url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://newsbook.com.mt/53-sena-fil-klawsura-u-ma-ddejjaqtx/
"53 sena fil-klawsura u ma ddejjaqtx"
newsbook.com.mt
Joqogħdu kważi bieb u għatba ma' Paceville, iżda qatt ma jmorru hemm. Meta jisimgħu lin-nies igergru għax qegħdin kwarantina d-dar u ma jistgħux joħorġu jiskantaw. Huma qatt ma joħorġu. Dejjem kwarantina... u kuntenti. Klawsura iżda jsegwu dak li qed jiġri fid-dinja għax jinteressahom dak li qed jiġri fid-dinja. Jinteressawhom in-nies u l-ħtiġijiet tagħhom. Għandhom Facebook u jaqraw Newsbook. Għandhom ukoll sett tat-televiżjoni. Għal min għadu ma ndunax qed nikteb dwar is-sorijiet Klarissi ta' San Ġiljan. "Qegħdin hawn għad-dinja" "Aħna qegħdin hawn għad-dinja. Ngħaddu ħin twil fit-talb biex nieħdu l-qawwa li ninfiltrawha fid-dinja. ... In-nies u l-Knisja qegħdin f'qalbna. Santa Klara tgħidilna biex inkunu l-għajnuna tal-membri dgħajfa tal-umanità kollha. Min m'għandux bżonn l-għajnuna?" Hekk qaltli Swor Rose Therese Ellis, Badessa tas-Sorijiet Klarissi f'San Ġiljan meta intervistajtha permezz tat-telefown xi jiem ilu. Darbtejn kont għamilt programmi għat-TV u għar-radju iżda llum żmien il-coronavirus ikollna nużaw it-telefown. "Ilni 53 sena klawsura", qaltli Sr Rose Therese li għandha 72 sena u hija Għawdxija. "Mela ilek kwarantina", għedtilha b'ċajta. "Hekk hu", qaltli b'daħka. "53 sena, għomor ta' bniedem", għedtilha. Reġgħet daħket u wieġbet: "Kieku kelli nitwieled mill-ġdid nerġa' nagħżel din il-ħajja". Litanija ta' kreattività u xogħol Għidli min intom, waħda waħda? Staqsejtha. "Qegħdin 19", qaltli. Kont sorpriż għax hawn kunventi li għandhom tlieta jew erbgħa. Bdiet bi Christine ta' 32 sena. "Very promising. Għadha kif daħlet". Imbagħad marret għan-naħa l-oħra tal-iskala tal-etajiet: "Mary Claire għandha 89 sena. Qiegħda fl-infermerija. Tieħu ħsiebha sister minn tagħna". Kompliet issemmili s-sorijiet waħda waħda. Isimhom u x'jagħmlu. Sirt naf li għandhom anke dar Għawdex. Sirt naf illi hemm tlieta minnhom li joħorġu barra l-kunvent għax-xiri u bżonnijiet oħra. "Dawn jidħlu magħna iżda ma jeħdux il-vot tal-klawsura. Hekk riedet Santa Klara li kienet mara prattika ħafna". Semmiethom waħda waħda. Litanija ta' xogħlijiet, etajiet, postijiet differenti minn Malta u Għawdex, talenti, ħidma fil-komunità u kreattività. Il-madre ssib xi ħaġa pożittiva x'tgħid fuq kull waħda mis-sorijiet. "Naħseb ġieli jkollkom xi tgħidu bejnietkom?", staqsejt bi ftit sens ta' tinbix f'leħni. Ma ġabitx skużi. Kont għadni ma qrajtx l-intervista li l-Papa għamel ma' The Tablet fejn qal li anke hu jkollu l-ħinijiet tal-egoiżmu tiegħu u jqerr kull nhar ta' Tlieta, għax kieku kont ngħidilha. "U mela ma jkollniex. U mela ma jkollniex", qaltli b'daħka. "Aħna nisa. Imma ħa ngħidlek minħabba l-ħajja tagħna tat-talb malajr nindunaw u nirranġaw. Fil-bidu tal-kumpieta (talb ta' għeluq il-jum) nitolbu maħfra lil min inkunu nqasnieh. Kemm jista' jkun nimxu fi spirtu ta' aħwa. Dak hu l-Vanġelu after all, l-imħabba". Facebook u klawsura? "Kif qegħdin fuq il-Facebook", għedtilha. "Ftit stramba, hux?" "Meta ġejt biex nieħu d-deċiżjoni domt naħsibha", qaltli. Iżda biex mill-ewwel tneħħi l-impressjoni li kull soru tqatta' l-ħin kollu tippowstja l-kummenti żiedet: "Tieħu ħsiebu sister waħda biss u tiġi tgħidilna affarijiet importanti. Infakkarha biex ma toqgħodx tara mbarazz. Hija tassigurani li ma toqgħodx taħli l-ħin. Nużaw il-Facebook anke biex inħabbru x'qed nagħmlu." "Jien nara Newsbook". Ma stajtx ħlief napprova. Il-power station tal-Knisja Meta spjegatli biex jgħaddu l-ġurnata Sr Rose Therese, kif mistenni, semmiet ħinijiet twal ta' talb. Minn hemm iġibu l-qawwa tagħhom. Hemmhekk jinterċedu għall-bżonnijiet tan-nies li jiktbulhom bil-bżonnijiet tagħhom. "Bħalissa jiktbulna ħafna minħabba l-Covid-19. Dan il-virus huwa mqareb ħafna", qaltli. "Intom qiskom il-power station tal-Knisja", għedtilha jien. "Nittamaw almenu", weġbitni. Min jixtieq li s-sorijiet jitolbu għalih jista' jidħol fil-paġna tagħhom tal-Facebook – Klarissi Sisters Malta – jew jibgħatilhom imejl santaklara11@gmail.com
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-qed-nghixu-fi-zmien-li-qatt-ma-rajna-bhalu/
Filmat: "Qed ngħixu fi żmien li qatt ma rajna bħalu"
newsbook.com.mt
#IbqaDDar Diversi personalitajiet televizivi u atturi inghaqdu flimkien mid-dar biex f'dawn iz-zminijiet iwasslu messagg b'sahhtu. #IbqaDDar. Ixxerja ma shabek. Flimkien ser nirbhu Posted by 26th frame on Wednesday, April 8, 2020 Diversi personalitajiet televiżivi u atturi ngħaqdu flimkien mid-dar biex f'dawn iż-żminijiet iwasslu messagg b'saħħtu, "Ibqa' d-dar". Il-personalitajiet jinkludu lil Clare Agius, Pauline Agius, Moira Muscat, Claire Agius Ordway, Manuel Cauchi, Anna Bassily, Shelly Spiteri, John Bundy, Charles Saliba, Charles Sammut, Mariella Muscat, Fabian Scerri De Carlo u Peter Galea li filwaqt li jsipjegaw is-sentiment tan-nies f'dan il-perjodu qed iħeġġu lil kulħadd biex jibqa' f'daru iżda fl-istess waqt inisslu messaġġ ta' tama hekk kif jgħidulna li "flimkien se nirbħu". Segwi l-messaġġ kollu fil-filmat li ħejjew 26th Frame. X'inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus? 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni; 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f'wieħed mill-pajjiżi ta' riskju għoli u jridu jiġu lura Malta; 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta' ikel u mediċini. 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus. 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra. 25903030 – Helpline għall-anzjani ta' 'l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix .
[ 1, 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/zur-il-grawnd-ta-san-alwigi-matul-dawn-il-jumejn/
Żur il-grawnd ta' San Alwiġi matul dawn il-jumejn
newsbook.com.mt
Għal darboħra, ġewwa l-grawnd ta' San Alwiġi f'Birkirkara, qed issir is-SAC Fest li tiġi organizzata mill-istudenti tal-kulleġġ u tas-sekondarja flimkien mal-ħaddiema u volontiera. Matul dan it-tmiem il-ġimgħa, il-kbar kif ukoll iż-żgħar huma mistiednin iżuru l-grawnd, fejn isibu spettaklu ta' kant u mużika, logħob, ikel u xorb, wirja tal-klieb tal-pulizija, sparar bil-vleġeġ u xwabel, kif ukoll żona ta' talb. Bejn illum, is-Sibt u għada, l-ispettaklu għall-familja kollha ma' jonqosx, flimkien mal-entużjazmu tal-istudenti li se jqattgħu jumejn mill-ħidma tal-iskola biex juri t-talenti u l-ħidmiet tagħhom.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/monsoon-accessorize-tfittex-kirjiet-orhos/
Monsoon Accessorize tfittex kirjiet orħos
newsbook.com.mt
Monsoon Accessorize qed jitlob lis-sidien tal-proprjetajiet li mingħandhom jikru l-madwar 258 ħanut madwar id-dinja biex jirrevedu 'l isfel il-prezz tal-kirjiet. Dan bħala parti minn proċess ta' ristrutturar tal-kumpanija li għaddejja minn diffikultajiet finanzjarji sostanzjali. Iż-żewġ ktajjen, li joperaw taħt ismijiet separati qed ifittxu li jinnegozjaw mill-ġdid fuq madwar 135 ħanut. Il-kumpanija qed toffri lis-sidien madwar 10 miljuni jekk terġa' lura għall-profitt fis-snin li ġejjin. S'issa l-kumpanija mhux mistennija tkeċċi ebda mill-4,400 impjegat. Il-kumpanija kisbet ukoll 30 miljun sterlina f'self biex tkompli bil-pjan ta' ristrutturar. Il-bejgħ tagħha naqas għall-aħħar sentejn u għalkemm ma kellha ebda dejn estern, it-tnaqqis fil-bejgħ ħalla impatt sostanzjali fuq il-likwidità tal-kumpanija. Skont il-kumpanija, il-bejgħ kien affettwat minn żieda fl-ispejjeż, kompetizzjoni akbar u tnaqqis fin-nefqa tal-konsumaturi. Monsoon Accessorize, tilfet 10.5 miljun sterlina qabel it-taxxa fl-2017, minkejja li kellha bejgħ ta' kważi 424 miljun. Il-kumpanija għandha l-kwartieri tagħha f'Londra u għandha ħwienet f'aktar minn 170 pajjiż madwar id-dinja. Il-kumpanija qed tkun megħjuna f'dan il-proċess ta' ristrutturar mid-ditta tal-awditjar Deloitte. Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net , Tel. 21493250. Tista' tirċievi l-artiklu b'xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta' edukazzjoni u informazzjoni biss u m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta' investiment.
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/ghamiltna-genituri-u-nhossuni-xxurtjati-xtina-u-ben/
"Għamiltna ġenituri u nħossuni xxurtjati" – Xtina u Ben
newsbook.com.mt
Għal Ben Camille u martu Xtina llum huwa jum partikolari għax sena ilu saru ġenituri għall-ewwel darba meta kellhom liċ-ċkejkna Elle. "Ma nistgħux nemmnu li diġà għalaqt sena," kien parti mill-kumment li l-omm kitbet illum fuq il-paġna tagħha ta' Facebook. Ritratt: Facebook/XtinaCamilleri L-omm kompliet tgħid li l-uġigħ tal-ħlas kien l-ikbar uġigħ li ħasset f'ħajjitha iżda kieku kellha terġa' tgħaddu minnu hekk tagħmel għax iċ-ċkejkna timlilhom ħajjithom bil-ferħ. "Int turina l-vera sinjifikat ta' mħabba," żiedet tgħid. Ritratt: Facebook/XtinaCamilleri U ovvjament f'ġurnata bħal din, anki n-Nanna Carina għamlet messaġġ speċjali lil din iċ-ċkejkna. RItratt: Facebook/CarinaCamilleri Awguri Elle!
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/il-fondazzjoni-richmond-tappoggja-l-kampanja-addotta-nanna/
Il-Fondazzjoni Richmond tappoġġja l-kampanja "Addotta Nanna"
newsbook.com.mt
Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond Stephania Dimech Sant, iddeskriviet bħala pożittiva ħafna l-kampanja 'Adotta Nannu jew Nanna' li tnediet minn Missio Malta u Newsbook.com.mt. Dan l-appoġġ mill-ikbar NGO fis-settur tas-saħħa mentali jsegwi l-appoġġ għal din il-kampanja mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi. Filmat: L-Isqof Awżiljarju b'appoġġ għall-inizjattiva "Addotta anzjan" Dimech Sant kienet qed titkellem fuq l-istazzjon tar-radju 103 fejn spjegat ir-riżultati tar-riċerka estensiva li għamlet il-Fondazzjoni, biex tifhem l-effetti tal-pandemija tal-coronavirus fuq is-saħħa mentali tal-Maltin. Saħqet li filwaqt li l-attitudni ġenerali hi li din il-pandemija tgħaddi bħalma għaddew kriżijiet oħra qabilha, fost iż-żgħażagħ qed toħloq ċertu dieqa. Madanakollu, qalet li mhux l-anzjani kollha jistgħu jitpoġġew fi grupp wieħed, għax hemm ħafna anzjani li qed ibatu mis-solitudni. Fissret li dan jirriżulta kemm mir-riċerka kif ukoll mit-telefonati li jirċievu ta' kuljum fuq il-helpline 1770, li hu disponibbli 24 siegħa kuljum. Din l-inizjattiva għandha tgħin ħafna lill-anzjani li m'għandhomx qraba li jistgħu jieħdu ħsiebhom, fost l-oħrajn permezz ta' komunikazzjoni minn min 'jaddottahom'. "Din hija inizjattiva li se tħalli l-frott", stqarret il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond. "Għin lil dawk li għandhom bżonn l-imħabba" Robert Farrugia mill-Missio Malta qal li din il-kampanja tipprovdi pont bejn dawk li jridu jaqsmu l-imħabba tagħhom mal-oħrajn u dawk, li għandhom bżonn min ikellimhom u min jurihom li jħobbhom. Żied jgħid li din l-inizjattiva "mhix immirata għal affarijiet materjali, imma wens għal dawk waħedhom u sodisfazzjon għall-persuni li jgħinuhom – kemm jekk ikunu familji, tfal, adulti jew komunitajiet". "Missio sodisfatta ħafna li ngħaqadna f'din l-inizjattiva ma' Newsbook.com.mt, wieħed mis-siti tal-aħbarijiet ewlenin f'Malta", stqarr Farrugia, filwaqt li esprima t-tama li din is-sħubija toffri raġġ ta' dawl fil-ħajjiet ta' persuni li jinsabu waħedhom. Għal aktar informazzjoni jew biex tirreġistra tista' ċċempel fuq 21222001 jew tidħol fuq www.adoptgrandparent.org .
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/ghalfejn-bajd-tac-cikkulata-u-l-fenek-kurzitajiet-dwar-l-ghid/
Għaliex il-bajd taċ-ċikkulata u l-fenek? Kurżitajiet dwar l-Għid
newsbook.com.mt
Minkejja li kulħadd jaf li fl-Għid niċċelebraw il-qawmien ta' Kristu mill-mewt, ftit huma dawk li kapaċi jirrispondu mistoqsijiet ta' kurżità relatati mal-Għid, fosthom għaliex nieklu l-bajd taċ-ċikkulata u għaliex il-fenek hu assoċjat ma' din il-festa. L-isem Bl-Ingliż il-kelma użata hi Easter . Bil-kontra ta' ismijiet ta' festi oħra, pereżempju 'Christmas' li tinqasam fil-kliem "Christ" u "mass", Easter ma tistax tinqasam bl-istess mod. Il-kelma Easter ġejja minn isem alla tal-fertilità Anglo-Sassonu magħruf bħala Eostre. Dan kien adottat u użat f'ċelebrazzjonijiet Kristjani, b'konsegwenza li l-isem għadu jintuża sal-lum. U Għid bil-Malti? Din ġejja mill-kelma Għarbija "Eid" li tfisser festa. Il-fenek Ħafna jkunu dawk li jistaqsu dwar ir-relevanza tal-fenek mal-festa tal-Għid. L-ispjegazzjoni dwar it-tradizzjoni tal-fenek tvarja minn kultura għal oħra u minn reliġjon għal oħra. Teorija minnhom tgħid li darba Eostre rifset għasfur u biddlitu f'fenek biex ma jħossx bard u peress li darba kien għasfur, bied il-bajd li mbagħad il-fenek żejjen u tahom lil Eostre bħala rigal. Teorija oħra tgħid li l-fenek beda għax darba n-nies kienu jemmnu li l-fniek kienu ermafroditi, jiġifieri li jistgħu jwelldu mingħajr ma jitilfu l-verġinità. Din it-teorija għandha relazzjoni mal-istorja ta' Marija li welldet lil Kristu mingħajr ma tilfet il-verġinità tagħha. Bajd pysanka Fl-Ukraina t-tpinġija fuq il-bajd tal-Għid hi tradizzjoni artistika li tmur lura ġenerazzjonijiet sħaħ. Oriġinarjament dawn il-bajd kienu jsiru biex jissimbolizzaw il-fertilità u t-tkeċċija tal-ispirti ħżiena. Illum il-ġurnata jsiru għall-wirt kulturali u s-sbuħija astetika tagħhom. Semana Santa Semana Santa hi kelma bl-Ispanjol li tfisser "Il-Ġimgħa Mqaddsa". Hi festa ċċelebrata fi Spanja, fejn bħal Malta, il-ħwienet kollha minbarra r-ristoranti jagħlqu, u l-post kollu jinbidel. B'kollox 55 knisja differenti tipparteċipa f'din il-festa. It-tradizzjonijiet ta' din il-festa huma simili ħafna għat-tradizzjoni li jittellgħu Malta. Il-laħam tal-Għid Teorija prolifika wara din it-tradizzjoni ssib l-oriġini tagħha fil-Kristjaneżmu. Din it-teorija tgħid li reġina li kien jisimha Ishtar welldet tilef jismu Tammuz. Tammuz kien kaċċatur, imma l-karriera tiegħu malajr spiċċat meta nqatel minn ħanżir salvaġġ. Probabilment minħabba l-mibegħda tagħha lejn il-ħnieżer, Ishtar organizzat Ħadd fejn l-ikel li kien jittiekel kiel laħam tal-ħnieżer. L-Epitáphios Threnos Din hi tradizzjoni marbuta mar-reliġjonijiet Ortodossi Griegi li tittella' fil-Ġimgħa l-Kbira u li tfisser il-bikja tal-qabar. Fi knejjes jittella' funeral fejn jitfakkar il-mod li kien midfun Kristu wara li sallbuh.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/inhallu-lil-alla-jinvadina-bimhabbtu/
Inħallu lil Alla jinvadina b'imħabbtu
newsbook.com.mt
Papa Franġisku jbus xbiha ta' Ġesù Bambin fil-bidu tal-Quddiesa tal-Epifanija Il-Papa Franġisku bħall-bqija tal-Knisja Kattolika l-bieraħ iċċelebra s-solennitàtal-Epifanija tal-Mulej u fl-Omelija tal-quddiesa tkellem dwar it-tifsira tal-Adorazzjoni: "L-Adorazzjoni hi t-tmiem u l-wasla tal-vjaġġ tal-Maġi, il-qofol tal-Epifanija. Jekk nitilfu s-sens tal-Adorazzjoni", qal il-Papa, "nitilfu d-direzzjoni tal-ħajja nisranija, li hi vjaġġ lejn Alla u mhux lejna nfusna". L-Evanġelju jwissina dwar ir-riskju għal dawk li mhux kapaċi jaduraw. Minn Erodi "li uża l-kelma Adorazzjoni, imma biex iqarraq", aħna nitgħallmu "li meta ma nadurawx lil Alla nispiċċaw naduraw lilna nfusna". Il-qassisin il-kbar u l-għorrief, ukoll mhux kapaċi jaduraw. Għalkemm jafu l-profeziji u "kapaċi jikkwotaw kelma b'kelma", mhux kapaċi jagħmlu dak li jgħidu. "Fil-ħajja nisranija", insista l-Papa "mhux biżżejjed li tkun għaref, jekk ma ninfatmux minna nfusna, ninfetħu għall-oħrajn u naduraw, ma nsirux nafu lil Alla". Il-fidi trid l-Adorazzjoni Papa Franġisku talab biex fil-bidu ta' din is-sena l-ġdida, "niskopru mill-ġdid li l-fidi għandha bżonn l-Adorazzjoni". L-Adorazzjoni jfisser li npoġġu lil Alla fiċ-ċentru u mhux lilna nfusna". Il-Qdusija Tiegħu spjega illi tadura jfisser li "tagħti spazju għall-Pjan t'Alla" u nifhmu li postna hu ma' Alla u "li nkunu kapaċi nkellmuh bil-libertà u b'mod intimu". L-Adorazzjoni jfisser li niskopru li "biex nitolbu biżżejjed ngħidu "Sinjur tiegħi, Alla tiegħi" u nħalluh jinvadina bl-imħabba tiegħu." L-Adorazzjoni teħlisna mill-idoli Il-Papa żied jgħid li meta nitolbu fl-Adorazzjoni "inħallu lil Ġesù ifejjaqna u jibdilna permezz tal-imħabba Tiegħu u jixgħel dawl fid-dlamijiet tagħna, jagħtina s-saħħa fid-djufija tagħna u kuraġġ fil-ħin tal-prova". Meta naduraw lil Alla, Hu jeħlisna mill-iskjavitu tal-idoli tal-lum li ma għandniex naduraw, bħalma huma "l-alla tal-flus, l-alla tal-konsumeriżmu, l-alla tal-pjaċir, l-alla tas-suċċess, l-alla tagħna nfusna". Hu qal li "Adorazzjoni tfisser li nitbaxxew quddiem Alla l-Għoli, u fil-preżenza Tiegħu niskopru li l-kobor tal-ħajja ma jikkonsistix f'dak li għandna imma f' li nħobbu". Tifsira tal-vjaġġ "Ħafna nsara jitolbu iżda ma jadurawx", qal il-Papa Franġisku. "Jiddependi minnha bħala Knisja li npoġġu fil-prattika dak li tlabna fis-salm "In-nies kollha tad-dinja jadurawk, Mulej". Hekk biss, aħna, "bħall-Maġi niskopru it-tifsira tal-vjaġġ tagħna".
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/il-knisja-fil-malasia-tiddedika-r-randan-ghall-ambjent/
Il-Knisja fil-Malasia tiddedika r-Randan għall-ambjent
newsbook.com.mt
Il-logo għall-kampanja tar-Randan fl-arċidjoċesi ta' Kuala Lumpur L-Uffiċċju tal-Iżvilupp Uman tad-djoċesi ta' Kuala Lumpur fil-Malasia nieda kampanja għar-Randan bit-tema "Nieħdu ħsieb id-Dar Komuni Tagħna" li matulha qed jippromwovi dawk li jissejħu Parroċċi Laudato si. "Talb – Sawm – Karità". Skont l-Uffiċċju għall-Iżvilupp Uman, dan hu meħtieġ biex noħolqu spazju għal Laqgħa ma' Alla. "L-Avvent joffrilna invit għal spiritwalità ekoloġika magħġuna fil-konvinzjoni tal-fidi tagħna". Materjal elettroniku Flimkien ma' messaġġi dwar ir-Randan li jipproponi kliem il-Papa Franġisku fl-Enċiklika tiegħu Laudato si, li fiha l-Papa jitlobna biex "nisimgħu l-karba tal-art u tal-foqra", l-arċidjoċesi ta' Kuala Lumpur ħejjiet ukoll, kotba, power points u action sheets li jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tagħha. Wieħed minn dawn id-dokumenti li kien tradott f'diversi lingwi jikkonsisti f'Kalendarju tar-Randan. Dan joffri mixja ta' 40 jum tul iri-Randan. Dan il-kalendarju, barra milli jsejjaħ għal talb għall-paċi u biex tintwera ħniena u għajnuna lil dawk fil-bżonn, il-Mixja titlob ukoll li jsiru affarijiet immirati għall-kura tal-ambjent. It-13-il jum jitlob li wieħed jiżra pjanta u jieħu ħsiebha; il-25 jum jitlob li wieħed jibda jirriċikla laned, karti u kartun u jieħu ħsieb l-ambjent. Aktar qrib l-Għid il-kalendarju jappella biex nibżgħu għall-ambjent billi nitfu d-dawl u nagħlqu l-viti tal-ilma meta mhux jintużaw. Parroċċa Laudato si Id-djoċesi qed tappella biex isiru attivitajiet ta' karità, oħrajn li jġibu 'l quddiem l-iżvilupp integrali uman u l-ġustizzja u l-paċi fi ħdan il-Knisja Kattolika fl-arċidjoċesi ta' Kuala Lumpur. L-iskop ta' din il-kampanja hu li jkun hemm żvilupp holistiku tal-persuna umana u tan-nies kollha, speċjalment min hu dgħajjef, żvantaġġjat jew emarġinat. Id-djoċesi tfisser il-benefiċċji ta' parroċċa Laudato si u tisħaq fuq ir-responsabbiltà ta' kulħadd, kemm bħala individwi kif ukoll bħala komunità parrokkjali li nibżgħu għad-Dar Komuni tagħna.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/il-missjoni-tas-sorijiet-tal-bon-pastur-fpapua-new-guinea/
Il-missjoni tas-Sorijiet tal-Bon Pastur f'Papua New Guinea
newsbook.com.mt
In-nies fil-villaġġi f'Papua New Guinea għadhom jgħixu fit-tined Diffiċli temmen li llum, fis-sena 2019 għad hawn nies jgħixu fil-faqar u ta' kuljum igerrmu l-lewż biex ma jħossux l-għafsa tal-ġuħ, nies li għadhom imutu bit-tuberkolożi, jgħixu f'tined mingħajr dawl u ilma u jmorru l-iskola ħafjin u bla kotba. Din hi xiehda mibgħuta lill-aġenzija tal-aġbarijiet FIDES minn Sister Anna Pigozzo, missjunarja tal-Bon Pastur li taħdem f'Bereina, f'Papua New Guinea. "Aħna komunità żgħira ta' sorijiet konsagrati, b'missjoni. Nimxu wara Ġesù u nibqgħu qrib it-tfal u ż-żgħażagħ f'Papua New Guinea u fin-nosinhar tal-Filippini. Fl-2013 fuq stedina tal-Isqfijiet ġejna id-djoċesi ta' Bereina għal esperjenza missjunarja qasira u bqajna hawn", spjegat is-soru. Is-sorijiet irrealizzaw kemm hemm faqar u miżerja fl-istat żgħir ta' Papua li jinsab bl-Oċeanja. Fil-pajjiż hemm ħafna illitteriżmu tant li ħafna tfal anqas jagħmluha għall-ewwel klassi. Il-mewt tat-trabi hi fost l-ogħla rata fl-Oċeanja. L-isptarijiet qegħdin biss fil-belt kapitali u fil-kliniċi li hemm f'żoni remoti forsi jkun hemm infermiera. Il-mezzi ta' komunikazzjoni huma foqra u primittivi ħafna. 130 sena ilu Il-Knisja Kattolika waslet f'Papua New Guinea, 130 sena ilu, bl-ewwel missjunarji minn Franza u l-Awstalja li taw ħajjithom biex iħabbru lil Kristu. Hi Knisja żgħira li għġandha bżonn ħafna appoġġ u gwida. Id-djoċesi issa għandha isqof ġdid, Mons. Otto Separy li qed jiffamiljarizza ruħu mar-realtà tal-post. Suor Anna, spjegat l-ambjent tal-pajjiż. Barra l-ftit ċentri urbani, il-bqija tal-pajjiż minn struttura soċjali ta' villaġġi magħmula minn tined u kull villaġġ għandu il-Kap tiegħu. In-nisa u t-tfal ma għandhom ebda valur tant li għadha teżisti d-drawwa li n-nisa jinxtraw mhux bil-flus imma bil-qżieqeż. Fi żmien ix-xita, ħafna mill-villaġġi jegħrqu u l-uċuħ tar-raba' li huma l-uniku sors ta' għajxien għal dawn il-familji, jintilfu għal kollox. Suor Anna Pigozza qalet lil FIDES li "Minkejja kollox, hawn ħafna tama. Fis-sitt snin li ilna hawn, rajna kif il-Mulej witta' t-triq għall-missjoni tagħna. Bl-għajnuna ta' voluntiera mill-Italja u l-Filippini, fl-2015 bnejn skola b'140 tifel u tifla. Xi sorijiet jgħallmu u għandna wkoll ftit għalliema mil-lokal. Diffiċli ssib għalliema tajbin għax il-livell tal-edukazzjoni f'Papua hu baxx ħafna. Tagħlim għall-adulti "Fl-2016 ftaħna dak li sejjaħna 'Fode Center', sistema ta' studji għall-adulti biex jiksbu lura bil-mod il-mod, l-iskola li tilfu. Ħafna inkitbu u lilna dan jagħtina tama kbira li narawha wkoll fl-uċuħ ta' dawk li qed jattendu għal dan it-tagħlim. "Fl-2017 bnejna is-St Philip Neri Bakery. Kuljum nagħmlu madwar 50 kilo ta' ħobż għas-sorijiet, għat-tfal u ż-żgħażagħ, għall-ommijiet li jgħinuna u għall-ħafna nies li jiġu jħabbtulna l-bieb kuljum. "Bil-kuntatt tagħna ta' kuljum mat-tfal, insiru nafu bi stejjer ta' niket u sitwazzjonijiet ta' abbuż. F'Papua id-drittijiet tat-tfal u n-nisa spiss jiġu miksura. Fl-2018 bl-għajnuna ta' voluntiera Taljani, bnejna "Dar l-Anġli" , dar li tilqa' fiha tfal bniet li jinħtieġu l-protezzjoni u kura. Bħalissa f'din id-dar hemm għaxart itfal fl-età bejn il-5 u t-13-il sena. "44 sena ilu, fl-1975, Papua New Guinea ħadet l-indipendenza mill-Awstralja. Il-pajjiż għandu ħafna riżorsi minerali: depożiti kbar ta' ħejt, gass, deheb u ħamrija fertili ħafna. Iżda minkejja dan il-ġid materjali kollu, il-poplu għadu jgħix fil-miżerja u baqa' kulturalment lura" temmet tgħid, Suor Anna lill-Aġenija FIDES.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/segwi-live-il-quddiesa-tal-ghid-mmexxija-mill-isqof/
Awdjo: L-Arċisqof Scicluna: "Min se jgerbilna l-ġebla tal-qabar?"
newsbook.com.mt
"Min se jgerbilna l-ġebla tal-qabar? Din hi d-domanda li tirrifletti l-għatx tal-umanità għall-eternità. Tirrifletti wkoll id-domanda fundamentali ta' kull bnieden, jiġifieri x'jiġri wara l-mewt." Dan kien il-messaġġ tal-Arċisqof Mons. Charles Scicluna waqt l-omelija tal-quddiesa stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej li saret dalgħodu fil-Konkatidral ta' San Ġwann. L-Arċisqof sostna li mill-eqdem kulturi u żminijiet, l-umanità dejjem kellha għatx għal risposta għad-domanda dwar x'jiġri wara l-mewt. Qal li llum qed niċċelebraw ir-risposta għal did-domanda, ir-risposta li tana l-Mulej permess tal-qawmien mill-mewt ta' ibnu. Spjega kif la ma konniex kapaċi ngerbu l-ġebla li kienet qed tostor il-katavru tal-iben tal-Mulej, gerbibha l-Mulej stess u f'dak il-qabar vojt tana risposta, li le, il-mewt mhux it-tmiem tal-ħajja tal-bniedem u mhux id-destin tal-umanità. Ikkwota wkoll għaref li kien qal li qabel naslu għand l-eternità, ngħaddu minn ġuf għall-ieħor; l-ewwel disa' xhur fil-ġuf t'ommna, imbagħad fil-ġuf tal-ħajja tad-dinja u wara nitwieldu għall-ħajja veru li ma tispiċċa qatt. Sostna li l-bniedem għandu l-għażla li jagħżel bejn il-ħajja jew il-mewt. Mons. Scicluna qal li f'dan it-tieni ġuf tagħna, jiġifieri fil-ħajja tad-dinja, għandna din l-għażla. Ikkonkluda billi qal li l-Mulej qed jistidinna biex illum, permezz tal-kelma t'Alla u tal-festa tal-Knisja, nagħżlu l-ħajja, it-tajjeb u s-sewwa għax dan ikun il-qawmien veru fil-ħajja tagħna. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof laqa' mara Luterana mill-Kenja fil-Knisja Kattolika u ta l-Barka Appostolika bl-Indulġenza Plenarja. Ritratti: Photocity, Valletta
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-ibrahimovic-lura-fmilan/
Ritratti: Ibrahimovic lura f'Milan
newsbook.com.mt
Mal-wasla tiegħu lura mar-Rossoneri, l-Isvediż qal li jrid li San Siro jerġa' jibda jaqbeż bil-ferħ. Zlatan Ibrahimovic deher ferħan ferm li reġa mar "f'daru". Hu wasal aktar kmieni llum biex jagħmel it-testijiet mediċi qabel ma jkun jista' jibda t-taħriġ mall-bqija tat-tim. Ibrahimovic mistenni jiffirma kuntratt ta' 6 xhur bil-possibiltà li jġeddu għal sena oħra. Hu wasal ġewwa l-Ajruport ta' Linate f'Milan aktar kmieni llum. FB: Bleacher Report Football L-attakkant ta' 38 sena kien bla klabb wara li ddeċieda li jieqaf jilgħab ma' LA Galaxy fil-league Amerikan. Zlatan lura għal ma' Milan?
[ 10, 15 ]
https://newsbook.com.mt/awdjo-il-media-mhix-mghejjuna-bizzejjed-mill-gvern/
Awdjo: "Il-media mhix megħjuna biżżejjed mill-Gvern"
newsbook.com.mt
Chris Mifsud id-direttur tal-MPS, waħda mill-kumpaniji ewlenin fil-qasam tal-komunikazzjoni f'Malta, qal fuq 103 Malta's Heart li l-industriji tal-qasam tal-komunikazzjoni u media mhux se jkunu qed jiġu mgħejjuna biżżejjed mill-miżuri li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela t-Tlieta filgħaxija. F'isem 60 kumpanija fil-qasam tal-media Mifsud qal li dawn għandhom jitqiesu fil-kategorija tal-industriji l-aktar milquta ħażin mill-coronavirus u jingħataw l-ogħla livell ta' għajnuna. Ara x'qed jitolbu 60 entità tal-midja b'ittra lill-Prim Ministru "Essenzjali għad-demokrazija" Lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet 60 kumpanija fil-qasam tal-media u tal-komunikazzjoni kienu kitbu lill-Prim Ministru biex juruh il-qagħda mwiegħra ħafna fl-industrija tagħhom. Dawn l-intrapriżi jinkludu gazzetti, stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni, websajts tal-aħbarijiet, kumpaniji fil-qasam tal-pubbliċità u fil-qasam tal-IT. Dawn il-kumpaniji qalu li d-dħul tagħhom ħa tisbita 'l isfel peress li nixfu l-għejjun minn fejn kienu jdaħħlu l-flus, pereżemju reklamar, biex iwettqu l-ħidma tagħhom u jħallsu lill-impjegati. Mifsud fakkar li l-kumpaniji tal-media fil-qasam tal-aħbarijiet għandhom rwol importanti ħafna fit-tħaddim tad-demokrazija fil-pajjiż. Jekk minħabba nuqqas ta' dħul se jbatu l-media tal-aħbarijiet se tbati d-demokrazija u għalhekk, żied jgħid Mifsud, huwa essenzjali li dawk jibqgħu finanzjarjament vijabbli. Huwa qal li barra l-media tal-aħbarijiet hemm diversi kumpaniji oħra li jħaddmu ħafna nies u li jagħtu kontribut kbir għall-ekonomija tal-pajjiż. "Urġenti li tingħata l-għajnuna" Huwa qal li hu tajjeb li tgħin lil-lukandi u lill-oħrajn iżda l-gvern irid jiftakar illi l-industriji tal-qasam tal-media u tal-komunikazzjoni jimpjegaw ħafna nies. Il-Gvern, żied Mifsud, irid jara li tingħata għajnuna qawwija kull fejn hemm bżonn u li din l-għajnuna tingħata b'mod ekwu. It-telfien tal-impjiegi jimplika effett soċjali u psikoloġiku għax dawk kollha li jitilfu x-xogħol ibatu ħafna huma u l-familji tagħhom. Aħjar tagħti l-għajnuna mill-ewwel milli toqgħod tistenna li tikber il-kriżi, temm jgħid Mifsud.
