url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://netnews.com.mt/2020/11/16/titwaqqaf-struttura-gdida-biex-jintharrgu-l-atleti-mat-tim-nazzjonali/
Titwaqqaf struttura ġdida biex jitħarrġu l-atleti mat-tim nazzjonali
netnews.com.mt
Athletics Malta bdiet bil-preparamenti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2023 li se jsiru f'pajjiżna, billi twaqqfet struttura ġdida fejn fiha se jkun qed jintħarrġu l-atletli Maltin. Filwaqt li kull staġun iġib miegħu appuntamenti ta' interess għall-aqwa atleti Maltin, il-mira ewlenija tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Atletika se jkunu l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. L-għan prinċipali ta' din l-istruttura se jkun li l-atleti li se jkunu qed jifformaw parti mit-tim nazzjonali jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom sa dan l-avveniment. Dan se jsir bl-appoġġ tal-aqwa u l-aktar kowċis ta' esperjenza f'Malta, taħt il-gwida tad-Direttur Tekinku Andy Grech, il-Head Coach Coordinator Mario Bonello u l-Konsulent tal-Coaching Antonio Laguardia. Ir-Road Running League ta' Malta għas-sena d-dieħla Kawża taż-żieda fil-każijiet tal-coronavirus fl-aħħar xhur f'pajjiżna, l-ewwel tellieqa tal-Kampjonat Nazzjonali li kellha ssir fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġiet posposta. L-Assoċjazzjoni ħabbret li se tkun qed tiskeda t-tlielaq fl-aħħar cahrejn tal-2020 fil-bidu tas-sena d-dieħla.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/18/starlites-gig-bpunti-massimi-wara-rebha-konvincenti/
Starlites GIG b'punti massimi wara rebħa konvinċenti
netnews.com.mt
Colin Schembri STARLITES GIG…….76 HIBERNIANS………. 37 (23-10)(21-6)(19-9)(13-12) Starlites Gig: M. Zammit Cordina 6, C. Cilia, A. Micallef 2, S. Farrugia 2, M. Bonett 9, S. De Martino 15, C. Curmi 5, J. Diaby 9, P. Arguello 8, N. Schembri 5, S. Davies 6, K. Mifsud 9 Hibernians: I. Agius 7, Y. Bonett 5, J. Dabic, S. Brincat 2, B. Agius 3, J. Abela 3, Ch. Camilleri, Cl. Camilleri 2, N. Farrugia 3, K. Calleja, K. Caruana 5, M. Buhagiar 7. Referees: Luke Camilleri, Gordon Barbara, Kamil Dworniczak Starlites GIG kienu totalment superjuri għat-team żagħżugħ ta' Hibernians u kif juri l-iskor finali, huma spiċċaw b'rebħa faċli 76-37. Kien biss fl-aħħar taqsima li Hibs żammew il-pass mal-avversarji però r-rebħa kienet diġa aċċertata għat-team ta' David Baudot. Starlites iddominaw taħt il-boards fejn it-tul tagħhom kien superjuri għal dak tal-Pawlisti. Fl-attakk Hibs iridu juru aktar kalma però se jkun staġun ta' transizzjoni diffiċli għal team li dera jirbaħ unuri matul l-istaġuni li għaddew. Starlites fetħu l-partita bl-ewwel ħames punti minn Josephine Diaby u Maria Bonett. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bil-Hibs ikollhom trippla ta' Naomi Farrugia però Starlites baqgħu fuq quddiem 11-3. Starlites komplew b'run ta' 10-0 bi trippla ta' Patricia Arguello flimkien ma' Michela Zammit Cordina u Christina Curmi qabel ma Hibs waqqfuhom bil-punti ta' Ylenia Bonett. Starlites għalqu t-taqsima bil-freethrows ta' Nicole Schembri għal skor ta' 23-10. Fit-tieni taqsima, Hibs sabuha diffiċli biex jagħmlu l-punti u Starlites komplew jinqatgħu fuq quddiem. Huma fetħu bi break qawwi ta' 13-2 fejn fost l-oħrajn kellhom il-punti ta' Steffi De Martino, Kaya Mifsud, Anthea Micallef u trippla oħra ta' Arguello. Wara li Hibs kellhom basket minn Iona Agius, Starlites wieġbu bi trippla ta' Bonett u basket ta' Zammit Cordina biex is-sessjoni għalqet bi trippla minn Marie Buhagiar għal Hibs għal skor ta' 44-16. It-tielet taqsima kienet kważi identika għat-tieni waħda fejn minkejja li Hibs fetħu bil-punti ta' Agius u trippla ta' Jasmine Abela, kienu Starlites li reġgħu għafsu u għaqqdu break ieħor ta' 17-4. De Martino kellha żewġ trippli flimkien m'oħra ta' Bonett bi Stephanie Davies u Curmi jagħmlu l-kumplament tal-punti għal skor ta' 63-25. L-aħħar taqsima kienet biss formalita hekk kif id-distakk kien wieħed sostanzjali. Hibs fetħu bil-punti ta' Claudia Camilleri u trippla ta' Britney Agius b'Diaby twieġeb għal Starlites. Sa' tmiem il-partita kien hemm aktar punti fejn għal Hibs kisbet punti konskeuttivi Buhagiar, l-istess kif għamlet Kaya Mifsud għal Starlites li għalqet il-partita bi trippla għal skor finali ta' 76-37. CAFFÈ MOAK LUXOL……….68 ARMS DEPIRO…………………62 (15-15)(17-11)(15-17)(21-18) Luxol: A. Mifsud 2, P. Ellul 11, N. Vella 7, M. Pollaco 5, L. Caruana Montaldo, C. Sollami 5, K. Portelli 4, A. Borg 12, J. Schembri, H. Galea, M. Grech, K. Koenig 22. ARMS Depiro: No. Agius, M. Caruana 12, Ni. Agius 10, T. Mifsud, L. Duncan 3, J. Borg 6, C. Ciantar8, J. Xerri, N. Hili 2, H. Johnson 19, D. Galea, N. Borg 2. Referees: Gordon Barbara, Ivica Simic, Vladimir Nikolic. Din il-partita kienet missielta aktar mill-ewwel waħda fejn iż-żewġ timijiet kienu qiegħdin ifittxu l-ewwel rebħa tal-istaġun. Luxol kellhom team mibdul mill-ewwel ħarġa tagħhom fejn ġew lura players t'esperjenza bħal Paula Ellul, Kay Portelli u Nicole Vella u fuq kollox inkludew għall-ewwel darba lil player Amerikana Kali Koenig li spiċċat bi 22 punt fosthom 4 three pointers. Huma kellhom nieqsa lil Sharon Vella. Depiro kellhom l-istess formazzjoni tal-ewwel partita u fetħu tajjeb bil-punti tal-Amerikana Hannah Johnson u marru 7-1 minn fuq. Luxol bdew jirrispodu u żewġ trippli ta' Koenig u baskets ta' Ellul u Marie Elise Pollacco poġġewjom rawhom jaqilbu r-riżultat favurhom. Trippla ta' Monique Caruana poġġiet lil Depiro fuq quddiem mill-ġdid però Luxol irnexxielhom jippareġjaw sa' tmiem is-sessjoni 15-15 bil-punti ta' Koenig u Cristina Sollami. Fit-tieni taqsima kienu Luxol li marru fuq quddiem permezz ta' Vella u Sollami però Johnson malajr wieġbet għal Depiro u t-tieni trippla ta' Caruana tathom vantaġġ ta' erba' punti 26-22. Dawn però kienu l-aħħar punti ta' Depiro għaliex sa' tmiem is-sessjoni Luxol għamlu run ta' 10-0 li bdewha bi trippla ta' Koenig u daħlu jistrieħu 32-26 minn fuq. Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Luxol żammew vantaġġ t'erba' punti 38-34. Depiro għamlu l-iskor indaqs wara l-punti ta' Agius u Johnson segiti minn trippla fuq kull naħa qabel ma Luxol għamlu l-aħħar punti bi trippla ta' Antoinette Borg flimkien ma' Andrea Mifsud għal skor ta' 47-43. Fl-aħħar sessjoni kien hemm botta u risposta kontinwa u għal ħin twil basket biss kien jifred liż-żewġ timijiet. Mument tajjeb minn Luxol fosthom bi trippli ta' Koenig u Ellul rawhom jiftħu vantaġġ ta' 5 punti u kien biżżejjed għalijhom li jikkontrollaw l-aħħar sforzi ta' Depiro biex ħarġu rebbieħa 68-62.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/18/mixli-li-ta-n-nar-karozza-fhal-qormi/
Mixli li ta n-nar karozza f'Ħal Qormi
netnews.com.mt
Ħaddiem tal-kostruzzjoni minn Ħaż-Żebbuġ inżamm taħt arrest preventiv fuq akkużi ta' ħruq b'rabta ma' każ fejn huwa ta n-nar karozza li kienet ipparkjata f'Ħal Qormi f'Settembru li għadda. Jean Claude Galea ta' 24 sena ġie mixlu quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea akkużat bi ħruq, ħsara kriminali u lisar reċidiv. L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin tal-5 ta 'Settembru f'Ħal Qormi. Il-Qorti semgħet kif Galea tqabbad biex jagħti n-nar lill-karozza minn persuna, "biex tibgħat messaġġ." Min qabbad lil Galea iwettaq dan ir-reat kien ġie arrestat ukoll u nhar it-Tlieta kien ġie kkundannat għal sentejn ħabs sospiżi għal erba'. Il-Pulizija kienu sabu stampa tan-numru tal-karozza maħruqa fuq il-mowbajl ta' Galea. L-Avukat Alfred Abela wieġeb f'isem il-klijent tiegħu ta' mhux ħati. Huwa talab il-libertà proviżorja bil-prosekuzzjoni toġġezzjona, billi argumentat li l-akkużat jista' jbagħbas l-evidenza jekk jinħeles. Abela argumenta li l- "moħħ" diġà xehed taħt ġurament. Ħadd ma jista' jbiddel ix-xhieda tiegħu, għalhekk, qal l-avukat, u żied li r-reat seħħ xahrejn u nofs ilu. "Kieku kellu jkun hemm tbagħbis tal-provi kien ikun ġara issa. Huwa ġie arrestat tliet ijiem ilu u kien hemm żmien biżżejjed biex l-evidenza tiġi mbagħbsa iżda ma ġara xejn. " "Għandna żagħżugħ ta' 24 sena b'rekord kriminali nadif li lest li ma jersaqx lejn l-allegati vittmi. M'għandu l-ebda raġuni biex jersaq lejn Ħal Qormi. Missieru huwa wkoll lest li jidħol bħala garanti ta' parti terza. " Il-Qorti, madankollu, ċaħdet il-libertà proviżorja fid-dawl tal-fatt li l-persuna tressqet hekk kif il-moħħ ingħata sentenza sospiża u għalhekk kien hemm biża' reali li l-akkużat jersaq jew jikkuntattja l-persuna. Il-maġistrat talab lill-Prosekuzzjoni biex tissejjaħ lill-persuna li ordnat il-ħruq biex tixhed fis-seduta li jmiss. l-Avukat Abela talab li l-Qorti tordna lir-raġel jinżamm fil-sala forensika fl-Isptar Monte Karmeli. Il-Qorti laqgħet it-talba u għamlet ir-rakkomandazzjoni dwar dan lid-direttur tal-ħabs.
[ 0 ]
https://talk.mt/fi-franza-isqof-imcanfar-mill-ministru-ghall-intern-wara-li-qal-li-abbuz-sesswali-mill-kleru-zvelat-fil-qrar-jibqa-sigriet/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Fi Franza – Isqof imċanfar mill-Ministru għall-Intern wara li qal li abbuż sesswali mill-kleru żvelat fil-qrar jibqa' sigriet Minn talk.mt October 9, 2021 talk.mt Eric de Moulins-Beaufort, Isqof ta' Reims u l-Kap tal-Isqfijiet, safa mċanfar mill-Ministru għall-Intern Franċiż wara li l-Isqof irrimarka li hu jżomm mistur każi ta' abbużi sesswali li jsiru mill-kleru jekk isir jaf bihom waqt is-sagrament tal-qrar. Il-liġi Franċiża hija ċara, kull persuna li jkollha l-iċken ħjiel dwar abbuż sesswali fuq minorenni għandha tirraapporta immedjatament lill-awtorijiet. F'każ li dan ma jseħħx, il-persuna hija suġġett għal multi kbar jew saħansitra sentenza ta' ħabs. Artiklu preċedenti Jiġi ffirmat ftehim bejn il-Fondazzjoni Kreattività u l-Aġenżija Żgħażagħ Artiklu li jmiss Grupp ta' investigaturi jgħidu li solvew il-misteru tal-identità tal-qattiel Zodiac… il-pulizija ma jaqblux
[ 10 ]
https://talk.mt/lamin-minghalih-li-l-imghallem-kien-hadlu-hsieb-il-kuntratt-tax-xoghol/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, October 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Lamin mingħalih li l-imgħallem kien ħadlu ħsieb il-kuntratt tax-xogħol Minn talk.mt October 7, 2021 talk.mt Kellu biss ħames minuti brejk Illum beda jixhed Jaiteh Lamin, l-immigrant mill-Gambja li l-ġimgħa li għaddiet allegatament tħalla mitluq fuq bankina fi Triq Selmun fil-Mellieħa wara li waqa' madwar żewġ sulari f'sit ta' kostruzzjoni. Lamin xehed quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia minn fuq is-sodda tal-Isptar Mater Dei fejn qed jingħata l-kura għall-ġrieħi li sofra. Lamin beda jispjega kif huwa ġie Malta f'Mejju 2021 fejn beda jaħdem bħala bajjad. F'Settembru huwa beda jaħdem ma' Glen Farrugia u l-ħin tax-xogħol tiegħu kien bejn is-6:30 a.m u l-5:00 p.m. Huwa kien jitħallas €50 kuljum. Mistoqsi jekk kienx jingħata brejk huwa wieġeb li kien jieħu ħames minuti biex jiekol. Dakinhar tal-inċident huwa kien il-Mosta, iżda Farrugia kien sejjaħlu biex jagħmel xi xogħol fil-Mellieħa. Xogħlu kien li jnaddaf is-saqaf u juża krejn biex itella' blokki tal-konkrit. Spjega dwar il-waqgħa u kif Farrugia qallu biex iċempel għall-ambulanza, iżda Lamin irrifjuta minħabba li beża' mill-awtoritajiet. Spjega kif Farrugia ddeċieda li jieħdu hu l-Isptar u li mat-triq qallu li se jħallih hemm u li kienet se tiġi ambulanza. Lamin ikompli li Farrugia qallu biex meta jiġi mistoqsi x'ġara jgħid li kien intlaqat minn karozza. Huwa qal lil Farrugia biex jgħaġġel għax ħassu qed imut u malli waslu ħdejn roundabout kbira Farrugia qallu li se jħallih hemm imbagħad tiġi ambulanza għalih. Spjega dwar l-għajnuna li ngħata u li kien hu li qal lill-pulizija min kien iħaddmu u tagħhom in-numru tiegħu. Id-difiża tistaqsi lil Lamin Għall-mistoqsijiet tad-dfiża, Lamin beda biex jiċħad li kellu argument ma' Farrugia. Rigward jekk kienx intilef minn sensih, huwa wieġeb li l-uġigħ żammu f'sensih. Mistoqsi dwar jekk qattx kien f'ċentru ta' detenzjoni, Lamin wieġeb li le. L-Avukat Debono staqsa lil Lamin jispeċifika dwar il-mument li waqa' u kif assuma li taħt l-injam li rifes fuqu kienx hemm ħadid. Staqsa wkoll dwar jekk ttiħdux ritratti tas-sit tal-inċident minħabba li l-klijent tiegħu qed jiġi akkużat li kkaġuna ġrieħi lill-vittma imma jeħtieġ jiġi stabbilit jekk weġġgħax minħabba traskuraġni tiegħu. Dwar kif wasal Malta, Lamin wieġeb li ġie biex iżur neputi li ilu snin hawnhekk u ddeċieda li jibqa' jaħdem hawnhekk. Jgħid li wara li beda jaħdem kien skopra li l-imgħallem kellu jagħmillu kuntratt tax-xogħol. Kien kellem lil Farrugia u kien mingħalih li dan kien ħa ħsieb. Artiklu preċedenti Anzjan isofri ġrieħi gravi f'inċident tat-traffiku f'Ħaż-Żebbuġ Artiklu li jmiss Skema oħra biex in-negozji jwettqu investimenti f'operat sostenibbli u diġitalizzat
[ 0 ]
https://talk.mt/il-belt-ta-turin-se-tospita-l-eurovision-tas-sena-d-diehla/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-belt ta' Turin se tospita l-Eurovision tas-sena d-dieħla Minn talk.mt October 8, 2021 talk.mt Wara stennija mill-ammiraturi tal-Eurovision Song Contest, illum tħabbar li l-belt Taljana ta' Turin se tkun dik li se tospita s-66 Eurovision Song Contest li se jsir f'Mejju li ġej. Il-finali se jsir f'PalaOlimpico nhar is-Sibt 14 ta' Mejju bis-Semi-finali jsir fl-10 u t-12 ta' Mejju. Il-kapitali tal-Piemonte se tkun it-tielet belt Taljana li tospita dan l-avveniment wara li fl-1965 dan kien sar ġewwa Napli filwaqt li fl-1991 sar ġewwa Ruma. Issa, wara li l-grupp Maneskin rebaħ il-Eurovision ta' din is-sena bid-diska 'Zitti e buoni', dan il-konkors se jirritorna l-Italja wara 31 sena, f'belt li bosta ddeskrivewha bħala waħda li għandha l-karatteristiċi kollha biex tospita avveniment tant prestiġjuż. Ciao Torino! 🇮🇹🇮🇹🇮🇹 The secret's out! #Eurovision 2022 will be held in Turin! 🤩 All the details right here 👉 https://t.co/HrJ1rhnKRv 🎶 #ESC2022 | 🏙 @twitorino | 📺 @EurovisionRai pic.twitter.com/k3vJk6HnGy — Eurovision Song Contest (@Eurovision) October 8, 2021 Artiklu preċedenti Il-Ministru għall-Finanzi jirrikonoxxi l-ħidma tal-GWU biex ssir ġustizzja mal-eks ħaddiema tat-tarzna Artiklu li jmiss Il-PM bi żjara lill-Papa Franġisku
[ 10 ]
https://talk.mt/hockey-ic-champions-jibdew-l-istagun-bl-aqwa-mod-possibbli/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex Hockey: Iċ-champions jibdew l-istaġun bl-aqwa mod possibbli Minn talk.mt February 1, 2022 talk.mt Iċ-champions lokali tal-hockey Qormi Daikin bdew bl-aħjar mod l-istaġun 2021/2022 meta ftit sabu diffikulta' sabiex għelbu lir-rivali eterni GREE Sliema Hotsticks 7-1. Dan kien il-bidu tal-istaġun għall-assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey wara li fix-xahar ta' Diċembru ntemm b'suċċess l-istaġun 2020/2021. Fl-ewwel partita uffiċjali tal-istaġun fil-kumpless tal-hockey f'Kordin, il-Qriema ħadu l-kmand tal-logħob sa mill-bidu tant li sal-ewwel quarter kienu diġa 3-0 minn fuq wara gowls ta' Ayrton Falzon, Steve Tanti u Matthijs Bartelts. Fit-tieni quarter, Keith Calleja skorja r-raba' gowl għal Qormi qabel ma' Chris Agius naqqas il-marġni tal-iskor għal Sliema. Minkejja kollox, iċ-champions baqgħu konċentrati u wara li John Williams żied ieħor fit-tielet quarter, l-istess plejer għamilhom sitta fir-raba' wieħed bi Steve Tanti li jissiġġilla l-iskor finali għat-tim tiegħu. Umpires: Glen Bonello, Nathan Galea Artiklu preċedenti "Tfajla ta' ispirazzjoni kbira"… Jirnexxielha tikteb fuq karta għall-ewwel darba mill-2013 Artiklu li jmiss Il-Ministru għad-Difiża Taljan jiċħad li bastimenti Russi għaddew mill-ibħra Taljani ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/decizjonijiet-fuq-iz-zewg-ucuh-tal-munita/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex Deċiżjonijiet fuq iż-żewġ uċuħ tal-munita Minn talk.mt February 1, 2022 talk.mt Ċertu rwoli fis-soċjetà jistgħu joffru ż-żewġ uċuħ tal-munita. Tajjeb li nfakkru kif fl-ewwel xhur tal-pandemija, l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin kienu mfaħħra ferm għal mod ta' kif kienu qegħdin jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19. Maż-żmien il-pandemija bħal "serqet" ċertu libertajiet u dan wassal biex żdiedet ċertu ansjetà u problemi oħra li għalkemm il-gvern ħaseb biex jindirizzahom ukoll bħala parti mill-pjan lejn in-normalità, il-ferita bħal donnha baqgħet tinħass u se ddum biex tiddewwa kompletament. L-aktar riċenti kienu l-miżuri li daħlu fis-seħħ fis-17 ta' Jannar. Dawn il-miżuri ħolqu reazzjonijiet imħallta bl-aktar li wasslu l-messaġġ tagħhom kienu dawk li ħassewhom diskriminati minħabba li għalkemm pajjiżna dejjem kien minn ta' quddiem, jekk mhux bl-aqwa programm ta' tilqim fl-Ewropa, spiċċa jdaħħal miżuri li fost affarijiet oħra, ċaħħdu persuni milli jidħlu f'ċertu stabbilimenti mingħajr ċertifikat tat-tilqim. Iżda bħalma dejjem sar, l-awtoritajiet ma ħallewx din il-karba għaddejja mar-riħ u wara li saret analiżi tas-sitwazzjoni, il-Ministru Fearne ħabbar fil-parlament li minħabba li għandna l-maġġoranza li aċċettaw l-istedina tat-tilqim, minn Frar jistgħu jerġgħu jitnaqqsu ċertu miżuri lejn in-normalità. Ta' min ifakkar li qabel din l-aħbar, kien hemm persuni li wettqu dimostrazzjonijiet, oħrajn li semmgħu leħinhom fil-midja u oħrajn li sfortunatament żammew il-krib tagħhom mistur. B'hekk meta wieħed jixtarr din is-sitwazzjoni minn perspettiva mħawra bejn dawk li xogħolhom huwa li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-poplu li ma jistax jgħix fis-silenzju u skontu li qiegħed jiġi mċaħħad minn ċertu libertajiet jista' japprezza d-demokrazija li mingħajr il-bżonn ta' vjolenza tista' twassal għal deċiżjonijiet li jħarsu s-saħħa tal-poplu filwaqt li tara li ma jkunx hawn min jiġi diskriminat. Meta nqisu dawn l-episodji kollha nemmnu li kemm dawk li kellhom jieħdu d-deċiżjonijiet, kif ukoll dawk li ma qablux magħhom, it-tnejn kellhom intenzjonijiet tajba, għaliex wara kollox il-munita fiha żewġ uċuħ. Artiklu preċedenti Alex Satariano jingħaqad b'self mat-team tas-Serie C fl-Italja, Pergolettese Artiklu li jmiss Tnejn mill-aqwa Atleti tal-OCR ġejjin Malta biex iħarġu tim għal The Grid
[ 11 ]
https://talk.mt/borza-gdida-tal-iskart-fiz-zmien-li-gej-se-jinbidlu-wkoll-il-kuluri-tal-boroz/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex Borża ġdida tal-iskart fiż-żmien li ġej… se jinbidlu wkoll il-kuluri tal-boroż Minn Claudio Coleiro February 1, 2022 Claudio Coleiro Ġurnalist Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia tkellem dwar il-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart għall-10 snin li ġejjin. Huwa qal li dan il-pjan jinkludi bidliet mhux biss ta' kif jiġi miġbur l-iskart, iżda wkoll bidliet fil-mod ta' kif jinħadem, ta' x'inpoġġu fuq is-swieq internazzjonali u ta' kif jiġi proċessat fost oħrajn. Il-Ministru Farrugia qal li fiż-żmien li ġej, għalkemm għad m'hemmx data speċifika, mistenni li tibda tinġabar borża oħra addizzjonali apparti l-borża l-griża, is-sewda u l-bajda. Huwa kompla jgħid li, "xi ħaġa oħra li qed nesploraw u aktarx issir hi li se nibdlu l-kuluri tal-boroż. Dan se jsir sabiex ikunu trasparenti għaliex hemm bżonn ta' aktar infurzar. Għalhekk, borża ġdida fiż-żmien li ġej imma l-kuluri tal-boroż jinbidlu wkoll." "Nafu wkoll li se jkun hemm skart kummerċjali li se jinġabar b'mod separat ukoll. Xi ħaġa ambizzjuża li dan il-Gvern ħadem fuqha fl-aħħar xhur," qal il-Ministru Farrugia. Żied jispjega li filwaqt li llum kull Kunsill Lokali jiddeċiedi x'borża tal-iskart jiġbor fi ġranet partikolari, mis-sena d-dieħla dan kollu se jkun streamlined skont ir-reġjuni. Dwar il-pjan tal-Gvern f'dak li jirrigwardja s-single-use plastics, il-Ministru Farrugia qal li Malta kienet mal-ewwel pajjiżi li pprojbixxiet l-ewwel l-importazzjoni tagħhom f'Jannar tal-2021 imbagħad il-bejgħ tagħhom f'Jannar tal-2022. Artiklu preċedenti "It-twessigħ fl-aċċessibiltà għall-għajnuna legali hi miżura ta' ġustizzja soċjali" – il-Ministru Edward Zammit Lewis Artiklu li jmiss "Se mmorru għall-elezzjoni b'wiċċna minn quddiem" – Robert Cutajar
[ 12 ]
https://talk.mt/tnejn-mill-aqwa-atleti-tal-ocr-gejjin-malta-biex-ihargu-tim-ghal-the-grid/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex Tnejn mill-aqwa Atleti tal-OCR ġejjin Malta biex iħarġu tim għal The Grid Minn talk.mt February 1, 2022 talk.mt L-Atleta Ida Mathilde Steensgaard, Champion tad-Dinja tal-Obstacle Course Race (OCR), flimkien mall-Guinness World Record Breaker u l-Atleta tal-OCR Thomas van Tonder se jiġu Malta għall-avvenimenti ta' The Grid. L-atleti tar-Red Bull OCR, li se jżuru Malta f'April u f'Ġunju se jkunu jistgħu jħarrġu total ta' 8 nisa għall-avveniment Grid Arena f'Lulju u 8 t'irġiel oħra għall-Grid Main Event f'Mejju. Red Bull u The Grid qed iħabbru sejħa miftuħa għal dawk interessati biex jingħaqdu mat-tim tal-atleti, b'massimu ta' 50 atleta li se jiġu aċċettati għal kull għażla ta' tim. It-tim maskili magħżul minn Thomas se jieħu sehem fl-Elite Wave tal-Main Event f'Mejju u t-tim femminili magħżul minn Ida se jieħu sehem fil-Female Elite Wave tal-Grid Arena l-ġdida f'Lulju. Diġà rebħet il-kampjonati nazzjonali fid-Danimarka u kisbet midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej filwaqt li tefgħet għajnejha biex tirbaħ uħud mill-akbar avvenimenti sportive madwar id-dinja. Mill-Afrika t'Isfel, Thomas van Tonder huwa wkoll wieħed mill-istilel kbar tat-tlielaq tal-OCR. L-atleta beda l-OCR fl-2013 u spiċċa t-tieni fl-ewwel tiġrija tiegħu. Fi żmien tliet snin sar atleta professjonali. Fl-2019 u fost ħafna rebħiet oħra, Thomas rebaħ it-tiġrija 17 Warrior Black Ops Elite , kif ukoll il-Kampjonati Nazzjonali u l-Kampjonati tas-Serje fl-2016 u l-2018 (kien runner up fl-2017). Huwa kkompeta wkoll f'erba' Kampjonati tad-Dinja tal-OCR u kien fl-aqwa 10 għal tliet darbiet. Fis-17 ta' Novembru 2020 Thomas kiteb ismu fil-Guinness World Records meta kiseb l-iktar rope climb mgħaġġla ta' 50m. Is-16-il magħżula mbagħad se jkomplu jiġu mħarrġa u mmonitorjati kemm minn Thomas kif ukoll minn Ida stess. "M'hemmx li niġu Malta, u nagħmlu t-timijiet tagħna, biex nagħtu l-pariri u tekniki speċifiċi għat-tellieqa tal-OCR, "The Grid". Se nkunu qed nagħżlu tim ta' 8 atleti kull wieħed, li jistgħu jipproċedu għal sessjonijiet speċifiċi ta' taħriġ individwali biex itejbu t-taħriġ tagħhom lejn it-tiġrijiet tal-OCR li se jsiru f'Mejju u f'Lulju. M'għandekx għalfejn tkun atleta tal-OCR, imma trid tkun trid li tirnexxi u titgħallem b'attitudni pożittiva biex tieħu din l-isfida b'mod divertenti. Inwiegħed li se tkun esperjenza pjaċevoli!" Il-parteċipazzjoni hija b'xejn u tista' tapplika fuq https://thegridmalta.com/ida-thomas/. Artiklu preċedenti Deċiżjonijiet fuq iż-żewġ uċuħ tal-munita Artiklu li jmiss "Uħud ma setgħux joperaw għax il-ħaddiema tagħhom mhumiex ewropej" ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/se-mmorru-ghall-elezzjoni-bwiccna-minn-quddiem-robert-cutajar/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex "Se mmorru għall-elezzjoni b'wiċċna minn quddiem" – Robert Cutajar Minn Claudio Coleiro February 1, 2022 Claudio Coleiro Ġurnalist Fil-Parlament, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li jinsab fiduċjuż li tiġi meta tiġi l-elezzjoni, il-poplu Malti se jkun qed juża moħħu, se jkun qed jifhem u jibgħat messaġġ ċar anke fis-skiet li pajjiżna jixraqlu ħafna aħjar u li ma rridux nibqgħu f'dan l-ambjent. Huwa qal ukoll li spiċċa ż-żmien tal-arroganza. "Tiġi meta tiġi l-elezzjoni aħna fiduċjużi, ottimisti li bil-programm li se nkunu qed nippreżentaw il-poplu Malti se jkun qed jagħmel l-għażla t-tajba. Aħna preparati, lesti u tiġi meta tiġi se mmorru għall-elezzjoni b'wiċċna minn quddiem," qal Cutajar li saħaq li l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda tippreżenta programm li jagħmel sens, li jkun qed ibiddel id-direzzjoni ta' dan il-pajjiż. Artiklu preċedenti Borża ġdida tal-iskart fiż-żmien li ġej… se jinbidlu wkoll il-kuluri tal-boroż Artiklu li jmiss L-Ewwel tas-Sena Lunari fiċ-Ċina mxekkla għat-tielet sena bil-pandemija
