url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://netnews.com.mt/2020/11/23/data-gdida-ghall-partita-bejn-birkirkara-kontra-tarxien/
Data ġdida għall-partita bejn Birkirkara kontra Tarxien
netnews.com.mt
Fl-aħħar sigħat l-MFA ħabbret f'komunikazzjoni li l-partita li kienet posposta fi tmiem il-ġimgħa bejn Birkirkara u Tarxien Rainbows se tintlagħab nhar l-Erbgħa 2 ta' Diċembru fis-7.00pm fil-Hibernians Stadium. Din il-partita kienet pospost minħabba li Birkirkara ntemmilhom il-perjodu ta' kwarantina ftit jiem qabel il-konfront kontra Tarxien wara li kellhom għadd ta' każijiet pożittivi ta' coronavirus.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/24/appell-ghal-riformi-fil-kumpilazzjonijiet-biex-il-kazi-ma-jsirux-darbtejn/
Appell għal riformi fil-kumpilazzjonijiet biex il-każi ma jsirux darbtejn
netnews.com.mt
Jason Azzopardi, PN Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella biex issir riforma kruċjali u importanti fil-kumpilazzjonijiet biex il-każi quddiem il-qrati, inkluż każi ta' omiċidji, ma jibqgħux isiru darbtejn. Fil-parlament Jason Azzopardi qal li fis-7 ta' Ottubru li għadda għamel proposta biex issir riforma fil-proċedura tal-kumpilazzjoni, li hi formalistika żżejjed fejn il-ġuri jsir darbtejn. Hekk kienet is-sitwazzjoni f'diversi pajjiżi bħall-Awstralja, il-Kanada u l-Olanda iżda fl-Olanda l-kumpilazzjoni ma ddumx iktar minn sitt xhur anki fejn ikun hemm każ ta' omċidju. F'Malta hawn din is-sitwazzjoni li ilha iktar minn 100 sena, sostna Jason Azzopardi, li spjega kif f'pajjiżi barranin qed isiru l-bidliet neċessarji biex ikun evitat id-dewmien. Fl-Ingilterra fl-2012 kien hemm numru ta' lokalitajiet li bidlu s-sistema biex illum qed jiffrankaw madwar 60,000 kumpilazzjoni fis-sena. F'Malta ta kuljum, ammont ta' files u proċess jitpoġġew fuq il-karretta u mill-qorti jittieħdu fi Triq ir-Repubblika għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u wara 30 ġurnata jerġgħu jittieħdu l-qorti. Dan hu telf ta' ħin esaġerat u hemm anki r-riskju li jkun hemm telfien ta' dokumenti. Jsaon Azzopardi appella biex isiru r-riformi għaliex wara li jinstemgħu x-xhieda kollha fil-kumpilazzjoni, dawn iridu jerġgħu jirrepetu kollox fil-ġuri. Il-vittma qed jerġa' jgħix it-trawma darbtjen. Fil-każi tal-akkużati liberati qed issir ukoll inġustizzja aktar u aktar meta dwan ma jkunx ingħata l-ħelsien mill-arrest. Jason Azzopardi qal li l-PN jaqbel li jsiru atti ġudizzjarji permezz ta' mezzi elettroniċi partikolarment minħabba ż-żminijiet li għaddejja minnhom id-dinja bħalissa. Dan iħaffef ħafna ix-xogħol tal-qorti u fosthom hemm in-notifiċi u ż-żamma ta' rekords tal-qorti. Il-PN ilu ħafna japella biex isiru dawn l-emendi għaliex fejn anki l-Kamra tal-Avukati kienet qed issostni din il-pożizzjoni. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN qed tistaqsi f'hix wasal l-Att dwar l-Avukati għaliex issa ilu biex jitressaq mill-aħħar leġiżlatura. Hu qal li l-gvern ilu jgħid li wasal biex jikkonkludi mal-Kamra tal-Avukati u kompla li wasal il-mument li jispeċifika x'qed iżomm dan l-att. Fil-qorti kien intqal għaliex il-gvern tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat ma riedx li jkun hemm l-Att dwar l-Avukati iżda issa is-sitwazzjoni inbidlet għaliex hu importanti li l-avukatura jkollha liġi li tiregolaha iktar u iktar issa meta hemm kumpaniji tal-avukati li jipprovdu diversi servizzi.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/22/covid-19-possibbilta-ta-tielet-mewga-fl-ewropa-fkaz-li-l-gvernijiet-jirrepetu-l-izbalji-tal-ahhar-xhur/
Covid-19: Possibbiltà ta' 'tielet mewġa' fl-Ewropa f'każ li l-Gvernijiet jirrepetu l-iżbalji tal-aħħar xhur
netnews.com.mt
Uffiċjal ewlieni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed ibassar 'tielet mewġa ta' infezzjonijiet' bil-Covid-19 għall-Ewropa f'każ li l-Gvernijiet jirrepetu 'il-fallimenti tal-aħħar xhur biex jevitaw it-tieni fażi tal-pandemija'. David Nabarro, li hu r-rappreżentant speċjali tal-organizzazzjoni responsabbli mir-reazzjoni għall-coronavirus, irrefera għall-possibbiltà tat-tielet mewġa fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla. Hu qal ukoll li 'il-Gvernijiet tal-Ewropa naqsu milli jibnu l-infrastruttura neċessarja ( li tilqa' kontra l-infezzjonijiet) matul is-sajf u wara li huma rnexxielhom jikkontrollaw l-ewwel mewġa tal-Covid-19'. Nabarro, li kien qed jitkellem waqt intervista mal-media tal-Iżvizzera, qed jgħid ċar u tond li 'filwaqt li l-Ewropa għaddejja mit-tieni mewġa tal-coronavirus, it-tielet mewġa għandha tolqotna kmieni fl-2021 dment li ma niżviluppawx il-mezzi u l-infrastruttura preventivi li huma neċessarji fiċ-ċirkustanzi'. Dan meta l-Ewropa qed tara mill-ġdid spinta fir-rati tal-infezzjonijiet bil-Covid-19 – bil-Ġermanja, Franza u l-Italja jirreġistraw aktar eluf ta' każi fi tmiem il-ġimgħa. L-Iżvizzera u l-Awstrija qegħdin jirrappurtaw eluf ta' każi kuljum waqt li t-Turkija, issa, ikkonfermat rekord ta' 5,532 infezzjonijiet ġodda. Intant, l-Istati Uniti għandha 'il fuq minn 12-il-miljun każ ikkonfermat tal-Covid-19, meta sallum, fil-pajjiż, mietu 'il fuq minn 255,000 mill-pandemija. L-istatistika tfisser li l-Istati Uniti għandha 'bil-wisq' l-ogħla ċifra ta' mejtin bil-Covid-19 minn kull pajjiż fid-dinja. Iċ-ċifra tal-imwiet għal kuljum mill-coronavirus qabżu l-2,000, f'dan il-pajjiż, għall-ewwel darba minn Mejju. Sadanittant, l-Istat ta' Kalifornja beda jimplimenta curfew għal matul il-lejl, bħala tentattiv biex inaqqas l-ispinta fil-każi tal-Covid-19. L-aħħar ċifri tal-infezzjonijiet f'Kalifornja waslu f'livell aktar allarmanti mill-'massimu tal-każi' li kienu reġistrati f'Awwissu fl-istess Stat. L-aħħar rapporti qalu li numru ta' Stati Amerikani, fosthom Texas, imponew id-direttivi aktar stretti għall-ilbies tal-maskri u restrizzjonijiet oħra bil-għan li l-virus ma jiċċirkolax aktar. Intant, uffiċjali fl-Istati Uniti taw 'l-awtorizzazzjoni ta' emerġenza' għal trattament sperimentali, ibbażat fuq l-antibodies fil-ġisem, li kien ingħata lill-President Amerikan, Donald Trump, wara li hu instab marid bil-coronavirus. Il-mediċina, żviluppata minn Regeneron, se tkun permessa għall-użu fuq in-nies li jittestjaw pożittiv għall-virus u li qed jissugraw il-mard fatali. Skont l-istudji, it-terapija inkwistjoni hi effettiva ladarba tingħata lill-pazjent 'mill-aktar fis u ladarba l-persuna tinstab li hi infettata bil-Covid-19'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/23/gianfranco-micallef-isolvi-l-problemi-ta-mqabba/
Gianfranco Micallef isolvi l-problemi ta' Mqabba
netnews.com.mt
Chris Cassar MQABBA ………………….. 1 ST. GEORGE'S …………… 0 Mqabba : J. Grech, L. Farrugia, G. Mannino, R. Cauchi, J. Castano, R. Cutajar, K. Borg, F. Zammit, D. Micallef, G. Cesani, G. Bugeja. St.George's : J. Azzopardi, M. Caruana, R. Mandic, L. Bonett, D. Caruana, B. Gomes Dos Reis, S. Darmanin, L.J. Agius, O. Magro, C. Ekeh, J. Grech. Referee: Alex Johnson Gowl fit-tieni taqsima tas-sostitut Gianfranco Micallef ta rebħa mqanżħa iżda prezzjuża lil Mqabba kontra St. George's, f'logħba bejn żewġ timijiet fi bżonn kbir ta' punti. Għal St. George's riżultat diżastruż fejn issa s-sitwazzjoni tagħhom hi ddisprata hekk kif baqgħu ankrati f'qiegħ il-klassifika fejn għadhom ukoll ifittxu l-ewwel rebħa.Iżda St. George's jistgħu biss iwaħħlu fihom innfushom għal dan ir-riżultat negattiv fejn pattew qares taċ-ċansijiet li tilfu fl-ewwel taqsima fosthom, penalty. L-ewwel taqsima kienet dominata għal kollox minn St. George's li kienu l-ħin kollu fl-attakk anki jekk ċansijiet ta' skor kellhom ftit. L-isbaħ żewġ ċansijiet ġew f'saqajn l-attakkant Dylan Caruana li sfortunatament għall-Bormliżi kienu falluti t-tnejn. Fil-15-il minuta l-isbaħ ċans meta Caruana twaqqa' fil-kaxxa mill-goalkeeper Grech, iżda mill-11-il metru x-xutt tal-istess Dylan Caruana kien salvat bi bravura minn Jonathan Grech. Ftit wara azzjoni tajba Jurgen Grech, li kien fost l-aħjar għas-Saints, li qasam lejn Dylan Caruana li minn qagħda tajba laqat il-ballun ħażin. I l-kowċ ta' Mqabba kellu jintervjeni biex jipprova jagħti ftit tal-ħajja lit-tim tiegħu fejn wettaq tliet sostituzzjonijiet viċin in-nofs siegħa logħob, waħda mill-bidliet kienet sfurzata, dik tal-goalkeeper Jonathan Grech li weġġa' u minflok daħal Maverick Buhagiar. Fit-tieni taqsima Mqabba kienu aħjar mill-avversarji anki jekk resqu biss b'tentattivi mid-distanza, sakemm fis-77 minuta s-sostitut Gianfranco Micallef b'xutt sabiħ fil-baxx ħalla lil Azzopardi jħares. Is-Saint xeħtu kollox fl-attakk u kellhom xi opportunitajiet iżda kien evidenti li ma kinitx is-serata tal-Bormliżi.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/25/xokk-fid-dinja-sportiva-imut-diego-armando-maradona/
XOKK FID-DINJA SPORTIVA: Imut Diego Armando Maradona
netnews.com.mt
Id-dinja tal-futbol tinsab maħsuda bl-aħbar xokkanti dwar il-mewt ta' Diego Armando Maradona, l-ikonu għal ġenerazzjonijiet ta' plejers u partitarji u li rebaħ kull unur li joffri l-futbol. Maradona jibqa' imsemmi għal kif, bħala plejer tat-tim ta' Serie A Napoli, kien strumentali biex it-tim min-naħa t'isfel tal-Italja rebaħ l-ewwel kampjonat nazzjonali lejn l-aħħar tas-snin tmenin ( bin-Naplitani jirrepetu s-suċċess fl-1990). Maradona kien ukoll pedina importanti fit-tim ta' Napli li rebaħ it-Tazza UEFA fl-istaġun 1988-89 u għadu sallum meqjum bħala leġġenda għan-Naplitani. Iżda l-leġġenda ta' Maradona saret indiskutibbli wara l-wirjiet kbar li hu kien ta fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1986….Hawnhekk kienu spikkaw b'mod partikulari ż-żewġ gowls ta' Maradona kontra l-Ingilterra waqt il-kwarti-finali u fejn ma naqasx is-soltu element ta' kontroversja li kien ukoll sinonimu ma' dan il-plejer brillanti. Fil-fatt, Maradona kien mexxa lill-Arġentina lejn suċċess f'dik il-kompetizzjoni — fejn it-tim tiegħu għeleb lill-Ġermanja fil-finali kumbattuta biex b'hekk aċċerta minn tieni Tazza tad-Dinja fl-istorja ta' dan il-pajjiż Latin Amerikan. Ftit tal-jiem ilu, Maradona kien operat b'suċċess għal trombożi. Dan meta hu, fl-aħħar snin ta' ħajtu kien qed ibati bl-obeżità u minn diversi problemi tas-saħħa, għalkemm l-istatus tiegħu ta' leġġenda ma battiet qatt mad-dilettanti tal-futbol madwar id-dinja. Diego Armando Maradona, li dan ix-xahar għalaq 60 sena, baqa' sal-aħħar involut fil-futbol u meta l-aħħar impenn tiegħu kien bħala l-kowċ tal-klabb Arġentin Gimnasia de La Plata.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/23/aktar-minn-200-hanut-fil-gwida-tax-xiri-ghal-black-friday/
Aktar minn 200 ħanut fil-gwida tax-xiri għal-Black Friday
netnews.com.mt
Il-Kamra tal-SMEs nediet gwida għax-xiri lokali li fiha hemm aktar minn 200 ħanut minn kategoriji differenti u li joffru servizzi differenti. Fl-isfond tal-isfidi li qed jiffaċjaw bħalissa n-negozji madwar id-dinja, il-Kamra tal-SMEs kienet strumentali biex għenet lil ħafna negozji jsibu mezzi biex anke f'dawn ix-xhur diffiċli fejn il-pandemija ma reħiet xejn u għamlet ħerba mill-ekonomija, jkunu jistgħu jiddiversifikaw il-mod kif ibiegħu, b'ħafna minnhom issa qed joffru servizz ta' bejgħ online. Abigail Mamo, Kap Eżekuttiv tal-Kamra spjegat li l-kamra ġabret lista tan-negozji li qed joffru servizzi online imma anke qed joffru servizz ta' twassil tal-prodott biex b'hekk in-negozji Maltin qed jikkompetu sew ma' dawk barranin. Hi spjegat ukoll x'għamlet il-Kamra tal-SMEs biex ukoll għenu lin-negozji jħejju ruħhom sew għal Black Friday. Mamo qalet li din is-sena n-negozji preparaw aktar minn kmieni l-offerti tagħhom ta' Black Friday li qed ikunu wkoll estiżi fuq perjodi itwal u bi ftuħ ta' ħwienet estiżi estiżi wkoll sabiex ikun hemm inqas iffullar f'ħinijiet partikolari. Il-President Paul Abela enfasizza l-vantaġġi li wieħed jixtri minn pajjiżna anke permezz tal- online shopping . Dan ukoll għax meta huwa negozju lokali, dan jagħmilha aktar faċli li wieħed jibdel oġġett jekk ikun hemm il-ħtieġa. Abela saħaq dwar il-ħtieġa li nżommu l-ekonomija miexja, u semma kif pajjiżna se jkun qed jiffaċja sfidi mhux żgħar, bit-tbassir ta' tliet biljun ewro defiċit sas-sena d-dieħla. Il-Kamra appellat lill-pubbliku biex iżomm mar-regolamenti maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa meta jżuru ħwienet fiżikament, fosthom permezz taż-żamma tad-distanzi soċjali u tal-ilbies tajjeb tal-maskra.