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/kelma-ta-habib-mill-arcisqof-charles-scicluna-2/
"Kelma ta' Ħabib" mill-Arċisqof Charles Scicluna
newsbook.com.mt
L‐Isqfijiet jilqgħu lill‐awtoritajiet tal‐pajjiż għall‐bdil tal‐awguri tal-Milied u għas‐sena l‐ġdida, fil‐Palazz tal‐Arċisqof, il‐Belt Valletta.19/12/2019 19:04:53 Il-ġid komuni u l-ġustizzja soċjali huma żewġ temi rikorrenti fid-diskorsi tal-Arċisqof Charles Scicluna li ġew ipppublikati fil-ktieb 'Kelma ta' Ħabib'. Dan il-ktieb li jinsab fir-raba' edizzjoni tiegħu jiġbor l-omeliji, l-artikli u l-messaġġi ta' Mons. Scicluna fl-2018, ir-raba' sena tiegħu bħala Arċisqof ta' Malta. L-Arċisqof ippreżenta kopja ta' dan il-ktieb lill-President George Vella u lill-awtoritajiet tal-Istat waqt l-iskambju tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida. Ir-raba' edizzjoni ta' Kelma ta' Ħabib. F'din ir-raba' edizzjoni tal-ktieb wieħed isib ukoll l-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi – l-ewwel ordinazzjoni ta' isqof li mexxa Mons. Scicluna – u l-pussess ta' 12-il kappillan ġdid fejn l-Arċisqof jgħallem mhux biss dwar ir-rwol tal-kappillan iżda wkoll dwar il-bini tal-komunità fil-parroċċa. Il-ktieb juri li fl-2018 iż-żgħażagħ kienu protagonisti ewlenin fil-Knisja. Minbarra diversi attivitajiet oħra li saru lokalment, Mons. Arċisqof mexxa pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa flimkien ma' grupp ta' żgħażagħ Maltin, u attenda għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar 'Iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali' li sejjaħ il-Papa Franġisku. Il-ktieb ta' aktar minn 600 paġna jinkludi 50 paġna ta' ritratti bil-kulur li ttieħdu f'diversi ċelebrazzjoniijiet fil-parroċċi u waqt attivitajiet oħra. 'Kelma ta' Ħabib' fih indiċi analatiku biex il-qarrejja jsibu t-tagħlim tal-Arċisqof fuq suġġett partikulari, u għadd ta' QR (Quick Response) codes fejn bl-użu tal-ismartphone l-qarrejja jistgħu jaraw il-filmat taċ-ċelebrazzjoni fuq YouTube. Dan il-ktieb huwa ppublikat mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta' Malta. Il-ktieb 'Kelma ta' Ħabib' jinbiegħ għall-prezz ta' €15 u jista' jinxtara mill-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana; minn Emmaus f'Birkirkara u mil-Librerija Preca fil-Marsa. Il-ktieb huwa sponsorjat mill-APS Bank.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-anniversarju-specjali-ghal-paul-u-vivienne-caruana/
Ritratti: Anniversarju speċjali għal Paul u Vivienne Caruana
newsbook.com.mt
Awguri lill-atturi Paul u Vivienne Caruana li proprju llum qed jiċċelebraw il-35 anniversarju minn meta wegħdu mħabbithom lil xulxin. Il-koppja żżewġu fl-1985 b'Vivienne liebsa r-roża minħabba li diġà kienet iżżewġet qabel u kienet romlot. Bħala bridesmaid kellhom lil Dominique, it-tifla ta' Vivienne mill-ewwel żwieġ tagħha. Kien it-teatru li laqqa' lil Pawlu u lil Vivienne u wara sena għarajjes ikkurunaw imħabbithom u kellhom żewġ ulied, Donovan u Danielle. Paul u Vivienne kienu żżewġu fil-knisja San Ġwann Tas-Salib f'Ta' Xbiex. Lil Paul u Vivienne rajniehom f'diversi sensiliet u attwalment qed naraw lil Paul fir-repetizzjoni tas-sensiela Iċ-Ċaqqufa bħala Ninu fuq TVM filwaqt li Vivienne narawha nhar ta' Erbgħa fuq Net fis-sensiela Santa Monika, serje li fiha aktar wara kienu ħadmu kemm Paul, kif ukoll Dominique u Danielle. Paul u Vivienne huma wkoll nanniet ta' tnejn. Nawguraw lil Paul u lil Vivienne aktar snin ta' mħabba.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/ma-ksirnix-il-ligi-bar-fi-spinola-minn-fejn-gew-arrestati-6-persuni/
"Ma ksirniex il-liġi" – Bar fi Spinola fejn ġew arrestati 6 persuni
newsbook.com.mt
L-istabbiliment tax-xorb li jumejn ilu sar arrest ta' sitt persuni minn quddiemu insista li hu ma kien qed jikser l-ebda liġi. Sitt persuni ġew arrestati f'San Ġiljan fil-15 ta' Mejju wara li aggredew lill-uffiċjali tal-Pulizija hekk kif instabu fi grupp ta' iktar minn 4 persuni quddiem stabbiliment tax-xorb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10pm tal-Ġimgħa filgħaxija. L-istabbiliment li jinsab fix-Xatt ta' Spinola, kien miftuħ u kien hemm għadd ta' persuni miġburin quddiemu. Il-Pulizija fi stqarrija qalet li anke fuq ġewwa kien miftuħ illegalment bi ksur ukoll tal-Avviż Legali. Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li tliet irġiel u tliet nisa, kollha Spanjoli, aggredew għall-Pulizija. Facebook: Happy Dayz Watersports Cafe & Wine Bar Intant, permezz ta' post fuq Facebook, l-istabbiliment magħruf bħala Happy Dayz Bar qal li l-isnack bar kien qed jopera strettament fuq bażi ta' take-away għall-ikel u x-xorb. Qal li fl-ebda punt ma ħalla lill-klijenti jidħlu jieklu jew jixorbu fil-propjetà tagħha. Qal li l-klijenti kienu qed jinqdew mill-bieb tal-istabbiliment. Intant, il-counter kien miksi bi protezzjoni tal-plastik u qal li assiguraw li jkun hemm distanza ta' aktar minn metru bejn il-kaxxier u l-klijent. L-istabbiliment insista li kellu wkoll hand sanitizer disponibbli biex jintuża' minn kuħadd. Kien hemm notifika li kienet tiggwida lill-klijenti sabiex joqgħdu fi kju barra. Qal li dan fid-dawl tal-miżuri tas-social distancing. L-istabbiliment qal li l-arrest ma kellu x'jaqsam xejn mal-bar. Qal li l-grupp ta' sitt persuni kellhom mużika u xorb fil-karozza private tagħhom u kienu qiegħdin fuq art pubblika u mhux fl-istabbiliment. 6 persuni jaggredixxu lill-Pulizija fil-lejl li għadda Kif ġara l-każ? Żewġt irġiel ta' 35 sena u 24 sena kienu arrestat wara li ħebbew għal żewġ kuntistabbli tal-Pulizija, waqt li kien arrestat raġel ieħor ta' 29 sena li ma kkoperax ukoll mal-Pulizija. Mara ta' 36 sena kienet arrestata wara li mbuttat u kissret in-nuċċali ta' Surġent tal-Pulizija, kif ukoll għamlet ħsara fuq apparat tar-radju tal-Pulizija u ħsara fuq il-vettura tal-Pulizija. Kienu arrestati wkoll mara ta' 21 sena li bdiet issabbat mal-vettura tal-Pulizija u mara ta' 23 sena li wkoll ma bdietx tikkopera mal-Pulizija u anke bdiet timbotta lill-istess Pulizija. Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-RIU, bil-persuni kollha arrestati ttieħdu l-Għassa ta' San Ġiljan. Waqt li kienu fl-Għassa u wara fid-Depot fil-Floriana, uħud minnhom komplew ikunu agressivi fil-konfront tal-Pulizija. Il-persuni arrestati mistennija jitressqu l-Qorti aktar 'il quddiem. Intant, il-Pulizija tkellmu wkoll mas-sidien tal-istabbiliment fejn ġew infurmati li se tinħareġ taħrika fil-konfront tal-istabbiliment hekk kif ma kellux permess biex jopera.
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/l-ekologija-u-l-qassisin-mizzewga-mqajjma-fl-ewwel-jum-tas-sinodu/
L-ekoloġija u l-qassisin miżżewġa mqajma fl-ewwel jum tas-Sinodu
newsbook.com.mt
Il-Papa Franġisku jipparteċipa fil-purċissjoni li fetħet is-Sinodu fil-Vatikan nhar it-Tnejn. (Credit: Claudio Peri/ANSA via AP.) Fl-ewwel jum tas-Sinodu dwar l-Amazonia li qed isir fil-Vatikan, fost it-temi diskussi issemmew il-qassisin miżżewġa, l-ekoloġija u temi oħra. Stqarrija tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan tgħid li t-tibdil fil-klima u ż-żjut li jħammġu l-ambjent ukoll kienu diskussi minn madwar 300 parteċipant li qed jieħdu sehem fosthom 184 Isqof, l-aktar mill-pajjiżi tal-Amerika t'Isfel li jagħmlu parti mill-foresta tal-Amazonia. Intqal li "il-klima hi ta' ġid globali, ġid li rridu nieħdu ħsiebu u nippreservawħ għall-ġenerazzjonijiet futuri". Kien suġġerit ukoll li għandu jieqaf l-użu ta' żjut ġejjin mill-fossili, l-aktar fil-pajjiżi l-aktar industrjalizzati li huma l-aktar pajjiżi responsabbli għat-tniġġiż tal-ambjent. Protezzjoni għall-ilma L-istqarrija tal-Vatikan semmiet ukoll li l-protezzjoni tal-provvista tal-ilma fir-reġjun tal-Amazonia kienet ukoll fost it-temi diskussi u ntwera tħassib kbir dwar dan. Fil-fatt sar appell biex ikun protett l-ilma ta' gallerija taħt l-art minn kontaminazzjoni kimika li hi riżultat tal-ħidma tal-kumpanniji multinazzjonali, għax dan l-ilma hu indispensabbli għall-ħajja tal-popli indiġeni. Kienu ħafna l-Isqfijiet li fakkru fil-bżonn li jkunu rispettati d-drittijiet umani u ambjentali għax ekoloġija integrali vera titlob li jkun hemm bilanċ bejn il-bniedem u n-natura. Uħud fis-Sinodu semmew l-eżempju tat-tfajla Svediża Greta Tunberg u l-Mixjiet miż-Żgħażagħ u Studenti favur il-klima, bħala eżempju ta' impenn soċjali miż-żgħażagħ li kapaċi jimbuttaw lill-Knisja biex tkun profetika f'dan il-qasam. Dwar il-kwestjoni tal-qassisin miżżewġa, speċifikament il-proposta li rġiel miżżewġa li taw xiehda tajba jkunu ordnati saċerdoti għal komunitajiet iżolati fl-Amazonia, jidher li kien hemm min hu favur u oħrajn li appellaw għall-kawtela. Il-'viri probati' kif jissejħu dawn il-qassisin hi kwestjoni ta' ħtieġa leġittima iżda ma għandhiex twassal biex tibdel in-natura tas-saċerdozju u ċ-ċelibat marbut ma' dan il-Ministeru kif titlob il-liġi tal-Knisja. Rispett għall-kulturi indiġeni Waħda mill-ideat li ħarġu fl-ewwel jum tas-Sinodu kien il-bżonn li jintwera rispett u apprezzament għall-kulturi indiġeni. Kien hemm min qal li għandha tinħoloq forma tal-Quddiesa Kattolika għall-Amazonia li tkun imżewqa xi drawwiet u espressjonijiet indiġeni. Fil-laqgħa kien enfasizzat li hekk kif hemm ekosistema ekoloġika hemm ukoll ekosistema ekklesjastika", intqal fl-istqarrija. Fid-diskors tiegħu l-Papa Franġisku tkellem fit-tul biex iħeġġeġ lill-parteċipanti fis-Sinodu biex jevitaw "ideoloġiji" li ma jirrispettawx il-kulturi u reliġjożità tal-popli indiġeni. Qal li fil-jum ta' qabel sema' lil xi ħadd igerger għax raġel mill-post kien liebes kappella b'rix ikkulurit waqt li kien fil-Vatikan. Papa Franġisku staqsa "X'inhi d-differenza bejn dak il-kappell u l-kappell triangolari li jilbsu l-kardinali"? Hu x'inhu t-tħassib li s-Sinodu qed iqajjem fost xi kritiċi, jidher li dan mhux jinkwieta lill-Papa li m'hu jitlef ebda opportunità biex ipoġġi l-Amazonia u l-popli tagħha taħt ir-rifletturi tad-dinja.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/genituri-ta-tfajla-mahtufa-jitolbu-l-ghajnuna-tal-papa/
Ġenituri ta' tfajla maħtufa jitolbu l-għajnuna tal-Papa
newsbook.com.mt
Tfajliet Pakistani jitolbu għall-ħelsien ta' Huma Il-ġenituri ta' Huma Younas, tfajla nisranija ta' 14-il sena li nħatfet u kienet imġiegħla tiżżewweġ lil wieħed minn dawk li ħatfuha, qed jitolbu l-għajnuna tal-Papa Franġisku u l-komunità internazzjonali għall-ħelsien tagħha. L-avukat tal-familja li qed isegwi l-każ qal li l-interess tal-komunitaà internazzjonali f'dan il-każ hu ta' mportanza kruċjali. Il-ġenituri ta' Huma qed ifittxu kull mod li jista' jgħinhom biex tinħeles binthom u sa waslu biex appellaw lill-Papa Franġisku biex hu wkoll jgħinhom jiksbu lura lil binthom. Din it-tfajla Pakistana ta' 14-il sena, xahrejn ilu inħatfet. Il-ġenituri tagħha għamlu video li qed jitqassam lill-media internazzjonali, b'appell għall-ħelsien tagħha. L-ansjetà tal-ġenituri kompliet tikber jum wara jum wara li Huma kienet imġiegħla ddur għall-Islam u kellha tiżżewweġ lil wieħed mill-irġiel li ħatfuha.. Huma qed jittamaw li hekk kif il-pressjoni tal-media internazzjonali kellha effett fuq il-każ ta' Asia Bibi, il-mara Pakistana li nħelset wara li kienet kundannat għall-mewt fil-Pakistan ukoll, l-istess tip ta' pressjoni internazzjonali jista' jwassal għall-ħelsien ta' binthom. Ebda risposta Huma għandha biss 14-il sena u aktarx li sfat vittma tan-negozju tat-traffikar uman, speċjalment ta' nisa, li jsir min kriminali Ċiniżi u Pakistani u li jħalli ħafna flus. Barra mill-avukat tal-familja, il-każ qed ikun segwit ukoll mill-Avukat Tabassum Yousaf, għan-nom tal-Arċidjoċesi ta' Karachi, iżda s'issa għadu ma ċċaqlaq xejn. Biex tkompli tagħqad, min ħataf lil din it-tfajla, issa fetħu kawża fil-Qorti Suprema tal-Pakistan, biex teħles lit-tifla mill-awtorità tal-ġenituri tagħha għax qed isostnu li issa din għandha l-età tagħha. Iżda Huma fil-fatt twieldet fl-2005 u hi tfajla żagħżugħa li tixtieq tgħix ħajja komuni bħal tfal oħra bħalha. Appell Fil-video li fih il-ġenituri ta' Huma Younas qed jitolbu l-għajnuna u s-solidarjetà ta' Papa Franġisku, jappellaw ukoll lill-komunità internazzjonali u lill-awtoritajiet tal-Pakistna, lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Forzi Armati biex jassiguraw il-ħelsien ta' binthom. Appell ieħor sar lill-politiku Bilawal Bhutto Zardari, ibejn l-ex Prim Ministru Benazir Bhutto li kienet assassinata fl-2007.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/l-isqfijiet-amerikani-hargu-videos-favur-hajja-politika-tajba/
L-Isqfijiet Amerikani ħarġu videos favur ħajja politika tajba
newsbook.com.mt
Il-kwartier ġenerali tal-Konferenza Episkopali Amerikana. Il-Konferenza tal-isqfijiet Kattoliċi Amerikani (USCCB) ħarġet numru ta' videos biex tispira azzjoni u talb fil-ħajja politika u tgħin lill-Kattoliċi japplikaw it-tagħlim tal-Knisja kif mgħoddi lilna mill-Papa Franġisku. It-test ta' dawn il-videos kien approvat mill-Isqfijiet kollha fl-Assemblea Ġeneralili kellhom f'Baltimore f'Novembru li għadda. Din is-sensiela ta' videos tikkumplimenta id-Dokument "Niffurmaw Kuxjenzi għal Ċittadinanza Tajba" li fih it-tagħlim tal-Isqfijiet dwar ir-responsabbiltà politika tal-Kattoliċi. B'dan id-Dokument l-Isqfijiet jippruvaw jgħinu lill-insara biex jipparteċipaw fil-ħajja pubblika, jagħtu prijorità lill-fidi fuq il-politika partiġġjana u jwieġbu għall-problemi urġenti ta' żminijietna. Kull video jispiċċa b'talba. Il-videos li wieħed jista' jikseb fuq minn il-You Tube channel tal-USCCB huma f'erba' lingwi: Ingliż, Spanjol, Bjetnamiż u Tagalog. Il-ħames videos f'din is-sensiela huma ntitolati: • Il-Kattoliċi jipparteċipaw fil-ħajja pubblika; • Il-Kattoliċi jipproteġu l-Ħajja u d-Dinjità Umana; • Il-Kattoliċi jaħdmu għall-Ġid Komuni; • Il-Kattoliċi jħobbu lill-ġirien; • Iċ-ċittadini nsara jaħdmu ma' Kristu biex jibni s-Saltna Tiegħu. L-Arċisqof Josè Gomez ta' Los Angeles, li hu l-President tal-Konferenza Episkopali Amerikana mexxa l-"working group" li ħadem fuq dan il-proġett u enfasizza l-importanza ta' dawn il-videos hekk kif riesaq staġun politiku jaħraq bl-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti. "L-Isqfijiet tal-Istati Uniti jistiednu lill-Kattoliċi kollha biex jistqarru l-fidi tagħhom fil-pubbliku. Il-ħidma u l-parteċipazzjoni politika huma modi mportanti kif flimkien nistgħu naħdmu biex nipproteġu lit-trabi mhux imwielda, nilqgħu l-emigranti, nagħmlu ġustizzja mal-vittmi tar-razziżmu u l-intolleranza reliġjuża, ngħinu l-familji, nakkumpanjaw lill-foqra u naħdmu favur dawk kollha li huma vulnerabbli. Issa li dħalna fis-sena tal-elezzjoni, dawn il-videos huma maħsuba biex jgħinu lin-nisrani jirrifletti fuq is-sejħa tiegħu u nittamaw li dawn jinxterdu ħafna", qal l-Isqof Gomez. Fil-videos jieħdu sehem u jinstemgħu bosta żgħażagħ u numru ta' Isqfijiet.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/spizeriji-miftuha-l-hadd-12-ta-april/
Spiżeriji miftuħa l-Ħadd 12 ta' April
newsbook.com.mt
Dawn huma l-ispiżeriji miftuħa l-Ħadd 12 ta' April bejn id-9 u nofsinhar. Valletta, Floriana Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Valletta 21238355 Ħamrun, Marsa St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Ħamrun 21234570 Qormi, Santa Venera Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera 21444648 Birkirkara, Fleur-de-Lys St Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara 21492151 Gżira, Msida, Ta' Xbiex, Pietà, Gwardamanġa O'Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Gżira 21330268 San Ġwann, St Julians, Is-Swieqi, Pembroke, Ta' Giorni, L-Ibraġ Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann 213811776 Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard 21436531 Mosta, Naxxar, Għargħur, Mġarr Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sagħjtar, Mosta 21415198 Mellieħa, St Paul's Bay, Buġibba, Qawra El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Qawra 21576308 Paola, Tarxien, Santa Luċija Brown's Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola 21821646 Isla, Birgu, Bormla, Kalkara, Fgura (PO) Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Fgura 21673811 Żabbar, Marsaskala, Fgura (PO) St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Żabbar 21666194 Birżebbuġa, Għaxaq, Żejtun, Marsaxlokk, Gudja Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa 21658622 Luqa, Mqabba, Żurrieq, Qrendi, Kirkop Kristianne Pharmacy, Triq ic-Cavi, Mqabba 21683048 Żebbuġ, Siġġiewi De Rohan Pharmacy, Triq Sant' Antnin, Ħaż-Żebbuġ 21464128 Rabat, Dingli, Mtarfa Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat. Malta 21455479 Rabat (Victoria), Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Victoria, Gozo 21556970 Nadur, Għawdex Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t'April 1688, Nadur, Gozo 21563589 Ajruport L-ispiżerija llum se tkun miftuħa biss sa nofsinhar Mobile Blood Donation Il-Ħadd 12 ta' April 2020, ser ikun hemm il- mobile blood donation fi Pjazza 16 ta' Settembru il-Mosta (fejn jarma l-monti) u fil-Berġa tax-Xewkija. Il-ħin għall-għoti tad-demm ikun mit-8.30am sas-1.00pm. Jekk jogħgobkom ħudu magħkom il-karta tal-identità.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/hadd-ma-jisfida-lil-karla/
Ħadd ma jisfida lil Karla
newsbook.com.mt
Veronica Farrugia bħala n-nanna Karla Mil-lejla fid-8.50pm, TVM se jerġa' jibda jxandar is-sensiela Iċ-Ċaqqufa li orġinarjament kienet ixxandret f'Ottubru 2013. L-istorja tmur lura għall-1972. Fil-familja ta' Karla titwieled tarbija oħra. Karla tittama li Benna, il-mara ta' binha Salvu, kienet se ttiha tifel. Karla kellha ambizzjonijiet kbar għal dan it-tifel il-ġdid iżda bħal sajjetta fil-bnazzi il-wild il-ġdid mhux tifel iżda tifla. F'qalb Karla mill-ewwel titnissel mibgħeda bħal li kieku t-tarbija twieldet tifla biex tisfidaha. U ħadd ma kien jisfidha lil Karla! Għalhekk mal-ewwel nifs f'din id-dinja, id-destin ta' Rożina kien siġillat. Qatt ma kien se jkollha ħajja facli b'nannitha ssus warajha u turiha biss mibgħeda. Għalhekk mal-ewwel nifs f'din id-dinja, id-destin ta' Rożina kien siġillat. Qatt ma kien se jkollha ħajja facli b'nannitha ssus warajha u turiha biss mibgħeda. Għalhekk mal-ewwel nifs f'din id-dinja, id-destin ta' Rożina kien siġillat. Qatt ma kien se jkollha ħajja facli b'nannitha ssus warajha u turiha biss mibgħeda. In-nanna Karla (Veronica Farrugia) u Rożina (Geordie Schembri) Iċ-Ċaqqufa hija produzzjoni ta' Watermelon Media b'kitba ta' Frederick Zammit fuq idea ta' Pierre Portelli.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/spiccajna-fi-spazju-maghluq-ma-passiggieri-mill-italja/
"Spiċċajna fi spazju magħluq ma' passiġġieri mill-Italja"
newsbook.com.mt
Matul il-jum tal-Ġimgħa fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta spikkaw għexieren ta' passiġġieri minn titjiriet differenti li spiċċaw jistennew fi kju twil minħabba l-iscreening għall-coronavirus. Minn nhar it-Tnejn li għadda, mal-wasla fl-ajruport, kull passiġġier qed jiġi ċċekkjat wieħed wieħed minn sistema ta' screening għal dan il-virus. Dan qed iwassal għal kjus twal. Passiġġieri li tkellmu ma' Newsbook.com.mt qalu li għalkemm tajjeb li kulħadd qed jgħaddi mill-iscreening, ħafna passiġġieri miġburin fi spazju magħluq minn titjiriet differenti mhuwiex ideali. Semmew fost l-oħrajn li magħhom kien hemm passiġġieri li kienu ġejjin mill-Italja, fejn sa issa l-coronavirus qatel 17-il persuna, filwaqt li 650 persuna oħra huma infettati. Coronavirus: L-ajruport "qed jitnaddaf" aktar spiss Newsbook.com.mt tkellem mall-kelliem għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, li kkonferma li illum kien hemm dewmien twil minħabba l-proċess tal-iscreening. Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit, illum ma kienx hemm iktar titjiriet mis-soltu u għaldaqstant dawn il-kjus mistennija jkunu xi ħaġa ta' kuljum. Intant, illum, Dr Frank Portelli, sostna li l-istaff tal-ajruport jinsab f'riskju li jilħaq jiġi infettat bil-coronavirus sakemm persuna tgħaddi mill-kontrolli tal-immigrazzjoni fejn qed isir l-iscreening. Coronavirus: L-istaff jista' jiġi infettat qabel l-iscreening – tabib Dwar dan kiteb ukoll id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, li fuq il-mezzi soċjali qal li kellmuh numru ta' uffiċjali tal-immigrazzjoni li jaħdmu fl-ajruport, li huma "inkwetati li qed ikollhom kuntatt dirett ma' passiġġieri li qed jaslu Malta, qabel ma jsir screening tagħhom". Fenech Adami saħaq li dan mhux sew u min hu responsabbli għandu jara li din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata immedjatament". Kellmuni numru ta ufficjali tal immigrazzjoni li jahdmu gewwa l ajruport inkwetati li qed ikollhom kuntatt dirett ma... Posted by Beppe Fenech Adami on Friday, February 28, 2020
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/l-isqfijiet-fil-colombia-jappellaw-biex-jerga-jibda-l-process-tal-paci/
L-Isqfijiet fil-Colombia jappellaw biex jerġa' jibda l-proċess tal-paċi
newsbook.com.mt
Tfajla minn komunità indiġena f'Cauca tibki waqt il-funeral ta' membru tal-komunità li nqatel brualment. (ANSA) L-Isqfijiet Kattoliċi tar-reġjuni tal-Paċifiku u n-Nofsinhar tal-Colombia qed jappellaw biex jerġgħu jibdew it-taħditiet għall-paċi "fil-perspettiva tad-drittijiet umani, id-drittijiet tal-popli u l-liġi umanitarja internazzjonali". Huma appellaw biex tkun kunsidrata s-sitwazzjoni drammatika li fiha jinsabu diversi komunitajiet fil-pajjiż hekk kif it-tensjoni fil-pajjiż qed tkompli tiżdied. "F'diversi okkażżjonijiet ġbidna l-attenzjoni għad-diffikultajiet li għandhom ħafna persuni li jgħixu f'din iż-żona tal-pajjiż u appellajna lill-Istat biex ifittex soluzzjoni globali għall-kawżi ta' din il-kriżi umanitarja", qalu l-Isqfijiet filwaqt li esprimew is-solidarjetà tagħhom mal-poplu u t-tħassib li qed jiżdied il-kunflitt fir-reġjun ta' Choco u f'inħawi oħra. "Bħala Ragħjja qed insemmgħu leħinna biex nitolbu li nerġgħu nibdew it-triq tal-paċi b'rispett għad-drittijiet umani u l-liġi internazzjonali", qalu l-Isqfijiet Kattoliċi. Komunitajiet vulnerabbli Iż-żoni tal-Paċifiku u n-Nofsinhar tal-pajjiż fihom territorji fejn il-maġġoranza tan-nies li jgħixu fihom huma indiġeni. L-akbar tħassib tal-Isqfijiet hu proprju għal dawn il-komunitajiet. Fl-istqarrija tagħhom intitolata "Insaħħu l-paċi quddiem it-tkabbir tal-kunflitt" huma appellaw lill-Gvern Nazzjonali u lil awtoritajiet oħra fil-pajjiż biex "joħolqu kundizzjonijiet għal ħajja dinjituża u mekkaniżmi ta' protezzjoni għall-komunitajiet u l-mexxejja soċjali". L-Isqfijiet għamlu pass ieħor u talbu biex tingħata attenzjoni għall-allegata "kollużjoni bejn membri tal-forzi tas-sigurtà u gruppi illegali" li dwaru tkellmu id-djoċesi ta' Quibdo kif ukoll organiżazzjonijiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem. Huma nnutaw li "gruppi armati huma aggressuri tal-popolazzjoni ċivili u għalhekk għandhom ikunu rifjutati għax l-azzjoni tagħhom hi waħda kriminali". Soluzzjoni politika u djalogu Fil-bidu ta' din is-sena ġdida, l-Isqfijiet Colombiani enfasizzaw il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet politiċi biex jieqaf il-ġlied mar-ribelli u biex jintlaħaq ftehim ma dawk li qed isejjħu lilhom infushom militant Paramilitari u gruppi oħra. L-Isqfijiet temmew l-istqarrija tagħhom billi qalu li jistennew "risposta sinċiera mid-diversi protagonist, permezz ta' ġesti konkreti ta' paċi awtentika" u appellaw lill-poplu tal-Colombia biex "jitlob u jimpenja ruħu biex tinbena soċjetà ġusta, fraternal u ħielsa mill-vjolenza. Vojt ta' poter In-numru ta' persuni indiġeni li nqatlu fiż-żona tal-Paċifiku u n-Nofsinhar tal-Colombia żdied sostanzjalment hekk kif gruppi armati qed jippruvaw jieħdu l-kontroll billi hemm vojt ta' poter li tħalla mill-Armata Rivoluzjonarja tal-Colombia wara li dawn sfaxxaw bħala parti mill-ftehim ta' paċi milħuq fl-2016. Il-ġlieda għall-poter wara li sfaxxa dak il-ftehim, ħalliet lill-movimenti indiġeni jiddefendu s-sovranità tal-art tagħhom fost sforzi kbar u vjolenti minn gruppi armati biex jieħdu kontroll tat-territorju. Din il-ġlieda kompliet tiqliel minħabba n-negozju tad-droga li hu attiv ħafna fir-reġjun.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/correa-jqaxxar-xaghru-brispett-lejn-ommu/
Correa jqaxxar xagħru b'rispett lejn ommu
newsbook.com.mt
Jekk il-ġlieda kontra l-coronavirus m'hix diffiċli biżżejjed, Angel Correa qed jiġġieled battalja oħra fl-istess ħin. Ommu mardet bil-kanċer. L-Arġentinjan qed jgħin kemm jista' lil ommu u bħala turija ta' sapport morali ħa ritratt ma' ommu u tellgħu fuq il-midja soċjali. Fir-ritratt jidher li Correa qaxxar xagħru. Ġest b'turija ta' solidarjet ma' ommu li għadha kemm bdiet it-trattament. Għal Correa din m'hix l-ewwel battalja li kellu jaffaċja. Meta kellu 10 snin tilef lil missieru. Il-flus li kien jagħmel permezz tal-futbol dak iż-żmien, kienu l-unika flus li kienu qed jaslu lill-familtu. Ommu kienet tieħu ħsieb tqassam il-flus li kien jaqla mill-maniġer li kien iħallas lil Correa tal-futbol. Tliet snin ilu, propju waqt li kien qed jagħmel it-test mediku ma' Atletico, skoprew li kellu tumur f'sidru u kellhom joperawh ta' malajr. Correa stqarr li l-problemi u l-ostakli li ltaqa' magħhom f'ħajtu għamluh raġel aktar b'saħħtu u tawh il-kuraġġ li jkompli b'ħajtu u jgħin lil familtu.
[ 10, 15 ]
https://newsbook.com.mt/il-paci-is-sigurta-u-l-istabilita-il-motiv-tar-randan-ghall-knisja-fl-afrika/
Il-paċi, is-sigurtà u l-istabilità il-motiv tar-Randan għall-Knisja fl-Afrika
newsbook.com.mt
Kattoliċi fl-Afrika jitolbu għal era ġdida fil-kontinent. Għal żmien ir-Randan, il-Knisja fid-diversi pajjiżi tal-kontinent Afrikan qed tittama Ii tibda era ġdida għal dan il-kontinent li hu nifni bit-tbatija u l-ħażen. It-teologu missjunarju, Donald Zagore tas-Soċjetà tal-Missjonijiet Afrikani, qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES li f'diversi kuntesti soċjo-politiċi tal-kontinent kbir Afrikan "ir-Randan hu żmien ta' grazzja, żmien li fih l-Isqfijiet fid-diversi pajjiżi qed iħeġġu lill-insara biex jgħixu tiġdid veru u jikkonvertu f'qalbhom biex dawn jgħinu fit-tiġdid soċjali, ekonomiku u azzjoni politika, paċi, sigurtà u stabilità, fil-kontinent Afrikan." Il-komunità Kattolika ta' kull pajjiż fl-Afrika se twieġeb b'mod differenti skont il-problemi u l-kwestjonijiet li qed tiffaċċja. Fil-Kenja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni hi fiċ-ċentru tal-isfidi li jridu jkunu ffaċċjati f'dawn iż-żminijiet. Fin-Niġerja, l-insara se jilbsu l-iswed biex juru s-solidarjetà tagħhom mal-insara tal-pajjiż li huma vittmi tal-vjolenza. Fir-reġjun ta' Burkina Faso, il-Mali u n-Niger it-tama tal-Qawmien trid toħroġ lin-nies mill-klima ta' tensjoni li hi frott tal-ħażen li hemm u li qed iġib il-firda f'dawn il-pajjiżi. Min-naħa l-oħra, il-Kosta tal-Avorju, Togo u l-Guinea se jesperjenzaw dan il-perjodu ta' konverżjoni bit-tama tal-paċi u x-xewqa li f'dawn il-pajjiżi jkun hemm elezzjonijiet paċifiċi li jġibu stabilità. It-teologu Zagore qal li l-impenn u t-tama ta' futur aħjar huma imperattiv fundamentali għall-kontinet Afrikan. Fir-Randan dawn il-popli se jitolbu lill-Prinċep tal-Paċi għal konverżjoni, rikonċiljazzjoni u ġustizzja li huma prinċipji bażiċi għal kull nisrani fl-Afrika.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/andre-debrincat-ta-kercem-jirbah-il-plejer-tax-xahar/
Andrea Debrincat ta' Kerċem jirbaħ il-Plejer tax-Xahar
newsbook.com.mt
Andrea Debrincat ta' Kerċem Ajax huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020. Debrincat, li għandu 24 sena ngħaqad ma' Kerċem matul l-istaġun 2018/2019 minn Victoria Hotspurs fejn kien jifforma parti mit-tim li rebaħ il-Kampjonat BOV GFA għal żewġ staġuni konsekuttivi. Il-karriera tal-futbol ta' Andrea bdiet fin-nursery tal-Oratory Youths fejn iddistingwa ruħu bħala attakkant prolifiku u prattikament rebaħ l-unuri kollha fil-livell junior. Minn meta ngħaqad ma' Kerċem, Debrincat beda juri livell ogħla ta' kunfidenza fil-logħob tiegħu u huwa fost l-aqwa skorers Għawdxin fil-kampjonat. Żewġ rebħiet ta' Kerċem Ajax matul ix-xahar ta' Jannar kienu importanti ħafna għalihom biex jinqalgħu miż-żona tar-relegazzjoni. Debrincat skorja żewġ gowls importanti ħafna fir-rebħa ta' Kerċem fuq Għajnsielem bl-iskor ta' 3-2 u kellu logħba pożittiva ħafna fir-rebħa ta' 2-0 tagħhom fuq Xagħra. Huwa skorja wkoll gowl fit-telfa tagħhom kontra Victoria Hotspurs. Andrea ġie ppreżentat bit-trofew tal-BOV GFA Player of the Month għal Jannar 2020 minn Horace Laudi, Uffiċjal Kap fil-Bank of Valletta. Il-plejer għażel Fondazzjoni Arka biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma' dan l-unur.