[ 12 ]
https://talk.mt/l-ewwel-tas-sena-lunari-fic-cina-mxekkla-ghat-tielet-sena-bil-pandemija/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex L-Ewwel tas-Sena Lunari fiċ-Ċina mxekkla għat-tielet sena bil-pandemija Minn talk.mt February 1, 2022 talk.mt Għat-tielet sena konsekuttiva, il-pandemija tal-Cov­id-19 xekklet il-pjan­ijiet ta' vvaġġjar għal miljuni ta' Ċiniżi fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena Lunari. Qabel il-pandemija, tliet biljun persuna kienu jagħmlu vjaġġi ġewwa ċ-Ċina f'dan il-perjodu tas-sena. Iżda ġara li minħabba żieda fil-każijiet, u l-isforzi tal-gvern biex jikkontrolla t-tixrid tal-virus ħafna kellhom għal darb'oħra jikkanċellaw dawn il-pjanijiet. Il-gvern Ċiniż qiegħed isegwi politika ta' żero-Covid u dan hekk kif fil-jiem li ġejjin dan il-pajjiż se jkun qiegħed jospita l-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2022. Dan iż-żmien huwa wieħed importanti ħafna ġewwa ċ-Ċina, hekk kif mijiet ta' miljuni ta' persuni li jkunu marru jgħixu fl-ibliet jagħmlu l-vjaġġ lura lejn il-bliet u rħula fejn twieldu u jiċċelebraw mal-qraba tagħhom. Artiklu preċedenti "Se mmorru għall-elezzjoni b'wiċċna minn quddiem" – Robert Cutajar Artiklu li jmiss Jiġi rilaxxat il-katavru ta' Paulina Dembska biex isir il-funeral fil-Polonja
[ 10 ]
https://talk.mt/il-forzi-tal-istati-uniti-jwettqu-attakk-gewwa-s-sirja/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex Il-forzi tal-Istati Uniti jwettqu attakk ġewwa s-Sirja Minn talk.mt February 3, 2022 Ritratt: EPA talk.mt Forzi speċjali tal-Istati Uniti wettqu rejd antiterroristiku ġewwa s-Sirja f'żoni li huma kkontrollati mill-oppożizzjoni qrib tal-fruntiera mat-Turkija. Kelliemi għall-Pentagon qal li l-missjoni kienet waħda ta' suċċess u l-Istati Uniti ma sofriet l-ebda telf ta' ħajja. Il-kelliemi ma tax iktar dettalji. Uffiċjali tas-salvataġġ irrapportaw li f'dan l-attakk tilfu ħajjithom minn tal-inqas 13-il presuna, u fosthom kien hemm sitt itfal u erba' nisa. Hu mifhum li belt ta' Atmeh, il-post fejn seħħ l-attakk, hija d-dar ta' għadd ta' ġiħadisti barranin li għandhom rab­tiet mal-Al-Qaeda. L-attakk dam għaddej madwar sagħtejn u r-ritratti li ġew ippubblikati fuq il-midja kienu juru l-ħerba kbira li dan ħalla warajh. Artiklu preċedenti West Brom ineħħu lill-manager Valerien Ismael wara biss seba' xhur fit-tmexxija tal-club Artiklu li jmiss Thomas Tuchel jixtieq lil Eder Militao ma' Chelsea
[ 10 ]
https://talk.mt/il-parlament-japprova-l-implimentazzjoni-tal-budget-2022/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex Il-parlament japprova l-implimentazzjoni tal-Budget 2022 Minn Brian Gatt February 2, 2022 Brian Gatt Ġurnalist Fis-seduta Parlamentari tal-lejla ġie approvat l-implimentazzjoni tal-Budget għal din is-sena. Il-budget ta' miżuri preżentat fl-aħħar xhur mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana għadda b'maġġoranza ta' 35 vot favur u 27 vot kontra. Permezz ta' dan il-vot issa jista' jiġi implimentat l-akbar Budget soċjali u ambjentali li qatt ħabbar Gvern f'pajjiżna. Il-Budget 2022 ippreżentat fl-aħħar xhur huwa wieħed li jagħti importanza l-qasam soċjali ta' pajjiżna, b'allokazzjoni ta' fondi li tlaħħaq investiment rekord ta' €1,800,000. Fost il-ħafna benefiċċji li ġew imħabbra jew estiżi kien hemm żieda għal darba oħra lill-pensjonanti. Artiklu preċedenti Kważi 20,000 doża tal-Covid lil tfal bejn l-5 u l-11-il sena Artiklu li jmiss "Il-politika tal-mibegħda se tħalli lill-PN fl-Oppożizzjoni fejn jixirqilhom"
[ 12 ]
https://talk.mt/il-politika-tal-mibeghda-se-thalli-lill-pn-fl-oppozizzjoni-fejn-jixirqilhom/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex "Il-politika tal-mibegħda se tħalli lill-PN fl-Oppożizzjoni fejn jixirqilhom" Minn Brian Gatt February 2, 2022 Brian Gatt Ġurnalist Waqt diskors relatat mal-qasam soċjali, il-Whip tal-Partit Laburista Glen Bedingfield qal li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jinfexx f'sensiela ta' attakki, filwaqt li jippruvaw inessu l-ħafna benefiċċji li qiegħed jipprovdi dan il-gvern biex jiġġieled il-faqar. Bedingfield qal li dan il-gvern jirrikonoxxi li f'pajjiżna hawn problema, iżda qiegħed jindirizza l-problema tad-dħul għal dawk li qegħdin ibatu finanzjarjament. Fakkar dwar iż-żieda fil-pensjonijiet, fejn għal sena wara l-oħra gvern Laburista baqa' jwieżen lill-pensjonanti tagħna. Barra minn hekk, dawk li qegħdin jagħżlu li jibqgħu jaħdmu qegħdin jaraw tnaqqis ukoll fit-taxxi. Sostna li dawk li qegħdin ipenġu lilhom infushom tal-aqwa difensuri tal-pensjonanti, fil-perjodu li għamlu fil-gvern nesew lil dawn il-pensjonanti u warrbuhom. Tkellem ukoll dwar it-trasport pubbliku b'xejn għal kulħadd u li kull min qiegħed juża t-trasport pubbliku qiegħed jiffranka l-flus. Fakkar dwar żmien fejn il-part time kien ikun l-uniku introjtu għax ma kinux isibu xogħol, iżda taħt dan il-gvern qiegħed inaqqas t-taxxa lil dawn in-nies minn 15 fil-mija għal 10 fil-mija. Dan ifisser li l-gvern qiegħed jinċentiva lill-bieżel biex ikompli jissuplimenta l-introjtu tiegħu. Il-Whip Laburista rrefera għal statistika dwar id-dħul li tindika li f'Jannar 95,000 pensjonant, 53,000 ħaddiem u 15,000 student bejniethom kellhom żieda ta' €65 miljun. Kompla biex jitkellem dwar traħħis ieħor bħalma huma dawk fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma fost għajnuniet oħra. Hawnhekk tkellem dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u qal li daħal fil-politika fi żmien li fih rriżulta li naqas milli jħallas ammont ta' taxxa. Huwa kompla biex jgħid li issa l-Oppożizzjoni qiegħda titkaża bil-persuni u l-ħlas mogħti meta fi żmienhom kien hemm ħlasijiet li ma tantx kienu ġustifikati. Fakkar dwar il-ħlas ta' €29,500 fix-xahar lill-persuna li ħarbat is-sistema tat-trasport pubbliku. "U n-nies ħadu 50 ċenteżmu dakinhar, u l-gvern kien jifqa' lill-middleclass bit-taxxi, imma din l-istess middleclass illum taf fejn qiegħda ma' dan il-gvern", kompla Bedingfield. Bedingfield qal li l-kampanji ta' qerq li qiegħed taġixxi bihom l-Oppożizzjoni għad trid iddur għalihom għax il-politika ma ssirx minn fuq il-midja soċjali. Il-Whip kompla biex jgħid li kull politiku għandu jżomm siequ mal-art u l-politika tal-gvern Laburista hija politika tan-nies li tgħinhom biex jgħixu aħjar. Rigward it-tmexxija tal-Oppożizzjoni, Bedingfield qal li nafu li hemm Bernard Grech fil-kariga, iżda allega li aħna fl-aħħar mill-aħħar ma nafux minn fejn ġejjin dawn l-attakki ta' mibegħda huma u jwegħdu għal darba oħra li f'pajjiżna ġejja l-elezzjoni. Huwa rrefera għal indikazzjonijiet li l-programm elettorali huwa lest u ċċajta bil-fatt li sippost ilu lest minn Novembru meta dak iż-żmien l-Oppożizzjoni wkoll kienet bassret li l-Prim Ministru kien se jsejjaħ elezzjoni, xi ħaġa li ma saritx. "Il-Prim Ministru qalilkom li sa Ġunju se ssir l-elezzjoni, għalkemm onestament ma nafx minn fejn ġejja din il-ferneżija. Jirbaħ l-elezzjoni min għandu politika tajba u mhux min jagħmel politika biex jirbaħ l-elezzjoni. Min ma jagħmilx kampanji mibnija fuq il-mibegħda. Ma naqblux fuq kollox, jien meta jkun hemm bżonn nagħmel il-kritika. Meta nikkritika jgħidu li qiegħed nattakka. L-unika politika li tħaddan l-oppożizzjoni hija l-politika tal-mibegħda li se tħalli lill-Oppożizzjoni fejn huma u fejn jixirqilhom. Din in-naħa nadattaw għall-politika kuraġġjuża li tagħmilna man-nies dejjem u mhux meta tkun ġejja elezzjoni", temm isostni Bedingfield. Artiklu preċedenti Il-parlament japprova l-implimentazzjoni tal-Budget 2022 Artiklu li jmiss Għajnuna lin-negozji sabiex iwettqu l-proġetti tagħhom
[ 12 ]
https://talk.mt/zinedine-zidane-jirrifjuta-l-opportunita-li-jiehu-post-mauricio-pochettino-fit-tmexxija-ta-psg/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex Zinedine Zidane jirrifjuta l-opportunità li jieħu post Mauricio Pochettino fit-tmexxija ta' PSG Minn talk.mt February 3, 2022 talk.mt Zinedine Zidane irrifjuta l-opportunità li jieħu post Mauricio Pochettino fit-tmexxija ta' Paris Saint-Germain, ix-xahar li għadda. Il-Pariġini jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-Ligue 1 b'vantaġġ komdu ta' 11-il punt taħt il-gwida ta' Pochettino, għalkemm id-difiża tagħhom tal-Coupe de France intemmet għas-spejjeż ta' Nice fir-round tal-aħħar 16 nhar it-Tnejn. Fost rabtiet frekwenti mal-impjieg ta' Manchester United, Pochettino ssemma' li jista' jħalli lil PSG fl-2022, u l-club suppost kien ħerqan li jneħħih f'Jannar hekk kif bdiet tikber il-frustrazzjoni tal-partitarji fil-konfront tiegħu. Zidane ġie identifikat bħala l-kandidat ewlieni biex jieħu post Pochettino, iżda l-ex bmanager ta' Real Madrid irrifjuta ċ-ċans li jieħu t-tmexxija tal-club minn Pariġi bħala coach. Huwa mifhum li Zidane mhux sodisfatt bil-mod kif qed jitmexxew PSG, kif ukoll bl-istil ta' logħob tagħhom, u lanqas ma ried jiltaqa' kontra Real Madrid fiċ-Champions League aktar tard dan ix-xahar. Artiklu preċedenti Thomas Tuchel jixtieq lil Eder Militao ma' Chelsea Artiklu li jmiss Declan Rice segwit minn tliet clubs ewlenin ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/l-imhabba-ta-omm-mghandhiex-kundizzjonijiet-deborah-c-bkanzunetta-gdida/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, November 4, 2021 ikteb hawn… Fittex "L-imħabba ta' omm m'għandhiex kundizzjonijiet" – Deborah C b'kanzunetta ġdida Minn talk.mt November 4, 2021 talk.mt Il-kantanta Għawdxija Deborah C, ħarġet kanzunetta ġdida bil-Malti. Il-kanzunetta "Ħabbejtek" li għandha lirika ta' Keith Zammit titratta dwar l-imħabba bejn l-omm u uliedha. Fuq il-mużika tal-kanzunetta ħadem Samuel Bugia Garrido. Il-kanzunetta hija ddedikata lil bintha Dianna Lor li hija l-ewwel tarbija tal-Għawdxija u skont kif tkanta fl-istess kanzunetta kienet "nixxiegħa bla tmiem" u li kompliet tagħtiha skop għalxiex tgħix. Il-kantanta tgħid li l-imħabba tal-omm m'għandhiex kundizzjonijiet għax kull omm tasal tagħmel kollox biex tipproteġi lil uliedha "f'imħabba pura". Artiklu preċedenti Il-każi attivi jiżdiedu bi ftit fl-aħħar sigħat Artiklu li jmiss Strateġija ġdida għal servizz pubbliku aktar b'saħħtu
[ 2 ]
https://talk.mt/attakk-terroristiku-jhalli-20-persuna-mejtin-gewwa-l-afganistan/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, November 5, 2021 ikteb hawn… Fittex Attakk terroristiku jħalli 20 persuna mejtin ġewwa l-Afganistan Minn talk.mt November 3, 2021 Ritratt: Reuters talk.mt Iktar minn 20 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li 16 sofrew ġrieħi wara attakk b'armi tan-nar u bombi fi sptar militari ġewwa l-kapitali Afgana Kabul. L-aggressuri attakkaw l-isptar ta' Sardar Daud Khan billi l-ewwel splodew żewġ bombi kbar barra l-bini, u wara daħlu fil-bitħa tal-isptar. Dan l-isptar fih mal-400 sodda. Il-grupp magħruf bħala IS-K, li għandu rabtiet mal-Istat Iżlamiku, qal li kien wara dan l-attakk. Kelliemi għat-Taliban qal li l-ġellieda tagħhom qatlu erba' aggressuri tal-IS-K filwaqt li qabdu wieħed ħaj. Huwa tenna li l-forzi tat-Taliban irrispondew malajr permezz ta' ħelikopers u ma ħallewx lill-aggressuri tal-IS-K jidħlu fil-bini tal-isptar. Il-kelliemi tenna li s-sitwazzjoni kienet ikkontrollata fi 15-il minuta. Minn kemm ilhom li t-Taliban ħadu l-kontroll tal-Afganistan, il-militanti tal-IS-K wettqu numru ta' attakki terroristiċi. Attakk kbir li kienu wettqu kien seħħ f'Awwissu li għadda fl-ajruport internazzjonali ta' Kabul meta dakinhar kienu tilfu ħajjithom 150 persuna ċivili u 13-il suldat Amerikan. L-IS-K jopponu t-tmexxija tat-Taliban minħabba li huma jqisu lill-mexxejja l-ġodda tal-Afganistan bħala tradituri wara li daħlu f'negozjati mal-Istati Uniti biex din tal-aħħar titlaq mill-Afganistan. Artiklu preċedenti Żewġ persuni jindarbu wara argument fil-Marsa Artiklu li jmiss Imnedija linji gwida dwar ir-rikonoxximent tas-sess, is-sesswalità u l-ġeneru għas-servizz pubbliku
[ 10 ]
https://talk.mt/jarhead-young-sailors-foundation-u-s-center-for-sport-excellence-jhabbru-memorandum-ta-ftehim/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, November 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Jarhead Young Sailors Foundation u s-Center for Sport Excellence jħabbru memorandum ta' ftehim Minn talk.mt November 3, 2021 talk.mt Jarhead Young Sailors Foundation (JYSF) u s-Centre for Sport Excellence (CSE) iffirmaw Memorandum ta' Ftehim (MoU) li se jipprovdi struttura akkreditata ta'edukazzjoni u taħriġ għall-programmi offruti mill-JYSF. Il-bażi ta' dan il-ftehim ddur madwar il-kunċett ta'taħriġ fil-prattika li se jippermetti lill-parteċipanti jipprattikaw l-isport u jiżviluppaw ħiliet tal-ħajja permezz tal-isport tal-ibburdjar. L-Amministratur tal-JYSF, Wilfrid Buttigieg stqarr: "Dan il-proġett huwa bbażat fuq it-twemmin li l-esperjenza fl-ibburdjar tipprovdi opportunitajiet għall-iżvilupp ta'ħiliet bħal ħidma f'tim, dixxiplina, komunikazzjoni, sens ta' avventura, ħiliet relatati mal-baħar u akta r . Għalhekk l-għan ewlieni huwa li l-parteċipanti jitħallew jiksbu l-ħiliet tal-ħajja u l-attitudnijiet meħtieġa biex isiru ċittadini attivi bil-kapaċità li jirnexxu fuq ix-xogħol u fis-soċjetà." Il-fundatur tas-CSE, Martin Borg, spjega li "Dan il- ftehim se r jwassal għall-iżvilupp ta' edukazzjoni u provvista ta' taħriġ li ma tkunx formali u applikata. Se nkunu qed naħdmu flimkien biex nassiguraw li l-istudenti jgawdu l-attività tagħhom permezz tal-ibburdjar u fl-istess ħin jissodisfa w r-rekwiżiti kif stabbiliti mid-direttorat għall-istandards u l-kwalità fl-edukazzjoni" Is-Sur Buttigieg żied jgħid: "L-iffirmar ta' dan il- ftehim huwa pass ieħor 'il quddiem għall-Fondazzjoni li bih se nipprovdu wkoll programm ta' kurrikulu akkreditat. It-trasformazzjoni tal-esperjenza ta' tagħlim miksuba f'ċertifikat akkreditat se tkun utli għall-parteċipanti tagħna meta jidħlu fid-dinja tal-impjieg. Aħna konxji li diversi studenti li ġew introdotti għall-ibburdjar permezz tal-Fondazzjoni issa sabu impjieg fis-settur marittimu. Aħna nimmiraw li nibqgħu naħdmu f'din id-direzzjoni u nipprovdu lill-parteċipanti kollha , li jimpenjaw ruħhom lil hinn mill-ewwel sessjonijiet , b'ċertifikazzjoni akkreditata skont il-livelli ta' esperjenza u taħriġ li jiksbu." Sfond: Il-Jarhead Young Sailors Foundation (JYSF) hija Entita Non-Governattiva li tamministra żewġ dgħajjes tal-qlugħ tat-tlielaq J-109 ta' 36 pied – "JYS Jan" u "Jarhead" kif ukoll dgħajsa ta' 28 pied tal-għamla Axopar li tassisti lid-dgħajjes tal-Fondazzjoni meta meħtieġ. Il-JYSF jaħdem mill-qrib ma' bosta entitajiet u l-awtoritajiet nazzjonali tal-edukazzjoni bi ħsieb li jilħqu liż-żgħażagħ skont l-għanijiet statutorji tiegħu. Studenti minn entitajiet bħal Youth.Inc (l-Aġenzija Nazzjonali taż-Żgħażagħ ta' Malta), il-Malta Trust Foundation, l-Equal Partners Foundation, St.Patricks Salesian School Sliema, Fondazzjoni Sebħ, Dar Tal-Providenza, u -sistemi edukattivi nazzjonali "Learning Centres" u Organizzazzjonijiet Volontarji oħra jingħataw prijorità minħabba li l-għanijiet ta' dawn l-organizzazzjonijiet jimxu b'mod parallel mal-ambitu stabbilit mill-fundaturi tal-JYSF. Aktar informazzjoni dwar il-Jarhead Young Sailors Foundation tinstab permezz tas-sit elettroniku tagħha – www.jarheadyoungsailorsmalta.org, il-paġni ta' Facebook u Instgram @jysmalta. Alternattivament wieħed jista uża l-email [email protected] jew telefon +356 9997 7778. Ic-Center for Sport Excellence huwa ekosistema internazzjonali fl-isport u l-edukazzjoni bbażata f'Malta li għandha l-għan li tiżviluppa u ssostni l-livell ta' prestazzjoni ta' persuni sportivi permezz ta' edukazzjoni, taħriġ, avvenimenti u riċerka. Aktar informazzjoni dwar iċ-Ċentru għall-Eċċellenza Sportiva tista' tinstab permezz tas-sit elettroniku www.centerforsportexcellence.com jew telefon +356 7930 3267. Artiklu preċedenti "Malta taħdem biex tliet kwarti tal-oċean li ma jaqgħu taħt l-ebda stat jitqiesu wirt komuni tal-umanità" Artiklu li jmiss Il-Ministru Julia Farrugia Portelli tisħaq fuq il-korrettezza u l-fattwalità
[ 15 ]
https://talk.mt/snooker-robertson-jirbah-wara-li-kien-darbtejn-fl-izvantagg/
null
talk.mt
Sign in / Join Saturday, November 6, 2021 ikteb hawn… Fittex Snooker: Robertson jirbaħ wara li kien darbtejn fl-iżvantaġġ Minn talk.mt November 6, 2021 Ritratt: Sky Sports talk.mt Iċ-champion tal-UK Championship, Neil Robertson, irkupra minn 2-0 u 3-2 minn taħt biex għeleb lil Mark Davis 4-3 u wasal sal-kwarti-finali tal-English Open li qed isir f'Milton Keynes. L-Awstraljan Robertson jidher li ġej fil-forma qabel ma iktar tard dan ix-xahar jiddefendi t-titlu tal-UK Championship li huwa rebaħ wara finali epika kontra Judd Trump bl-iskor ta' 10-9. Kien Davis li ħa l-inizjattiva bikrija biex mar 2-0 minn fuq, qabel ma breaks ta' 72 u 85 minn Robertson rawh jikseb id-draw 2-2. Imbagħad innegozjaw frames hekk kif il-logħba niżlet għall-frame deċiżiv, fejn kien Robertson li qasam il-linja tat-tmiem bi break ta' 73. Il-bieraħ fil-għaxija Robertson iffaċċja ripetizzjoni tal-kwarti-finali tal-Kampjonat tad-Dinja tal-istaġun li għadda kontra n-numru ħamsa fir-rankings, Kyren Wilson, li huwa tilef 13-8. Wilson wasal sal-kwarti-finali b'rebħa ta' 4-1 fuq Robbie Williams. Williams rebaħ it-tieni frame b'96-0 bi break ta' 60 iżda fl-erba' frames l-oħra ippottja 35 punt biss b'Wilson jagħlaq b'century break ta' 102. Ronnie O'Sullivan falla l-break massimu għal ftit fl-aħħar frame tar-rebħa tiegħu 4-0 fuq Jamie Clarke. Huwa deher li kien f'pożizzjoni li jmur għall-147 meta waqa' barra mill- pożizzjoni fuq is-safra finali, u kellu jieqaf fuq 120. Ir-Rocket ikkompona wkoll breaks ta' 123 u 54 fi triqtu lejn ir-rebħa. Sussegwentement huwa ffaċċja lill-Belġjan Luca Brecel, li għeleb lil Fraser Patrick 4-2 f'logħba li fiha saru seba' breaks, 101, 82, 64 u 70 minn Brecel u 66, 65 u 69 minn Patrick, tnejn minnhom, l-64 u l-65 wieħed kull wieħed fir-raba' frame. Judd Trump ibbukkja postu fil-kwarti-finali b'rebħa 4-1 fuq Ross Muir. B'hekk huwa garantit li se jiġi maqbuż minn Mark Selby fil-quċċata tar-rankings tad-dinja fi tmiem din il-ġimgħa, irrispettivament mir-riżultat. Huwa pproduċa wirja mill-aqwa biex iwarrab lil Muir fejn wara li dan għamel break ta' 70 biex rebaħ l-ewwel frame, Trump ħallih iħares b'erba' breaks rebbieħa ta' 81, 57, 104 u 62 biex kompla javvanza. Trump iffaċċja lil Mark King fil-kwarti-finali wara li King kiseb il-passaġġ tiegħu b'rebħa ta' 4-0 fuq iċ-champion Ingliż ta' taħt is-16-il sena, Paul Deaville. King għamel breaks ta' 68, 73, 58 u 72. Anke John Higgins għadda għall-kwarti-finali b'rebħa ta' 4-1 fuq iċ-Ċiniż, Ding Junhui, bir-rebbieħ ta' 31 tournaments ranking qal aktar kmieni din il-ġimgħa li ħass li kien qed jilgħab l-aqwa snooker ta’ ħajtu. Huwa bena breaks ta’ surmast ta’ 80, 69 97 u 103 biex jiżgura r-rebħa. L-avversarju tiegħu fl-aħħar tmienja huwa ċ-champion tal-Masters, Yan Bingtao, li rebaħ battalja tard ħafna kontra ċ-champion tad-dinja, Mark Selby, bl-iskor ristrett ta’ 4-3. L-arloġġ kien qed juri l-ħin tas-12.45 am meta Yan issiġilla l-frame deċiżiv fuq il-kuluri. Din hija l-ewwel rebħa tiegħu fuq Selby mill-Welsh Open tal-2017. Artiklu preċedenti "Il-gvern qed jipprovdi l-għodod lil negozji żgħar u medji għall-qabża lejn operat diġitali" Artiklu li jmiss Xavi se jkun il-coach ta’ Barcelona
[ 15 ]
