġenti lejn u mill-faċilità. Miżuri simili qed jittieħdu fiċ-ċentri ta' detenzjoni fejn jinżammu l-immigranti. Din id-deċiżjoni se terġa' tkun riveduta fi żmien ġimgħa," qal il-Ministeru. 19:55 Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri wiegħed li l-Gvern qed jaħdem biex iniedi miżuri ekonomiċi sinifikanti biex jappoġġja lil dawk in-negozji li qed jiġu affettwati minn tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija. Fisser li se jkun hemm miżuri għaż-żmien qarib, dawk medium-term u oħrajn fit-tul. Dan biex jassisti lin-negozji li qed jaffaċċjaw tnaqqis fl-ordnijiet tal-prodotti tagħhom u tas-servizzi minħabba l-pandemija tal-coronavirus. 19:45 Il-Gvern jiċħad li hemm 35 każ ieħor ta' coronavirus 19:40 Titħassar il-Maratona ta' Ġbir għall-bżonnijiet tal-Missjoni: Il-maratona kienet se ssir nhar is-Sibt 14 ta' Marzu. Din ġiet posposta għal data oħra. Il-Missio rringrazzjat lill-poplu Malti u Għawdxi li baqa' dejjem ġeneruż biex tittaffa t-tbatija tal-faqar fid-dinja. Esprimiet ukoll solidarjetà mal-Maltin li bħalissa għaddejjin minn tbatija jew biża' minn dan il-virus. 19:32 Il-Gvern jibda jindirizza lill-midja mill-mezzi soċjali 19:30 Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ltaqa' mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija u l-Police Officers Union fid-dawl tal-irwol tal-Korp tal-Pulizija fiċ-ċirkostanzi. Akkumpanjat mill-ogħla uffiċjali tal-Korp, il-Ministru enfasizza l-importanza tal-Korp f'dan il-mument, fosthom biex ikun assigurat li min hu obbligat isegwi l-kwarantina. 19:23 Titħassar is-26 edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta' Malta taċ-Ċikliżmu li kienet se ssir bejn it-2 u l-5 ta' April li ġej. 18:50 In-nies jerġgħu jerħulha għas-supermarkets 18:09 17:35 L-Ispeaker jiċħad it-talba tal-Oppożizzjoni; l-ebda diskussjoni fuq il-coronavirus 17:30 Se jkun hemm tibdil f'xi eżamijiet tas-SEC, tal-Intermediate, u tal-Advanced level, skont il-Bord tal-MATSEC. It-tibdil se jsir minħabba l-coronavirus. Fi stqarrija, il-Bord tal-MATSEC qal li xi eżamijiet se jiġu sospiżi b'mod indefinit fl-aħjar interess tal-istudenti u tal-ħaddiema. Tibdil f'xi eżamijiet tal-O u l-A levels 16:55 Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020, skedat li jsir fl-Università ta' Malta mill-25 sas-27 ta' Marzu, qed jiġi pospost sakemm joħroġ avviż ieħor. Se jinħarġu aktar dettalji fil-ġimgħat li ġejjin. 16:45 Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija tal-S&D Miriam Dalli u l-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar, membru tal-kumitat tal-industrija tal-PE, iffirmaw ittra mibgħuta lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel. Fl-ittra jħeġġu lill-Unjoni Ewropea biex tadotta azzjoni kkordinata b'urġenza. 16:41 Lockdown – m'hemmx għażla oħra L-Unjin Maltija għall-Bankiera, l-MUBE, qed tirrakkomanda lill-Gvern biex jikkunsidra lockdown immedjat mal-pajjiż kollu. Fi kliem l-MUBE, din il-miżura preventiva tkun ta' ġid għall-pajjiż. 16:39 L-MFSA twissi dwar skemi qarrieqa L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) qed tappella lill-entitajiet liċenzjati minnha u lill-pubbliku, għal possibilità ta' skemi qarrieqa jew scams finanzjarji li qed jippruvaw japprofittaw mis-sitwazzjoni preżenti tal-coronavirus. Dan sabiex jattakkaw entitajiet u individwi bl-għan li jisirqu fondi jew informazzjoni personali sensittiva. L-MFSA twissi dwar skemi qarrieqa 16:36 L-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati għada se jkun magħluq, minħabba li l-Uffiċċju se jkun qed jaħdem b'inqas impjegati minħabba l-miżuri ta' kwarantina. 16:32 Il-Lombard Bank Malta joffri għajnuna ta' cashflow Il-Lombard Bank Malta qed joffri lil kull klijent li għandu self miegħu għajnuna ta' cashflow. Fi stqarrija, il-Bank qal li peress li din il-pandemija tista' twassal għal konsegwenzi negattivi fuq in-negozju tal-klijenti tiegħu, il-Bank alloka €12.5 miljun, sabiex jipprovdi working capital temporanju lil dawk il-negozji li jistgħu jaffaċċjaw nuqqas ta' likwidità. Dan il-fond se jkun offrut b'kundizzjonijiet favorevoli, inkluż rata ta' imgħax fuq is-self ta' 2.5% fis-sena għal ammonti sa €350,000 il-wieħed għal sa 18-il xahar. Ir-rata tkun fissa għal tul is-self. 16:29 Il-Kamra tal-Kummerċ tappella biex ikun hemm miżuri ta' għajnuna għall-kumpaniji Il-Kamra tal-Kummerċ qed tappella lill-Gvern biex immedjatament iniedi sett ta' miżuri ta' għajnuna lill-kumpaniji. Dawn jinkludu: dewmien fil-pagamenti tad-dawl u l-ilma; introduzzjoni ta' tnaqqis fit-taxxi; u twaqqif ta' fond nazzjonali ta' emerġenza biex tingħata l-għajnuna meħtieġa lill-kumpaniji li qed jaffaċċjaw diffikultajiet tal-likwidità bħall-iskejjel tal-Ingliż, restoranti, lukandi u l-fornituri kollha tal-ikel u x-xorb. 16:23 Ix-xufiera tal-karozzi tal-linja mhux se jkunu qed jagħtu bqija biex jevitaw milli jmissu l-flus. 16:20 Jitħassru aktar attivitajiet L-organizzazzjonijiet Caritas Malta, l-Aġenzija Sedqa, il-Fondazzjoni Oasi u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija f'Malta ħabbru li pposponew il-Konferenza Nazzjonali NGĦIX – saħħa sana għażla tagħna, li kellha ssir taħt il-Patroċinju tal-President ta' Malta fil-Palazz ta' Sant'Anton fl-24 ta' Marzu. Dawk li rreġistraw se jirċievu imejl u l-post tagħhom se jibqa' riservat għal meta titħabbar id-data l-ġdida. 15:15 Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-coronavirus Filmat: "Jekk niġu infurmati bl-imqita, ma nistgħux nippjanaw" 15:00 Jitwaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi kollha b'effett immedjat Il-funzjonijiet reliġjużi se jitwaqqfu b'effett immedjat, skont l-Arċidjoċesi ta' Malta. Fi stqarrija l-Arċidjoċesi ta' Malta qalet li l-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex qed iwaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż il-quddies ta' kuljum u ta' nhar ta' Ħadd. Il-katekeżi tat-tfal se titwaqqaf ukoll. "Għalhekk, l-Isqfijiet qegħdin jagħtu lill-Insara dispensa mill-obbligu tal-Quddies ta' nhar ta' Ħadd. Din il-miżura ta' prekawzjoni tidħol fis-seħħ b'effett immedjat u qed tittieħed għall-ġid komuni u biex jiġu mħarsa b'mod speċjali dawk l-aktar vulnerabbli," qalet l-Arċidjoċesi. Jitwaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi kollha b'effett immedjat 14:31 Il-helpline tal-coronavirus 111 se jirċievi l-għajnuna mingħand servizz.gov. Fi stqarrija, servizz.gov qal li wħud mir-rappreżentanti tiegħu se jkunu qed iwieġbu l-Helpline 111. Fl-aħħar jiem ħafna persuni li kienu qed jippruvaw jaqbdu mal-linja tal-111 ma setgħux jagħmlu dan. Skont l-awtoritajiet dan għaliex kien hemm influss qawwi ta' telefonati. Il-Helpline 111 b'assistenza minn servizz.gov 13:10 Bosta għalliema qed jistaqsu jekk id-direttiva l-ġdida tfissirx li l-għalliema mhumiex se jmorru għax-xogħol ukoll. L-MUT irreaġixxiet hekk: "Fid-dawl tad-deċiżjoni mitluba mill-MUT dwar l-għeluq tal-iskejjel, l-MUT tilqa' l-aħbar li l-iskejjel ser jagħlqu minn għada b'sodisfazzjon u se tissokta bit-taħditiet mal-Gvern inkluż waqt il-laqgħa mal-Prim Ministru li ġiet skedata tard illum waranofsinhar. Se nkomplu naġġornaw lill-membri hekk kif ikollna aktar informazzjoni." 