[ 15 ]
https://newsbook.com.mt/inqas-imwiet-mis-sena-li-ghaddiet-waqt-l-imxija-tal-coronavirus/
Inqas imwiet mis-sena li għaddiet waqt l-imxija tal-coronavirus
newsbook.com.mt
Ma kien hemm l-ebda ċaqlieq 'il fuq fl-imwiet f'Malta matul l-imxija tal-coronavirus, meta mqabbla mas-sena li għaddiet. Statistika li tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra mill-Ministru Chris Fearne turi kif iċ-ċifri fil-verità niżlu l'isfel meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. It-total ta' mwiet bejn Frar u April ta' din is-sena kien 992. Fl-istess tliet xhur tal-2019 mietu 1,026. Skont ir-reġistru nazzjonali tal-imwiet matul din is-sena kien hemm 312-il mewt fi Frar, 381 f'Marzu u 299 f'April, li b'xahar xahar kienu inqas mill-istess xhur tas-sena li għaddiet. Tant hu hekk li skont l-istess reġistru nazzjonali tal-imwiet, fi Frar tal-2019 kien hemm 351 mewt, 373 f'Marzu tal-2019 u 302 f'April tal-istess sena. Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami. 23 persuna b'multa ta' €100 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn .
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/myfood-mt-supermarket-onlajn-gdid-ta-donazzjoni-ta-eur3000-fvawcers-tax-xiri-lil-the-malta-trust-foundation/
Is-supermarket online myfood.mt jagħti €3,000 f'vawċers lil The Malta Trust Foundation
newsbook.com.mt
myfood.mt online supermarket ġdid Is-supermarket ġdid online, myfood.mt ta donazzjoni ta' €3,000 f'vawċers tax-xiri lil The Malta Trust Foundation. Dan seħħ b'reazzjoni għal appell li sar minn Malta Together bħala parti mill-Festival ta' Gratitudni u Ispirazzjoni, li sar nhar il-Ħadd 3 ta' Mejju biex jirringrazzja lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u bosta ħaddiema u voluntiera li huma involuti fil-ġlieda kontra l-problemi mediċi u soċjali kkaġunati mill-Covid-19. Hekk kif il-pandemija tal-Covid-19 tippersisti, aktar familji u individwi qed isibu ruħhom bi problemi finanzjarji, u wħud saħansitra jsibuha diffiċli biex jipprovdu ikel għall-familji tagħhom. Il-vawċers tax-xiri, li jistgħu jintużaw fuq myfood.mt, jippermettu lill-familji fil-bżonn li jixtru bosta prodotti onlajn permezz tal-websajt, u jieħdu vantaġġ minn kunsinni bla kuntatt. B'kollaborazzjoni ma' eCabs Delivers, myfood.mt twassal ix-xirja tan-nies sa' l-għada. Fuq myfood.mt wieħed jista' jsib għażla vasta tal-aktar prodotti favoriti tal-familji Maltin, u kull xirja tista' ssir kemm minn fuq mowbajl kif ukoll minn kompjuter. Il-vawċers ingħataw lil Malta Trust Foundation, li waqqfet il-Food Aid Project wara li rċeviet numru kbir ta' talbiet minn familji żvantaġġjati li ġew milquta mill-kriżi ekonomika tal-coronavirus. Il-Malta Trust Foundation ġiet stabbilita mill-H.E. Marie-Louise Coleiro Preca fl-2015, u tieħu azzjoni konkreta biex tappoġġja liż-żgħażagħ żvantaġġati. Malta Together hija websajt fejn individwi jistgħu jsibu kull tip ta' għajnuna matul dan iż-żmien – inkluż informazzjoni dwar il- helplines , pariri, u servizzi onlajn. Għal aktar informazzjoni, żur myfood.mt
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/attivitajiet-ghall-karnival-frahal-gdid/
Attivitajiet għall-karnival f'Raħal Ġdid
newsbook.com.mt
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival 2020, il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid se jkun qed itella' żewġ attivitajiet interessanti ħafna. L-ewwel attività ser tkun Dramm qasir bl-isem ta' Mickey. Dan id-dramm qed jittella' miċ-Ċentru Anzjanità Attivà tal-Kunsill Lokali Paola flimkien mad-Drama Unit (MEDE) u l-istudenti tal-iskola ALP. Infatti ser ikunu qed jieħdu sehem kemm studenti tal-iskola ALP kif ukoll anzjani li jattendu iċ-Ċentru ta' Anzjanità attiva tal-Kunsill Lokali Paola. Id-dramm ser ikun qed jittella' nhar il-Ħamis 20 ta' Frar fl-10.30am fis-Sala tal-iskola ALP Paola (eks Ġuże d'Amato). Dħul huwa b'xejn però wieħed huwa imħeġġeġ jibbukkja billi jċempel fuq 2166 4066. Dan il-proġett huwa tassew interessanti fid-dawl li qed jgħaqqad kemm anzjani kif ukoll studenti flimkien. L-għada l-Ġimgħa 21 ta' Frar ser ikun qed jittella' spettaklu tal-Karnival fil-Pjazza De Paule li jibda bi sfilata Karnivaleska fis-6.00pm bis-sehem ta' baned lokali u Brażiljani u maskri grotteski fost l-oħrajn; kif ukoll spettaklu ta' żfin u kant quddiem il-Knisja ta' Kristu Re bis-sehem ta' diversi kumpaniji taż-żfin. L-attenzjoni u l-ispazju tal-media għal dawn l-attivitajiet ikun apprezzat ħafna.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-iddekontaminajna-102-vetturi-u-24-post-cpd/
Ritratti: Iddekontaminajna 102 vetturi u 24 post – CPD
newsbook.com.mt
CPD Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħabbar li s'issa ddekontamina 102 vetturi u 24 post. Fuq Facebook, is-CPD qal li sar taħriġ għal 735 pumpier, pulizija, uffiċjal tas-saħħa, u ħaddiema oħra involuti fil-ġlieda nazzjonali kontra l-coronavirus. Intqal li saret ukoll dekontaminazzjoni ta' 102 vetturi u ta' 24 post. "Aħna qegħdin hawn biex inservu u nipproteġu. Dejjem," qal is-CPD. In the ongoing battle against Covid-19 virus, the Civil Protection Department has been actively;- Training 735... Posted by Civil Protection Malta on Monday, April 13, 2020 Is-St John Rescue Corps lest jgħin lill-awtoritajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni li ħoloq il-coronavirus. Il-membri tal-korp jistgħu jgħinu fit-tifi tan-nar u fi proċessi ta' dekontaminazzjoni fost affarijiet oħra. Newsbook.com.mt kien tkellem mas-St John Rescue Corps u s-St John Ambulance li qed jinvolvu ruħhom b'mod attiv fl-isforz nazzjonali fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Iċ-Chairperson tas-St John Association Malta Dr Michael Frendo esprima l-impenn tal-Assoċjazzjoni biex tgħin fl-isforz nazzjonali. Is-St John Rescue Corps lest jgħin fit-tifi tan-nar u d-dekontaminazzjoni
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/11/danilo-petrucci-jirbah-il-grand-prix-ta-franza/
Danilo Petrucci jirbaħ il-Grand Prix ta' Franza
netnews.com.mt
Danilo Petrucci ta' Ducati rebaħ il-Grand Prix ta' Franza fejn xita qalila qabel il-bidu sfurzat t-tellieqa tibda kemmxejn tard. Petrucci sar is-seba' sewwieq differenti li rebaħ dan l-istaġun. Hu kien segwit minn Alex Marquez ta' Repsol u Pol Espargaro ta' KTM. Marquez ta lil Repsol għall-ewwel darba din is-sena post fuq il-podju. Fir-raba' post daħal Andrea Dovizioso ta' Ducati u warajh Johann Zarco ta' Esponsorama. Huma kienu segwiti minn Miguel Olivera ta' KTM u Takaaki Nakagami ta' LCR. Fit-tmien u d-disa' post daħlu Stefan Bradl ta' Repsol u Fabio Quartararo ta' Yamaha. Maverick Vinales ta' Monster Yamaha u Joan Mir ta' Suzuki temmew fl-10 u fit-11-il post rispettivament. Fil-quċċata tal-kassifika ġenerali, Quartararo għadu fl-ewwel post għaxar punti fuq Mir, bi tmien punti taħtu nsibu lil Dovizioso fit-tielet post. Valentino Rossi ta' Yamaha ħareġ mit-tellieqa mal-ewwel dawra wara li ħabat, bil-waqa' tiegħu toħloq xi ftit tal-konfużjoni. Ma spiċċawx ukoll huma Jack Miller ta' Pramac, Franco Morbidelli ta' Yamaha, Cal Crutchlow ta' Honda, Tito Rabat ta' Esponsorama u Bradley Smith ta' Aprilia. Kif spiċċaw: 1. D. Petrucci 45.54.736, 2. A. Marquez +1.273, 3. P. Espargaro +1.711, 4. A. Dovizioso +3.911, 5. J. Zarco +4.310, 6. M. Oliveira +4.466, 7. T. Nakagami +5.921, 8. S. Bradl +15.597, 9. F. Quartararo +16.687, 10. M. Vinales +16.895, 11. J. Mir, 12. B. Binder, 13. F. Bagnaia, 14. A. Espargaro, 15. I. Lecuona, 16. A. Rins. Ma spiċċawx: J. Miller, F. Morbidelli, C. Cruthlow, T. Rabat, B. Smith, V. Rossi Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/11/vivaldi-du-vivrot-inaqqax-ismu-fl-istorja/
Vivaldi Du Vivrot inaqqax ismu fl-istorja
netnews.com.mt
Kenneth Vella Fil-korsa tal-Marsa, f'ċirkustanzi straordinarji lbieraħ wara nofsinhar saret il-finali tal-edizzjoni 2020 tal-kompetizzjoni prestiġjuża tat-Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-aqwa klassi Premier fuq distanza twila ta' 2640m. Din il-finali, organizzata bl-għajnuna ta' Bank Of Valletta u mirbuħa minn Vivaldi Du Vivrot u misjuq minn Anton Cassar, għamlet parti mill-34 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Ħdax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Alf De Melandre (Rodney Gatt) kien l-aktar b'saħħtu wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Paparazzi (Mark Bonnici) u R.G.'s Thunderbolt (Mario Fenech). Madankollu dawra mit-tmiem Antron Cassar poġġa lil Vivaldi Du Vivrot fuq in-naħa ta' barra biex jagħmel l-avvanz tiegħu. Cassar mar quddiem biż-żiemel tiegħu fid-dritta finali u ħareg rebbieħ faċilment b'vantaġġ ta' żewġ tulijiet minn Glenn Boko (Charles Camilleri) u Output Pressure (Clint Vassallo). Alf De Melandre (Rodney Gatt) kellu jikkuntenta bir-raba' pożizzjoni minn Vichenko Chef (Noel Baldacchino) . Fi tmiem din il-finali, is-Segretarju Parlamentari responsbbli mill-Isport Clifton Grima u Charles Azzopardi f'isem BOV ippreżentaw it-trofej lil Anton Cassar u lil Keith Spiteri u Salvu Spagnol is-sewwieq u s-sidien rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier ukoll fuq distanza twila. Din kienet ikkaratterizzata minn dwell eċitanti fid-dritta finali bejn Liam Dana (Charles Camilleri) u Waikiki Man (Owen Scicluna). Kien iż-żiemel Svediż ta' Camilleri li fit-tieni dehra tiegħu f'pajjiżna ħa l-ewwel rebħa tiegħu wara li żied il-pass matul l-aħħar 400m. Bara Min (Redent Magro) u Buzz Sly (David Ellul) daħlu warajhom f'dik l-ordni. Ir-rebbieha kollha I Tiġrija . Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Faribole d'Atout (R. Attard) Ħin – 3.26.2" (1.18.1") 2. Happy Rapide (R. Gatt) 3. Frederika (M. Debono) 4. Frimeur Pipol (W. Galea) II Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bonbon Bleu (J. C. Pace) Ħin – 3.24.2" (1.17.4") 2. Coucou Mon Neveu (N. Baldacchino) 3. Midnight Passion (E. Bezzina) 4. True Wise As (J. Briffa) III Tiġrija . Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Divonne (V. Fenech) Ħin – 3.27.4" (1.18.7") 2. Cassius Du Pirai (Ch. Cassar) 3. Trazom (W. Cutajar) 4. Expert Majyc (Ch. Degiorgio) IV Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Prediction (M. Spiteri) Ħin – 3.21.1" (1.16.2") 2. Val De Villetot (A. Cassar) 3. Vizir Des Jacquets (T. Tanti) 4. Viking De L'Oremau (J. Gafa') V Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Faro Sue Heikant (N. Azzopardi) Ħin – 3.26.6" (1.18.3") 2. Likearollingstone (C. Vassallo) 3. Sabacan Savage (Sh. Portelli) 4. Udjo Du Gilwesk (J. Attard) VI Tiġrija . Finali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vivaldi Du Vivrot (A. Cassar) Ħin – 3.17.6" (1.14.8") 2. Glenn Boko (C. Camilleri) 3. Output Pressure (C. Vassallo) 4. Alf De Melandre (R. Gatt) 5. Vichenko Chef (N. Baldacchino) VII Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Charm Blou (R. Gatt) Ħin – 3.21.8" (1.16.5") 2. Duc d'Haufor (R. Magro) 3. Veaulnes (C. Degiorgio) 4. Alex Des Champs (N. Baldacchino) VIII Tiġrija . Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Liam Dana (C. Camilleri) Ħin – 3.21.6" (1.16.4") 2. Waikiki Man (O. Scicluna) 3. Bara Min (R. Magro) 4. Buzz Sly (D. Ellul) IX Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bellina De L'Odon (R. Gatt) Ħin – 3.26" (1.18") 2. Baqualito Mag (W. Farrugia) 3. Sharif America (M. Sammut) 4. Amour De Feline (N. Baldacchino) X Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Damu Cherry (J. Farrugia) Ħin – 3.23.2" (1.17") 2. Bacchus (C. Vassallo) 3. Gringo Boko (C. Camilleri) 4. M.T. Khila (M. Ellul) Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/11/iktar-kazijiet-ta-coronavirus-fil-futbol/
Iktar każijiet ta' coronavirus fil-futbol
netnews.com.mt
Il-pandemija tal-coronavirus qed tkompli tippersisti u l-każijiet dejjem jiżdiedu. Dan jidher evidenti anke fil-futbol, fejn f'din il-waqfa ta' ġimgħatejn mill-kampjonati lokali minħabba l-logħob internazzjonali, qed jinstabu iżjed plejers pożittivi. Il-plejer ta' Inter Ashley Young tħabbar mill-klabb li nstab pożittiv, hekk kif din l-aħbar tpoġġi iżjed f'dubju d-derby ta' bejn Inter u Milan. Dan wara li fit-tim ta' Conte nstabu każijiet oħra ta' plejers, li huma Alessandro Bastoni, Milan Skriniar, Radja Nainggolan, Roberto Gagliardini u Ionut Radu. Milan sabu wkoll lil Matteo Gabbia li jinsab f'iżolament, filwaqt li Zlatan Ibrahimovic fieq mill-virus. Iżjed każijiet mill-kampjonat Taljan huma Koray Gunter u Antonin Barak ta' Hellas Verona, filwaqt li Udinese ħabbru ukoll każ imma ma kienx plejer. Barak instab pożittiv waqt l-impenji tiegħu mar-Republika Ċeka, fejn lagħab ukoll il-partita kontra Ċipru nhar l-Erbgħa li għadda. Il-plejer ta' Liverpool Naby Keita wkoll instab pożittiv waqt li jinsab mat-tim nazzjonali tal-Guinea. It-tim tal-Irlanda sabu plejers pożittiv ftit siegħat qabel il-partita kontra Wales. Dan sforża erba' plejers oħra li kellhom kuntatt dirett ma' dan il-plejer biex imorru f'iżolament u ma jieħdux sehem fil-logħba. Nir Bitton tal-Iżrael u ta' Celtic ukoll instab pożittiv. Fuq aħbarijiet oħra, Marcus Rashford ta' Manchester United ingħata l-MBE award mingħand ir-reġina tal-Ingilterra għas-serviżż tiegħu mat-tfal vulnerabbli fl-Ingilterra waqt il-pandemija tal-coronavirus. Hu assigura li t-tfal jirċievu ikel b'xejn tul is-sajf kollu.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/23/awstralja-arresti-bkonnessjoni-mal-abbuz-tat-tfal/
Awstralja: Arresti b'konnessjoni mal-abbuż tat-tfal
netnews.com.mt
Il-Pulizija tal-Awstralja arrestat talanqas 44 raġel madwar il-pajjiż fuq suspett ta' pussess u 'il-produzzjoni' ta' materjal relatat mal-abbuż tat-tfal. Kelliema għall-Pulizija federali qalu li, grazzi għal dan il-proċess, talanqas sittax-il tifel u tifla, issa, 'twarrbu mill-periklu'. Dan meta l-irġiel arrestati ( kollha bejn id-19 u l-57 sena) saru fl-Istati kollha tal-Awstralja. L-arresti, fil-fatt, segwew investigazzjoni ta' sena dwar l-iskambju, online , ta' ritratti, filmati u materjal ieħor relatat ma' dan l-abbuż. Intant, il-pulizija preżentaw total ta' 350 akkuża relatati mal-pussess u produzzjoni ta' materjal li jisfrutta lit-tfal bl-aktar mod degradanti u inaċċettabbli. Fil-fatt, il-pulizija federali fissru l-materjal li qabdu bħala 'l-aktar xokkanti u kundannabbli' li huma qatt kellhom jikkonfrontaw. Dan meta investigazzjonijiet bħal dawn, is-soltu, jinvolvu 'ġlieda mal-ħin' biex it-tfal ma jispiċċawx vittmi ta' network ta' persuni mill-aktar perikolużi. Mijiet ta' pulizija u 'speċjalisti' oħra ikkollaboraw fl-azzjoni biex jinqabdu l-kriminali responsabbli, bl-arresti jsiru fl-Istati ta' Victoria, Queensland, South Australia, New South Wales, Western Australia, Tasmania u l-Australian Capital Territory.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/23/nigerja-is-sitwazzjoni-flagos-tikkwieta-izda-ma-naqsitx-il-klima-tal-biza/
Niġerja: Is-sitwazzjoni f'Lagos tikkwieta, iżda ma naqsitx il-klima tal-biża
netnews.com.mt
Grupp ewlieni li kien strumentali fl-organizzazzjoni tal-protesti kontra l-brutalità tal-pulizija Niġerjana, fl-aħħar sigħat, ħeġġeġ biex in-nies jibqgħu f'darhom u ma joħorġux fit-toroq. Il-protesti ilhom ibaqbqu fin-Niġerja għal dawn l-aħħar ġimgħatejn u l-grupp 'Feminist Coalition' – filwaqt li ħareġ b'dan il-messaġġ – wissa wkoll biex in-nies 'jobdu u jirrispettaw' il-curfews li qed ikunu implimentati fl-Istati rispettivi tal-pajjiż. Sadanittant, it-toroq ta' Lagos – l-akbar belt tan-Niġerja – dehru kwieti fl-aħħar sigħat, iżda hemmhekk irrenjat xorta 'klima u atmosfera ta' biża'. Il-belt ta' Lagos, f'dawn il-jiem, kienet l-aktar zona taħraq tal-protesti fil-pajjiż. Intant, il-President Niġerjan, Muhammadu Buhari, waqt diskors fuq it-televiżjoni, sejjaħ għat-tmiem tad-dimostrazzjonijiet wara jumejn ta' vjolenza fejn il-folol taw in-nar lill-bini, attakkaw il-kumplessi ta' ħabs u serqu mill-kumplessi kummerċjali f'Lagos u bnadi oħra. L-inċidenti segwew l-isparaturi tat-Tlieta mill-qawwiet tas-sigurtà fuq id-dimostranti f'Lagos – u meta l-grupp Amnesty International sostna li, fl-isparaturi, inqatlu talanqas 12-il persuna. Kelliema għall-Armata tan-Niġerja, fl-istess ħin, baqgħu jiċħdu s-sehem tal-militar fid-dmija. Il-protesti kienu bdew fis-7 ta' Ottubru, fejn folol kbar ta' Niġerjani, fil-parti kbira żgħażagħ, insistew għax-xoljiment ta' taqsima tal-pulizija speċjali magħrufa bħala s-Special Anti-Robbery Squad (Sars). U filwaqt li l-President Buhari qal li din l-iskwadra, illum, 'mgħadhiex teżisti', il-protesti xorta komplew fl-aħħar jiem u meta n-nies, issa, qed jinsistu bid-domandi għal riformi akbar fil-mod kif qed titmexxa n-Niġerja.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/23/tasal-l-ewwel-telfa-ta-aston-villa/
Tasal l-ewwel telfa ta' Aston Villa
netnews.com.mt
Tliet gowls ta' Patrick Bamford wasslu għall-ewwel telfa ta' Aston Villa meta f'Villa Park sfaw megħluba 3-0 minn Leeds United. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta Leeds fetħu l-iskor fl-53 minuta meta Martinez salva parzjalment konklużjoni ta' Rodrigo, b'PATRICK BAMFORD ikun l-ewwel fuq il-ballun biex xeħet ġewwa mill-viċin. It-tim ta' Marcelo Bielsa rdoppja fis-66 minuta meta reġa' kien BAMFORD li b'konklużjoni min barra l-kaxxa ma' ta l-ebda ċans lil Martinez. BAMFORD għaqqad il-hatrick fit-73 minuta b'konklużjoni fir-rokna tax-xibka. PREMIER LEAGUE Illum : Aston Villa v Leeds 0-3 Għada : West Ham v Man City 1.30pm, Fulham v C. Palace 4.00pm, Man Utd v Chelsea 6.30pm, Liverpool v Sheff. Utd 9.00pm Il-Ħadd : Southampton v Everton 4.00pm, Wolves v Newcastle 6.30pm, Arsenal v Leicester 9.15pm It-Tnejn : Brighton v WBA 6.30pm, Burnley v Tottenham 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/21/tmien-xhur-habs-wara-li-fera-hafif-lill-eks-siehba-tieghu/
Tmien xhur ħabs wara li fera ħafif lill-eks sieħba tiegħu
netnews.com.mt
Sylvester Grech ta' 33 sena ġie kkundannat tmien xhur ħabs wara li nstab ħati li kkaġuna ġrieħ ħfief fuql-eks sieħba tiegħu. Grech instab ħati mill-Maġistrat Joe Mifsud li kkaġuna nefħa mad-dawra tal-għajn tax-xellug tal-vittma. Il-Qorti ma sabitx lil Grech ħati li ħoloq biża' lill-vittma u li kienet se tintuża vjolenza kontriha. Il-każ seħħ fis-6 ta' Jannar tas-sena l-oħra bil-Qorti tordna wkoll li tinħareġ ordni ta' protezzjoni fil-konfront tal-vittma. It-tabib li kien ra lill-vittma fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta qal li l-mara allegat kienet qalghet daqqiet ta' ponn f'wiccha . Huwa spjega li l-grieħi kien ikklassifikahom bħala ħfief għax ma kienx hemm kumplikazzjonijiet. Il-vittma fix-xhieda tagħha qalet li fis-6 ta' Jannar 2019 kienet id-dar isajjar. Kienet hi u l-imputat peress li kellhom relazzjoni u kienu jgħixu flimkien. F'ħin qalet lil Grech li l-ġiżirana tagħha li kellha valur sentimentali u ma setgħetx issibha u bdiet twaħħal fih li kien ħadha hu. Hija sostniet li imbaghad Sylvester Grech beda jagħtiha bil-ponn. Il-ġlieda damet għaddejja madwar tlett kwarti sakemm imbagħad bdiet tgħajjat għall-għajjut. Ix-xhud kompliet tispjega li f'ħin minnhom hija ippruvat tieħu sikkina mill-kċina biex tbeżża' lill-imputat biha iżda imbagħad din hija telqitha minn idha għal fuq il-mejda. F'ħin minnhom waslu l-Pulizija u fetħilhom l-imputat. Qalet li kienet marret biex jarawha l-Pulizija. Pero ma saqsewhiex fuq id-daqqiet. Qalulha biss li kienu qegħdin jagħmlu l-istorbju. L-għada marret il-klinika tal-Mosta u eventwalment għamlet rapport fl-Għassa taż-Żurrieq. Qalet li dan ma kienx l-ewwel inċident ta' bejniethom. Kien hemm diversi drabi fejn hija ġiet mhedda. Hija ippreżentat ukoll numru ta' 'voice clips' mimlijin theddid. Xehed ukoll l-Ispettur Roderick Attard li huwa kellem l-ewwel darba lill-vittma jumejn wara li seħħ il-każ fejn innota li kellha 'black eye'. Hija qaltlu li kienu marru erba' Pulizija d-dar tagħhom u kemm l-imputat kif wkoll hi kienu qalulhom li kien kollox sew. Mistoqsija għalfejn kienet wieġbet hekk lill-Pulizija, qaltilhom li kienet qed tibża. L-Ispettur minn hemm ghadda biex arresta lill-imputat. Sylvester Grech qal li dak inhar mar ġabar lis-sieħba tiegħu mix-xogħol għall-ħabta tal-10pm. Waslu d-dar, hħreg bil-kelba u x'ħin dahal lura hi akkużatu li kien serqilha l-ġiħirana. Qaltlu li jekk ma kienx seraqilha hu, kien ħadilha ibnu. Hu ċempel lil ibnu biex jivverifika jekk kienx ra l-giżirana. Izda hu wieġbu li le. Kompla li kien se jidħol fil-kamra tas-sodda u fil-pront hija ġibdet il-kexxun u ħarġet sikkina. Bdiet tgħidlu li jew se jagħtiha l-gizirana jew inkella kienu se jispiċċaw ħażin. Hu qabadha minn idha u hija telqet is-sikkina. L-argument kompla u f'ħin minnhom spiċċaw fuq xuxlin u hija daħlitlu zewgt idwiefer taħt għajnejh. Hu pprova jiddefendi lilu inniffsu. Minn hemm huwa ħareġ 'l barra mid-dar fi sforz sabiex jikkalmaw l-affarijiet. Huwa daħal lura u ftit wara waslu l-Pulizija. Hi ma riditx tmur tiftħilhom u għalhekkk mar hu. It-tnejn ikkonfermaw mal-Pulizija li kien kollox sew. L-għada filgħodu qamet bħal li kieku ma kien ġara xejn u skużat ruħha miegħu. Qaltlu li dak li ġara kien sforz tal-ansjetà li kienet tbati minnha. Huwa ċaħad li kien għamel nofs siegħa jagħtiha d-daqqiet. Qal li lanqas ma seta' kieku ried peress li jbati b'qalbu u l-ażma. Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li l-piena m'għandiex isservi bħala xi forma ta' vendikazzjoni tas-soċjetà fil-konfront tal-ħati. Il-piena għandha diversi skopijiet fosthom biex jiġi mħares it-tessut soċjali li jkun ġie mċarrat bil-għemil kriminali ta' dak li jkun. Fost affarijiet oħra, hemm ukoll ir-riforma tal-istess ħati. Skop iehor tal-piena huwa li tiġi protetta s-soċjetà. Iċ-ċirkostanzi ta' kull każ huma partikolari għal dak il-każ u normalment ivarjaw radikalment miċ-ċirkostanzi ta' kull każ ieħor. Qatt m'hu permess li argumenti bejn persuni li jkunu jinsabu f'relazzjoni jispiċċaw b'waħda mill-partijiet issofri ġriehi. Il-Qrati ma jistgħux jibqgħu ċassi għal dawn l-abbużi u għandhom joffru protezzjoni lill-vittmi. Għall-akkużat deheru l-Avukati Arthur Azzopardi u Alfred Abela filwaqt li l-Avukati Frtanco Debono u Amadeus Cachia deheru għan-nom tal-vittma.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/22/grosjean-u-magnussen-se-jhallu-lil-haas-fi-tmiem-l-istagun/
Grosjean u Magnussen se jħallu lil Haas fi tmiem l-istaġun
netnews.com.mt
Haas ħabbru li s-sewwieqa tagħhom Romain Grosjean u Kevin Magnussen se jkunu qed iħallu lit-tim fi tmiem l-istaġun. Dan huwa d-disa' staġun ta' Grosjean fil-Formula 1 u ssieħeb ma' Haas fl-2016. Magnussen minn naħa tiegħu għamel id-debutt tiegħu fil-Formula 1 fl-2014 ma' McLaren u ssieħeb ma' Haas fl-2015 fejn flimkien ma' Grosjean irnexxielhom jiksbu l-ħames post fil-klassfika tal-kostrutturi fl-2018. Għad irid ikun magħruf minn se jieħu post dawn iż-żewġ sewwieqa fl-istaġun li ġej u ma min se jkunu qed isuqu dawn is-sewwieqa bil-probabilità tkun li wieħed minn dawn is-sewwieqa jispiċċa mingħajr tim fl-istaġun li jmiss.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/21/roberta-metsola-nominata-ghall-vici-presidenza-tal-parlament-ewropew/
Roberta Metsola nominata għall-Viċi Presidenza tal-Parlament Ewropew
netnews.com.mt
Il-Partit Popolari Ewropew innomina lill-MEP Maltija Roberta Metsola għall-irwol ta' Viċi President fil-Parlament Ewropew. F'messaġġ fuq il-media soċjali, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li Roberta Metsola ġiet nominata għall-pożizzjoni influwenti tal-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew – b'riżultat ta' 65%. "Huwa ta' unur kbir għal pajjiżna u għall-Partit Nazzjonalista li mara minn Malta u Għawdex kisbet din il-fiduċja mill-akbar Grupp fil-Parlament Ewropew. Din hi kisba storika – aħna kburin bik. Malta kburija bik", stqarr Bernard Grech.