[ 4 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/22/everton-lura-ghar-rebh-bl-eroj-ikun-calvert-lewin/
Everton lura għar-rebħ, bl-eroj ikun Calvert-Lewin
netnews.com.mt
Everton irritornaw għar-rebħ kontra Fulham fi Craven Cottage, u wara li t-tim immexxi minn Carlo Ancelotti kien sofra tliet telfiet konsekuttivi t fil-kampjonat. L-eroj f'din ir-rebħa kien l-attakkant prolifiku, Dominic CALVERT-LEWIN li skorja żewġ gowls — bix-xorti żgur mhix qed tidħak lil Fulham li f'din il-logħba kellhom jitilfu t-tielet penalty mogħti lilhom f'dan l-istaġun. It-Toffees marru fil-vantaġġ wara biss 42 sekonda meta Calvert-Lewin xeħet ġewwa fuq l-assist ta' Richarlison. Bobby DECORDOVA-REID (15) kiseb id-dro momentarju għal Fulham iżda Everton, wara, fetħu vantaġġ komdu b'żewġ gowls oħra minn Calvert-Lewin u Abdoulaye DOUCOURE (35). Fulham fallew milli jnaqqsu d-distakk meta ngħataw penalty għall-fawl ta' Ben Godfrey fuq Ruben Loftus-Cheek, b'Ivan Cavaleiro jiżloq fil-ħin tax-xutt mill-ħdax il-metru – bil-ballun jgħaddi dritt minn fuq il-mimduda. LOFTUS-CHEEK u Ademola Lookman imbagħad ikkombinaw għat-tieni gowl ta' Fulham, 20 minuta mit-tmiem iżda dan il-gowl kien ftit wisq u tard wisq għall-Cottagers. Gowl mill-isbaħ skurjat minn Sebastien HALLER fi Bramall Lane kien biżżejjed biex jagħti t-tliet punti lil West Ham United għall-ispejjeż ta' Sheffield United — li b'din it-telfa jibqgħu ankrati f'qigħ il-Premier League b'punt wieħed biss minn disa' logħbiet. Haller sab is-saqaf tax-xibka b'xutt imprendibbli fis-56 minuta, b'West Ham ifallu bi ftit milli jirduppjaw meta Declan Rice ra l-header tiegħu jistampa mal-miduda. L-aktar azzjoni perikoluża tal-Blades waslet tard fit-tieni taqsima meta Oli McBurnie ra l-kanunata tiegħu taħbat mal-lasta, bil-gowlkiper Fabianski megħlub. Id-difiża tal-Hammers, minn dak il-ħin, ikkontrollat tajjeb l-attakki tal-avversarji għal riżultat utli ieħor. Leeds United iddominaw lil Arsenal għal ħafna ħinijiet tal-konfront f'Elland Road, iżda kellhom jikkuntentaw bi dro (0-0) wara li ħlew kwantità ta' ċansijiet minkejja li kienu qed jilgħabu kontra għaxar plejers għall-parti kbira mit-tieni taqsima. Arsenal kellhom wirja mill-aktar diżappuntanti u l-logħba għalihom ġiet aktar għat-telgħa bit-tkeċċija ta' Nicolas Pepe (51) għal daqqa ta' ras lil Ezgjan Alioski (bit-tkeċċija tkun ikkonfermata bil-VAR). Il-Gunners, imbagħad, għażlu li jixħtu kollox fuq id-difiża, b'Leeds itellgħu attakk wara l-ieħor u mingħajr ma rnexxielhom jisfruttaw is-sitwazzjoni favorevoli. Filwaqt li Leeds kienu superjuri għall-avversarji anki fl-ewwel taqsima, it-tim ta' Marcelo Bielsa wettaq assedju fuq il-lasta ta' Bernd Leno fit-tieni 45 minuta – u fejn laqtu l-lasta u l-mimduda tliet darbiet mis-sostitut Rodrigo, Patrick Bamford u Raphinha. Intant, iż-żewġ tims spiċċaw ħadu punt kull wieħed wara li t-tnejn kienu sofrew tliet telfiet fl-erba' konfronti tal-league preċedenti.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/25/l-izvizzera-iweggghu-in-nisa-waqt-terrur-suspettat-flugano/
L-Iżvizzera: Iweġġgħu in-nisa waqt terrur suspettat f'Lugano
netnews.com.mt
Il-pulizija fil-belt ta' Lugano arrestaw mara wara li din, allegatament, attakkat u darbet lil żewġ nisa oħra ġo stabbiliment kummerċjali ewlieni. Ir-rapporti qalu li l-mara pruvat tifga waħda mill-vittmi qabel ħebbet għal mara oħra u bdiet tagħtiha daqqiet ta' sikkina f'għonqha. Ingħad ukoll li l-mara spiċċat imrażżna minn persuni oħra fil-ħanut, bil-pulizija qed tissuspetta li l-azzjoni kienet xprunata minn intenzjoni terroristika. Jidher li waħda mill-midruba qed tbati minn ġrieħi serji iżda mhix f'periklu li titlef ħajjitha. Il-vittma l-oħra, intant, ġarrbet biss il-ġrieħi ħfief fl-attakk. Il-mara arrestata, li għandha 28 sena, kienet magħrufa lill-pulizija federali minħabba konnessjoni li kellha ma' investigazzjoni dwar 'it-terroriżmu ta' elementi ġiħadisti' li tmur lura għall-2017. L-aggressur għandha ċittadinanza Żvizzera u hi residenti fir-reġjun ta' Ticino. Norman Gobbi, il-President tal-Gvern ta' Ticino, ikkundanna l-attakk u sostna li 'l-estremiżmu mgħandu l-ebda post fil-komunità tagħhom'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/24/ma-jeskludix-li-keith-schembri-qallu-jcempel-lil-melvin-theuma/
Ma jeskludix li Keith Schembri qallu jċempel lil Melvin Theuma
netnews.com.mt
"Ma niftakarx" – Huma dawn iż-żewġ kelmiet li rrepeta diversidrabi fil-Qorti taħt ġurament, Sandro Craus; Sindku Laburista u persuna b'kariga għolja f'Kastilja taħt il-Gvern Laburista. Sandro Craus kien qed jixhed fl-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Takkumpanjah, l-Avukat tiegħu, Ramona Attard ukoll eks uffiċjal f'Kastilja kif ukoll eks ġurnalista tal-istazzjon Laburista… illum, apparti avukat, President tal-Partit Laburista. Craus kien mistqosi jekk Keith Schembri qatt qallu biex iċempel lill-middleman Melvin Theuma.. Bi Craus jgħid li ma jiftakarx, filwaqt li saħaq li jekk ic-Chief of Staff jgħidlek tagħmel xi ħaġa trid tagħmilha. L-imħallef Abigail Lofaro stqarret li taħt ġurament, Melvin Theuma kien qal li irċieva telefonata mingħand Craus. L-uffiċjal ta' Kastilja wieġeb li ma jafx għax iċempel lil ħafna persuni. Mistoqsi biex jgħażel jiċħadx jew le, Craus qal li ma jiftakarx. Mistoqsi dwar il-job fantażma li ingħata Melvin Theuma mal-Gvern…Craus jgħid li lil Thuema ma kinx jafu filwaqt li saħaq li l-middleman kien wieħed mill-ħafna li kienu jmorru Kastilja għal xi job. Meta kien mistoqsi mill-avukat Jason Azzopardi jekk jiftakarx li għamel like fuq post ta' Neville Gafa li kienet tgħid "Min qed jaħbi l-laptop ta' Caruana Galizia?".. Carus wieġeb "Ma nahsibx li għandi nirrispondi". Bil-Bord tal-inkjesta jisħaq li se jieħu t-tweġiba ta' li hi. Mistoqsi dwar il-kampanja "Where is the laptop? Craus qal li ma jiftakarx. Kien hawnhekk fejn kien mistoqsi mill-bord tal-Inkjesta kemm għandu żmien. Bi Craus jgħid li għandu 50 u l-Bord jistaqsi kif ta' 50 sena qed jinsa daqsekk dettalji. Mistoqsi dwar posts fil-konfront ta' Caruana Galizia, Sandro Craus qal li jiddispjaċih u li kien neħħihom wara xi jiem. Tul ix-xhieda tiegħu Craus saħaq li il-blog ta' Glenn Bedinfield u l-posts fuq Facebook ta' Neville Gafa qatt ma nterressawh. Mistqosi dwar il-Panama Papers li kixfet Caruana Galizia, ix-xhud spicca jammetti li kien ddiskutijhom mal-istaff tiegħu.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/24/bejn-illum-u-ghada-tirritorna-l-uefa-champions-league/
Bejn illum u għada tirritorna l-UEFA Champions League
netnews.com.mt
Bejn illum u għada tirritorna l-UEFA Champions League bir-raba' ġurnata mill-fażi tal-gruppi. L-aktar konfront li jispikka minn din il-ġurnata jkun dak fi Grupp B bejn Inter u Real Madrid. Dawn iż-żewġ timijiet diġa ltaqgħu kontra xulxin fit-tielet ġurnata, b'Real Madrid joħroġu rebbieħa 3-2. Inter iridu jirbħu kważi bilfors biex iżommu t-tamiet tagħhom li jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss ħajjin. Mill-istess Grupp, Borussia Moenchengladbach jilgħabu kontra Shaktar Donetsk bil-Ġermaniżi jinsabu fl-ewwel post b'ħames punti, punt aktar mill-avversarji tagħhom fil-partita ta' għada. Konfront ieħor interessant mistenni jkun dak minn Grupp D bejn Liverpool u Atalanta. Fl-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet, Liverpool ħarġu rebbieħa 5-0 f'Bergamo, bit-tim ta' Jurgen Klopp jonqsu biss rebħa waħda biex jikkwalifika. Mill-istess grupp, Ajax jilgħabu kontra FC Midtjylland. Minn Grupp H, Manchester United jilqgħu f'Old Trafford lil Istanbul Basaksehir, fejn it-Torok rebħu l-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet biex b'hekk fetħu dan il-grupp beraħ. PSG se jkunu qed jilgħabu barra minn darhom kontra RB Leipzig mill-istess grupp bl-istess Leipzig jirbħu l-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet. Fi Grupp G, Juventus jilgħabu kontra Ferencvaros f'partita fejn Juventus rebħu l-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet. Mill-istess grupp jilgħabu kontra Dynamo Kyiv f'partita bit-tim Spanjol jirbaħ l-ewwel konfront 2-1. Chelsea jilgħabu barra minn darhom kontra Rennes fi Grupp E, bl-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet jintemm fi draw ta' mingħajr gowls. Sevilla jilgħabu kontra Krasnodar fil-partita l-oħra mill-istess grupp. Minn Grupp F, Lazio jilgħabu kontra Zenit bl-ewwel partita tintemm fi draw ta' 1-1, filwaqt li Borussia Dortmund jilgħabu kontra Club Brugge. Manchester City jilgħabu kontra Olympiacos f'partita fejn Manchester City rebħu l-ewwel konfront 3-0. Mill-istess grupp, Marseille jilgħabu kontra FC Porto. Minn Grupp A, Bayern Munich jilgħabu kontra Slazburg, bil-Ġermaniżi s'issa jiddominaw dan il-grupp, bil-partita l-oħra tkun bejn Atletico Madrid u Lokomotiv Moscow. UEFA CHAMPIONS LEAGUE Illum: Grupp E : Krasnodar v Sevilla 6.55pm, Rennes v Chelsea 6.55pm Grupp F : B. Dortmund v Brugge 9.00pm, Lazio v Zenit 9.00pm Grupp G : D. Kyiv v Barcelona 9.00pm, Juventus v Ferencvaros 9.00pm Grupp H : Man Utd v I. Basaksehir 9.00pm, PSG v RB Leipzig 9.00pm Għada : Grupp A : A.Madrid v L. Moscow 9.00pm, B. Munich v Salzburg 9.00pm Grupp B : B. Moen'g'bach v S. Donetsk 6.55pm, Inter v R. Madrid 9.00pm Grupp Ċ : Olympiacos v Man City 6.55pm, Marseille v Porto 9.00pm Grupp D : Ajax v Midtjylland 9.00pm, Liverpool v Atalanta 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/23/alleat-ewlieni-ta-donald-trump-iheggeg-lill-president-jaccetta-t-telfa/
Alleat ewlieni ta' Donald Trump iħeġġeġ lill-President jaċċetta t-telfa
netnews.com.mt
Chris Christie, l-eks Gvernatura tal-Istat ta' New Jersey u alleat ewlieni tal-President Donald Trump, ħeġġeġ lil Trump biex jaċċetta r-riżultat tal-vot tal-elezzjoni presidenzjali tat-3 ta' Novembru. 20 jum wara l-votazzjoni u iktar minn ġimgħatejn wara li Joe Biden kien dikjarat rebbieħ, Donald Trump għadu m'aċċettax formalment ir-riżultat u għamel numru ta' allegazzjonijiet infondati ta' frodi elettorali fuq skala wiesa'. Christie hu wieħed minn grupp żgħir ta' politiċi Repubblikani – li kull ma jmur qed jikber – li qed jikser is-silenzju u jħeġġeġ lill-President jiffaċċja r-realta'. Waqt programm televiżiv il-Ħadd fuq l-istazzjon ABC, Chris Christie qal li l-manuvri tat-tim legali ta' Trump huma "tal-mistħija" ( a national embarrassment ). "Jien sostenitur tal-President sa mill-bidunett, ivvotajtlu darbtejn. Imma elezzjonijiet għandhom konsegwenzi u ma nistgħux inkomplu naġixxu qisu ma ġara xejn," sostna Christie. Dawn il-kummenti waslu l-għada li Qorti f'Pennsylvania ċaħdet rikors ieħor mill-kampanja ta' Trump bl-Imħallef iċanfar lill-kampanja li ppreżentat "argumenti legali mġebbdin u mingħajr mertu". Din is-sentenza twitti t-triq lill-Istat ta' Pennsylvania biex jiċċertifika r-riżultat elettorali favur Joe Biden. elezzjoni presidenzjali
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/23/id-deputati-tal-gvern-siekta-dwar-ghaliex-bonnici-u-farrugia-tnehhielhom-il-ministeru/
Id-Deputati tal-Gvern siekta dwar għaliex Bonnici u Farrugia tneħħielhom il-Ministeru
netnews.com.mt
"Inkomplu naħdmu" u "id-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru dejjem ikunu tajbin" … kienu fost it-tweġibiet li tawna Ministri, Segretarji Parlamentari u Deputati tal-Gvern meta staqsejna dwar ir-Reshuffle fil-Kabinett ta' Robert Abela u dwar jekk il- mechanisms u l- bubbles ħadmux. Ħadd mid-Deputati li tkellmu ma' NET News ma ħass li kellu jammetti li l-Ministri Owen Bonnici u Julia Farrugia tneżżgħu mill-Ministeri tal-Edukazzjoni u tat-Turiżmu rispettivament minħabba nuqqas ta' kompetenza fit-tmexxija tagħhom.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/25/il-kunsill-tal-iklin-jitlob-verifika-fuq-il-kwalita-tal-arja-fil-lokalita/
Il-Kunsill tal-Iklin jitlob verifika fuq il-kwalità tal-arja fil-lokalità
netnews.com.mt
Il-Kunsill Lokali tal-Iklin qieghed jircievi diversi lmenti minghand ir-residenti taz-zona, rigward irwejjaħ qawwija u insopportabbli ta' asphalt jew tarmac. Wara li Netnews.com.m t irrapporta dwar dan aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Kunsill kompla jirċievi lmenti dwar irwejjaħ "bhal donnu tyres li qeghdin jinharqu". Il-Kunsill qal li saħansitra kien hemm residenti li rraportaw dħaħen viżibbli fuq ir-residenzi tagħhomu immedjatament talab lil l-awtoritajiet konċernati – partikolarment l-ERA u l-Uffiċju tas-Sanità – sabiex jinvestigaw u jaċċertaw ruħhom illi mhemmx periklu għas-saħħa pubblika. Il-Kunsill Lokali Iklin saħaq li ghandhom jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji mill-awtoritajiet kollha kompetenti sabiex jiġi aċċertat li ma hemm ebda periklu għas-saħħa tal-individwu u li l-arja taz-zona ma fiha ebda kimika jew sustanza li tipperikola liċ-ċittadini. Ir-residenti tal-Iklin jinsabu inħassbin ħafna u imdejqa li qed ikollhom jissaportu dawn l-irwejjaħ mingħajr ċertezza illi mhux qed issir ħsara lil saħithom. Ir-residenti għandhom id-dritt illi jkollhom serħan il-moħ illi huma qegħdin jgħixu f'ambjent sigur, qal il-Kunsill. Din is-sitwazzjoni turi b'mod ċar l-importanza illi jkun hemm monitoraġġ kostanti u effikaċi fuq is-siti industrijali, speċjalment dawk li jinsabu vicin l-abitat u li qabel jingħataw permessi ta' tip industrijali mill-Awtoritajiet, isir assessjar serju tal-impatt fuq l-ambjent urban tal-madwar. Il-Kunsill spjega li siti industrijali viċin wisq tal-abitat joħolqu problemi għas-saħħa tal-individwu kif ukoll inkonvenjenti serji oħra bħal ħsejjes u passaġ ta' makkinarju goff minn zoni purament residenzjali. Il-Kunsill Lokali qal li huwa fid-dmir illi jkompli jinsisti sabiex isiru testijiet dwar il-kwalita tal-arja taz-zona u jiġi ċertifikat illi verament ma hemm ebda periklu għas-saħħa pubblika. Ma għandu jkun hemm edba dubju illi saħħet il-bniedem għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox u għandna nassiguraw bħala pajjiż illi jinżammu DEJJEM U F'KULL ISTANZA l-istandards għoljin tas-saħħa u s-sigurta. Il-Kunsill Lokali jħoss illi dan huwa prinċipju li fuqu ma jista' jsir ebda kompromess. arja irwejjaħ