https://talk.mt/mafa-zebbug-youngsters-leaders-assoluti/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, December 19, 2021 ikteb hawn… Fittex MAFA: Żebbuġ Youngsters leaders assoluti Minn talk.mt December 19, 2021 talk.mt Żebbuġ Youngsters huma l-leaders assoluti tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni tal-MAFA wara li għelbu lil San Ġwann Pro Evolution Academy 2-1 fil-konfront dirett. Mill-banda l-oħra, Mqabba Albions qabżu fit-tielet post tal-klassifika meta f'partita diretta oħra dawru telfa f'rebħa wara skor ta' 2-1 kontra Balluta Barracudas. Naxxar Victorians rebħu d-derby kontra Mosta Vikings b'gowl f'kull taqsima filwaqt li Fgura Spartans setgħu jiċċelebraw l-ewwel rebħa staġjonali wara li għelbu lil Żejtun Laċċi 2-0. Fil-partita prinċipali ta' tmiem din il-ġimgħa, Żebbuġ Youngsters temmew l-ewwel round b'rekord perfett hekk kif għelbu lil San Ġwann Pro Evolution 2-1. Kienet logħba mill-isbaħ bejn żewġ timijiet li sa qabel dan il-konfront kienu qed jaqsmu l-ewwel post flimkien bl-istess numru ta' punti. San Ġwann ħarġu tajjeb u bdew ikunu perikolużi lejn il-lasti tal-goalkeeper ta' Żebbuġ Victorio Ciantar li kien superlattiv f'din il-partita tant li laqa' kull ma ġie għal idejh. Żebbuġ marru minn fuq minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima meta wara azzjoni ta' corner, id-difiża ta' San Ġwann naqset milli tikklerja sabiex kien Justin Theuma li b'xutt mill-ewwel għeleb lil Maxime Millot. Fit-tieni taqsima, il-Youngsters fetħu tajjeb u rduppjaw l-iskor meta kien Joao Orban li approfitta minn żball difensiv sabiex għeleb għat-tieni darba lil Millot mill-viċin. Fl-aħħar tal-partita, San Ġwann bdew jagħfsu sabiex jerġgħu jidħlu fil-partita u rnexxielhom inaqqsu l-marġni tal-iskor bi ġmiel ta' gowl ta' Ryotaro Sugimoto li għeleb lil Ciantar. L-istess gowlkiper Żebbuġi salva lit-tim tiegħu b'save mill-aqwa fuq xutt ta' Abdul Fadeel bil-ballun jispiċċa f'corner. Fl-aħħar mill-aħħar kienu l-Youngsters li ħadu r-rebħa finali li b'hekk għalqu l-ewwel round b'21 punt minn seba' logħbiet. Mqabba Albions telgħu waħedhom fit-tielet post tal-klassifika wara li għelbu lil Balluta Barracudas bl-iskor ta' 2-1. Kienet logħba ta' żewġ uċuħ, b'Balluta tajbin ferm fl-ewwel taqsima, bi Mqabba li wettqu reazzjoni qawwija bil-kowċ tagħhom Kevin Bugeja li wettaq sostituzzjoni f'waqtha li biddlet il-pjan kompletament il-logħba. Balluta Barracudas marru minn fuq wara 12-il minuta logħob permezz ta' gowl sabiħ ta' Jorge Benitez. Fit-tieni taqsima, Mqabba bdew jagħfsu għall-gowl tad-dro u kien proprju fl-aħħar li saħansitra dawwru l-logħba favurihom l-ewwel permezz ta' Alan Errington sabiex is-sostitut Shawn Abela ta t-tliet punti importanti lit-tim tiegħu. Naxxar Victorians kisbu t-tielet rebħa staġjonali wara li għelbu lill-ġirien Mosta Vikings 2-0. Kienet logħba fejn in-Naxxarin ikkontrollaw tajjeb lill-avversarji tagħhom minkejja li dawn tal-aħħar taw qalbhom f'din il-partita bix-xorti li xejn ma kienet magħhom lanqas din id-darba. Fabrizio Farrugia poġġa lil Victorians fil-vantaġġ fis-17-il minuta sabiex eżatt fl-aħħar Mark Deguara rdoppja l-iskor u ssiġġilla r-rebħa għat-tim tiegħu. Fi dwell tan-naħa t'isfel tal-klassifika, Fgura Spartans kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Żejtun Laċċi 2-0. Dawn tal-aħħar baqgħu fl-aħħar post tal-klassifika b'punt wieħed biss fejn minkejja li lagħbu logħba tajba, kellhom jaqilgħu żewġ gowls lejn l-aħħar li għamlu d-differenza kollha. J.P Borg poġġa lil Fgura fil-vantaġġ fid-59 minuta sabiex Leon Barbara għamilhom 2-0 seba’ minuti wara. Mill-kampjonat tat-tielet diviżjoni, Ta’ Ġiorni Wanderers kisbu rebħa ferm importanti għall-klassifika tagħhom wara li għelbu lit-tim tal-qiegħ Ħal Far Sparks 4-1. It-tim minn Ta’ Ġiorni għamel l-intenzjonijiet ċari sa mill-bidu u marru minn fuq wara biss 60 sekonda permezz ta’ Luke Gatt sabiex Samuel Vella rdoppja l-iskor fl-10 minuta. Fis-26 minuta, Ħal Far Sparks naqqas il-marġni tal-iskor u skorja l-ewwel gowl tal-istaġun għat-tim tiegħu għalkemm il-Wanderers ftit kienu impressjonati tant li għamluhom tlieta permezz ta’ George Andrew Marshall. Fl-40 minuta Luke Mifsud issiġġilla r-rebħa finali għal Ta’ Ġiorni li issa għalqu l-ewwel round b’10 punti. Artiklu preċedenti Tifel ta’ 11-il sena jsir is-sitt vittma wara t-traġedja tal-bouncy castle fl-Awstralja ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/l-armenja-tirbah-il-junior-eurovision-malta-fit-12-il-post/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, December 19, 2021 ikteb hawn… Fittex L-Armenja tirbaħ il-Junior Eurovision; Malta fit-12-il post Minn talk.mt December 19, 2021 talk.mt L-edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest ta' din is-sena, li sar ġewwa Pariġi, għadu kif intrebaħ mill-Armenja. Kienet il-kantanta Malena li rrappreżentat dan il-pajjiż bid-diska "Qami Qami' u li rnexxielha takwista total ta' 224 punt. Warajha kklasifikaw il-Polonja fit-tieni post b'218-il punt u Franza fit-tielet post b'187 punt. Intant, Malta ġiet fit-12-il post fejn kisbet 97 punt. Bosta kienu dawk il-persuni li faħħru l-prestazzjoni eċċellenti li taw illejla Ike u Kaya. F'filmat li ttella' fuq il-midja soċjali, iż-żewġ kantanti dehru ferħanin u ma naqsitx l-għajta ta' Viva Malta. Artiklu preċedenti "Min imexxi għandu jara li r-Repubblika tkun tal-poplu, magħmulha mill-poplu u għall-poplu" ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 10 ]
https://talk.mt/ike-u-kaya-llum-jirraprezentaw-lil-malta-fil-junior-eurovision-song-contest/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, December 19, 2021 ikteb hawn… Fittex Ike u Kaya llum jirrapreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest Minn talk.mt December 19, 2021 talk.mt Il-kantanti ċkejknin Ike Mizzi u Kaya Gouder Curmi llum se jkunu qed jirrapreżentaw lil pajjiżna waqt il-Junior Eurovision Song Contest ġewwa Parigi. Huma se jkunu qed ikantaw fir-raba' post fejn se jinterpretaw il-kanzunetta "My Home". Fl-aħħar sigħat, iż-żewġ kantanti ħabbru l-ftuħ tal-votazzjoni online, inkluż il-fatt li nistgħu nivvutaw lil pajjiżna stess flimkien ma' żewġ pajjiżi oħra. Biex wieħed jivvota wieħed jista' jidħol fuq vote.junioreurovision.tv F'kummenti li taw ftit qabel ma' ġimgħa ilu bdew l-esperjenza tagħhom ġewwa Pariġi, Ike u Kaya qalu li jinsabu eċitati ħafna għal din l-esperjenza u li se jkunu qed jagħmlu ħilithom biex jiksbu l-aqwa riżultat possibbli. Artiklu preċedenti Snooker: Robertson fil-finali tal-World GP Artiklu li jmiss Ġenituri bil-kustodja tat-tfal f''martirju' ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 2 ]
https://talk.mt/282-kaz-gdid-30-persuna-l-isptar-minhabba-l-covid-19/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, December 19, 2021 ikteb hawn… Fittex 282 każ ġdid… 30 persuna l-Isptar minħabba l-Covid-19 Minn talk.mt December 19, 2021 talk.mt Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta' 2,018. Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 282 każ ġdid filwaqt li 55 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. Fl-istess waqt l-ammont ta' pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 30, b'erbgħa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. L-ammont ta' mwiet baqa' ta' 471 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata l-ebda mewt kawża tal-Covid-19. Il-programm ta' vaċċinazzjoni baqa' għaddej b'mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b'kollox ingħataw 1,009,968 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 169,800 li huma dożi tal-booster. Artiklu preċedenti Toħroġ l-ewwel purċissjoni tal-Bambin għal din is-sena ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 1 ]
https://talk.mt/boris-johnson-jikkonferma-li-mhux-se-jhabbar-restrizzjonijiet-godda-qabel-il-milied/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, December 21, 2021 ikteb hawn… Fittex Boris Johnson jikkonferma li mhux se jħabbar restrizzjonijiet ġodda qabel il-Milied Minn talk.mt December 21, 2021 talk.mt Boris Johnson illejla assigura lill-pubbliku li jistgħu jkomplu bil-pjanijiet tagħhom tal-Milied u li mhux se jitħabbru l-ebda restrizzjonijiet ġodda fl-Ingilterra qabel dak iż-żmien. Huwa qal li se jkomplu jissorveljaw is-sitwazzjoni marbuta mal-varjant tal-Omicron mill-qrib ħafna u jekk jaraw li s-sitwazzjoni tmur għall-agħar, ikunu lesti biex jieħdu azzjoni jekk ikun hemm il-ħtieġa. Filwaqt li qal li n-nies jistgħu jkomplu bil-pjanijiet tagħhom għal dan il-Milied, appella biex kulħadd jibqa' attent u biex jipproteġu kemm lilhom infushom kif ukoll lill-maħbubin tagħhom, speċjalment lil dawk vulnerabbli. Huwa wkoll fakkar lin-nies biex isegwu l-miżuri tal-ilbies tal-maskri fejn huwa mitlub li tintlibes u biex jagħmlu test qabel ma jżuru qraba anzjani jew vulnerabbli. Johnson appella wkoll biex in-nies imorru jieħdu d-doża tal-booster kontra l-Covid-19. Matul il-jum tat-Tlieta, ir-Renju Unit irreġistra 90,629 każ ġdid tal-Covid-19 u 172 imwiet kawża tal-virus. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) sadanittant qed tħeġġeġ lin-nies biex jikkanċellaw il-pjanijiet tagħhom għal dawn il-vaganzi fl-isfond tal-fatt li l-Omicron qed ikompli jinfirex madwar id-dinja. Artiklu preċedenti L-Awtoritajiet tas-Saħħa jfakkru x'wieħed għandu jagħmel jekk jirriżulta pożittiv għall-Covid-19 ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 10 ]
https://talk.mt/maurizio-sarri-jrid-jiffirma-lil-kepa-arrizabalaga/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, December 21, 2021 ikteb hawn… Fittex Maurizio Sarri jrid jiffirma lil Kepa Arrizabalaga Minn talk.mt December 21, 2021 talk.mt Il-coach ta' Lazio, Maurizio Sarri identifika lill-goalkeeper ta' Chelsea, Kepa Arrizabalaga bħala mira potenzjali tat-trasferiment. Huma diġá ħadmu flimkien fi Stamford Bridge, l-iktar perjodu notevoli tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom wasal meta Arrizabalaga irrifjuta li jiġi sostitwit matul il-finali tal-EFL Cup 2019. Madankollu, Sarri għadu jistma l-abbiltà tal-Ispanjol u jqisu bħala żieda possibbli fl-iskwadra tiegħu fi Stadio Olimpico. Pepe Reina, li llum għandu 39 sena, u Thomas Strakosha huma t-tnejn mingħajr kuntratt fis-sajf, li jfisser li jistgħu jidħlu f'diskussjonijiet ma' clubs barranin mill-bidu tas-sena. Għalkemm Arrizabalaga ġie pprovdut b'dehriet regolari fil-kompetizzjonijiet tat-tazza, il-goalkeeper ta' 27 sena eventwalment se jkun irid jerġa' jsir numru wieħed fil-futur. Minkejja li fadallu tliet snin u nofs fil-kuntratt tiegħu fi Stamford Bridge, Chelsea jistgħu jkunu miftuħa biex jinnegozjaw ftehim għalih. Artiklu preċedenti Manchester United destinazzjoni potenzjali għall-winger ta' River Plate, Julian Alvarez ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/pierre-emerick-aubameyang-jitqies-bhala-mira-potenzjali-ta-self-ghal-barcelona/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, December 21, 2021 ikteb hawn… Fittex Pierre-Emerick Aubameyang jitqies bħala mira potenzjali ta' self għal Barcelona Minn talk.mt December 21, 2021 talk.mt L-attakkant ta' Arsenal, Pierre-Emerick Aubameyang qed jitqies bħala mira potenzjali ta' self għal Barcelona. Wara li tkeċċa mis-setup tal-ewwel tim, jidher ferm probabbli li Aubameyang jitħalla jitlaq mill-Emirates Stadium f'Jannar. Madankollu, filwaqt li Arsenal se jfittxu li jċedu lill-internazzjonali tal-Gabon fuq bażi permanenti, kwalunkwe club ammiratur huwa mistenni l-ewwel jittanta xortih b'offerta ta' self. Barcelona jistgħu jikkuntattjaw lill-club mill-Premier League bil-ħsieb li jiffirmaw lill-player ta' 32 sena għall-kumplament tal-istaġun. Il-ġganti Katalani jeħtieġu sostitut għal Sergio Aguero, li ħabbar il-ġimgħa li għaddiet li kien qed jirtira mil-logħba minħabba kwistjonijiet relatati mal-qalb. Madankollu, Barcelona jistgħu jitħabtu biex jilħqu l-ammont ta' pagi ta' Aubameyang sakemm Arsenal ma jkunux lesti li jilħqu kompromess. Artiklu preċedenti Allegatament mara ta' 61 sena kebbset in-nirien fi klinika ġewwa l-Ġappun ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/snooker-ronnie-osullivan-jirritorna-ghar-rebh-tat-titli-ranking/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, December 21, 2021 ikteb hawn… Fittex Snooker: Ronnie O'Sullivan jirritorna għar-rebħ tat-titli ranking Minn talk.mt December 21, 2021 talk.mt Ronnie O'Sullivan ta tfakkira glorjuża tal-ħiliet brillanti tiegħu hekk kif dawwar żvantaġġ ta' 7-5 biex għeleb lil Neil Robertson 10-8 fil-finali tal-World Grand Prix li ntemmet il-Ħadd fil-għaxija f'Coventry. O'Sullivan kien tilef il-ħames finali rankings ta' qabel u għamel 19-il xahar mingħajr titlu; anke l-aktar partitarju dedi­kat tiegħu bilfors iddubita jekk xorta setax jitla' għall-okkażjoni fil-mumenti kbar. Hu­wa wera lil dawk xettiċi żbaljati b'wirja sensazzjonali fit-tmiem ta' logħba mill-aqwa. Ir-Rocket qatt ma kien fuq quddiem sal-15-il frame, iżda wara li tħabat mal-logħba tiegħu l-ġimgħa kollha, it-teknika u l-kunfidenza tiegħu kklikkjaw hekk kif ippottja l-boċċi minn kull angolu, u għamel sport diffiċli jidher redikolament faċli. Il-premju ta' O'Sullivan huwa t-38 titlu ranking, li jestendi rekord li diġà kellu, premju ewlieni ta' £100,000, u forsi l-aktar importanti, twemmin imġedded li jista' jegħleb lill-aqwa players meta jkun l-aktar importanti. Madankollu, spiss jirrepeti l-mantra tiegħu li t-tgawdija taż-żmien tiegħu fiċ-ċirkwit huwa aktar importanti mir-riżultati, u din ir-rebħa żgur li tagħtih sodisfazzjon profond. Meta rebaħ l-aħħar trofew tal-Kampjonat tad-Dinja 2020, O'Sullivan kabbar ir-rekord tiegħu bejn l-ewwel u l-aktar titli riċenti, wara li rebaħ l-ewwel wieħed 28 sena ilu fil-UK Championship tal-1993. Il-player ta' 46 sena minn Chigwell tela' fit-tielet post fil-lista tar-rankings ta' sena u jidher li se jikkwalifika għat-tliet avvenimenti fis-Serje Cazoo, kif ukoll jikseb post fiċ-Champion of Champions tas-sena d- dieħ­la. Robertson jista' jħoss li tilef iċ-ċans li jibni vantaġġ fl-ewwel sessjoni meta kien minn fuq sew, iżda minn 7-5 ftit li xejn għamel żbalji. L-Awstraljan ta' 39 sena naqas milli jsir l-uniku player li rebaħ żewġ titli dan l-istaġun wara li kiseb l-English Open ix-xahar li għadda. It-total ta' titli rankings tiegħu jibqa' 21 bil-premju tiegħu ta' runner-up ikun ta' £40,000. Wara li l-ewwel sessjoni ntemmet 4-4, fil-għaxija Robertson ħa l-frame tal-ftuħ bi break ta' 59, iżda O'Sullivan għamilhom 5-5. Robertson ħa l-vantaġġ għar-raba' darba bi break ta' 128 fil-11 frame, u fit-12 O'Sullivan falla ħamra meta kien fuq 49, biex ħalla lill-avversarju tiegħu jagħmel clearance ta' 88 għal 7-5. Jekk dak inħass bħala bidla fil-momentum, kien hemm waħda akbar ġejja meta wara l-mistrieħ, O'Sullivan rebaħ erba' frames f'37 minuta biss bl-aqwa breaks ta’ 90, 77 u 77 u ħa vantaġġ ta’ 9-7. Imbagħad b’ħamra fit-tul tipika tiegħu, Robertson għamel break ta’ 78 biex naqqas il-marġni, u wara kellu l-ewwel ċans fit-18-il frame, iżda għamel biss seba’ punti meta żbalja fuq is-sewda. Dan kien l-aħħar shot tiegħu hekk kif O’Sullivan issiġilla r-rebħa b’77 oħra. "Neil kien qed jilgħab l-aqwa snooker u hu l-iżgħar fostna, u għalhekk kien il-favorit, iżda affarijiet strambi jiġru fl-isport," qal O’Sullivan. "Uħud mill-players kbar l-oħra ma tantx rebħu wara l-età ta’ 30 sena u għalhekk tajjeb li tkun qed tilgħab fl-età ta’ 46 sena. "Nixtieq nilgħab tajjeb u nitlef, u nkun involut f’partita tajba, milli nirbaħ u nilgħab orribbli. Kieku rbaħt illejla mingħajr ma sibt tagħmir żejjed, kont inkun diżappuntat u nħossni ħażin għall-partitarji. Neil huwa persuna mill-aħjar, sportiv mill-aqwa, ambaxxatur kbir għas-snooker u għall-Awstralja." Robertson qal: "Stajt kelli vantaġġ wara l-ewwel sessjoni, iżda Ronnie ssielet tassew tajjeb biex rebaħ l-aħħar frame u għamilhom 4-4. Ħassejtni tajjeb matul il-finali kollha. Fuq 7-5 ridt biss tliet ċansijiet oħra. Ronnie ħareġ u lagħab xi ħaġa mill-aqwa. L-unika ħaġa li dejqitni kienet meta ma lqatx is-sewda fuq 9-8, kont inħobb nisforza decider." It-tournament li jmiss huwa l-The Masters li se jsir mid-9 sas-16 ta’ Jannar f’Alexandra Palace, Londra. Artiklu preċedenti Covid-19: Il-Premier League ikompli jwebbes rasu … Artiklu li jmiss Reazzjonijiet għar-riżenja tad-Deputat Laburista Silvio Grixti ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/cagliari-lesti-li-joffru-lil-diego-godin-kuntratt-sa-gunju-2024/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Cagliari lesti li joffru lil Diego Godin kuntratt sa Ġunju 2024 Minn talk.mt September 6, 2021 13 talk.mt Cagliari huma lesti li joffru lil Diego Godin kuntratt ġdid sa Ġunju 2024 mar-ritorn tal-player mill-impenji internazzjonali mal-Urugwaj. Ir-Rossoblu qed jaħdmu biex jilħqu ftehim mad-difensur ċentrali, li deher li kien lest biex jitbiegħed minn Sardinja dan is-sajf. Godin ingħaqad ma' Cagliari mingħand Inter is-sena li għaddiet u rapporti fl-Italja ssuġġerew li kellu jitlaq wara staġun wieħed biss fis-Sardegna Arena. Iżda Cagliari huma lesti li joffru lill-veteran Urugwajan ftehim ġdid ta' tliet snin b'paga mifruxa fit-tliet snin li ġejjin. Ir-Rossoblu għandhom l-offerta tagħhom lesta, u dak kollu li fadal huwa li jistennew ir-ritorn tal-ex difensur ta' Atletico Madrid mill-impenji internazzjonali biex jifformalizzaw il-ftehim. Godin wasal l-Italja f'Lulju 2019 u lagħab 53 darba fis-Serie A matul perjodi ma' Cagliari u Inter. Artiklu preċedenti "Kien hemm żmien meta ċ-ċavetta tal-kċina tal-istaff kienet fil-but ta' priġunier" – Eks impjegata fil-ħabs Artiklu li jmiss James Rodriguez fil-mira ta' Istanbul Basaksehir
[ 15 ]
https://talk.mt/zewg-leggendita-juventus-jehduha-kontra-cristiano-ronaldo/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Żewġ leġġendi ta' Juventus jeħduha kontra Cristiano Ronaldo Minn talk.mt September 5, 2021 216 talk.mt Żewġ leġġendi ta' Juventus, Sergio Brio u Alessio Tacchinardi, jemmnu li Cristiano Ronaldo ma rrispettax lil La Vecchia Singora u poġġa lill-club 'f'sitwazzjoni diffiċli.' Ronaldo ħalla lil Bianconeri erbat ijiem qabel it-tmiem tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf, u għamel ritorn xokkanti lura lejn Manchester United. L-ass Portugiż ttajjar lejn Lisbona minn Turin nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Awwissu, eżatt qabel ma r-Red Devils ħabbru r-ritorn tiegħu f'Old Trafford. Juventus sabu ruħhom bi ftit ħin biex jimlew post l-ex super stilla ta' Real Madrid u minflok ħadu lura lil Moise Kean mingħand Everton. Ronaldo spjega li s-sħubija ma' Manchester United kienet "l-aħjar deċiżjoni li seta' jieħu" u ħafna partitarji ta' Juventus fuq il-midja soċjali sabu l-imġieba tiegħu bla rispett lejn il-ġganti tas-Serie A. Il-leġġendi ta' Juventus, Brio u Tacchinardi, għandhom l-istess fehma. "Juventus jistħoqqilhom aktar rispett, ma stennejtx li Ronaldo jwarrab il-club hekk. Ma kinitx xi ħaġa sabiħa minnu," qal Brio lill-midja. "Dejjem nitkellem ħafna dwar it-tliet clubs fejn lgħabt: Juventus, Lecce u Pistoiese għax iffirmawni u emmnu fija. Cristiano huwa professjonista mill-aqwa, iżda l-addio tiegħu kellu jkun differenti. "Forsi ma nfirdux bil-grazzja, iżda ninsab konvint li kienet it-tajba għall-player u l-club. Jekk player jiġi mġiegħel jibqa', jista' jikkawża ħsara lil sħabu u lill-club." Brio, ex difensur ta' Juventus, lagħab 385 partita mal-Bianconeri bejn l-istaġuni 1978 u 1990. Tacchinardi ngħaqad ma' Juventus fl-1994 u qatta' aktar minn 10 snin f'Turin, fejn lagħab 404 partita bil-flokk tal-Bianconeri. "Ronaldo messu telaq b'mod differenti, mhux fuq il-jet privat tiegħu waqt li Allegri kien qed jitkellem mat-team qabel il-logħba kontra Empoli," qal l-ex midfielder. "Stennejt konferenza stampa biex jgħid l-addio lill-partitarji. Kien jistħoqqilhom xi ħaġa differenti. "M'hemmx iktar leġġendi bħal Alessandro Del Piero, Francesco Totti, Paolo Maldini jew Javier Zanetti, iżda ma kienx sabiħ li tisma' mingħand Ronaldo li kien sejjer lura f'post li jħossu bħal daru. "Huwa poġġa lil Juventus f'sitwazzjoni diffiċli, u ħalla ftit jiem qabel it-tmiem tat-trasferiment, huwa impossibbli li tissostitwixxi magna tal-goals bħalu." Ir-rekords minn Ronaldo kif ukoll mis-super stilla l-ieħor, Lionel Messi, ma jonqsux. Għalhekk wieħed irid jara x'rekords se jkompli jikser meta se jilgħab għal perjodu ieħor f'Old Trafford. Artiklu preċedenti Raġel l-Isptar wara li ttajjar f'San Ġiljan Artiklu li jmiss Il-President tal-UEFA Ceferin jagħti ġieħ lill-proġetti tal-MFA
[ 15 ]
https://talk.mt/il-president-tal-uefa-ceferin-jaghti-gieh-lill-progetti-tal-mfa/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-President tal-UEFA Ceferin jagħti ġieħ lill-proġetti tal-MFA Minn talk.mt September 5, 2021 32 talk.mt ll-proġetti tal-Malta Football Association biex jagħtu spinta lil-livell tekniku tal-football Malti, iżidu l-parteċipazzjoni tal-poplu u jinvestu fil-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda u r-rinovazzjoni ta' dawk eżistenti, kienu fuq l-aġenda waqt iż-żjara tal-president tal-UEFA Aleksander Ceferin nhar l-Erbgħa fil-għaxija. Ceferin, li għamel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu f'Malta mill-elezzjoni tiegħu bħala President tal-UEFA fl-2016, kellu laqgħa mal-Prim Ministru, Robert Abela, u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima, fil-Berġa ta' Kastilja. Din kienet segwita bi żjara fil-Kumpless tal-MFA f'Ta' Qali fejn il-President tal-UEFA kellu taħdidiet mal-President tal-MFA, Bjorn Vassallo, u l-ogħla uffiċjali tal-Assoċjazzjoni. Id-diskussjoni mal-Prim Ministru ffukat fuq l-isforzi konġunti tal-Gvern Malti u l-MFA biex tirranġa l-infrastruttura tal-football lokali, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-clubs, it-tħejjijiet għall-Kampjonat tal-UEFA Under-19 fl-2023, li se jsir f'Malta, u aktar opportunitajiet biex torganizza avvenimenti oħra importanti tal-UEFA fil-futur qrib. Il-grounds rinnovati fil-Kumpless tal-Football tal-MFA, li tlestew bi spiża stmata ta' aktar minn €2 miljuni, se jkunu kkumplimentati bil-kostruzzjoni ta' Ċentru Nazzjonali tal-Football ġdid mill-isbaħ, li jinkor­pora stadium tal-Kategorija 1 tal-UEFA, fil-ħin għall-Kampjonati tal-UEFA U-19. Dan il-proġett qed jiġi kofinanzjat mill-Assoċjaz­zjoni u l-Gvern ta' Malta. Waqt li tkellem mal-media wara li inawgura l-grounds rinnovati tat-taħriġ, Cefeein esprima ġieħ lill-isforz kontinwu tal-MFA biex ittejjeb l-infrastruttura tal-football, waqt li enfasizza l-importanza tal-investiment fil-football għall-benefiċċji multipli tagħha, inkluż il-promozzjoni tal-ħbiberija u l-edukaz­zjoni. fost it-tfal. L-importanza tal-promozzjoni tal-football fl-iskejjel ġiet diskussa wkoll waqt il-laqgħa mal-Prim Ministru fid-dawl tal-programm Football In Schools , proġett ġdid li qed jitwettaq mill-MFA b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Min-naħa tiegħu, is-Sur Vassallo tenna l-impenn tal-Assoċjazzjoni lejn l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin inklużi fl-istrateġija mnedija dan l-aħħar. Huwa esprima l-gratitudni tal-Assoċjazzjoni lejn il-UEFA għall-appoġġ tagħha, speċjalment permezz tal-programm UEFA HatTrick , li huwa vitali għall-MFA mhux biss biex issostni lilha nnifisha iżda biex timplimenta proġetti importanti għal aktar żvilupp tal-football Malti. Matul iż-żjara tiegħu fil-Kumpless tal- Football tal-MFA, il-President tal-UEFA ltaqa' mal-membri tal-iskwadra ta' Malta ta' Taħt is-16-il sena u dawk tal-Akkademja tal-Bniet tal-Assoċjazzjoni li kienu qed jitħarrġu fil-grounds rinnovati. Aktar tard fil-għaxija, Ceferin segwa l-partita tar-round ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja bejn Malta u Ċipru fejn ħriġna rebbieħa bl-iskor ta' 3-0. Artiklu preċedenti Żewġ leġġendi ta' Juventus jeħduha kontra Cristiano Ronaldo Artiklu li jmiss Arsenal jilħqu 'ftehim preliminari' ma' Antonio Conte
[ 15 ]
https://talk.mt/arsenal-jilhqu-ftehim-preliminari-ma-antonio-conte/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Arsenal jilħqu 'ftehim preliminari' ma' Antonio Conte Minn talk.mt September 5, 2021 24 talk.mt Arsenal laħqu 'ftehim preliminari' ma' Antonio Conte biex jieħu t-tmexxija ta' Arsenal mingħand Mikel Arteta matul ix-xahar id-dieħel. Il-Gunners kellhom bidu diżastruż għall-istaġun tal-Premier League 2021-22, u ma kixbu l-ebda punt u lanqas skorjaw goal wieħed f'konfronti kontra Brentford, Chelsea u Manchester City. Arteta għen lill-Gunners jirbħu l-FA Cup fl-ewwel nofs staġun tiegħu, iżda, u l-bord tal-Gunners huwa maħsub li għadu jżomm fiduċja fl-Ispanjol biex idawwar il-fortuni ta' Arsenal. Madankollu, id-direttur ta' Arsenal Edu laħaq 'ftehim preliminari' ma' Conte biex jieħu tar-riedni tal-club minn Ottubru, u Arteta jrid jagħmel bidla 'radikali' fil-ġimgħat li ġejjin biex isalva l-impjieg tiegħu. Huwa mifhum li Conte qabel li jsir il-coach li jmiss ta' Arsenal sakemm ma jkun qed jassumi l-ebda kariga aktar tard minn Ottubru, u inizjalment kien ikkuntattjat mill-Gunners wara t-telfa tagħhom kontra Chelsea. Conte ilu barra mil-logħba minn meta telaq lil Inter wara l-istaġun trijonfanti tagħhom 2020-21 tas-Serie A, u qabel hu rebaħ 70 mill-106 logħba tiegħu fit-tmun ta' Chelsea bejn l-2016 u l-2018. Artiklu preċedenti Il-President tal-UEFA Ceferin jagħti ġieħ lill-proġetti tal-MFA Artiklu li jmiss Aktar ħalbiet tax-xita mistennija sal-Ġimgħa li ġej