[ 3 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/21/tripletta-ta-degabriele-ddawwar-telfa-frebha/
Tripletta ta' Degabriele ddawwar telfa f'rebħa
netnews.com.mt
Andrea Coleiro MOSTA………………..2 HIBERNIANS……….3 Mosta: S. Bitseki, E. Ememe, J. Bezzina (73 M. Attard), D. Bonnici (63 Spiteri), C. Failla, T. Farrugia, M. Muchardi, R. Morisco, B. Kaljevic, K. Tulimieri (73 Z. Brincat), R. Ekani Hibernians: M. Calleja, F. Apap, L. Da Silva, J. Grech, J. Degabriele, B. Kristensen, D. Vella, G. Izquier, S. Shola, A. Aguis, W. Teixeira Imwissija : R. Morisco 10′ (M), S. Shodiya 12′ (H), B. Kristensen 49′ (H), A. Spiteri 78′ (M), F. Apap 78′ (H) Skorjaw: B. Kaljevic 7′ (M), J. Degabriele 15′ (H), B. Kaljevic 43′ (M), J. Degabriele 44′ (H),J. Degabriele 69′ (H) Referee: G. Tonna Assistent Referee: E. Spiteri, D. Stankovic Hibernians ħarġu rebbieħa fil-konfronta ma' Mosta permezz ta' tripletta ta' Jurgen Degabriele fis-Centenary Stadium. Mosta fetħu l-iskor wara biss sitt minuti, meta wara żball fid-difiża ta' Hibernians, kien Bojan KALJEVIC li nterċetta l-ballun u b'xutt b'saħħtu minn barra l-kaxxa għeleb Calleja Cremona. Żewġ minuti wara, u Hibernians ingħataw penalty. Dan wara korner ta' Hibernians ħabat ma' id wieħed mid-difensuri ta' Mosta, b'Jake Grech inkariga ruħu mill-11-il metru iżda x-xutt ħabat mal-wieqfa. Fil-kwarta logħob, Hibernians skorjaw il-gowl tad-dro. Attakk minn fuq il-lemin ra l-kross ta' Grech jasal għand Jose Texeira li bir-ras niżżel lil DEGABRIELE u minn taħt il-lasta ma żbaljax. Mosta reġaw marru fil-vantaġġ ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Kienu Hibernians li għal darb'oħra żbaljaw fuq wara b'pass ħażin ta' Grech, b'KALJEVIC intervjena u waħdu mal-gowlkiper għamel id-doppjetta. Risposta immedjata ta' Hibernians qabel il-mistrieħ. Kien Grech li tefa' kross preċiż fil-kaxxa b'DEGABRIELE f'pożizzjoni komda tefa' faċilment fix-xibka. Fil-51 minuta, Hibernians marru viċin għal gowl wara li rabuxxata ta' Andre Aguis ġiet milqugħa minn Yves Moto. Fid-69 minuta, Hibernians marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ. Pass preċiż ta' Dunstan Vella bejn id-difiża ta' Mosta ġab lil DEGABRIELE waħdu li b'xutt tajjeb ikkonkluda u għaqqad it-tripletta Kwarta qabel tmiem il-partita, xutt minn barra ta' Andrei Spiteri ta' Mosta kien dgħajjef bil-ballun wasal għand Tyrone Farrugia u bid-dawra kkonkluda, iżda l-linesman immarkaħ f'pożizzjoni rregolari. Zachary Brincat mar viċin li jġib id-dro għal Mosta, wara li xutt minn barra ġie devjat, bil-gowlkiper Calleja Cremona nqabad barra iżda xorta waħda salva tajjeb.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/21/floriana-jirritornaw-ghar-rebh-4/
Floriana jirritornaw għar-rebħ
netnews.com.mt
Duncan Sultana, Mitchell Scerri Floriana irritornaw għar-rebħ b'gowl uniku ta' Fonseca wara seba' minuti logħob. Minkejja li Senglea ħarġu bla punti minn din il-partita, żgur li kien ħaqqhom aħjar hekk kif għal ħinijiet twal kienu huma l-aqwa tim fil-grawnd. Kmieni fil-partita, Floriana marru fil-vantaġġ fl-ewwel azzjoni tagħhom meta Venancio qassam fit-tul lil THIAGO FONSECA li kkontrolla tajjeb u kkonkluda biex fetaħ l-iskor. Ftit wara, Floriana kienu viċin li jagħmluhom tnejn meta minn free kick dirett minn distanza notevoli ta' Venancio kien stampat mal-wieqfa. Man-nofsiegħa logħob, xutt devjat ta' Atkinson minn tarf il-kaxxa għadda viċin tal-lasti ta' Spiteri. Senglea baqgħu jippruvaw u żewġ minuti wara kross tajjeb mix-xellug ta' Cassar sab lil Atkinson li minn quddiem il-lasta tefa' barra. Fil-bidu tat-tieni taqsima, Gomes irċieva fil-kaxxa u x-xutt tiegħu kien salvat f'żewġ tentattivi minn Spiteri. Mas-siegħa logħob Atkinson ħarab bil-kontra attakk u qassam lejn Riascos, b'dan tal-aħħar jixxutja kompletament ħażin. Tmien minuti wara, Floriana reġgħu pruvaw permezz ta' free kick ta' Venancio, iżda spiċċa salvat faċilment minn Farruġia. Fit-72 minuta, Dias qabeż diversi plejers fuq il-lemin, iżda quddiem il-gowler żbalja milli jsib isib ix-xibka. Fl-aħħar ħames minuti tal-partita', Antkinson b'ġirja veloċi qabeż lil Spiteri, bix-xutt tiegħu lejn lasta vojta kien maqlugħ minn fuq il-linja minn Camenzuli.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/27/erba-immigranti-mixlija-li-harbu-minn-centri-ta-detenzjoni/
Erba' immigranti mixlija li ħarbu minn ċentri ta' detenzjoni
netnews.com.mt
rba' immigranti li nhar il-Ħadd ġew arrestati mill-Pulizija wieġbu mhux ħatja li ħarbu miċ-ċentri ta' detenzjoni. Fi stqarrija l-Pulizija kienet qalet li wieħed mill-Alġerini u tliet irġiel Marokkini ġew intraċċati fil-Ħamrun għall-ħabta tas-2pm. Il-Pulizija tad-distrett tal-Belt Valletta u tal-Ħamrun, flimkien mar-Rapid Intervention Unit u l-Pulizija tal-Immigrazzjoni sabu lill-irġiel f'residenza fi Triq il-Kappillan Mifsud. L-irġiel telgħu fuq il-bjut tar-residenzi ġirien f'attentat biex jaħarbu minn fuq il-post, iżda nqabdu minnufih, qalet il-Prosekuzzjoni. L-erbgħa kollha ġew akkużati li ħarbu miċ-ċentri ta' akkoljenza, filwaqt li tnejn minnhom ġew akkużati wkoll li kisru l-paċi pubblika fil-Belt Valletta fl-24 ta' Ottubru. Huma wieġbu mhux ħatja, madankollu, ma talbux il-libertà proviżorja. Il-Qorti kienet preseduta mill-Maġistrat Marsanne Farrugia. L-Ispetturi Michael Vella u Doriette Cuschieri mexxew il-Prosekuzzjoni.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/01/lejn-l-elezzjoni-fl-istati-uniti-trump-u-biden-ihejju-biex-jikkonkludu-l-ahhar-impenji-qabel-il-vot/
Lejn l-elezzjoni fl-Istati Uniti: Trump u Biden jikkonkludu l-aħħar impenji qabel il-vot
netnews.com.mt
Il-President Repubblikan tal-Istati Uniti, Donald Trump u Joe Biden, il-kandidat tal-Partit Demokratiku li qed jisfidah għall-White House, komplew bl-aħħar fażi tal-kampanji rispettivi qabel il-vot importanti tat-Tlieta li jiddeċiedi min minnhom se jmexxi l-pajjiż għall-erba' snin li ġejjin. Donald Trump kien għaddej bil-programm elettorali tiegħu f'Pennsylvania waqt li Biden kien qed jagħmel l-istess f'Michigan. Dan meta ż-żewġ Stati, magħrufin bħala 'swing states', jistgħu jkunu kruċjali għar-riżultat finali tal-vot. Għalkemm Biden qed igawdi vantaġġ fuq Trump skont l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika fuq bażi nazzjonali, il-vantaġġ tiegħu fl-hekk-imsejħa 'swing states' huwa minimu u huma proprju dawn l-Istati li kapaċi jiddeċiedu l-elezzjoni. Il-President Trump, fl-aħħar sigħat, wiegħed li l-Amerikani għandhom jaraw 'mewġa kbira u ħamra' li tissimbolizza trijonf ieħor għar-Repubblikani. Mill-banda l-oħra, Joe Biden, li f'din il-fażi tal-kampanja kien qed jingħata appoġġ mingħand l-eks President Amerikan, Barack Obama, sostna li 'l-Istati Uniti issa xebgħet bil-kaos kollu li hu dovut għall-Gvern ta' Trump'. Biden u Obama kienu l-protagonisti ta' avveniment għad-Demokratiċi fi Flint, f'Michigan, qabel huma ivvjaġġjaw lejn Detroit fejn issieħeb magħhom il-magħruf kantant tal-mużika soul, Stevie Wonder. L-Istat ta' Michigan kien intrebaħ minn Trump waqt l-elezzjoni tal-2016 iżda Biden hu fiduċjuż li 'ir-rota daret favur il-partit tiegħu' f'dan l-Istat. Joe Biden, fl-aħħar sigħat, sostna li 'il-poplu Amerikan iddejjaq bl-espressjonijiet rabbjużi u l-fallimenti ta' Trump, kif ukoll bin-nuqqas tal-President li jaċċetta r-responsabbiltà għall-fallimenti tiegħu'. Intant, Donald Trump kellu sensiela ta' rallies f'Pennsylvania u, waqt diskors fi Newtown, qal li 'dan għandu jkun l-Istat li se jsalva l-ħolma tal-Amerikani kollha (b'referenza għal The American Dream)'. Hu, fl-aħħar sigħat, tkellem waqt rally f'Reading u meta kien qed jippjana li jkun preżenti għal għaxar rallies oħra għar-Repubblikani waqt l-aħħar jiem tal-kampanja. L-aħħar programm ta' impenji għal Trump jinkludi waqfien f'Michigan, Iowa, North Carolina, Georgia u Florida – bil-fażi finali tikkonkludi f'lejliet l-elezzjoni bi żjarat tal-Presdident f'North Carolina, Pennsylvania, Wisconsin u Michigan. 'Il fuq minn 85 miljun persuna vvutaw kmieni f'din l-elezzjoni – b'55 miljun jitfgħu l-voti tagħhom bil-posta. Dan fost sinjali li l-Istati Uniti se jkollha l-akbar konkorrenza għal elezzjoni Presidenzjali f'aktar minn 100 sena.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/31/konfront-delikat-ghal-milan/
Konfront delikat għal Milan
netnews.com.mt
Bejn illum u għada tintlagħab is-sitt ġurnata tas-Serie A fejn Milan barra minn darhom jilgħabu kontra Udinese f'partita li tista' tkun delikata għal Milan hekk kif għadhom mingħajr telfa dan l-istaġun filwaqt li Udinese jinsabu fin-naħa t'isfel tal-klassifika. Fi Stadio Olimpico Roma jilgħabu kontra Fiorentina f'partita bejn żewġ timijiet li jinsabu għaddejijien minn forma simili ta' xulxin, b'Roma jibdew xi ftit aktar favoriti hekk kif se jilgħabu f'darhom. Juventus se jkunu qed jittamaw li jirritornaw għar-rebħ meta jilgħabu kontra Speiza. Il-prestazzjonijiet tal-aħħar partiti ta' Juventus ma kienux dak mixtieqa u dan kien rifless fir-riżultati tagħhom. Inter se jkunu qed jilgħabu kontra Parma f'partita li Inter se jkunu qed ifittxu li jiksbu t-tliet punti minnha sabiex iżommu l-pass mat-timijiet li jinsabu fl-ewwel tliet postijiet tal-klassifika. Napoli se jkunu nvoluti f'konfront dirett kontra Sassuolo hekk kif iż-żewġ timijiet jinsabu jokkupaw t-tieni post bl-istess ammont ta' punti. SERIE A Illum : Crotone v Atalanta 3.00pm, Inter v Parma 6.00pm, Bologna v Cagliari 8.45pm Għada: Udinese v Milan 12.30pm, Spezia v Juventus 3.00pm, Torino v Lazio 3.00pm, Roma v Fiorentina 6.00pm, Napoli v Sassuolo 6.00pm, Sampdoria v Genoa 8.45pm It-Tnejn: Verona v Benevento 8.45pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/29/lockdown-fi-franza-u-l-germanja/
Lockdown fi Franza u l-Ġermanja
netnews.com.mt
Tnejn mill-ikbar ekonomiji tal-Ewropa se jkunu qed jerġgħu jdaħħlu xi forma ta' lockdown nazzjonali, hekk kif il-kontinent qed jiffaċċja żieda qawwija fil-każijiet u mwiet tal-COVID-19. Minn għada, iċ-ċittadini kollha ta' Franza se jitħallew joħorġu mid-dar biss għal xogħol essenzjali jew raġunijiet mediċi. Il-President Emmanuel Macron qal li l-pajjiż qed jirriskja li jkun "megħlub mit-tieni mewġa li bla dubju se tkun iktar iebsa mill-ewwel". Fi Franza, l-imwiet bil-Coronavirus huma fl-ogħla livell sa minn April li għadda fejn fl-aħħar aġġornament kienu kkonfermati 36,437 każ ġdid u 244 mewt. Il-Ġermanja wkoll qed timponi lockdown nazzjonali li huwa ftit inqas strett minn dak ta' Franza. Dawn jinkludu l-għeluq ta' ristoranti, bars u teatri. L-infezzjonijiet qed jiżdiedu drastikament madwar l-Ewropa, inkluż fir-Renju Unit li lbieraħ ħabbar 310 imwiet ġodda u 24,701 każ ġdid. Fl-Ingilterra, studju ġdid juri li kważi 100,000 persuna qed jieħdu l-virus kuljum. Issa bdiet ukoll issir pressjoni qawwija fuq il-Gvern ta' Boris Johnson biex jimponi xi tip ta' lockdown nazzjonali.
[ 1, 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/29/budget-bla-proposti-tangibbli-dwar-l-ugwaljanza-u-l-mara-fis-socjeta/
Budget bla proposti tanġibbli dwar l-ugwaljanza u l-mara fis-soċjetà
netnews.com.mt
Claudette Buttigieg, PN Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li dan kien budget bla proposti tanġiblbi dwar l-ugwaljanza u l-mara fis-soċjetà. Claudette Buttigieg qalet li dan huwa budget li qed jiġi diskuss fi żminijiet kważi surreali b'pandemija tal-COVID għal tmien xhur. Din il-pandemija, ħolqot inugwaljanzi kbar li se jkollhom effett dejjiemi; kisbiet fl-ugwaljanza ntilfu. Dawk il-persuni li kienu qed ibatu minn inugwaljanzi u diffikultajiet qabel il-COVID, illum qed jaraw li dawn l-inugwaljanzi żdiedu u mhux naqsu. Hi qalet li l-vjolenza domestika kompliet tgħolli rasha. In-nuqqas ta' xogħol, it-tnaqqis fid-dħul u l-miżuri tas-saħħa qed iwasslu biex persuni li jgħixu flimkien f'atmosfera ta' vjolenza qed ikollhom jiffċċjaw din ir-realtà bi ftit li xejn ċans li jaħarbu mis-sitwazzjoni u li jirrapurtaw l-abbuż. Koppji li għaddejin minn separazzjoni jew li sseparaw qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar. Qed iseħħu dejjem aktar b'każijiet ġenwini fejn il-persuna li suppost tmantni l-parti l-oħra u lill-ulied, mhux qed tlaħħaq minħabba tnaqqis fid-dħul. Mal-każijiet genwini żdied ukoll l-abbuż f'dan ir-rigward. L-istess qed iseħħ fejn tfal mhux qed jitħallew jaraw lill-genituri tagħhom kif kien miftiehem. Claudette Buttigieg qalet li fil- budget , fl-unika erba' sentenzi ddedikati għal dan is-suġġett, taħt it-titlu 'Ugwaljanza u Riformi' hemm żewġ sentenzi fuq il- w ork-life balance u sentenza fejn hemm xi inizjattivi imma meta tgħasar ma ssib xejn; l-ebda investiment. Il- budget ma fih xejn dwar bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, għall-Kummissjoni għad-Drittijiet Umani u l-Ugwaljanza, għal strateġija għall-ugwaljanza bejn is-sessi, għal Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali Kontra r-Razziżmu u l-Xenofobija, għal rappreżentanza ugwali fil-parlament u għal Ċentru għall-komunità LGBTIQ. Taħt other reforms hemm biss €130,000. Il-Gvern seta' ħadem fuq it- teleworking li mhux biss jgħin fis-sitwazzjoni tal-pandemija imma jista' jkollu effetti fit-tul; il-Prim Ministru fid-diskors tal- budget wera li lanqas biss jaf li din id-direttiva tneħħiet. Il-Ministru għal Għawdex lanqas jaf x'qed iseħħ meta t-teleworking jista' jintuza biex verament l-Għawdxin jaħdmu minn Għawdex. Din hija opportunità li naħdmu fuqha minħabba l-pandemija imma jekk naħdmu fuqha sew u b'għaqal tista' titkompla fit-tul. Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar il-benefiċċji tat- teleworking jew remote working anki wara wara l-pandemija Il- unions ewlenin tkellmu dwar il-kumpaniji, il-ħaddiema, id- deliverables ċari li joħolqu iktar fiduċja bejn min iħaddem u l-ħaddiema; it- teleworking m'huwiex kappriċċ. Skont stħarriġ tal-NSO it-teleworking minn 12% tela' għall-33%; u dan bla pjan imma issa tneħħiet id-direttiva u m'hemmx pjan biex terġa' tidħol. Fl-ugwaljanza ma daħlux l-inċentivi biex fis-settur privat il-mara jkollha preżenza aktar b'saħħitha u dinjituża u ma daħlux l-inċentivi biex titnaqqas il-Gender Pay Gap. Fit-8 ta' Marzu 2019, f'Jum il-Mara, il-Gvern ħareġ id-dokument ta' konsultazzjoni; Towards a Gender Equality Mainstreaming Framework. Faqar assolut f'termini ta' ideat, proposti u soluzzjonijiet. Claudette Buttigieg qalet li biex il-mara Maltija tkun verament laħqet il-milja tagħha u biex verament ikun hemm ugwaljanza vera bbażata fuq ir-rispett u l-valuri li sawwruna rridu nħossu li dan il-Gvern jagħti valur veru u ġenwin lill-mara; lil kull mara. Hi staqsiet x'sar minnha r-riforma fuq il-prostituzzjoni u traffikar tal-persuni. Fl-estimi hemm line item Prevention of Human Trafficking b'allokazzjoni ta' €300,000; tajjeb imma għaliex qed tinħeba r-riforma fuq il-prostituzzjoni? Għaliex qed jiġu njorati l-40 NGO u esperti li sena ilu ppreżentaw dokument mirqum u riċerkat sew fuq il-prostituzzjoni? Għaliex il-Gvern qed jisma' l-esperjenzi ta' prostituti barranin u mhux dawk Maltin jew li jaħdmu f'Malta? Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari marru jżuru Dar Hosea? Iltaqgħu man-nies li qed jaħdmu mal-vittmi l-aktar vulnerabbli tal-prostituzzjoni f'pajjiżna? staqsiet id-deputat Nazzjonalista Ikkummenta //= $special ?>
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/30/zewg-gowls-fl-ewwel-taqsima-bizejjed-ghal-wolves/
Żewġ gowls fl-ewwel taqsima biżejjed għal Wolves
netnews.com.mt
Fil-Molineux Stadium, Wolves għelbu lil Crystal Palace 2-0. Kien RAYAN AIT NOURI li fetaħ l-iskor wara 18-il minuta wara żball fid-difiża ta' Crystal Palace. DANIEL PODENCE rdoppja fis-27 minuta meta kkonkluda fuq cross ta' Pedro Neto. Crystal Palace temmew il-partita b'għaxar plejers meta Luka Milivojevic tkeċċa għal daħla kerha fuq Moutinho. Fil-partiti li għandna fi tmiem il-ġimgħa jispikka l-konfront ta' għada f'Old Trafford bejn Manchester United u Arsenal, konfront li se jkun importanti għaż-żewġ timijiet biex iżommu l-pass mat-timijiet fin-naħa ta' fuq tal-klassifika. Manchester United għadhom ġejjin minn rebħa kbira ta' 5-0 f'nofs il-ġimgħa fil-UEFA Champions League kontra RB Leipzig. Arsenal ukoll rebħu 3-0 fil-UEFA Europa League, kontra Dundlak. F'Anfield, Liverpool jilgħabu kontra West Ham United f'partita li tista' tkun diffiċli għat-tim imexxi minn Jurgen Klopp. Fl-aħħar partiti tagħhom West Ham urew titjieb fil-logħob u kisbu żewġ draws kontra Tottenham u kontra Manchester City. Livepool komplew fejn ħallew fl-istaġun li għadda u minkejja li l-prestazzjonijiet mhux dejjem qed ikunu tajbin xorta waħda jinsabu jaqsmu l-ewwel post ma' Everton. Chelsea jilgħabu kontra Burnley f'partita li t-tim ta' Frank Lampard se jkun qiegħed jittama li jirritorna għar-rebħ sabiex iżomm il-pass mat-timijiet li jinsabu fl-ewwel erba' postijiet tal-klassifika. PREMIER LEAGUE Illum : Wolves v C. Palace 2-0 Għada : Sheff. Utd v Man City 1.30pm, Burnley v Chelsea 4.00pm, Liverpool v West Ham 6.30pm Il-Ħadd : Aston Villa v Southampton 1.00pm, Newcastle v Everton 3.00pm, Man Utd v Arsenal 5.30pm, Tottenham v Brighton 8.15pm It-Tnejn : Fulham v WBA 6.30pm, Leeds v Leicester 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/28/tliet-kandidati-godda-ghas-sacerdozju-2/
Tliet kandidati ġodda għas-sacerdozju
netnews.com.mt
Tliet seminaristi fil-ħames sena ta' preparazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof, ser jitolbu lill-Arċisqof Charles Jude Scicluna biex jaċċettahom bħala kandidati għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir nhar il-Ħadd, 1 ta' Novembru 2020, waqt il-Quddiesa f'Jum il-Qaddisin Kollha fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:30 a.m. Ian Diacono mill-Parroċċa ta' Stella Maris, Tas-Sliema, Gylan Camilleri mill-Parroċċa ta' Sant'Anna, Wied il-Għajn, u Clive Seychell mill-Parroċċa ta' San Ġużepp, il-Kalkara, ser jistqarru pubblikament ir-rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill-Knisja biex iservu bħala saċerdoti. Filwaqt li jilqagħhom b'ferħ, Mons. Arċisqof, f'isem il-Knisja, ser ikun qed jitlobhom biexmatul is-snin li ġejjin ikomplu jħejju lilhom infushom bi preparazzjoni għall-Ordni Sagri. Il-komunità Nisranija hi mitluba żżomm f'talbha lil dawn it-tliet kandidati għas-saċerdozju. Kurja //= $special ?>
[ 13 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/27/nemmnu-li-l-bdoti-ghandhom-jinghataw-r-rikonoxximent-ghal-xogholhom-u-jkunu-partecipi-biex-l-air-malta-tissahhah/
Nemmnu li l-bdoti għandhom jingħataw ir-rikonoxximent għal xogħlhom u jkunu parteċipi biex l-Air Malta tissaħħaħ – PN
netnews.com.mt
"Aħna rridu li l-bdoti jkunu verament parteċipi biex l-Air Malta tibqa' tissaħħaħ u tingħataw ir-rikonomixximent għax-xogħol siewi li bħala bdoti tagħmlu biex ittajjru l-linja nazzjonali tagħna.", hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta ltaqa' ma' delegazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Bdoti ALPA. Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-linja nazzjonali tal-ajru tagħna hija strumenti u ferm importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna u għat-turiżmu. Għalhekk, il-PN jinteressah li jifhem dak li għaddejjin minnu l-bdoti u kif id-deċiżjonijiet ta' ristrutturar fl-Air Malta li ttieħdu mill-Gvern Laburista qegħdin jolqtu lilhom u lill-familji tagħhom. Il-President tal-ALPA Dominic Azzopardi spjega deċiżjonijiet fir-ristrutturar tal-Air Malta li laqtu direttament lill-bdoti u lill-familji tagħhom, u spjega kif f'Ġunju li għadda l-Air Malta keċċiet 69 bdot, li ġew infurmati biss b'komunikazzjonijiet li kienu qed jiġu ppubblikati matul il-lejl. Huwa qal li dawn il-bdoti mhux qegħdin jingħataw u lanqas jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Gvern, u meta huma wkoll għandhom commitments finanzjarji bħal ħaddiema oħrajn, l-membri stess tal-ALPA qegħdin jagħtuhom l-għajnuna li jistgħu. Matul il-laqgħa ntqal li l-bdoti kienu lesti li jaċċettaw tnaqqis fis-salarji sakemm dan il-piż jinġarr minn kulħadd, inkluż it-tmexxija tal-Air Malta, biex ma jitkeċċa ħadd u fi żmien meta l-ajruplani ma kienux qegħdin jittajjru. Intqal ukoll li l-ALPA kienet talbet li ssir laqgħa mal-Prim Ministru li ma baqgħet qatt ma saret. Dan meta llum kulħadd jirrikonoxxi li l-bdoti l-esperjenza u r-reputazzjoni tajba tal-bdoti Maltin. Għal din il-laqgħa, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien akkumpanjat mill-Viċi Kap tal-PN għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija Claudio Grech. Filwaqt li d-delegazzjoni tal-ALPA kienet immexxija mill-President Dominic Azzopardi.
[ 4 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/28/fuq-il-handover-li-nghatat-lili-minn-abdilla-nixtieq-bil-maghluq-l-ak-alexandra-mamo/
"Fuq il-'handover' li ngħata lili minn Abdilla nixtieq nixhed bil-magħluq" – l-Assistent Kummissarju Mamo
netnews.com.mt
"Dwar il-'handover' li ngħatajt mill-predeċessur tiegħi fit-Taqsima tar-Reati Finanzjarji Ian Abdilla nixtieq li nixhed bil-magħluq. Meta dħalt fil-pożizzjoni sibt xi xogħol li kien waqa lura". Dan ħareġ mix-xhieda ta' l-Assistent Kummissarju Alexandra Mamo fl-inkjesta pubblika ta' Daphne Caruana Galizia wara mistoqsija li saret mill-Bord preseduta mill-Imħallef Emeritus Michael Mallia, l-eks Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro. Sadanittant qalet li x-xogħol huwa wieħed kbir li daħlet għalih u li fost oħrajn infetħu għadd ta' investigazzjonijiet kriminali miċ-chats ta' Yorgen Fenech, qalet Mamo lill-Bord. L-Avukat Therese Comodini Cachia staqsiet jekk dawn il-provi u l-investigazzjonijiet li qed isiru issa setgħux isiru b'mod parallel mal-inkjesta tal-maġistrat jew kellhomx jistennew li tintemm l-inkjesta. Mamo qalet li anke fuq dan xtaqet li tixhed mil-magħluq. Mamo saħqet li jridu jagħmlu sforz biex sal-aħħar ta' Novembru jkunu analizzaw u evalwaw informazzjoni voluminua li għandhom f'idejhom il-Europol. Din id-data hija sabiex il-Europol jiġu jesebixxu din l-informazzjoni fil-proċeduri kontra Yorgen Fenech. Hija qalet li din l-informazzjoni għandha tkun waħda utli għall-istess Bord ta' Inkjesta. Meta bdiet tagħti x-xhieda tagħha bil-magħluq u l-ġurnalisti u l-membri tal-pubbliku ntlabu joħorġu l-barra, ftit wara l-istess ġurnalisti ntalbu jerġgħu jidħlu u hawn tħallew jisimgħu lil Mamo tgħid li fl-4 ta' Awwissu hija xtaqet tiltaqa' mal-familja ta' Daphne Caruana Galizia, u li anke l-Kummissarju xtaq li ssir din il-laqgħa. F'din il-laqgħa li saret fosthom mat-tifel ta' Daphne, Matthew, qalet li nnutat li "his eyes spoke volumes." Tgħid li anke bħala sapport, tħossha fid-dover li titkellem miegħu fuq l-investigazzjonijiet. Qalet hawn li lill-vittma tagħtiha importanza kbira, billi temmen li l-familjari tal-vittma għandhom dritt ikunu jafu fhiex waslu l-investigazzjonijiet. Saħqet li fil-ġimgħat jew jiem li ġejjin, se terġa' ssejjaħ laqgħa mal-familja Caruana Galizia, speċjalment ma' iben Daphne, Matthew, bil-Kummissarju jaqbel perfettament ma' dan. Alexandra Mamo bdet ix-xhieda tagħha billi qalet li f'Ġunju li għadda Mamo kienet maħtura mill-Kummissarju Angelo Gafa bħala l-Kap fit-taqsima tar-Reati Finanzjarji (FCID) wara li kienet ħadet post Ian Abdilla. Fit-22 ta' Ġunju qalet li kien bagħat għaliha l-Kummissarju Gafa li bagħat għaliha. Gafà, ċemplilha biex jiltaqgħu l-għada. Qalilha li għandu l-fiduċja fiha biex tmexxi d-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji. Hija qalet li dak il-ħin ħassitha ixxukkjajta għax aktar familjari mad-dipartiment tal-familja, iżda qalet li hija żammet f'moħħha l-interess tal-Pulizija u ta' Malta u aċċettat il-proposta. Kompliet tgħid li kien f'Lulju li bdiet il-ħidma tagħha f'dan id-dipartiment. Għall-ewwel kienu stazzjonati l-Kwartieri Ġenerali imma fit-8 ta' Settembru mxew għal post ġdid f'Santa Venera fejn hemm id-dipartiment kollu taħt binja waħda. Id-dipartiment huwa maqsum f'żewġ skwadri maġġuri: il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, u l-iskwadra l-oħra fuq ir-reati ekonomiċi. Taħtha jaqgħu bejn 92 u 95 persuna u hawn tagħat dettalji konċiżi kif jaħdmu dawn l-iskwadra fejn jinkludu diversi Supretendent u Spetturi. Mistoqsija mill-Bord jekk hijiex kuntenta fejn jidħlu riżorsi, qalet li jkollok kemm ikollok qatt mhuwa biżżejjed. Qalet ukoll li hemm task force li taħdem mas-CID u l-Europol li qed jaħdmu fuq l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Mamo qalet li l-investigazzjonijiet jibdew minn rapporti tal-FIAU, u dan jinkludi wkoll ir-rappurtaġġ mill-midja. Dan hu l-ewwel livell. Imbagħad jiġu assenjati l-uffiċjali, skont il-livell tal-każ. Flimkien mal-Ispetturi u s-Supretendent janalizzaw ir-rapport – jaraw x'hemm bżonn isir biex tissaħħaħ l-evidenza. Jekk jaraw li jeħtieġ li ssir talba għall-informazzjoni, dan isir. Ġieli, wkoll joħorġu ordnijiet għal investigazzjoni, skont il-każ. Mamo qalet li dan huwa proċess li jieħu fit-tul. Wara li jinġabru l-provi kollha, il-pass li jmiss ikun li jintalab mandat t'arrest u ta' tfittxija, u jiġu interrogati l-persuni ta' interess. Wara ssir l-interrogazzjoni, u jekk ikun hemm biżżejjed provi, il-persuni jitressqu l-Qorti. Qalet li jekk ikollhom bżonn ikomplu jinvestigaw, il-persuni inkwistjoni jingħataw il-police bail. Mamo bdiet proċedura li kull nhar ta' Ħadd issir laqgħa ta' aġġornament fuq diversi każijiet maġġuri fuq il-progress li jkun sar fl-investigazzjonijiet, x'qegħdin jaħsbu l-investigaturi u aktar. Kompliet tgħid li jsiru laqgħat qabel, waqt u wara kull investigazzjoni. "Naddottaw il-"four eye rule" sabiex ma narax il-kwistjoni jien biss u nista' ngħid li għandna relazzjoni tajba ħafna mal-FIAU u mal-Avukat Ġenerali" kompliet tgħid ix-xhud. Saħqet li jiddiskutu fhiex waslet l-investigazzjoni, meta se jwettqu l-ħidma nfisha u meta se ssir l-interrogazzjoni. Mamo qalet li ma tafx jekk qabel bdiet hi, il-proċedura kinitx l-istess. Tgħid li meta bdiet hija sabet għexieren ta' investigazzjonijiet għaddejjin li kollha kienu attivi. Mamo qalet li sabet xi xogħol li waqa' b'lura. Kull investigazzjoni hi importanti, madankollu hi tat prijorità lil xi investigazzjonijiet, partikolarment li huma involuti fihom xi politiċi (PEPs). Qalet li lill-Kummissarju tal-Pulizija hija żżommu nfurmat b'dak kollu li qed jiġri. Fil-laqgħat tal-Ħadd, l-ispetturi investigattivi jibagħtulha email bil-progress li jkun sar fil-każ. Kien hawn li ġiet mistoqsija jekk Ian Abdilla tahiex handover, wieġbet fl-affermattiv, iżda qalet li xtaqet tkompli tagħti informazzjoni fuq dan fil-magħluq. Mistoqsija jekk Ian Abdilla kienx iżomm fajls Ian Abdilla, hija qalet li ma tafx. Mamo qalet ukoll li qegħdin jaħdmu ħinijiet twal fuq il-Moneyval. L-aktar Supretendent involut huwa Frank Tabone. Qed jgħinuha bil-ġbir ta' statistika, u għandhom laqgħat kontinwi mal-NCC. Jissottomettu wkoll ir-rapporti. Panama Papers bdew mir-rapporti li saru fil-ġurnali, fil-blogg ta' Daphne Caruana Galizia. Mistoqsija mill-Bord fuq il-Panama Papers li bdew mir-rapporti li saru fil-ġurnali, fil-blogg ta' Daphne Caruana Galizia, qalet li ma tistax tikkummenta fuq x'sar dak iż-żmien peress li ma kinitx involuta hi. Tista' tgħid kienx qed isir hekk taħt Ian Abdilla, imma fil-privat. Mamo tgħid li dwar dan il-każ, hija sabet kolli fi stadju ta' żewġ inkjesti maġisterjali. Waħda minnhom ingħalqet f'Settembru mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, li l-Pulizija għadhom għaddejjin jinvestigawha minn sbieħ filgħodu sat-tard bil-lejl. B'rabta ma' dan, fil-21 ta' Settembru talbu mandat t'arrest u tfittxija meta ġew arrestati u interrogati 4 persuni: Keith Schembri u tloet persuni minn Nexia BT. L-inkjesta l-oħra għadha għaddejja mill-Maġistrat Josette Demicoli, u tinsab fi stadju kruċjali. Dawn iż-żewġ inkjesti jissejjħu Operation Green. L-apparat elettroniku li ttieħed minn Yorgen Fenech għandhom kopja tiegħu u kull chat qed tiġi analizzata, evalwata, u jekk ikun opportun tinfetaħ investigazzjoni kriminali fil-konfront tal-persuna, persuni jew entità, qalet ix-xhud. Qed issir ukoll diskussjoni fuq dan mal-Kummissarju tal-Pulizija. Kompliet tgħid li fid-9 ta' Lulju laqqgħet lill-ispetturi, meta Mamo talbithom biex waqt l-investigazzjoni jżommu quddiemhom l-interess aħħari tal-Korp u l-ġuramenti li ħadu, mingħajr ma jħarsu lejn uċuħ. Qalet li għamlet dan biex jekk kien hemm xi ħadd li ma jħossux aktar komdu li jibqa' jagħmel parti mill-iskwadra, ikellimha sabiex jiġi trasferit. Laqgħa oħra saret fl-14 t'Ottubru ħasset il-ħtieġa li ssejjaħ laqgħa oħra. u dwar din il-laqgħa qalet li riedet ukoll tixhed fil-privat. Ix-xhud qalet li tinsab sodisfatta bix-xogħol li għaddej u qalet li kulħadd xammar il-kmiem mill-kbir saż-żgħir. Dwar l-informazzjoni li qed janalizzaw tal-Europol sostniet li hija waħda voluminuża. F'isem il-familja Caruana Galizia qegħdin jidhru l-Avukati Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi. Is-seduta li jmiss se ssir nhar il-Ġimgħa li ġej fid-9.30am, meta għandu jixhed l-eks Avukat Ġenerali, Peter Grech.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/31/best-of-morchies-u-cesar-du-buillon-jirbhu-l-finali-tal-gurnata/
Best Of Morchies u Cesar Du Buillon jirbħu l-finali tal-ġurnata
netnews.com.mt