[ 7 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/25/in-neputi-ta-pazjenta-bil-covid-19-jghid-li-zitu-mhijiex-tinghata-kura-bhal-haddiehor/
In-neputi ta' pazjenta bil- COVID-19 jgħid li zitu mhijiex tingħata kura bħal ħaddieħor
netnews.com.mt
In-neputi ta' mara ta' 81 sena li kkuntrattat il-coronavirus waqt li kienet f'dar għall-anzjani u li issa ġiet trasferita lejn l-Isptar Samaritan it-Tajjeb ippreżenta protest ġudizzjarju u qed iżomm lill-awtoritajiet responsabbli għas-saħħa taz-zija tiegħu. Martin Micallef spjega fil-protest tiegħu li z-zija tiegħu kienet perfettament tajba sakemm ikkuntrattat il-COVID-19 fid-dar għall-anzjani ta' Santa Eliżabetta, minħabba, huwa qal, negliġenza u traskuraġni tal-'carers' li spiss marru fil-kamra tagħha għall-brejk tagħhom mingħajr ma jilbsu. maskra jew jieħdu xi prekawzjonijiet. Il-protest ġudizzjarju ġie ppreżentat kontra St Elizabeth Home, Prime Care Limited, id-Direttorat għall-Istandards tal-Kura tas-Saħħa, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia. Micallef ilmenta li z-zija tiegħu qabdet il-virus minħabba negliġenza u għaliex kienet ġiet esposta. Meta ttestjat pożittiv, iz-zija tiegħu ġiet trasferita l-Isptar Samaritan it-Tajjeb minflok l-Isptar Karin Grech u kuntrarjament għat-talbiet tal-qraba tagħha, u dan wassal għal tħassib li l-anzjana mhux qed tingħata l-istess trattament mogħti lil pazjenti anzjani oħra li kienu wkoll infettati. mill-virus. Micallef staqsa wkoll dwar il-kriterji użati dwar fejn għandhom jiġu ttrasferiti l-pazjenti, u spjega li filwaqt li z-zija tiegħu ġiet trasferita lis-Samaritan it-Tajjeb, anzjana oħra li taqsam l-istess kamra tagħha u li wkoll ittestjat pożittiv, minflok ittieħdet l-Isptar Karin Grech. "Għandi dubji serji dwar il-mod kif iz-zija tiegħi qed tingħata t-trattament li teħtieġ fis-Samaritan it-Tajjeb. Is-sodod f'dan l-isptar lanqas biss huma żewġ metri 'l bogħod minn xulxin, "qal Micallef hekk kif talab li z-zija tiegħu tiġi trasferita immedjatament lejn l-Isptar Karin Grech sabiex tirċievi l-kura li teħtieġ. Huwa akkuża wkoll lill-maniġment tad-Dar Santa Eliżabetta b' '"indifferenza" u żammhom responsabbli għal saħħet iz-zija. "Huma fallew fl-obbligu tagħhom li jiżguraw li z-zija tiegħi ma tkunx esposta għal nies infettati bil-COVID-19 u naqsu wkoll fl-obbligu tagħhom li jiżguraw li kull anzjan jiġi ttrattat bl-istess kura. "Permezz tal-imġiba tagħhom, qed juru indifferenza kbira, negliġenza u traskuraġni għall-obbligi tagħhom lejn iz-zija tiegħi u pazjenti anzjani oħra u għalhekk għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha għad-danni," qal Micallef. L-Avukat Ann Marie Mangion iffirmat il-protest.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/23/il-vaccin-zviluppat-mill-universita-ta-oxford-70-effettiv/
Covid-19: Il-vaċċin tal-Università ta' Oxford hu effettiv ferm kontra l-virus
netnews.com.mt
Il-vaċċin żviluppat mill-Università ta' Oxford (fir-Renju Unit) u l-kumpanija AstraZeneca hu 'effettiv ferm' biex jevita s-sintomi tal-Covid-19 fin-nies li jispiċċaw esposti għall-virus. Dan joħroġ mill-provi għall-vaċċin li ilhom għaddejjn ix-xhur u li juru aktar progress fil-ġlieda kontra l-coronavirus qattiel. Id-data proviżorja, f'dan il-każ, tissuġġerixxi li l-vaċċin inkwistjoni jaffordja protezzjoni fuq livell ta' 70 fil-mija, iżda r-riċerkaturi qed jgħidu li l-protezzjoni, f'dan il-każ, kapaċi jiżdied anki għal 90 fil-mija ladarba wieħed iżid id-doża skont il-kriterji mediċi regolati. Ir-riżultati tal-provi qed jitqiesu bħala suċċess, anki jekk il-vaċċini 'anti-Covid' ta' Pfizer u Moderna urew effettività ta' 95 fil-mija. Madankollu, il-vaċċin żviluppat minn Oxford hu orħos u ħafna iktar faċli biex jinżamm taħt il-kundizzjonijiet adatti – bid-distribuzzjoni tiegħu lejn 'kull rokna tad-dinja' ukoll titqies bħala 'anqas diffikultuża' minn tal-vaċċini ta' Pfizer u Moderna. Għaldaqstant, il-vaċċin ta' Oxford/Astra-Zeneca – f'każ li jkun approvat għall-użu mir-regolaturi — għandu jkollu rwol sinifikanti fl-impenji internazzjonali kontra l-pandemija. Il-vaċċin ġie ittestjat fuq 20,000 persuna, nofshom fir-Renju Unit u l-kumplament fil-Brazil. Kien hemm 30 każ ta' infezzjoni bil-Covid-19 fost il-persuni li ngħataw żewġ dożi tal-vaċċin u 101 każ fost il-persuni li ngħataw placebo – b'dan jindika effettivita' ta' madwar 70 fil-mija. Madanakollu, il-vaċċin kien effettiv f'90 fil-mija tal-każi fejn il-voluntiera ngħataw nofs-doża, segwita minn doża sħiħa. Ir-riċerkaturi, għalissa, ma jistgħux jispjegaw din id-differenza fiċ-ċirkustanzi attwali. Il-Professur Sarah Gilbert, waħda mill-protagonisti wara l-vaċċin tal-Università ta' Oxfordu AstraZeneca, fl-ewwel kummenti, qalet li 'dan il-vaċċin iqarreb lid-dinja lejn iż-żmien fejn tintuża l-mediċina effettiva biex tikkonkludi l-era qerrieda tal-coronavirus.' Intant, il-Gvern tar-Renju Unit ordna mal-100 miljun doża tal-vaċċin ta' Oxford li huma biżżejjed biex mal-50 miljun persuna jingħataw it-tilqim. L-ewwel persuni li mistennija jitlaqqmu huma r-residenti u ħaddiema fid-djar tal-anzjani, segwiti mill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u persuni ta' 'il fuq minn 85 sena. Il-Prim Ministru Britanniku, Boris Johnson qal li l-iżviluppi relatati mal-vaċċin ta' Oxford huma 'ferm eċċitanti u jqawwu qalb kulħadd' anki jekk, f'dan il-każ, fadal il-proċeduri ta' analiżi relatati mal-vaċċin għall-ogħla livell tas-sigurtà. vaċċin //= $special ?>
[ 1 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/28/gowl-kull-taqsima-jaghtu-rebha-meritata-lil-sirens/
Gowl kull taqsima jagħtu rebħa meritata lil Sirens
netnews.com.mt
Rowen Camilleri HIBERNIANS…………1 SIRENS……………….2 Hibernians: M. C. Cremona, F. Apap (Z. Grech 86'), L. Almeida, A. Attard (C. Uzeh 86'), J. Grech (R. Winchester 74'), J. Degabriele (C. Zammit 86'), D. Vella, I. Artilles, A. Agius, W. Texeira (S. Shodija 59'), K. Laukzemis Sirens: M. Montfort, R. Grech, R. D. Anjos, M. Maia, W. Domoraud, J. Walker, A. Borg, S. Tounkara, T. Agius (R. Scicluna 92'), M. Bustos, T. Espindola Imwissija: L. Almeida 20', F. Apap 59' (H), R. Grech 53' (S) Skorjaw: T. Agius 32', S. Tounkara 76' (S) K. Laukzemis 91' (H) Referee: Trustin Farrugia Cann Assistenti Referees: Luke Portelli u James Muscat Il-Mument Plejer tal-logħba: Terence Agius (Sirens) BOV Plejer tal-logħba: Terence Agius (Sirens) Wara d-dra tal-ġimgħa l-oħra kontra Valletta, Sirens ta' Steve D' Amato kisbu rebħa importanti, meta huma għelbu lil Hibernians fl-Istadium tagħhom stess bl-iskor ta' 2-1. Kienet bla dubju l-aħjar prestazzjoni għat-tim minn San Pawl il-Baħar li mill-bidu nett urew l-intenzjonijiet tagħhom u kienu tajbin ħafna kemm bil-ballun kif ukoll meta ddefendew biex b'hekk meritatament ħadu tliet punti importanti li jtellawhom fit-12-il post tal-klassifika. Qabel il-bidu tal-konfront saret preżentazzjoni tal-Plejer tax-Xahar ta' Settembru u Ottubru lill-attakkant ta' Hibernians Jurgen Degabriele. L-ewwel azzjoni denja ta' nota waslet wara għaxar minuti minn Hibernians meta x-xutt mil-kaxxa ta' Jurgen Degabriele spiċċa faċilment f'idejn Miguel Montfort. Fit-18-il minuta Sirens ħolqu okkażżjoni iżda x-xutt bid-dawra ta' Espindola għadda ftit għoli. Fis-26 minuta reġgħu kienu Sirens li marru fuq l-attakk u wara li avvanza fuq il-lemin Wilfired Domoraud ra l-konklużżjoni tiegħu tgħaddi barra. Fit-32 minuta Sirens imorru meritatament fil-vantaġġ wara li TERENCE AGIUS inkariga ruħu minn korner, bil-kross tiegħu baqa' dieħel direttament fir-rokna tax-xibka minkejja t-tentattiv tad-difensuri ta' Hibernians. Fit-tieni taqsima Hibernians ħarġu mill-ewwel ifittxu l-gowl tad-draw u wara biss tliet minuti il-corner ta' Artilles sab lil Texeira li d-daqqa ta' ras tiegħu stampat mal-mimduda. Fis-57 minuta reġgħu kienu Hibernians fl-attakk b'Jurgen Degabriele niżżel ballun tajjeb lejn Ayton Attard iżda x-xutt mill-ewwel ta' dan tal-aħħar għadda għoli. Bil-ħin li dejjem kien kontra t-tim immexxi minn Sanderra, fit-63 minuta kien l-attakkant mill-Litwanja Laukzemis li daħal fil-kaxxa u prova xutt li iżda għadda ftit barra. Fil-65 minuta Jurgen Degabriele ttanta xortiħ minn free-kick dirett li ġie mdawwar f'corner b'diffikultà minn Montfort. Minuta wara Hibernians jingħataw penalty wara li r-referee iġġudika lil Manule Bastos li miss il-ballun b'idu fil-kaxxa. Sirens daħqitilhom ix-xorti hekk kif mill-11-il metru ix-xutt ta' Jake Grech stampa mal-wieqfa. Fit-73 minuta free kick perikoluż ta' Andrei Agius għadda mħakkek mal-lasta biex tliet minuti wara Sirens irduppjaw. Kien kontrattakk veloċi mill-aħjar plejer tal-logħba Terence Agius li bid-difiża ta' Hibernians maqbuda qassam lejn SAMBA TOUNKARA li minn quddiem Calleja Cremona ma' falliex għal 2-0. Kif kien mistenni Sirens marru ftit fid-difiża u fil-91 minuta minn kross tas-sostitut Connor Zammit, l-attakkant KAROLIS LAUKZEMIS bir-ras għeleb lil Montfort għal 2-1 li iżda ma' kienx biżejjed biex isalva xi ħaġa għat-tim minn Raħal Ġdid hekk kif ir-riżultat baqa' ma' nbidilx sat-tmiem.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/03/covid-19-l-infezzjonijiet-u-l-ammonti-tal-pazjenti-li-ddahhlu-l-isptar-qed-iwaqqfu-r-rekords-godda-fl-istati-uniti/
COVID-19: L-infezzjonijiet u l-ammonti ta' pazjenti li ddaħħlu l-isptar qed iwaqqfu rekords ġodda fl-Istati Uniti
netnews.com.mt
Il-kriżi tal-coronavirus fl-Istati Uniti ma tidhirx li qed tbatti, fost il-konferma li l-infezzjonijiet bil-virus qegħdin jilħqu dejjem ir-rekords ġodda f'dan il-pajjiż – l-istess bħas-sitwazzjonijiet fejn il-morda qed ikollhom jiddaħħlu l-isptar b'urġenza. Is-sitwazzjoni fil-pajjiż tant hi gravi li l-esperti mediċi qed jaqblu li r-rata allarmanti tal-infezzjonijiet mgħandhiex tbatti fil-jiem ta' qabel il-Milied – bl-ammont ta' pazjenti (morda bil-Covid) fl-isptar issa jaqbżu l-100,000 għall-ewwel darba. Iċ-ċifra inkwistjoni, fil-fatt, irduppjat fuq in-numru tal-pazjenti reġistrati waqt l-ewwel jiem ta' Novembru. Il-każi ġodda tal-coronavirus fl-Istati Uniti żdiedu b'rekord ta' 195,659 għal ġurnata waħda ( l-Erbgħa) – bl-ammont ta' vittmi (2,733) fuq perjodu ta' 24 siegħa ikun qrib ta' rekord ieħor għal jum speċifiku. L-ispinta fil-każi tal-coronavirus wasslet, fost oħrajn, biex l-awtoritajiet fil-belt ta' Los Angeles (f'Kalifornja) jordnaw lir-residenti biex ma joħorġux mid-dar. Skont l-informazzjoni mill-Covid Tracking Project, l-infezzjonijiet bil-Covid-19 madwar l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat kienu viċin l-14-il miljun – b'aktar minn 264,000 mewta sussegwenti. Il-morda – u l-vittmi – fl-Istati Uniti komplew jiżdiedu b'rati inkwetanti fl-aħħar ġimgħat u fejn kienu rappurtati mal-miljun infezzjonijiet ġodda fil-ġimgħa matul ix-xahar ta' Novembru ( u li hu ekwivalenti għal 99 każ f'kull minuta). Sadanittant, l-awtoritajiet fl-Istati Uniti wissew li s-sistema għall-kura tas-saħħa nazzjonali qed tiffaċċja 'piż u pressjoni bla preċedent' għal matul ix-xitwa. Robert Redfield, id-Direttur tas-Centers for Disease Control and Prevention (CDC) qal li 'l-Amerikani qed jiffaċċjaw realtà fejn ix-xhur ta' Diċembru, Jannar u Frar se jkunu l-aktar żmien diffiċli għas-saħħa pubblika fiż-żmien kollu li ilu jeżisti s-settur għall-kura tan-nies'. Fl-istess ħin, Kalifornja, Texas u Florida – l-aktar Stati Amerikani li għandhom popolazzjoni kbira – huma fost l-agħar zoni affettwati mill-Covid-19 fil-pajjiż. Dan meta kull Stat Amerikan irreġistra 'il fuq minn miljun każ kull wieħed.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/03/l-iran-pass-inkwetanti-iehor-fil-progett-nukleari/
L-Iran: Pass inkwetanti ieħor fil-proġett nukleari
netnews.com.mt