13:01 Il-quddies se tibda tixxandar fuq Newsbook.com.mt, knisja.mt u TVM2 minn nhar it-Tnejn li ġej. 12:53 Minn għada se jingħalqu l-iskejjel kollha għal ġimgħa. 12:51 Tibda konferenza stampa indirizzata mill-Prim Ministru, mill-Ministru għas-Saħħa u mill-Ministru għall-Edukazzjoni. LIVE: L-iskejjel jingħalqu minn għada 12:38 Id-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università mexxa l-ġimgħa tal-qari, meta l-istudenti ma jkollhomx lekċers, għall-ġimgħa d-dieħla. In light of the current circumstances the Department of English is moving its Reading Week forward to next week (16–20 March). Posted by Department of English – University of Malta on Thursday, March 12, 2020 12:32 Id-Djoċesi t'Għawdex tħabbar li d-duttrina kollha tħassret, u anke l-Parroċċa ta' San Ġiljan. B'effett immedjat il-katekiżmu fil-parroċċa huwa kkanċellat ——–With immediate effect catechism lessons have been cancelled Posted by Parrocca San Giljan on Thursday, March 12, 2020 12:31 Il-Partit Nazzjonalista ħabbar konferenza stampa fis-1.30pm fid-Dar Ċentrali. 12:24 Il-Papa jiddeskrivi dan il-mument bħala wieħed diffiċli. Il-Papa jibgħat messaġġ ta' komfort lill-poplu Taljan 12:14 It-Teatru Salesjan ippospona l-avvenimenti kollha tiegħu. https://www.facebook.com/tsmalta/photos/a.446306098747220/3054778507899953/?type=3&theater 12:06 L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija f'Malta (MPA) heddet li toħroġ direttiva lill-ħaddiema biex l-ispezzjonijiet ma jsirux jekk ma jingħatawx linji gwida fuq kif għandhom jagħmlu l-ispezzjonijiet fuq in-nies li qegħdin kwarantina. "L-ispezzjonijiet mhux se jsiru jekk ma jagħtuniex linji gwida" – pulizija 12:03 Għadha kemm tħabbret konferenza stampa f'Kastilja fis-12.45pm indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela. 11:53 Il-Kap tal-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq Forms 3-5 Alexandra Farrugia ħarġet kjarifika fuq Facebook dwar dak li ġara fl-iskola lbieraħ, meta għadd ta' ġenituri marru jiġbru lil uliedhom peress li omm tifla li attendiet għall-iskola kienet imsiefra. ⚠️ Attention: All parents/guardiansKindly see the attached letter from the headmistress, Ms A. Farrugia. Posted by Ħandaq Secondary School Forms 3,4,5 on Thursday, March 12, 2020 11:46 Il-Ministru Owen Bonnici b'laqgħa ma' Ministri għall-Edukazzjoni oħra minn madwar l-Ewropa. Bhalissa qieghed nippartecipa f'laqgha permezz ta' videoconference mal-Ministri tal-Edukazzjoni kollha tal-Unjoni Ewropea dwar il-COVID-19.Qed naggornaw lil xulxin dwar x'qed isir f'kull pajjiz tal-UE. Posted by Owen Bonnici on Thursday, March 12, 2020 11:35 L-iskola San Anton tħabbar li se tagħlaq il-bibien tagħha wkoll minn nhar it-Tnejn li ġej għal perjodu ta' ġimagħtejn jew aktar. 2 skejjel jagħlqu l-bibien tagħhom minħabba l-imxija tal-coronavirus 11:24 Stqarrija tal-President fuq il-coronavirus Il-President George Vella qal li kien qed isegwi l-imxija ta' dan il-virus minn mindu tħabbar. Hu awgura fejqan ta' malajr lil dawk li huma infettati bih, filwaqt li wera l-apprezzament tiegħu lill-professjonisti li qegħdin jerfgħu r-responsabbiltà għal din l-imxija. Appella lill-poplu biex jimxi mad-direttivi u l-pariri mogħtija. Fakkar, madankollu, li r-rata ta' dawk li jfiqu mill-virus hija għolja ħafna. Huwa esprima solidarjetà mas-settur kummerċjali u dawk kollha milqutin b'mod negattiv mill-coronavirus. L-Uffiċċju tal-President avża li fuq talbiet tal-partijiet konċernati, numru ta' laqgħat li kellhom isiru mal-President tħassru mid-djarju tal-President u ġew posposti għal data oħra. 11:11 Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħareġ stqarrija li fiha assigura li "inxtraw u tqassmu 2,443 flixkun sanitizer tal-130ml u 991 flixkun tal-500ml. It-tqassim beda mit-2 ta' Marzu, u kull skola rċeviet konsenja għall-klassijiet tagħha. Il-Ministeru għandu aktar fliexken ordnati, u kif jaslu se jerġa' jqassam fl-iskejjel. Dan minbarra li kull kulleġġ u kull skola qed jieħdu ħsieb li s-sapun tal-idejn ikun disponibbli fil-faċilitajiet sanitarji kollha, apparti minn xiri ta' fliexken oħra ta' sanitizers." 11:04 L-għaqda studenteska tal-liġi ELSA Malta ħassret il-konferenza internazzjonali tagħha. Posted by ELSA Malta on Thursday, March 12, 2020 10:59 Il-Kulleġġ St Edward's ħabbar li għada l-Ġimgħa, it-Tnejn u t-Tlieta se jkunu vaganzi. Imbagħad dawn jittieħdu mill-vaganzi tal-Għid jew tas-sajf. Good Morning,After lengthy discussions with all stakeholders of our SEC community, I am informing you that we will be... Posted by St Edward's College, Malta on Thursday, March 12, 2020 10:55 Prof. Charmaine Gauci appellat lill-pubbliku biex dawk li m'hemmx bżonn joħorġu, ma joħorġux. Dawk li jistgħu jaħdmu mid-dar għandhom jagħmlu hekk. 10:51 B'hekk f'Malta hawn 9 każijiet b'kollox: Familja ta' 3 Taljani li kienu l-Italja Missier u bint Norveġiżi li kienu l-Italja 2 Maltin li kienu l-Italja flimkien 2 barranin li kienu barra separatament: wieħed il-Belġju u l-pazjenta l-oħra l-Ġermanja u l-Olanda 10:42 Tibda l-konferenza – 2 każijiet oħra kkonfermati. 10:38 Intant, l-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp ħabbret li qed jitħassru wkoll il-festi interni l-ġimgħa d-dieħla. 10:34 Minn ħin għall-ieħor mistennija tibda konferenza stampa bl-aħħar aġġornamenti fuq il-Covid-19. Segwi live minn hawn LIVE: Konferenza tal-aħbarijiet dwar il-coronavirus 10:30 L-MEA qiegħda tipproponi li bejn id-19 u l-24 ta' Marzu, isir shutdown sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-coronavirus. L-MEA tipproponi shutdown ta' 6 ijiem 10:15 L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li minħabba t-tixrid tal-virus, se tiltaqa' mal-periti u mal-pubbliku biss b'appuntament mil-lum 'il quddiem. Posted by Planning Authority on Thursday, March 12, 2020 10:07 L-Iżlanda, li għandu popolazzjoni iżgħar minn ta' Malta, hemm 90 każ ta' coronavirus. Dan jista' jfisser l-ogħla persentaġġ ta' każijiet fid-dinja, peress li l-popolazzjoni hija ta' 364,000 persuna. 