[ 15 ]
https://talk.mt/attentat-ta-kolp-ta-stat-fil-guinea-is-suldati-qed-jghidu-li-hadu-l-kontroll/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Attentat ta' kolp ta' stat fil-Guinea… is-suldati qed jgħidu li ħadu l-kontroll Minn talk.mt September 6, 2021 93 talk.mt Id-destin tal-President tal-Gu­inea Alpha Cordé għadu mhux magħruf sigħat wara filmat mhux verifikat li kien juri lilu mdawwar b'għadd ta' suldati li allegatament ħadu l-kontroll tal-pajjiż. Dawn il-filmati dehru fuq l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni u s-suldati qalu li huma ħadu l-kontroll tal-gvern. Min-naħa l-oħra, il-ministeru tad-difiża qal li l-attentat ta' kolp ta' stat kien imwaqqaf mill-gwardji tal-president. Dan kollu ħareġ fil-midja sigħat wara li kien irrapportat sparar qrib il-bini presidenzjali ġewwa l-kapitali Conakry. Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres u l-Unjoni Afrikana kkundannaw dan il-kolp ta' stat u talbu għall-ħelsien tal-President Condé. Guinea huwa pajjiż sinjur f'dak li huma riżorsi naturali iżda minħabba instabbiltà kontinwa u amministrazzjoni ħażina dan il-pajjiż spiċċa fost l-ifqar fid-dinja. Artiklu preċedenti Settembru 2020 kien s-seba' l-aktar Settembru mxarrab fl-istorja Artiklu li jmiss "Stqarrija ta' gideb mill-PN… il-PL mhu qiegħed idaħħal l-ebda flus mingħand Yorgen Fenech"
[ 10 ]
https://talk.mt/stqarrija-ta-gideb-mill-pn-il-pl-mhu-qieghed-idahhal-l-ebda-flus-minghand-yorgen-fenech/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex "Stqarrija ta' gideb mill-PN… il-PL mhu qiegħed idaħħal l-ebda flus mingħand Yorgen Fenech" Minn talk.mt September 6, 2021 440 talk.mt Il-Partit Laburista qal li mhu qiegħed idaħħal l-ebda flus mingħand Yorgen Fenech, wisq inqas €200,000, kif tallega l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar suġġett li m'għandu ebda kredibbiltà jitkellem dwaru. Fi stqarrija maħruġa mill-PL, qalu li fil-fatt, din in-nuqqas ta' kredibbiltà tirriżulta minn dak żvelat mill-istess midja ta' dak li llum hu strateġist tal-Partit Nazzjonalista, li tkellmet kemm-il darba dwar min mar jittallab il-flus mingħand l-istess persuni. "Filwaqt li fl-istqarrija tiegħu jgħid u jallega ħafna affarijiet oħra bla bażi, il-Partit Nazzjonalista baqa' ma ta ebda spjegazzjoni għaliex il-Kap tiegħu offra maħfra lill-allegat mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, għal darba, tnejn. Ikun aħjar li Bernard Grech iwieġeb din id-domanda minflok jivvinta fuq ħaddieħor," qal il-PL. Artiklu preċedenti Attentat ta' kolp ta' stat fil-Guinea… is-suldati qed jgħidu li ħadu l-kontroll Artiklu li jmiss Covid-19: 37 każ ġdid u jfiqu 49; imut anzjan
[ 12 ]
https://talk.mt/carlos-soler-fir-radar-ta-liverpool/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Carlos Soler fir-radar ta' Liverpool Minn talk.mt September 5, 2021 13 talk.mt Liverpool qed jikkontemplaw li jagħmlu offerta għall-midfielder ta' Valencia, Carlos Soler fis-sajf tal-2022. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena kein player mill-aqwa fi staġun 2020-21 li kien diżappuntanti għal Valencia fl-istaġun li għadda, u rreġistra 11-il goal u tmien assists minn 32 dehra fil-La Liga. Soler beda wkoll l-ustaġun kurrenti b'mod qawwi bi tliet goals fl-ewwel tliet logħbiet għat-team tiegħu, iżda l-ftehim tiegħu mat-team ta' Jose Bordalas għandu jiskadi fl-2023. Liverpool naqsu milli jiffirmaw sostitut għal Georginio Wijnaldum fl-iktar tieqa ta' trasferimenti riċenti, iżda Jurgen Klopp issa identifika lil Soler bħala firma ideali matul is-sena d-dieħla. Tiġdid possibbli tal-kuntratt għal Soler f'Valencia għadu inċert, u l-club Spanjol jista' għalhekk jiġi ppressat biex ibiegħu qabel ma jidħol fl-aħħar sena tal-ftehim tiegħu. Soler iddebutta ma' Spanja fit-telfa ta' 2-1 f'partita ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Iżvezja nhar il-Ħamis u laħaq total ta' 188 dehra għal Valencia sa minn meta ggradwa mill-akkademja taż-żgħażagħ tagħhom, fejn skorja 26 goal u pprovda daqstant ieħor ammont ta' assists. Artiklu preċedenti Manchester City lesti li joffru lil Phil Foden kuntratt ġdid Artiklu li jmiss Rayan Cherki 'joħlom' li jilgħab ma' Real Madrid fil-futur
[ 15 ]
https://talk.mt/covid-19-37-kaz-gdid-u-jfiqu-49-imut-anzjan/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Covid-19: 37 każ ġdid u jfiqu 49; imut anzjan Minn talk.mt September 6, 2021 66 Ritratt: Roger Azzopardi talk.mt Minn total ta' 2,601 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 37 każ ġdid ta' Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 49 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B'dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 710. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 29 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm żewġ pazjenti li jinsabu fl-ITU. It-total ta' mwiet issa huwa 445 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa miet anzjan ta' 77 sena waqt li kien pożittiv bil-virus. Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta' 799,214 doża. Minn dawn 415,254 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 413,844 persuna huma mlaqqma kompletament. Artiklu preċedenti "Stqarrija ta' gideb mill-PN… il-PL mhu qiegħed idaħħal l-ebda flus mingħand Yorgen Fenech" Artiklu li jmiss Il-GWU f'laqgħa mal-Avukat Andy Ellul
[ 1 ]
https://talk.mt/manchester-city-irrifjutaw-l-opportunita-li-jiffirmaw-lil-saul-niguez/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Manchester City irrifjutaw l-opportunità li jiffirmaw lil Saul Niguez Minn talk.mt September 5, 2021 17 talk.mt Manchester City irrifjutaw l-opportunità li jiffirmaw lil Saul Niguez mingħand Atletico Madrid fil-jum tal-iskadenza tat-trasferimenti. Il-player ta' 26 sena ġie nfurmat mil-La Liga li kien liberu li jħalli lill-Madrileni wara li ma rnexxilux isib postu fil-pedament tat-team ta' Diego Simeone fl-istaġun 2020-21 trijonfanti tagħhom. Man City, Liverpool u Manchester United kienu kollha marbuta ma' offerta għal Saul, iżda Chelsea fl-aħħar kisbu l-firma tal-midfielder fl-aħħar minuta fuq self inizjali tul l-istaġun. Madankollu, il-bidla ta' Saul għal ma' Chelsea ġiet sanzjonata biss wara li t-tentattivi ta' Atletico li jiksbu ftehim ta' player bi flus kontanti ma' Bernardo Silva ta' Man City waqgħu. Pep Guardiola ammetta x-xahar li għadda li Silva ried jitlaq, iżda City kienu qed iżommu għal somma ta' £40m għall-Portugiżi, filwaqt li Guardiola ma kienx interessat li jilqa' lil Saul f'Manchester. Chelsea għandhom l-għażla li jagħmlu t-trasferiment ta' Saul permanenti għal madwar £30 miljun fis-sajf li ġej, u l-internazzjonali Spanjol jista' jiddebutta fil-konfront tas-Sibt li ġej kontra Aston Villa. Artiklu preċedenti Rayan Cherki 'joħlom' li jilgħab ma' Real Madrid fil-futur Artiklu li jmiss Andre Onana jista' jħalli lil Ajax bi free transfer fis-sajf tal-2022
[ 15 ]
https://stradarjali.com/2021/08/illum-kien-ikkonfermat-li-rregistrajna-l-inqas-rata-ta-qghad-fl-istorja-il-pm/
null
stradarjali.com
"Illum kien ikkonfermat li rreġistrajna l-inqas rata ta' qgħad fl-istorja." Hekk kiteb il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali tiegħu. Tenna li kif quddiem it-theddida ta' 50,000 persuna mingħajr xogħol kawża tal-pandemija, "ingħaqadna mal-imsieħba soċjali, negozji u ħaddiema u ħadna l-miżuri li kien hemm bżonn biex illum qed nerġgħu nitkellmu dwar l-isfida li neħtieġu iżjed ħaddiema." Il-Prim Ministru Abela qal ukoll li hemm sfidi oħra li hemm ir-rieda u l-kredibbiltà li jkunu indirizzati.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/yorgen-fenech-mistenni-jitressaq-il-qorti-llum-stess-dwar-xiri-ta-armi-minn-fuq-id-dark-web/
null
stradarjali.com
Yorgen Fenech, iktar tard illum ħa jkun qed jitressaq il-qorti akkużat li pprova jimporta għadd ta' armi permezz tad-dark web. Il-Pulizija tinsab f'pożizzjoni li tinterroga u wara tressaq lil Yorgen Fenech wara diversi xhur ta' investigazzjoni. Jidher però li għalkemm il-Pulizija għandha evidenza li Yorgen Fenech fittex u xtara l-armi mid-dark web permezz tal-munita Bitcoin, m'hemm l-ebda evidenza li l-armi waslu f'Malta. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/adrijanu-cachia-mghadux-patri-frangiskan-minuri/
null
stradarjali.com
L-Arċidjoċesi ta' Malta tfakkar li Adrijanu Cachia m'għadux Patri Franġiskan Minuri u anke li m'għandux permess jeżerċita l-quddies fil-pubbliku. Dan intqal fi stqarrija mill-Kurja. Cachia jgħix f'dar privata fir-Rabat u mhux fi ħdan il-komunità tal-patrijiet Franġiskani Minuri fejn hu jagħti kenn lil persuni fi bżonn.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/6000-persuna-jattendu-l-programm-summer-on-the-move/
null
stradarjali.com
Matul dan is-Sajf, madwar 6,000 persuna qed jattendu l-programm Summer on the Move mmexxi minn 222 coach kwalifikat fejn qed jiġu prattikati 36 dixxiplina sportiva differenti. Dan il-programm matul is-snin kiber fil-popolarità mhux biss fost it-tfal, iżda anki fost l-adulti, b'etajiet li jvarjaw minn 4 snin sa 88 sena. Waqt żjara fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq fejn isiru attivitajiet marbuta ma' dan il-programm, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq li l-għan ta' dan il-programm huwa li jressaq kemm jista' jkun lit-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti lejn l-attività sportiva fix-xhur tas-sajf, meta t-tendenza hija li kulħadd ikollu iktar ħin liberu. Is-segretarju parlamentari kompla jgħid li permezz ta' dan il-programm, SportMalta qed tkompli tixpruna soċjetà Maltija aktar attiva u parteċipattiva fl-isport, u li apparti, tilħaq livelli ogħla fid-dinja tal-isport kompetittiv u tgawdi mill-benefiċċji tas-saħħa assoċjati mal-isport. L-attivitajiet offruti huma varji – minn football, basketball u ġinnastika, għal karting u arti marzjali. Ma jonqosx l-isport akkwatiku – l-għawm, il-waterpolo, kif ukoll l-ibburdjar. Għall-adulti, wieħed isib għażliet bħal yoga, pilates u fitness ta' intensitajiet differenti, kif ukoll badminton, għawm u self-defense. Din is-sena se jiġi wkoll estiż il-programm tal-parent and child li permezz tiegħu, minbarra l-għawm, se jiġu offruti l-ġinnastika u fundamentals. Summer on the Move jinkludi wkoll lezzjonijiet għall-adulti li jsiru fl-istess ħin tal-attivitajiet tat-tfal sabiex dawk il-ġenituri li jġibu lil uliedhom ikunu jistgħu jiġu bħala familja u jipparteċipaw fl-istess ħin. Il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar spjega li l-attività fiżika hija l-missjoni ta' SportMalta. L-għan ta' dawn il-programmi huwa li jħeġġu aktar nies ta' kull età biex jersqu lejn l-isport u biex titqajjem kultura ta' aktar attività fiżika. Is-Sur Cutajar kompja jgħid li l-firxa wiesgħa ta' ċentri madwar Malta u Għawdex tat opportunità lil aktar nies biex jipparteċipaw f'dawn il-programmi. SportMalta toffri dawn il-programmi bi prezzijiet baxxi ħafna biex tippermetti l-inklużjoni ta' kulħadd.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/xahar-wara-l-publikazzjoni-tal-inkjesta-pubblika-il-gvern-ghadu-ma-ghamel-xejn-il-pn/
null
stradarjali.com
Fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista, intqal li l-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia ilha xahar li ġiet ippubblikata u l-Gvern għadu m'għamel xejn biex jibda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Bord tal-Imħallfin. Qalet li l-Gvern ma jħossx l-urġenza li jibda jsewwi l-ikbar ferita fl-istorja riċenti ta' pajjiżna. "L-inazzjoni tal-Gvern mhix xi sorpriża: Min saħħaħ il-kultura tax-xejn mhu xejn, min kasbar il-governanza tajba u min inqeda bl-Istat flok qeda lill-Poplu ma jistax ikun is-soluzzjoni biex Malta tikseb lura r-reputazzjoni tajba u jkun hawn serħan il-moħħ għal kulħadd." Kompliet tgħid li flok jaċċetta dak li qalet l-inkjesta pubbliku, il-Partit Laburista fil-Gvern iktar jimmina bħalma pprova jagħmel l-eks deputat mexxej Laburista Joe Brincat fil-Qorti. Kliem Brincat u anke Joseph Muscat lit-Times of Malta juri kemm il-Labour, bħal lupu, jipprova jibdel sufu iżda qatt għemilu. Il-Partit Nazzjonalista jerġa jsostni li l-Pajjiż kollu jrid jara li l-Istat Malti jieħu t-triq it-tajba biex ifiq minn dan il-kapitlu ikrah fl-istorja ta' Malta. Il-Partit Nazzjonalista hu determinat li jwettaq il-bidliet meħtieġa biex jiżgura li l-għajb li sar ma jerġa jseħħ qatt iktar. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech diġa ħatar grupp ta' ħidma – #QattAktar – biex iħejji rapport sħiħ bi proposti konkreti dwar x'inhuma l-bidliet legali, regolatorji u amministrattivi li hemm bżonn biex verament jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-Inkjesta Pubblika u l-Istat Malti jintrefa' 'l fuq. Il-grupp ta' ħidma mmexxi mill-avukat Emma Portelli Bonnici, hu magħmul minn persuni attivi fil-Partit Nazzjonalista u oħrajn indipendenti li ġejjin minn kull saff tas-soċjeta' Maltija. Il-grupp ta' ħidma diġa kellu numru ta' sessjonijiet u qed jiltaqa' ma' stakeholders differenti. L-għan primarju tal-grupp #QattAktar hu li fil-pajjiż niżguraw it-tisħiħ tas-Saltna tad-Dritt fil-pajjiż; insaħħu id-dritt għall-Informazzjoni u jkollna Xandir Pubbliku vera u mhux biss tal-Istat; u niżguraw il-protezzjoni tal-ġurnalisti. Il-Partit Nazzjonalista se jibqa' jara li mhux biss issir ġustizzja fil-każ Daphne Caruana Galizia iżda jimpenja ruħu li jkun fuq quddiem biex issir il-bidla li hemm bżonn biex il-Maltin jerġgħu iħossuhom iktar kburin b'pajjiżna. Hekk temmet l-istqarrija tal-PN.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/malta-u-s-slovenja-jiddiskutu-r-regjun-ewro-mediterranju/
null
stradarjali.com
Malta u s-Slovenja kellhom taħditiet dwar ir-reġjun Ewro-Mediterranju u l-involviment taż-żewġ pajjiżi bil-ħsieb li jkun hemm ħidma dejjem iżjed attiva b'risq dan ir-reġjun. Iż-żewġ pajjiżi ddiskutew il-patt dwar l-immigrazzjoni u l-ażil fid-dawl ta' sfidi li ilhom magħna fil-fruntieri Ewropej u anke b'rabta ma' fenomeni li qed jiżvolġu bħalma hija l-kwistjoni tal-Afganistan. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo mexxa dawn it-taħditiet f'laqgħat bilaterali mal-President tar-Repubblika Slovena, Borut Pahor; mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovenja, Anže Logar u mal-President tal-Assemblea Nazzjonali, Igor Zorčič, fil-kapitali Ljubljana. Flimkien mal-ministru għall-affarijiet barranin Sloven, il-Ministru Bartolo ddiskuta l-aspettattivi marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li bħalissa tinsab f'idejn ir-Repubblika Slovena. Il-Ministru Bartolo kellu laqgħa ta' korteżija mal-President Sloven li matulha ġiet diskussa s-sitwazzjoni fiż-żewġ pajjiżi b'rabta mal-pandemija u sitwazzjonijiet li qed jevolvu f'reġjuni varji madwar id-dinja. Tul il-laqgħa mal-President tal-Assemblea Nazzjonali ġew diskussa wkoll il-possibilitajiet ta' koperazzjoni bejn il-Kamra tar-Rappreżentanti Slovena u dik Maltija. Is-Segretarju Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Christopher Cutajar akkumpanja lill-Ministru Bartolo tul din iż-żjara, u kellu wkoll laqgħa mas-Segretarju tal-Istat Gašper Dovžan, li matulha ddiskutew aspetti ta' kollaborazzjoni fuq livell internazzjonali b'mod speċjali b'rabta mat-temi li se jkunu qed jingħataw prijorità tul il-Presidenza Slovena tal-Kunsill Ewropew.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/l-awtur-u-kittieb-gerard-james-borg-jiccelebra-gheluq-sninu-u-jhabbar/
null
stradarjali.com
Il-Kompożitur magħruf Gerard James Borg illum qed jiċċelebra għeluq sninu. Tul il-karriera vasta tiegħu, kiteb bosta kanzunetti għall-Eurovision Song Contest fejn kiteb sitta minnhom flimkien ma' Philip Vella. Tibqa' popolari wkoll 7th Wonder kantata minn Ira Losco li huwa kiteb u li kklassifikat fit-tieni post. Kiteb ukoll numru ta' kanzunetti oħra għall-finali fil-pajjiżi rispettivi li l-kantanti internazzjonali jipparteċipaw fosthom: Franza, Norveġja, il-Belġju, Greċja, Bulgarija u r-Rumanija kif ukoll l-Iżlanda. Apparti hekk, kiteb ukoll kotba li għamlu suċċess fosthom: Bormla Babes u oħrajn. Illum, ħabbar li ser iniedi ktieb ieħor fid-19 ta' Settembru li ġej.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/il-kazini-tal-banda-jitolbu-lill-awtoritajiet-ghal-laqghat-dwar-il-festi-2022-inkluz-dik-tal-gimgha-mqaddsa/
null
stradarjali.com
Wara dak li rajna lbieraħ fil-festa ta' f'Ħal Safi kif ukoll f'festi oħra matul il-ġimgħat li għaddew u dak li qed jiġri f'postijiet ta' divertiment oħra, L-Eżekuttiv tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda ħass li kellu jitkellem f'isem il-każini tal-baned f'Malta u Għawdex dwar din is-sitwazzjoni. L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda fakkret li l-Festi huma wirt intanġibbli Nazzjonali. Fakkret ukoll li wara ħidma kbira li saret mill-Għaqda ġiet sottomessa applikazzjoni li qegħda pendenti quddiem il-UNESCO sabiex il-Festa tiġi rikonoxxuta bħala Wirt Intanġibbli dinji tal-UNESCO. L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda kompliet tħeġġeġ u tappella lil dawk li għad iridu jiċċelebraw il-festi tagħhom fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jkomplu jagħmlu dan b'rispett sħiħ lejn id-direttivi u l-miżuri mħabbra dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. Fl-istqarrija l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tenniet li "b'dispjaċir tinnota l-miżuri sproporzjonati li qegħdin jittieħdu fil-konfront tas-Soċjetajiet tal-Banda u d-dilettanti tal-festi matul iċ-ċelebrazzjonijiet jew attivitajiet li dawn l-istess Soċjetajiet qegħdin jorganizzaw." L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda saħqet ukoll li "huwa d-dmir tagħna li nkunu minn ta' quddiem sabiex nissalvagwardjaw dan il-wirt intanġibbli. Għalhekk qegħdin għal darba oħra nitolbu lill-awtoritajiet konċeranti sabiex minn ISSA nibdew diskussjonijiet dwar il-festi 2022 mingħajr dewmien, ħalli mis-sena 2022 nerġgħu nibdew niċċelebraw il-festi kollha fl-2022 inkluż dawk tal-Ġimgħa Mqaddsa."
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/kull-attentat-intenzjonat-biex-jimmina-il-gurnalizmu-ghandu-jigi-miggieled-bil-qawwa-il-pn/
null
stradarjali.com
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li hu inkwetanti li naraw żieda fit-tattiċi ta' aħbarijiet foloz immirati biex iħawdu l-imħuħ tal-votanti. Il-PN Saħaq li l-ġurnaliżmu huwa essenzjali għad-demokrazija u kull attentat intenzjonat biex jimminah għandu jiġi miġġieled bil-qawwa. "Irrelevanti min hu wara dawn it-tattiċi, il-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom jingħaqdu biex jiżguraw li l-pulizija jkollha r-riżorsi kollha meħtieġa biex tiġġieled din il-forma ta' cybercrime," kompla ssostni l-PN fl-istqarrija tiegħu. Fl-aħħarnett l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech stieden lil Prim Ministru Robert Abela għal diskussjoni dwar din il-materja sabiex jaraw kif jistgħu ssaħħu l-liġijiet u r-riżorsi tal-pulizija biex jiġu indirizzati kwistjonijiet bħal dawn qabel l-elezzjoni li jmiss.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/ir-rizultati-waslu-ghax-ma-mxejniex-bpolitika-ta-awsterita-il-prim-ministru/
null
stradarjali.com
"Kienet tkun faċl li ngħidu qed noħorġu ħafna flus fuq wage supplement u skemi oħrajn waqt il-pandemija u allura nnaqqsu r-ritmu tal-proġetti. Minflok, ir-ritmu tal-proġetti żidnihom… Dawn kienu d-deċiżjonijiet li waslu għar-riżultati, għax in-nies jafu li fil-mument tal-prova konna magħhom u se nibqgħu nkunu magħhom." Hekk tenna l-Prim Ministru Robert Abela fejn qal kif dan sar għax ma ġietx addottata il-politika tal-awsterita' kif kienet addottata mill-amministrazzjoni ta' nies li għadhom qed imexxu l-politika tal-Oppożizzjoni u li kienet waslet biex xokk ekonomiku ferm anqas qawwi minn dak tal-pandemija kien wassal għal qgħad ħames darbiet akbar mil-lum. "M'għandix dubju li kienu jerġgħu jitfgħu l-piż kollu fuq il-familji u n-negozji. Jgħollu l-kontijiet u b'kumpens forsi jibagħtu xi erbgha bozoz. Jgħidu li se jgħollu c-children's allowance u minflok inaqsu l-ispiża fuqha. Inaqqsu l-ispiża fuq is-saħħa u l-edukazzjoni. Meta jkunu fl-oppożizzjoni jilgħabuha tad-difensuri tal-poplu u fil-gvern jattakkawh il-ħin kollu…Aħna emminna fil-familji u fin-negozji. U huma emmnu fil-pajjiż u t-tmexxija tiegħu. U flimkien qed negħlbu din l-isfida bla preċedent. Flimkien bhala Team Malta, kburin li f'Lulju 2021 ksibna l-anqas qghad fl-istorja ta' pajjizna." Se nibqgħu nikbru bħala pajjiż. Se nibqgħu ninvestu fin-nies. "Il-bażi biex nissalvagwardjaw il-kwalità tal-ħajja kien qabel xejn il-fatt li ħarsina s-saħħa. Illum qbiżna d-90% tal-poplu vaċċinat." Il-Prim Ministru spjega wkoll kif diġa' bdew il-pjanijiet biex f'Settembru jingħata l-booster lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli fosthom id-djar tal-anzjani. Imbagħad f'Ottubru ngħaddu għall-grupp ta' warajhom li huma anzjani ta' 'l fuq minn 70 sena. Inqas minn sena ilu kont inkun hawn u nitkellem fuq it-tama li jkollna l-vaċċin. U meta dik it-tama bdiet tidher realtà konna lesti biex inkunu minn tal-ewwel li npoġġu idejna fuq din l-arma kontra l-virus u llum inqas minn disa' xhur wara li ġie dan il-vaċċin għandna l-popolazzjoni vvaċinata fil-maġġoranza assoluta tagħha. Mela mhux l-40,000 doża li qaltilna li se jkollna l-oppożizzjoni! Għoxrin darba iktar imma, bi kważi tmien mitt elf doża amministrata u iktar minn erba' mitt elf persuna vvaċinati. Il-Prim Ministru semma wkoll l-importanza tal-proġett tas-Central Link. "Proġett ieħor li l-Partit Nazzjonalista lanqas laħaq sema' kelma ta' kritika kontra tiegħu li ma ħariġx kontrih. B'xamma ta' opportuniżmu qawwi. Għax il-politika tal-PN u Bernard Grech hija waħda shortsighted. Minflok jisma', jixtarr u jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn, bħal ma jagħmel dan il-Gvern, jinfexx fin-negattivita' u l-oppożizzjoni għal kull ma jagħmel il-Gvern. Dik mhix politika serja jew fit-tul… Proġett bħal dan se jwassal għal titjib fil-kwalita' tal-ħajja bħal ħafna proġetti oħra sbieħ li tkellimna dwarhom dan l-aħħar." Rigward il-proġett tal-marina ta' Wied il-Għajn, il-Prim Ministru spjega l l-punt tat-tluq huwa li qegħdin fi stadju ta' sejħa għall-ideat. Din il-fażi li għaddejjin minnha bħalissa huwa proċess fejn l-awtorita' ħa tkun qed tisma' mingħand in-nies… Li hu żgur l l-aċċess għall-bajja bi kwalunkwe żvilupp irid jibqa' garantit. Il-partijiet fejn illum isir l-għum irid jibqa' aċċessibli għan-nies u mhux mittiefsa. Ir-realta' hi li meta jkollok grigalata, jitla' l-baħar fit-triq u jagħmel ħerba. Fl-aħħar mill-aħħar qegħdin fi proċess tal-ideat, li nisimgħu lin-nies… Irridu kwalita' ta' ħajja għan-nies li hija waħda tajba. Prosperita' ġdida għall-Maltin u Għawdxin kollha bi kwalita' ta' ħajja aħjar."