Ir-reġim fundamentalista ta' Tehran qed jieħu l-passi biex iwaqqaf l-ispezzjonijiet tas-siti nukleari tiegħu mill-esperti tan-Nazzjonijiet Uniti. Jerġa' aktar inkwetanti hu l-fatt li l-Iran qed iżid il-proċess għall-irraffinar tal-uranju – li jista' jintuża fl-armamenti– permezz ta' liġi ġdida li kienet approvata mill-Parlament. L-abbozz jirrikjedi biex il-Gvern Iranjan jerġa' jibda jirraffina l-uranju sa livell ta' 20 fil-mija. Il-livell hu 'il fuq sew mit-3.67 fil-mija stabbilit fil-ftehim nukleari storiku tal-2015 li l-Iran kien laħaq mal-potenzi tad-dinja u dan għandu jitwettaq f'każ li s-sanzjonijiet fuq l-Istat Iżlamiku ma jonqsux fi żmien xahrejn. Dan il-pass mill-Iran qed isir ftit tal-jiem wara li x-xjenzat ewlieni Iranjan Mohsen Fakhrizadeh – il-protagonista wara l-proġett nukleari ta' pajjiżu – tilef ħajtu waqt attakk misterjuż li seħħ fi triq ftit 'il hinn minn Tehran. L-Iran jemmen li l-aġenti ta' Iżrael użaw arma bir-remote control biex jeliminaw lix-xjenzat – bl-Iżraeljani ma jikkummentawx dwar il-każ. Min-naħa tiegħu, il-President Iranjan, Hassan Rouhani , qal li oppona l-implimentazzjoni tal-liġi ġdida li tagħti spinta kbira lill-irraffinar tal-uranju.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/30/121-kaz-gdid-u-4-vittmi-ohra-f24-siegha/
121 każ ġdid u 4 vittmi oħra f'24 siegħa
netnews.com.mt
Fl -aħħar 24 siegħa l-Gvern ħabbar 4 vittmi oħra tal-Covid-19 f'Malta. Dan apparti l-121 każ ġdid li ġew irreġistrati. Dan ifisser li sa llum f'Malta kelna 10,090 każ irreġistrat. Fl-aħħar sigħat fiequ 108 persuni oħra. biex sa llum fiequ 7,665. In-numru ta' vittmi issa tela' għal 137.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/30/mixli-li-spara-fuq-zewgt-irgiel-li-ma-jafhomx/
Mixli li spara fuq żewġt irġiel li ma jafhomx
netnews.com.mt
Noel Barbara ta' 40 sena u residenti Birkirkara u li jaħdem għal rasu bħala technician ġie mixli quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li darab ħafif raġel wara li spara fuqu u fuq raġel ieħor li kien miegħu f'għalqa f'Ta' Loretu limiti tal-Gudja. Allegatament l-inċident seħħ nhar il-Ħadd li għadda u Barbara ġie akkużat ukoll li ġarr arma tan-nar mingħajr permess tal-Pulizija, li kiser il-kundizzjonijiet tal-liċenzja tal-arma tan-nar. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Mill-provi jirriżulta li l-akkużat kien fl-għalqa l-Gudja u marru żewġ irġiel jaħdmu f'għelieqi fil-qrib u li dawn jgħidu li l-għeliequ huma tagħhom. Barbara qal lill-Maġistrat li ma jafx min huma dawn l-irġiel. Jidher li Barbara qal li kien hemm alwetta u spara fuqha u laqat lil wieħed mill-irġiel iżda l-irġiel allegaw li Barbara spara għal fuqhom. L-avukat difensur Mark Fenech Vella talab għall-ħelsien mill-arrest bil-Prosekuzzjoni ma toġġezzjonax iżda talbet għall-konfiska tal-ħames armi li għandu l-akkużat. Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b'depożitu ta' €500 u garanzija personali ta' €10,000 u ordnat fost kundizzjonijiet oħra li jiffirma darbtejn fil-ġimgħa l-għassa. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta' protezzjoni favur iż-żewġ irġiel.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/28/gzira-united-jiehdu-biss-punt-wara-li-fallew-penalty-fil-hin-moghti-zejjed/
Gżira United jieħdu biss punt wara li fallew penalty fil-ħin mogħti żejjed
netnews.com.mt
Matteo Grima Gżira United ……….2 Santa Lucia ………..2 Gżira Utd : J.Haber, G.Bohrer, S.Borg (C), N.Muscat, C.Borg (O.Elouni 86'), D.Xuereb, M.Davies, R.Correa, S.Borg (K.Hamed 46'), A.Samb (J.De Assis 46'), R.Kooh. Santa Lucia : C.Farrugia, T.Tabone, A.Rodriguez, K.Correia, A.Overend, A.Souza (C) (L.Motta 64'), K.Rosero, V.Prestes, M.Camilleri (A.Vella 80'), R.Tachikawa, K.Xuereb. Skurjaw : R.Kooh (G), R.Tachikawa (L) A.Souza (L), S.Borg (G) Imkeċċi : G.Mentz (G) Referee : Glenn Tonna Plejer tal-Logħba : Steve Borg F'partita li fuq il-karta wieħed kien jistenna li Gżira United jieħdu t-tlett punti, Santa Lucia lagħbu daqshom, u f'ħafna mumenti fil-partita, saħansita kienu aħjar minnhom. Steve Borg kellu ċans tad-deheb li jagħti dawn it-3 punti lit-tim tiegħu żda mill-ħdax-il metru, fl-aħħar sekondi tal-partita, spara għoli. Wara kważi żewġ minuti, Gżira Utd ħasdu lil Santa Lucia meta bl-ewwel azzjoni tagħhom marru fil-vantaġġ meta kross tajjeb fil-kaxxa kien attakkat minn RAPHAEL KOOH li bir-ras tefa' fix-xibka għal wieħed b'xejn. Santa Lucia jġibu r-riżultat indaqs immedjatament meta żball fil-qalba difensiva ta' Gżira Utd ħoloq paniku kbir bil-ballun jispiċċa f'saqajn REI TACHIKAWA li minn quddiem Haber ma żbaljax biex jagħmilhom 1-1 Santa Lucia komplew jattakkaw u wara biss 9 minuti mill goal tad dro marru fil-vantaġġ. Kienet azzjoni mill-isbaħ b'diversi passaġġi wara ħarba sabiħa ta' Ante Rosero, bil-ballun finalment jaqa' f'saqajn ALAN DA SILVA SOUZA li b'xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa jegħleb lil Haber għat-tieni darba. Gżira Utd kienu ferm diżappuntanti fl-ewwel 45 minuta, madankollu rajna azzjoni rari u ferm perikoluża fl-aħħar minuti tat-taqsima meta minn azzjoni ta' korner li kien mogħti minn Muscat kien Kooh li ra d-daqqa ta' ras tiegħu ferm viċin għad-dopjetta personali. L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima kienet għal Gżira meta minn korner tas-solitu Muscat, il-ballun qabeż lil Farrugia u ħabat ma' Kooh li minn quddiem ix-xibka ma' kienx ippreparat biex jikkonkludi, bil-ballun jispiċċa għoli mil-wieqfa. Gżira komplew fuq il-mument pożittiv tagħhom meta mas-siegħa logħob, Xuereb tefa' kross mill-isbaħ fil-kaxxa li kien attakkat minn De Assis, bil-ballun jispiċċa jħakkek mal-wieqfa. Fl-74 minuta, Kooh twaqqa' fil-kaxxa, b'Tonna jipponta għal penalty. Mill-ħdax il-metru nkariga ruħu STEVE BORG li ra liż-żagħżugħ Farrugia jwettaq save tajjeb iżda l-ballun jerġa' jiġi f' saqajn Borg li din id-darba ma jiżbaljax u jagħmel l-iskor 2-2. Lejn l-aħħar 10 minuti tal-partita, Kone beda azzjoni tajba fejn bi kross mill-isbaħ sab lil Davies li minn ġol-kaxxa spara għoli. Fid-90 minuta, Ments wettaq fawl ieħor, bir-referee jurih it-tieni karta safra, għal tkeċċija. Fil-ħin mogħti żejjed, Tonna ordna Penalty ieħor għal Gżira United wara li kien hemm xi imbuttatura fil-kaxxa. Mill-ħdax il-metru reġa' inkariga ruħu Borg li l-eċitament għamel bih bix-xutt jispiċċa pjuttost għoli.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/29/filmat-il-karozza-ta-romain-grosjean-tiehu-n-nar-bit-tellieqa-jkollha-tieqaf-ghal-perjodu-twil/
FILMAT: Il-karozza ta' Romain Grosjean tieħu n-nar bit-tellieqa jkollha tieqaf għal perjodu twil
netnews.com.mt
Lewis Hamilton ta' Mercedes rebaħ il-11-il titlu tal-Grand Prix fil-Bahrain, minkejja li diġa huwa kkonfermat bħala r-rebbieħ tal-istaġun tal-Formula 1 ta' din is-sena. It-tellieqa kellha terġa tibda mill-bidu, hekk kif Romain Grosjean kellhu accident ikraħ fl-ewwel dawra bir-riżultat li l-karozza saret ħuġġieġa nar wara li nqasmet min-nofs mad-daqqa. Fortunatament, Grosjean ħareġ qawwi u sħiħ mit-tifrik, iżda deher li qed isofri minn ħruq f'idejħ u fl-għaksa kif ukoll ksur fil-kustilji. Huwa kien assistit mill-mediċi fuq il-post, fejn tawh l-ewwel għajnuna, u iżjed tard ttieħed l-isptar fuq helikopter għal kura. It-tellieqa damet iżjed minn siegħa wieqfa, biex imbagħad kompliet bid-dominju assolut ta' Hamilton. Max Verstappen ta' Red Bull daħal fit-tieni post segwit minn sieħbu Alex Albon. Fir-raba' post temm Lando Norris u warajh kien hemm Carlos Sainz, it-tnejn sewwieqa ta' McLaren. Fis-sitt u s-seba' post daħlu Pierre Gasly ta' AlphaTauri u Daniel Ricciardo ta' Renault rispettivament. Vallteri Bottas ta' Mercedes, Esteban Ocon ta' Renault u Charles Leclerc ta' Ferrari għalqu l-aħħar tliet postijiet tal-ewwel għaxra.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/29/belarus-lukashenko-jindika-li-jista-iwarrab-mill-poter/
Belarus: Lukashenko jindika li jista' iwarrab mill-poter
netnews.com.mt
Il-President tal-Belarus, Alexander Lukashenko, indika li kapaċi jitlaq mill-poter. Dan wara xhur ta' protesti kontra l-President li qed ikun akkużat dwar manipulazzjoni tal-elezzjoni tas-sajf li għadda li tagħtu mandat ieħor tat-tmexxija. Lukashenko – li ilu jmexxi pajjiżu għal 26 sena – qal li hu favur li tinbidel il-Kostituzzjoni tal-Belarus, bil-għan li jonqos drastikament ir-rwol ta' kwalunkwe President futur. Hu qal ukoll li 'mhux se jkun President' ladarba r-riforma sseħħ, iżda ma ffissax data partikulari għal meta 'jista' jitlaq'. Fl-aħħar jiem, ir-Russja – li ilha s-snin tappoġġja lil Lukashenko – ħeġġitu mill-ġdid biex ikompli għaddej bir-riforma. Il-messaġġ wasal lill-President tal-Belarus mingħand il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, waqt żjara fil-kapitali, Minsk. Intant, il-kapijiet tal-Oppożizzjoni fil-Belarus qalu li l-aħħar kummenti ta' Lukashenko huma biss 'kliem intiż biex iqarraq'. Huma jemmnu li l-President 'sempliċiment qed jilgħab għaż-żmien' u meta Lukashenko ilu l-ġimgħat taħt pressjoni biex jirriżenja immedjatament mill-Presidenza. Fl-aħħar xhur, numru ta' kapijiet tal-Oppożizzjoni spiċċaw arrestati jew sfurzati li jgħixu f'eżilju – bil-pulizija tar-reġim ta' Lukashenko qed jiffaċċjaw akkużi dwar brutalità fuq id-dimostranti li ħarġu jipprotestaw kontra r-riżultat elettorali (ta' Awwissu) f'Minsk u bliet oħra tal-pajjiż.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/28/vicin-it-tmiem-ghal-ftehim-ta-brexit/
Viċin it-tmiem għal ftehim ta' Brexit
netnews.com.mt
"Ninsabu viċin ħafna għall-mument ta' deċiżjoni li jew jittieħed il-ftehim ta' Brexit jew li r-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ebda ftehim." Kien dan kliem in-negozjatur ewlieni tal-UE dwar Brexit, Michel Barnier hekk kif wasal f'Londra biex jibdew id-diskussjonijiet man-negozjatur għar-Renju Unit, David Frost. Fl-aħħar ġimgħa, id-diskussjonijiet kellhom jiġu postposti hekk kif persuna li tifforma parti mit-tim ta' negozjati tal-Unjoni Ewropea ttestja pożittiv għall-COVID-19 u għadd ta' persuni kellhom joqogħdu fi kwarantina, inkluż Barnier. Jekk ma jintlaħaqx qbil relatat ma' Brexit sal-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla, dan kapaċi jħalli konsegwenzi xejn sbieħ fuq l-ekonomija kemm tal-Ingilterra u anke tal-Unjoni. Frost qal li minkejja li ż-żmien qed jgħafas, xorta waħda għad hemm ċans biex jintlaħaq ftehim. Minn naħa tal-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson qal li l-pajjiż jinsab preparat jekk id-diskussjonijiet ma jwasslu imkien, u b'hekk għandha l-Unjoni Ewropea li tagħmel il-pass meħtieġ. unjoni ewropea //= $special ?>
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/01/hamilton-pozittiv-ghall-covid-19-u-se-jitlef-il-gp-li-jmiss/
Hamilton pożittiv għall-Covid-19 u se jitlef il-GP li jmiss
netnews.com.mt
Is-sewwieq ta' Mercedes Lewis Hamilton se jitlef il-Grand Prix li jmiss minħabba li ttestja pożittiv għall-Coronavirus. Bħalissa, is-7 darbiet champion tad-dinja jinsab f'iżolament. It-tim ħabbar li se jsib sewwieq li jkun qed joħodlu postu għat-tellieqa tal-Bahrain.
[ 1, 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/02/nicholas-muscat-u-melissa-swift-rebbieha-tal-platinum-cup/
Nicholas Muscat u Melissa Swift rebbieħa tal-Platinum Cup
netnews.com.mt
Il-Platinum Cup ta' din is-sena rat 45 plejer (30 irġiel u 15-il mara) jieħdu sehem fit-12-il logħba ta' kwalifikazzjoni li raw kompetizzjoni missielta ħafna kemm fil-kategoriji femminili kif ukoll maskili. Fil-finali tal-irġiel, Nicholas Muscat għeleb lil Mauro Anastasi fejn wara li fl-ewwel logħba Muscat rebaħ 246-207, fit-tieni logħba u dik deċiżiva, Muscat għal darb'oħra għeleb lil Anastasi 201-187 biex b'hekk sar l-iżgħar bowler li qatt rebaħ it-tazza Platinum. Fil-kategorija femminili, Melissa Swift wasslet sal-finali fejn lagħbet kontra Cynthia Frendo Duca fejn wara li rebħet l-ewwel konfront 213-170, Swift minkejja l-pressjoni tal-partita żammet kalma u għelbet lil Frendo Duca b'għaxar pins biex bħal Muscat rebħet it-tazza Platinuma għall-ewwel darba fil-karriera tagħha.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/28/segwi-l-isqof-mario-grech-jinhatar-kardinal/
SEGWI: L-Isqof Mario Grech jinħatar Kardinal
netnews.com.mt
Fil-Belt tal-Vatikan, il-Papa Franġisku s-Sibt ħatar lit-13-il Kardinal gdid, fosthom lil dak Għawdxi, l-E.T Mario Grech. Il-Kardinal Elett Malti indirizza lill-Papa hu stess f'isem il-Kardinali kollha. Dan il-privileġġ ġie fdat f'idejn l-Isqof Grech minħabba l-fatt li fil-25 ta' Ottubru li għadda, meta l-Papa ħabbar l-ismijiet tal-Kardinali l-ġodda, l-isem ta' Mons. Mario Grech kien l-ewwel li ssemma fil-lista ta' 13-il Kardinal-Elett. Il-Papa fetaħ il-Konċistorju billi ta merħba lill-Kardinali-Eletti, għamel talba, u qara l–Vanġelu minn SMark 10, 32-35. Anki fil-mument tal-ħatra, l-Isqof Mario Grech kien l-ewwel wieħed li inħatar uffiċjalment Kardinal. Il-Papa qara l-formula tal-ħatra, semmihom wieħed wieħed, u ħabbar dawk li huma msejħa l-Ordni Presbiterali jew Djakonali li se jkunu assenjati lil kull wieħed. Imbagħad, il-Kardinali, wieħed wara l-ieħor, għamlu l-professjoni tal-fidi u ħadu l-ġurament. Il-Kardinali, imbagħad, resqu wieħed wara l-ieħor quddiem il-Papa. Il-Papa libbishom l-beritta kardinalizja ħamra u tahom iċ-ċurkett kardinalizju.L-użu tal-kulur aħmar huwa simbolu tar-rieda tal-kardinali li għandhom ikunu lesti li jxerdu demmhom għall-Knisja. Kif telgħu t-tlettax, il-Papa ħabbar it-titlu jew id-djakonija tal-Knisja f'Ruma li jinngħataw… b'Monsinjur Mario Grech jingħata il-Bażilika Djakonali ta' San Kożma u Damjan f'Ruma ; ta l-Bolla tal-ħatra lil kull kardinal, ta l-paċi u, fit-tmiem, ingħatat l-Missierna.