10:05 L-Unjoni Ewropea mistennija twieżen is-sitwazzjoni wara li Trump ilbieraħ ħabbar li l-vjaġġi minn u lejn l-UE għall-Istati Uniti għandhom jitwaqqfu. Following the travel ban @realDonaldTrump announced, we will assess the situation today. Economic disruption must be avoided. #Europe is taking all necessary measures to contain the spread of the #COVID19 virus, limit the number of affected people and support research. — Charles Michel (@eucopresident) March 12, 2020 10:00 Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli dalgħodu qalet li l-Gvern qed jaħdem fuq pakkett ta' miżuri biex jgħin lis-settur tat-turiżmu. Bonġu. Meta llum tipprepara biex tibda r-rutina normali tiegħek ftakar fl-eluf ta' ħaddiema f'pajjiżna li lejl u nhar... Posted by Julia Farrugia Portelli on Wednesday, March 11, 2020 09:55 Il-Bank of Valletta ħabbar għadd ta' miżuri li se jieħu sabiex jgħin lin-negozji f'dan iż-żmien ekonomiku diffiċli minħabba l-coronavirus. Se jalloka fond ta' €10 miljun għal dan il-għan. Il-miżuri jinkludu: Twaqqif temporanju tal-pagamenti tal-kapital għal bejn tliet xhur u 12-il xahar Servizzi ta' finanzjament tal-kummerċ permezz tal-Internet Banking mingħajr spejjeż addizzjonali Provvediment ta' direct working capital għall-klijenti li jiffaċċjaw kwistjonijiet ta' cash flow 09:40 Tħabbret konferenza stampa mid-Direttorat għas-Saħħa bl-aħħar aġġornamenti fuq il-coronavirus. Se ssir fl-10.30am. 09:25 Dr Michael Spiteri mid-Dipartiment tal-Emerġenza qal li kien hemm pazjenti li nqabdu jigdbu fuq fejn ivvjaġġaw. Assigura lin-nies li dawn inqabdu u kollha rriżultaw fin-negattiv meta sarulhom it-testijiet tal-coronavirus. Appella lill-pubbliku biex ma jigdibx fuq affarijiet kruċjali bħal dawn, speċjalment minħabba s-saħħa tat-tobba stess. "Tkomplux tigdbu dwar fejn sifirtu" – tabib fl-emerġenza 09:19 Xi qarrejja ġibdulna l-attenzjoni li s-sit elettroniku tal-Gvern fuq il-Covid-19 mhuwiex aġġornat bil-miżuri li tħabbru lbieraħ, li vvjaġġar għall-Ġermanja, Franza, Spanja u l-Iżvizzera mhuwiex permess. 09:18 Mid-dinja sportiva, apparti l-plejers tal-Arsenal li qegħdin kwarantina, jidher li l-coronavirus qed jaffettwa lill-Juventus ukoll. Rugani ta' Juve infettat bil-coronavirus 09:09 Anke avvenimenti teatrali qegħdin jitħassru. Smajna li l-musical Sister Act li kienet se tittella' fit-Teatru Astra f'Għawdex ġiet posposta, u llum tħabbar li l-opra komika Cox and Box li kienet se tittella' fit-Teatru Salesjan ġiet posposta wkoll. It-Teatru Manoel The Manoel Theatre has been closely monitoring the situation regarding COVID-19.This is a rapidly evolving situation,... Posted by Teatru Manoel on Wednesday, March 11, 2020 09:06 Xi stabbilimenti fejn ikun hemm għadd kbir ta' nies qegħdin jieħdu miżuri preventivi billi jagħlqu għalkollox. https://www.facebook.com/HoleInTheWallMalta/photos/a.372118276215677/2844457255648421/?type=3&__xts__%5B0%5D=68.ARCW9GL9niG44lNGJpzUpkKfZ5DvJG3XiiZI4sOerrv7Ba4KuWPLqAXH9DXf7BxoBofHiF3uu1bk5KulPcNWKfQ8KpSomteFhlyEalwMbrNuYo-GX14sh1VNGmrW3rlg0_lQBFftqFZIWjCl7mxtgzyDQhV8miZZ8YznO94HWyCiymEPxCOhalmqAyF28BtOjZIL_dCLo1lCroTWJIymdCB2Ro4I6tHytZcWdxxA1apu4bbOjj2RFqOR5bXRLe-1QofKOQvuv7eWwvto7sJdAvr8LA9w5nsSgH_-sbcFHZGqYVTCeHN1_yxMxH_pK1TZym2YslK71CH_PwsnwsnXoJOk6Q&__xts__%5B1%5D=68.ARCY8wOw8tGSTHiQMPX_DaY_ZcuqDHKKhe9nS-n1-fy7dMHhgwF16VfJOmUaYmjRI4fLdWq2d1AAqM-kajNLkVFEm9CgGch0HQneYuhwMBz5Rhkl1dGelh47cFf_rbTvVvCiRCLIo0hwVv_LAs1bxtVcyGnfoUgru8wWvxYwtz0n66yhrzyA8PgrhxzzUlOU4yURd0_pZR2aAVu6sM2PNXXicJZp8ku80jQhEquqjtXyhVXox4eux-7ZJwik4NOBXBLkuMVcCIJIc3fXJI1CmJJsI3aAPKMbBNgMq5hRqN-R-6H_BMmRy80QTHP373lfSEXAXm3KW0nZLYZNeAzhRSTJuA&__tn__=-R 09:05 Il-Ministeru għal Għawdex ippospona l-attività Dwejra Looking Beyond , li matulha kien se jkun hemm ukoll attivitajiet sabiex jitfakkar Jum il-Mara. Din kellha ssir il-Ħadd, 15 ta' Marzu. 08:59 Mark Anthony Sammut jgħid li għandhom jittieħdu miżuri aktar drastiċi biex issir "bidla fil-lifestyle tagħna." Huwa se jieqaf idur bieb bieb b'rispett lejn l-anzjani u dawk vulnerabbli. Minn dak li ġara f'pajjiżi oħra, nistgħu nifhmu li l-problema tal-#Coronavirus mihix biss ir-rata ta' mwiet, imma anke... Posted by Mark Anthony Sammut on Thursday, March 12, 2020 08:39 Appell biex il-helpline 111 ma jintużax bla bżonn jew biex jiġu rappurtati nies li ma jagħmlux il-kwarantina. Dawn għandhom jiġu rappurtati lill-pulizija. 08:36 L-MUT tikkonferma ma' Newsbook.com.mt li se tiltaqa' mal-Prim Ministru Robert Abela llum tard waranofsinhar. L-MUT se tiltaqa' mal-Prim Ministru 08:25 L-ikbar tħassib tal-Maltin bħalissa jibqgħu l-iskejjel. L-MUT ilbieraħ talbet laqgħa urġenti mal-Prim Ministru Robert Abela biex jingħalqu l-iskejjel. Il-UPE semmgħet leħinha fuq is-sitwazzjoni wkoll. L-MUT titlob laqgħa mal-PM biex jingħalqu l-iskejjel Filmat: L-unjin tal-edukaturi b'rakkomandazzjonijiet għall-Gvern Min-naħa tal-Università, l-UMASA talbet li tiġi diskussa l-possibbiltà li l-lekċers jitħassru sal-vaganzi tal-Għid. Il-KSU llum se jlaqqa' lill-għaqdiet studenteski u lir-rappreżentanti tal-istudenti biex jiddiskutu l-kwistjoni. Il-KNŻ għandhom jiltaqgħu mal-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici, li fil-Parlament ilbieraħ qal li għad m'hemmx bżonn li jingħalqu l-iskejjel. Tagħlim online? Niddiskutu mal-unjins – Il-Ministru Bonnici Intant, bdiet iddur petizzjoni biex l-iskejjel u l-Università jingħalqu. Inġabru kważi 10,000 firma. Petizzjoni biex jingħalqu l-iskejjel u l-Università 08:21 Pandemija ġdida ġġib magħha kliem ġdid, jew kliem li rari nisimgħuh. Il-coronavirus laqqagħna mal-kelma "imxija." Xi tfisser eżatt? bħalissa hawn l-imxijahttp://kelmakelma.com/posts/mxija/ Posted by Kelma Kelma on Wednesday, March 11, 2020 08:09 Tħabbar ukoll dalgħodu li l-attur Tom Hanks u martu Rita Wilson, attriċi wkoll, għandhom il-coronavirus. Huma jinsabu l-Awstralja. Tom Hanks u Rita Wilson għandhom il-coronavirus 08:07 L-Istati Uniti wkoll qiegħda tieħu miżuri serji, billi twaqqaf l-ivvjaġġar bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, ivvjaġġar għal pajjiżi li mhumiex fl-UE, bħar-Renju Unit u l-Iżvizzera, xorta huwa permess. L-Istati Uniti twaqqaf l-ivvjaġġar kollu minn u lejn l-Ewropa 08:06 Il-Gvern Malti lbieraħ ħabbar xi miżuri iżjed stretti: Il-vjaġġi lejn u minn Franza, il-Ġermanja, Spanja u l-Iżvizzera mhumiex permessi Dawk li jiġu minn dawn il-pajjiżi jridu jagħmlu kwarantina mandatorja għal ġimagħtejn Jekk jinqabdu jiksru l-kwarantina jeħlu multa ta' €1,000 Filmat: Multa ta' €1,000 għal kull min jikser il-kwarantina mandatorja – PM 08:04 Ilbieraħ il-ġurnata ntemmet bl-aħbar tas-seba' każ tal-coronavirus f'Malta: mara li kienet mat-tabib li ġie kkonfermat bil-coronavirus ilbieraħ filgħodu. Huma kienu btala fid-Dolomiti fl-Italja. Qegħdin jinżammu fl-Isptar Mater Dei u ntqal li l-kundizzjoni tagħhom hija tajba. Il-bqija tal-familja qiegħda kwarantina. Ikkonfermat is-7 każ ta' coronavirus f'Malta 08:00 Bonġu u nilqgħukom għal blogg ieħor bl-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus, kemm lokalment, kif ukoll internazzjonalment. X'ġara lbieraħ pass pass Appell lill-anzjani biex ma joħorġux; petizzjoni u miżuri ġodda Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn .
[ 1, 10 ]
https://newsbook.com.mt/guest-house-flok-id-dar-tal-madalena/
Guest House flok id-dar tal-Madalena
newsbook.com.mt
Is-sit fejn inbniet Guest House flok id-dar fejn kienet tgħix Marija Madalena Nhar il-Ħadd 24 ta' Novembru, festa ta' Kristu Re kienet inawgurata Guest House ta' 160 kamra, fil-post li hu meqjus li kienet tgħix Marija Madalena fil-belt ta' Magdala f'Iżrael. Din il-binja hi parti minn proġett akbar magħruf bħala il-Proġett Magdala. Oriġinarjament din il-Guest House kellha tkun inawgurata żmien ilu iżda waqt l-iskavar instabet belt sħiħa tal-ewwel seklu. Minħabba f'hekk il-bini twaqqaf u l-proprjetarji tal-art u l-Awtorità Iżraeljana tal-Antikitajiet għażlu li s-sit ikun żviluppat bħala attrazzjoni għall-viżitaturi u l-pellegrini, minħabba l-valur storiku, kulturali u reliġjuż tiegħu. L-iskavar li kompla jsir kixef Sinagoga tal-ewwel seklu, suq u villaġġ sħiħ komplut bil-banjijiet tar-rit Lhudi li kienu jieħdu l-ilma min-nixxiegħa naturali li għadha taħdem sal-lum u fdalijiet tal-industrja tas-sajd fil-port tal-post. Fejn ippriedka Kristu Sejba importanti kienet ġebla skolpita li kienet fis-Sinagoga li fuqha kien hemm rappreżentazzjoni artistika tat-Tieni Tempju ta' Ġerusalemm. Fil-post instabu wkoll muniti li jmorru lura għas-snin 29 sa 64 Qabel Kristu. Dawn is-sejbiet jagħtu x'jifhem li hawnhekk Kristu seta' ppriedka u ltaqa' mal-ewwel segwaċi tiegħu. Il-konnessjoni bejn din il-belt u Santa Marija Madalena ilha rikonoxxuta ħafna u għalkemm l-iskavi għad iridu jikxfu evidenza diretta, l-arkeologi għandhom xiehda minn pellegrini lejn l-Art Imqaddsa, li jpoġġu lil Marija Madalena f'din il-belt. Dr. Marcela Zapata-Meza mill-Università Anahuac tal-Messiku li qed tmexxi l-iskavi li qed isiru fil-post, innutat kif "l-ewwel pellegrini lejn l-Art Imqaddsa fosthom Theodosius u Epifanio, tar-raba' u l-ħames seklu, jiddeskrivu l-belt ta' Magdala bħala l-post fejn twieldet Marija Madalena. Epifanio fil-fatt kiteb li "kien hemm knisja f'Magdala li nbniet flok id-dar fejn kienet tgħix Marija Madalena qabel il-Mulej fejjaqha". Fr. Juan Solana, il-fundatur ta' dan il-proġett innota li "il-post fejn jinsab dan is-sit li hu qrib il-Baħar tal-Galilea jagħmlu post uniku għal proġett ta' ospitalità bħal dan. Naħseb li Magdala tiġbor fiha dak li viżitatur isib li dan hu l-post fejn l-istorja Lhudija u dik Kristjana, iltaqgħu. Issa se nkunu nistgħu noffru wkoll esperjenza tal-Ewwel Seklu fil-kumditajiet tas-Seklu 21". Attrazzjoni turistika Is-sit arkeoloġiku nfetaħ għall-pubbliku fl-2014 bl-għajnuna ta' ħafna benefatturi minn madwar 20 pajjiż differenti u viżitaturi minn madwar id-dinja li taw donazzjonijiet biex ikomplu l-iskavi u jkun żviluppat is-sit. Minn dakinhar, il-post sar wieħed mill-akbar attrazzjonijiet fir-reġjun tal-Galilea, f'Iżrael. Fil-fatt fl-2018 is-sit kien ivvutat bħala wieħed mill-aqwa 25 attrazzjoni turistika fil-Lvant Nofsani. Il-proġett sħiħ issa kważi hu komplut u mistenni jħalli effett pożittiv fuq l-ekonomija tar-reġjun li qed jiżviluppa. Fih se jkun hemm din il-Guest House b'160 kamra kollha b'galleriji u veduti tal-Baħar tal-Galilea, il-Park Arkeoloġiku Magdala u mdawwar b'xenarju mill-isbaħ. Għall-inawgurazzjoni tal-proġett nhar il-Ħadd li għadda kienu preżenti dinjitarji għolja tal-Knisja fosthom il-Kardinal Carlos Auiar Retes, Arċisqof fil-Messiku; Mons Leopoldo Girelli, Nunzju Apostoliku f'Iżrael; Mons Pierbattista Pizzaballa, Amministratur Apostoliku ta' Ġerusalemm; rappreżentanti tal-Gvern Iżareljan u tal-Awtorità tal-Antikitajiet kif ukoll is-Sindku ta' Migdal.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/open-day-fiz-zak-ta-birkirkara/
Filmat: Open Day fiż-ŻAK ta' Birkirkara
newsbook.com.mt
Iż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika jew kif inhi magħrufa aħjar ŻAK hija organizzazzjoni Kattolika taż-żgħażagħ b'għadd ta' gruppi taż-żgħażagħ li ġejjin minn parroċċi differenti. Dawn iż-żgħażagħ ikunu pprovduti b'programmi fundamentali ta' żvilupp spiritwali u personali. Il-President ta' ZAK, Deborah Bonnici waqt Open Day li saret f'dar f'Birkarkara qalet li bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta' kostruzzjoni u manutenzjoni. Deborah Bonnici kompliet tgħid li l-għan taż-ŻAK huwa li jgħin liż-żgħażagħ itejbu r-relazzjoni tagħhom mal-Mulej u mal-oħrajn. Għalhekk permezz ta' din id-dar bħala ŻAK ikunu jistgħu joffru aktar servizzi liż-żgħażagħ bħal ngħidu aħna live ins u laqgħat ta' formazzjoni.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-mghandniex-naqtghu-qalbna-milli-naffrontaw-ir-realta-l-arcisqof/
Filmat: M'għandniex naqtgħu qalbna milli naffrontaw ir-realtà – l-Arċisqof
newsbook.com.mt
L-Arċisqof Charles Scicluna stqarr li l-mumenti diffiċli bħalma għaddejja Malta minnhom bħalissa għandna nużawhom biex nikkonfrontaw ruħna mar-realtà u ma naqtgħux qalbna. Huwa qal dan lill-Prim Ministru waqt l-iskambju tal-awgurju għall-Milied u l-ewwel tas-sena flimkien mal-Grupp Parlamentari Laburista. Dan sar fil-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta fejn kien hemm preżenti wkoll l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi. L-Arċisqof qal li l-politiċi għandhom jaħdmu mhux biss biex jassiguraw ħajja aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri iżda wkoll biex ikollhom kwalità morali u etika. Fisser li din hija sfida attwali u mhix faċli. Qal li għalkemm mhix faċli, il-verità trid tiġi affaċjata biex inħarsu 'l quddiem. Il-Prim Ministru min-naħa tiegħu rringrazzja lill-Arċisqof tal-kooperazzjoni li kellu tul is-snin li għamel bħala Prim Ministru. Huwa awgura li din il-kooperazzjoni bejn Knisja u Stat titkompla mis-suċċessur tiegħu. Miguela Xuereb L-Arċisqof qal li llum stess ġie ffirmat ftehim ieħor bejn il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u l-Caritas fejn priġunieri dipendenti mid-droga jsegwu korsijiet organizzati mill-Caritas. Huwa spjega li dan huwa kontribut konkret li l-Knisja qed tagħti lis-soċjetà. Appella biex kull tentazzjoni ta' mibiegħda u rabja jiġu megħluba. Qal li f'mumenti bħal dawn, il-bniedem jiġi affaċjat b'għażla bejn l-elementi tajbin tiegħu jew dawk ħżiena. Dan filwaqt li fisser li kull bniedem għandu din l-isfida biex jaġixxi bl-aħjar mod possibbli. Quddiem il-Ministri u Membri Parlamentari Laburisti, l-Arċisqof appella wkoll biex fil-konkret huma jħaddnu l-prinċipji ta' solidarjetà u umanità. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa' mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia, ma' membri tal-Ġudikatura u mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/il-papa-jiltaqa-ma-antonietta-gargiulo/
Il-Papa jiltaqa' mal-mara li żewġha attakkaha u qatel lil uliedhom
newsbook.com.mt
Il-Papa jitkellem ma' omm li tilfet żewġ ulied u ħelsitha mill-mewt Għaxart ijiem ilu, il-Papa Franġisku laqa' fl-appartament tiegħu f'Santa Marta fil-Vatikan lil Antonietta Gargiulo, li salvat wara li kienet feruta gravament minn żewġha li qatel liż-żewġt itfal bniet tagħhom u mbagħad qatel lilu nnifsu wara li attakka lilha b'mod brutali. Stqarrija mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan qalet li kienet Antonietta stess li talbet biex tiltaqa mal-Qdusija Tiegħu l-Papa wara li qamet mill-koma li kienet fiha. L-istqarrija qalet li din il-mara li salvat mill-attakk serju fuq ħajjitha tat xhieda tal-fidi tagħha f'Alla u li l-imħabba hi aktar b'saħħitha mill-ħażen. Fi Frar li għadda, żewġha, Luigi Capasso, pulizija li kienet separata minnu, daħal fid-dar tagħha li tinsab fir-raħal ta' Cisterna di Latina, qatel liż-żewġ uliedhom bniet, Alessia ta' 14-il sena u Martina ta' 8 snin u għamlilha diversi feriti serji li ħallewha fil-periklu li titlef ħajjitha. F'filmat li rrekordjat wara li ħarġet mill-isptar, Antonietta qalet: "Hawn ħbieb, "Jien Antonella Gargiulo. Nixtieq nirringrazzja lil kulħadd għat-talb u l-imħabba li wrejtu miegħi. Jekk għadni ħajja dan hu b'miraklu u għal dan nirringrazzja 'l Alla kull ħin u kull mument. "Imma l-veru miraklu hi l-imħabba li tajtuni u fuq kollox l-imħabba liż-żewġ uliedi. Il-vera miraklu hu li l-mibegħda u l-vendetta ma rebħux qlubna. Il-Kelma t'Alla rebħet fuq il-mewt u jien xhud ta' dan. "Grazzi kbira lill-familja tiegħi u lilkom ilkoll għax f'kull ċellula ta' ġismi inħoss li erġajt ħadt il-ħajja b'kull talba li intom offrejtu għalija." Dan il-filmat intbagħat lill-Komunità ta' Kristu Rxoxt li tagħha Antonietta kienet membru u tpoġġa fuq il-paġna ta' Facebook tal-istess komunità.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-tmur-fl-appartament-tal-eks-mal-gharus-il-gdid-biex-tpattihielu/
Filmat: "Tmur fl-appartament tal-eks mal-għarus il-ġdid biex tpattihielu"
newsbook.com.mt
Tfajla tmur fl-appartament tal-eks sieħeb tagħha mal-għarus il-ġdid tagħha, biex tpattihielu għall-mod ta' kif ġiet fi tmiemha r-relazzjoni tagħhom. Din hi l-istorja ta' film qasir ġdid bl-isem ta' Ostaġġ ( Hostage) , li qed isir minn tim żagħżugħ u beda jinġibed nhar l-Erbgħa li għadda. Newsbook.com.mt tkellem ma' Krystabel Galea, il-produttriċi u l-awtriċi tal-film, li spjegat kif l-idea tal-film nibtet meta hi u Jameson Cucciardi, id-direttur tal-film, xtaqu jaraw kemm jistgħu jaħdmu flimkien. Min-naħa tiegħu Jameson qal li dejjem jipprova jagħti l-ħin tiegħu lill-atturi u jkun hemm għalihom meta jkunu jridu jiddiksutu. Jipprova wkoll jagħtihom direzzjoni tajba sabiex flimkien jinterpretaw l-istorja li nkitbet. L-attriċi prinċipali tal-film, Alba Florian Viton, qalet li malli Krystabel offritilha l-opportunità li taħdem magħha, aċċettat mill-ewwel għax kienet taf li Krystabel serja ħafna f'xogħolha. L-atturi l-oħra tal-film huma Jean Paul Carbonaro, Ingrid Bolger, Claudia Agius u Owen Bonello. Il-film mistenni jitlesta sal-aħħar ta' din is-sena, u se jintwera wkoll f'diversi festivals internazzjonali. Ritratt: Daniel Borg Photography Filmat: Reel8 Productions
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/il-pm-jiltaqa-man-nies-fi-triq-ir-repubblika/
Il-PM jiltaqa' man-nies fi Triq ir-Repubblika
newsbook.com.mt
Il-Prim Ministru Robert Abela waqaf jitkellem ma' diversi persuni waqt li kien jinsab, fi Triq ir-Repubblika, viċin il-Qorti fil-Belt Valletta. Miguela Xuereb Dalgħodu, il-Prim Ministru xehed fl-inkjesta ta' Repubblika dwar ir-rifjut tal-Gvern li jdaħħal immigranti f'Malta minkejja li kienu jinsabu f'periklu, il-Prim Ministru Robert Abela ta l-kumment tiegħu lill-midja. Filmat: Dakinhar tal-Għid kellna 5 ħidmiet ta' salvataġġ – PM Filwaqt li ħafna nies ferrħu xħin raw lill-Prim Ministru għaddej minn Triq ir-Repubblika, u bdew jitolbuh jieħu ritratt magħhom, kienu diversi dawk li kkritikaw l-aġir tiegħu fuq Facebook, għax fi kliemhom "ma jagħtix eżempju sabiħ lill-pubbliku li qed ikun imħeġġeġ sabiex ma jinteraġixxix b'dan il-mod ma' persuni li ma jgħixux fl-istess dar". Kien hemm kritika wkoll indirizzata lill-ġurnalisti, għax ma żammewx id-distanza mill-Prim Ministru. Il-Prim Ministru kien espost għal kritika simili fl-aħħar jiem partikolarment meta mar iżur lill-anzjani fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule. Qraba ta' residenti ħassuhom urtati li huma ma jistgħux jibagħtulhom l-ikel u l-Prim Ministru u uffiċjali oħra tal-Gvern jidħlu fir-residenza "qisu xejn mhu xejn".