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/bil-filmat-tifel-ta-7-snin-bimhabba-kbira-ghall-festi-jaghmel-appell/
null
stradarjali.com
Id-dilettanti tal-festa jammontaw eluf, però żgur li Mattia huwa fost l-iżgħar u l-aktar dilettanti entużjasti li verament minn età żgħira jħobb il-festi b'imħabba kbira. F'messaġġ li kiteb Andre Muscat, missier Mattia qal li t-tifel jixtieq ikompli jkabbar il-kollezzjoni tal-kotba u flokkijiet tal-festi Maltin li għandu. Huwa għamel vidjow ukoll fejn Mattia stess għamel dan l-appell fuq il-mezzi soċjali lis-soċjetajiet tal-banda kif ukoll individwi biex jgħinuh. Mattia għandu biss 7 snin u minn età iżgħar ġa kien juri l-imħabba tiegħu lejn il-festi fejn ta' età pjuttost żgħira dejjem xtaq li bħala rigali f'għeluq sninu jew fil-Milied jirċievi statwi u mhux ġugarelli. Fil-fatt il-kamra tiegħu hija mimlija statwi ta' Qaddisin kif ukoll tal-Ġimgħa l-Kbira. Lil Mattia dejjem tarah jisma' xi marċ u jaf jgħidlek x'jismu u min kiteb il-marċ ukoll, apparti minn hekk Mattia kapaċi jgħidlek il-festa li tiġi ċċelebrata f'kull raħal u belt f'Malta u Għawdex kif ukoll anke l-armar ta' liem raħal jkun. Meta titkellem ma Mattia taffixina ruħek bil-passjoni li għandu lejn il-Festi, li ta' età żgħira diġà għandu aspirazzjonijiet li jkun President tal-Peace Band Club, il-banda li tant iħobb fin-Naxxar. Aħna qed inwasslu l-appell tiegħu wkoll sabiex jekk tixtieq tgħin lil Mattia jkompli jkabbar il-kollezzjoni tiegħu, ikkuntattja lil Andre Muscat permezz tal-mezzi soċjali. Ara l-appell ta' Mattia:
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/il-pulizija-bkampanja-ta-gharfien-biex-ma-jithallewx-basktijiet-wehedhom-fuq-il-bajja/
null
stradarjali.com
Il-pick-pocketing fuq il-bajjiet huwa reat komuni ħafna speċjalment f'dawn il-ġranet ta' vaganzi. Il-Pulizija tal-Komunità nedew kampanja sabiex joħolqu aktar għarfien biex wieħed ma jħallix il-basktijiet miftuħin weħedhom waqt li jkun qed jgħum. Bħala parti mill-kampanja, numru ta' Pulizija tal-Komunità daru bajjiet u dehru jagħlqu basktijiet li tħallew miftuħa waħidhom b'tags apposta tal-Pulizija. Il-Korp tal-Pulizija spjega kif dawk li ħallew il-basket tagħhom miftuħ sabu din it-tag b'messaġġ fuqha biex ma jħallux il-basktijiet miftuħin kif ukoll qed iservi ta' deterrent għal dawk il-persuni li kellhom xi ħsieb li jisirqu.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/08/il-klabb-tal-bocci-ta-hal-ghaxaq-inawgura-zewg-progetti-li-saru-bfondi-ewropej/
null
stradarjali.com
Il-Klabb tal-Boċċi ta' Ħal Għaxaq akkwista fondi Ewropej mill-programm LEADER għal żewġ proġetti fil-klabb bl-għajnuna tal-aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta. Fi żjara li għamel il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, fil-preżenza tad-diriġenti tal-klabb tal-boċċi, seta' jara kif permezz ta' fondi Ewropej il-klabb investa f'pergola biex ikun jista' jorganizza attivitajiet matul is-sena, irrispettivament mill-kundizzjonijiet tat-temp. Barra minn hekk, il-klabb akkwista wkoll fondi biex jinvesti f'tagħmir li jipprovdi esperjenza aħjar lill-membri. Il-fondi Ewropej qegħdin jintużaw biex jinxtara tagħmir għall-uffiċċju tal-kumitat u għal-laqgħat tal-membri, kif ukoll tagħmir ieħor tat-teknoloġija li jkompli jsaħħaħ il-ħidma tal-organizzazzjoni. Tul iż-żjara, il-Ministru Abela qal li l-fondi tal-UE jgħinu ferm biex entitajiet żgħar bħal dan il-klabb tal-boċċi jkunu jistgħu jwettqu dawn il-proġetti ta' fejda għall-komunità u li jservu ta' sostenn. Huwa ħeġġeġ organizzazzjonijiet u klabbs oħrajn biex japplikaw għal fondi tal-UE sabiex huma wkoll jimplimentaw il-proġetti tagħhom. Fisser kif, mill-2019 sal-lum, għaqdiet mhux governattivi u kunsilli lokali ssottomettew bejniethom ftit iżjed minn 80 proġett li ġew magħżula għal fondi taħt dan il-programm bl-assistenza ta' SEM. Huwa fakkar kif SEM illum qed toffri wkoll l-assistenza mhux biss waqt l-applikazzjoni iżda anke matul l-implimentazzjoni, f'dik li sejjaħ bħala assistenza ħolistika u li verament taqdi l-bżonnijiet ta' dawn l-għaqdiet. Il-President tal-Klabb Carmelo Desira spjega kif b'dan l-investiment se jkun possibbli għall-klabb li jiddiversifika l-attivitajiet annwali biex jippromwovi l-isport tradizzjonali tal-boċċi, l-aktar fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa.
[ 6 ]
https://talk.mt/ex-player-ta-arsenal-imut-fl-eta-ta-35-sena/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, August 30, 2021 ikteb hawn… Fittex Ex-player ta' Arsenal imut fl-età ta' 35 sena Minn talk.mt August 28, 2021 387 talk.mt L-ex player tal-youths ta' Arsenal u difensur ta' Birmingham City Sam Oji miet fl-età ta' 35 sena. Oji, li huwa l-kuġin tal-kantant Lemar, beda l-karriera tiegħu mal-Gunners fl-2000 iżda ffirma għal Birmingham wara li naqas milli jagħmilha mal-ewwel team ta' Arsenal. Dan l-aħħar, Oji kien qed jaħdem bħala assistant manager ma' Highgate United, li jilagħbu fid-disa' livell tal-football Ingliż. Il-club qal li Oji kien 'marid immens' il-Ġimgħa filgħaxija imma kien 'qed jiġġieled bħal gwerrier' qabel ma kkonferma l-mewt tiegħu nhar is-Sibt filgħodu. Nhar il-Ġimgħa huma kitbu: 'Nirreferu għal diversi kummenti fuq il-media soċjali matul il-ġurnata kollha rigward saħħet Samuel Oji. "Sam huwa marid immens imma għadu jiġġieled bħall-gwerrier li hu." Fi stqarrija nhar is-Sibt, il-club qal: 'B'għafsa ta' qalb, ninfurmaw, li l-maħbub captain, mexxej u leġġenda tagħna Samuel Oji sfortunatament miet.' 'Il-ħsibijiet ta' kulħadd f'Highgate United FC huma mal-mara, it-tfal u l-familja ta' Sam f'dan iż-żmien diffiċli ħafna. Oji qatta' erba' snin mal-clubs mill-midlands u gawda perjodi ta' self ma' Doncaster Rovers, Bristol Rovers u Leyton Orient – li ffirma għalihom b'mod permanenti fl-2008. Birmingham taw ġieħ lill-ex player tagħhom fi tweet billi qalu li: 'Il-Club huwa dispjaċut ferm meta ġie mgħarraf bil-mewt tal-ex plejer Sam Oji, ta' 35 sena. Il-ħsibijiet ta' kulħadd f'#BCFC huma mal-familja u l-ħbieb ta' Sam f'dan il-mument estremament diffiċli.' Artiklu preċedenti Nofs il-popolazzjoni tal-Indja ħadet tal-inqas titqiba waħda kontra l-Covid-19 Artiklu li jmiss Possibbiltà ta' referendum favur l-ewtanasja fl-Italja
[ 15 ]
https://talk.mt/franciza-tinqabad-tisraq-minn-twiebet-fkamra-mortwarja-flievin/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, August 30, 2021 ikteb hawn… Fittex Franċiża tinqabad tisraq minn twiebet f'kamra mortwarja f'Liévin Minn Brian Gatt August 28, 2021 401 Brian Gatt Ġurnalist Mara li dehret li kienet ħabiba antika ta' katavru f'kamra mortwarja fi Franza, irriżulta li kienet ir-rutina tagħha li tattendi f'dan il-post u ġġorr kulma tista'. Meta avviċinata mill-qraba tal-vittma, il-mara li hu stamt li għandha madwar 60 sena, qalet li kienet ħabiba tagħha u b'hekk dawn ma xtaqux iċaħħduha milli tagħtiha l-aħħar tislima. Ġara iżda li mar-ritorn tagħhom fejn it-tebut ntebħu li l-ġojjelerija kollha li kellha l-vittma kienu għebu. Il-qraba rrapurtaw minnufih dwar dan u wara ftit sigħat ġiet identifikata s-suspettata ewlenija li tgħix biss ftit metri bogħod mill-kamra mortwarja f'Liévin. Il-mara ġiet arrestata u l-ġojjelerija kollha nieqsa nstabet għandha. Mhux biss. Minn tfittxija li saret fir-residenza tagħha nstabet kartiera li nsterqet lil katavru ieħor fl-istess ġurnata. Barra minn hekk, il-mara nstabet fil-pussess ta' kodiċi ta' aċċess għal qraba ta' katavri li kienu qegħdin fi proċess biex jitkeffnu u jkunu jistgħu jindifnu. Il-mara mistennija titressaq il-qorti fix-xhur li ġejjin. Artiklu preċedenti Mara mixlija li serqet €8,900 mingħand l-eks sieħeb tagħha Artiklu li jmiss L-atleti Afgani jaslu f'Tokyo ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 10 ]
https://talk.mt/nofs-il-popolazzjoni-tal-indja-hadet-tal-inqas-titqiba-wahda-kontra-l-covid-19/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, August 30, 2021 ikteb hawn… Fittex Nofs il-popolazzjoni tal-Indja ħadet tal-inqas titqiba waħda kontra l-Covid-19 Minn talk.mt August 28, 2021 88 talk.mt Dejta uffiċjali qiegħda turi li iktar minn nofs il-popolazzjoni tal-Indja, jiġifieri madwar 472 miljun, issa rċevew minn tal-inqas doża waħda tal-vaċċin kontra l-Covid-19. L-awtoritajiet Indjani ħadmu bla heda biex iħaffu l-programm ta' tilqim ħalli tiġi evitata kemm jista' jkun it-tielet mewġa ta' infezzjonijiet. S'issa jidher li l-Indja tat iktar minn 610 miljun doża ta' tliet tilqimiet li huma approvati – Covishield, Covaxin u Sputnik V. Il-Gvern tal-pajjiż qiegħed jippjana li sal-aħħar ta' din is-sena l-poplu kollu jkun ġie mlaqqam. Il-ħidma li għamel il-gvern hija waħda evidenti hekk kif l-aħħar 100 miljun doża ġew amministrati f'19-il jum biss. Dan huwa kuntrast kbir meta wieħed jara li l-ewwel 100 miljun doża ħadu 85 jum biex ġew amministrati. Minkejja dan kollu, xorta waħda għad fadal ħafna xogħol xi jsir hekk kif jidher li stati li huma ifqar minn oħrajn qegħdin jaqgħu lura fit-tilqim u għalhekk qiegħda tinħoloq disparità. Matul il-pandemija, l-Indja rreġistrat total ta' 32 miljun każ ta' Covid-19 li jfisser li hija t-tieni l-iktar pajjiż affettwat wara l-Istati Uniti. Dan il-pajjiż kellu wkoll 400,000 mewt, it-tielet wara l-Istati Uniti u l-Brażil. Artiklu preċedenti Diffiċli għal Chelsea biex jakkwistaw lil Jules Kounde Artiklu li jmiss Ex-player ta' Arsenal imut fl-età ta' 35 sena ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 1 ]
https://talk.mt/mara-mixlija-li-serqet-e8900-minghand-l-eks-sieheb-taghha/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, August 30, 2021 ikteb hawn… Fittex Mara mixlija li serqet €8,900 mingħand l-eks sieħeb tagħha Minn talk.mt August 28, 2021 181 talk.mt Mara ta' 35 sena tressqet il-Qorti quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia mixlija b'serq aggravat u li laqgħet għandha ħwejjeġ misruqa fost oħrajn. L-imputata ammettiet li serqet €8,900 mingħand l-eks-sieħeb tagħha u reddet lura ammont ta' flus minnhom. Kemm il-Prosekuzzjoni kif ukoll l-avukati tal-parte civile qablu li l-interess ewlieni tagħhom huwa li l-flus jiġu ritornati. Il-Maġistrat Farrugia kkundannat lill-mara għal 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin u ordnatha biex tħallas il-kumplament tal-flus fi żmien sitt xhur. Artiklu preċedenti Possibbiltà ta' referendum favur l-ewtanasja fl-Italja Artiklu li jmiss Franċiża tinqabad tisraq minn twiebet f'kamra mortwarja f'Liévin
[ 0 ]
https://talk.mt/difficli-ghal-chelsea-biex-jakkwistaw-lil-jules-kounde/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, August 30, 2021 ikteb hawn… Fittex Diffiċli għal Chelsea biex jakkwistaw lil Jules Kounde Minn talk.mt August 28, 2021 52 talk.mt It-tamiet ta' Chelsea li jiffirmaw lid-difensur ta' Sevilla Jules Kounde dan is-sajf huma inċerti. Il-Blues huma maħsuba li żiedu l-insegwiment tagħhom fiż-żagħżugħ ta' 22 sena wara li qablu dwar il-bejgħ ta' £25 miljun ta' Kurt Zouma lil West Ham United. It-team ta' Thomas Tuchel kien viċin li jaqbel ma' ftehim li jiswa madwar £43 miljun għal Kounde, madankollu, Sevilla issa qed iżommu għall-klawsola ta' release ta' £68.5 miljun tal-player. Kwalunkwe ftehim biex Kounde jingħaqad ma' Chelsea x'aktarx jiddependi fuq jekk Zouma jtemmx il-mossa tiegħu fil-London Stadium qabel l-iskadenza tal-11pm fil-31 ta' Awwissu. Zouma diġà qabel dwar termini personali mal-Hammers u għadda wkoll mill-eżami mediku tiegħu, bl-aħħar biċċiet ta' burokrazija li għandhom jitlestew qabel ma jkun jista' jiġi ffinalizzat il-ftehim. Madankollu, Chelsea huma ħerqana li jħallu lil Zouma jitlaq jekk jitilfu lil Kounde dan is-sajf. Kounde, li għad fadallu tliet snin fil-kuntratt tiegħu, lagħab id-90 minuta sħaħ fl-ewwel żewġ logħbiet ta' Sevilla fil-La Liga f'dan l-istaġun. Artiklu preċedenti L-Unjoni Ewropea spiċċat 'spettatur' fil-kriżi Afgana Artiklu li jmiss Nofs il-popolazzjoni tal-Indja ħadet tal-inqas titqiba waħda kontra l-Covid-19
[ 15 ]
https://talk.mt/ritorn-fl-italja-ghal-jorginho/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, August 30, 2021 ikteb hawn… Fittex Ritorn fl-Italja għal Jorginho? Minn talk.mt August 28, 2021 305 talk.mt L-aġent tal-midfielder ta' Chelsea Jorginho, Joao Santos, ssuġġerixxa li l-klijent tiegħu jinsab interessat li jirritorna jilgħab l-Italja. Wara staġun ta 'suċċess enormi 2020-21 għall-club u l-pajjiż – bir-rebħ taċ-Champions League ma' Chelsea u l-glorja tal-Euro 2020 mal-Italja – il-player ta' 29 sena ġie ppremjat għall-wirjiet tiegħu fil-ground billi ġie magħżul bħala l-Player tas-Sena tal-UEFA. Jorginho, li wkoll jisnab favorit biex jirbaħ il-Ballun tad-Deheb, fadallu sentejn fil-kuntratt tiegħu fi Stamford Bridge iżda l-aġent tiegħu jemmen li l-midfielder se jikkunsidra ritorn fis-Serie A fil-futur qrib. "Ovvjament, iva. Meta tirbaħ Kampjonat Ewropew mal-Italja, il-pass li jmiss jista' jkun li tilgħab fl-Italja. Imma kollox jista' jinbidel fi żmien qasir," qal Joao Santos. "Huwa għandu kuntratt ta' sentejn ma' Chelsea. Bħala filosofija, il-club iġedded il-kuntratti meta jkun għad fadal sena għal tmiem il-kuntratt. Naraw x'jiġri s-sena d-dieħla." Santos ikkonferma wkoll li 'bosta clubs Ewropej' huma interessati f'Jorginho, inklużi l-ġganti Taljani, Juventus. Jorginho għamel 144 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għal Chelsea minn meta ngħaqad magħhom mingħand Napoli fl-2018, fejn skorja 17-il goal u pprovda erba' assists. Artiklu preċedenti Effett tas-sħana fuq pajjiżna… il-bdiewa affettwati ħażin ħafna Artiklu li jmiss Manchester United iġeddu l-interess fuq Kieran Trippier
[ 15 ]
https://talk.mt/saul-niguez-mhux-se-jinghaqad-ma-chelsea/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, August 30, 2021 ikteb hawn… Fittex Saul Niguez mhux se jingħaqad ma' Chelsea Minn talk.mt August 28, 2021 31 talk.mt L-offerta ta' Chelsea biex jiffirmaw lil Saul Niguez mingħand Atletico Madrid qabel tmiem it-tieqa tat-trasferimenti tat-Tlieta sfaxxat fix-xejn. Ir-rebbieħa taċ-Champions League kienu maħsuba li kienu qed jagħlqu ftehim ta' self għall-midfielder u kienu rrappurtati li kienu laħqu ftehim ma' Atletico, sakemm titħallas is-somma finali għal ftehim permanenti. Madankollu, it-taħditiet bejn Chelsea u Saul issa fallew wara li l-manager Thomas Tuchel ma setax jagħti assigurazzjonijiet lill-Ispanjol dwar il-ħin ta' logħob fi Stamford Bridge. Saul kien membru ewlieni tat-team ta' Diego Simeone ma' Atletico Madrid minn meta ġie promoss għall-ewwel team fl-2012, iżda ġie nfurmat li huwa liberu li jitlaq dan is-sajf. Manchester United kienu wkoll marbuta ma' pass għall-player ta' 26 sena, wara li kellhom interess fit-tul fil-firma tiegħu u għamlu l-iffirmar ta' midfielder ġdid waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħhom dan is-sajf. Madankollu, ir-ritorn mhux mistenni ta' Cristiano Ronaldo f'Old Trafford nhar il-Ġimgħa jfisser li r-Red Devils issa x'aktarx ma jkunux jistgħu jaffordjaw iffirmar ieħor ta' profil għoli mingħajr ma l-ewwel ibiegħu numru ta' players. Għaldaqstant Saul jidher li x'aktarx se jibqa' fil-Wanda Metropolitano wara kollox, billi jestendi l-esperjenza tiegħu fi club li fih ngħaqad bħala player fl-2008. L-internazzjonali Spanjol għamel 339 dehra għat-team tal-kbar, inkluż 41 l-istaġun li għadda hekk kif Atletico kisbu t-titlu tal-La Liga. Artiklu preċedenti Genoa viċin li jħabbru l-wasla tal-ex difensur ta' Napoli, Nikola Maksimovic Artiklu li jmiss Juventus mistennija javviċinaw lil Real Madrid għal Eden Hazard
[ 15 ]
https://talk.mt/tiemoue-bakayoko-vicin-ac-milan/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, August 30, 2021 ikteb hawn… Fittex Tiemoue Bakayoko viċin AC Milan Minn talk.mt August 28, 2021 11 talk.mt Tiemoue Bakayoko fl-aħħar jinsab fi triqtu lejn Milan, hekk kif rapporti fi Franza jsostnu li huwa kkonkluda ftehim ta' self ta' sentejn b'għażla ta' xiri bi klawsoli mingħand Chelsea. Il-midfielder għandu l-ewwel jestendi l-kuntratt attwali tiegħu fi Stamford Bridge sabiex jiskadi f'Ġunju 2024 aktar milli fl-2022. Wara dan, ikun jista' jtir jagħmel it-testijiet mediċi ma' AC Milan matul tmiem il-ġimgħa u jiffirma l-kuntratt ta' self b'għażla ta' xiri. Notevolment, hemm ukoll klawsola li tagħmel dan il-kuntratt b'obbligu ta' xiri jekk Bakayoko jagħmel ċertu numru ta' dehriet għar-Rossoneri matul iż-żewġ staġuni. Milan għandhom iħallsu lil Chelsea somma għas-self ta' sentejn, flimkien mal-għażla li jixtru. Bakayoko issa mistenni f'Milan għada għat-testijiet mediċi tiegħu. Huwa qatta' l-istaġun li għadda fis-Serie A b'self f'Napoli. Artiklu preċedenti 6,000 persuna jattendu l-programm Summer on the Move Artiklu li jmiss Genoa viċin li jħabbru l-wasla tal-ex difensur ta' Napoli, Nikola Maksimovic
[ 15 ]
https://talk.mt/sydney-tirregistra-tnaqqis-fil-kazi-godda-l-awstralja-se-tiddiskuti-l-pjan-ta-ftuh-mill-gdid/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, August 30, 2021 ikteb hawn… Fittex Sydney tirreġistra tnaqqis fil-każi ġodda Minn talk.mt August 28, 2021 59 talk.mt L-Awstralja se tiddiskuti l-pjan ta' ftuħ mill-ġdid Matul l-aħħar sigħat il-belt ta' Sydney irrapportat li kellha tnaqqis fl-ammont ta' każi ġodda ta' Covid-19, iżda minkejja dan in-numru ta' każi ġodda xorta waħda jinsab qrib livelli rekord. Fid-dawl ta' dan kollu, il-gvern federali Awstraljan xorta waħda mistenni li jkompli jħeġġeġ lill-istati biex jimxu mal-pjan ta' ftuħ gradwali ladarba r-rata ta' tilqim tkun laħqet 70% – 80% tal-popolazzjoni kollha. Kien irrapporat li fl-aħħar sigħat ġewwa New South Wales kien hemm 882 każ ġdid, fil-maġġoranza tagħhom fil-kapitali Sydney. Minkejja li dan huwa numru sostanzjali, dan huwa xorta wieħed pożittiv meta tqabblu mal-1,029 li kienu rrapportati nhar il-Ħamis li għadda. Dan l-istat jidher li qiegħed isibha diffiċli biex jikkontrolla l-imxija tal-varjant Delta. Il-pjan nazzjonali ta' ftuħ mill-ġdid kien maqbul bejn il-kapijiet tat-tmien stati u territorji flimkien mal-gvern federali x-xahar li għadda meta dakinhar il-każijiet ġewwa Sydney kienu baxxi. Fil-preżent iktar minn nofs il-popolazzjoni Awstraljana tinsab taħt lockdown strett u dan hekk kif bliet bħal Sydney, Melbourne u l-kapitali Canberra qed iħabbtu wiċċhom mal-varjant Delta. Artiklu preċedenti Titlesta Mdina Road f'Ħal Qormi b'investiment ta' €700,000 Artiklu li jmiss Persuna waħda fl-ITU bil-Covid-19
[ 10 ]
https://talk.mt/cristiano-ronaldo-lura-ma-manchester-united/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, August 30, 2021 ikteb hawn… Fittex Cristiano Ronaldo lura ma' Manchester United Minn talk.mt August 28, 2021 105 talk.mt Manchester United huma kuntenti li jikkonfermaw li l-club laħaq ftehim ma' Juventus għat-trasferiment sensazzjonali ta' Cristiano Ronaldo, 36 sena, suġġett għal ftehim tat-termini personali, visa u eżami mediku li se jsir f'Lisbona, il-Portugall. "Kulħadd fil-club qed jistenna bil-ħerqa li jilqa' lura lil Cristiano Ronaldo f'Manchester," qal il-club fi stqarrija. Ronaldo, rebbieħ ħames darbiet tal- Ballon d'Or , s'issa rebaħ aktar minn 30 trofew maġġuri matul il-karriera tiegħu, inklużi ħames titli tal-UEFA Champions League, erba' Tazzi tad-Dinja tal-Clubs tal-FIFA, seba' titli tal-kampjonat fl-Ingilterra, Spanja u l-Italja, il-Kampjonat Ewropew ma' pajjiżu, il-Portugall u l-UEFA Nations League. Ir-rapporti inizjali kienu qalu li Ronaldo qal lill-coach ta' Juventus, Massimiliano Allegri, li jrid jitlaq il-club ta' Turin, aktarx li jmur ma' Manchester City, iżda eventwalment iċ-champions tal-Premier League kienu ddeċidew li ma jagħmlux ftehim. Allegri qal li nhar il-Ħamis Ronaldo kien infurmah bid-deċiżjoni tiegħu li jitlaq lill-club. Iżda jidher li Juventus irċevew offerta ta' £19.4 miljuni mingħand il-United għal Ronaldo, b'kuntratt ta' sentejn, li jiswa £480,000 fil-ġimgħa, offruti lill-attakkant Portugiż. Dan seħħ sigħat wara sejħiet minn Sir Alex Ferguson u Rio Ferdinand meta kollox kien qed jidher li se jingħaqad mar-rivali kbar mill-istess belt, Manchester City. Il-United ma kinux ċedew it-tama li jassiguraw ritorn lejn Old Trafford għall-player li mexxa wieħed mill-iktar perjodi ta' suċċess fl-istorja tal-club. "Dejjem kellna kommunikazzjoni tajba," qal il-manager tal-United, Ole Gunnar Solskjaer, dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' Ronaldo. Ronaldo qatta' sitt staġuni f'Old Trafford mill-2003 sal-2009 fejn rebaħ tmien trofej maġġuri flimkien mal- Ballon d'Or bħala l-aqwa player tad-dinja fl-2008 qabel ma ssiġilla rekord dinji ta' dak iż-żmien ta' £80 miljun ma' Real Madrid. Mal-United, huwa skorja 118-il goal u rebaħ il- Golden Boot tal-Premier League fl- istaġun 2007-08, is-sena li fiha għen lill-club ta' Old Trafford jirbaħ l-aħħar titlu taċ-Champions League. Artiklu preċedenti Malta u s-Slovenja jiddiskutu r-reġjun Ewro-Mediterranju Artiklu li jmiss "Kont issibilha minn kollox biex titma' lil ħaddieħor"
[ 15 ]
https://talk.mt/cristiano-ronaldo-ma-manchester-united-bmod-ufficjali/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, August 31, 2021 ikteb hawn… Fittex Cristiano Ronaldo ma' Manchester United b'mod uffiċjali Minn talk.mt August 31, 2021 57 talk.mt Manchester United ħabbru b'mod uffiċjali li ffirmaw lill-attakkant Portugiż ta' 36 sena, Cristiano Ronaldo, mingħand Juventus. Ir-Red Devils ħallsu £12.85 miljun .. b'żidiet ta' £6.85 miljun. Ronaldo ffirma kuntratt ta' sentejn b'għażla li jestendi għal sena oħra. B'hekk huwa se jirritorna f'Old Trafford wara 12-il sena. Huwa skorja 118-il goal f'292 partita mal-United qabel ma fl-2009 ingħaqad ma' Real Madrid. Artiklu preċedenti Deputat tal-PN jiċħad kull involviment ma' Yorgen Fenech u jikkonferma li se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss Artiklu li jmiss L-Air Malta bi sħab kummerċjali ma' Discover the World
[ 15 ]
https://talk.mt/liverpool-jikkunsidraw-offerta-ghal-mikkel-damsgaard/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, August 31, 2021 ikteb hawn… Fittex Liverpool jikkunsidraw offerta għal Mikkel Damsgaard Minn talk.mt August 30, 2021 40 talk.mt Liverpool qed jikkunsidraw offerta tardiva biex jiffirmaw lill-midfielder ta' Sampdoria, Mikkel Damsgaard qabel l-iskadenza tal-11.00 pm fil-31 ta' Awwissu. L-internazzjonali Daniż ra l-profil tiegħu jikber matul is-sajf wara li impressjona fil-Euro 2020, fejn skorja żewġ goals u pprovda assist wieħed f'ħames dehriet. Diversi clubs tal-Premier League huma maħsuba li huma interessati li jiffirmaw liż-żagħżugħ ta' 21 sena, iżda, Liverpool u Leeds United huma ż-żewġ timijiet li bħalissa jisnabu favoriti għall-firma tal-midfielder. Aston Villa huma maħsuba wkoll li qed isegwu s-sitwazzjoni ta' Damsgaard, filwaqt li Tottenham Hotspur issa temmew kull interess fih. Jurgen Klopp huwa ħerqan li jakkwista midfielder ġdid dan is-sajf, wara t-tluq ta' Georginio Wijnaldum ma' Paris Saint-Germain u Xherdan Shaqiri ma' Lyon. Preċedentement kien ġie rrappurtat li scouts tar-Reds intlemħu fil-partita ta' Sampdoria kontra AC Milan il-ġimgħa li għaddiet biex jaraw lil Damsgaard, li lagħab id-90 minuta sħaħ. Artiklu preċedenti Inter iġeddu l-kuntratt ta' Lautaro Martinez Artiklu li jmiss West Ham United viċin Nikola Vlasic
[ 15 ]
https://talk.mt/futur-ma-tottenham-hotspur-ghal-adama-traore/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, August 31, 2021 ikteb hawn… Fittex Futur ma' Tottenham Hotspur għal Adama Traore? Minn talk.mt August 30, 2021 45 talk.mt L-attakkant ta' Wolverhampton Wanderers, Adama Traore, kien irrappurtat li ħeġġeġ lill-aġent tiegħu biex jingħaqad ma' Tottenham Hotspur fl-istadji tal-għeluq tas-suq tat-trasferimenti ta' dan is-sajf. Iż-żagħżugħ ta '25 sena kien fuq il-lista ta' miri potenzjali ta' Tottenham dan is-sajf minn meta Nuno Espirito Santo – il-manager tiegħu ma' Wolves – ħa t-tmexxija fit-Tramuntana ta' Londra. Il-prezz mitlub ta' Wolves ta' mill-inqas £40 miljun s'issa wera li huwa punt ewlieni ta' twaħħil fi kwalunkwe negozjati, u l-manager il-ġdid Bruno Lage riċentement insista li l-ebda players ewlenin mhu se jitħallew jitilqu mill-club qabel l-iskadenza tal-11pm tat-Tlieta. Madankollu, huwa mifhum li Traore ta struzzjonijiet lill-aġent tiegħu Jorge Mendes biex jassigura ċaqliq lejn it-Tottenham Hotspur Stadium sabiex ikun jista' jerġa' jingħaqad ma' Nuno. Wolves jibqgħu jsibuha bi tqila li jitilfu l-istilla tagħhom, u x'aktarx ma jnaqqsux it-talbiet tagħhom għall-player li għad fadallu sentejn fil-kuntratt tiegħu fil-Molineux Stadium. Traore kien wieħed mill-aqwa players tat-team fit-tliet logħbiet tal-Premier League s'issa dan l-istaġun, minkejja li Wolves għadhom qed ifittxu l-ewwel punt u l-ewwel goal tal-istaġun il-ġdid tagħhom. L-internazzjonali Spanjol qabel kien marbut ma' Liverpool, Chelsea u Leeds United, iżda Spurs issa huma meqjusa bħala l-favoriti ċari għall-firma tiegħu jekk jitlaq lil Wolves. Intant, Wolves huma mifhuma li qed jikkunsidraw offerta għall-attakkant ta' Valencia, Goncalo Guedes, bħala sostitut għal Traore. Artiklu preċedenti Torino jiffirmaw lil Dennis Praet mingħand Leicester City Artiklu li jmiss Inter iġeddu l-kuntratt ta' Lautaro Martinez