[ 13 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/02/george-russell-se-jiehu-post-lewis-hamilton-ghall-grand-prix-tal-bahrain/
George Russell se jieħu post Lewis Hamilton għall-Grand Prix tal-Bahrain
netnews.com.mt
Is-sewwieq ta' Williams George Russell se jkun qiegħed isuq għal Mercedes fi tmiem il-ġimgħa wara li s-seba' darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1 Lewis Hamilton irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Mercedes laħqu ftehim ma' Williams sabiex Russell ikun jista' jsuq minflok Lewis Hamilton fit-tieni tellieqa li se ssir fil-Bahrain bis-sewwieq tal-Formula 2 Jack Aitken se jkun qiegħed isuq minflok Russell għal Williams. Is-sewwieq ta' 22 sena diġa kien saq bħala xufier riserva għal Mercedes u kien iddebutta fil-Formula 1 is-sena li għaddiet ma' Williams. F'messaġġ fuq il-midja soċjali, Russell qal li jħossu iffortunat li ġietu l-opportunità li fi staġun wieħed se jkun saq għal żewġ timijiet differenti fil-Formula 1. Romain Grosejan joħroġ mill-isptar Is-sewwieq ta' Haas Romain Grosjean ħareġ mill-isptar aktar kmieni wara l-ħruq li sofra f'partijiet minn ġismu kawża tal-inċident li kellhu nhar il-Ħadd waqt l-ewwel Grand Prix minn tnejn li qed isiru fil-Bahrain. F'dik li setgħat kienet l-aħħar tellieqa għal Grosjean fil-Formula 1, minħabba li Haas aktar kmieni kkonfermaw li se jibdlu s-sewwieqa ftit qabel tmiem l-ewwel dawra Grosejan kellu impatt ma' karozza oħra fejn tilef il-kontroll u ħabat mal-barrikati b'konsegwenza li l-karozza tiegħu ħadet in-nar b'postu fi tmiem din il-ġimgħa se jkun qed jimtela' mis-sewwieq riserva ta' Haas Pietro Fittipaldi. Mick Schumacher se jsuq għal Haas fl-istaġun li ġej It-tifel tal-leġġenda tal-Formula 1 Michael Schumacher, Mick Schumacher se jkun qiegħed isuq għal Haas fl-istaġun li ġej fil-Formula 1. Schuamcher li għad għandu 21 sena bħalissa jinsab fuq quddiem nett fil-klassifika tas-sewwieqa tal-Formula 2 fejn irnexxielu jtemm għaxar darbiet fuq il-podju. Haas ħabbru wkoll li flimkien ma' Schumacher fit-tim, fl-istaġun li ġej se jkun qiegħed jingħaqad ukoll Nikita Mazepin li se jkunu qed jieħdu post Romain Grosjean u Kevin Magnussen Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/30/kristiansen-ma-jlissinx-kelma-mal-pulizija-dwar-il-kaz/
Kristiansen ma jlissinx kelma mal-Pulizija dwar il-każ
netnews.com.mt
Id-Daniż Jesper Kristiansen ta' 30 sena li huwa tielet suspettat fil-qtil doppju ta' Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski, ma lissen l-beda kelma mal-Pulizija meta dan ġie interrogat mal-wasla tiegħu minn Spanja, l-pajjiż li minnu ġie estradit lura lejn Malta wara l-ħarba tiegħu lejn Barcelona. Meta bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront tiegħu quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud ħareġ li l-Pulizija kienet ħamlet kuntatt ma' ħabib tal-akkużat li qalilhom li Jesper Kristiansen kien qed jgħix mat-tfajla Ungeriża f'tas-Sliema. Il-Pulizija kienet marret tkellimha u t-tfajla qaltilhom li huwa kien telaq minn Malta fit-28 ta' Awwissu fis-6.30am fuq titjira ta' Ryanair. Madankollu ma kinetx taf għal liema destinazzjoni. Dan it-tagħrif ħareġ mix-xhieda tas-Supretendent James Grech li fost oħrajn xehed dwar kif ġie mgħarraf bil-qtil doppju tat-18 ta' Awwissu 2020 fi Triq Locker f'Tas-Sliema u kif wasslu għat-tliet suspettati mill-investigazzjonijiet li saru, fost oħrajn minn diversi filmati ta' cameras tas-sigurtà. Tenna li l-Albaniż Daniel Muka kien arrestat fil-25 ta' Awwissu fil-Furjana. Meta kien interrogat mill-Pulizija, Muka ammetta li kien preżenti dak inhar tal-qtil u ta lill-Pulizija informazzjoni dwar iż-żewġ persuni l-oħra. Muka qal li kienu t-tnejn l-oħra li sparaw mhux hu. Qal l-ewwel lill-Pulizija qalilhom li kien Jesper li spara u mbagħad qalilhom li kien Victor Dragomanski li bħal Muka huwa akkużat ukoll b'dan il-qtil doppju. Madankollu mill-investigazzjoni rriżulta li kien hemm żewġ persuni fir-residenza qabel kienu sparati t-tiri u dawn kienu Daniel Muka u Jesper Kristiansen. Victor Dragomanski baqa' fil-karozza barra, kif anke kemm il-darba huwa qal dan lill-Pulizija. Is-Supretendent Grech qal ukoll li Victor Dragomanski kien arrestat fis-26 ta' Awwissu u lill-Pulizija qalilhom li kien miexi bil-kelb meta Muka u Jesper waqfuh u talbuh imur magħhom għal biċċa xogħol li ma kellux idea x'kienet.. Mill-investigazzjonijiet irriżulta li dak inhar tad-delitt, Victor Dragomanski baqa' fil-karozza u wara li nstemgħu t-tiri, ħareġ għalih Jesper u meta daħlu flimkien fir-residenza u raw lil Pandolfino jieħu l-aħħar nifsijiet u lil Daniel Muka kien jinsab fis-sular ta' fuq. Qal li Daniel Muka tressaq il-Qorti fis-27 ta' Awwissu u Victor Dragomanski fit-28 ta' Awwissu. Kienu bdew isiru sforzi biex isibu lil Jesper fir-residenza reġistrata fil-Gżira iżda skoprew li kien ilu li ħareġ mir-residenza x-xhur. Is-Supretendent Grech qal li minn filmati li elevaw mill-ajruport, raw lil Jesper Kristiansen u immedjatament ħarġu mandat ta' arrest. Saħaq Jesper Kristiansen kien arrestat fi Spanja fit-30 ta' Awwissu. Żied li minn Spanja bagħatulhom il-'fingerprints' tiegħu u dawn qablu mal-'fingerprints' li sabu fuq bieba tal-vettura li ntużat fil-qtil. Qal li huwa nġieb Malta fid-19 ta' Novembru, u mal-Pulizija baqa' sieket. Għall-akkużat deher l-Avukat Stefano Filletti filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent James Grech u l-Ispettur Colin Sheldon. Il-kumpilazzjoni tkompli għada fid-9.00am.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/30/iran-isir-il-funeral-tax-xjenzat-maqtul-bir-regim-izlamiku-jinsisti-ghal-tpattija/
Iran: Isir il-funeral tax-xjenzat maqtul, bir-reġim Iżlamiku jinsisti għal 'tpattija'
netnews.com.mt
L-ogħla ġerarkija fl-Iran organizzat il-funeral tax-xjenzat ewlieni, Mohsen Fakrizadeh, li spiċċa assassinat nhar il-Ġimgħa f'attakk li d-dettalji tiegħu għadhom xi ftit konfużi. Sadanittant, l-Iran qed ikompli jakkuża lil Iżrael għall-qtil tax-xjenzat u wieħed, issa, qed jistenna r-reazzjoni tar-reġim Iżlamiku f'Tehran. Dan meta l-Ministru tad-Difiża Iranjan, Amir Hatemi, għamilha ċara li 'pajjiżu se jivvendika l-qtil ta' Fakrizadeh' waqt li 'ikompli bix-xogħol li hu kien qed iwettaq'. L-aħħar indikazzjonijiet huma li l-qattiela tax-xjenzat użaw 'tagħmir elettroniku' għall-attakk u ma kenux preżenti fuq il-post. Filwaqt li l-Iżraeljani ma kummentawx dwar il-qtil inkella dwar il-kummenti rabbjużi tal-Iranjani, l-awtoritajiet f'Ġerusalemm jaħsbu li Mohsen Fakrizadeh kien qed jissorvelja programm sigriet tal-Iranjani għall-iżvilupp tal-armamenti nukleari. L-Iran qed jenfasizza li l-programm nukleari tiegħu – kuntrarju għall-allegazzjonijiet ta' Iżrael – hu intiż għal proġetti domestiċi u mhux għal gwerra. Iċ-ċerimonja funebri għal Fakrizadeh saret fil-Ministeru tad-Difiża fil-kapitali Iranjana – bil-katavru, wara, jitwassal f'ċimiterju lejn in-naħa ta' fuq ta' Tehran. Il-filmati mit-Televiżjoni tal-Istat urew it-tebut tax-xjenzat imkeffen fil-bandiera tal-Iran waqt li kien qed jinġarr mit-truppi u minn xi uffiċjali Iranjani ewlenin, fosthom il-Kmandant tal-Gwardjani Rivoluzzjonarji, il-Ġeneral Hossein Salami; il-Kap tal-Proġett Nukleari Ali Akbar Salehi u l-Ministru għall-Affarijiet Sigrieti, Mahmoud Alavi.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/02/thomas-bach-mhx-se-jkun-kontestat-fl-elezzjoni-ghall-presidenza-tal-ioc-tas-sena-d-diehla/
Thomas Bach mhux se jkun kontestat fl-elezzjoni għall-Presidenza tal-IOC tas-sena d-dieħla
netnews.com.mt
Thomas Bach għandu jerġa' jkun elett President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali mingħajr oppożizzjoni s-sena d-dieħla wara li l-Moviment Olimpiku kkonfermah bħala l-uniku kandidat għar-rwol. Bach, li sar President tal-Kumitat Olimpiku internazzjonali fl-2013, kien ikkonferma li lest joqgħod għat-tieni mandat matul is-Sessjoni virtwali li saret f'Lulju. Kif kien mistenni b'approvazzjoni unanima li Bach jibqa' mhux ikkontestat u dak kien konfermat wara li sal-ġurnata tal-għeluq tal-kandidaturi huwa kien l-uniku uffiċjal li ressaq in-nomina tiegħu. Bach se jingħata t-tieni u l-aħħar mandat fit-tmexxija tal-KOI fis-137 Sessjoni li għandha ssir f'Ateni, mill-10 sat-12 ta 'Marzu 2021. Is-Sessjoni fil-kapitali Griega huwa ttamat li għaliha jkunu jistgħu jattendu id-delegati iżda Bach u l-KOI ammettew li tista 'ssir virtwalment skond l-iżvilupp tal-pandemija tal-coronavirus . Thomas Bach, id-disa ' President tal-KOI, se jtemm il-mandat tiegħu fl-2025 u se jibda l-aħħar perijodu ta' erba 'snin fit-tmexxija tal-organizzazzjoni wara l-għeluq tal-Logħob Olimpiku Tokyo 2020 pospost fit-8 ta' Awwissu 2021. Bach li għandu 66 sena rebaħ medalja olimpika fil-fencing meta kellu 37 u serva f'bosta rwoli, inkluż 11-il sena bħala viċi-president, qabel ma gie elett President wara l-Belgjan Jacques Rogge fis-Sessjoni li kienet saret seba' snin ilu fi Buenos Aires.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/28/fghawdex-is-suppliment-dwar-il-kardinal-mario-grech-jista-jinkiseb-ghada-wkoll/
F'Għawdex: Is-suppliment dwar il-Kardinal Mario Grech jista' jinkiseb għada wkoll
netnews.com.mt
B'talba ġenerali, partikolarment mill-gżira ta' Għawdex, id-direzzjoni ta' IN-NAZZJON tħabbar li s-suppliment dwar il-Kardinal-Elett Mario Grech li tqassam ma' In-Nazzjon tal-lum, se jkun ripetut għada l-Ħadd bla ħlas mal-gazzetta IL-MUMENT mill-ħwienet ta' Għawdex. "Importanti li l-fjamma tal-fidi fi Kristu tibqa' tixgħel fil-qlub tagħna" – il-Kardinal Elett Mario Grech Ikkummenta
[ 13 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/30/se-jigu-prezentati-imma-mhux-mistennija-jinqraw-l-konverzazzjonijiet-fuq-whatsapp-ta-yorgen-fenech/
Se jiġu preżentati imma mhux mistennija jinqraw l-konverżazzjonijiet fuq WhatsApp ta' Yorgen Fenech
netnews.com.mt
Kollox jindika li meta llum wara nofs inhar se tkompli l-kumpilazzjoni ta' Yorgen Fenech mixli b'kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tliet snin ilu għandhom jiġu ppreżentati l-konverżazzjonijiet ta' l-istess Fenech fuq WhatsApp. Dawn se jiġu preżentati mill-uffiċjali tal-Europol li bħalissa jinsabu Malta. Minn informazzjoni li għandna kollox jindika li mhumiex se jinqraw fil-Qorti imma se jiġu esebiti 'l hekk imsejjħa dokumenti elettroniċi lill-Maġistrat Rachel Montebello. Yorgen Fenech qed jiġi mixli b'kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista, li seħħ fis-16 t'Ottubru tal-2017 fil-Bidnija. Hija nqatlet b'karozza bomba ftit 'il bogħod minn darha stess. Il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Fenech għandha tkompli llum u ssegwi seduta oħra nhar l-Erbgħa, meta uffiċjali tal-Europol għandhom jixhdu fil-Qorti. Il-Europol qiegħda tgħin lit-task force Maltija li twaqqfet biex tinvestiga dan il-każ. F'Malta l-investigazzjonijiet dwar il-qtil qegħdin jitmexxew mis-Supretendent tal-Pulizija Is-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra. Is-Supretendent Arnaud qal il-ġimgħa l-oħra li l-analiżi tad-data meħuda mill-apparat ta' Fenech qed tieħu x-xhur għax hija voluminuża. Dwar il-Europol, fix-xhieda tiegħu Arnaud spjega li qabel il-pandemija l-investigaturi kienu jkunu Malta, iżda mindu faqqgħet il-pandemija, ikollhom kuntatt online biex jagħtu aġġornamenti lil xulxin. Kien hemm ukoll uffiċjali Maltin marru jżuru lill-Europol barra minn Malta biex jgħinu lil xulxin fl-analiżi tal-informazzjoni, anke permezz tat-traduzzjoni ta' xi messaġġi. Waqt il-kumpilazzjoni u anke fl-Inkesta ta' Daphne Caruana Galizia, l-ġimgħa l-oħra ħareġ li fuq mowbajl minnhom, hemm 150,000 ritratt li se jwasslu għal aktar investigazzjonijiet. L-Avukati Therse Comodini Cachia u Jason Azzopardi qegħdin jidhru fil-każ għall-familja Caruana Galizia.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/02/il-gappun-misenni-jhalli-masses-ta-nies-jattendu-l-olimpjadi-ta-tokjo/
Il-Ġappun mistenni jħalli masses ta' nies jattendu l-Olimpjadi ta' Tokjo
netnews.com.mt
Wara li ġew posposti minħabba l-pandemija tal-coronavirus fis-sajf li għadda, tkomplew it-tħejjijiet għall-Olimpjadi ta' Tokjo li se jsiru fis-sajf li ġej. Wieħed mir-rivisiti ewlenin fil-Ġappun qal li l-pajjiż se jkun qiegħed iħalli masses kbar ta' nies jattendu l-Olimpjadi mingħajr obbligu li jkunu ħadu l-vaċċin jew li joqogħdu fi kwarantina. Is-CEO tal-Kumitat Organizzativ tal-Olimpjadi Toshiro Muto qal li l-miżuri li jridu isegwu dawk li se jkunu qed jattendu għall-Olimpjadi se jkunu qed jiġu mħabbra fl-istaġun tar-rebbiegħa. Jidher li dawk li se jkunu qed jattendu se jkunu obbligati iżda li jipprovdu test negattiv tal-coronavirus kif ukoll iniżżlu fuq il-mowbajl tagħhom apps relatati mat-twaqqif tal-pandemija. L-użu tal-maskri se jkunu obbligatorju kif ukoll li tinżamm id-distanza soċjali. Il-parteċipanti se jkunu ttestjati b'mod regolari Diversi rapporti fil-Ġappun qed jindikaw li l-atleti u l-parteċipanti tal-Olimpjadi se jkunu qed jiġu ttestjati għall-coronavirus kull ebra' t'ijiem bl-għan li jitnaqqas kull forma ta' riskju li xi atleta jkun pożittiv u jiħallat ma' atleti oħra.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/30/valletta-mhux-se-jghagglu-fid-decizjoni-ta-kowc-gdid-bgilbert-agius-ghalissa-se-jkun-responsabbli/
Valletta mhux se jgħaġġlu fid-deċiżjoni ta' kowċ ġdid, b'Gilbert Agius għalissa se jkun responsabbli
netnews.com.mt