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/il-papa-jghidilna-kif-ghandna-nitlaqqmu-kontra-l-mewt/
Il-Papa jgħidilna kif għandna "nitlaqqmu kontra l-mewt"
newsbook.com.mt
Papa Franġisku jirrifletti fuq il-mewt Ta' kull sena l-Papa jiċċelebra quddiesa fil-bidu ta' Novembru b'suffraġju għall-Kardinali u Isqfijiet li jkunu mietu matul is-sena. Din is-sena l-Quddiesa kienet ċelebrata fl-4 ta' dan ix-xahar u offruta għal 160 bejn Kardinali u Isqfijiet li mietu minn Diċembru tas-sena l-oħra 'l hawn. Fl-Omelija tal-Quddiesa l-Papa Franġisku kkummenta dwar l-istedina ta' Kristu biex nitlaqqmu. "Morru għand Ġesù, Alla Ħaj biex nitlaqqmu kontra l-mewt, kontra l-biża' li kollox għad jispiċċa". Il-Papa ssuġġerixxa tliet punti għal eżami tal-kuxjenza li hu sejħilhom tliet tfakkiriet għat-tilqima. Jien insib ħin kuljum għal Alla? Jien inħoss u nagħmel xi ħaġa għal dawk li huma l-aktar fil-bżonn? Id-deċiżjonijiet importanti li nieħu nagħmilhom taħt il-ħarsa ta' Alla? Huwa nnota li l-ħajja kollha hi moviment biex noħorġu 'l barra u spjega li l-aktar ħarġa diffiċli hi dik li wieħed "joħroġ minnu nnifsu". Il-frażi li juża Ġesù hi splussiva: Dak li jiġi għandi jien ma nkeċċihx, donnu jrid jgħidilna li jibqgħu barra dawk li ma jmorru għandu. Għal min jemmen m'hemmx triq tan-nofs: wieħed ma jistax ikun ta' Kristu u jingħalaq fih innifsu", spjega l-Papa. "Min hu ta' Kristu jgħix billi jmur Għandu" enfasizza l-Papa. Eżami tal-kuxjenza B'mod konkret, il-Papa Franġisku ppropona li wieħed għandu jistaqsi lilu nnifsu dwar kif għadda l-ġurnata. Illum, fix-xogħol li kelli nagħmel, jien ersaqt lejn Alla? Sibt okkażjoni biex nitkellem Miegħu? Fin-nies li ltqajt magħhom illum, involvejtu lil Ġesù? Lil dawn in-nies mexxejthom Lejh fit-talb? Jew għamilt kollox moħħi fiha nnifsi, nifraħ biss b'dak li marli tajjeb u ngemgem dwar dak li mar ħażin? Nersaq lejn Ġesù? U finalment, jien ngħix billi nersaq lejn Ġesù jew moħħi fiha nnifsi? F'liema direzzjoni hi triqti? Jien moħħni biss biex nidher tajjeb u nħares biss dak li hu tiegħi jew nersaq lejn il-Mulej? Il-Quddiesa li Papa Franġisku ċċelebra flimkien mal-Kardinali Giovanni Battista Re u Francis Arinze, saret fl-artal tal-Katedra ta' Pietru, fil-Bażilika tal-Vatikan. Fost it-13-il Kardinal li mietu din is-sena, li għalihom talab il-Papa kien hemm il-Kardinali: Godfried Danneels (Belgju), Roger Etchegaray (Franza) u Nasrallah Pierre Sfeir (Lebanon). Fost il-147 Arċisqfijiet u Isqfijiet kien hemm 21 Franċiż, ħamsa minnhom li kienu għadhom attivi u 16 oħra Isqfijiet emeriti.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-il-maltin-bravi-miti-akkoljenti-il-papa-frangisku/
Filmat: "Il-Maltin bravi, miti, akkoljenti" – Il-Papa Franġisku
newsbook.com.mt
Il-Papa Franġisku kellu kliem sabiħ x'jgħid fuq il-Maltin illum waqt indirizz lill-udjenza fil-Vatikan. Fis-Sala Pawlu VI illum inqrat silta mill-Bibbja dwar in-nawfraġju ta' San Pawl f'Malta fis-sena 60 W.K. Inqara kliem San Pawl meta qal li l-Maltin laqgħuh f'darhom. Id-diskors tal-Papa kien iddedikat għal riflessjonijiet dwar in-nawfraġju ta' San Pawl. "Ma i Maltese sono bravi, sono miti, sono accoglienti", qal il-Papa Franġisku. Huwa żied jgħid li f'Malta m'hawnx lifgħat u l-poplu Malti huwa poplu tajjeb ħafna. "Non ci sono viperi a Malta. E se la benedizione di Dio all'accoglienza di questo popolo tanto buono."
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/president-gdid-ghall-messiku-le-ghall-korruzzjoni/
President ġdid għall-Messiku; "le għall-korruzzjoni"
newsbook.com.mt
Il-President il-ġdid tal-Messiku, Andres Manuel Lopez Obrador, qal li mhux beħsiebu jittollera jew iħares lejn uċuh, fil-pjan tiegħu biex inaqqas il-korruzzjoni, wara lil l-votanti taw mandat qawwi ghall-Gvern b'rebħa deċisiva, nhar il-Ħadd li għadda. Lopez Obradaw huwa l-ewwel president xellugi minn tmiem il-presidenza xellugija ewlenija li bdiet fis-sena 2000. Skont l-ewwel għadd mill-awtorità elettorali huwa rebaħ b'madwar 53 u 53.8% tal-voti, aktar mid-doppju minn l-eqreb rivali tiegħu. Dan huwa l-akbar distakk elettorali mil-bidu tas-snin 80, u jagħti lil Lopez Obrador pjattaforma qawwija, kemm biex jindirizza l-problemi interni tal-Messiku, kif ukoll biex jaffaċċja sfidi esterni bħat-theddida ta 'gwerra kummerċjali mal-Istati Uniti. REUTERS
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/il-papa-ltaqa-mal-mara-li-hatfitlu-idu-lejlet-is-sena-l-gdida/
Il-Papa ltaqa' mal-mara li ħatfitlu idu lejlet is-sena l-ġdida
newsbook.com.mt
Il-Papa jieħu b'idejn il-mara li lejlet l-ewwel tas-sena ġibditu minn idu. Filmat li juri lill-Papa Franġisku jagħti daqqiet żgħar bl-herra fuq id mara li ħatfitlu idu lejlet l-ewwel tas-sena fi tmiem ta' ċelebrazzjoni fi-Vatikan, tpoġġa fuq il-midja soċjali u dar mad-dinja kollha. Iżda l-Papa skuża ruħu ta' dan l-aġir u talab li tinstab il-mara biex jiskuża ruħu magħha personalment. L-għada ta' dan l-inċident, il-Papa nnifsu, wara t-talba tal-Anġelus mill-gallarija tal-Vatikan tkellem dwar l-inċident u skuża ruħu ta' li għamel. Hu qal li ħafna drabi nitilfu l-paċenzja u dan jiġri lilu wkoll. F'dak il-mument inħasad u tilef il-paċenzja. Iżda din l-apoloġija pubblika ma kinitx biżżejjed. Il-Papa talab biex tinstab din il-mara biex jiskuża ruħu magħha personalment. Fil-fatt il-mara nstabet u wara l-udjenza ġenerali tat-8 ta' Jannar, il-Papa Franġisku ltaqa' magħha għal ftit mumenti u ħadu bi jdejn xulxin. Din il-laqgħa saret fil-ħin magħruf bħala il-"baciamano," ħin riżervat għal ċerti pellegrini wara l-udjenzi ġenerali li l-Papa jagħti kull nhar t'Erbgħa. Fl-udjenza ġenerali qabel iltaqa' ma' din il-mara il-Papa Franġisku tkellem dwar San Pawl u l-imħabba t'Alla u qal li l-Mulej kapaċi joħroġ it-tajjeb minn kull ċirkostanza – anke jekk din tkun tidher li hi falliment. Fil-bidu tal-udjenza, il-Papa, b'ċajta qal lil waħda soru li ħarġet idha biex tilħqu: "Tigdimnix u jekk toqgħod kalma nagħtik bewsa fuq ħaddejk".