Kenneth Vella L-aktar żewġ tiġrijiet importanti li saru lbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa waqt it-38 laqgħa tas-sena kienu żewġ finali fuq distanza qasira ta' 2140m. Dawn kienu l-finali tal-kampjonat Executive Security Services għal żwiemel tal-klassi Silver u l-Kampjonat Krafft għal dawk tal-klassi Bronze. Dawn intrebħu minn Best of Morchies u Cesar Du Buillon rispettivament. Il-laqgħa kienet tikkonsisti biss minn seba' tiġrijiet kollha tat-trott. Ħdax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Silver. Prinsen One (Mario Farrugia) kien l-aktar żiemel b'saħħtu wara l-bidu uffiċjali u fl-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Big Boss D'Ariane (Omar Cauchi) u Aimant (Noel Baldacchino). Iżda meta ż-żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali wasal fuq in-naħa ta' barra l-attakk ta' Best Of Morchies (Dylan Gatt) li ħa l-ħames rebħa tas-sena minn Aimant (Noel Baldacchino) u Prinsen One. Lajos Euro (Rodney Gatt) daħal fir-raba' pożizzjoni. Fi tmiem din il-finali, Giorgiana Lupo f'isem l-isponsors, ippremjat lil Clive Agius u Dylan Gatt, is-sid u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. Min naħa l-oħra fil-finali tal-klassi Bronze, M.T. Jewel (Marco Debono), li kienet għal ħafna ħin quddiem, ċediet kollox fid-dritta finali. Dan meta nqabżet minn Cesar Du Buillon (Rodney Gatt) li eventwalment qasam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Defi d'Havane (James Carabott). M.T Jewel kellha tikkuntenta bit-tielet post minn Cadumroc (Charles Degiorgio). Għal Cesar Du Buillon din kienet it-tielet rebħa tas-sena u t-tmintax-il waħda f'Malta. Numru kemmxejn impressjonanti. Is-Sur Shawn Pete Azzopardi, f'isem l-isponsors, ippremja fi tmiem il-finali lis-Sur Daniel Darmanin u lil Rodney Gatt, is-sid u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ, Dan fil-preżenza ta' Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club. Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier għal żwiemel Franċizi fuq distanza twila ta' 3140m. Din intrebħet minn Aufor De Mire misjuq minn Johann Axisa li akkwista l-ewwel rebħa f'pajjiżna wara li kien il-ħin kollu quddiem. Ir-riżultati kollha I Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Midnight Passion (N. Baldacchino) Ħin – 4.08.6" (1.19.2") 2. Likearollingstone (C. Vassallo) 3. Boko Won (S. Cassar) 4. Douglas (B. Hili) II Tiġrija . Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Baqualito Mag (C. Degiorgio) Ħin – 4.05" (1.18.1") 2. Chips De Bourgogne (P. Galea) 3. Amour De Jiel (D. Casha) 4. Cocktail Leman (K. Saliba) III Tiġrija . Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Ami (N. Baldacchino) Ħin – 4.02.9" (1.17.8") 2. Sangria Knight (P. Galea) 3. Amoy Des Dimes (M. Debono) 4. Tsunami (G. Farrugia) IV Tiġrija . Finali Kampjonat Krafft. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Cesar Du Buillon (R. Gatt) Ħin – 2.43.2" (1.16.3") 2. Defi d'Havane (J. Carabott) 3. M.T. Jewel (M. Debono) 4. Cadumroc (C. Degiorgio) V Tiġrija . Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Bello Du Tillet (R. Gatt) Ħin – 4.01.8" (1.16.8") 2. Uriako De Villiere (Sh. Portelli) 3. Prediction (M. Spiteri) 4. Badou (E. Bezzina) VI Tiġrija . Finali Kampjonat Executive Security Services. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Best Of Morchies (D. Gatt) Ħin – 2.42.3" (1.15.8") 2. Aimant (N. Baldacchino) 3. Prinsen One (M. Farrugia) 4. Lajos Euro (R. Gatt) VII Tiġrija . Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Aufor De Mire (J. Axisa) Ħin – 4.04" (1.17.7") 2. Alors De Blemont (S. Cassar) 3. Atout De Montbrun (R. Gatt) 4. Vicomte d'Havane (K. Saliba) Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/28/covid-19-il-germanja-u-franza-resqin-lejn-il-lockdowns-godda-ghal-novembru/
Covid-19: Il-Ġermanja u Franza resqin lejn il-lockdowns ġodda għal Novembru
netnews.com.mt
Il-Ġermanja u Franza huma fost il-pajjiżi li qed iħejju għal fażi ta' lockdown ġdida għax-xahar ta' Novembru. Il-Ġermaniżi qed isegwu miżuri li jillimitaw b'mod aktar effettiv il-movimenti tal-pubbliku, waqt li l-Franċiżi qed jistennew lockdown li jibqa' validu għal erba' ġimgħat 'iżda li mgħandux ikun riġidu daqs il-lockdown tar-rebbiegħa.' Il-Kanċillier tal- Ġermanja , Angela Merkel qed tiddeċiedi – flimkien mal-Mexxejja tal-Istati Ġermaniżi – jekk għandhomx jingħalqu l-ħwienet tax-xorb, il-lukandi u ċ-ċentri tad-divertiment biex il-pajjiż jikkontrolla aħjar iż-żieda fl-infezzjonijiet. Intant, ma laħqux tħabbru d-dettalji tal-miżuri li qed jittieħdu fi Franza . L-infezzjonijiet bil-Covid-19 madwar l-Ewropa, issa, kważi laħqu l-livell allarmanti tal-ewwel mewġa, li laqtet aktar kmieni fis-sena. Intant, hu wkoll minnu li t-testijiet tan-nies saru aktar estensivi. Il-curfews ta' bil-lejl qed ikunu nfurzati f'numru ta' pajjiżi, iżda l-membri tal-Gvern Franċiż qegħdin jilmentaw li l-curfews li suppost jaffettwaw lil xi 46 miljuni 'naqsu milli jwaqqfu l-laqgħat soċjali'. Intant, il-Kunsill tad-Difiża u l-Kabinett fi Franza, fl-aħħar sigħat, kienu qed jiddeċiedu 'sa fejn għandu jasal' il-lockdown ta' erba' ġimgħat. Dan fost suġġerimenti li l-iskejjel se jkomplu bil-lezzjonijiet u li t-tfal ta' ċertu età u l-universitajiet se jkunu inkoraġġuti għall-eżerċizzji ta' studju online. Il-bidliet fi Franza, fil-fatt, jistgħu jibdew ikunu implimentati minn għada bil-lejl, wara li l-pajjiż irreġistra 523 mewta mill-Covid-19 għall-ġurnata tat-Tlieta – bi kważi nofs l-imwiet iseħħu fi djar għall-anzjani. Mill-banda l-oħra, il-Gvern tal-Ġermanja hu ħerqan li jwassal għal sitwazzjoni fejn il-familji u l-ħbieb jistgħu jiltaqgħu għal żmien il-Milied – iżda l-infezzjonijiet ta' kuljum f'dan il-pajjiż telgħu għal livell għoli ġdid (14,964 każ) b'85 mewta oħra jkunu konfermati fl-aħħar sigħat. L-iskejjel se jibqgħu miftuħin fil-Ġermanja, iżda t-turiżmu se jieqaf u għandhom jagħlqu s-swali taċ-ċinema, it-teatri u l-kumplessi tad-divertiment. It- tattoo u massage parlours se jagħlqu wkoll, iżda l-ħwienet tax-xagħar fil-pajjiż ingħataw il-permess biex jiftħu bħas soltu. L- Irlanda , il-ġimgħa l-oħra, imponiet il-miżuri iebsa bil-ħsieb li 'tirristawra ftit tan-normalità qabel il-Milied'. L- Italja , fl-aħħar jiem, għalqet il-kumplessi taċ-ċinema u l-gymnasiums f'tentattiv 'biex issalva l-Milied' u issa l-Gvern tar- Renju Unit jinsab taħt pressjoni biex jagħmel l-istess. L-awtoritajiet fir- Russja , issa, qegħdin iwissu dwar sitwazzjoni kritika fir-rigward tal-kapaċità għas-sodod tal-isptar f'sittax-il reġjun tal-pajjiż. Il-kriżi tal-Covid-19 issa tirrikjedi biex in-nies jilbsu l-maskri dejjem fil-postijiet pubbliċi ffullati madwar il-pajjiż. Sadanittant, il- Polonja ħabbret 18,820 każ ġdid ta' infezzjoni bil-coronavirus u 236 mewta. Dan waqt li Spanja kkonfermat 267 mewta oħra bl-infezzjoni għal ġurnata waħda u li hi l-ogħla ċifra ta' vittmi f'perjodu ta' 24 siegħa mill-1 ta' Mejju.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/30/ghaqdiet-jitolbu-l-qorti-thassar-il-ftehim-dwar-l-ahrax-u-l-mizieb/
Għaqdiet jitolbu l-Qorti tħassar il-ftehim dwar l-Aħrax u l-Miżieb
netnews.com.mt
Sitt għaqdiet ambjentali jixtiequ ppreżentaw rikors quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva sabiex jiġi annullat il-ftehim fuq l-Aħrax u l-Miżieb li sar bejn il-Gvern u l-FKNK. Żewġ kawżi separati iżda għall-istess għan ġew ippreżenati fit-Tribunal mill-Birdlife Malta, Moviment Graffitti, Din L-Art Helwa, Friends of the Earth (Malta), Flimkien Ghal Ambjent Ahjar u The Ramblers' Association of Malta. L-għaqdiet se jsostnu fil-Qorti li l-Awtorita' aġixxiet b'mod arbitrarju, xejn trasparenti, diskriminatorju u nieqes mir-raġonevolezza, u li wettqet numru kbir ta' żbalji proċedurali u li b'hekk aġixxiet lil'hinn mill-poter li tagħtiha l-Liġi. Il-konsiderazzjonijiet mhux xierqa u irrelevanti li użat l-Awtorità tal-Artijiet meta ħolqot dan il-ftehim u tat din il-konċessjoni sejrin jostakolaw it-tgawdija tal-kampanja mill-pubbliku għal biċċa l-kbira tas-sena, u dan sabiex jiġu akkomodati minoranza żġħira tal-membri tal-FKNK. Infatt l-għaqdiet qegħdin isostnu li l-liġi tal-Unjoni Ewropeja ġiet miksura meta l-Gvern ma għamel l-ebda' studju sabiex jiġi determinat u meqjus l-impatt ambjentali ta' din il-konċessjoni. Qegħdin isostnu ukoll li l-liġi tal-Unjoni Ewropeja ma ġietx segwita meta dan il-ftehim ġie negozjat b'mod sigriet, għaliex b'hekk il-pubbliku ma setax jipparteċipa fit-tfassil tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar ta' dawn iż-żewġ siti. L-għaqdiet jemmnu li l-fatt li din il-konċessjoni ingħatat għas-somma ridikola ta' €400, sabiex ftit kaċċaturi igawdu passatemp, sejjer jirriżulta f'kontribuzzjonijiet kbar mitlufa għall-Fond tal-Ambjent. Il-ftehim qiegħed jiġi kontestat ukoll għaliex dan jorbot lill-Ministru responsabbli mill-kaċċa li jimpjega numru ta' 'conservation officers' li sejrin ikunu taħt il-kmand tal-FKNK. Izda ladarba Ministru ma jitqiesx bħala uffiċjal pubbliku mill-liġijiet tal-pajjiż, dan ma jista' jimpjega b'mod dirett lil ħadd. L-għaqdiet qegħdin isostnu ukoll li dan il-ftehim jipprova inaqqar mill-protezzjonijiet li jeżistu għaż-żoni ta' demanju pubbliku u li l-ftehim jikser kemm il-Liġi tad-Demanju Pubbliku u kemm il-Protokoll għall-Immaniġġjar taż-Żoni Kostali. L-għaqdiet jixtiequ jikkonkludu billi iħeġġu lill-pubbliku jagħmel il-biċċa tiegħu u jappoġġja dawn l-isforzi billi jattendi id-dimostrazzjoni paċifika b'distanza soċjali li sejra ssir quddiem Kastilja, is-Sibt 31 ta' Ottubru fl-10:00am.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/30/sentenza-sospiza-wara-li-aggredew-persuna-fuq-vendetta-bejn-il-familji/
Sentenza sospiża wara li aggredew persuna fuq vendetta bejn il-familji
netnews.com.mt
Żewġ aħwa u ħabib tagħhom, li kienu għamlu rapport lill-Pulizija dwar raġel li kien qed jikser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ peress li kien għadu barra wara l-ħin permessibbli, ġew ikkundannati 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li aggredewh hekk kif il-Pulizija naqset milli tieħu azzjoni L-aħwa li jaħdmu għal rashom Michael u Daniel Pace, ta' 36 sena u 28 sena, u Adrian Tonna ta' 28 li jaħdem bħala electrician, kollha minn Birkirkara, nstabu ħatja mill-Maġistrat Nadine Lia li weġġgħu serjament lil Lineker David Micallef fi ġlieda li nqalgħet nhar it-Tlieta, 18 ta' Awwissu, 2015 fil-11.30pm. barra mid-dar tal-vittma. Il-vittma kien spiċċa wkoll b'żewġ sinniet imkissra. Dan kien każ ta' vendetta li ilha teżisti bejn il-familji Pace u Micallef. Michael Pace għandu tifel minn oħt Micallef u madwar ġimgħa qabel l-inċident, kien qed jiġi allegat mill-akkużati minn Micallef, fejn skont huma dan heeded lil Michael Pace. Dakinhar tal-inċidenti, l-imputati raw lil Mcallef idur fit-toroq, meta kienu jafu li kien barra bil-libertà proviżorja, u li kellu jkun id-dar sa ċertu ħin. Huma ċemplu lill-Pulizija biex jinfurmawhom dwaru, iżda aktar minn siegħa wara l-Pulizija kienu għadhom ma aġixxewx fuq ir-rapport tagħhom. Huma marru jistennewh barra r-residenza tiegħu biex jaraw f'liema ħin kien se jasal id-dar. Hekk kif wasal u kien se jidħol id-dar tiegħu, huma aggredewh billi tawh xeba'. Huma aggredewh waqt li mar jiftaħ il-bieb ta' barra tad-dar tiegħu. Bħala konsegwenza tax-xeba ġie ikkonstatat li kien qed issofri minn griehi gravi. Lineker Micallef ittieħed mill-Pulizija fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta peress li kellu ġrieħi viżibbli fejn kien anke' gie riferut l-Isptar ghal aktar testijiet. Huwa kellu żewġ 'black eye's u anke' daqqiet f'rasu. Il-Qorti semghet li kemm il-Prosekuzzjoni kif ukoll id-difiża li l-akkużati ma jimmeritawx piena ta' ħabs effettiva. Il-Qorti ħadet ukoll in konsiderazzjoni għall-fatt li l-vittma għażel li jaħfer lill-imputati. Madankollu l-Qorti qalet li ma jfissirx li l-imputati għandhom jigu eżonerati mir-reati li bihom gew akkużati jew li m'g]andhomx jerfg]u r-responsabbilitá legali ta' l-aġir tagħhom. "L-aġir tal-imputati għandu jitqies bħala riskju għas-soċjetà li jgħixu fiha u qatt m'għandu jinftiehem li maħfra tal-vittma twassal ghal xi amnestija", qalet ilqorti li kompliet billi saħqet li l-glieda li wasslet għall-ġrieħi in kwistjoni kienet waħda mibnija fuq kwistjonijiet ta' bejn il-partijiet, kważi kważi b'kapriċċ u minghajr ebda mottiv partikolari jew serju. Dan qed jinghad peress li minkejja li Michael Pace, bil-ġurament, jagħmel diversi allegazzjonijiet dwar il-'mottiv' tal-aġir tiegħu, huwa jonqos milli jressaq prova waħda. Il-fatt li wieħed mill-imputati għandu tifel mill-istess familja tal-vittma kellu, jekk xejn, iservi bhala raġuni aktar biex tkun imrażżna l-imġieba li wasslet għall-inċident, kompliet tgħid il-Qorti. L-aġir tal-imputati li nasbu persuna quddiem ir-residenza tiegħu, tawh xeba li ħallietu b'feriti gravi huwa inskużabbli u inaċċetabbli. Il-Qorti tqis li l-imputati qatt ma tgħallmu mill-passat – anzi, uzaw l-istess passat bħala l-mottiv għall-aġir taghhom fil-futur. Il-Qorti qalet li m'hi xejn konvinta mit-teżi tad-difiża li l-vittma ġab ix-xebgħa b'idejh. Bħal donnu qed jinghad li kien hemm provokazzjoni sal-punt li l-aġir tal-imputati ghandu jitqies skużabbli. Għall-kuntrarju, pero', jirriżulta b'mod ċar li dak in-nhar ta' l-inċident lanqas kien hemm ebda forma ta' kuntatt mal-vittma. Il-Qorti hija konvinta li l-inċident kien wiehed premeditat u maħsub bil-quddiem mill-imputati, u li, fil-mument li raw lil Lineker Micallef, fl-ebda ħin ma reġgħu lura mid-deċiżjoni tagħhom. Min-naha l-oħra il-Qorti ma tistax ma tqisx ukoll li l-imputati għandhom fedina penali kwaħi netta. Meta tressqu quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit hija kienet ordnathom jibqgħu 'l bogħod minn kull attività marbuta mal-festa ta' Birkirkara fi tmiem il-ġimgħa. L-Ispettur tal-Pulizija Luke Bonello mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għall-irġiel.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/29/rebhiet-ghal-arsenal-u-milan-tottenham-ifallu-fil-belgju/
Rebħiet għal Arsenal u Milan, Tottenham ifallu fil-Belġju
netnews.com.mt
Minn Grupp B Arsenal kisbu t-tieni rebħa minn daqstant partiti meta fl-Emirates Stadium għelbu lit-tim Irlandiż Dundalk 3-0. Arsenal fetħu l-iskor wara 42 minuta permezz ta' EDDIE NKETIAH b'konklużjoni mill-viċin wara konfużjoni fil-kaxxa. Żewġ minut wara JOE WILLOCK irdoppja b'xutt fis-saqaf tax-xibka. Minuta wara mill-ftuħ tat-tieni taqsima, NICOLAS PEPE għamilhom 3-0 b'konklużjoni għar-rokna minbarra l-kaxxa. Milan komplew bl-istaġun pożittiv tagħhom meta fi Stadio San Siro għelbu lil Sparta Prague 3-0 biex issa jinsabu jokkupaw l-ewwel post fi Grupp H. BRAHIM DIAZ fetaħ l-iskor fl-24 minuta b'konklużjoni mill-viċin. Zlatan Ibrahimovic kellu ċ-ċans li jirdoppja fis-36 minuta iżda permezz ta' penalty iżda ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-mimduda u jmur barra. It-tim ta' Stefano Pioli rdoppja fis-57 minuta permezz ta' RAFAEL LEAO biex għaxar minuti wara wara DIEGO DALOT għamilhom 3-0 b'xutt fil-baxx. Napoli kisbu rebħa importanti ta' 1-0 fi Spanja kontra Real Sociedad. Il-gowl deċiżiv għat-tim ta' Gennaro Gattuso wasal fit-tieni taqsima b'xutt mid-distanza li kien devjat għal wara Remiro. Fi Stadio Olimpico Roma temmew fi draw diżappuntati ta' 0-0 kontra CSKA –SOFIA. Fi Grupp G Leicester kisbu rebħa diffiċli ta' 2-1 kontra AEK Athens tal-Greċja. Leicester fetħu l-iskor wara 18 –il minuta permezz ta' penalty ta' JAMIE VARDY. HAMZA CHOUDHURY irdoppja fid-39 minuta b'konklużjoni mal-ewwel. Erba' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, MUAMER TANKOVIC naqqas l-iskor għal AEK b'xutt fil-baxx li għeleb lil Schmeichel. Tottenham sofrew telfa ta' 1-0 kontra t-tim Belġjan ta' Royal Antwerp. Il-gowl deċiżiv wasal fit-28 minuta meta minn kontrattakk veloċi kien LIOR REFAELOV li b'konklużjoni b'saħħitha għeleb għal kollox lil Hugo Lloris. Bayer Leverkusen tilfu 1-0 kontra Slavia Prague. Huma spiċċaw jilgħabu l-maġġoranza tal-partita b'għaxar plejers wara li wara 22 minuta tkeċċa Karim Bellarabi. Nicoale Stanciu falla penalty għal Slavia Prague fl-64 minuta biex PETER OLAYINKA skorja l-gowl deċiżiv fit-80 minuta. UEFA EUROPA LEAGUE Illum: Cluj v Young Boys 1-1, Roma v CSKA Sofia 0-0, Arsenal v Dundalk 3-0, Molde v Rapid Wien 1-0, Nice v H. Beer Sheva 1-0, Sl. Prague v B. L'kusen 1-0, Benfica v S. Liege 3-0, Rangers v L. Poznan 1-0, Granada v PAOK 0-0, O. Nicosia v PSV 1-2, AZ v Rijeka 4-1, R. Sociedad v Napoli 0-1, AEK v Leicester 1-2, Zorya v Braga 1-2, Milan v Sp. Prague 3-0, Lille v Celtic 2-2, Qarabag v Villarreal 1-3, Svissapor v M. Tel Avvi 1-2, LASK v Ludogorets 4-3, R. Antwerp v Tottenham 1-0, CSKA Moscow v D. Zagreb 0-0, Feynoord v Wolfsberger 1-4, C. Zvezda v S. Liberec 5-1, Gent v Hoffenheim 1-4 Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/30/imut-nobby-sties-rebbieh-tat-tazza-tad-dinja-fl-1966/
Imut Nobby Stiles, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-1966
netnews.com.mt
Tħabbret il-mewt ta' Nobby Stiles, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1966 mat-tim nazzjonali Ingliż fl-età ta' 78 sena. Stiles iġġieled battalja twila mal-kanċer kif ukoll kien qiegħed ibagħti mid-dimensja. Mat-tim nazzjonali Ingliż, Stiles lagħab 28 partita u kien strumentali fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-1966 meta kellu l-irwol li jimmaraka lill-istilla Portugiża Eusebio. Stiles kien ukoll eks-plejer ta' Manchester United fejn rebaħ żewġ kampjonati u l-European Cup f'karriera ta' 11-ilsena fejn lagħab aktar minn 400 partita għar-Red Devils. Wara li temm il-karriera bħala plejer, Stiles mexxa lil Preston u lil WBA. Fl-1989 hu kien ukoll kowċ fl-akkademja ta' Manchester United fejn għen fl-iżvilupp ta' plejer bħal Ryan Giggs u Gary Neville. Stiles huwa s-seba' plejer mit-tim nazzjonali Ingliż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1966.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/28/ma-ttiehdu-ebda-mizuri-wara-l-mewt-ta-miriam-pace/
Ma ttieħdu ebda miżuri wara l-mewt ta' Miriam Pace
netnews.com.mt
Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius sostna fil-parlament li l-pajjiż ma ħa l-ebda miżrua wara l-mewt ta' Miriam Pace, li mietet meta kkrollat id-dar tagħha kaġun ta' bini li kien qed isir biswit id-dar tagħha. Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, David Agius sellem lill-familjari ta' Miriam Pace li tilfet ħajjitha f'Santa Venera; il-parlament u l-pajjiż għadu am ta xejn ura għat-telfa li ġarrbet il-familja Pace. It-traġedja f'Santa Venera fejn mietet Miriam Pace Il-gvern għandu jassigura li din it-traġeja ma tgħaddix bal ma jkunu ittieħdu l-passi meħtieġa. Jeħtieġ issir anliżi fuq diversi postijiet tax-xogol biex jittieħdu l-azzjonijiet konkreti. Id-deputat Nazzjonalista qal li hu tajjeb li jsiru t-toroq ġodda iżda hemm problemi kbar għal ċertu familji u kunsilli lokali waqt il-kostruzzjoni. Hemm ukoll diffikultajiet kbar għall-ambjent u għalhekk jeħtieġ jinstab bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent. Jeħtieġ li l-partijiet kollha involuti biex l-isfreġji ambjentali li seħħu ma jergħux ikunu ripetuti. Xogħlijiet fis-Central Link f'Ħ'Attard Il-PN qed joffri sistema kif din il-ħsara ma tibqax issir, sostna David Agius, li kompla li kien hemm miżuri li setgħu jittiedu flok ittieħdu l-għelieqi fis-Central Link f'Ħ'Attard. Hu staqsa jekk dan il-proġett hux se jsir minħabba t-torrijiet li telgħin fiż-żona u min kellu jagħmel ti t-toroq fejn ikunu qed isiru t-torrijiet. David Agius staqsa wkoll jekk sarux l-istudji dwar is-sigurtà anki fl-isfond taċ-ċiklisti.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/29/3-persuni-jitilfu-hajjithom-fattakk-terroristiku-fnizza/
3 persuni jitilfu ħajjithom f'attakk terroristiku f'Nizza
netnews.com.mt
Tliet persuni tilfu ħajjithom f'attakk meqjus bħala wieħed terroristiku f'Nizza fi Franza. Rapporti barranin qed jgħidu li l-attakk seħħ qrib in-Notre Dame tal-Belt. Permezz ta' tweet is-Sindku ta' Nizza Christian Estrosi qal li dan kien attakk terroristiku, b'dak li wettaq l-attakk instema' jgħid "Allah u Akbar". Il-Ministru tal-Intern ta' Franza Gerald Darmanin qal li l-investigazzjonijiet min-naħa tal-pulizija għadhom għaddejjin. Aktar dettalji 'l quddiem.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/29/budget-bla-vizjoni-u-direzzjoni-fil-kultura/
Budget bla viżjoni u direzzjoni fil-kultura
netnews.com.mt
Therese Comodini Cachia, PN Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li ħadd ma jaf x'inhi l-viżjoni tal-gvern fis-setturi tal-wirt storiku u l-kultura u sostniet l l-gvern mhux jifhem it-tbatija li għaddejjin minnha l-persuni li jaqilħu l-għajxien tagħhom minn dawn is-setturi. Meta kienet qed titkellem fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, id-deputat Nazzjonalista qalet li minkejja dan, dawn il-persuni fis-settur tal-kultura għandhom impenn u ideat kif se jiffaċċjaw il-pandemija. Matul il-COVID dawn il-persuni qed ikollhom ifittxu xogħol ieħor; għalhekk dan il- budget kellu jinkludi viżjoni u direzzjoni għal dawn il-persuni. Fl-industrija tal-films hemm problema li bdew ġimgħat qabel il-pandemija u meta meta l-gvern beda jagħżel hu ma' liema kumpaniji jrid jaħdem u meta l-ministru tibqa' taħdmi l-ħidma tal-Kummissarju u r-rapporti ta' investigazzjoni li saru. Fl-2021 kellhom jitpoġġew il-pedamenti neċessarji fil-kreattivita u l-innovazzjoni biex dawn is-setturi joħorġu minn dan il-mewġ. Id-deputat Nazzjonalista qalet li m'hemmx pjan kif se jintuża l-fond allokat fil- budget u sostniet li l- policy l-ġdid adwar il-kultura kellha tkun pubblikata qabel il- budget biex ma jkunx hemm diżgwid bejn il- policy u l- budget . Hi qalet li għandu jkun hemm tmexxij qawwija f'dawn is-setturi, pjan ta' azzjoni dwar l-effetti tal-pandemija, budget bi pjan, fondi għal riċerka għal azzjonijiet ta' politika f'din il-pandemija, sostenn tax-xogħol u l-impjiegi, soluzzjonijiet u pjan ta' appoġġ u indirizz taċ-ċirkostanzi fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà. Therese Comodini Cachia tkellmet dwar l-importanza tal-investiment u inċentivi bejn setturi differenti biex jaħdu flimkien b'investiment fil- hubs kreattivi. Hi trattat ir-riġenerazzjoni urbani, it-trasparenza fl-infieq ta' fondi pubbliċi f'dawn is-setturi u politika li tixpruna lis-setturi kulturali għal soċjetà li tapprezza l-kreattività. Id-deputat Nazzjonalista pproponiet li jkun hemm protezzjoni tal-impjieg, investiment fi produzzjonijiet ġodda u t-tisħieħ tar-rwol tal-media. Jeħtieġ li t-talenti u r-riżorsi umani ma jintilfux, jeħtieġ investiment f'distruzzjoni ġdida biex il-produzzjonijiet jilħqu lill-udjenzi, għajnuna finanzjarja għal attivitajiet tal-udjenza u investiment fi produzzjonijiet ġodda. Dwar ir-rwol tal-media Therese Comodini Cachia qalet li dan għandu jissaħħaħ għaliex qed tkun il-media li bil-kuraġġ jiżevlaw l-informazzjoni korretta dwari l-pandemija u dwar dak li jkun qed iseħħ fil-pajjiż. Dawn huma pilastru kruċjali li jżomm lill-pajjiż minn xifer l-irdum. Hi pproponiet assistenza suppplimentari lill- media houses skont in-numru ta' impjegati, għotijiet għal taħriġ tal-ġurnalisti, għotijiet għal produzzjonijiet kulturali, it-twaqqif ta' fact-checking newsroom indipendenti li tassisti lill-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom Ikkummenta //= $special ?>
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/27/gowl-ta-son-kwarta-mit-tmiem-jaghti-rebha-lil-tottenham/
Gowl ta' Son kwarta mit-tmiem jagħti rebħa lil Tottenham
netnews.com.mt
Tottenham kisbu rebħa minima ta' 1-0 meta f'Turf Moor għelbu lil Burnley bil-gowl jasal kwarta mit-tmiem. Iż-żewġ timijiet ħolqu numru ta' opportunitajiet biex jiftħu l-iskor iżda kien HEUNG-MIN SON li minn cross ta' Harry Kane skorja l-gowl uniku tal-partita. Fl-AMEX Stadium Brighton u West Browmich Albion temmew fi draw ta' 1-1. Brighton marru fil-vantaġġ fl-40 minuta permezz ta' awto-gowl ta' JAKE LIVERMORE. It-tim ta' Slaven Bilic ġab id-draw seba' minuti mit-tmiem b'gowl skorjat minn KARLAN GRANT.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/27/habs-ghall-koppja-li-abbuzaw-mill-vulnerabbilta-ta-ragel-li-tahom-e46600/
Ħabs għall-koppja li abbużaw mill-vulnerabbiltà ta' raġel li tahom €46,600
netnews.com.mt
Koppja minn Marsaskala ġew ikkundannati ħames snin u nofs ħabs bejniethom wara li abbużaw minn persuna li kien vulnerabbli li tahom is-somma ta' €46,600 bl-intendiment li jiftħu negozju u jixtru post meta fil-fatt dan ma kienx il-każ. Saviour Camilleri kien spiċċa jgħix mal-koppja Joanne Ellul ta' 41 sena u Reno Azzopardi ta' 34 sena, li nstabu ħatja li qarrqu bih u li għamlu minn fuqu qliegħ illeċtu qabel Jannar tal-2007 fejn immisapproprjaw fondi għad-detriment tiegħu. Ellul marret sentejn u nofs ħabs filwaqt li s-sieħeb tagħha Azzopardi ġie kundannat tliet snin priġunerija. Il-koppja kellhom problema tad-droga bil-mara wkoll kienet ukoll tipprostitwixxi ruħu. Il-każ instema' quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia. Il-vittma qal fil-Qorti li sar jafhom wara li kien issepara mal-mara fejn ma kienx ħassu tajjeb u li dan kien għall-ħabta ta' Diċembru tal-2004. Wara ftit żviluppa relazzjoni ta' ħbieberija magħhom. Aktar ma għaddha żmien tant beda jafdahom li eventwalment kera hanut tal-pastizzi sabiex jaħdmu n-negozju huma waqt li hu jiffinanzja il-proġett. Dan sar fuq ftehim verbali. Ġara li fis-16 ta' Awwissu 2006, Reno Azzopardi talabu is-somma ta' LM1,746 (€4,065) mingħajr ma tah spjegazzjoni u r-raġuni għaliex riedhom u Camilleri ġibed u tah dawn il-flus fit-18 ta' Awwissu, 2006. Wara li gibed l-ammont oriġinali, Reno Azzopardi għal darb oħra talbu jiġbidlu LM4,500 oħra. Wara dan il-vittma sar jaf li Reno Azzopardi xtara mutur Kawasaki KBD623, karozza Rover convertable KAA053 kif wkoll Escort Mark1 JAO874. Fir-rigward tal-LM4,500 (€10,480) il-koppja ma tawhx raġuni għaliex rieduhom. Spjega x-xhud li kienu wkoll ikkonvinċewh li kienu se jixtru post bi sħab u li kellhom bżonn l-LM4,500 għall-konvenju u li l-post kien f'Raħal Ġdid ħdejn iċ-ċimeterju fi triq sekondarja, pero rriżutla li dan ma kienx minnu. Saviour Camilleri spjega li b'kollox ghaddielhom madwar LM20,000 (madwar €46,600) tul il-perjodu u dan wara diversi skużi differenti minn naħa tal-koppja. Spjega wkoll li kienu jżommulu l-karta tal-identità, u l-Cashlink tal-bank bl-iskuża li jekk iżommhom hu, x'aktarx jitlifhom. Qal li hu qatt ma kien talabhom il-flus lura pero wasal biex għamel rapport mal-Pulizija wara l-insistenza tal-familjari tiegħu. Sostna li wara sar jaf ukoll li l-imputati kellhom problemi bid-droga. Tenna wkoll li għandu l-kopji taċ-ċekkijiet li gew ukoll ippreżentati fil-Qorti. Huwa spjega li ma ħassux li seta' jgħix waħdu u għalhekk kien qiegħed jgħix magħhom u kienu wkoll isajjrulu. Qal li kien ukoll ħa 'loan' ta' €500 sabiex jixtri forn minħabba li qalulu li kellhom bżonnu. Tenna li kieku ma kienx għall-pressjoni ta' missieru, ħuh u l-qraba, ma kienx jiftah dawn il-proċeduri. Huwa saħaq ukoll li l-akkużati kienu fi qbil miegħu li hu jagħtihom il-flus biex jinxtara post u jgħixu lkoll flimkien biex ikunu jistgħu jduru bih, iżda minflok hekk, xtraw xi vetturi bil-flus mogħtija lilhom minnu. Il-Qorti qalet fis-sentenza tagħha li f'diversi okkażżjonijet, Saviour Camilleri kien jgħaddi l-flus lill-imputati wara talba li kienet issir lilu. Jekk eventwalment, dawn il-flus ma ġewx ritornati, dan ma kienx ifisser li hemm xi azzjoni kriminali minn naħa tal-koppja. Hawnhekk, ir-relazzjoni bejn il-protagonisti kellha tibqa waħda ta' dejn ċivili. U jekk kien hemm xi gideb minn naħa tagħhom – dawn weħidhom ma kienux biżżejjed biex javvera ruħu r-reat ta' frodi. Madankollu li huwa ċert li hemm okkażżjonijet oħra, fejn il-koppja, bil-komportament tagħhom u dan f'sens wiesgħa, ġew passabbli għar-reat ta' appropriazzjoni indebita. Meta l-imputati rċievew somom ta' flus mingħand Saviour Camilleri, bl-intendiment car li jintużaw għax-xiri ta' fond, iżda imbagħad użaw tali somom għax-xiri ta' xi ħaġa oħra, bħal vetturi – dan ix-xenarju hu wieħed li jindika car li l-akkużati gew li kisru l-Artikolu 293 tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta' Malta. Fis-sentenza tagħha l-Qorti kkunsidrat it-trapass taż-żmien, il-fatt li l-imputati kienu għaddejjin minn problemi soċjali kbar fejn it-tnejn kienu dipendenti fuq id-droga b'mod kritiku u li Joanne Ellul kienet ukoll maħkuma bil-problema tal-prostituzzjoni. Madankollu l-Qorti ma tistax tinsa li huma abbużaw serjament mill-vulnerabiltà ta' Saviour Camilleri; minghajr ma rrifondew xejn mill-flus li rnexxielhom jieħdulu, anki jekk il-Qorti temmen bis-sħiħ li huma qatt ma kienu f'qagħda tali li jistgħu jirrifondu lura dak li akkwistaw kontra l-liġi. Għall-dawn il-motivi l-Qorti kkundannat lil Joanne Ellul għall-piena tal-priġunerija ta' sentejn u nofs u lil Reno Azzopardi għall-priġunerija ta' tliet snin. Fil-piena inflitta fuq Reno Azzopardi l-Qorti ħadet in konsiderazzjoni li huwa kiser ordni tal-Qorti. L-Ispettur Maurice Curmi mexxa l-Prosekuzzjoni.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/26/il-provvista-tal-halib-lokali-frisk-fil-periklu-ghax-il-bdiewa-thallew-wahedhom-fil-pandemija/
Il-provvista tal-ħalib lokali frisk fil-periklu għax il-bdiewa tħallew waħedhom fil-pandemija
netnews.com.mt