[ 15 ]
https://talk.mt/cristiano-ronaldo-jghaddi-t-testijiet-medici-tieghu/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, August 31, 2021 ikteb hawn… Fittex Cristiano Ronaldo jgħaddi t-testijiet mediċi tiegħu …. Minn talk.mt August 30, 2021 231 talk.mt Cristiano Ronaldo għadda t-testijiet mediċi tiegħu qabel ir-ritorn sensazzjonali tiegħu ma' Manchester United. Ir-Red Devils ikkonfermaw nhar il-Ġimgħa li laħqu ftehim ma' Juventus biex iġibu lill-fenomenu Portugiż lura f'Old Trafford, 12-il sena wara li telaq il-club biex jingħaqad ma' Real Madrid. L-aħbar waslet ftit sigħat wara li ħareġ li Manchester City li qabel kienu mistennija jġibu lill-player ta' 36 sena lura fil-Premier League. It-team immexxi minn Ole Gunnar Solskjaer se jħallas biss £12.9m bil-quddiem għall-leġġenda tal-club, b'£ 6.7m oħra bħala bonuses. It-tħabbira ta' Man United ikkonfermat li l-ftehim kien soġġett għal termini personali, mediku u ta' viża, iżda tnejn minn dawk it-tliet kwistjonijiet issa huma mifhuma li ġew solvuti. Ronaldo issa temm it-testijiet mediċi tiegħu f'Manchester, wara li għadda minnhom f'Lisbona matul il-weekend. Ronaldo qabel ukoll dwar termini personali fuq ftehim ta' sentejn li se jarah jieħu tnaqqis fil-paga ta' £6 miljun, iżda xorta se jsir l-iktar player imħallas fl-istorja tal-Premier League. Il-kisba ta' viża wkoll mhux qed tistenna li tkun problema, u twitti t-triq għal Ronaldo biex jiffinalizza r-ritorn ipprevedut tiegħu f'Old Trafford qabel l-iskadenza tat-trasferiment tat-Tlieta fil-11pm. Ronaldo se jingħaqad ma' sħabu l-ġodda wara l-waqfa internazzjonali, u jista' jagħmel id-debutt tiegħu għall-club kontra Newcastle United fil-11 ta' Settembru. L-internazzjonali Portugiż skorja 118-il goal f'292 logħba waqt l-ewwel esperjenza tiegħu f'Old Trafford, u għen lill-club jirbaħ tliet titli tal-Premier League, Champions League, żewġ League Cups, FA Cup, FIFA World Club Cup u l-Community Shield. Artiklu preċedenti Tifla ta' tmien snin tirċievi messaġġi mhux xierqa fuq Roblox Artiklu li jmiss Torino jiffirmaw lil Dennis Praet mingħand Leicester City
[ 15 ]
https://talk.mt/gvern-gdid-nazzjonalista-kommess-li-jeghleb-l-isfidi-tal-obezita/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, August 31, 2021 ikteb hawn… Fittex Gvern ġdid Nazzjonalista kommess li jegħleb l-isfidi tal-obeżità Minn talk.mt August 30, 2021 316 talk.mt Diversi studji juru li Malta għad għandha problema ta' obeżità. Fid-dawl tal-istrateġija eżistenti dwar l-obeżita, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jitlob lill-Gvern sabiex jaġġorna lil kulħadd dwar is-suċċess ta' din l-istrateġija għaliex skontu "jidher ċar li falliet". F'din il-konferenza ntqal li gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech jassigura li fost l-ewwel prijoritajiet tiegħu jaħdem fuq studju nazzjonali dwar l-istrateġija tal-obeżità, sabiex fejn falliet jassigura li jwettaq bidliet radikali, fl-interess tas-saħħa nazzjonali tal-Maltin u l-Għawdxin. Din il-kuxjenza għandha tibda mill-iskejjel. Fost l-istrateġija tiegħu l-PN qiegħed jipproponi żieda fil-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika u li flimkien mas-suġġett tal-isport career development programme, jiddaħħlu aktar dixxiplini sportivi. Il-PN innota l-investiment fix-xiri ta' riżorsi sportivi li sar għall-iskejjel matul dawn l-aħħar snin iżda sostna li għad baqa' ħafna xi jsir. Skont l-Oppożizzjoni għandu jkun ukoll żgurat li ma' kull kulleġġ ikun hemm sett ta' faċilitajiet sportivi state-of-the-art li jservu lill-istudenti fil-ħin tal-iskola u lill-komunita' wara dan il-ħin kif ukoll iż-żieda ta' faċilitajiet outdoor inkluż Open Air Gyms u Adventure Parks u Equipment biex nikkompensaw għall- ħajja sedentarja. Skont din l-istrateġija għandu jkun hemm wkoll tagħrif edukattiv dwar dieta bilanċjata u l-benefiċċji ta' ikel bnin li jgħin biex jipprevjeni konsegwenzi li ġġib magħha l-obeżità. Barra minn hekk għandu jsir moniteraġġ regolari tad-dieta u l-progress tat-tfal u jiġu stabbiliti miri ċari li għandhom jintlaħqu bħal kull mira skolastika oħra. Artiklu preċedenti Investiment ġdid ta' nofs miljun ewro minn start-up lokali li anke waqt pandemija ma qatgħetx qalbha Artiklu li jmiss L-imwiet ta' immigranti fil-Mediterran din is-sena irduppjaw fuq is-sena 2020
[ 12 ]
https://talk.mt/tennis-il-kanada-jirbhu-l-atp-cup-ghall-ewwel-darba/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 10, 2022 ikteb hawn… Fittex Tennis: Il-Kanada jirbħu l-ATP Cup għall-ewwel darba Minn talk.mt January 10, 2022 talk.mt Felix Auger-Aliassime ta t-titlu tal-ATP Cup lill-Kanada għall-ewwel darba b'rebħa 7-6 (7-3), 6-3 kontra Roberto Bautista Agut biex issiġilla rebħa ta' 2-0 kontra Spanja. Il-Kanada tilfu l-ewwel erba' logħbiet tagħhom fit-tournament u setgħu ġew elimi­nati qabel lagħbu t-tielet partita ta' Grupp C. Iżda grazzi għal riżultati favorevoli, huma xorta kellhom iċ-ċans u ħatfu l-opportunità li ġiethom. Auger-Aliassime u Denis Shapovalov reb­ħu d-doubles deċiżivi tas-Sibt kontra r-Rus­sja biex eliminaw liċ-champions kurrenti. U bit-trofew fuq il-linja, huma lagħbu l-aqwa tennis tagħhom biex għelbu lill-finalisti darb­tejn, Spanja. "L-emozzjonijiet huma inkredibbli. Ma hemm l-ebda sensazzjoni aħjar milli tirbaħ. Ħallejna kollox hemmhekk. Ġejna mill-bogħod f'din il-kompetizzjoni, tlifna l-ew­wel erba' logħbiet tagħna. Iżda dejjem bqajna nemmnu," qal Auger-Aliassime. "Naħseb li dan huwa importanti ħafna. Aħna nafdaw lil xulxin għall-ogħla livell. Jien u Denis, kulħadd fit-team – Brayden Schnur lagħab fis-singles, Steven Diez lagħab fid-doubles u ilhom jappoġġjawna l-ġimgħa kollha. Huma għandhom tournament il-ġimgħa d-dieħla, iżda qegħdin hawn kuljum lesti biex jipprattikaw, lesti biex jappoġġawna." Fl-ewwel singles, Shapovalov rebaħ il- logħba bejn in-numri 2 meta għeleb lil Pablo Carreno Busta 6-4 6-3 li kien minn fuq 4-1 fil-konfronti ta' bejniethom. "Ma stajtx xtaqt għal bidu aħjar. Kieku ma kienx għal Denis fl-aħħar jumejn, ma konniex inkunu hawn bħalissa. Nixtieq nifraħlu. Huwa kien inkredibbli," qal Auger-Aliassime. "Huwa tilef l-aħħar drabi kontra Carreno u llum rebaħ f'sets dritti. Mhux b'faċilità, iżda l-mod kif jista' jilgħab rebaħ b'mod taj­jeb, allura onestament kull kreditu għalih." Artiklu preċedenti Snooker: Williams jegħleb lil Yan f'The Masters ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/enemed-cup-neptunes-jirbhu-loghba-bilancjata/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 9, 2022 ikteb hawn… Fittex Enemed Cup: Neptunes jirbħu logħba bilanċjata Minn talk.mt January 9, 2022 Ritratt: Dominic Borg talk.mt Sirens............10 Neptunes.......11 (3-1 , 2-4 , 4-4 , 1-2) Fl-Enemed Cup, f'partita ferm bilanċjata mill-bidu sat-tmiem, Neptunes għelbu lil Sirens bl-iskor strett ta' 11-10. Kienu Sirens li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 3-1, bil-goals għalihom jaslu minn Jerome Zerafa Gregory wara li tkeċċa James Spiteri Staines, Matthew Chircop ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Alec Fenech u Matthew Sciberras. Gabriel Pace minn man-up wara li tkeċċa Ganni Farrugia wieġeb għal Neptunes. Fit-tieni sessjoni Neptunes wettqu reazzjoni tajbu u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 4-2, bl-iskorers għalihom ikunu Jordan Camilleri (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Ganni Farrugia u t-tieni wieħed minn penalty, Sam Gialanze wkoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa John Napier, u Mark Fenech ukoll bi player aktar wara li tkeċċa Mikhael Cutajar. Ken Erdogan minn man-up wara li tkeċċa Jake Cachia u Paul Serracino sabu x-xibka għal Sirens. It-tielet sessjoni ntemmet fi draw ta' 4-4 bil-goals għat-team minn San Pawl il-Baħar jaslu minn Matthew Sciberras (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty u Jerome Zerafa Gregory (2) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Gabriel Pace. Mark Castillo (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Jacob Sciberras, u Jordan Camilleri (2) bit-tienei goal għalih jasal minn penalty wieġbu għat-team mill-Balluta. Neptunes rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta' 2-1 b'goals minn minn Alec Fenech u Mark Castillo minn man-up wara li tkeċċa Matthew Sciberras. Jerome Zerafa Gregory minn man-up wara li tkeċċa Jordan Camilleri skorja l-uniku goal għal Sirens. Meta sirt naf li ħija gay ma nbidel xejn bejnietna" Artiklu li jmiss Enemed Cup: Draw ġust bejn San Ġiljan u Sliema ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/isir-l-ewwel-round-tal-kampjonat-nazzjonali-autocross-mill-asmk/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 10, 2022 ikteb hawn… Fittex Isir l-ewwel round tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross mill-ASMK Minn talk.mt January 10, 2022 talk.mt Fl-aħħar jiem tas-sena l-oħra l-Assoċjaz­zjoni Sport Muturi u karozzi (ASMK) organizzat l-ewwel round tal-Kampjonat Naz­zjonali Autocross fejn Karl Micallef fuq Opel Corsa kompla fuq dak li ħalla fl-istaġun ta' qabel hekk kif iddomina matul il-ġurnata kollha. Micallef rebaħ it-tliet heats tal-ġurnata kif ukoll il-finali tal-Klassi A biex għalaq il-ġurnata fl-ewwel post. Kyle Agius fuq Opel Nova daħal fit-tieni post, segwit minn Terence Az­zopardi li kien qed jiddebutta b'karozza Opel Tigra, għamla ġdida għall-ASMK. Fir-raba' post daħal Noel Zammit b'Fiat Punto segwit minn Geert Grech u Steve Sultana t-tnejn fuq Opel Nova. Fil-finali tal-Klassi B, Luca Camilleri daħal fl-ewwel post fuq Opel Nova segwit minn Dorianne Galea fuq Ford Fiesta u Joseph Spiteri fuq Opel Corsa. Il-Ħadd, 9 ta' Jannar, sar it-tieni round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Motocross. Imbagħad l-Autocross jitkompla fit-23 ta' Jannar. Artiklu preċedenti "Il-Covid se jibqa' magħna għal mill-anqas 5 snin… se ngħixu aktar normali minn dawn is-sentejn" ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/snooker-williams-jeghleb-lil-yan-fthe-masters/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 10, 2022 ikteb hawn… Fittex Snooker: Williams jegħleb lil Yan f'The Masters Minn talk.mt January 10, 2022 talk.mt Mark Williams ma setax kellu bidu aħjar meta fl-ew­wel logħba ta' The Masters, li beda l-bieraħ f'Kensington Palace, għeleb lil Yan Bingtao 6-4 f'logħba ta' kwalitá li pproduċiet xejn inqas minn 11-il breaks. Yan beda 3-1 minn fuq iżda Williams rebaħ erba' frames wara xulxin u mar 5-3 fil-vantaġġ. Imbagħad Yan naqqas id-distakk u Williams issiġilla r-rebħa fl-10 frame. Williams għamel breaks ta' 63, 56, 62, 67, 62 (dawn it-tnejn fis-seba' frame), 104 u 85 waqt li Yan għamel 64, 71, 57 u 122. Illum jilagħbu John Higgins kontra Zhao Xintong u Shaun Murphy kontra Barry Hawkins. Artiklu preċedenti AFCON: Il-Kamerun jibdew b'rebħa ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/min-tlaqqam-mhemmx-dubju-li-se-jkollu-l-hajja-tieghu-aktar-facli-il-pm-robert-abela/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 10, 2022 ikteb hawn… Fittex "Min tlaqqam m'hemmx dubju li se jkollu l-ħajja tiegħu aktar faċli" – Il-PM Robert Abela Minn Claudio Coleiro January 9, 2022 Claudio Coleiro Ġurnalist Il-Prim Ministru Robert Abela għamel appell lill-imsieħba soċjali biex jibqgħu jaċċennaw fuq l-importanza tal-vaċċin li f'dan il-mument hi kruċjali aktar minn qatt qabel. Kollox jibqa' dipendenti fuq kemm in-nies jibqgħu jikkonkorru għat-teħid tal-vaċċin. Min tlaqqam m'hemmx dubju li se jkollu l-ħajja tiegħu aktar faċli. Huwa qal ukoll din is-sena se tkun sena fejn irridu nkomplu nkattru x-xogħol, l-investiment u l-fiduċja li hemm f'pajjiżna. "Din tagħmilha billi jkun Gvern għatxan li jaħtaf kull opportunità li tiġi quddiemu. Nemmen li għandna dik il-kwalità ta' grinta li kull opportunità li tiġi quddiemna, naħtfuha u nġibuha għan-negozji u l-familji tagħna. Tagħmilha imma għax ikollok pjan. Il-pjan huwa dak li ħabbarna fil-budget għal din is-sena, pjan ambizzjuż li minkejja li din il-leġiżlatura fadlilha biss ħames xhur, fadlilna aktar xi nwettqu," qal il-Prim Minisru. Il-budget għas-sena d-dieħla minnu nnifsu fih l-akbar investiment fis-saħħa u fl-edukazzjoni. L-akbar investiment fl-ambjent. L-akbar investiment fis-servizzi soċjali. Artiklu preċedenti Il-wage supplement se jiġi estiż lil hinn minn Jannar f'ċertu setturi Artiklu li jmiss "Xokk soċjali… irridu naraw għaliex l-allegat aggressur wasal biex wettaq dan l-att"
[ 1 ]
https://talk.mt/id-decizjonijiet-li-habbru-l-awtoritajiet-ifissru-li-se-nibaghtu-sinjal-ta-sahha-akbar-lill-vaccin/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 9, 2022 ikteb hawn… Fittex "Id-deċiżjonijiet li ħabbru l-awtoritajiet ifissru li se nibagħtu sinjal ta' saħħa akbar lill-vaċċin" Minn Claudio Coleiro January 9, 2022 Claudio Coleiro Ġurnalist Waqt intervista fuq One Radio, il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-bżonn li kulħadd jikkonkorri għat-teħid tal-booster tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Qal li d-deċiżjoni li ħadu għexieren ta' eluf ta' persuni li jieħdu l-vaċċin fissret li pproteġew lilhom infushom u lis-soċjetà b'mod inġenerali. "Kif kellna l-ogħla rata ta' vaċċinazzjoni madwar l-Ewropa u anke fid-dinja, hekk ukoll fl-amministrazzjoni tal-booster dose qed inkunu effiċjenti wkoll," qal il-Prim Ministru li reġa' tenna l-appel biex min ħa l-booster imur u jagħmel dan. Huwa sostna wkoll li t-teħid tal-vaċċin u l-booster għenna biex nadottaw strateġija differenti. "F'Marzu tal-2020 l-istrateġija kienet li kellna ndaħħlu miżuri restrittivi ibsin. Bil-vaċċin l-approċċ qed ikun wieħed differenti billi qed inżidu l-immunità fil-komunità." "Jekk inkomplu nieħdu l-booster u jekk dawk li għadhom ma tlaqqmux jiddeċiedu li jitlaqqmu nemmen li nistgħu nkomplu b'din l-istrateġija. Fi ftit tal-jiem oħra, fis-17 ta' Jannar, id-deċiżjonijiet li ħabbru l-awtoritajiet ifisser li se nibagħtu sinjal ta' saħħa akbar lill-vaċċin." "Il-vaċċin tagħna sajf ta' xogħol, ħarifa ta' xogħol. L-importanza issa li l-bqija tax-xitwa tkun waħda li tkun aħjar minn dik li kellna xhur ilu u b'mod partikolari li r-rebbiegħa tkun waħda ħafna aħjar minn dak li kellna fix-xhur li għaddew. B'hekk issostni l-irkupru ekonomiku, tipproteġi l-ħajja soċjali u s-saħħa tan-nies," tenna l-Prim Ministru. Artiklu preċedenti Bernard Grech jgħid li gvern Nazzjonalista joħroġ lil pajjiżna mil-lista l-griża "malajr" ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 1 ]
https://talk.mt/fil-brazil-ghaxar-persuni-jitilfu-hajjithom-wara-li-blat-waqa-fuq-dghajjes-tat-turisti/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 10, 2022 ikteb hawn… Fittex Fil-Brażil: Għaxar persuni jitilfu ħajjithom wara li blat waqa' fuq dgħajjes tat-turisti Minn talk.mt January 10, 2022 talk.mt Għaxar persuni tilfu ħaj­jithom ġewwa l-Brażil wara li blat waqa' fuq dgħajjes tat-turisti. Apparti minn hekk kien hemm 32 persuna oħrajn li sofrew ġrieħi serji waqt dan l-inċident. Il-każ seħħ fin-Nofsinhar tal-pajjiż, f'żona li dan l-aħħar kienet maħkuma minn xita qalila. Uffiċjali tas-sigurtà li tkellmu mal-midja qalu li x-xita dgħajfet il-blat. B'kollox kien hemm tliet dgħajjes li ntlaqtu mill-blat li waqa'. Inizjalment kien hemm 20 persuna li kienu rrapportati nieqsa iżda wara investigazzjonijiet li saru nstab li dawn kienu diġà qegħdin jingħataw il-kura ġewwa l-isptarijiet. Artiklu preċedenti Covid: Aktar każi ta' fejqan milli dawk ġodda; tmut anzjana Artiklu li jmiss 18-il xahar ħabs wara li pprova jisraq minn stabbiliment fil-Marsa
[ 10 ]
https://talk.mt/real-madrid-jipprovaw-ihaffu-ftehim-ghal-franck-kessie/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 9, 2022 ikteb hawn… Fittex Real Madrid jipprovaw iħaffu ftehim għal Franck Kessie Minn talk.mt January 9, 2022 talk.mt Real Madrid qed jipprovaw iħaffu ftehim għall-midfielder ta' AC Milan, Franck Kessie. Minkejja l-istatus tiegħu bħala player ewlieni f'San Siro, Kessie jidher dejjem aktar probabbli li jitlaq lill-ġganti Taljani fis-sajf meta fadallu inqas minn sitt xhur fil-kuntratt tiegħu. Filwaqt li Milan x'aktarx se jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jippruvaw iħajru lill-player internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju biex jiffirma termini ġodda, firxa wiesgħa ta' clubs huma ħerqana li jiffirmaw lill-player ta' 25 sena. Real Madrid iridu jirbħu t-tellieqa għall-firma tiegħu u huma lesti li jiksbu ftehim għalih kemm jista' jkun malajr. Għalkemm il-Los Blancos mhumiex nieqsa mill-għażliet f'nofs il-ground, bosta mill-grupp attwali ta' players tagħhom għandhom 'il fuq minn 30 sena. L-uffiċjali ta' Real iridu jiżguraw li Kessie ma jiffirmax mar-rivali tal-La Liga Barcelona, filwaqt li clubs bħal Tottenham Hotspur, Manchester United u Arsenal jingħad ukoll li qed isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib. Artiklu preċedenti Barcelona jibqgħu jinsistu għal Alvaro Morata ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/il-mibeghda-qatt-mhi-se-terbah-josh-cavallo-fil-mira-ta-abbuz-omofobiku/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 10, 2022 ikteb hawn… Fittex "Il-mibegħda qatt mhi se tirbaħ"… il-plejer Josh Cavallo fil-mira ta' abbuż omofobiku Minn talk.mt January 9, 2022 talk.mt Josh Cavallo – l-uniku plejer tal-futbol maskili tal-ogħla livell li ħareġ apertament li huwa omosesswali – jgħid li m'għandu 'l-ebda kliem' biex jiddeskrivi d-diżappunt tiegħu li kien fil-mira ta' abbuż omofobiku waqt partita kontra Melbourne Victory is-Sibt filgħaxija. Il-midfielder ta' Adelaide United kien imfaħħar ħafna mid-dinja tal-futbol f'Ottubru li għadda meta sar l-ewwel plejer professjonali li ħareġ bħala 'gay' matul il-karriera tiegħu ta' plejer. Madankollu, jidher ċar li mhux il-partijiet kollha tas-soċjetà huma lesti li jgħixu fis-seklu 21, hekk kif Cavallo kien suġġett għal abbuż omofobiku wara li daħal bħala sostitut fil-konfront ta' Adelaide kontra Melbourne Victory nhar is-Sibt filgħaxija. Fuq Twitter huwa wera d-diżappunt tiegħu fejn qal li kellu 'l-ebda kliem' biex jiddeskrivi r-rabja tiegħu għas-sitwazzjoni. "Mhux ser nippretendi li ma rajtx jew ma smajtx l-abbuż omofobiku fl-imsemmija logħba," kiteb Cavallo. "M'hemmx kliem biex ngħidlek kemm kont diżappuntat. Bħala soċjetà dan juri li għadna niffaċċjaw dawn il-problemi fl-2022. "Dan m'għandux ikun aċċettabbli u rridu nagħmlu aktar biex inżommu lil dawn in-nies responsabbli. Il-mibegħda qatt mhi se tirbaħ. Qatt ma jien se niskuża ruħi talli għedt il-verità tiegħi u min jien barra mill-futbol. "Liż-żgħażagħ kollha li rċevew abbuż omofobiku, żommu raskom mgħollija u ibqgħu iġru wara l-ħolm tagħkom. Kunu afu li m'hemm l-ebda post fil-logħba għal dan. Il-futbol huwa post għal kulħadd irrispettivament minn min int, x'kulur hi l-ġilda tiegħek jew minn fejn ġej. "Kont naf li tassew li kont se niltaqa' ma' dan kollu. Din hija r-realtà u nħossni diżappuntat li dawn il-pjattaformi (media soċjali mhux qed jagħmlu biżżejjed biex iwaqqfu dawn il-messaġġi. "Min-naħa l-oħra .… grazzi għall-messaġġi pożittivi kollha, l-imħabba u l-appoġġ, li dawn kollha jegħlbu n-negattivitá. Lill-individwi li urewni appoġġ … ngħidilhom grazzi … għax l-imħabba dejjem tirbaħ." Artiklu preċedenti Offerta minn Spurs għal Weston McKennie miċħuda minn Juventus Artiklu li jmiss ARA: "Id-dipressjoni qed niġġildilha"… Isostni li se jżomm responsabbli lil Charmaine u lil Fearne
[ 15 ]
https://talk.mt/bernard-grech-jghid-li-gvern-nazzjonalista-johrog-lil-pajjizna-mil-lista-l-griza-malajr/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 9, 2022 ikteb hawn… Fittex Bernard Grech jgħid li gvern Nazzjonalista joħroġ lil pajjiżna mil-lista l-griża "malajr" Minn Brian Gatt January 9, 2022 Brian Gatt Ġurnalist Waqt diskussjoni politika li xxandret fuq diversi mezzi tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li dan huwa gvern tar-riklami u tal-prs għax jipprova jpenġi s-sitwazzjoni sabiħa minkejja li pajjiżna għadu fil-lista l-griża. Grech qal li Robert Abela għadu ma għamel xejn biex joħroġ lil pajjiżna minn din is-sitwazzjoni diffiċli. "Mhux ta' b'xejn ma jemminx li nistgħu noħorġu malajr jekk ikun hemm gvern Nazzjonalista għax m'għandux idea xi jrid jagħmel jew ma jridx li jieħu deċiżjonijiet għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu", kompla Grech. Għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista "hija ħrafa" li huwa qiegħed jikkonsulta biex joħroġ is-soluzzjonijiet għax skontu "Robert Abela ma jikkonsultax". Grech qal li l-Partit Nazzjonlista ħadem fuq 12-il abbozz li jħarsu lejn il-problema li għandu dan il-pajjiż u qiegħed preparat biex jindirizzaha. Huwa qal li dan ix-xogħol li ħa ħafna ġimgħat jista' jsolvi s-sitwazzjoni biex il-politiku jiżbor l-imġiba tiegħu biex titjieb ir-reputazzjoni ta' pajjiżna. Kien għalhekk li huwa stieden lill-Prim Ministru biex mill-Ħamis li ġej dan l-abbozz jiġi diskuss fil-parlament biex fi ftit ġimgħat ikun jista' jgħaddi bħala liġi. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li din hija stedina tal-id tal-ħbiberija tal-Oppożizzjoni biex titjieb ir-reputazzjoni ta' pajjiżna. L-Oppożizzjoni għandha qalbha mal-Pulizija Mistoqsi dwar id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li qabel li l-persuna involuta jkun akkużat fuq l-attentat ta' serqa u mhux fuq it-tiri sparati fuq il-Pulizija, Grech qal li l-Partit Nazzjonalista ħass li minkejja ma jaqbilx, jibqgħu kawti u jistennew spjegazzjoni dovuta lill-Pulizija. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Oppożizzjoni għandha qalbha mal-Pulizija li jagħmlu xogħol siewi ħafna u jeħtieġ li dawn jingħataw spjegazzjoni għal tali deċiżjonijiet. Artiklu preċedenti "Victor għen ħabib tiegħi jirbaħ żmien biex igawdi lil bintu li ma kellhiex taqbeż it-tliet xhur ħajja" Artiklu li jmiss "Id-deċiżjonijiet li ħabbru l-awtoritajiet ifissru li se nibagħtu sinjal ta' saħħa akbar lill-vaċċin"
[ 12 ]