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/iz-zjara-tal-papa-fil-bulgarija-u-l-macedonia-u-r-relazzjonijiet-mal-ortodossi/
Iż-żjara tal-Papa fil-Bulgarija u l-Macedonia u r-relazzjonijiet mal-Ortodossi
newsbook.com.mt
Il-Papa Franġisku u l-Patrijarka Bartolomew I waqt laqgħa ekumenika ta' talb għall-paċi fil-lvant Nofsani li saret f'Bari f'Lulju li għadda. (Credit: AP Photo/Alessandra Tarantino.) Meta l-Papa Franġisku jżur il-Bulgarija u l-Macedonia fil-bidu ta' Mejju, dan il-vjaġġ jista' jitqies bħala wieħed mhux importanti għax mhux se jiġġenera l-entusjażmu internazzjonali li kellhom vjaġġi oħra f'pajjiżi Musulmani bħal dak tal-Marokk u l-Emirati Għarab Magħquda. Madankollu, l-vjaġġ lejn il-Macedonia u l-Bulgarija u aktar tard din is-sena fir-Rumanija, juru biċ-ċar l-aġenda ta' Papa Franġisku favur l-Ewropa tal-Lvant li mhux biss ngħatat importanza fil-Pontifikat tiegħu u imma titfa wkoll dawl dwar l-istrateġija tal-Vatikan lejn l-Ortodossi li ilha tinħass sa minn żmien il-Papa Ġwanni Pawlu II. Strateġija ekumenika Għall-Vatikan din hi strateġija politika u ekumenika. Tul il-ħakma Komunista fl-Ewropa tal-Lvant, il-Kristjaneżmu kien maħnuq. Kemm il-Kattoliċi kif ukoll l-Ortodossi sofrew. Iżda wara li waqgħet il-Purtiera tal-Ħadid, il-Knisja Kattolika tal-Lvant reġgħet qamet fuq saqajha u dan wassal għal problemi mal-Ortodossi dwar id-drittijiet tal-proprjetà għax ħafna proprjetà ekklesjastika fir-Russja u l-Ewropa tal-Lvant li kienu konfiskati mill-Gvern ingħataw lill-Ortodossi jew lill-Istat. Imma l-Kattoliċi tal-Lvant riedu l-proprjeta tagħhom lura. Fost dawn it-tensjonijiet, fl-1995, il-Papa Ġwanni Pawlu II kiteb l-Enċiklika "Ut Unum Sint" (Ħa jkunu ħaġa waħda) li fiha tkellem dwar il-bżonn li nfittxu l-għaqda. Is-sena li għaddiet, il-Patrijarka Bartholomew I ta' Kostantinopli, mar Ruma għal laqgħa li fiha kemm hu kif ukoll il-Papa Ġwanni Pawlu Ii enfassizzaw il-ħtieġa tal-għaqda. Għal ħafna snin. Il-Knisja Ortodossa Russa fixklet ir-relazzjonijiet bejn il-Vatikan u l-Ortodossi. L-Ortodossi Russi, li huma l-akbar u l-aktar Knisja influwenti fost l-Ortodossi u għandha reputazzjoni li mhux dejjem timxi sewwa ma' knejjes oħra u rreżistiet ħafna id-djalogu ekumeniku. Il-ħidma tal-Papiet Ġwanni Pawlu II għamel sforzi kbar biex jersaq lejn id-dinja Ortodossa u beda biż-żjara lill-Patrikjarka ta' Kostantinopli fl-1979 u tul il-Pontifikat tiegħu ltaqa' ma' diversi mexxejja Ortodossi. F'Mejju 1999, Ġwanni Pawlu II żar ir-Rumanija fuq stedina tal-Patrijarka Ortodoss Rumen. Sentejn wara, żar il-Greċja fejn iltaqa' mal-Kap tal-knisja Ortodossa Griega, il-Patrikjarka Christodoulos u fl-2001 żar l-Ukrajna fejn il-Knisja Ortodossa hi meqjusa bħala t-tieni l-akbar fost il-komunitajiet Ortodossi. Fl-2002 żar il-Bulgarija, is-Serbia, l-Belarus u l-Polonja fejn dejjem iltaqa' mal-kapijiet Ortodossi f'dawn il-pajjiżi. Sena qabel il-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu 11 fl-2005, il-Patrijarka Bartolomew iltaqa' miegħu fil-Vatikan u mexxew flimkien ċerimonja ekumenika biex ifakkru d-deċiżjoni tal-Knisja Kattolika li tagħti lura lill-Ortodossi r-relikwi ta' San Girgor u San Ġwann Krisostmu, ħewġ qaddisin venerati kemm mill-Kattoliċi kif ukoll mill-Ortodossi. Fl-2017, il-Papa Franġisku silef lill-Ortodossi Russi ir-relikwa ta' San Nikola ta' Bari, li hu wieħed mill-qaddisin l-aktar venerati fil-komunita Ortodossa. Benedittu XVI kompla x-xogħol ta' Ġwanni Pawlu fejn jidħlu l-Ortodossi u ltaqa' ma' diversi Patrijarki Ortodossi fil-Vatikan jew meta żar pajjiżhom. Fl-2006 il-Patrijarka Christodoulos kien l-ewwel mexxejj tal-Knisja Ortodossa Griega li żar il-Vatikan. Papa Franġisku jkompli jersaq lejn l-Ortodossi Il-Papa Franġisku mpenja ruħu li jkompli jġorr din it-torċa u bid-diversi laqgħat tiegħu mal-Patrikjarka Bartolomew u ħafna oħra, kompliet issaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn il-Kattoliċi u l-Ortodossi. Jekk fiż-żjara li se jagħmel il-Papa jirnexxielu joħloq relazzjonijiet b'saħħithom mal-mexxejja Ortodossi tal-Bulgarija u l-Maċedonja li jiltaqa' magħhom bejn il-5 u s-7 ta' Mejju, dan jagħti saħħa akbar lill-Vatikan fid-dinja Ortodossa.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/stat-izlamiku-il-qtil-tal-bdot-gordaniz-ikkundannat-mill-al-qaeda-wkoll/
Stat Iżlamiku: Il-qtil tal-bdot Ġordaniż ikkundannat mill-Al Qaeda wkoll
newsbook.com.mt
Il-qtil brutali tal-bdot militari mill-Ġordan, Moaz al-Kasasbeh kien ikkundannat saħansitra mill-estremisti Iżlamiċi tal-Al Qaeda kif ukoll mingħand estremisti Iżlamiċi oħra fosthom militanti li għamlu mal-għaxar snin fil-ħabs wara li wettqu attakki kontra l-Istati Uniti. Il-kundanna waslet ukoll mingħand mexxejja Iżlamiċi ewlenin, bil-Kap Iżlamiku tal-Università fil-Kajr, Ahmed al-Tayib jikkundanna bil-qawwa l-mod kif il-bdot inqatel mill-jiħadisti tal-Istat Iżlamiku. Il-bdot inħaraq ħaj hekk kif ingħata n-nar meta kien miżmum f'gaġġa. Huwa kien inħataf f'Diċembru li għadda wara li l-ajruplan li kien fih ikkraxxja fis-Sirja. Il-Ġordan huwa wieħed mill-pajjiżi li jiffurmaw il-koalizzjoni kontra l-Istat Iżlamiku. Fil-postijiet ewlenin madwar il-Kalifat tal-Istat Iżlamiku ġew installati screens kbar biex kulħadd isegwi l-filmat tal-eżekuzzjoni tal-bdot. Fost dawk preżenti kien hemm ukoll tfal. Din ġabet rabja kbira fost l-Iżlamiċi moderati speċjalment fil-Ġordan. Membri tal-Al Qaeda fil-Jemen ikkundannaw il-qtil u qal li din hija prova tal-qerq tal-Istat Iżlamiku.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/il-kristjanezmu-qed-imut-bheffa-fpartijiet-tal-lvant-nofsani/
Il-Kristjaneżmu qed imut b'ħeffa f'partijiet tal-Lvant Nofsani
newsbook.com.mt