Il-PN jappella għal kampanji promozzjonali biex jissaħħaħ il-konsum lokali Il-provvista tal-ħalib Malti frisk tinsab fil-periklu hekk kif il-bdiewa u l-produtturi tal-ħalib qed jaffaċċjaw l-ispejjeż ta' qabel il-COVID-19 iżda bil-bejgħ u l-konsum mit-turisti qed jonqos minħabba ż-żmien tal-COVID-19. Il-Partit Nazzjonalista, permezz ta' stqarrija ffirmata minn Edwin Vassallo, Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi u Peter Agius, Kelliem għall-PN, saħaq li bħala kwistjoni ta' interess nazzjonali u għas-sigurtà tal-ikel, irridu nappoġġjaw l-industrija tal-ħalib lokali billi ngħinu u nsaħħu l-konsum lokali u ninvestu f'mekkaniżmi ta' għajnuna għal din l-industrija sakemm is-suq jerġa' jasal għal-livelli ta' qabel il-pandemija. Kuntrarju għal dak li qed jgħid il-Gvern Laburista, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jistgħu jippromwovu l-konsum tal-prodotti u din hija ċċarata b'numru ta' deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li għandhom jiggwidaw lill-Gvern biex jidħlu fil-parametri tar-regoli Ewropej. Fil-każ tal-industrija tal-ħalib Maltija, filwaqt li jkun illegali li tippromwovi l-ħalib Malti bħala tali, m'hemm l-ebda projbizzjoni għal kampanji pubbliċi li jippromwovu l-kwalitajiet tal-prodotti tal-ħalib frisk mingħajr l-ebda konsiderazzjoni dwar l-oriġini nazzjonali tagħhom. F'dan ir-rigward wieħed irid jirrimarka li l-ħalib frisk Malti fih livelli b'saħħithom ħafna ta' omega-3 u calcium li huma ta' benefiċċju kbir kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Jekk jiġu enfasizzati kif suppost dawn il-kwalitajiet ewlenin flimkien mas-sostenibbiltà tal-produzzjoni u tas-suq joffru vantaġġ kompetittiv naturali għall-prodotti Maltin tal-ħalib. L-irziezet Maltin li jipproduċu l-ħalib għandhom rwol fundamentali fiż-żamma tal-kampanja tagħna peress li bejn wieħed u ieħor nofs l-art agrikola tintuża biex tipproduċi għalf għal aktar minn 6,000 baqra fl-irziezet tagħna. Allura, ttemm tgħid l-istqarrija, xeni tal-kampanja tagħna li jattiraw turisti u nies tal-post jiddependu parzjalment fuq l-appoġġ tagħna lill-produtturi tal-ħalib f'dawn iż-żminijiet tal-pandemija. ħalib partit nazzjonalista riskju //= $special ?>
[ 1, 4 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/28/covid-19-75-kazi-godda-ifiqu-74/
COVID-19: 75 każi ġodda – ifiqu 74
netnews.com.mt
Tissokta l-pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa ta' pajjiżna kawża tal-imxija insistenti tal-Covid-19 bl-aħħar tminnt ijiem jaraw żieda ta' 889. Dan wara li fuq il-paġna ta' Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 75 każ ġdid ta' Covid-19 bil-każi attivi jibqgħu dawk ta' 1,927. Minn Marzu s'issa t-total ta' każi pożittivi ta' Coronavirus jammonta għal 5,977. Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa fiequ 74 persuna sabiex it-total ta' persuni mfejqa żied għal 3,949. Skont kif maħruġ mill-Ministeru għas-Saħħa mill-107 każ mħabbar tul il-jum tat-Tlieta; 11 kienu qraba ta' persuni li ttestjaw pożittiv preċedentament, 4 każi minn fuq il-post tax-xogħol, 8 każi kellhom kuntatt dirett ma' persuni pożittivi, 6 każi minn attivitajiet soċjali u każ ieħor importat. Dan ifisser li 77 mill-każi mħabbra t-Tlieta, ma kellhomx idea minn fejn jew mingħand min setgħu ġew infettati. Dan filwaqt li l-vittmi ta' Covid-19 f'pajjiżna telgħu għal 56 wara li l-Erbgħa filgħodu ġie mħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa li mara ta' 89 sena tilfet ħajjitha kawża tal-virus. Il-mara kienet iddaħħlet l-Isptar Mater Dei ħamest ijiem ilu fejn dakinhar stess ittestjat pożittiva għall-Covid-19. Bħal ma hi drawwa fl-istqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa li ħabbret il-mewt tal-mara intqal ukoll li din l-aħħar vittma kienet tbati minn mard kroniku ieħor.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/28/id-digriet-dwar-l-abort-kompla-johloq-it-tensjoni-fil-polonja/
Id-digriet dwar l-abort kompla joħloq it-tensjoni fil-Polonja
netnews.com.mt
Numru kbir ta' nisa Pollakki ngħaqdu fi strajk biex jesprimu oppożizzjoni għal digriet tal-qorti li konvalida projbizzjoni kważi totali għall-abort f'dan il-pajjiż ta' maġġoranza Kattolika. L-azzjonijiet ikkaratterizzaw is-seba' jum konsekuttiv ta' dimostrazzjonijiet kontra d-deċiżjoni biex isiru 'illegali' il-proċessi għat-tmiem tat-tqala fuq bażi ta' difetti tas-saħħa serji. Intant, fil-Parlament ta' Varsavja seħħew il-konfronti bejn ir-rappreżentanti tal-Gvern u d-deputati tal-Oppożizzjoni li xejjru kartelluni b'messaġġi bħal 'Tal-Mistħija' u 'Din hija Gwerra'. Jaroslaw Kaczynski, il-Kap tal-Partit għal-Liġi u Ġustizzja, fil-Gvern, qal li d-deċiżjoni kontroversjali ma tistax tiddawwar lura. Kaczynski, li hu wkoll il-Viċi-Prim Ministru Pollakk u li hu kunsidrat minn ħafna bħala 'l-aktar politiku influwenti fil-Polonja', sostna li l-protesti inkwistjoni 'huma attentat biex ikissru lill-Polonja'. Hu ħeġġeġ biex in-nies 'jiddefendu' lill-pajjiż, kif ukoll lill-Knisja Kattolika. Id-digriet speċifiku li qed iqajjem l-inkwiet kien ittieħed mill-Qorti Kostituzzjonali tal-Polonja. Fl-istess ħin, id-digriet għalaq il-bieb għal waħda mill-aħħar 'raġunijiet' għall-abort fil-Polonja – u wara l-isfida legali li d-deputati tal-partit ta' Kaczynsky kienu ressqu s-sena l-oħra. Id-deċiżjoni tfisser li t-terminazzjoni tat-tqala fil-Polonja hi valida biss f'każi ta' stupru inkella fejn mara jkollha x'taqsam ma' membru tal-istess familja. L-abort hu wkoll permissibbli ( fil-Polonja) f'sitwazzjonijiet fejn il-ħajja tal-omm tkun spiċċat f'periklu ċar.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/27/sparawli-qabel-ma-kont-hadt-id-decizjoni-jekk-hux-se-nerga-nikkontesta-ghal-president-tal-mfa-norman-darmanin-demajo/
"Sparawli qabel ma kont ħadt id-deċizjoni jekk hux se nerġa' nikkontesta għal President tal-MFA" – Norman Darmanin Demajo
netnews.com.mt
L-eks President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo tkellem għall-ewwel darba fil-media wara li spiċċa minn President tal-MFA, 15-il xahar ilu. Hu għamel dan f'intervista ma' Christian Micallef, fil-programm Replay li xxandar nhar il-Ħadd li għadda fuq Net Television. F'intervista tassew interessanti, Darmanin Demajo kien ċar u dirett fir-risposti tiegħu. B'domandi iebsin, diretti u pertinenti, Micallef tkellem ma' Darmanin Demajo dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-President attwali, u allura s-suċċessur tiegħu fl-MFA, Bjorn Vassallo kif ukoll x'relazzjoni għandu llum mal-eks Viċi President tal-MFA, l-Avukat Chris Bonett, b'dan tal-aħħar kien l-avukat difensur tiegħu fil-kawżi li hu kellu kontra Dr Joe Mifsud fil-Qorti. Aktar minn hekk, f'Lulju tal-2019, Dr Bonett kien il-kandidant kontestant l-ieħor, fl-elezzjoni għall-President tal-MFA. F'din l-intervista Darmanin Demajo jgħid li hu tilef ħbieb minħabba l-futbol u dan il-fatt idejqu u jnissel dispjaċir fiħ. Darmanin Demajo tkellem ċar u filwaqt li ammetta li hu kien favur li Vassallo ssir President tal-MFA, hu spjega eżatt x'dejqu fl-aħħar elezzjoni tal-Presidenza tal-MFA, mill-kamp tal-kandidat l-ieħor, Dr Bonett. Fl-istess intervista, Darmanin Demajo tkellem dwar il-predeċessur tiegħu fl-MFA, Mifsud hu jgħid li r-relazzjoni ta' bejnithom qatt ma tista' terġa' tkun tajba wara dak li ġara. Segwi l-intervista kollha permezz ta' dan il-link mill-paġna ta' Replay fuq Facebook:
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/27/mistennija-jkunu-pospoti-l-operazzjonijiet-mhux-urgenti/
Mistennija jkunu pospoti l-operazzjonijiet mhux urġenti
netnews.com.mt
Jidher li mill-ġimgħa d-dieħla fl-Isptar Mater Dei se jitwaqqfu l-operazzjonijiet mhux meqjusa 'urġenti'. Dan hekk kif diversi ħaddiema fl-Isptar se jibdew jaħdmu fuq il-każijiet tal-COVID-19. Sorsi li tkellmu ma' dan is-sit qalu li l-amministrazzjoni fl-Isptar Mater Dei qed tiffinalizza pjanijiet biex tidderieġi mill-ġdid lill-istaff mediku milli jopera teatri għal unitajiet ta' kura intensiva, li jinsabu taħt pressjoni minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Mit-Tnejn, diversi operazzjonijiet mhux ta 'emerġenza se jitwaqqfu iżda kirurġiji ta' emerġenza u dawk relatati mal-kanċer se jsiru kif ippjanat. Operazzjonijiet meqjusa mhux urġenti jinkludu tal-hernia kif ukoll tal-katarretti.
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/26/nursing-aide-fl-isptar-mater-dei-mhux-hati-li-seraq-flus-kontanti-ta-pazjent/
Nursing Aide fl-Isptar Mater Dei mhux ħati li seraq flus kontanti ta' pazjent
netnews.com.mt
Antonio Grech ta' 52 sena, li jaħdem bħala Nursing Aide fl-isptar Mater Dei li ma nstabx ħati ta' serq wara li mara sostniet li €60 kienu neqsin mill-portmoni tagħha ftit wara li kienet iddaħħlet l-isptar fis-sigħat bikrin tat-30 ta' Settembru 2019. Il-mara qalet lill-pulizija kif kienet innotat lill-akkużat ineħħi idu mill-baskett tagħha waqt li ġibdet il-purtiera madwar is-sodda tal-isptar tagħha wara li użat il-komodina. Qalet li l-infermier kien qalilha li jismu 'Richard'. Sussegwentement hija għażlitu waqt eżerċizzju ta' identifikazzjoni li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Grech kien ġie mixli b'serq aggravat minħabba l-fatt li kien uffiċjal pubbliku. Matul ix-xhieda tagħha, il-mara insistiet li kienet rat id l-akkużat idaħħal idu fil-baskett tagħha, iżda ma qalitx jekk fil-fatt ratx il-flus f'idejh. Xehed ukoll l-akkużat innifsu, fejn spjega li l-pazjenta kienet iddaħħalet waqt li hu kien qed jaħdem ix-xift ta 'bil-lejl. Wara li ħa ftit kafè u sandwiches lill-mara u s-sieħeb tagħha, n-Nursing Aide qal li huwa mar lura lejn komodina wara li kienet qed tagħfas il-buzzer. Il-mara riedet aċċess għall-komodina, waqt li insistiet dar dan anke meta l-akkużat issuġġerixxa li hija tista' tmur lejn il-kamra tal-banju li kienet pass il-bogħod. Il-pazjenta riedet ukoll li jinġibdu l-purtieri tas-sodda, iżda l-infermier spjega li kien taħt ordnijiet stretti biex ma jagħmilx hekk, ħlief meta l-pazjent ikun qed jiġi eżaminat minn tabib. Hekk kif mar ifittex l-għajnuna ta' nfermiera femminili, il-pazjenta allegatament kien bdiet thedded li tirrapporta l-każ. Is-sieħeb tal-mara kien xhud tal-episodju kollu, tenna l-akkużat. Meta analizzat l-evidenza, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit osservat li l-Prosekuzzjoni naqset milli tħarrek is-sieħeb tal-mara u l-kollegi tal-akkużat biex jixhdu. "Il-verżjoni tal-allegata vittma kienet "pjuttost inkonsistenti u xi kultant konfuża", b'differenza minn tal-akkużat li kien "ċar u inekwivoku", osservat il-Qorti. Barra minn hekk, il-Prosekuzzjoni ma pproduċietx biżżejjed evidenza biex tagħti stampa ċara ta' dak li fil-fatt seħħ, qalet il-Qorti, u kkonkludiet li d-dubju kien li jiffavorixxi lill-akkużat li, b'hekk, ġie meħlus. L-Avukat Ishmael Psaila deher għal Antonio Grech.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/29/aggornata-pososta-l-partita-bejn-floriana-u-birkirkara/
AĠĠORNATA: Posposta l-partita bejn Floriana u Birkirkara
netnews.com.mt
Il-partita bejn Floriana u Birkirkara ġiet posposta wara li l-klabb ta' Birkirkara ħabbar li fl-aħħar sigħat ħames plejers mill-iskwadra ewlenija rriżultaw pożittiv għall-coronavirus b'konsegwenza li l-iskwadra kollha tpoġġiet fi kwarantina mandatorja. Din kienet it-tieni darba li l-iskwadra kollha tpoġġiet fi kwarantina mandatorja fl-aħħar xhur wara li fil-preseason kellhom każ ieħor ta' coronavirus.
[ 1, 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/27/ahwa-kundannati-erba-snin-habs-wara-li-taw-in-nar-lill-karozza-ta-huhom/
Aħwa kundannati erba' snin ħabs wara li taw in-nar lill-karozza ta' ħuhom
netnews.com.mt
Żewġt aħwa miż-Żejtun ġew ikkundannati erba' snin ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja li taw in-nar lill-karozza ta' ħuhom. Il-każ seħħ fil-5 ta' Marzu tas-sena l-oħra fiż-Zejtun stess bejn l-4.30am u l-5.00am. Dan l-inċident kien seħħ wara argument tal-familja bil-Prosekuzzjoni tgħid li din ma kinitx l-ewwel darba li l-aħwa kellhom xi jgħidu. L-aħwa, Roderick Grech ta' 35 sena u Errol Grech ta' 40 sena u li joqgħodu fl-istess dar fiż-Żejtun instabu ħatja wkoll li għamlu hsara u għarrqu il-karozza VolksWagen Golf propjetà ta' Rosario Grech. Roderick Grech instab ħati wkoll li sar reċediv u li l-kondotta tiegħu hija waħda kkulurita u li fl-2014 kien wettaq reat fuq ħuh Errol Grech kif ukoll offiżi oħra fuq il-persuna. Sadanittant il-Qorti qalet li Errol Grech ukoll għandu kondotta kkulurita u li fl-2014 kien wettaq reat fuq ħuh Roderick Grech, missieru Grazio Grech, kif ukoll offiżi oħrajn. Apparti dawn, gie kkundannat ukoll fuq sewqan traskurat kif ukoll serq kwalifikat bil-vjolenz. F'kelma waħda l-inkwiet mal-membri tal-familja jidher liu baqgħu għaddejjin, anke jekk issa kkalmaw. Il-Qorti qieset il-fatt ukoll li aktar minn ħames xhur wara l-vittma Rosario Grech meta reġa' xehed fil-Qorti qal li l-affarijiet irranġaw bejniethom u ħafrilhom u saru hbieb mill-ġdid u xtaq iwaqqaf kollox. Madankollu, minkejja din il-posizzjoni, il-Qorti qalet li dawn il-proċeduri ma jistgħux jiġu mwaqqfa minħabba l-fatt li legalment ix-xhieda tiegħu għadha valida u mill-istess xhieda qatt ma gew innegati jew mibdula l-fatti kif kien irrakkontahom il-vittma fl-ewwel deposizzjoni tiegħu. L-Ispettur Anzjan Trevor Micallef kien qal fil-Qorti li l-vittma beża 'minn ħutu, speċjalment minn Roderick. Minn dak li ħareġ fil-Qorti Rosario Grech irraporta lill-Pulizija li ħutu, Roderick Greck u Errol Grech, kienu qegħdin jippruvaw ikkissrulu l-karozza tiegħu u jqabbduhielu. L-Ispettur Anzjan Trevor Micallef stazzjonat fl-Għassa taż-Żejtun, fejn huwa qal li fil-5 ta' Marzu 2019 għall-habta tas-6:00am, huwa ġie nfurmat li Rosario Grech kien allega li tnejn minn ħutu għamlulu hsara fil-Volkswagen tiegħu. Qalilhom kif ukoll kien rahom jippruvaw jaharqu is-seat u x'ħin rahom jagħmlu dan, għajtilhom u telqu 'l hemm u kien irnexxielu jitfi n-nar. Il-Pulizija marret fid-dar fejn joqghodu ż-żewg imputati li ġew arrestati; L-ewwel kien ġie arrestat Roderick Grech u ftit tal-ħin u wara Errol Grech, minħabba li dan tal-aħħar kien fis-sakra. Ix-xhud spjega li huwa kien kellem lil Errol Grech wara li kellem avukat u wara ittieħdet ukoll l-istqarrija ta' Roderick Grech, wara li dan kien għażel li ma jkellimx avukat. Ix-xhud ikkonferma li kienu ittieħdu ritratti tal-karozza involuta u tal-lok tal-inċident minn ufficjali tat-taqsima forensika izda ma kienux setgħu jittieħdu impronti diġitali. Qal wkoll li meta l-allegat vittma sema l-ħsejjes, ħareġ u rahom jaħarbu b'karrozza ta' wieħed minnhom imbagħad ftit wara reġgħu marru fuq il-post u ġew innotati kokka jipprovaw jaharqu s-seat tal-karozza. Rosario Grech qal li dak inhar kien rieqed id-dar meta sema xi ħsejjes bħal qishom daqqiet. Huwa ħareġ fil-gallarija jara x'kien qed jiġri u ra li l-karozza tieghu kellha mera minnhom kif ukoll il-windscreen imkissrin. Fuq il-post seta' jara lil ħutu u dak il-ħin ċempel lilll-Pulizija. Kompla jirrakkonta li madwar nofs siegħa wara reġa' sema' ħoss u meta ħareġ jittawwal, ra lil ħutu ħdejn il-bieba tal-passiġġier ta' quddiem tal-karozza li kienet miftuħa. X'hin għajjtilhom mill-gallarija, telqu minn fuq il-post. Huwa nduna li kien hemm xi duħħan ħiereġ mill-karrozza u niżel jiġri u tefa' n-nar. Roderick Grech ċaħad u nnega li wettaq ir-reati u qal li fil-hin ta' l-inċident kien rieqed fid-dar ta' ommu. Ikkonferma li dak il-lejl kien barra jixrob ma' ħuh Errol Grech u li daħal id-dar jorqod fis-siegħat bikrin ta' filgħodu. Huwa għażel li ma jweġibx għal ċertu mistoqsijiet. Errol Grech ukoll ċaħad u nnega li wettaq ir-reat. Fil-ħin tal-inċident qal li kien Ħal-Ghaxaq ma' ħuh Roderick f'bar jixorbu u wara mar id-dar għand ommu jorqod flimkien ma' ħuh Roderick. Ikkonferma li dak il-lejl kien barra jixrob ma' ħuh. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Nadine Lia qalet li karrozza kienet ipparkjata f'żona residenzjali qalb karozzi oħrajn. Ir-reat ġie imwettaq matul il-lejl, meta n-nies normalment ikunu reqdin u allura dan ir-reat seta' faċilment sar mingħajr ħadd ma nduna bih. Kien b'xorti tajba li l-vittma qam u nduna bin-nar u tfieh. Li kieku ma sarx hekk dan l-inċident seta' faċilment aggrava malajr u nfirex b'detriment kbir għall-karozzi u residenti l-oħra fl-inħawi. Jirriżulta li l-mottiv tar-reat kien għal kollox kapriċċjuż. Wara li l-imputati vvandalizzaw u għamlu l-hsara lill-vettura, rahom il-vittma, u ħarbu 'l hemm, xorta reġgħu irritornaw u qabbdu bin-nar l-istess vettura. Jirriżulta wkoll kompliet tgħid il-Qorti li minkejja li l-imputati ġew imwissija u ngħataw diversi opportunitajiet mill-Qrati sabiex jimxu fit-triq it-tajba, ripetutament għażlu li jagħmlu atti ta' ħsara lil persuni oħra, b'mod partikolari, membri tal-familja taghhom stess. Minn dak li rat u eżaminat il-Qorti jirriżulta li hija trid tara mhux biss l-aspett riformattiv ta' l-imputati izda trid ssib bilanċ bejn il-gravità tal-każ u l-ħarsien u l-interessi tas-soċjeta in ġenerali sabiex tara li dan ir-reat ma jerġax jiġi kommess kif ukoll tagħti l-ħarsien meħtiega lill-pubbliku. Il-Qorti sostniet li għandha responsabbilità tara li żżomm il-bilanċ bejn dak lihuwa fl-interess tas-soċjetà u dak li huwa fl-interess ta' l-imputati. Madankollu saħqet li l-imputati ma jistgħux liberament jieħdu l-liġi b'idejhom b'dan il-mod u tara li fiċ-ċirkostanzi kollha tal-każ għandhom sservu piena karċerarja b'mod effettiv.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/27/ragel-ta-70-sena-hu-l-54-vittma-tal-covid/
Raġel ta' 70 sena hu l-54 vittma tal-COVID
netnews.com.mt
Id-disa' vittma f'temp ta' ġimgħa Raġel ta' 70 sena huwa l-54 vittma tal-Covid-19 f'pajjiżna. Ir-raġel iddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta' Ottubru u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa' jingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ. Għal darb'oħra l-Ministeru tas-Saħħa qal li l-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/27/success-ghat-tenur-ghawdxi-angelo-muscat-fil-bulgarija/
Suċċess għat-tenur Għawdxi Angelo Muscat fil-Bulgarija
netnews.com.mt
L-Għawdxi Angelo Muscat huwa wieħed minn għaxar kantanti minn madwar id-dinja li ġew magħżula biex jieħdu sehem fit-tielet edizzjoni tal-Omega Opera Workshop and Audition li saret dan l-aħħar f'Sofia fil-Bulgarija. Il-kantanti li kienu ġejjin minn Għawdex, Russja, Ġappun, Serbia, Malasja, Spanja u Latvia ħadmu fuq it-teknika tagħhom waqt lezzjonijiet iffukati fuq il-vuċi li kien ikollhom ta' kuljum. Dawn kienu mmexxija minn taħt Krum Galdrov u Daniela Diakova li huma ferm rinomati f'pajjiżhom. Dawn tal-aħħar faħħru mhux ftit lit-talent Għawdxi fejn saħansittra qalu li b'iktar ħidma jista' jsir magħruf mad-dinja kollha. Apparti mit-taħriġ, il-kantanti, fosthom Angelo, ħadu sehem f'kunċert fil-House Museum of Boris Christoff.
[ 2 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/30/mosta-jirritornaw-ghar-rebh/
Mosta jirritornaw għar-rebħ
netnews.com.mt
Matthias Mizzi Mosta……………..1 Santa Lucia……….0 Mosta: H. Mafoumbi, E. Ememe, J. Bezzina ('88 M. Attard), C. Failla, T. Farrugia, T. Yokochin ('67 D. Debono), M. Muchardi, L. Portelli ('67 D. Bonnici), R. Morisco, B. Kaljevic, K. Tulimieri ('79 G. Sciberras) St. Lucia. : A. Vella, T. Tabone ('85 J. Delmar), F. Prates Rodrigues, J. Duarte, K. Correia, M.Camilleri ('70 A. Magri), A. Da Silva, K. Ante, L. Prestes, R. Tachikawa, K. Xuereb ('70 R. Camilleri). Imwissija : '28 M. Muchardi (MST), '57 R. Tachikawa (STL) '77 D. Debobo (MST), '86 L. Pretes (STL) Skorjaw: MST: '9 B.Kaljevic Referee: Trustin Farrugia Cann Assistenti Referees: Luke Portelli & Jurgen Spiteri Raba' Uffiċjal: Fyodor Zammit BOV Plejer tal-Logħba: Bojan Kaljevic (MST) F'logħba kkontrollata minn Trustin Farrugia Cann, Mosta rritornaw għar-rebħ wara nuqqas ta' tliet logħbiet. Minkejja r-rebħa minima favur Mosta, St. Lucia kienu sfortunati li ma ħadu xejn minn din il-partita. Il-maġġoranza tal-partita kollha kienet ibbilanċjata miż-żewġ naħat. St. Lucia marru viċin mar-raba' minuta fejn pass laterali ta' Da Silva ra lil Tachiwaka waħdu iżda dan ikkonkluda għoli. Kienu ħames minuti wara li Mosta fetħu l-iskor permezz ta' Kaljevic wara li approfitta minn ħarġa ħażina ta' Vella. Mal-bidu tat-tieni taqsima Kevin Tulimieri kien sfortunat milli jagħmel l-iskor 2-0 favur Mosta wara li l-konklużjoni tiegħu għaddiet viċin tal-lasta. Kwarta wara u l-goalkeeper Vella dawwar tajjeb f'korner free-kick inkarigat minnu Kevin Tulimieri. Fl-aħħar ftit minuti tal-partita Mosta marru viċin għal darb' oħra din id-darba minn xutt fil-baxx tas-sostitut Gianluca Sciberras. Minuta fuq il-ħin barrani u Farrugia kien fundamentali fid-difiża b'tackle b'saħħitha minn mal-art biex ċaħħad lil St. Lucia milli jakkwistaw xi punti minn din il-partita. Għaldaqstant l-iskor finali spiċċa 1-0 favur Mosta.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/26/liberta-kundizzjonata-ghal-sqalli-fuq-droga-mhux-ghal-uzu-personali/
Sqalli mhux ħati fuq droga kannabis mhux għal użu personali
netnews.com.mt
Sqalli ta' 32 sena ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jikkommettix reat ieħor fi żmien sentejn wara li ma nstabx ħati li kellu ammont ta' droga li ma kinitx għal użu personali tiegħu. Huwa nstab ħati biss ta' pusses sempliċi. Fabio Ignazzitto residenti San Pawl il-Baħar kien twaqqaf minn żewġ gwardjani tat-traffiku u fil-karozza nstabu tmien sigaretti b'diversi sustanzi fosthom dik ħadra konfermata droga kannabis. Instabet ukoll droga f'borża li kienet tiżen 118.64 grammi u li għandha valur stmat fit-triq ta' €2,254. L-Ispettur Godwin Scerri qal li l-imputat twaqqaf mill-gwardjani tat-traffiku minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku. Meta dawn waqqfuh issuspettaw li kien qed ipejjep joint. Wara mar fuq il-post Surġent tal-Pulizija Brandon Gauci li arrestah. Ignazzitto ittieħed l-Għassa u l-Ispettur Scerri ħa d-dikjarazzjoni tiegħu. Gauci spjega lill-Maġistrat Doreen Clarke li fil-11 ta' Marzu 2019 kien fuq xogħol fl-Għassa tal-Qawra meta, għall-ħabta ta' 12: 45pm. Żewġ Gwardjani talbu għall-għajnuna peress li kienu għadhom kemm ivverifikaw vettura fi Triq Hallel f'San Pawl Baħar u ssuspettaw li kien hemm id-droga. Huwa mar fuq il-post u sab lill-imputat bilqiegħda fis-sit tas-sewwieq fil-karozza. Fit-tfittxija li għamel fil-vettura sab diversi oġġetti li jikkonsistu fi flixkun b' joint u borża li fiha sustanza suspettata ħaxix tal-kannabis. Meta sab dawn l-oġġetti l-imputat ġie arrestat u ttieħed l-Għassa tal-Pulizija. Ftit wara li saret tfittxija fir-residenza tal-imputat, f'San Pawl il-Baħar, iżda ma nstab xejn suspettuż . Dan kien ikkonfermat mill-Gwardjani Malcolm Gilford u John Naudi, li waqqfu lill-imputat, li kien qed isuq Mazda Demio. Dan twaqqaf minħabba li l-vettura kellha fanal ta' quddiem imkisser. Meta ressqu lejn il-karozza, ix-xhud qalu li xammew ir-riħa tal-kannabis. Huma talbu lill-imputat, li kien qed jinsisti li m'għandux sustanzi illegali, biex joħroġ mill-karozza. Huma ħarsu fil-karozza u meta raw is-sigaretti u xi sustanza ċemplu l-Għassa tal-Qawra. Matul dawn il-proċeduri l-espert, Gilbert Mercieca, ġie maħtur biex janalizza l-oġġetti u s-sustanza maqbuda mill-imputat. Mid-depożizzjoni u r-rapport tiegħu jirriżulta li kien hemm tmien sigaretti parzjalment affumikati f'kontenitur tal-metall, u borża tal-plastik li fiha sustanza ħadra. It-tmien sigaretti rriżultaw pożittivi kemm għat-tabakk, in-nikotina kif ukoll għad-Delta THC (kannabis); is-sustanza ħadra ġiet ikkonfermata bħala kannabis. Il-kannabis li nstabet fil-borża kienet tiżen 118.64 grammi u għandha valur stmat ta' € 2,254. F'din id-dikjarazzjoni l-imputat ammetta li s-sustanza ħadra li nstabet fil-karozza kienet kannabis, anke jekk huwa rrefera għaliha bħala marijuna u li xtratha l-ġurnata ta' qabel l-arrest tiegħu, għall-użu personali tiegħu. Huwa speċifika li xtara 130 gramma għal €430 u li qabel l-arrest tiegħu kien diġà ħa żewġ jew tliet grammi mill-pakkett biex jagħmel joint. Fl-istqarrija tiegħu l-imputat indika wkoll minn fejn xtara din il-kannabis. Xhud importanti f'dawn il-proċeduri kienet Giusi Bronchato, is-sieħba tal-imputat, li ġie msejjaħ biex jixhed mill-imputat. Spjegat li hi u l-imputat ilhom f'relazzjoni għal numru ta' snin u għandhom tifel, b'tifel ieħor dalwaqt jitwieled. Hija kkonfermat li l-imputat għandu problema ta' droga u li jpejjep erba' jew ħames joints kuljum. Qalet ukoll li hu kien jixtri d-drogi fi kwantitajiet kbar għax kien irħas li tixtriha b'dan il-mod. Qalet ukoll li mill-jum tal-arrest tiegħu waqaf juża d-droga. Fil-kontro eżami qalet li l-imputat waqaf juża d-droga fuq inizjattiva tiegħu u mingħajr ma fittex għajnuna professjonali. Stqarret ukoll li l-imputat qatt ma uża d-droga fil-preżenza ta' partijiet terzi. Il-Qorti qalet li rriżulta li Fabio Ignazzitto qed jiġi akkużat kemm b'pussess sempliċi kif ukoll b'pussess aggravat ta' kannabis, jiġifieri mhux għal użu personali tiegħu. Mill-provi mressqa ma jistax ikun hemm dubju li l-imputat kellu fil-pussess tiegħu 118-il gramma kannabis u tmien joints parzjalment affumikati. Fir-realtà l-imputat ma jikkontestax dan il-fatt madankollu huwa jsostni li dawk id-drogi kienu għall-użu personali tiegħu stess. F'din is-sentenza l-Qorti qalet li trid tkun sodisfatta li ċ-ċirkostanzi li fihom jinstabu d-drogi juru li ma kinux maħsuba għall-użu personali. Ma jista' jkun hemm l-ebda regola iebsa dwar x'jistgħu jkunu dawn iċ-ċirkostanzi, peress li każ wieħed ivarja mill-ieħor. Ċirkostanza waħda madankollu, inkluż l-ammont ta' drogi misjuba, tista' tkun biżżejjed biex turi li d-drogi ma kinux għall-użu personali sakemm il-Qorti tkun konvinta minn dan mingħajr dubju raġonevoli. Mill-provi mressqa f'dan il-każ jidher li hemm ċirkustanza waħda biss li tista' ittieħed bħala indikattiva ta' pussess mhux għal użu personali: l-ammont ta' drogi misjuba. Mija u tmintax-il gramma mhumiex ammont insinifikanti ta' kannabis. Ammont bħal dan jista' f'ċerti każijiet jittieħed biex jindika pussess mhux għal użu personali, madankollu hemm fatturi oħra li għandhom jiġu kkunsidrati. L-imputat jiddikjara li jagħmel użu regolari għall-kannabis. Il-joints parzjalment affumikati, miżmuma f'kontenitur tal-metall misjub fil-karozza tiegħu, jagħtu kredibilità għal din l-affermazzjoni peress li m'hemm l-ebda evidenza forensika jew evidenza oħra li tissuġġerixxi li dawk il-joints kienu ntużaw minn partijiet terzi. Minbarra l-kannabis, li kienet miżmuma f'borża waħda, u l-joints parzjalment mitmuma, ma nstabu l-ebda oġġetti oħra normalment assoċjati mat-traffikar jew il-qsim tad-drogi, kemm jekk fil-vettura misjuqa mill-imputat kif ukoll fir-residenza tiegħu. Fid-dawl ta' dan u fin-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza oħra, iċ-ċirkostanza unika tal-ammont ta' drogi misjuba, f'dan il-każ, ma tikkonvinċix lill-Qorti li dawk id-drogi ma kinux esklussivament għall-użu personali tal-akkużat. Wara li kkunsidrat aktar fir-rigward tal-piena, il-Qorti qieset in-natura tal-akkuża li l-imputat tiegħu qed jinstab ħati, il-kondotta nadifa tiegħu, u l-kooperazzjoni tiegħu mal-Pulizija. Il-Qorti qed tqis ukoll l-ammont ta' drogi misjuba fil-pussess tal-akkużat. Il-Qorti ordnat ukoll il-qerda tad-drogi u oġġetti oħra esibiti. Il-Qorti spjegat lill-imputat b'lingwaġġ ordinarju s-sinifikat ta' din is-sentenza u tal-konsegwenzi jekk hu jikkommetti reat ieħor fil-perjodu ta' sentejn. Għall-akkużat deheru l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/27/rebhiet-ghal-liverpool-u-manchester-city/
Rebħiet għal Liverpool u Manchester City
netnews.com.mt
Fi Grupp D tal-UEFA Champions League, Liverpool akkwistaw it-tieni rebħa konsekuttiva wara li għelbu 2-0 lil Midtjylland . Liverpool kellhom jistennew sat-tieni taqsima biex kisbu l-vantaġġ, meta fil-55 minuta tqassim tajjeb bejn diversi plejers poġġa lil Diego JOTA f'pożizzjoni faċli għal gowl. Mohamed SALAH aċċerta mir-rebħa wara li skorja minn penalty mogħti fl-aħħar sekondi tal-logħba. Rimonta ta' Atalanta waqfet lil Ajax milli kisbu t-tliet punti, fi dro ta' 2-2. Ajax fetħu l-iskor wara n-nofsiegħa logħob meta ngħataw penalty, b'Dusan TADIC inkwadra mill-11-il metru. Tmien minuti wara, Ajax irdjoppjaw wara li l-gowlkiper ta' Atalanta ma laqax tajjeb u Lassina TRAORE ħataf l-okkażjoni u tefa' fix-xikba. Fit-tieni taqsima bdiet ir-rimonta ta' Atalanta. Duvan ZAPATA naqqas id-distakk fl-54 minuta wara li kross ta' Alejandro Gomez skorja b'daqqa ta' ras. Fis-60 minuta, l-istess ZAPATA ġab id-dro minn xutt b'saħħtu f'pożizzjoni angolata. Fi Grupp A, Atletico dawru telfa f'rebħa wara li kienu wieħed minn taħt biex rebħu l-partita 3-2 kontra Leipzig . Marcos LLORENTE fetaħ l-iskor għal Atletico Madrid wara n-nofsiegħa minn xutt b'saħħtu minn barra l-kaxxa bil-gowlkiper isibha diffiċli biex jilqa'. Minuti qabel il-mistrieħ, Dominik SZOBOSZLAI ġab id-dro, u Mergim BERISHA dawwar l-iskor favur Leipzig fis-47 minuta. L-Ispanjoli rrispondew immedjatament wara li pass ta' Angel Correa ġab lil Joao FELIX quddiem lasta vojta fejn ma żbaljax. L-istess FELIX skorja l-gowl tar-rebħa fil-85 minuta. Fi Grupp C, Manchester City iddominaw ir-rebħa ta' 3-0 kontra Marseille . Fit-18-il minuta, żball fid-difiża ta' Marseille wassal għal gowl ta' Ferran TORRES. Ilkay GUNDOGAN kabbar il-vantaġġ fis-76 minuta wara li pass ta' Raheem Sterling ġabu f'pożizzjoni komda quddiem il-lasta. It-tielet gowl tat-tim Ingliż wasal ftit minuti qabel it-tifsira finali, wara li pass ta' Kevin De Bruyne sab lil Raheem STERLING li quddiem il-gowlkiper ma falliex. Porto ħarġu rebbieħa 2-0 fil-konfront kontra Olympiacos . Fabio VIERA poġġa lil Porto fuq quddiem wara 11-il minuta biss. Il-Portuġiżi kellhom jistennew sal-85 minuta biex aċċertaw ruħhom mir-rebħa, meta kross ta' Moussa Marega sab lil Sergio OLIVEIRA li bir-ras xeħet fix-xibka. Fi Grupp B, żewġ gowls fl-aħħar minuti ta punt lil Real Madrid wara li temmew fi dro ta' 2-2 kontra Borussia Monchengladbach . Marcus THURAM fetaħ l-iskor fit-33 minuta, bl-istess THURAM irdoppja qabel is-siegħa logħob. Real Madrid stennew sas-87 minuta biex reġaw daħlu lura fil-partita, wara li gowl ta' Karim BENZEMA u ieħor ta' CASEMIRO tliet minuti wara ċaħħad lil Ġermaniżi milli jiksbu t-tliet punti.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/30/tigi-fi-tmiemha-l-esperjenza-ta-fabio-spiteri-fi-sqallija/
Tiġi fi tmiemha l-esperjenza ta' Fabio Spiteri fi Sqallija
netnews.com.mt
Fabio Spiteri temm l-esperjenza tiegħu fi Sqallija fejn hu rnexxielu jaqdef madwar l-iżola tagħha f'jumejn u tmien sigħat. L-għan ta' din il-maratona kien sabiex jinġabru fondi għall-shelters tal-annimali fejn anke wara din l-avventura wieħed xorta waħda jista' jibqa' jagħti d-donazzjoni tiegħu.