https://talk.mt/xavi-bla-kliem-meta-sar-jaf-li-ousmane-dembele-irid-kuntratt-ta-700000-fil-gimgha/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 9, 2022 ikteb hawn… Fittex Xavi 'bla kliem' meta sar jaf li Ousmane Dembele irid kuntratt ta' £700,000 fil-ġimgħa Minn talk.mt January 9, 2022 talk.mt Il-coach ta' Barcelona Xavi tħalla 'bla kliem' meta sar jaf li Ousmane Dembele irid kuntratt ta' £700,000 fil-ġimgħa biex jibqa' fil-Camp Nou. Il-ftehim attwali tal-internazzjonali Franċiż mal-ġganti Katalani għandu jiskadi fl-aħħar ta' Ġunju, u Barcelona qed jitħabtu biex jaqblu dwar estensjoni mal-attakkant. Manchester United, Newcastle United u Liverpool huma kollha maħsuba li huma ħerqana li jġibu lir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 fil-Premier League qabel l-istaġun 2022-23. It-talbiet ta' Dembele dwar il-pagi ta' £700,000 fil-ġimgħa ixxukkjaw lil Xavi, li kompla jappoġġa lill-Franċiż fost l-ispekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu. L-attakkant jinsab f'pożizzjoni b'saħħitha li jitlob salarju kbir minħabba s-sitwazzjoni tal-kuntratt tiegħu, filwaqt li dan is-sajf jista' wkoll jirċievi ħlas kbir ta' firma minn club ġdid potenzjali. Dembele, li ġie inkluż fl-iskwadra tal-konfront tal-Ħadd fil-La Liga ma' Granada, skorja goal u pprovda żewġ assists f'disa' dehriet fil-livell ta' club matul l-istaġun 2021-22. Artiklu preċedenti Uġigħ f'daharha jirriżulta li huwa tip ta' kanċer rari ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/barcelona-jridu-lil-adama-traore-ta-wolves/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 9, 2022 ikteb hawn… Fittex Barcelona jridu lil Adama Traore ta' Wolves Minn talk.mt January 9, 2022 talk.mt Barcelona jistgħu jippruvaw jerġgħu jiffirmaw lill-attakkant ta' Wolverhampton Wanderers, Adama Traore jekk Ousmane Dembele ma jiffirmax kuntratt ġdid mal-club. Il-ftehim ta' Dembele fil-Camp Nou mistenni jiskadi fl-aħħar ta' Ġunju, u l-internazzjonali ta' Franza huwa maħsub li jista' jħalli lill-ġganti Katalani bi free transfer. Jekk ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 jitlaq f'Jannar jew dan is-sajf allura Barcelona jistgħu jagħmlu pass biex iġibu lil Traore lura fil-club. L-internazzjonali ta' Spanja huwa prodott tas-sistema taż-żgħażagħ tal-club mil-La Liga, u għamel erba' dehriet għall-ewwel team tagħhom, fejn skorja darba, qabel ingħaqad ma' Aston Villa fl-2015. Traore għamel 20 dehra għal Wolves matul l-istaġun 2021-22 iżda għad irid jirreġistra goal jew assist għat-team ta' Bruno Lage. Għad hemm spekulazzjoni mifruxa dwar il-futur tiegħu, b'Tottenham Hotspur maħsub li huma interessati li jiffirmaw lill-Ispanjol qabel tmiem it-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. Traore, maħsub ukoll li jinsab fil-lista qasira ta' miri ta' trasferimenti ta' Liverpool, issa fadallu inqas minn 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu fil-Molineux Stadium. Artiklu preċedenti Manchester United jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Sergej Milinkovic-Savic ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/david-thake-jissospendi-lilu-nnifsu-mill-pn-temporanjament-sakemm-jigi-investigat/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 9, 2022 ikteb hawn… Fittex David Thake jissospendi lilu nnifsu mill-PN temporanjament sakemm jiġi investigat Minn talk.mt January 9, 2022 talk.mt Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista ntqal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illum irċieva u aċċetta r-riżenja ta' David Thake minn Kelliem tal-Oppożizzjoni u s-sospensjoni tiegħu mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Skont l-istess stqarrija, din is-sospenzjoni se tkun qiegħda tibqa' fis-seħħ sakemm il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jlesti investigazzjoni li talab l-istess Thake stess dwar ħlasijiet pendenti ta' taxxa fil-kumpanija tiegħu. Bernard Grech qal li l-Prim Ministru Robert Abela għandu jipprattika dan l-istandard immexxi minnu quddiem każijiet serji ta' governanza fil-grupp parlamentari. Intant f'reazzjoni għal din l-istqarrija, il-Partit Laburista qal li s-sospensjonijiet finta mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kulħadd drahom għax wara ftit ġimgħat kollox isir qisu qatt ma kien xejn. Il-Partit Laburista jtenni li "Bernard Grech għadu ma ħax deċiżjoni waħda li hi waħda. Dan għax m'għandux l-awtorità li jagħmel dan." Artiklu preċedenti "Grazzi għalih llum hawn anzjani li kapaċi jikkomunikaw permezz tat-tekonoloġija"
[ 12 ]
https://talk.mt/ruben-neves-mhux-ghall-bejgh/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 9, 2022 ikteb hawn… Fittex Ruben Neves mhux għall-bejgħ Minn talk.mt January 8, 2022 talk.mt Il-manager ta' Wolverhampton Wanderers, Bruno Lage, wissa lil Manchester United li l-midfielder Portugiż Ruben Neves mhux għall-bejgħ. Ir-Red Devils huma ħerqana li jiffirmaw lill-player ta' 24 sena matul it-tieqa tat-trasferimenti tax-xitwa iżda jistgħu jistennew sa tmiem l-istaġun biex jagħmlu offerta soda għall-internazzjonali Portugiż. Neves reġa' kien f'forma qawwija għal Wolves dan l-istaġun, skorja darba u pprovda assist wieħed fi 19-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Meta mistoqsi dwar l-ispekulazzjoni riċenti dwar it-trasferiment, Lage spjega l-importanza li l-club iżomm il-players ewlenin tiegħu sabiex ikompli javvanza. "Meta trid tagħmel il-pass li jmiss u kull darba li tkun qed tbigħ l-aqwa players tiegħek, allura l-pass li jmiss qatt ma jista' jiġri," qal Lage lill-ġurnalisti. "Qegħdin hawn bil-proġett u l-ideat tagħna – dak hu kulħadd: iċ-chairman, id-direttur sportiv u l-manager. Il-punt ewlieni huwa li nkomplu mal-istess players, nippruvaw intejbuhom u mmorru għal-livell li jmiss." Man United jingħad li huma lesti li jħallsu £35m biex jiffirmaw lil Neves, iżda Wolves hu maħsub li jistmaw lill-ex żagħżugħ ta' Porto aktar minn £40m. Artiklu preċedenti "Ir-River of Love u Gordon Manché ma kinux jinżluli… illum ma ngħix mingħajrhom" Artiklu li jmiss Paul Pogba jiċħad li ġie offrut kuntratt ta' £500,000 fil-ġimgħa mingħand Manchester United ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://talk.mt/liverpool-se-jidhlu-fit-taqtiegha-ghal-aurelien-tchouameni/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 9, 2022 ikteb hawn… Fittex Liverpool se jidħlu fit-taqtiegħa għal Aurelien Tchouameni? Minn talk.mt January 8, 2022 talk.mt Liverpool qed iħejju biex jidħlu f'taqtiegħa ma' Chelsea għall-firma tal-midfielder ta' Monaco, Aurelien Tchouameni matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Iż-żagħżugħ ta' 21 sena kien f'forma impressjonanti għall-club tiegħu tal-Ligue 1 matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja darbtejn fi 28 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, filwaqt li issa huwa wkoll player ewlieni għal Franza. Chelsea għadhom marbutin b'mod qawwi mal-midfielder, bil-Blues jingħad li qed imexxu 'in-depth scouting' fuq l-ex żagħżugħ ta' Bordeaux. Madankollu, Liverpool huma interessati wkoll f'Tchouameni, li fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu mal-club tiegħu tal-Ligue 1. Ir-Reds iqisu lill-midfielder bħala l-firma ideali fost l-inċertezza dwar il-futur ta' James Milner, Alex Oxlade-Chamberlain u Naby Keita. Tchouameni, li qabel kien ukoll marbut ma' Manchester United, skorja ħames goals u rreġistra erba' assists fi 73 dehra għal Monaco fil-kompetizzjonijiet kollha. Artiklu preċedenti Paul Pogba jiċħad li ġie offrut kuntratt ta' £500,000 fil-ġimgħa mingħand Manchester United Artiklu li jmiss L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tappella sabiex tittieħed azzjoni immedjata fuq il-Forti Salvatur ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
https://www.gwida.mt/mt/je-tie-li-napprezzaw-i-jed-il--idma-b-dedikazzjoni-li-qed-issir-biex-ikollna-prodotti-lokali-ta-kwalit---grazzi
null
www.gwida.mt
Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ta bidu għat-tnedija ta' kampanja biex nippromwovu l-kwalità fil-prodotti agrikoli f'pajjiżna. L-għan ewlieni huwa li jiżdied l-għarfien dwar il-possibbiltà ta' ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli kemm mal-konsumatur kif ukoll mal-bdiewa Maltin u Għawdxin. Il-Ministru Refalo qal li matul dawn l-aħħar snin il-Ministeru ħadem bla waqfien sabiex jiġu implimentati u jitħaddmu l-liġijiet li jirrikonoxxu, jippromwovu u jagħtu valur lill-prodotti agrikoli ta' kwalità superjuri. Permezz ta' din il-kampanja, se jinġabru l-iskemi kollha li jippromwovu l-kwalità, sabiex il-messaġġ ikun wieħed ħolistiku u dirett. "Bħala Ministeru, irridu nixprunaw is-settur lejn agrikoltura ta' kwalità," kompla jsostni l-Ministru fid-diskors tiegħu. Taħt din il-kampanja, se jkunu promossi tliet skemi partikolari li huma: • L-Iskema Nazzjonali ta' Prodotti ta' Kwalità • Il-Biedja Organika • Iċ-ċertifikazzjoni tal-inbejjed, Dok Malta, D.O.K Gozo u I.G.T Maltese Islands L-Iskema Nazzjonali ta' 'Prodotti ta' Kwalità' hija skema volontarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropea bl-iskop li żżid il-valur ta' prodotti agrikoli skont standard u speċifikazzjonijiet miftiehma li jikkaratterizzaw il-kwalità superjuri ta' prodott partikolari. Din il-marka ta' kwalità, li se tkun qed titpoġġa fuq prodotti li jilħqu dan il-livell, se tkun garanzija li l-prodott li qed jinxtara mhux biss jilħaq l-istandards minimi Ewropej iżda fih ukoll ċertu kwalitajiet li jmorru lil hinn minn dawn il-kriterji minimi stabbiliti fil-liġi. Il-Biedja Organika hija skema amministrata mid-Direttorat tal-Agrikoltura li hi maħduma fuq livell tal-komunità Ewropea u rikonoxxuta madwar id-dinja. Hija miżura li tħaddan sistema ta' traċċabilità u kontroll fuq il-mod kif jitkabbar il-prodott. Iċ-ċertifikazzjoni tal-inbejjed, Dok Malta, D.O.K Gozo u I.G.T Maltese Islands - f'Malta u Għawdex hawn madwar 430 ettaru dwieli, fejn il-biċċa l-kbira huma għall-produzzjoni tal-inbid. Madwar 19-il għassar u 11-il produttur tal-inbid, li huma kollha reġistrati mad-Direttorat tal-Agrikoltura, bejniethom jipproduċu kważi 2 miljun flixkun ta' inbejjed ta' kwalità. Dawn it-tlett ismijiet huma reġistrati u protetti kemm lokalment kif ukoll mal-Unjoni Ewropea. L-iskop aħħari tal-Agri Kwalità hu li kemm il-popolazzjoni lokali kif ukoll ir-residenti barranin li jgħixu fil-gżejjer Maltin jagħrfu d-dedikazzjoni u x-xogħol kollu li jsir sakemm dawk il-prodotti ta' kwalità finalment jaslu fuq il-mejda tal-konsumatur. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/dalwaqt-mhux-ser-nibqa-nsejja-il-kamra-tieg-i-lill-kamra-tieg-i-ser-tkun-diffi-li---bidla-f-ajjet-abigail-vick
null
www.gwida.mt
Kull min jaf lil Abigail Vick, jaf kemm tħobb u tfisser għaliha l-kamra tagħha. Kif tgħid hi stess, fiha hemm diversi affarijiet sentimentali kif ukoll personali, u li kull parti mill-kamra hi importanti għaliha. Abigail kitbet fuq Instagram dwar bidla li ser tagħmel f'ħajjitha, dik li fil-fatt tibdel il-kamra tagħha. "Ma nistax nemmen li dalwaqt mhux ser nibqa' nsejjaħ lill-kamra tiegħi, 'il-kamra tiegħi'. Dawk li jafuni l-aħjar jafu li l-kamra tiegħi hija ħaġa kbira għalija, ma jifhimx kulħadd. Hija l-kamra li nħossni l-iktar sigura fiha, iż-żona ta' kumdità tiegħi u hi mimlija memorji personali. Se jkun diffiċli biex ngħidilha ċaw." Ir-raġuni għaliex Abigail ħa tkun qed tibdel il-kamra tagħha, għadha ma żvelathiex. Madankollu, nistgħu nimmaġinaw li meta torbot qalbek ma' xi ħaġa tant personali, mhux faċli li toqgħod mingħajrha mbagħad. Int tħobbha daqs Abigail lill-kamra tiegħek? Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/aidan-u-carlo-gerada-jinkuna-bil-kanzunetta-li-erti-li-a-tag-laq-is-sajf-bil-kbir
null
www.gwida.mt
Fid-9 ta' Settembru l-kantant Aidan ta sorpriża lis-segwaċi kollha tiegħu bl-aħbar li ser jirritorna b'kanzunetta ġdida, u din id-darba mal-mużiċist lokali popolari Carlo Gerada. Hu kiteb li din il-kanzunetta ser tkun qed toħroġ fis-16 ta' Settembru, jiġifieri jumejn oħra! Din hi kollaborazzjoni partikolari, ibda biex għax l-ewwel darba li qed naraw lil Aidan u lil Carlo jikkollaboraw flimkien. Xi ħaġa rari ħafna hu l-istil tal-kanzunetta magħqud mal-lingwa Maltija. Mill-filmat ta' 34 sekonda li tefa' Aidan illum fuq TikTok seta' jinki xi ftit lill-pubbliku billli semma' parti mill-kanzunetta. Żvela parti mil-lirika wkoll li tgħid, "Ħdejk kull filgħaxija, Jekk tiftakar fija". Tgħid ħa nagħlqu s-sajf bil-kbir fl-2021?! @itsaidanofficial Ħdejk kull filgħaxija, Jekk tiftakar fija ✨ My new track 24/7 is out this Thursday with @carlogerada ♬ original sound - AIDAN Miktub Minn "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/il-kan-er-ma-jistenniex-daqs-kemm-ma-tistenniex-il-pandemija---marie-louise-coleiro-preca-taqsam-storja-g-al-g-arfien-ur-enti
null
www.gwida.mt
L-Emeritus E.T. Marie Louise Coleiro Preca għadha kemm xerrdet filmat b'appell dwar l-importanza li persuna tiċċekkja lilha nnifisha b'mod regolari, u tieħu ħsieb saħħitha kemm jista' jkun. Coleiro Preca qassmet mal-pubbliku storja ta' persuna li beżgħet tagħmel screening għand it-tabib. Hi spiċċat biex marret xorta għand it-tabib biex takkumpanja lil ommha li kienet qiegħda tieħu l-kura minħabba l-kanċer. It-tabib ħeġġeġ lil din il-persuna tiċċekkja wkoll, u fil-fatt irriżulta li kellha l-kanċer ukoll. Din il-persuna tkellmet ma' Coleiro Preca u qalet kemm tħossha grata li għamlet kuraġġ u ċċekkjat, għax kieku jaf kien ikun tard wisq. Coleiro Preca tkompli tgħid li milli jidher il-pandemija kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex hawn min qed jibża' jmur għand tabib. Għaldaqstant, tgħaddi l-parir li, "Il-kanċer ma jistenniex daqs kemm ma tistenniex il-pandemija." Ara aktar f'dan il-filmat u xerred l-avviż importanti. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/tarbija-ta-tliet-gimghat-flimkien-ma-hutha-jitilfu-l-genituri-taghhom-fi-spazju-ta-ftit-jiem
null
www.gwida.mt
Xi ftit jiem ilu, ġibna l-istorja ta' omm fl-Istati Uniti li tilfet ħajjitha bil-Covid-19 wara li welldet it-tarbija tagħha. Hi ħalliet erbat itfal oħra warajha. Missierhom spiċċa l-isptar bil-Covid-19 ukoll u sfortunatament, fl-aħħar ħinijiet tħabbar li ġie nieqes hu wkoll. Daniel Macias ried jistenna sakemm hu u martu, Davy Macias, jirkupraw mill-Coronavirus qabel ma semmew lit-tarbija tat-twelid tagħhom. Il-koppja, it-tnejn minn California, ħallew warajhom ħames itfal, li għandhom 7, 5, 3, 2 u 3 ġimgħat. "Kienu l-iktar nies qalb tajba mill-aqwa," qal persuna qrib tagħhom. "Huma kienu dawk li jiġbru lil kulħadd flimkien - għal kull tmiem is-sena, kull vaganza." In-nanniet bħalissa qed jieħdu ħsieb it-tfal filwaqt li għaddejjin minn din it-traġedja li ħakmithom. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/ippjana-bil-quddiem---central-link-b-korsiji-godda-miftuha-u-ohrajn-maghluqa-f-dan-il-progett
null
www.gwida.mt
Infrastructure Malta fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom kitbu, "Għada filgħodu (it-Tlieta, 14 ta' Settembru 2021) ser niftħu l-korsiji ġodda ta' Central Link Project minn Ħ'Attard fid-direzzjoni lejn Ħal Balzan u l-Imrieħel." Huma avżaw ukoll, "Ser inkomplu wkoll l-aħħar kisi bl-asfalt tal-korsiji fid-direzzjoni opposta, mill-Imrieħel lejn Ħ'Attard u Ta' Qali. Se jkun hemm devjazzjonijiet lejn korsiji oħrajn fl-istess rotta. Triq Ħaż-Żebbuġ, bejn Ħ'Attard u Ħaż-Żebbuġ, se jkunu magħluqa sas-Sibt filgħodu (18 ta' Settembru 2021)." Huma jagħtu l-parir, "Aħseb kmieni, segwi t-tabelli u għaddi minn rotot alternattivi. Grazzi tal-għajnuna tiegħek." Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/l-ewwel-gurnata-tal-gimgha-ma-setghetx-bdiet-ahjar-claudia-faniello
null
www.gwida.mt
Ilbieraħ fuq il-mezzi soċjali tagħha Claudia qasmet aħbar sabiħa mmens, "L-ewwel ġurnata tal-ġimgħa ma setgħetx bdiet aħjar. Mort niltaqa' ma' Heath illi kien wieħed mill-għalliema tiegħi waqt il-Baċellerat kif ukoll is-supervisor tat-teżi. Wiċċna jixhed kemm kien mument sabiħ meta tajtu r-riċerka li għamilt u li lestejt anki grazzi għas-sapport tiegħu." View this post on Instagram A post shared by Claudia Faniello (@claudiafaniello) Hi trodd ħajr lil persuna li għena, "Id-determinazzjoni u l-enerġija pożittiva tiegħu ispirat mhux lili biss imma ħafna studenti oħra bħali li kellna l-opportunità illi niltaqgħu miegħu. Grazzi ta' kemm tħobb xogħlok u ta' kemm tifhem il-perspettiva tal-istudenti tiegħek. Nixtieqlek ħafna affarijiet sbieħ għax tassew meritati." Sabiħ li naraw l-apprezzament tal-istudent. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/grazzi-kbira-lil-dawk-kollha-li-appo-jawni---daniel-umanah-b-a-bar-po-ittiva-li-tant-stinka-g-aliha
null
www.gwida.mt
Aktar tard ilbieraħ Daniel Umanah ħabbar fuq il-profil ta' Instagram li l-missjoni li kellu ġewwa n-Niġerja kienet ta' suċċess, hekk kif il-kmamar ta' konvenjenza għat-tfal tal-villaġġ li ħadem fih, jinsabu lesti. "Fuq nota pożittiva; illum irnexxielna nlestu t-3 kmamar tal-konvenjenza għat-tfal tar-raħal ta' Ikot Imoh fiż-Żona tal-Gvern Lokali ta' Abak", kiteb fuq il-post ilbieraħ. Daniel jieħu ħsieb jirringrazzja lil kull min kien ta' sostenn għalih biex ikompli għaddej b'dan, speċjalment lill-għażiż missieru. "Grazzi kbira lil dawk kollha li appoġġjawni matul dan il-proġett speċjalment lil missieri @patrickumanah u GRAZZI KBIRA lill-ħaddiema li ħadmu 16-il ġurnata sħaħ bla waqfien biex itemmu dan il-proġett eżatt fil-ħin qabel it-tluq tiegħi lura lejn Malta!" View this post on Instagram A post shared by Daniel Umanah (@danielumanahofficial) Prosit mill-qalb lil Daniel ta' dan il-ġest nobbli tassew li għamel għal dawn it-tfal. Hawn taħt huwa filmat ta' dak li għadda minnu waqt din il-missjoni. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/it-telfa-tal-eks-studenta-tal-iskola-san-anton-heidi-fitzgerald-nee-bonnici-ta-sad-lil-bosta-bieb-u-eks-kollegi-tag-ha
null
www.gwida.mt
Fuq il-paġna ta' San Anton School ġie ppubblikat messaġġ twil, mill-qalb, sentimentali u emozzjonali biex isellmu l-memorja tal-eks studenta Heide Fitzgerald nee Bonnici. Jiddeskrivuha bħala persuna li kienet ħabiba vera, dħulija, "maħbuba u rrispettata", u ser tibqa' mfakkra għall-qalb tad-deheb li kienet taqsam mal-kollegi tagħha. Il-messaġġ fuq il-paġna inkiteb f'isem il-ħbieb u eks kollegi kollha tagħha. L-eks kollegi tal-klassi tagħha kollha kelma waħda, dwar kemm tilfu persuna ġenwina, li tant għamlet is-snin tagħhom ġewwa l-iskola San Anton, esperjenza mill-isbaħ. L-eks studenti kienu jżommu kuntatt ma' xulxin permezz ta' Whatsapp fejn kienu jaqsmu diversi ritratti u memorji sbieħ. Madankollu, ħadd ma basar li ser ikunu qed jaqsmu l-aħbar li ħallietna Heide. "Hekk kif l-għażiża ħabiba tiegħi Lara bagħtet dak il-kliem ta' dieqa lill-grupp tagħna, ġab miegħu għargħar ta' messaġġi mimlija kompassjoni, imħabba, dwejjaq, tifkiriet u niket. M'hemm l-ebda kliem li jesprimi n-niket li tħoss meta titlef persuna li kienet parti mill-memorji tat-tfulija tiegħek, titkellem miegħek għal sigħat sħaħa fuq xejn u fuq kollox u sempliċement tħobbok talli tkun dak li int." Strieħ fis-sliem għażiża. Noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familjari, qraba u ħbieb. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
https://www.illum.com.mt/opinjoni/politika/63517/robert_aquilina__lewwel_xita_u_lmaltemp_li_netieu_gallbnazzi_
null
www.illum.com.mt
Wara ġimgħat ta' sħana kbira, bwieb is-sema nfetħu għal ftit ħin u tawna dik li nsejħulha 'l-ewwel xita'. Wara t-tixriba, żgħira jew kbira skont fejn kont x'ħin bdiet traxxax, erġajna lura għas-sħana qawwija tas-sajf Malti. It-tama hija li jkollna aktar xita fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin. Allaħares le. Ħalba xita jew tnejn żgur ma jservux biex tissaqqa r-raba' u jimtlew il-bjar. Is-sħana ta' das-sajf lilna ta' Repubblika ma waqqfitniex milli nkomplu niġġieldu għall-kawża tagħna. F'Awwissu pprotestajna quddiem id-Depot, morna quddiem il-kwartieri tal-Partit Laburista, quddiem Kastilja, quddiem il-Ministeru u fid-distrett tal-Ministru lagħaqi ta' Yorgen Fenech, u dorna bosta toroq oħra bil-protesta u bil-messaġġ tagħna. L-ewwel xita bdiet nieżla għalina wkoll. Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali bħal donnhom xarrbu wiċċhom u fi ftit jiem bdew il-prosekuzzjonijiet fil-każ tal-bank Pilatus u fuq każ ta' ħasil ta' flus li jikkonċerna lil Yorgen Fenech. Din il-ġimgħa mistennija tibda wkoll il-prosekuzzjoni fil-konfront tal-Eks Kummissarju Ewropew John Dalli, kważi 9 snin wara li kellu jirriżenja mill-Kummissjoni. Din ix-xita nilqgħuha bħalma lqajna l-ewwel xita li waqgħet mis-sema. Nilqgħuha b'sodisfazzjon u nieħdu gost biha mingħajr ma ninsew li għandna bżonn ferm aktar ħalbiet biex l-art tagħtina l-ħaxix u l-frott bnin li neħtieġu biex ngħixu. Għalhekk, intennu l-appoġġ tagħna kollu lil dawk l-uffiċjali tal-Istat li, minkejja l-ostakli kollha li nafu li jagħmlulhom u r-riskji personali li jieħdu, xogħolhom qed jagħmluh bl-aħjar mod li jistgħu. Għalhekk, se nibqgħu ninsistu għal iktar prosekuzzjonijiet bħal dawn. Il-lista tal-każijiet hija twila. Ir-ritratti tal-protagonisti tagħha dendilniehom mal-grada tad-Depot. L-ewwel prosekuzzjonijiet, bħall-ewwel xita, mhumiex u ma jistgħux ikunu biżżejjed. La bdejt bil-metafora tax-xita se nkompli biha, għalkemm id-diskors tal-eks Speaker Miriam Spiteri Debono f'Jum il-Vitorja iktar tixraqlu d-deskrizzjoni ta' manna nieżla fuq deżert ta' skiet u tlaqlieq. Ma qagħditx tinħeba wara immijiet u forsijiet. L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia ddeskrivietu kif tassew hu. Sejħitlu "eżekuzzjoni" intenzjonata biex jagħlqulha ħalqha; "eżekuzzjoni marbuta mill-qrib ma' xogħol investigattiv fil-professjoni tagħha ta' ġurnalista." Din il-verità li lissnet Spiteri Debono hija eżempju ta' kif għandhom jitkellmu fil-pubbliku dawk li jokkupaw l-ogħla karigi tal-Istat u anke tal-Partit Laburista. "Hemm bżonn nifdu lilna nfusna mill-ġdid," żiedet tgħid Spiteri Debono. "Biex nagħmlu dan ma rridux nintilfu fil-pettigolezzi u t-tgħajjir, fil-botta u risposta biex niskorjaw punti politiċi, rebħiet bla sugu u sustanza fuq livell partiġġjan li ħafna drabi jservu biss biex fost il-poplu jiżirgħu l-firda" Min f'pajjiżna tassew irid l-għaqda u mhux isemmi l-għaqda biss għaċ-ċapċip tal-gallariji għandu jitkellem u jġib ruħu bħal Spiteri Debono. Min f'pajjiżna tassew irid l-għaqda għandu l-ewwel u qabel kollok jiffaċċja l-verità u jitkellem dwarha kif inhi, kif għamlet l-Eks Speaker. Mhuwiex dettall, anzi ifisser ħafna, li qabel Spiteri Debono waslet il-Belt Valletta ħaddiema tal-Istat tqabbdu jaħbu r-ritratt ta' Daphne Caruana Galizia wara l-moument ta' Sciortino, fl-istess post fejn ħbew l-ixkupa li naddfu l-post biha. Min irid li nimxu 'l quddiem fit-triq tal-sewwa jrid jaċċetta li l-ħtieġa li "nifdu lilna nfusna" hija reali u urġenti. Iktar minn hekk, għandu jagħmel minn dil-"ħtieġa" il-missjoni politika tiegħu. Il-propaganda rħisa u l-kampanji medjatiċi biex ikunu skreditati ġurnalisti u attivisti li qed jissieltu għall-verità u l-ġustizzja mhumiex żerriegħa ta' għaqda. Bil-maqlub, huma l-vera tradiment ta' pajjiżna u tal-poplu tagħna. Bħal kif neħtieġu li bwieb is-sema jinfetħu iktar ta' spiss, neħtieġu iktar ħluq fl-Istat u fil-Partit Laburista jinfetħu biex jitkellmu l-verità bħalma għamlet Miriam Spiteri Debono. Jien naf persuni fil-Partit Laburista li huma ta' integrità bħalma hija n-Nutar Spiteri Debono. Lil dawn ma ngħidilhomx jabbandunaw lill-partit, iżda nħeġġiġhom jimmilitaw aktar biex il-partit tagħhom ineħħi minn ħdanu li min ġabilna l-għajb, u jibda jaħdem tassew fl-interess tal-ġid komuni. Kemm ilu li ppubblika r-rapport tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, il-Prim Ministru Robert Abela waqa' f'muta ta' kliem u f'xejn assolut ta' azzjoni. Wara li tana l-ewwel xita fil-forma tal-apoloġija li għamel lill-familja ta' Daphne, Robert Abela bħal donnu ħaseb li m'hemm bżonn jingħad u jsir xejn iktar. Il-predeċessur tiegħu – dak li rebaħ il-premju tal-iktar korrott fid-dinja – kien u għadu fil-Partit Laburista u f'Awwissu smajnieh jitkellem iktar minn kemm smajna lil Abela. Dak li meta kien Ministru tal-Finanzi kien iwieġeb dwar l-allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus u dwar il-bank Pilatus b'xi "uwejja come on" kien u għadu Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Il-lagħaqi ta' Yorgen Fenech li jsejjaħ lil-Laburisti "Ġaħan" għadu Ministru u dik li tmur tiġbor l-eluf cash mingħand l-istess Fenech għadha tpoġġi fil-Grupp Parlamentari Laburista. L-istazzjonijiet tal-partit ta' Robert Abela u t-trolls li għandu fuq il-media soċjali ma waqfu xejn mill-kampanji intiżi biex jiskreditaw lil min f'pajjiżna qed jiġġieled għall-verità u għall-ġustizzja. Il-membri tal-Kabinett ta' Joseph Muscat – dawk li l-inkjesta sabithom responsabbli għall-ħolqien tal-ambjent ta' impunità li fuqu "straħu l-elementi ta' kriminalità organizzata" – minflok twarrbu, qed iċemplu lin-nies jistaqsuhom għandhomx bżonn xi ħaġa biex jerġgħu jivvotawlhom. Din l-imġiba ta' Robert Abela lilna tixegħlilna ħafna bozoz ħomor ta' twissija. Iktar ma jgħaddi żmien, aktar qed nikkonvinċu ruħna li l-Prim Ministru jimpurtah biss mill-poter għalih u għal sħabu tal-Partit Laburista. Dan għalina mhuwiex aċċettabbli. Din żgur mhijiex it-triq li tista' tfejjaq lil pajjiżna. Pajjiżna jeħtieġ xita ta' prosekuzzjonijiet, xita ta' diskorsi u imġiba bħal ta' Miriam Spiteri Debono, u xita ta' azzjoni min-naħa tal-Prim Ministru. Neħtieġu l-maltemp u mhux in-nixfa biex, kif jgħid il-Malti, wara ngawdu l-bnazzi.