L-għada li Jesmond Zerafa ħabbar fuq Replay (Net Television) li kien qiegħed jirreżenja minn kowċ ta' Valletta Football Club , matul il-ġurnata tal-lum ma waqfux l-ispekulazzjonijiet b'ismijiet ta' kowċis li jistgħu jassumu l-kariga ta' kowċ ta' dan it-tim. Madankollu kelliem għall-kumitat ta' Valletta, li tkellem ma' Replay, qal li m'hemm ebda persuna favorita jew li qed tiġi kkonsidrata fil-mument, biex tieħu t-tmexxija teknika tat-tim, għaliex il-klabb mhux se jkun qed jgħaġġel biex jieħu din id-deċiżjoni. Il-kumitat ta' Valletta se jkun qed jiltaqa' għata t-Tlieta, biex fost l-oħrajn jiddiskuti din il-kwistjoni, pero jidher ċar li l-ħsieb hu li l-assistant kowċ tat-tim, Gilbert Agius għalissa jieħu r-responsabiltá kollha bħala kowċ. Dan ifisser li għall-partita tant mistennija ta' nhar il-Ħadd li ġej, bejn Valletta u ċ-champions Floriana FC , il-Beltin se jitmexxew mill-eks plejer internazzjonali Malti, li lagħab viċin il-500 partita ma' Valletta u rebaħ fost l-oħrajn tmien Kampjonati mat-tim tal-Belt Kapitali. Hu mifhum ukoll li għalkemm f'sezzjoni oħra tal-media, bdew jissemmew diġa' diversi ismijiet ta' kowċis prospettivi, għar-rwol ta' kowċ ta' Valletta, fil-veritá l-għażla numru wieħed tal-klabb fil-mument hi li Agius jibqa' fit-tmexxija, kemm il-darba l-istess Agius jaċċetta. Għalkemm f'ċirkostanzi differenti, dan ix-xenarju diġa' seħħ fil-klann Belti, meta lejn l-aħħar tal-istaġun 2018/19 kien spiċċa Danilo Doncic minn kowċ u Agius assuma l-kariga għall-aħħar ftit partiti tal-Kampjonat. Dak in-nhar, Agius kien promoss minn assistant kowċ għal kowċ ta' Valletta, u Stefan Giglio kien inħatar bħala assistant kowċ. Valletta kienu waslu biex rebħu l-Kampjonat Premier b'decider kontra Hibernians F.C. , li kien deċiż bil-penalties.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/30/qormi-daikin-u-gree-sliema-fil-finali-tac-challenge-cup-tal-hockey/
Qormi Daikin u Gree Sliema fil-finali taċ-Challenge Cup tal-Hockey
netnews.com.mt
L-ewwel kompetizzjoni mill-assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey waslet viċin it-tmiem hekk kif nhar il-Ħadd 6 ta' Diċembru se tintlgħab il-finali taċ-Challenge Cup. Fid-9.00am, Floriana Young Stars u White Hart jiġġieldu għat-tielet post, filwaqt li fil-11.00am, Qormi Daikin u Gree Sliema Hs jissieltu għat-titlu u jikkontestaw għal Malta Sport Journalist Association Cup. Minkejja li Qormi u Sliema kienu l-favoriti li jgħaddu għal finali, s-semi finali ma kinitx logħba faċli għalihom fejn kellhom idawru r-riżultat wara li kienu minn taħt. Is-semifinali ta' Qormi Daikin kontra Floriana Young Stars bdiet kif kien mistenni b'Juan Sarcia poġġa lil Qormi fuq quddiem mal-ewwel kwart, vantaġġ li żammew sal-aħħar tal-ewwel taqsima. Young Stars żiedu fl-intensita u Julian Farrugia ġab id-dro qabel tmiem it-tielet kwart. Qormi dehru li tilfu r-riedni tal-partita u Young Stars kisbu l-vantaġġ fil-bidu tal-aħħar kwart permezz ta' Andre Cassar. Qormi rebħu penalty wara fowl fuq Williams, b'Sarcia jerġa jdawwar l-iskor fi draw. Iċ-champions renjanti kisbu l-gowl deċiżiv żewġ minuti qabel it-tmiem permezz tal-captain Tanti. Ir-referees tal-partita kienu David Aguis u Paul Brincat. Gree Sliema bdew l-ewwel kwart ħażin fejn spiċċaw minn taħt wara gowl ta' Paul Torpiano għal White Hart. Sal-aħħar tat-tieni kwart, Sliema rnexxielhom jikbsu d-draw minn gowl ta' Silas Plaehn. White Hart iddefendew tajjeb fit-tielet kwart fejn ma sar l-ebda gowl. Fir-raba' u l-aħħar kwart, id-difiża ta' White Hart sfat megħluba minn żewġ gowls ta' Christ Aguis u Julian Zahra, biex poġġew lil Sliema fil-finali. Il-konfront kien ikkontrollat minn Edward Hughes u Karl Chircop.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/30/moderna-zviluppi-pozittivi-lejn-vaccin-kontra-l-coronavirus/
Żviluppi pożittivi lejn vaċċin kontra l-coronavirus
netnews.com.mt
Il-kumpanija Amerikana Moderna applikat għall-approvazzjoni regolatorja tal-vaċċin tagħha għal kontra l-Covid-19, bit-tama li l-vaċċin ikun rakkmandat għal proċessi ġenerali ta' tilqim. Il-Food and Drug Administration tal-Istati Uniti għandha tanalizza d-data tal-provi għall-vaċċin mRNA qabel tiddeċiedi jekk il-vaċċin hux sikur u effettiv biżżejjed għall-awtorizzazzjoni ta' emerġenza. L-istudji kliniċi qegħdin juru li t-tilqima ta' Moderna għandha effettività ta' 'il fuq minn 94 fil-mija f'dik li tirrigwarda protezzjoni kontra l-mard mill-Covid-19. Dan waqt li l-Pfizer, kumpanija Amerikana oħra li produċiet tilqima simili, diġà applikat għall-istess ċertifikat ta' approvazzjoni mingħand l-awtoritajiet fl-Istati Uniti.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/29/is-sitwazzjoni-prezenti-fl-isptar-mater-dei/
Is-sitwazzjoni preżenti fl-Isptar Mater Dei
netnews.com.mt
Id-direttivi maħruġa għall-infermieri mill-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel jistgħu jpoġġu għarkupptejh lill-Isptar Mater Dei f'nofs din it-taqbida mal-pandemija. Hekk qal lis-Sunday Times of Malta, iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Emerġenza Michael Spiteri, li spjega kif id-direttivi – li twaqqfu temporanjament b'ordni mill-Qorti – jaf ikollhom impatt serju mhux biss fuq l-andament tal-Isptar innifsu, iżda fuq saħħet il-pazjenti. Fid-direttivi ordnati mill-MUMN, l-Infermiera kienu mitluba ma jittrasferrixxux pazjenti bejn żona u oħra tal-Isptar, kif ukoll li ma jirrapportawx ħsarat fis-swali.. Iżda Spiteri insista li l-koordiment u l-komunikazzjoni fi sptar hi essenzjali, anke meta d-direttivi qalu wkoll li l-Infermieri ma kellhomx jagħtu hand-over lil xulxin. Madankollu, il-President tal-MUMN Paul Pace insista li preżentament l-Infermieri qed isibu ma' wiċċhom ħafna trufijiet, b'responsabbiltajiet enormi mitluba minnhom, inkluż xogħol żejjed li fil-verità mhux suppost qed iwettquh huma. Pace saħaq li l-Infermieri huma mgħobbijin b'xogħol żejjed, għajjiena u mingħajr tama realistika li xi darba dan kollu se jintemm fil-futur qrib. Għaldaqstant, qal li tal-anqas, huma qed jistennew li l-Gvern ta' Abela jismaghhom u jistmaghhom b'mod serju. Minflok, Pace argumenta li l-Gvern qed jipprova jixħet id-difetti kollha li hemm fl-Isptar Mater Dei fuq l-Unjin biex jagħlqilha ħalqha.
[ 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/01/konferma-li-fil-habs-hemm-siggu-li-jintrabtu-mieghu-l-prigunieri/
Konferma li fil-ħabs hemm siġġu li jintrabtu miegħu l-priġunieri
netnews.com.mt
Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri kkonferma li fil-Ħabs ta' Kordin hemm siġġu li miegħu jintrabtu l-priġunieri. Fil-ħin tal-mistoqsijiet, id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami staqsa lill-Ministru tal-Intern biex jikkonferma rapporti fil-media li fil-ħabs hemm siġġu tal-kastiġ li miegħu jintrabtu l-priġunieri u jingħataw kastig. Il-Ministru Camilleri qal dan is-siġġu ntuża biss darba fuq parir ta' tabib f'każ ta' priġunier li kien aggressiv u ntuża biex dan la jweġġa' hu u lanqas iweġġa' lil ħaddieħor. Hu sostna li fil-Ħabs ta' Kordin illum hemm 900 persuna , li 300 minnhom huma Maltin; dan qed iġib sfidi kbar. Id-deputat Nazzjonalista sostna li fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Camilleri kien qed jikkonferma r-rapporti fil-media. Il-Ministru Camilleri ċaħad li kien qed jikkonferma li fil-ħabs kien hemm siġġu li miegħu l-ħabsin jintrabtu għarwenin bħala kastig.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/29/covid-19-143-kaz-gdid-ifiqu-139/
COVID-19: 143 każ ġdid – ifiqu 139
netnews.com.mt
Tkompli tissokta l-pressjoni fuq il-mediċi u l-professjonisti tas-saħħa wara li fl-aħħar sebat ijiem l-każi ġodda żiedu għal 828. Dan wara li fuq il-paġna ta' Facebook ta' Saħħa ġie mħabbar li fl-aħħar 24 siegħa l-Gżejjer Maltin irreġistraw 143 każ ġdid sabiex minn Marzu 'l hawn pajjiżna kellu total ta' 9,969każ. Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa fiequ 139 sabiex it-total jammonta għal 7,557 nies mfejqa mill-virus. Intant, mill-108 każ imħabbra tul il-jum tas-Sibt; 22 każ kienu qraba ta' persuni li ttestjaw pożittiv preċedentament, 4 każi minn fuq il-post tax-xogħol u żewġ każi ta' kuntatt dirett ma' persuni pożittivi. Dan ifisser li 80 persuni ma kellhomx idea minn fejn jew mingħand min ġew infettati. Dan kollu filwaqt li l-Gżejjer Maltin s'issa sofrew 133 vittma tal-virus qerriedi.
[ 1, 8 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/30/eks-plejer-ta-napoli-li-laghab-ma-maradona-jitkellem-dwar-il-leggenda-argentina-freplay/
Eks plejer ta' Napoli li lagħab ma' Maradona jitkellem dwar il-leġġenda Arġentina f'Replay
netnews.com.mt
Fl-aħħar jiem, l-istazzjonijiet televiżivi ewlenin fid-dinja, partikolarment dawk sportivi, iddedikaw ħafna mill-ħin tagħhom biex iselmu l-memorja tal-leġġenda tal-futbol internazzjonali, Diego Armando Maradona li miet nhar l-Erbgħa li għadda. Ma setgħax jonqos li l-istazzjonijiet il-kbar u li huma segwiti minn miljuni ta' nies, ma jkollhomx diskussjonijiet bil-parteċipazzjoni ta' individwi magħrufa, mill-passat tal-futbol internazzjonali u li kellhom esperjenzi diretti mal-eks plejer internazzjonali Arġentin. Replay jiddiskuti l-karriera ta' Maradona ma' plejers li lagħbu miegħu u kontra tiegħu Anke f'Malta, il-programmi sportivi fuq l-istazzjonijiet televiżivi selmu l-memorja ta' Maradona, b'filmati mill-karriera sabiħa ta' 'El Pibe de Oro' u b'diskussjoni fuq livell lokali, skont kif jiftakruħ il-Maltin li kienu jsegwuħ fuq it-televiżjoni meta kien jilgħab. Madankollu l-programm dwar il-futbol lokali ta' nhar ta' Ħadd filgħaxija, Replay fuq Net Television, il-bieraħ issorprenda lill-udjenza tiegħu, meta sellem u fakkar il-memorja ta' dan il-plejer b'diskussjoni bis-sehem dirett ta' żewġ eks plejers li lagħbu miegħu, fl-istess tim kif ukoll kontra tiegħu, f'żminijiet differenti tal-karriera ta' Maradona. Veru każ li t-tmexxija ta' Replay kompliet tagħti prova tal-professjonalità u l-organiżazzjoni li jitmexxew il-programmi Replay fuq Net Television. F'ġimgħa fejn id-dinja kollha qed tiddiskuti il-ħajja u l-karriera kalċistika ta' dan il-plejer, Replay ħadet id-diskussjoni f'livel għoli u superjuri bil-parteċipazzjoni ta' żewġ personalitajiet internazzjonali li kellhom esperjenzi u relazzjoni diretta ma' Maradona. Giacchetta – Jiddebutta fis-Serie A ma' Napoli, b'gowl deċiżiv f'azzjoni ma' Maradona Waqt din id-diskussjoni, il-presentatur tal-programmi Replay, Christian Micallef tkellem b'kollegament awdjo-viżwali u dirett mal-eks plejers Simone Giacchetta u Sergio Soldano. Giacchetta għal staġun ma' Napoli, fl-istess tim ta' Maradona, fl-istaġun 1988/89, meta Napoli ta' Maradona kienu temmew fit-tieni post fis-Serie A, finalisti telliefa tal-Coppa Italia iżda rebħu l-Coppa UEFA. Ta' 19-il sena, Giacchetta kien idebutta fis-Serie A, fl-istess tim ta' Maradona u fl-ewwel partita tiegħu, kien skorja l-gowl tar-rebħa kontra Atalanta. Giacchetta, li f'Replay tkellem dwar l-esperjenzi tiegħu ma' Maradona speċjalment dawk li għex miegħu fid-dressing room, kien issieħeb lil Napoli fis-sajf tal-1988 mingħand Civitanovese, bl-għan speċifiku li jservi ta' riserva għal tliet plejers partikolari; Andrea Carnevale, Maradona u Careca. Simone Giacchetta meta kien ma' Napoli Soldano – tal-istess età ta' Maradona u kien miegħu fl-iskwadra selettiva tal-Arġentina Fil-każ ta' Soldano, dan jaf lil Maradona minn qabel Giacchetta anke għaliex għandu l-istess età bl-eżatt, 60 bħal Maradona. Soldano hu Arġentin, u riċentament kien parti miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, fejn serva bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-17-il sena. Soldano għex esperjenzi uniċi ma' Maradona, kemm bħala plejer li lagħab kontra tiegħu fil-bidu nett tal-karriera tiegħu fl-Arġentina, iżda ukoll kien wieħed mill-plejers fl-iswadra selettiva tat-tim nazzjonali Arġentina, lejn l-aħħar tas-snin 70, u li kien hemm fiha Maradona. Sergio Soldano fil-bidu nett tal-karriera tiegħu fl-Arġentina Id-diskussjoni simultanja ma' dawn iż-żewġ eks plejers, li iżda llum għadhom involuti fil-futbol fuq livell amministrattiv, kienet waħda mill-aktar interessanti u segwita b'interess mill-pubbliku sportiv Malti. Fil-każ ta' Giacchetta, illum hu d-Direttore Sportivo tal-klabb fil-Lega Pro fl-Italja, Albinoleffe filwaqt li Soldano jaħdem internazzjonalment fil-livell tal-grassroots. Ara l-parti f'Replay fejn jitkelmu Giacchetta u Soldano Sabiex issegwi din il-parti tad-diskussjoni li xxandret f'Replay tal-bieraħ filgħaxija, u li tmexxiet bit-Taljan peress li ż-żewġ mistiedna speċjali jitkelmu aħjar b'din il-lingwa, agħfas hawn . Replay qed ikompli jkun innovativ u oriġinali fil-kontenut li jwassal F'kummenti li ta lil dan is-sit wara l-programm tal-bieraħ il-producer eżekuttiv u presentatur tal-programmi Replay, Christian Micallef, hu tenna s-sodisfazzjon tiegħu li Replay, grazzi għal ħidma kbira anke fuq livell internazzjonali, irnexxilu jagħmel programm ieħor interessanti fejn "konna kapaċi niddiskutu l-karriera ta' Maradona fuq l-istess livell ta' kif iddiskutweha l-programmi sportivi 'l kbar fid-dinja." Micallef żied jgħid ukoll, li "fil-verità kont prudenti ħafna milli nirreklama din il-parti tal-programm qabel Replay tal-bieraħ, għaliex peress li dawn l-interventi kienu diretti, bżajt li setgħa jkolna xi problema teknika jew xi ħaġa oħra, u l-interventi awdjo-viżwali kif kelna, kienu jfallu, iżda ma kienx il-każ. Irnexxilna nkomplu ngħollu l-profil tad-diskussjoni fil-programm tagħna u nkunu kreattivi biżżejjed li nagħtu u nwasslu l-valur miżjud fil-kontenut tagħna għall-udjenza li ssegwina ta' kull ġimgħa. Dawn it-tip ta' programmi huma parti minn katina ta' programmi oħra professjonali u ta' livell li ġimgħa wara l-oħra qed inwasslu permezz ta' Replay. Għalhekk nixtieq nirringrazzja lit-tim kollu tiegħi, lill-ħaddiema ta' Net Television kif ukoll lill-isponsors tal-programmi Replay, li huma ta' appoġġ kbir fit-twetiq tal-ħidma tagħna."