Insara jibku lil ħuthom li nqatlu minħabba l-fidi nisranija Il-Kristjaneżmu qed imut bil-mod il-mod f'ċerti partijiet tal-Lvant Nofsani u dan il-pass jista' jieqaf biss jekk il-komunità internazzjonali tagħmel xi ħaġa malajr. Dan hu sostnut f'rapport imniedi fil-House of Commons, fl-Ingilterra, aktar kmieni dan ix-xahar. Fir-rapport "Persegwitati u Minsija" għal din is-sena, li toħroġ il-Karita Nisranija "Aid to Church in Need" iwissi li l-Kristjaneżmu qed jisparixxi fi bliet u rħula fil-Lvant Nofsdani, għax minkejja id-disfatta tal-ISIS, l-impatt tal-ġenoċidju wassal għal emoraġija fin-numru tal-insara. Qabel l-2003, fl-Iraq kienhemm 1.5 miljun nisrani li sa nofs din is-sena niżel għal anqas minn 120,000 persuna – tnaqqis ta' aktar minn 90%. Fis-Sirja n-numru ta' nsara naqas b'żewġ terzi kemm ilu li beda l-ġlied fl-2011. Ir-Rapport jinnota li l-komunità internazzjonali uriet tħassib kbir dwar il-persekuzzjoni tal-insara fir-reġjun, imma naqset li tipprovdi l-għajnuna meħtieġa biex ikunu assigurat l-għixien ta' dawn in-nies. Il-komunità internazzjonali naqset "Persegwitati u Minsija" sab li l-Gvernijiet tal-Punent u n-Nazzjonijiet Uniti naqsu li joffru lill-insara f'pajjiżi bħall-Iraq u s-Sirja l-għajnuna li kellhom bżonn waqt li kien qed jitwettaq dan il-ġenoċidju Ir-Rapport iwissi li l-Knisja f'dan ir-reġjun tista' tisparixxi għal kollox jekk l-Islamisti radikali jkomplu jattakkaw lill-komunitajiet vulnerabbli. Din it-theddida tidher minn rapporti dwar Jihadisti li qed jaħarbu mill-ħabsijiet b'riżultat tal-vjolenza li reġgħet sploiet dan ix-xahar fil-Grigal tas-Sirja. L-istess Rapport jikkonkludi li "jekk jerġa' jkun hemm attakk fuq l-insara mill-ISIS, dan jista' jwassal biex il-Knisja tisparixxi minn dawn il-postijiet". "Iżda jekk is-sigurtà tkun garantita, kollox juri li l-Kristjaneżmu jista' jibqa' preżenti f'Nineveh u Erbil." Żdiedet il-persekuzzjoni "Persegwitati u Minsija" sab ukoll li l-persekuzzjoni tal-insara żdiedet aktar fl-Asja tant li fl-2018 kienu rappurtati 477 inċident, fl-Indja biss. Fl-istess reġjun mietu 300 persuna u aktar minn 500 sfaw feruti f'Ħadd il-Għid, fi Sri Lanka f'attakk fuq tliet knejjes. F'numru ta' pajjiżi Afrikani, l-insara kienu mhedda minn Islamisti li qed jippruvaw jeqirdu l-Knisja bl-użu tal-forza jew b'mezzi oħra fosthom jixtru lin-nies biex jikkonvertu għall-Islam. Fit-Tramuntana u fir-reġjuni tan-nofs tan-Niġerja, il-militanti komplew bir-renju ta' terrur tagħhom kontra l-insara u l-musulmani tant li fl-2018 hu rappurtat li f'dan il-pajjiż inqatlu 3,731 nisrani. F'partijiet oħra tal-kontinent Afrikan, l-akbar theddida għall-insara ġiet mill-gvernijiet. Fil-fatt fi żmien sena kienu attakkati aktar minn 70 knisja fis-Sudan u 32 knisja oħra ngħataw in-nar.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/l-arkivji-tal-vatikan-juru-l-kobor-tal-papa-piju-xii/
L-Arkivji tal-Vatikan juru l-kobor tal-Papa Piju XII
newsbook.com.mt
L-Arkivji tal-Vatikan - minjiera ta' informazzjoni dwar il-ħidma tal-Knisja. L-Arċisqof Paul Gallagher is-Segretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet mal-Istati qal li l-ftuħ tal-Arkivji tal-Vatikan għas-snin bejn l-1939 u l-1958 juru x-xogħol kbir tal-Papa Piju XII u l-isofrzi tiegħu biex jikkomunika mal-Unjoni Sovjetika. Nhar it-Tnejn li għadda 2 ta' Marzu, il-Librerija Apsotolika fetħet l-Arkivji tal-Vatikan għall-Pontifikat tal-Papa Piju XII. Stujużi u riċerkaturi issa jistgħu jagħrblu rikkezza ta' materjal dwar il-ħidma tal-Papa Piju XII, fosthom messaġġi li bagħat tul it-Tieni Gwerra Dinjija. Filwaqt li tkellem dwar l-importanza ta' dawn l-arkivjil-Arċisqof Gallagher innota li normalment l-Arkivji tal-Vatikan kellhom ikunu miftuħa sas-sena 1939, mal-mewt tal-Papa Piju XI, iżda l-Papa Franġisku, ried jiftaħ malajr l-arkivji għall-perjodu ta' Piju XII, sal-1958. Tagħrif uniku Hu qal li dan il-materjal se jagħti lin-nies tagħrif uniku dwar il-politika u d-diplomazija tas-Santa Sede tul iż-żmien kollu ta' dan il-Pontifikat. B'mod partikolari l-Arċisqof Gallagher qal li dawn l-Arkivji se jgħinu biex wieħed jifhem x'kien għaddej f'dawk iż-żminijiet, x'tip ta' bniedem kien il-Papa Piju XII, x'politika kellu għal dawk is-snin diffiċli, speċjalment matul it-Tieni Gwerra Dinjija u l-perjodu ta' wara. Dawn l-arkivji huma kbar mhux ħażin għax jinkludu madwar żewġ miljun dokument. Dawn id-dokumenti ikopri diversi oqsma ta' attivitajiet li wettqet is-Santa Sede tul it-Tieni Gwerra, id-diplomazija, il-Konkordati li nnegozjat, il-ħidma umanitarja tal-Knisja, rapport dwar kwestjoniet reliġjużi u politiċi, l-edukazzjoni u oħrajn dwar l-Istat tal-Vatikan. L-Arċisqof Gallagher innota li l-materjal f'dawn id-dokumenti juri l-ħidma tal-protagonisti ta' dak iż-żmien, fosthom Monsinjur Montini li wara sar il-Papa Pawlu VI. It-Tieni Gwerra Dinjija u l-Gwerra Bierda Diversi dokumenti fl-arkivji huma dwar il-ħidma tal-Papa f'dawk iż-żminijiet. Minnhom il-Papa Piju XII joħroġ bħala "difensur kbir tal-umanità, bniedem inkwetat ħafna dwar il-futur tal-bniedem f'dawk is-snin terribbli, xi ħadd li kien sensittiv ħafna u nkwetati għal dawk li kienu qed ikunu persegwitati, xi ħadd li kien l-oġġett ta' mibegħda tan-Nazisti u l-Faxxisti. Id-dokumenti juru li dawk l-attakki ma kienux diretti biss lejn il-persuna tal-Papa Piju XII imma lejn il-Knisja Kattolika b'mod ġenerali. Id-dokumenti jitfgħu wkoll dawl dwar il-bidu tal-Gwerra Bierda. L-Arċisqof Gallagher li l-arkivji juru s-sehem li kellu l-Papa Pacelli u l-Kardinal Casaroli fis-snin ta' wara t-Tieni Gwerra u l-ħidma tar-reliġjużi u qassisin li kienu qed jippruvaw jagħmlu kuntatt mal-awtoritajiet Sovjetiċi lokali, biex jippruvaw isisbu mod kif il-Knisja setgħet taħdem, anke jekk b'mod diffiċli. Diġitaliżazzjoni Id-diplomatiku tal-Vatikan spjega l-vantaġġi li jkollox arkivji diġitalizzati. Wieħed mill-vantaġġi hu l-possibiltà li tikkonserva dawn id-dokumenti għax meta jkunu diġitalizzati, in-nies ikunu jistgħu jaċċessawhom iżda ma jkollhomx bżonn jaqilgħu d-dokument minn postu u ma jkollhomx għalfejn imissuhom u ma jkunux esposti għall-effetti tal-atmosfera. Vantaġġ importanti ieħor hu l-faċilità li biha d-dokument jista' jkun aċċessat għax hemm inventarji u katalgi li jagħmlu aktar faċli biex ikunu konsultati. Dan ifisser ukoll li numru ta' persuni jkunu jistgħu jaħdmu fuq l-istess dokument fl-istess ħin u dan hu ta' vantaġġ kbir kemm għall-istoriċi kif ukoll għall-istudenti.
[ 10, 13 ]