[ 11, 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/09/14/ftuh-specjali-ta-erba-siti-ta-heritage-malta-fjum-l-indipendenza/
null
netnews.com.mt
Fil-21 ta' Settembru, Jum l-Indipendenza, wieħed jista' jivvjaġġa tul l-istorja mlewna tal-Gżejjer Maltin billi jżur erbgħa mis-siti u l-mużewijiet ta' Heritage Malta li normalment ikunu magħluqin nhar ta' Tlieta. Dawn huma l-Forti Sant'Anġlu, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-Katakombi ta' San Pawl u l-Armerija tal-Palazz. Wieħed jista' jżur il-Katakombi ta' San Pawl fil-qalba tar-Rabat, bi storja li tmur lura sal-perjodi bikrin tal-istorja ta' Malta kif ukoll iż-żmien tal-medjuevu. Il-katakombi jinsabu lil hinn mill-belt ta' Melite, li llum nafuha bħala l-Imdina, billi l-liġi Rumana ma kinitx tippermetti dfin fil-belt innifisha. Bdew jintużaw għad-dfin fil-perjodu Puniku u Ruman u jirrappreżentaw l-ewwel u l-akbar evidenza arkeoloġika tal-Kristjaneżmu f'pajjiżna. Irrabta ma' San Pawl ġejja mill-mit li dawn il-katakombi xi darba kienu jagħtu għall-grotta ddedikata lill-qaddis. Malta – St, Paul's Catacombs Sit ieħor li se jkun miftuħ għall-pubblika huwa l-Mużew tal-Arkeoloġija, li jinsab fil-Berġa ta' Provenza, il-Belt Valletta, waħda mill-aktar binjiet b'tiżjin Barokk elaborat fil-belt kapitali. Il-kollezzjoni esebita hawnhekk tmur lura sa 5000 sena qabel Kristu u tinkludi għodod preistoriċi u wħud mill-aktar rappreżentazzjonijiet artistiċi bikrin li nafu bihom s'issa. Bħalissa dawk li jżuru l-mużew jistgħu wkoll jaraw il-kranji li kienu nstabu fl-Ipoġew ta' Ħal Saflieni u li sa tmiem din is-sena huma esebiti fil-wirja 'Alien Headaches? Ftit passi 'l bogħod, se tkun miftuħa għall-wiri l-Armerija tal-Palazz, li tieħu lill-viżitatur lura fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann. Fost l-aktar artefatti notevoli tal-Armerija nsibu l-korazzi tal-Gran Mastri Alof de Wignacourt u Jean de la Valette, korazzi u armi li ntużaw mill-qawwiet talImperu Ottoman matul l-Assedju l-Kbir tal-1565, kif ukoll għażla ta' artillerija. Fuq in-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir, il-Forti Sant'Anġlu wkoll se jkun qed jilqa' l-viżitaturi nhar l-Indipendenza. Tul dawn l-aħħar elf sena, kull min ħa dan il-forti f'idejh seta' effettivament imexxi l-Gżejjer Maltin. Għalhekk l-ebda forti ieħor ma kien involut blistess intensità fit-tiswir tad-destin ta' Malta. Illum dan il-forti hu meqjus bħala l-aqwa tifkira tal-importanza strateġika ta' dawn il-gżejjer u l-ħajjiet kollha li ġew sagrifikati għall-ħakma tagħhom. Il-ħinijiet tal-ftuħ speċjali ta' dawn is-siti huwa mill-10:00 sal-16:30.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/il-papa-frangisku-jzur-zona-fqira-fl-islovakkja/
null
newsbook.com.mt
Il-Papa Franġisku llum se jivjaġġa lejn il-parti tal-Lvant tas-Slovakkja lejn Košice, fejn se jżur l-akbar lokal għall-komunità etnika Roma fl-Ewropa. Fl-Islovakkja joqgħodu madwar 350,000 persuna Roma, komunement imsejħa żingari. 100 sena ilu, kienu għadhom jgħixu ħajja nomadika, u jgħixu bħala ħaddieda, barbiera, u qarrejja tax-xorti. Il-Papa Franġisku se jżur Luník IX, żona tad-djar tal-komunità Rumena segregata li tinsab biss 15-il minuta bogħod miċ-ċentru tat-tieni l-akbar belt tal-pajjiż. Ħafna Slovakki huma frustrati bil-fatt li l-Papa sejjer lejn din iż-żona, u huma mistħija bil-faqar, id-diskriminazzjoni u l-livelli ta' għajxien fqir f'dik iż-żona. Luník IX inbena fis-snin sebgħin għal 2,500 persuna, u llum huwa abitat minn kważi d-doppju ta' dan. Inbena bħala parti mill-isforzi mifruxa tar-reġim komunista biex iġiegħel lill-komunità tissetilja, għalkemm wasslet għall-formazzjoni ta' ghettos. In-nuqqas ta' ħlas tal-kera minn dawk li jgħixu fid-distrett Luník IX ra provvisti ta' gass, ilma u elettriku maqtugħa għal ħafna binjiet, u l-qgħad fost ir-residenti huwa kważi 90%.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/se-jigi-organizzat-jum-ta-talb-u-sawm-ghall-poplu-afgan/
null
newsbook.com.mt
Il-Ħamis 16 ta' Settembru se jkun organizzat jum ta' talb u sawm għal dawk kollha li qed ibatu minħabba l-instabbiltà politika li jinsab fiha l-poplu Afgan. Dan ħabbritu l-Arcidjocesi ta' Malta, fejn semmiet ukoll l-appell tal-Papa Franġisku għat-talb u s-sawm għall-Afganistan, u għad-djalogu u s-solidarjetà li joffru tama għall-futur ta' dan il-pajjiz. Il-jum ta' talb se jkun organizzat fil-kappella tal-Junior College, fl-Imsida, u se jixxandar online fuq Knisja.mt. Se jkun jinkludi wkoll il-quddiesa ta' kuljum mmexxija mill-Arcisqof Charles Scicluna fid-9:30am fuq TVM2. Ritratt: Kurja L-Arcidjocesi ta' Malta ħegget lill-Insara biex jingħaqdu fit-talb personali u s-sawm, u li jsegwu x-xandira li se tkun animata minn gruppi ta' zgħazagħ, mill-istudenti fl-iskejjel u mill-parrocci u l-għaqdiet Insara. Il-jum ta' talb se jibda fit-8 ta' filgħodu u jintemm fit-8 ta' filgħaxija. Dakinhar, il-Millenium Chapel f'San Giljan se tkun miftuħa għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu mument ta' adorazzjoni quddiem is-Sagrament, qalet l-Arcidjocesi. Caritas Malta tenniet ukoll l-appell tagħha għall-gbir ta' donazzjonijiet biex permezz ta' Caritas Internationalis tingħata l-għajnuna tant meħtiega lill-persuni tal-Afganistan u lil dawk tal-Ħaiti li ntlaqtu minn terremot qawwi. Caritas Malta b'sejħa ta' emerġenza
[ 13 ]
https://one.com.mt/news/2021/09/15/ko-fundatur-tat-taliban-jitlaq-minn-kabul-wara-glieda-ma-membru-tal-kabinett-dwar-il-gvern-interim/
null
one.com.mt
Fil-palazz presidenzjali fl-Afganistan tqanqlet ġlieda kbira tant li wieħed mill-ko-fundaturi tat-Taliban telaq minn Kabul u spiċċa reħilha lejn Kandahar. Skont sorsi tal-aġenzija internazzjonali tal-aħbarijiet BBC, il-ġlieda bejn l-ko-fundatur u wieħed mill-membri tal-Kabinett, kienet dwar il-Gvern il-ġdid tat-Taliban fil-pajjiż. Filfatt hemm diversi rapporti li mhumiex konfermati li jixhdu nuqqas ta' qbil fi ħdan it-tmexxija tat-Taliban. Il-Kabinett interim tat-Taliban huwa kompletament iffurmat mnn irġiel li huma membri prominenti fi ħdan il-grupp. Uħud minnhom huma magħrufin sew għall-attakki li għamlu fuq forzi Amerikani matul dawn l-aħħar għoxrin sena.
[ 10 ]
https://stradarjali.com/2021/09/il-knisja-fmalta-bjum-ta-talb-u-sawm-ghal-dawk-li-qed-ibatu-fl-afganistan/
null
stradarjali.com
L-Arċidjoċesi ta' Malta qed torganizza jum ta' talb u sawm għal dawk kollha li qed ibatu minħabba l-instabbiltà politika li jinsab fiha l-poplu Afgan. Il-Papa Franġisku stess appella għat-talb u s-sawm għall-Afganistan, u għad-djalogu u s-solidarjetà li joffru tama għall-futur ta' dan il-pajjiż. Fi stqarrija l-Arċidjoċesi ta' Malta qalet li nhar il-Ħamis li ġej, 16 ta' Settembru, se jiġi organizzat dan il-jum ta' talb mill-kappella tal-Junior College, l-Imsida, fejn se jkun qed jixxandar online fuq Knisja.mt u li ser jinkludi l-quddiesa ta' kuljum mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna fid-9:30am fuq TVM2. Il-Knisja f'Malta qed tħeġġeġ l-insara jingħaqdu fit-talb personali u s-sawm, u li jsegwu x-xandira li se tkun animata minn gruppi ta' żgħażagħ, mill-istudenti fl-iskejjel u mill-parroċċi u l-għaqdiet Insara. Dan il-jum ta' talb jibda fit-8 ta' filgħodu u jintemm fit-8 ta' filgħaxija. Dakinhar, il-Millenium Chapel f'San Ġiljan se tkun miftuħa għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu mument ta' adorazzjoni quddiem is-Sagrament. Caritas Malta wkoll tenniet bl-appell tagħha għall-ġbir ta' donazzjonijiet biex permezz ta' Caritas Internationalis tingħata l-għajnuna tant meħtieġa lill-persuni tal-Afganistan u lil dawk tal-Ħaiti li ntlaqtu minn terremot qawwi.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/09/il-ministru-miriam-dalli-thabbar-il-gimgha-ewropea-ghall-izvilupp-sostenibbli/
null
stradarjali.com
Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli waqt konferenza tal-aħbarijiet ħabret il-proġett pilota 'Youths for Sustainable Communities' li se jkun qed jassisti żgħażagħ bejn is-16 u l-21 sena li għandhom ideat dwar kif il-komunitajiet tagħna jkunu sostenibbli, b'mod partikolari mill-qasam imprenditorjali. L-għan ta' dan il-proġett huwa li tingħata opportunità liż-żgħażagħ sabiex bl-ideat tagħhom ikunu parti mill-bidla favur iktar kommunitajiet sostenibbli filwaqt li jingħataw direzzjoni u gwida dwar kif idea tista' tiżviluppa f'negozju. Il-proġett pilota se jkun qed jitħaddem mill-Fondazzjoni Maltija Achievement Young Enterprise flimkien mall-Kunsill Lokali taż-Żurrieq, bil-parteċipazzjoni ta' persuni minn negozji li jistgħu jservi bħala mentors. Il-Ministru Dalli ħabbret ukoll li għadd ta' għaqdiet u organizzazzjonijiet se jtellgħu inizjattivi biex ifakkru l-Ġimgħa Ewropa għall-Iżvilupp Sostenibbli 2021, bit-tema 'Għal Tkabbir Reżiljenti, Ekoloġiku u Inklussiv'. Il-Ministru Dalli spjegat kif diversi negozji tal-familja jistgħu jservu bħala role models għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. "B'dan il-proġett qed nassiguraw li ż-żgħażagħ tagħna tingħatalhom gwida u assistenza prattika minn imprendituri lokali, fejn dawn ikunu jistgħu jgħaddu l-esperjenza tagħhom lil dawn iż-żgħażagħ, li mhux bilfors tingħatalhom b'mod akkademiku," qalet il-Ministru Miriam Dalli. L-ewwel sessjoni ta' informazzjoni se tkun qed isir fl-14 ta' Ottubru, u dawk iż-żgħażagħ interessati huma mħeġġa jikkuntattjaw lil J.A.Y.E jew lil Kunsill Lokali taż-Żurrieq. Il-Ministru Dalli semmiet ukoll dwar kif Malta se tingħaqad mal-bqija tal-Unjoni Ewropea biex tfakkar il-Ġimgħa Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli. Din l-inizjattiva hija mifruxa fuq numru ta' ġranet bejn it-18 ta' Settembru u t-8 ta' Ottubru, bil-qalba tal-attivitajiet isiru bejn l-20 u s-26 ta' Settembru. Għadd ta' stakeholders differenti bħal NGOs, kunsilli lokali, social partners, għaqdiet ta' servizzi finanzjarji u oħrajn se jniedu inizjattivi differenti, li jolqtu l-miri tal-SDGs. Fost oħrajn hemm kampanja ta' għarfien dwar vjolenza fuq persuni b'diżabilita, online platforms għal prodotti li huma sostenibbli u favur l-ambjent, kif ukoll online u coaching sessions dwar kif aktar proġetti jistgħu jkunu sostenibbli. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex ikun parti minn din il-kampanja Ewropea għal bidla sostenibbli. Preżenti għal konferenza kien hemm id-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli, Gurdians for the Future Generations u Sustainable Development Network.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/09/il-pn-bi-proposti-biex-il-bdiewa-jsiru-sidien-tal-ghelieqi-li-jahdmu/
null
stradarjali.com
F'konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Pitkalija indirizzta mill-kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius, id-Deputat Edwin Vassallo u l-kandidata Rebekah Cilia ħabru proposti biex jgħinu lil bdiewa jsiru sidien tar-raba tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li jgħin lil bdiewa jakkwistaw direttament ir-raba tagħhom b'self bla interessi taħt skema tal-gvern minn fond apposta disponibbli bħala garanzija mal-banek. Din tkun skema għal dawk il-bdiewa li jridu jixtru r-raba li jaħdmu mingħand il-privat. Il-kelliema tal-PN qalu wkoll li din il-proposta tkun applika wkoll għal dawk iż-żgħażagħ li jridu jaħdmu bħala bdiewa. Gvern ġdid Nazzjonalista qed jipproponi wkoll li dawk il-bdiewa li jħallsu l-qbiela fuq art privata jkollhom għajnuna diretta fuq il-ħlas sa 70%. Bidwi jkun jista' jieħu l-għajnuna jekk jagħti prova li qed jipproduċi ħxejjex u frott għas-suq lokali. Il-PN qed jipproponi ukoll li jitwaqqaf bord bis-setgħa li jaqta' każijiet pendenti dwar regolarizzazzjoni ta' qbiela tal-Gvern. Ritratt: NET News
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/09/gvern-gdid-nazzjonalista-jghin-lill-bdiewa-jsiru-sid-ir-raba-privat-u-jirregolarizza-l-qbiela-tal-gvern/
null
stradarjali.com
"Irridu nipproteġu l-pajsaġġ u l-prodott Malti." Hekk intqal tul konferenza tal-aħbarjiet indirizzata mill-kelliem ewlieni tal-PN Peter Agius, il-Kelliem għall-Agrikoltura, Sajd u n-Negozji ż-Żgħar, Edwin Vassallo u l-kandidat għall-elezzjoni ġenerali Rebekah Cilia fejn ġew spjegati tlett proposti kif Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jgħin lill-bdiewa jsiru sidien ir-raba privat u jirregolarizza l-qbiela tal-Gvern. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tħabbru żewġ skemi li jniedi Gvern ġdid Nazzjonalista biex jgħin lill-bidwi jixtri art agrikola jew jgħinuh iħallas il-qbiela bi prezz ġust lis-sid ta' raba privat. Intqal li fost oħrajn Gvern ġdid Nazzjonalista iniedi skema ta' għajnuna biex bdiewa attivi jakkwistaw direttament ir-raba tagħhom b'self bla interessi u bla spejjeż, garantiti wkoll taħt skema tal-gvern minn fond apposta disponibbli bħala garanzija mal-banek. Tali skema tkun miftuħa għall-bdiewa kollha eżistenti li jridu jakkwistaw raba mingħand il-privat. B'dan il-mod nindirizzaw indirettament il-kwistjoni tal-bżonn ta' prezz ġust għar-raba privat li bħalissa jinsab taħt skrutinju tal-qrati. Tali skema tkun miftuħa ukoll għal bdiewa żgħażagħ li jridu jidhlu fil-mistier agrikolu. Gvern ġdid Nazzjonalista jniedi wkoll skema ta' għajnuna diretta fuq il-ħlas ta' qbiela fuq art privata. Tali skema tkun tinkludi rimbors sa' 70% tal-prezz tal-qbiela għall-bdiewa li jagħtu prova ta' produzzjoni ta' ħxejjex u frott mibjugħa fuq is-suq lokali, b'dan inkunu qed nistimulaw u ninkoraġixxu l-produzzjoni u l-konsum tal-prodott malti. "Tali skemi jkunu abbinati wkoll ma' sussidji li jistgħu jiġu applikati mill-Programm Rurali Ewropew għall-miżuri ta' 'greening' li jinkoraġġixxu il-biodiversitá fil-kampanja Maltija, inkluż it-tħawwil ta' siġar, partikularment dawk indiġeni jew tipiċi tal-pajsaġġ Malti, b'mod illi dawn il-'green corridors' ikunu ta' rifuġju għall-fawna u flora Maltija. L-iskemi kollha msemmija jkunu kompletament volontarji u jkunu bla preġudizzju għal trattattivi oħra li jistgħu isiru bejn privati fuq qbiela privat u bla preġudizzju għas-sentenzi tal-Qorti. Fl-istess waqt u indipendentement minn dan t'hawn fuq jeħtieġ li jitħaffef il-proċess ta regolarizzazzjoni ta qbiela tal-Gvern u li jiġu deċiżi l-bosta każijiet ta' qbiela mal-gvern bi kwistjonijiet pendenti ta' titlu jew reġistrazzjoni. Għal dan il-għan għandu jinħoloq bord amministrattiv ad hoc bis-setgħa li jaqta' każijiet f'qasir żmien bi struzzjoni lill-awtoritajiet tal-gvern inkluż id-dipartiment tal-artijiet u r-reġistru tal-artijiet." Hekk temmet l-istqarrija mill-Partit Nazzjonalista.
[ 6 ]
https://stradarjali.com/2021/09/infrastructure-malta-bniet-mill-gdid-709-toroq-fi-tliet-snin/
null
stradarjali.com
Fi tliet snin, sa issa tlestew 709 toroq bħala parti mill-pjan ta' €700 miljun fuq medda ta' seba' snin. Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg waqt li kien qed jagħmel żjara fuq il-lant tax-xogħol fi Triq il-Ġermanja fin-Naxxar. L-ammont ta' 709 toroq f'dawn l-aħħar tliet snin ifisser medja ta' aktar minn erba' toroq li nbnew ġodda kull ġimgħa. Matul l-2021, sa issa saru 123 triq residenzjali u 71 triq rurali fil-kampanja, filwaqt li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq aktar minn 50 triq residenzjali u 26 oħra li huma rurali. Il-Ministru Ian Borg beda billi rringrazzja lill-ħaddiema ta' Infrastructure Malta, mill-professjonisti sal-ħaddiema tal-id tal-kuntratturi, tax-xogħol tant importanti li qegħdin jagħmlu. Huwa fakkar kif dawn ix-xogħlijiet mhux għaddejjin f'iżolament għaliex fl-istess waqt għaddejjin interventi maġġuri f'postijiet strateġiċi, bħal ma kien il-proġett tal-Marsa Junction u bħalissa l-proġett tas-Central Link u dak tal-Kirkop Tunnels and Airport Intersection fost oħrajn, apparti dawk marittimi bħax-Shore to Ship. Waqt iż-żjara tiegħu fi Triq il-Ġermanja, fiż-żona magħrufa bħala tas-Sagħjtar fin-Naxxar, il-Ministru spjega kif Infrastructure Malta, apparti x-xogħol ta' asfalt, ħafna drabi qiegħda tintervjeni billi tbiddel ukoll bosta sistemi taħt l-art bħal pajpijiet tal-ilma, katusi ta' drenaġġ, cables tal-elettriku u anke tagħmel storm water systems. F'din iż-żona sa issa Infrastructure Malta lestiet sebgħa minn 13-il triq. Il-Ministru Ian Borg fakkar kif il-poplu Malti u Għawdxi kien ivvota favur ħidma infrastrutturali bla preċedent fl-2017, u sostna kif issa kulħadd qiegħed jara din il-ħidma u jgawdi minnha. Preżenti waqt din iż-żjara kien hemm il-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta l-Inġ. Fredrick Azzopardi flimkien mat-tmexxija tal-istess aġenzija, kif ukoll is-Sindku tal-lokalità tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami.
[ 6 ]
https://talk.mt/trustin-farrugia-cann-se-jikkontrolla-loghba-mill-uecl/
null
talk.mt
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Wednesday, September 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Trustin Farrugia Cann se jikkontrolla logħba mill-UECL Minn talk.mt September 14, 2021 talk.mt Ir-referee tal-FIFA Trustin Farrugia Cann inħatar biex jikkontrolla l-partita mill-UEFA Europa Conference League 2021/22 – Grupp B bejn FC Flora (Estonja) v Gent (Belġju) fil-belt kapitali Estonjana, Tallin. Il-partita se tintlagħab il-Ħamis fil-Lillekula Stadium u tibda fis-6.45pm. Fl-Estonja Trustin se jkun mgħejjun minn Luke Portelli u Duncan Sultana bħala Assistant Referees, waqt li Philip Farrugia ġie assenjat bir-rwol tar-Raba' Uffiċjal għal din il-partita. Il-Malta Football Association xtaqet testendi l-isbaħ xewqat tagħha lis-Sur Farrugia Cann u lit-team ta' uffiċjali tiegħu fl-appointment internazzjonali tagħhom aktar tard din il-ġimgħa lil hinn minn xtutna. Artiklu preċedenti Il-POU tirreaġixxi għal dak li qalet l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Artiklu li jmiss Axel Tuanzebe irid jingħaqad ma' Aston Villa b'mod permanenti
[ 15 ]