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/29/zewg-presidenti-godda-ghal-m-d-a-u-l-m-bs-a/
Żewġ presidenti ġodda għal M.D.A u l-M.B&S.A
netnews.com.mt
Fis-seba' programm SPORT EXTRA fl-iskeda fuq NetTelevision li ser jixxandar illum fl-4.00 pm tkompli s-serje ta' presidenti ġodda li minn din is-sena ħadu t-tmexxija tal-assoċjazzjoni rispettiva. Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli ltaqa' mal-president il-ġdid tal-Malta Darts Association – RODERICK ZAMMIT li ftit tal-ġimgħat ilu kien elett flok Edward Bonnici li ma kompliex fil-kariga wara snin twal bħala President. Ġranet wara li kien elett bħala President tal-Malta Billiards & Snooker Association, IVAN BRINCAT huwa l-mistieden fit-tieni parti tal-programm . Fl-istess waqt flimkien mal-cameraperson Joe Sultana wieħed jista' jara wkoll l-ambjent professjonali kemm fi ħdan il-Malta Darts Association kif wkoll fis-settur tal-billiards u snooker. SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Charles Camenzuli b'muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/11/28/hamilton-jirbah-il-pole-position-fil-bahrain/
Hamilton jirbaħ il-Pole Position fil-Bahrain
netnews.com.mt
Ġimgħatejn wara li sar champion tad-dinja tal-Forumla 1 għas-seba' darba, Lewis Hamilton ta' Mercedes kiseb il-Pole Position fil-Bahrain International Circuit biex b'hekk se jibda minn quddiem nett fit-tellieqa ta' għada. Wara Hamilton, temm sieħbu fit-tim Valtteri Bottas li se jibda mit-tieni post filwaqt li s-sewwieq ta' Red Bull Max Verstappen se jibda mit-tielet post. Alexander Albon ta' Red Bull ukoll, se jibda mir-raba' post u se jkun segwit mis-sewwieq ta' Racing Point Sergio Perez. L-Awstraljan Daniel Ricciardo se jkun qed jibda mis-sitt post filwaqt li l-Franċiż Esteban Ocon se jibda mis-seba' post. Pierre Gasly ta' Alpha Tauri se jkun qiegħed jitlaq mit-tmien post segwit minn Lando Norris ta' Mc Laren. Fl-għaxar post se jibda Daniil Kvyat ta' Alpha Tauri. It-tellieqa għada fil-Bahrain se tibda fit-3.10pm ħin lokali. Kif se jibdew 1 L. Hamilton, 2 V. Bottas, 3 M. Verstappen, 4 A. Albon, 5 S. Perez, 6 D. Ricciardo, 7 E. Ocon, 8 P. Gasly, 9 L. Norris, 10 D. Kvyat, 11 S. Vettel, 12 C. Leclerc, 13 L. Stroll, 14 G. Russell, 15 C. Sainz, 16 A. Giovinazzi, 17 K. Raikkonen, 18 K. Magnussen, 19 R. Grosjean, 20 N. Latifi Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/09/qed-ssir-kwazi-impossibbli-li-jsir-negozju-fmalta/
Qed ssir kważi impossibbli li jsir negozju f'Malta
netnews.com.mt
Kristy Debono, PN Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono appellat biex tissewwa l-ħsara li saret lir-reputazzjoni ta' Malta għaliex bil-miżuri li qed idaħħlu l-banek, qed issir kważi impossibbli li jsir negozju f'Malta. Fil-parlament Kristy Debono qalet li l-emendi li qed iressaq il-gvern se jġibu lil Malta fl-istess livelli f'pajjiżi oħra Ewropej fis-settur tas-servizzi finanzjarji u li huma imposti fuq Malta mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej. Il-konsensus politiku f'dan is-settur hu vitali, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-gvern għandu jerġa' jirrestawra r-reputazzjoni internazzjonali tal-pajjiż u l-isem tal-MFSA. Fil-passat l-MFSA qatt ma kellha problemi ta' kredibbiltà iżda fl-aħħar xhur kienet qed tirriskja li tkisser ir-reputazzjoni. Kristy Debono kompliet li s-saga tas-Satabank, il- golden handshakes , iż-żewġ uffiċjali ogħlja tal-MFSA li siefru ma' Yorgen Fenech u l-Pilatus Bank għamlu ħsara kbira lill-MFSA. Hi tkellmet dwar is-CSPs u qalet li l-PN jaqbel li jkun hemm aġġornament partikolament fir-rekwiżiti neċessarji biex l-intrapriżi żgħar jirreġistraw. Issa mhux iż-żmien li jinħolqu diffikultajiet ġodda fdan is-settur, sostniet Kristy Debono, li kompliet li kull ħolqa hi importanti f'dan is-settur. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-akbar theddida għas-settur finanzjarju hi r-reputazzjoni ħażina li ħa l-pajjiż għaliex il-gvern jidher li ma jinetressaħx mill- branding tal-pajjiż u mhux jiġġieled kontra l-korruzzjoni. Hi semmiet il-pożizzjoni negattiva li ħadu diversi entitajiet Ewropej fil-konfront tal-gvern Laburista. Fitch qed turi, fost l-oħrajn, tħassib dwar il-governanza u s-saltna tad-dritt; li m'humiex relatati mal-COVID. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li Fitch sosniew ukoll li l-governanza tal-pajjiż qed tiddeterjorja. Il-kwistjoni tal- correspondent banking għadha waħda ta' prekawzjoni. Jekk dan is-settur jintilef il-BOV, l-impatt ikun kbir fuq l-ekonomija b'mod ġenerali. Qed isir dejjem iktar diffiċli li Malta tattira correspondent banks biex jaħdmu ma' Malta u jista' jkun hawn kriżi jekk ma jinstabx bank li jaħdem ma' Malta. Ftit ġimgħat ilu l-BOV tilef l-aħħar correspondent bank u jidher li m'hemmx alternattivi oħra. Sena ilu l-gvern kien qal li għandu diskusjsonijiet ma' banek żgħar sakemm jinstab bank kbir li jaħdem ma' Malta iżda s'issa ma kienx hawn informazzjoni dwar dan. Il- correspondent banks huma meħtieġa biex isiru transazzjonijiet ma' kumpaniji internazzjonali u biex il-banek ikunu jistgħu joperaw bid-dollaru. Bħalissa hawn realtà ta' tnaqqis ta' servizzi bankarji fejn barranin qed isibuha ferm diffiċli li jġibu l-permessi ta' xogħol f'Malta u jeħlu biex jiftħu kont bankarju. Dan qed iwassal biex ikun hemm tnaqqis fis-servizzi lill-konsumaturi għaliex il-proċeduri ta' due diligence żdiedu ħafna. Bħalissa l-HSBC qed ibiddel il-metodu kif jopera billi jagħlaq diversi fergħat bil-konsegwenza li ħafna nies, fosthom l-anzjani, qed jispiċċaw vittma tad-diviżjoni diġitali. Hi qalet li s-settur tal- gaming hu wkoll settur pilastru fl-ekonomija tal-pajjiż u tkellmet dwar l-importanza li l-pajjiż ma jitlifx il-kompetittività tiegħu. Dwar il- moneyval , Kristy Debono qalet li s-sitwazzjoni hi waħda diffiċli u hu kruċjali biex isir eżerċizzju biex il-ħsara ma jkollhiex effetti fuq l-ekonomija. Importanti li Malta żżomm l-indipendenza fiskali quddiem l-isfidi ta' taxxi komuni għaliex jekk dan isieħħ diversi setturi jitilfu l-awtonomija fiskali, sostniet Kristy Debono, li appellat biex jitnaddaf isem il-pajjiż.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/11/akkuzat-li-kiser-il-liberta-provizorja-biex-imur-ghall-appuntament-dwar-is-sahha-mentali/
Akkużat li kiser il-libertà proviżorja biex imur għall-appuntament dwar is-saħħa mentali
netnews.com.mt
Raġel deskritt bħala li jbati minn problemi serji ta' saħħa mentali nżamm taħt arrest preventiv fl-Isptar Monte Karmeli, wara li ġie akkużat li kiser il-libertà proviżorja talli kiser il-curfew tiegħu biex imur għal appuntament ta' saħħa mentali. Ir-raġel, li kien fuq pleġġ fuq akkuża separata ta' vjolenza domestika, kien fi triqtu lejn l-Isptar Monte Karmeli barra s-sigħat ta' curfew imposti mill-Qorti tiegħu – parti mill-kundizzjonijiet tal-pleġġ tiegħu – meta twaqqaf waqt road block tal-Pulzija. Wara spiċċa arrestat u akkużat li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja tiegħu, l-Ispettur Roderick Attard qal lill-Maġistrat Rachel Montebello meta r-raġel tressaq il-Qorti. L-avukati tiegħu, Amadeus Cachia, Lucio Sciriha u Matthew Xuereb, qalu li l-kwistjonijiet ta' saħħa mentali tar-raġel kienu jidhru b'mod ċar. L-akkużat kien għad kellu f'idejh il-biljett tal-appuntament tiegħu fl-isptar Monte Carmeli waqt li kien fl-iżbarra. L-Avukati tiegħu qalu li r-raġel mhux ħati f'ismu bil-ħelsien mill-arrest ma jingħatax, iżda l-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża li jinżamm fis-Sala Forensika tal-Isptar Monte Karmeli.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/10/stati-uniti-lejn-l-esekuzzjonijiet-ta-habsin-fl-ahhar-jiem-ta-trump/
Stati Uniti: Lejn l-esekuzzjonijiet ta' ħabsin 'fl-aħħar jiem ta' Trump'
netnews.com.mt
L-amministrazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump qed tħaffef il-proċeduri li jippermettu għall-esekuzzjonijiet ta' priġunieri fuq Death Row u li se jingħataw il-piena massima fuq mandat federali. It-Tmexxija ta' Trump għandha tispiċċa uffiċjalment fl-20 ta' Jannar wara li hu tilef l-elezzjoni ta' Novembru għall-Presidenza ta' pajjiżu – u meta l-kandidat tal-Partit Demokratiku Joe Biden, dakinar, għandu jieħu l-ġurament bħala s-46 President ta-Istati Uniti. Intant, hemm ipprogrammati xejn anqas minn ħames esekuzzjonijiet ta' priġunieri qabel l-inawgurazzjoni ta' Biden – u dan fih innifsu imur kontra l-preċedent (effettiv għal 130 sena) fejn l-esekuzzjonijiet kienu jinżammu waqt il-perjodu tat-tranżizzjoni bejn President Amerikan u ieħor. Jekk il-ħames esekuzzjonijiet isiru tassew, Donald Trump isir il-President Amerikan bl-akbar ammont ta' esekuzzjonijiet legali taħt it-tmexxija tiegħu minn kwalunkwe President ieħor f'aktar minn seklu. Dan meta – minn Lulju sallum – inqatlu legalment 13-il priġunier fuq Death Row fl-Istati Uniti. Intant, l-esekuzzjonijiet tal-priġunieri mistennija jibdew minn din il-ġimgħa – bl-ewwel żewġ priġunieri għandhom jingħataw il-mewt fil-ħabs ta' Terre Haute, fl-Istat ta' Indiana. L-Avukat Ġenerali William Barr qal li d-Dipartiment tal-Ġustizzja tiegħu, f'dan il-każ, qed ikun konformi mal-liġi eżistenti. Madankollu, il-kritiċi u l-attivisti favur id-drittijiet umani huma inkwetati dwar 'l-għaġġla biex isiru l-esekuzzjonijiet', meta jonqos ftit aktar minn xahar sakemm Joe Biden jieħu l-Presidenza. Dan meta Biden qal li se jieħu passi biex iwarrab il-piena tal-mewt fl-Istati Uniti.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/08/illejla-partita-deciziva-ghal-manchester%E2%80%88united-u-paris-saint-germain-fil-uefa-champions-league/
Illejla partita deċiżiva għal Manchester United u Paris Saint-Germain fil-UEFA Champions League
netnews.com.mt
Illejla tintemm il-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League bis-sitt ġurnata kif ukoll taf tkun l-aħħar partita f'din il-kompetizzjoni għal diversi klabbs. Mill-partiti tal-lejla, Grupp E u Grupp G huma diġa magħluqa, b'Chelsea, Sevilla, Barcelona u Juventus ikkonfermaw post mal-aħħar sittax. Minkejja dan, partita li żgur se tinteressa lil ħafna hija dik bejn Barcelona u Juventus, fejn se tirritorna r-rivalita bejn Lionel Messi u Cristiano Ronaldo. Grupp H huma l-iktar wieħed kumpless, hekk kif it-tliet timijiet fil-quċċata b'disa' punti kollha kapaċi jaħtfu post fil-fażi li jmiss. Manchester United għandhom konfront dirett kontra Leipzig, bir-rebbieħ jieħu t-tliet punti meħtieġa biex jipprogressa. Mill-banda l-oħra, għal PSG se tkun kemmxejn iżjed faċli hekk kif se jilgħabu kontra Basaksehir li diġa huma eliminati. Borussia Dortmund ukoll diġa aċċertaw post mall-aħħar sittax fejn jinsabu l-ewwel fi Grupp F b'għaxar punti iżda għadhom ma rebġux il-grupp. Lazio kif ukoll Club Brugge għadhom fiċ-ċans, u dan se jiġi deċiż fil-konfront dirett ġewwa Ruma. Lazio jinsabu kemmxejn vantaġjati hekk kif għandhom żewġ punti iżjed mit-tim Belġjan, u anke draw tkun biżżejjed. Dan ikun mument storiku għaż-żewġ timijiet, hekk kif Lazio ilhom ma jgħaddu mill-gruppi mill-istaġun tal-1999-2000, filwaqt li għal Club Brugge, dan ikun l-ewwel darba fl-istorja li jkunu daħlu fil-fażi tan-knockout.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/09/somalja-l-ebda-bidla-ta-politika-minkejja-d-direttiva-ghall-irtirar-tat-truppi-amerikani/
Somalja: L-ebda bidla ta' politika minkejja d-direttiva għall-irtirar tat-truppi Amerikani
netnews.com.mt
Kelliema għall-Pentagon f'Washington qed jgħidu li d-direttiva tal-President Amerikan Donald Trump biex jirtiraw it-truppi kważi kollha (Amerikani) mis-Somalja bl-ebda mod ma tfisser bidla radikali fil-politika tal-Istati Uniti fir-rigward tal-pajjiż Afrikan. L-Istati Uniti għandha madwar 700 truppi fis-Somalja li qegħdin jgħinu lill-qawwiet lokali biex jikkumbatti lill-militanti Iżlamiċi mal-grupp al-Shabab u ġellieda ġiħadisti oħra fil-pajjiż. Intant, id-direttiva ta' Trump tesiġi biex il-maġġoranza assoluta tas-suldati Amerikani joħorġu mis-Somalja sal-15 ta' Jannar – bl-uffiċjali f'Washington itennu li dawn it-truppi għandhom ikunu stazzjonati fl-Istati ġirien tal-Afrika. Dan għandu jippermetti 'biex il-militar jaqsmu lura fis-Somalja (mill-fruntiera) f'każ ta' theddida speċifika lis-sigurtà'. Il-President Trump, fl-aħħar xhur, ħareġ direttivi simili għat-tnaqqis tal-qawwiet Amerikani fl-Iraq u fl-Afganistan. Madankollu, il-Pentagon qed jagħmilha ċara li l-impenn għat-trasferiment tal-maġġoranza tas-suldati u assi militari tal-Istati Uniti 'il hinn mis-Somalja sal-ewwel jiem tal-2021 ma jindikax li l-Amerikani 'qegħdin jabbandunaw lill-pajjiż inkwistjoni'. L-istqarrija għamlitha ċara li l-Istati Uniti se tkompli tistinka biex tnaqqas it-theddida tal-organizzazzjonijiet estremisti vjolenti li kapaċi jkunu ta' theddida għall-pajjiżi 'il hinn mis-Somalja. Dan waqt li l-Istati Uniti qed taħseb 'biex iżżomm il-vantaġġ strateġiku tagħha' fir-reġjun partikulari.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/09/aaron-busuttil-brebha-facli-fuq-frans-mintoff-fid-divizjoni-tal-premier/
Aaron Busuttil b'rebħa faċli fuq Frans Mintoff fid-diviżjoni tal-Premier
netnews.com.mt
Illejla fil-Malta Snooker Academy tkompla l-Kampjonat lokali tas-Snooker b'erba' partiti minn tliet diviżjonijiet differenti. Ir-riżultati kollha Premier: L-aqwa minn 7 frames: Frans Mintoff v Aaron Busuttil 0-4 It-tieni diviżjoni : L-aqwa minn 5 frames: Chaylon Castaldi v Lydon Debono 0-3 It-tieni diviżjoni: L-aqwa minn 5 frames: Joe Debono v Jake Castaldi 3-1 Masters: L-aqwa minn 5 frames: Tony Cassar v Silvio Cini 0-3 Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/09/higgins-jichad-li-dahhal-e6-2-miljun-fcekkijiet-ghal-gordon-debono/
Higgins jiċħad li daħħal €6.2 miljun f'ċekkijiet għal Gordon Debono