[ 8, 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/28/malta-trid-ittejjeb-ir-reputazzjoni-internazzjonali-taghha/
Malta trid ittejjeb ir-reputazzjoni internazzjonali tagħha
netnews.com.mt
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet fil-parlament li Malta jeħtieġ b'mod immedjat ittejjeb ir-reputazjzoni internazzjonali tagħha. Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li l-Ministeru għandu jkun ta' sostenn għan-negozji, għall-infrastruttura, għas-saħħa, għall-ambjent u għal kull qasam ieħor. Dan kien budget li kien fjakk mid-dettal, fjakk mill-viżjoni u li falla milli jelenka pjan konkret ekonomiku fit-tul li verament jiggarantixxi s-sostennibilita ekonomika, finanzjarja, ambjentali u soċjali għal pajjiżna. F'dan is-settur wieħed kien jistenna ferm aktar dettalji speċjlament fuq il-parti tal-fondi li huma r- recovery funds. Hemm €9 miljuni għall-agrikoltura, €101 miljun f'fondi ta' koezjoni u €16-il miljun f'fondi għal riċerka u innovazzjoni. Dawn iridu jibdew jintefqu minn Jannar li ġej, peress li huma fondi apposta għall-irkuprar mill-impatt finanzjarju tal-COVID 19. Għalhekk il-budget kellu jinkludi pjan ta' kif dawn il-fondi jiġu allokali. Il-Kummissjoni Ewropea għamlitha ċara li l-persentaġġ qawwi tal-Fondi għas-seba' snin li ġejjin iridu jiġu dedikati għall-inizjattivi diġitali u green ; fil- budget dan l-aspett mhux rifless. Jirriżulta li m'hemmx fondi Ewropej dedikati għall-għajnuna diġitali lill-SMEs. Ma jissemma l-ebda dettal dwar kif il-Fondi se jiġu investiti, f'ekonomija ħadra. Kristy Debono qalet li l-ambjent u l-ekonomija anzi jiddependu fuq xulxin. Dan il- budget tilef l-opportunità li jelenka d-dettalji li verament jikkonvinċu kemm il-Gvern huwa kommess li jinvesti, li jibbaża l-politika tiegħu fuq l-ekonomija l-ħadra minngħajr ma' jelenka kif se jiġu allokati u fejn il-Fondi Ewropej. Mill-COVID recovery fund biss, E9 miljun huma ddedikati għall-agrikolura. Hu importanti li titwetatq il-viżjoni tal-bdiewa u s-sajjieda li bħalissa għaddejjien minn sfidi immaġinabbli jiġu megħjuna permezz ta' Fondi Ewropej dedikati għalihom. Hu pożittiv li l-Gvern se jkompli juża' l-Fondi Ewropej biex ikompli jinvesti fl-ambjent, fit-tibdil fil-klima, fir-riċerka u innovazzjoni, fl-edukazzjoni u fit-teknoloġija diġitali. Hi appellat li jeħtieġ bidla radikali biex insaħħu l-pożizzjoni tagħna biex mhux biss nattiraw u nakkwistaw il-Fondi Ewropej iżda biex naraw li nużaw kull Ewro allokat għalina. Jeħtieġ li nsaħħu aktar anke lil dawk il- multipliers bħal Meusec, MCST, EEN – l-Enterprise Europe Network u d-diversi consultancy firms sabiex ikunu jistgħu ikunu ta' aktar għajnuna lil SMEs u l-NGOs tagħna. Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono sostniet li l-edukazzjoni hi pilastru ieħor li jinvesti kontinwament fl-unika u l-aqwa riżors li għandu pajjiżna; ir-riżors uman. Anke dan is-settur bla dubju ta' xejn għaddej mill-akbar sfidi possibli minnħabba l-pandemija. Il-Fondi Ewropej huma vitali fuq diversi aspetti b'mod partikolari programmi speċjali ta' tagħrif u esperjenza. Jeħtieġ li l-Gvern ikompli ukoll jħeġġeġ u jinvesti fl-iskejjel tagħna, kulleġġi sekondarji, post sekondarji u terzjarji biex aktar studenti jibbenifikaw u jipparteċipaw f'programmi bħal Erasmus. Jeħtieġ li anke s-sistema edukattiva tagħna tkun aktar kompattibbli ma' dawn il-programmi. L-Ewropa tista tkun il-mutur biex tgħin lid-dinja toħroġ iktar malajr mir-ricessjoni. Il-Gvern għandu jniedi front desk/help line dwar l-applikazzjoni tal-fondi Ewropej. Proposta oħra hi li l-Gvern jgħaġġel il-proċess tal-applikazzjonijiet ta' fondi Ewropej għal fondi indiretti. Ir-relazzjoniet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit iddeterjoraw u hu kruċjali li l-Gvern iżomm kommunikazzjoni wiesa' man-negozji li għandhom kummerċ mar-Renju Unit. Jeħtieġ ikun analizzat x'rwol jista' jkollu pajjizna fit-tfassil tal-ekonomija ġdida Ewropea. Ejja nużaw iċ-ċokon tagħna biex niddentifikaw b'iżjed immedjattezza l-problema u s-soluzzjoni. Ejja fuq kollox nerġgħu nirrestawraw ir-reputazzjoni ta' pajjiżna ħalli verament mhux biss npoġġu lil pajjiżna fuq quddiem nett fis-suċċessi ekonomiċi però tpoġġina f'pożizzjoni aħjar biex ninnegozjaw id-drittijiet tagħna fil-fora Ewropej, ħalli l-ewwel u qabel kollox inżommu dak li għandna fejn tidħol sovrenità fiskali, u allura nsaħħu u nipproteġu li għandna iżda jkollna dak il- bargaining power biex ninegozjaw dejjem aħjar għal kull wieħed u waħda minnha u għal pajjiżna, sostniet Kristy Debono.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/25/persuna-tinstab-pozittiva-ghall-covid-wara-li-tressqet-il-qorti/
Persuna tinstab pożittiva għall-COVID wara li tressqet il-Qorti
netnews.com.mt
Raġel li tressaq il-Qorti aktar kmieni llum instab li kien pożittiv għall-COVID-19. Dan tħabbar mis-sit Lovin Malta. Kawża ta' dan, in-nies preżenti fl-awla se jagħmlu kwrantina volontarja. Fost dawk preżenti fil-qorti kien hemm il-maġistrat, l-avukati, l-uffiċjali tal-qorti, l-uffiċjali tal-pulizija, il-ġurnalisti u diversi professjonisti oħra. Il- każ seħħ wara li tliet peruni li tressqu l-Qorti kienu ġew ittestjati għall- coronavirus; l-ewwel żewġ testijiet irriżultaw fin-negattiv, iżda r-riżultat tat-tielet raġel ma kienx għadu ħareġ, u minħabba li kien se jiskadilu ż-żmien ta' kemm kienu ilu taħt il-kustodja tal-Pulizija, kellu jitressaq il-Qorti. Kien biss wara li spiċċat is-seduta li ħareġ it-test u kien pożittiv. Dawk kollha preżenti ġew infurmati, b'uħud minnhom jibbukkjaw għal swab test biex jikkonfermaw li ma kinux pożittivi. Persuna li tkellmet mas-sit Lovin Malta qalet li fil-Qorti ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fosthom l-ilbies ta' maskra protettiva.
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/10/26/il-bord-ta-inkjesta-ta-daphne-caruana-galizia-jghid-lil-yorgen-fenech-li-huwa-konxju-sew-tal-mandat-tieghu/
Il-Bord ta' Inkjesta ta' Daphne Caruana Galizia jgħid lil Yorgen Fenech li huwa 'konxju sew' tal-mandat tiegħu
netnews.com.mt
It-tliet Imħallfin li qrg]din imexxu l-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia qalu li huma konxji sewwa tal-mandat tagħhom u se jwettquha bi trasparenza, wara li l-avukati ta' Yorgen Fenech qabbluhom ma' " Inkwiżizzjoni Spanjola ". L-Imħallfin Joseph Said Pullicino, Michael Mallia u Abigail Lofaro qalu li ħadu nota tal-applikazzjoni ppreżentata minn Yorgen Fenech aktar kmieni dan ix-xahar, li fiha huwa argumenta li l-bord ta' inkjesta "injora għal kollox" it-termini ta' referenza tiegħu u rriskja li jikser il-preżunzjoni ta' innoċenza tiegħu billi jinfluwenza l-mod kif il-ġurati qegħdin jaraw f'għajnejhom lil Fenech. Fenech jinsab akkużat b'kompliċità fil-qtil ta' Caruana Galizia. Huwa qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi. L-avukati tiegħu, Charles Mercieca, Marion Camilleri u Gianluca Caruana Curran kienu talbu wkoll kopja tax-xhieda kollha li nstemgħu s'issa fl-inkjesta, u talbu li kull xhieda li tirreferi direttament jew indirettament għal Fenech titħassar mir-rekord. Nhar it-Tnejn, l-Imħallfin ħadu nota ta' dik l-applikazzjoni u t-tweġiba ppreżentata mill-familja Caruana Galizia u ddikjaraw li kienu "konxji sewwa tal-obbligi u d-dmirijiet tagħhom skont it-termini ta 'referenza". Il-Bord iddikjara li se "jipproċedi biex iwettaq u jikseb l-iskop aħħari tal-brief fdat lilu skond il-liġi kif ukoll il-prinċipji ta 'trasparenza u ġustizzja naturali." Dwar it-talba ta 'Fenech għal kopja tax-xhieda li nstemgħu qabel l-inkjesta, il-Bord iddikjara li dawk ix-xhieda mogħtija fil-pubbliku kienu aċċessibbli għal kulħadd.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/06/germanja-rejds-relatati-mat-terrur-fi-vienna/
Ġermanja: Rejds relatati mat-terrur fi Vienna
netnews.com.mt
Il-pulizija fil-Ġermanja fittxew fid-djar ta' erba' irġiel ikkunsidrati li kellhom 'ir-rabtiet' mat-terrorista Iżlamiku li, jiem ilu, qatel erba' persuni (filwaqt li darab 'il fuq minn 20 oħra) waqt sparatura fil-qalba ta' Vienna, fl-Awstrija. L-awtoritajiet sostnew li l-irġiel (li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 19 sa 25 sena) mhumiex qed jitqiesu bħala 'persuni suspettati b'kompliċità mat-terroriżmu'. Madankollu sar magħruf li l-irġiel kellhom il-kuntatti mal-aggressur inkwistjoni – bi tnejn minnhom anki jiltaqgħu miegħu personalment. It-terrorista li kien jismu Kujtim Fejzulai kien inqatel mill-pulizija li wieġbu minnufih għat-terrur fi Vienna. Filwaqt li l-awtoritajiet fl-Awstrija qegħdin iżommu numru ta' suspettati biex jgħinu fl-istħarriġ tagħhom, jidher li l-investigazzjoni dwar it-terrur, issa, qed tikkonċentra anki fuq persuni residenti fil-Ġermanja u fl-Iżvizzera. Dan waqt li l-awtoritajiet Awstrijaċi qegħdin jagħmlu li jistgħu biex isibu 'il-kuntatti kollha' tat-terrorista maqtul li kien 'element attiv ferm fin-network politiku tal-militanti Iżlamiċi'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/04/mhemmx-pjan-li-jinbidel-il-format-tal-euro-2020/
M'hemmx pjan li jinbidel il-format tal-EURO 2020
netnews.com.mt
Wara li diversi rapporti internazzjonali fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet qalu li l-UEFA kienet qed tikkonsidra li l-EURO 2020 ta-sajf li ġej se tinżamm f'pajjiż wieħed, il-UEFA ċaħdet dawn ir-rapporti u qalet li se żżomm mal-pjan skedat. It-turnament tal-EURO 2020 kellu jsir fis-saj li għadda iżda kawża tal-pandemija tal-coronavirus ġie pospost għas-sajf li ġej. Għall-ewwel darba il-logħbiet ta' dan it-turnament se jintlagħbu madwar il-kontinent kollu bit-timijiet se jkollhom jivvjaġġaw minn pajjiż għall-ieħor. Il-UEFA żiedet tgħid li tinsab f'komunikazzjoni diretta mat-12 -il pajjiż li se jospità l-partiti biex jitħejja pjan sabiex ikunu jistgħu jattendu l-partitarji. Il-partiti għandhom jintlagħbu f'dawn il-pajjiżi: Amesterdam, Baku, Bilabo, Bukarest, Budapest, Kopenhagen, Dublin, Glasgo, Londra, Munich, Ruma u San Pietruburgu Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/06/joe-ellis-jiehu-l-gurament-bhala-membru-parlamentari/
Joe Ellis jieħu l-ġurament bħala Membru Parlamentari
netnews.com.mt
Qabel bdiet is-seduta ta' dalghodu, l-avukat Joe Ellis ha l-gurament tal-hatra bhala deputat gdid fil-Parlament Malti. Ellis b'hekk jinghaqad mat-tim tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. L-avukat Joe Ellis rebaħ l-elezzjoni każwali fuq it-13-il distrett, illi saret ilbierah biex jimtela' l-post li tbattal wara l-mewt tad-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi. F'din l-elezzjoni, Ellis kiseb 1,968 vot. Meta ndirizza l-Parlament, Joe Ellis saħaq li se jagħmel ħiltu biex jissalvagwardja d-drittijiet tal-familji Maltin u Għawdxin. Hu rringrazzja lill-familja tiegħu għall-appoġġ kontinwu u rringrazja lill-kostitwenti li wrew fiduċja fih. Dan filwaqt li sellem il-memorja tal-mibki Fredrick Azzopardi u qal illi jittama li jkun jista' jimla l-vojt kbir li ħalla warajh dan il-politiku Ghawdxi. Qabel sar Membru Parlamentari, Joe Ellis kellu laqgħa ta' korteżija fl-uffiċċju tal-Ispeaker Anġlu Farrugia. Ellis kien akkumpanjat mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Robert Cutajar.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/04/manchester-united-meghluba-minn-istanbul-basaksehir-draw-ghal-lazio/
Manchester United megħluba minn Istanbul Basaksehir, draw għal Lazio
netnews.com.mt
Manchester United sfaw megħluba 2-1 barra minn darhom kontra Istanbul Basaksehir. It-Torok marru fil-vantaġġ wara 13-il minuta b'xutt minbarra l-kaxxa tal-eks attakkant ta' Newcastle DEMBA BA. EDWIN VISCA għamilhom 2-0 meta kkonkluda fuq cross ta' Turuc. Tliet minuti wara ANTHONY MARTIAL naqqas l-iskor għal Manchester United b'daqqa ta' ras wara cross ta' LUKE SHAW. Lazio ġew miżmuma fi draw ta' 1-1 fir-Russja minn Zenti St. Petersburg. ALEKSANDR YEROKHIN tefa' lil Zenit fil-vantaġġ wara 32 minuta b'konklużjoni mill-ewwel fuq pass fit-tul ta' Dzyuba. Lazio ġabu d-draw tmien minuti mit-tmiem meta minn cross ta' Acerbi kien FELIPE CAICEDO li għamilhom 1-1 u salva punt għat-tim ta' Simone Inzaghi.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/04/protest-minn-vince-muscat-kontra-l-prim-ministru-wara-li-ddeskrivih-bhala-arci-kriminali/
Protest minn Vince Muscat kontra l-Prim Ministru wara li ddeskrivih bħala 'arċi-kriminali'
netnews.com.mt
Is-suspettat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Vince Muscat, ippreżenta protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru, wara li ddeskriva lilu (Vince Muscat) bħala "arċi-kriminali" f'kummenti lill-MaltaToday aktar kmieni din il-ġimgħa. L-Avukat ta' Muscat qal li l-kummenti ta' Robert Abela ma kienux dehen ta' Prim Ministru. Fil-protest li ġie preżentat fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, mill-avukat Marc Sant, Vince Muscat magħruf bħal "Il-Koħħu" jirrimarka li huwa kien għamel formalment talba għall-maħfra Presidenzjali f'Novembru 2019, u bagħat ukoll ittra ta' kjarifika f'Diċembru u ittra ta' tfakkira f'Ġunju ta' din is-sena. "Mil-lum, 4 ta 'Novembru 2020, qal li huwa baqa' mingħajr risposta għal din it-talba," sostna Sant. Il-protest ġudizzjarju jkompli jindika li fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru Robert Abela kien żvela li kien ir-rappreżentant legali tal-aħwa Adrian u Robert Agius, magħruf bħala tal-Maksar fi proċeduri tal-Qorti fil-passat. "Din l-informazzjoni ħarġet għax il-Prim Ministru ġie mistoqsi minn gazzetta lokali u mhux għax offrielha minn jeddu." Iktar reċentement f'kumment lill-MaltaToday fit-2 ta 'Novembru, il-Prim Ministru rrefera għal Vince Muscat bħala "arċi-kriminali" jindika l-protest ġudizzjarju, li qal jaffettwa d-dritt Kostituzzjonali tiegħu li jkun ikkunsidrat innoċenti sakemm jiġi ppruvat ħati. Il-kummenti tal-Prim Ministru joskuraw proċess ġudizzjarju bilanċjat u proporzjonat mingħajr ma jitfgħu dellijiet u preżunzjonijiet fid-dawl tal-fatt li l-Eżekuttiv kien diġà kkundanna lil Vince Muscat mingħajr proċess xieraq, qal l-avukat. Il-kliem imsemmi ma kienx "denju ta 'Prim Ministru serju" u juri li ma jkunx f'pożizzjoni li jagħti ġudizzju dispassjonanti meta jasal iż-żmien. "Għalhekk il-kunflitt ta' interess tal-Prim Ministru huwa ċar kristall u manifest." Sant fakkar lil Abela li kellu jaġixxi fl-interessi tal-pajjiż kollu u mhux fl-interess tal-partit tiegħu, mingħajr biża' jew favur, skont il-ġurament tal-ħatra tiegħu. Kien importanti li l-Prim Ministru mhux biss ma jieħux sehem fid-deċiżjoni dwar il-maħfra, iżda li jaċċerta wkoll li ministru tal-kabinett tiegħu li għandu interess dirett f'din il-kwistjoni jitneħħa wkoll mill-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-protest jitlob lill-Prim Ministru jiskuża ruħu u jieħu lura dak li qal dwar Muscat u jaċċerta li la hu u lanqas il-ministru inkwistjoni "min hu magħruf mill-Prim Ministru" ma jieħdu sehem fid-deċiżjoni dwar il-maħfra.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/04/l-elezzjoni-presidenzjali-fl-istati-uniti-tensjoni-kbira-bir-rebbieh-ghadu-mhux-deciz/
L-Elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti: Tensjoni kbira, bir-rebbieħ għadu mhux deċiż
netnews.com.mt
L-elezzjoni tal-2020 għall-Presidenza tal-Istati Uniti daħlet f'perjodu imprevedibbli għall-aħħar. Dan meta l-President Repubblikan, Donald Trump, u l-isfidant tal-Partit Demokratiku, Joe Biden, għadhom ras-imb-ras f'numru ta' Stati importanti (swing states) li għandhom ikunu determinanti għar-rebbieħ tal-White House. It-tensjoni, fl-aħħar sigħat, kienet riflessa fil-komportament ta' Trump u Biden – bil-President jinsisti li 'rebaħ hu l-elezzjoni' waqt li impenja ruħu biex jisfida l-proċess elettorali fil-Qorti Suprema Amerikana, fost allegazzjonijiet infondati dwar 'frodi'. Dan wara li Biden, qabel, kien indirizza lill-partitarji Demokratiċi u qalilhom li 'kien qabad it-triq sew għar-rebħa'. Is-sistema tal-votazzjoni bil-posta hi fattur importanti f'din is-sitwazzjoni imprevedibbli. Dan meta fadal il-miljuni tal-voti x'jingħaddu, bl-ebda kandidat ma seta' jinsisti li r-rebħa kienet 'prattikament tiegħu'. Kollox qed jindika li 'rekord ġdid' ta' Amerikani, fis-sigħat preċedenti, kienu eżerċitaw id-dritt tal-vot – u li mistenni jkun l-ogħla ammont ta' votanti f'elezzjoni bħal din għal nofs-seklu. 'Il fuq minn 100 miljun kienu vvutaw bis-sistema tal-'early voting' qabel Jum l-Elezzjoni, waqt li għexieren ta' miljuni għamlu l-istess nhar it-Tlieta (Jum l-Elezzjoni). L-indikazzjonijiet, sadanittant, huma li r-riżultat finali tal-elezzjoni jista' ma jkunx magħruf qabel ġranet oħra. Sadanittant, Donald Trump mar ħafna aħjar milli ħasbu l-analisti qabel l-elezzjoni meta rebaħ mill-ġdid f'Ohio u Missouri. Dan fost indikazzjonijiet li hu rebaħ ukoll fil-'battleground states' ta'Florida, Ohio u Texas. F'elezzjoni bħal din, il-votanti jiddeċiedu r-riżultati fuq livell ta' Stat u mhux skont eżerċizzju li jirrikjedi riżultat wieħed deċiżiv fuq bażi nazzjonali. F'din l-elezzjoni jaċċerta mill-Presidenza dak il-kandidat li jirbaħ talanqas 270 vot tal-Kulleġġ Elettorali. Kull Stat Amerikan jikseb ċertu numru ta' voti skont sistema li tibbaża, f'parti, fuq il-popolazzjoni tiegħu – u meta hemm total ta' 538 vot x'jinkisbu mill-Kulleġġ Elettorali. Joe Biden qed jidher favorit li jirbaħ fl-Istat ta' Arizona, li darba kien fortizza tar-Repubblikani. Fl-istess ħin, it-telfa ta' Arizona kapaċi tkun daqqa ta' ħarta serja għall-aspirazzjonijiet ta' Trump. L-Istat ta' Pennsylvania hu kunsidrat kruċjali għall-President Repubblikan biex jevita sitwazzjoni fejn ikollu jwarrab mill-Presidenza wara mandat wieħed biss ta' poter. Dan meta Pennsylvania u l-Istati ta' Wisconsin u Michigan, fl-aħħar sigħat, dehru li setgħu jmorru 'kwalunkwe naħa'. Imprevedibbli wkoll kienet is-sitwazzjoni fl-Istati ta' Georgia u North Carolina waqt li l-indikazzjonijiet qed juru li Donald Trump se jirbaħ anki f'Nebraska. Madankollu, Joe Biden irnexxielu jikseb vot mill-Kulleġġ Elettorali għal dan l-Istat, u li kapaċi jkun kruċjali fil-ġejjieni. Intant, ma seħħew l-ebda sorpriżi kbar fl-Istati Amerikani l-oħra. Għajnejn l-Amerikani jinsabu wkoll fuq il-Kungress – il-leġislatura li tibbaża fuq żewġt ikmamar – fejn ir-Repubblikani qed jippruvaw iżommu l-maġġoranza fis-Senat wara l-votazzjoni sussegwenti. Dan waqt li l-Kamra tar-Rappreżentanti f'Washington mistennija tibqa' ikkontrollata mid-Demokratiċi.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/04/importanti-l-investiment-fl-infrastruttura-tal-iskejjel-mut/
"Importanti l-investiment fl-infrastruttura tal-iskejjel" – MUT
netnews.com.mt
L-MUT tgħid li ser tkompli toffri s-soluzzjonijiet lill-Ministeru sabiex il-qasam edukattiv ikompli jitjieb u jibqgħu jitħarsu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukaturi anki fil-perjodu diffiċli tal-pandemija… b'tama li l-Gvern fl-aħħar mill-aħħar jieħu azzjoni. Fi stqarrija maħruġa mill-MUT intqal li huwa importanti li jkun hemm investiment fl-infrastruttura tal-iskejjel ħalli dejjem jibqgħu immodernizzati u mtejba. L-MUT tisħaq li għandu jkun hemm aktar enfażi wkoll fl-iskejjel eżistenti, partikolarment dawk antiki li għandhom bżonn ta' manutenzjoni u xogħolijiet sabiex joqorbu lejn l-istandard ta' dawn l-iskejjel il-ġodda. Sakemm dan ma jsirx, l-MUT qed tinnota distakk bejn skejjel ġodda u sbieħ fuq naħa, u skejjel oħra li jidhru li ġew minsija għal snin sħaħ. Rigward it-teaching practice, l-MUT ilha snin tisħaq li din hija miżura importanti li budget wara l-ieħor ġiet injorata hekk kif dan ma jaqtax qalb studenti li jkunu qegħdin jagħmlu kors l-Università. Dan b'mod speċjali fid-dawl tal-ispejjeż kbar li jkun hemm biex wieħed jibni r-riżorsi tal-klassi għall-ewwel darba. Fid-dawl tad-diskors li sar mill-Oppożizzjoni, l-MUT qalet li taqbel ma' dak li ntqal fejn waħda mill-problemi l-kbar fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol hija l-eżodu fil-management fejn hemm nuqqas kbir ta' nies fit-tmexxija fid-Direttorati. Il-problema hija waħda serja u qiegħed jinħoloq distakk akbar bejn il-management u l-edukaturi. Ma' dan l-MUT żżid li, minħabba nuqqas ta' għarfien, direzzjonijiet li joħorġu xi drabi ma jkunux ċari u jħallu lok sabiex jiġu interpretati b'modi differenti. B'hekk tinħoloq konfużjoni u ċertu kunflitti fl-iskejjel li jistgħu faċilment jiġu evitati, partikolarment waqt pandemija.
[ 5 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/04/il-covid-ihalli-zewg-vittmi-ohra/
Il-COVID iħalli żewġ vittmi oħra
netnews.com.mt
Żewġt irġiel oħra jitilfu ħajjithom kawża tal-COVID. L-ewwel każ huwa ta' anzjan ta' 86 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta' Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess miet aktar kmieni llum f'Mater Dei. Fit-tieni każ, anzjan ta' 87 sena ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta' Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada, it-2 ta' Novembru. Hu wkoll miet aktar kmieni llum. Għal darb'oħra l-Ministeru tas-Saħħa ħass li għandu jżid li l-anzjani kienu jbatu minn mard kroniku ieħor.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/06/l-akbar-problema-fghawdex-hi-l-bidla-fit-tessut-tal-popolazzjoni/
L-akbar problema f'Għawdex hi l-bidla fit-tessut tal-popolazzjoni
netnews.com.mt
Chris Said, PN Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-akbar problema f'Għawdex bħalissa hi l-bidla fit-tessut tal-popolazzjoni. Meta kien qed jitkellem fil-parlament fil-Ministeru għal Għawdex, Chris Said qal li dan hu budget riċiklat li fih il-proġetti jibqgħu ma jitwettqux jew ma jidhrux iktar; iktar minn hekk m'hemm l-ebda pjan dwar kif se jkunu indirizzati l-problemi reali ta' Għawdex. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-problemi ta' Għawdex jinkludu n-numru dejjem jiżdied ta' Għawdxin li qed ikollhom jmorru jaħdmu Malta. Hu fakkar li Joseph Muscat kien qal li se joħloq xogħol għall-Għawdxin kollha f'Għawdex; fil-verità n-numru ta' Għawdxin li jaħdmu Malta tela' minn 1,500 fl-2012 għal 3,750. Dan ifisser wieħed minn kull erba' ħaddiema Għawdxin. Chris Said kompla li l-proposta tad-deputati kollha Għawdxin biex l-Għawdxin jingħataw jumejn fil-ġimgħa teleworking minn Għawdex kellha tkun inkluża f'dan il- budget iżda lanqas din ma kienet inkluża. Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm burokrazija kbira fuq is-sistema li fiha l-istudenti Għawdxin jieħdu l- allowance ta' €900 għall-kirjiet tal-appartamenti f'Malta; dan wassal biex huma biss ftit studenti Għawdxin li qed jibbenefikaw minn din l-iskema. L-akbar problema li qed jiffaċċja Għawdex bħalissa hu l-mod qawwi kif qed jinbidel it-tessut tal-popolazzjoni Għawdixn u tas-soċjetà. Dan għax ammont qawwi ta' żgħażagħ Għawdxin qed imorru jgħixu f'Malta minħabba x-xogħol; anki għaliex il-pagi f'Għawdex huma ħafna inqas minn Malta. Għawdex qed jitlef il-qalb tiegħu waqt li l-popolazzjoni f'Għawdex qed tiżdied partikolarment fl-aħħar tliet snin. Dan għax hemm il-problema li l-kirjiet f'Għawdex huma irħas minn Malta bil-konsegwenza li ħafna Maltin u barranin qed imorru jgħixu f'Għawdex. Dan qed iwassal għal żieda fil-każi soċjali f'Għawdex fosthom il-persuni f'riskju ta' faqar. Wieħed mir-reġjuni fejn qed tiżdied il-kriminalità hu propju Għawdex, qal Chris Said, li kompla li hemm żieda ta' 15% jew 20% fil-kriminalità kull sena; quddiem din is-sitwazzjoni l-gvern m'għamel xejn, lanqas studju. Id-deputat Nazzjonalista kompla li problema kbira oħra hi l-mod kif l-iżvilupp qed jiddomina s-sbuħija naturali ta' Għawdex wara li diġà intilfet is-serenità li kellu Għawdex. M'hemmx pjan kif qed isir l-iżvilupp f'Għawdex tant li fuq eco-Għawdex qed ikunu vvutati biss €1 miljun fejn gvern Nazzjonalista kien jivvota €5 miljuni u €8 miljuni. Chris Said qal li l-problema oħra hi l-kwalità tax-xogħol f'Għawdex fosthom il-ħaddiem tal-Gozo Channel li jaħdmu mal-kuntrattur li jitħallsu inqas u li għandhom kundizzjonijiet tax-xogħol inqas. Ma' dawn hemm ħaddiema oħra; issa d-differenza fil-pagi kompliet tikber. Fl-2012 id-differenza fil-pagi bejn ħaddiema Għawdxin u Maltin kienet €300 u llum din telgħet għal €3,500; il-gvern m'għamel xejn biex jindirizza din il-problema. Fl-aċċessibbiltà, il-gvern falla fil -fast ferry service fejn il-kuntratt waqaf tliet darbiet; konvint li l-kuntratt ħareġ ħażin apposta biex ikun aġevolat xi ħadd. Dwar il-governanza ta' Għawdex, id-deputat Nazzjonalista semma' l-Awtorità Reġjonali dwar l-Iżvilupp ta' Għawdex u staqsa jekk din saritx skont il-liġi. Ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni dwar din is-suppost l-iktar Awtorità importanti għal Għawdex. Il- budget għal din l-Awtorità hu miżeru, qal Chris Said, li kompla li Għawdex għandu jkunu Kunsill Reġjonali elett b'poteri eżekuttivi bil-fondi biex jaħdem. Il-PN jibqa' jemmen fil-kunċett ta' gżira reġjun. Chris Said qal li l-Ministru għal Għawdex mhux jattendi l-Kumitat Parlamentari għal Għawdex; anki b'rispett lejn il-parteċipazzjoni tal-għaqdiet Għawdxin. Dwar il-link permanenti bejn Malta u Għawdex, Chris Said qal li fil- budget il-gvern qed jgħid dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni; li fuq il-mina tlesta l-ewwel stadju minn proċess ta' tliet u li jwassal biex ikun stabbilit jekk il-proġett ikunx sostenibbli. F'seba' snin il-gvern m'għamilx laqgħa waħda mal-Għawdxin dwar il-mina u ma ppubblika l-ebda studju u fissru lin-nies. Qabel tittieħed id-deċiżjoni finali jridu jsiru l-istudju biex ikun stabbilit jekk il-proċess hux vijabbli, sostna Chris Said, li kompla li llum ix-xettiċiżmu tal-Għawdxin kiber għaliex m'hemmx konsultazzjoni. Il-gvern qed jaġixxi b'mod arroganti u sisa tilef l-appoġġ tal-poplu Għawdxi fuq dan il-proġett. Dwar is-saħħa, Chris Said qal li din kienet l-akbar ħadma fl-istorja tal-pajjiż fejn il-gvern biegħ l-uniku sptar li hemm f'Għawdex. Il-poplu kien imwiegħed sptar ġdid ta' 400 sodda iżda fil-COVID, il-pazjenti kellhom jittieħdu f'lukanda. Hemm problemi kbar fl-ambulanzi fejn lanqas hemm fondibiex jinxtraw ambulanzi u issa qed jinkrew ambulanzi mill-privat. Il-ħaddiema tal-ambulanzi jinsabu fil- containers f'Għawdex, sostna Chris Said li tkellem dwar l-infrastruttura fejn qal li l- breakwater ta' Marsalforn, it-triq alternattiva fl-Imġarr, il-parkeġġ adekwat f'Għawdex, il- bye-pass tar-Rabat u l-qorti ġdid ma sarux. It-tieni fibre optic cable ilu mwiegħed sitt snin u mhux magħruf min se joperah waqt li l-Innovation Hub għadu vojt wara sena bħall-Osservatur Astronomiku Nazzjonali. Qatt ma kellna budget li jagħmel €1,200 miljun f'deficit; bla dubju l-akbar budget , sostna Chris Said, li l-proġettazzjoni għas-sena li ġejja hi ta' €800 miljun f'deficit; €2 biljuni f'sentejn.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/06/mehtiega-diskussjoni-dwar-il-living-income-u-l-living-wage/
Meħtieġa diskussjoni dwar il-living income u l-living wage
netnews.com.mt
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħima fil-PN David Agius Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħima fil-PN David Agius appella biex issir diskussjoni dwar il- living income u l- living wage fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti tal-ħaddiema Maltin. Meta kien qed jitkellem fil-parlament David Agius qal li rridu nħarsu lejn il-problemi ta' mard mentali li jeżistu fis-soċjetà b'effetti fuq wieħed minn erba' persuni, meta ftit tas-snin ilu l-problema kienet fuq wieħed minn tlieta. Dwar il-problema tad-droga hu qal li fil-pajjiż hawn madwar 800 persuna li jmorru d-Detox għall- methadone; din hi problema li jeħtieġ soluzzjoni għaliha. David Agius tkellem ukoll dwr il-każ tat-tifla li tħarrbet minn ommha u tinsab il-Ġermanja. Din hi tifla ta' seba' snin li hi taħt foster carers li marret għand l-omm naturali tagħha mill-Eritrea u għal xi raġuni jew oħra telqet minn pajjiżna. Qed jingħad li t-tifla tħarrbet minn ommha tinsab il-Ġermanja ħadt ir-ruħ, għaliex talinqas nafu fejn qiegħda, però jidher li dan mhuwiex il-każ għaliex it-tifla ma nafux fejn qiegħda. Hu kompla li l- foster parent staqsiet kif jista' jkun li tinħareġ minorenni b'passaport falz minn Malta. David Agius kompla li għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-każ ta' tifla li allegatament inħarġet minn pajjiżna b'mod illegali. Din it-tifla mitlufa għandha seba' snin, ilha sitt snin u nofs għand din il-familja u nħarġet care order . Jekk inħarġet care order għaliex kien hemm xi ħaġa ħażina fid-dar tagħha meta kienet żgħira, fejn kienet tgħix il-minuri u din għadha taħt care order . Hu kompla li għaddew tlett ġimgħat u staqsa jekk din it-tifla mitlufa għaliex hemm care order u kif ħarġet minn Malta. X'ġara l- immigration ? Fil-post tat-tluq minn Malta, kif telqet din minn Malta? Ħarġet European Arrest Warrant jekk din, kif intqal, marret minn Malta lejn il-Belġju u mill-Belġju jidher li marret post ieħor? Għaliex ma kien hemm l-ebda stqarrija mill-Korp tal-Pulizija? L-Aġenzija Appoġġ x'inhi l-pożizzjoni tagħhom? Minn dakinhar li ġrat din u issa li nafu li ġrat din, x'se nagħmlu bħala pajjiż? Kif se naċċertaw irwieħna li xi ħaġa bħal din ma terġax tirrepeti ruħha f'pajjiżna? Hu appella lill-Kummissarju tat-Tfal biex titkellem fuq dan il-każ kif tkellmet fuq suġġetti oħra għax dan jista' joħloq preċedent u allura l-uniku interess tagħna huwa tat-tifla, tal-familja u ta' pajjiżna. David Agius tkellem dwar id-drittijiet tat-tfal li jaraw lill-ġenituri u lin-nanniet, il-fostering u qal li din l-għażla mhux dejjem waħda faċli għall- foster carers li għandhom dħul finanzjarju baxx. David Agius ppropona li titħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà nazzjonali ta' dawk il- foster carers li jagħmlu l-għażla li jieqfu jaħdmu biex ikunu f'pożizzjoni li joffru kura lit-tfal li jkunu ġew fdati f'idejhom. Dwar l-ingaġġ tal-LSEs hu qal li hemm bżonn allokazzjoni tal-LSEs għall-istudenti u din teħtieġ titjib u għandna bżonn naraw li ntejbuha. Hemm bżonn unit speċjalizzata bi speċjalisti fl-ADHD biex jaħdmu fl-iskejjel kollha li jappoġġaw lill-għalliema u lill-LSEs b'mod effettiv. David Agius staqsa meta se jiġi fis-seħħ l-Att dwar il-Persuni Vulnerabbli u tkellem ukoll dwar il-bdoti tal-Air Malta li għaddejjin minn diffikultajiet. Dwar il-fond tal-ħaddiema tal-Maltacom David Agius qal li hemm fond li suppost il-Ministru tal-Finanzi kellu jiddedika għall-ħaddiema tal-Maltacom. Hu sostna li l- vouchers huma tajbin u għinu lill-familji u ppropona lill-Gvern biex jieħu ħsieb li ma jagħtihomx kollha wara l-Milied. Jeħtieġ li fil-pajjiż issir diskussjoni dwar il- living income, il- living wage u l-pagi flimkien ma' diskussjonijiet dwar il-pensjonijiet u s- second pillar . David Agius tkellem ukoll dwar il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma u qal li l-familji jixirqilhom roħs fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Hemm bżonn li ma jibqax isir serq fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma u li jekk hemm xamma ta' korruzzjoni jew serq f'dak li għandu x'jaqsam mal- power station, inkunu aħna li żgur ma nħalluhiex issir.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/04/il-gvern-qed-jinjora-l-edukazzjoni/
Il-gvern qed jinjora l-edukazzjoni
netnews.com.mt
Clyde Puli, PN Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal fil-parlament li dan hu budget li jinjora lill-edukazzjoni fejn m'hemmx viżjoni fil-pandemija u sostna li l-gvern m'offriex is-soluzzjonijiet għall-kriżijiet imminenti li għaddejja minnha l-edukazzjoni bħalissa. Hu kompla li l-Ministru tal-Edukazzjoni li għandu l- hobby tal-ħabi fosthom dwar min huma l- persons of trust, il-pjani tal-COVID tfasslu waħdu u hemm nuqqas ta' tmexxija fl-edukazzjoni. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-edukazzjoni bikrija hi l-bażi kollha u qal li l-kinder hi s-cindirella tas-settur; jeħtieġ li dawn ikunu ċ-ċentri edukattivi. L-univeristà għandha tkun ċentru ewlieni ta' riċerka fil-pajjiż 85% tal-ispiża tal-voti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni sejjer fuq is-salarji, qal Clyde Puli, li kompla li fl-MCAST kien hemm tnaqqis ta' €1 miljun fil-kapitali; bl-istess proġetti sena wara sena. Dawn huma wiegħdi li mhux qed jitwettqu. Hu tkellem dwar l-ugwaljanza fl-edukazzjoni u qal li l-gvern se jressaq liġi li se toħloq diskriminazzjoni u sfidi kbar fl-edukazzjoni. Jeħtieġ li jkun speċifikat li din mhix f'linja mal-viżjoni tal-gvern fl-edukazzjoni. Dwar l-għalliema hu qal li dawn huma l-pilastru fl-edukazzjoni iżda dan il- budget ma jitkellem xejn dwar kif se jkunu attirati iktar żgħażagħ lejn din il-professjoni. Jirriżulta li l-għalliema qed jitilfu l-fiduċja għax hemm nuqqas ta' konsultazzjoni. Id-deputat Nazzjonalista kompla li tkellem dwar l-għodod fid-dinja moderna fosthom it-tagħlim online u staqsa x'inhi l-viżjoni f'dan is-settur. Kemm se nużaw l-esperjenza tal-COVID f'dan ir-rigward, staqsa Clyde Puli, li kompla li l-gvern għandu politika kajmana f'dan is-settur. Laptops għandhom biss tfal tal-primarja u fis-sekondarja m'hemmx waqt li għalliema damu jistennew il- laptops . Id-dritt għall-aċċess għall-internet għandu jkun imnaqqax u mhux karità, sostna Clyde Puli, li kompla li fl-intelliġenza artifiċjali ma sar xejn. L-Att dwar l-Edukazzjoni ilu għaddej erba' snin wara li kien irtirat; dan qed joħloq konfużjoni. Fejn hi l-Liġi dwar l-Apprentistat? staqsa Clyde Puli, li kompla li l-iskola tal-Qawra infetħet ħames snin wara; skola posposta kull sena. Fir-Rabat Għawdex din ilha ħames nin biex titlesta. Jeħtieġ ħidma ikbar fl-istudenti li qed jitilqu kmieni u ma jistgħux jintilfu d-Diretturi Ġenerali, il-Prinċipli u l-Assistenti Diretturi fl-iskejjel, sostna Clyde Puli, li kompla li m'hemmx għajnuna għall-iskejjel tal-Knisja u dawk privati. Il-gvern mhux iwieġeb kif se jqsasam l-għajnuna tal-COVID-19 bejn l-iskejjel. Il-Bord tal-Għażla fl-Iskola tal-isport għadu mhux magħruf u hemm nuqqas ta' trasparenza fil-karti tal-eżamijiet mitluba mill-ġenituri. Il-gvern qed jaħbi wkoll kemm hemm studenti fl-Università Amerikana f'Bormla. War l-ETC hu qal li din għandha tkun ix-xempju ta' sidien oħra u qal li l-ħaddiema jistgħu jaħdmu ġurnata waħda biss mid-dar. Jeħtieġ li l-gvern ikollu l-viżjoni dwar il-bidliet li qed isiru fis-settur tax-xogħol, sostna Clyde Puli, li kompla li dan kollu għandu jsir fi sfond ta' djalogu soċjali fejn il-gvern iwaqqab lill- unions tal-għalliema.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/04/covid-19-zewg-vittmi-ohra-erbgha-finqas-minn-12-il-siegha/
COVID-19: Erba' vittmi f'inqas minn 12-il siegħa; l-agħar ġurnata għal pajjiżna
netnews.com.mt
Wieħed mill-vittmi għandu 63 sena Fl-aħħar ftit sigħat pajjiżna esperjenza il-mewt ta' żewġ anzjani oħra kawża tal-COVID-19 biex b'hekk, f'inqas minn 12-il siegħa f'pajjiżna mietu erbgħa persuni. Sfortuntament, dan ifisser rekord ta' imwiet fi ftit sigħat, biex b'hekk it-total ta' vittmi issa tela' għal 69. L-ewwel każ tal-lejla hu raġel ta' 63 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-12 ta' Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa miet aktar kmieni llum fl-isptar Mater Dei. Il-Ministeru tas-Saħħa reġa' ħass li għandu jgħid li l-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor. It-tieni każ hu ta' anzjan ta' 83 sena li ttestja pożittiv fl-1 ta' Novembru u miet aktar kmieni llum fl-isptar Monte Carmeli fejn l-anzan kien residenti u baqa' jingħata kura. Ma jidhirx li hu kien ibati minn xi kundizzjonijiet oħra. Iktar kmieni llum: Il-COVID iħalli żewġ vittmi oħra Ikkummenta //= $special ?>
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/08/dalghodu-se-jittressqu-persuni-l-qorti/
Dalgħodu se jittressqu persuni l-Qorti
netnews.com.mt
Illum, għall-ħabta tal-10:00am, il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak. Raġel se jitressaq il-Qorti b'rabta ma' arrestati waqt rejd għaddroga fil-Marsa. Żewġ persuni oħra se jittresqu akkużati separatament b'akkużati relatati ma' vjolenza domestika u ma' ġrieħi gravi fuq persuna, fost oħrajn.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/10/saeb-erekat-in-negozjatur-palestinjan-imut-mill-effetti-tal-covid-19/
Saeb Erekat: In-negozjatur Palestinjan imut mill-effetti tal-Covid-19
netnews.com.mt
In-negozjatur ewlieni Palestinjan, Saeb Erekat, kien ikkonfermat fost il-vittmi tal-Covid-19, bil-Palestinjani qegħdin jibku t-telfa ta' wieħed mill-aktar personalitajiet politiċi prominenti li qatt irrappreżenta l-kawża tagħhom. Erekat, li kellu 65 sena, miet fiċ-Ċentru Mediku ta' Hadassah f'Ġerusalemm u fl-aħħar sigħat l-Awtorità Palestinjana dikjarat tlett ijiem luttu għal dan il-personalità li kien mexxa t-taħditiet ta' paċi ma' Iżrael tul l-aħħar 25 sena. Erekat kien is-segretarju ġenerali tal-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO) filwaqt li serva wkoll bħala konsulent għall-President tal-Awtorità Palestinjana, Mahmoud Abbas. Saeb Erekat kien anki protagonista fin-negozjati storiċi relatati mal-Ftehim ta' Oslo tal-1993. Permezz ta' dawn il-ftehim kienet twaqqfet l-Awtorità Palestinjana waqt li l-Palestinjani ngħataw awtonomija limitata fix-Xatt tal-Punent u Gaza għall-ewwel darba mindu l-Iżraeljani okkupaw it-territorji waqt il-gwerra tal-1967 fil-Lvant Nofsani.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/12/illum-l-elezzjoni-ta-roberta-metsola-ghal-vici-presidenza-parlament-ewropew/
Illum l-elezzjoni ta' Roberta Metsola għal Viċi Presidenza tal-Parlament Ewropew
netnews.com.mt
Illum inkunu nafu l-eżitu tal-elezzjoni li se ssir fil-Parlament Ewropew, fejn l-MEP Maltija Roberta Metsola ġiet nominata għall-kariga ta' Viċi President tal-istess Parlament – waħda mill-ogħla karigi fl-istituzzjonijiet Ewropej. Għall-ħabta tas-1pm, il-paġna ta' Net News fuq Facebook se tkun qed twassal xandira speċjali b'rabta ma' dan il-vot. Se nkunu qed insegwu wkoll b'mod dirett l-ewwel reazzjonijiet ta' Roberta Metsola eżatt malli tispiċċa l-elezzjoni. Il-kollega tagħna Keane Cutajar se jkun LIVE fuq Facebook bl-aġġornamenti kollha marbuta ma' din il-votazzjoni fil-Parlament Ewropew.
[ 3 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/12/iran-l-uranju-raffinat-qabez-il-limitu-bi-tnax-il-darba/
Iran: L-uranju raffinat qabeż il-limitu 'bi tnax-il darba'
netnews.com.mt
L-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA) – l-osservatur tal-attività nukleari fuq livell globali – żvelat li l-Iran, illum, qabeż 'bi tnax-il darba' l-ammont tal-uranju raffinat li hu permess għal dan il-pajjiż skont il-ftehim nukleari storiku li l-Iranjani kienu laħqu, fl-2015, mal-potenzi tad-dinja. Kelliema għall-IAEA sostnew li l-ħażna tal-uranju inkwistjoni, dan ix-xahar, qed ilaħħaq ma' kważi 2,500 kilogramma. Dan waqt li l-kelliema għall-Gvern Iżlamiku f'Tehran komplew jinsistu li l-programm nukleari tal-Iran hu kollu kemm hu intiż għal proġetti domestiċi bi skop 'paċifiku'. Sadanittant, l-IAEA fissret bħala 'mhix kredibbli' l-ispjegazzjoni tal-Iran dwar il-preżenza ta' materjal nukleari f'sit li ma kienx iddikjarat. Fl-aħħar rapport – li tqassam lill-Istati-membri tagħha – l-aġenzija ma identifikatx is-sit fejn instab il-materjal nukleari. Iżda waqt li ma ssemmietx 'indikazzjoni' li s-sit qed jintuża għall-ipproċessar tal-uranju, mhux eskluż li l-materjal seta' kien 'qed jinżamm f'dik iz-zona speċifika'. L-Ambaxxatur Iranjan għall-IAEA, Gharib Abadi, issa, ħeġġeġ 'biex in-naħat jevitaw id-diskors żejjed f'din is-sitwazzjoni'. Hu kompla li l-Iran qed ikompli bil-kuntatti mal-IAEA 'bil-għan li jsibu riżoluzzjoni għall-kwistjoni'. Sadanittant, l-IAEA qalet li l-Iran qed ikompli jirraffina l-uranju lejn 'purezza' ta' 4.5 fil-mija. Dan meta l-ftehim tal-2015 kien jesiġi biex il-proċess ( fl-Iran) ma jaqbiżx il-massimu ta' 3.67 fil-mija. L-IAEA anki għadha tanalizza l-kampjuni li, f'Settembru, ittieħdu minn żewġ zoni fl-Iran. Iz-zoni huma suspettati li, fil-passat, servew bħala siti nukleari u, din is-sena, l-ispetturi tal-aġenzija kienu ngħataw aċċess lejn dawn l-inħawi.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/12/tliet-akkwisti-minn-exiles-u-philip-paris-igedded-il-kuntratt/
Tliet akkwisti minn Exiles u Philip Paris iġedded il-kuntratt
netnews.com.mt
Għalkemm l-istaġun tas-sajf intemm ftit ġimgħat ilu, Exiles jinsabu għaddejjin b'ħidma kontinwa biex isaħħu l-iskwadra tagħhom għas-sena d-dieħla u jerġgħu jikkonfermaw il-pożizzjoni tagħhom fil-Kampjonat Premier. Exiles taħt it-tmexxija tal-eks plejer tagħhom Aurelien Cousin, ħabbru li Philip Paris ġedded il-kuntratt mal-klabb filwaqt li akkwistaw lil David Fenech, Max Aquilina u Niall Saliba li kollha ffirmaw kuntratt ta' erba' snin. Philip Paris ilu parti mit-tim ta' Exiles għal dawn l-aħħar tliet staġuni u l-konsistenza fil-logħob tiegħu żammet lilu parti mit-tim taħt it-tmexxija ta' Marko Cuk u Igor Vukanovic. David Fenech lagħab ma' Exiles din is-sena b'self mingħand Sliema. Minbarra Exiles, fl-aħħar ħames snin, Fenech lagħab ukoll darbtejn ma' Ta' Xbiex, staġun ma' Valletta u staġun ma' Sliema. Niall Saliba ngħaqad ma' Exiles b'mod permanenti mingħand Sliema. Fl-aħħar erba' snin, il-plejer ta' 20 sena lagħab fl-Ewwel Diviżjoni ma' Ta' Xbiex u magħhom kien plejer regolari fejn kiseb il-minuti neċessarji fl-ilma biex għenuh itejjeb il-logħba tiegħu. Max Aquilina se jibda esperjenza ġdida fil-karriera wara li ntlaħaq ftehim ma' Marsaskala. Il-plejer ta' 22 sena li hu prodott ta' Sliema, lagħab l-aħħar żewġ staġuni ma' Marsaskala u magħhom rebaħ il-Kampjonat u n-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni s-sena l-oħra. F'dawn is-sentejn, Aquilina stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-plejers importanti ta' Marsaskala u anki beda jsib ix-xibka b'mod regolari.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/12/ippremjati-l-isforzi-ta-ragel-biex-jgheleb-il-problema-ta-droga-u-xorb/
Ippremjati l-isforzi ta' raġel biex jgħeleb il-problema ta' droga u xorb
netnews.com.mt
Il-Qorti tal-Maġistrati ppremjat raġel mill-Iklin li qed jagħmel sforzi kbar biex jgħeleb il-vizzju tad-droga u x-xorb li wassluh biex jikkommetti diversi reati. Jonathan Attard ta' 41 sena li ammetta li matul il-lejl ta' bejn it-22 u t-23 ta' Diċembru tal-2018, ipprova jisraq minn karozza f'Tal-Pietà. Ammetta li r-reat ma sarx minħabba ċirkostanzi aċċidentali u indipendenti mill-volontà tiegħu. Ammetta wkoll li għamel ħsara fil-karozza li ma tiskorrix l-ammont ta' €2,500, iżda huwa iżjed minn €250, u li kkommetta reat waqt il-perjodu operattiv ta' sentenza ta' 22 xahar priġunerija sospizi għal tliet snin, u peress li ammetta, l-imputat għadu jitqies bħala reċidiv. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Simone Grech ħadet in konsiderazzjoni n-natura tar-reati li bihom kien jinsab akkużat l-imputat. Hadet in konsiderazzjoni wkoll, tal-ammissjoni ferm bikrija tiegħu u l-fedina penali, li mhijiex xi waħda nadifa. Madanakollu, qalet il-Qorti, hija tħoss li Attard għamel avvanz kbir biex jgħeleb il-vizzji li qed isofri minnhom, u tqis li l-progress straordinarju li għamel l-imputat, għandu jiġi kkunsidrat fid-deċiżjoni dwar il-piena. Il-Qorti qalet li tqis li l-imputat għandhu jingħata opportunità tal-aħħar, u għalhekk ma tqisx li piena karċerarja tkun waħda idoneja fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta' dan il-każ. Qalet li fuq l-attentat ta' serq, tikkundannah għal sena priġunerija,sospiżi għal sentejn. Fir-rigward tas-sentenza sospiża imposta permezz ta' sentenza mogħtija fis-6 ta' Frar 2018, din terġa' tibda tgħodd mil-lum. Il-Qorti poġġiet lill-ħati taħt Ordni ta' Trattament għal żmien tliet snin, sabiex ikompli jingħata l-għajnuna kollha neċessarja sabiex jgħeleb il-vizzju tad-droga u tax-xorb, inkluż dik psikoloġika, jekk ikun meħtieġ. Il-Qorti ordnat ukoll lil Jonathan Attard iħallas is-somma ta' €750 għall-ispejjeż lill-vittma fi żmien sitt xhur. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Wayne Camilleri.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/12/hong-kong-ic-cina-tikkundanna-r-rizenji-fost-il-membri-tal-oppozizzjoni/
Hong Kong: Iċ-Ċina tikkundanna r-riżenji fost il-membri tal-Oppożizzjoni
netnews.com.mt
Il-Gvern taċ-Ċina kkundana r-riżenja tal-maġġoranza tal-membri tal-Oppożizzjoni mill-Parlament ta' Hong Kong — bit-Tmexxija komunista f'Beijing qed tqis dan il-pass bħala 'sfida bil-miftuħ' lill-awtorità tagħha. Kważi d-deputati kollha li jemmnu fid-demokrazija warrbu mill-assemblea ta' Hong Kong wara t-tkeċċija ta' erba' mill-kollegi tagħhom li kienu akkużati bħala 'theddida għas-sigurtà nazzjonali'. L-iżviluppi, issa, qed jindikaw li Hong Kong, 'il quddiem, għandu jitlef għal kollox il-livell limitat tad-demokrazija li ilu jgawdi għal snin u li permezz tiegħu kien meqjus bħala 'entità distinta' mit-territorji l-oħrajn ikkontrollati miċ-Ċina. Hong Kong – eks kolonja Britannika – sar parti miċ-Ċina fl-1997 u meta ċ-Ċiniżi kienu wiegħdu li t-territorju kellu jżomm 'il-kunċett uniku ta' libertà' għal 50 sena. Intant, il-Gvern tar-Renju Unit illum qed jakkuża liċ-Ċina li mar lura mill-impenji tiegħu biex jipproteġi l-awtonomija ta' Hong Kong. Is-Segretarju Britanniku għall-Affarijiet Barranin, Dominc Raab qal li t-tkeċċija tal-erba' deputati eletti mil-leġislatura ta' Hong 'tikkostitwixxi abbuż ċar tad-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Britannika' li torbot lill-partijiet legalment. Ir-Renju Unit anki qed jakkuża liċ-Ċina bl-impożizzjoni ta' regoli ġodda 'u b'li, mill-ġdid, kisret il-wiegħdiet fir-rigward ta' din l-eks kolonja'. L-Istati Uniti ukoll ikkundannat l-aħħar żviluppi f'Hong Kong bħala 'impenn lejn l-impożizzjoni ta' dittatorjat ta' stat wieħed (komunista) fit-territorju.' Dan waqt li l-Unjoni Ewropea insistiet biex iċ-Ċina 'iddawwar lura d-deċiżjoni'. Sadanittant, il-Gvern f'Hong Kong u l-awtoritajiet f'Beijing iddefendew l-iskwalifiki tad-deputati bħala 'legali u xierqa' fiċ-ċirkustanzi.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/14/l-italja-aktar-zoni-homor-minhabba-l-coronavirus/
L-Italja: Aktar 'zoni ħomor' minħabba l-coronavirus
netnews.com.mt
L-awtoritajiet fl-Italja żiedu aktar reġjuni mal-lista taz-zoni ħomor – li jindikaw l-akbar livell ta' periklu minn infezzjoni bil-Covid-19 – u meta l-każi tal-coronavirus laħqu rekord ġdid madwar il-pajjiż. Ir-reġjuni ta' Campania u Toscana se jiżdiedu mar-reġjuni Taljani l-oħra li huma suġġetti għall-aktar miżuri stretti tal-lockdown. Dan meta l-awtoritajiet f'Campania ( li tinkludi l-belt ta' Napli) wissew li s-sistema għall-kura tas-saħħa lokali tinsab qrib li tikkrolla. Sadanittant, l-Italja, nhar il-Ġimgħa, ikkonfermat mal-40,902 infezzjonijiet ġodda bil-Covid-19 – li hi l-ogħla ċifra ta' infezzjonijiet għal ġurnata waħda qatt irreġistrata fil-pajjiż. Walter Ricciardi, il-konsulent tal-Gvern dwar il-coronavirus, qal lill-ġurnalisti li l-pajjiż 'għandu bejn ġimgħatejn u tliet ġimgħat biex jiddeċiedi jekk jimponix lockdown ġdid fuq bażi nazzjonali'. Aktar kmieni din is-sena, l-Italja spiċċat bħala l-epiċentru tal-pandemija fl-Ewropa – iżda rnexxielha ġġib l-ewwel mewġa tal-virus taħt kontroll permezz ta' lockdown riġidu, effettiv għall-pajjiż kollu. Ir-restrizzjonijiet, maż-żmien, kienu tneħħew aktar ma bdew jonqsu l-każi iżda l-awtoritajiet Taljani, fl-aħħar jiem, bdew jintroduċu miżuri ġodda ta' emerġenza meta qegħdin jiffaċċjaw tieni mewġa perikoluża ta' infezzjonijiet. Ir-reġjuni fl-Italja huma maqsumin fi tliet zoni – biz-zona l-ħamra tindika l-akbar element ta' sogru u meta l-kuluri 'oranġjo' u 'isfar' jindikaw livelli anqas (rispettivi) ta' periklu mill-infezzjoni. Indikati bħala zoni ħomor, bħalissa, hemm ir-reġjuni ta' Lombardia, Bolzano, Piedmonte , Valle d'Aosta u (millum) Calabria.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/15/stati-uniti-partitarji-ta-trump-jiehdu-sehem-fdimostrazzjonijiet-fwashington-fost-incidenti-vjolenti/
Stati Uniti: Partitarji ta' Trump jieħdu sehem f'dimostrazzjonijiet f'Washington fost inċidenti vjolenti
netnews.com.mt
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump għadu ma ammettiex it-telfa fl-elezzjoni għall-Presidenza ta' pajjiżu minkejja li jinsab taħt pressjoni kbira biex jiddikjara r-realtà tas-sitwazzjoni u jippermetti għal tranżizzjoni lejn it-tmexxija ġdida, bil-President-elett Joe Biden bħala protagonista. Sadanittant, mill-anqas 20 persuna kienu arrestati matul sensiela ta' protesti ġodda f'Washington – fejn, f'inċident partikulari, numru ta' nies spiċċaw jiġġieldu bis-skieken. Fil-protesti ħadu sehem eluf ta' persuni, meta l-partitarji ta' Donald Trump qed jappoġġjaw 'akkost ta' kollox' l-akkużi mhumiex sostanzjati ta' Trump li l-proċess elettorali ta' dan ix-xahar kien suġġett għall-'frodi u l-manipulazzjoni'. Intant, gruppi minn dawn il-partitarji kkonfrontaw lin-nies li ma jridux li Trump jibqa' jokkupa l-White House fost sensiela ta' inċidenti koroh. Matul il-protesti, tal-anqas żewġ uffiċjali tal-Pulizija spiċċaw feruti, minbarra nies oħra. Dan waqt li l-uffiċjali tas-sigurtà ppruvaw jagħlqu l-aċċess għal sezzjonijiet kbar ta' Washington, fejn il-ħwienet ilhom magħluqin sa minn jum l-elezzjoni presidenzjali. Il-partitarji li qed jinsistu biex Donald Trump jibqa' fil-poter jinkludu membri ta' gruppi estremisti tal-lemin li fl-aħħar sigħat dehru lebsin l-elmi u ġgieget bullet-proof waqt id-dimostrazzjonijiet. Il-partitarji radikali favur Trump huma determinati li ma jarawx lil Joe Biden – il-kandidat tal-Partit Demokratiku – jassumi uffiċjalment il-Presidenza u minkejja l-indikazzjonijiet ċari li hu rebaħ l-elezzjoni tat-3 ta' Novembru. Joe Biden, fi tmiem il-ġimgħa, enfasizza s-suċċess elettorali proġettat b'rebħa fl-Istat ta' Georgia fejn sar l-ewwel kandidat Demokratiku li rebaħ il-vot Presidenzjali f'dan l-Istat mill-1992. B'dan is-suċċess, Biden kiseb total ta' 306 voti mill-Kulleġġ Elettorali (is-sistema li biha jintgħażel il-President tal-Istati Uniti) fejn qabeż sew it-threshold stabbilit ta' 270.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/15/hmistax-il-pajjiz-jissiehbu-fl-akbar-grupp-kummercjali-tad-dinja/
Ħmistax-il pajjiż jissieħbu fl-akbar grupp kummerċjali tad-dinja
netnews.com.mt
Ħmistax-il pajjiż qed jiffurmaw l-entità ġdida bl-isem Regional Comprehensive Economic Partnership (RCEP) li hi magħmulha minn għaxar Stati mix-Xlokk tal-Asja, flimkien maċ-Ċina, il-Korea t'Isfel, il-Ġappun, l-Awstralja u New Zealand. L-entità kummerċjali hi l-akbar waħda fid-dinja u tkopri kważi terz tal-ekonomija globali. Dan meta l-patt inkwistjoni qed jitqies bħala estensjoni tal-influwenza taċ-Ċina fir-reġjun – bil-ftehim jeskludi lill-Istati Uniti li, fl-2017, kienet irtirat minn patt kummerċjali ieħor għall-pajjiżi tal-Asja u l-Paċifiku. Il-President Amerikan, Donald Trump, kien ħareġ pajjiżu mit-Trans-Pacific Partnership (TPP) ftit wara li assuma l-poter fl-Istati Uniti. Il-ftehim inkwistjoni kellu jinvolvi tnax-il pajjiż u kien appoġġjat mill-President Amerikan ( ta' qabel Trump) Barack Obama, bħala 'strument' biex jibbilanċja l-poter taċ-Ċina fir-reġjun. In-negozjati dwar l-RCEP damu għal tmien snin, bil-ftehim ikun iffirmat ilbieraħ wara l-kwinti tas-summit virtwali tal-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi Asjatiċi tax-Xlokk (ASEAN) organizzat mill-Vjetnam. Il-mexxejja tal-pajjiżi msieħba fir-RCEP qed jittamaw li l-ftehim jgħin lill-Istati biex jirkupraw mill-impatt qalil tal-pandemija tal-Covid-19. Dan waqt li l-Prim Ministru taċ-Ċina, Li Keqiang, sostna li l-iffirmar tal-ftehim 'jipprovdi xaqq ta' dawl ieħor u tama ġdida fost l-inċertezza ġenerata mill-pandemija'. L-Indja wkoll kienet parti min-negozjati dwar l-RCEP iżda rtirat minnu, is-sena l-oħra, minħabba t-tħassib li t-tariffi aktar baxxi setgħu jolqtu ħażin lill-produtturi lokali. Madankollu, il-bieb għadu mbexxaq għall-Indja biex tissieħeb f'dan il-ftehim fil-futur. L-RCEP mistenni li jelimina numru ta' tariffi fuq l-importazzjoni fi żmien 20 sena. Fl-istess ħin, il-patt jinkludi kundizzjonijiet relatati għall-proprjetà intellettwali, it-telekomunikazzjonijiet, is-servizzi finanzjari, l- e-commerce u s-servizzi professjonali. L-Istati-membri tal-RCEP jikkostitwixxu kważi terz tal-popolazzjoni tad-dinja filwaqt li jagħmlu tajjeb għal madwar 30 fil-mija tal-prodott gross domestiku (GDP) tad-dinja.
[ 10 ]