netnews.com.mt
Il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Sean Higgins, li huwa akkużat li ffaċilita l-ħasil tal-flus allegatament imwettqa minn Gordon u Yvette Debono, bdiet quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras. L-Ispettur James Turner li kien l-ewwel xhud qal lill-Qorti dwar kif ġie assenjat għall-operazzjoni Proteus bħala Surġent u uffiċjal kadet. Qal li kien hemm numru ta' ċekkijiet fuq Higgins li ma kinux jagħmlu sens. Kont mal-APS ta' Petroplus li ħallas € 6.2 miljun f'ċekkijiet lil Higgins u possibbilment aktar. L-ammonti kienu għal bejn €5,000 u €500,000 li kienu ssarrfu. Huwa ġie arrestat fuq suspett ta' ħasil ta' flus aktar kmieni din is-sena u ttieħdet dikjarazzjoni. Huwa kien irrifjuta li jikkonsulta ma' avukat f'dak l-istadju. Iċ-ċekkijiet ammontaw għal aktar minn sitt miljun euro u Higgins kien ukoll qed jirreklama vetturi li l-investigaturi sabu li kienu ta' Gordon Debono. Huwa qal li kien qed ibigħhom għal Debono flimkien ma' xi jottijiet. Mini u VW Bug inbiegħu għal madwar €20,000 qal l-ispettur, BMW 1 Series inbiegħ ukoll iżda l-ebda dettalji tal-prezz ma kienu disponibbli għall-Pulizija, huwa qal. Higgins qal li kien staqsa lil Gordon Debono jekk hux qed jagħmel xi ħaġa illegali u qalulu li ma kienx, qal l-Ispettur. Higgins sostna wkoll li kien sempliċement impjegat ta' Petroplus, kompla l-Ispettur fejn huwa ċaħad li bbenefika "ċenteżmu" miċ-ċekkijiet. Meta sar il-kontro-eżami mill-avukat Franco Debono, ix-xhud ikkonferma li l-akkużat kien se jħallas ċekkijiet u jirritorna l-flus lill-kumpanija. L-Avukat issuġġerixxa li Higgins kien ta kopji lill-Pulizija tal-pagi tiegħu. L-ispettur qal li ċ-ċekkijiet isiru lil Higgins, jiġu msarrfa u l-flus jiġu rritornati lil Petroplus. L-akkużat tħallas ukoll b'ċekk, żied l-Ispettur, iżda billi l-limitu tal-investigazzjoni kien ta' €5,000 dawn ma kinux disponibbli immedjatament. L-Avukat Debono staqsa jekk ir-raġel akkwistax assi li wrew li kien għamel ħafna flus. Sal-lum l-assi li għandna rekord tagħhom huma proporzjonati ma' dawk ta' impjegat dedikat, wieġeb Turner. Rappreżentant ta' Transport Malta xehed dwar ir-reġistrazzjoni ta' cabin cruiser irreġistrat ma' Higgins, li ħareġ li nxtara din is-sena. Uffiċjal tal-compliance tal-APS Bank tela' fuq il-pedana tax-xhieda, wara li ġie eżentat mis-segretezza professjonali. Hija esibiet rekords ta' kont kurrenti, bl-uniku firmatarju jkun Gordon Debono. Hija qalet li nħarġu numru ta' ċekkijiet indirizzati lil Sean Higgins. Rappreżentant tal-Malta Business Registry wera l-M&A ta' Petroplus u The Business Centre Ltd. TBC Ltd hija l-uniku azzjonist ta' Petroplus. Hija żvelat li s-sid benefiċjarju tal-kumpaniji kien Gordon Debono. TBC tneħħa mir-reġistru tan-negozju aktar kmieni din is-sena wara li naqas milli jissottometti d-dokumenti. Il-Qorti semgħet sottomissjonijiet fuq il-ħelsien mill-arrest. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, u li għad hemm xhieda li għad iridu jixhdu. Xi wħud kienu qed jiġu mitkellma mill-Pulizija u xi wħud kienu fuq pleġġ tal-pulizija, qalet il-prosekuzzjoni. L-Avukat Franco Debono rrimarka li l-police Bail tal-Pulizija kienet ħaġa tajba, iżda li l-akkużat kien qed jiġi ttrattat b'mod invers – huwa ġie arrestat u l-Pulizija għadhom qed jaraw lil min se jaqbdu jkellmu. Huwa qal li l-investigazzjoni kienet ilha għaddejja għal bosta snin. Mercieca qalet li l-akkużat ma ngħatax il-Police Bail u dan peress li kien hemm biżżejjed evidenza biex jakkużawh, dan jista' ma jkunx il-każ ma' persuni oħrajn, hija qalet. L-Avukat Debono sostna li l-liġi tistipula li l-kumpilazzjoni tal-provi għandha tingħalaq fi żmien xahar. Huwa qal li l-Prosekuzzjoni "lanqas biss esprimiet xewqa" li ttella' x-xhieda ċivili kollha kemm jista' jkun malajr. It-talba għal libertà proviżorja ġiet miċħuda. Il-każ ikompli. L-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għal Higgins. L-Ispetturi Joseph Xerri, Omar Caruana u James Turner qed imexxi l-Prosekuzzjoni, flimkien mal-Avukati Elaine Mercieca u Cinzia Azzopardi Alamango mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/09/gree-sliema-hs-jirbhu-c-challenge-cup/
GREE Sliema HS jirbħu ċ-Challenge Cup
netnews.com.mt
Fi tmiem il-ġimgħa ġiet fi tmiem l-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey fejn GREE Sliema HS għelbu lil Qormi DAIKIN wara l-għoti tal-penalties. F'partita bejn tnejn mill-aħħar timijiet tal-hockey f'pajjiża, Sliema rnexxielhom iwaqqfu l-mixja ta' Qormi fejn rebħu għaxar kompetizzjonijiet konsekuttivi bl-aħħar darba li tilfu finali jew kompetizzjoni kien fis-Super Cup tal-2017/18. Wara li l-partita ntemmet fi draw ta' 2-2, kienu GREE Sliema li fetħu vantaġġ ta' 3-2 biex l-partita ntemmet bl-iskor ta' 5-4. L-Umpires ta' dan il-konront kienu James Mizzi u Nathan Galea. Fi tmiem il-partita, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey Gordon Mifsud preżenta l-midalja liż-żewġ timijiet filwaqt li Robert Busuttil f'isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports preżenta t-trofew lir-rebbieħa. Qabel din il-partita, White Hart u Young Stars lagħbu l-pley-off għat-tielet post, b'White Hart jirbħu l-kofront 8-7 wara l-għoti tal-penalties.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2020/12/09/covid-19-thassib-dwar-l-impenji-tal-pajjizi-sinjuri-biex-jahznu-l-kwantitajiet-esagerati-tal-vaccin/
Covid-19: Tħassib dwar l-impenji tal-pajjiżi sinjuri 'biex jaħżnu l-kwantitajiet esaġerati' tal-vaċċin
netnews.com.mt
Il-kelliema għal koalizzjoni ta' gruppi favur it-tqassim xieraq tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19 huma ansjużi dwar sitwazzjoni fejn il-pajjiżi sinjuri jaħżnu l-kwantitajiet tal-vaċċin li jaqbżu l-ammont meħtieġ – u bir-riżultat li jispiċċaw ma jitlaqqmux in-nies residenti fil-pajjiżi l-fqar. Il-koalizzjoni bl-isem People's Vaccine Alliance qalet li mas-70 pajjiż bi dħul baxx, f'sitwazzjoni bħal din, ikunu jistgħu ilaqqmu wieħed biss minn kull għaxra għal kontra l-coronavirus. L-inkwiet qed jikber minkejja l-wiegħda tan-nies involuti ma' Oxford-AstraZeneca (produtturi ta' vaċċin partikulari) biex jipprovdu mal-64 fil-mija tad-dożi li tipproduċi lin-nies li jgħixu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Fl-istess ħin qed jittieħdu l-passi biex jaċċertaw li l-aċċess għall-vaċċin li jipproteġi kontra l-coronavirus ikun 'ugwali' madwar id-dinja. Għalissa, l-attivisti li qed jaħdmu 'għat-tqassim xieraq tat-tilqim' irnexxielhom jaċċertaw mas-700 miljun doża tal-vaċċini biex jitqassmu bejn it-92 pajjiżi bi dħul baxx li huma indikati f'din l-iskema ta' fejda. Madankollu, il-People's Vaccine Alliance – li hi network ta' organizzazzjonijiet li jinkludu Amnesty International u Oxfam – qed tgħid li mhemmx biżżejjed vaċċini biex jitlaqqam kulħadd. Intant, spikka l-appell biex il-kumpaniji li jipproduċu l-mediċina 'jaqsmu u jifirxu' it-teknoloġiji involuti biex jaċċertaw il-produzzjoni ta' aktar dożi tal-vaċċin. Skond l-analiżi tal-Alleanza, il-pajjiżi sinjuri xtraw biżżejjed dożi biex ilaqqmu lill-popolazzjonijiet tagħhom 'għal tliet darbiet aktar milli meħtieġ' — u f'każ li l-vaċċini kollha li ħarġu s'issa jkunu approvati għall-użu. Dan meta l-Kanada (waħda fost il-pajjiżi sinjuri) ordnat biżżejjed vaċċini 'biex tipproteġi għal ħames darbiet lil kull ċittadin minn tagħha'. U minkejja li l-pajjiżi sinjuri qed jirrappreżentaw biss mal-14 fil-mija tal-popolazzjoni tad-dinja, l-istess pajjiżi, s'issa, xtraw sa 53 fil-mija tal-aktar vaċċini li jidhru li se jħallu riżultati tajbin fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Fi żviluppi oħra… L-infezzjonijiet bil-Covid-19 qabżu l-15-il miljun fl-Istati Uniti. Dan meta l-President-elett, Joe Biden, wiegħed li jipprovdi mal-100 miljun tilqima għal kontra l-virus 'sal-ewwel mitt jum tal-Presidenza tiegħu' li ssir effettiva mill-20 ta' Jannar. It-tobba fl-Ingilterra mistennija jibdew ilaqqmu lin-nies kontra l-coronavirus mill-ġimgħa d-dieħla – u wara li t-tilqim ilu għaddej min-nhar it-Tlieta fil-pajjiż.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/obama-jzur-il-habs-frobben-fejn-nelson-mandela-qatta-18-il-sena/
Obama jżur il-ħabs f'Robben fejn Nelson Mandela qatta' 18-il sena
newsbook.com.mt
Il-President Amerikan Barack Obama żar il-ħabs fil-gżira ta' Robben fejn l-eks President tal-Afrika t'Isfel Nelson Mandela inżamm maqful għal 18-il sena. Din iż-żjara mill-President Amerikan saret wara li l-istess President żar lill-qraba ta' Neslon Mandela li fl-età ta' 94 sena, jinsab f'qagħda kritika fl-isptar ta' Pretoria minħabba infezzjoni fil-pulmun. Hu mifhum li l-President Amerikan ma żarx lil Mandela l-isptar iżda saħansitra kellu kuntatt telefoniku mal-mara ta' Mandela. Il-President Obama ddeskriva lill-eks President Nelson Mandela bħala bniedem ta' ispirazzjoni lid-dinja kollha. Ritratt: Il-ħabs fil-gżira ta' Robben fejn Nelson Mandela qatta' 18-il sena.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/atturi-popolari-russi-jiffilmjaw-fmalta/
Atturi popolari Russi jiffilmjaw f'Malta
newsbook.com.mt
Bosta atturi magħrufa mir-Russja kienu Malta fil-ġimgħat li għaddew għall-produzzjoni tal-film Russu The Divers. Dan il-film mistenni jkun għall-wiri fis-swali taċ-ċinema f'nofs is-sena d-dieħla. The Divers kien maħdum taħt id-direzzjoni tal-direttur Russu Konstantin Buslov. Dan il-film mimli avventura inġibed f'iktar minn għoxrin lokalita' differenti madwar Malta fosthom fil-Bibljoteka Nazzjonali u l-Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta, il-Bajja ta' San Tumas, Marsaxlokk u Vittoriosa. Buslov ħa wkoll lill-atturi u kru taħt l-ilma sabiex inġibdu xeni li jżidu mat-tensjoni tal-avventura. Il-produzzjoni kienet f'idejn il-kumpanija Maltija Film Corporation , li tifforma parti minn U-Group. Il-kumpanija investiet €2 miljun f'sottomarin li minnu jsir filming fil-baħar sa 300 metru fond. The Divers huwa dwar kaċċa għal teżor imħallta ma' relazzjonijiet intriganti bejn il-karattri prinċipali li jinkludu wkoll element tal-istorja Maltija. Il-kittieb Russu Denis Rodimin, magħruf għal kitbiet ferm popolari bħal film Boomer , kiteb l-iskript ta' The Divers . Fost l-atturi hemm Konstantin Khabenskiy u Svetlana Khodchenkova, meqjusa ta' livell għoli ferm fir-Russja kif ukoll l-attur li qed kiseb suċċessi Denis Shvedov. Il-produzzjoni tinkludi wkoll lil Jimi Busuttil, David Rizzo, Clint Grech, John Suda, Theresa Gauci. Parti mill-produzzjoni kien hemm it-talent lokali fosthom ta' Charlo Dalli (Direttur tal-Arti), Mavis Formosa (Direttur tal-Atturi) u Annamaria Grima (Location Manager).
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/boarding-pass-effettiv-u-zghir/
Boarding Pass effettiv u żgħir
newsbook.com.mt
Filwaqt li l-ivjaġġar bl-arju huwa mod popolari ta' kif wieħed jista' jmur minn post għall-ieħor, xorta jibqa' dak il-ftit skarriġġ biex wieħed joħroġ il- boarding pass meta jiġi biex jirkeb ajruplan. Li kieku dan il-biljett twil u orizzontali jkun id-daqs tal-passaport, wieħed ikollu inqas ċans li jitilfu jew iqattgħu. Il-moħħ wara din l-idea, l-Ingliż Peter Smart, ħejja mudell ta' kif għandu jkun il- boarding pass , u kif l-informazzjoni li hemm fuqu tkun sempliċi u b'mod kronoloġiku, jibda bit-terminal, il- gate , il-post, ħin tal-wasla, eċċ. L-ordni tagħhom toħloq inqas problemi fil-proċess li wieħed jgħaddi minnu meta jsiefer. Smart qal li filwaqt li digital passes qed jiżdiedu, miljuni ta' passes għadhom ikunu pprintjajti kull sena. Qal li s-soluzzjoni mhix kollox, iżda li wieħed jaċċetta għażla oħra jkun qed jagħżel li jtejjeb l-esperjenza ta' vjaġġar t'eluf ta' nies madwar id-dinja. Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt b'ismek u kunjomok.
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/29-missjunarju-nqatlu-madwar-id-dinja-fl-2019/
29 missjunarju nqatlu madwar id-dinja fl-2019
newsbook.com.mt
Soru missjunarja li minkejja l-periklu għal ħajjitha ddedikat ruħha għall-Evanġeliżazzjoni Skont l-aġenzija tal-Vatikan, FIDES, matul is-sena li għadha kif intemmet, 29 missjunarju nqatlu f'diversi partijiet tad-dinja. Tmintax minn dawn kienu qassisin, djaknu permanenti, żewġ patrijiet, żewġ sorijiet u sitta kienu missjunarji lajċi. Fl-Afrika nqatlu 12-il qassis, patri, soru, seminarista u lajk – 15 b'kollox; fl-Amerka nqatlu sitt saċerdoti, djaknu, patri u erba' missjunarji lajċi – 12 b'kollox; fl-Ażja nqatel missjunarju lajk u soru nqatlet fl-Ewropa. Wara tmien snin wara xulxin fejn l-akbar numru ta' missjunarji nqatlu fl-Amerka, fl-2018 u s-sena li għaddiet, l-Afrika ħadet l-ewwel post ta' din il-klassifika traġika. Fenomenu mifrux L-aġenzija FIDES tinnota li jidher li "il-vjolenza fuq il-missjunarji qed tkun globalizzata". Jekk fl-imgħoddi l-missjunarji maqtula kienu konċentrati f'żona ġeografika waħda, is-sena li għaddiet dan il-fenomenu nxtered f'diversi kontinenti. Fil-fatt il-qtil ta' dawn il-missjunarji martri seħħ f'għaxar pajjiżi Afrikani, tmien pajjiżi fl-Amerka t'Isfel, wieħed fl-Ażja u qtil ieħor fl-Ewropa. Ta' min ifakkar fi kliem il-Papa Franġisku f'Ottubru li għadda fl-okkażjoni tax-Xahar Straordinarju tal-Missjoni. Dakinhar il-Papa wera x-xewqa li "iċ-ċelebrazzjoni tal-100 sena mill-Ittra Appostolika tal-Papa Benedittu XV "Maximum Illud" ikun mument fejn it-talb, ix-xhieda ta' tant qaddisin u martri tal-missjoni, ir-riflessjoni biblika u teoloġika, il-katekeżi u l-karità missjunarja, jikkontribwixxu għall-Evanġelizzazzjoni, l-ewwel u qabelkollox tal-Knisja, biex wara li niskopru mill-ġdid l-imħabba għal Kristu msallab u Rxoxt, tkun tista' tevanġelizza d-dinja b'mod kredibbli u b'effikaċja Evanġelika". Kien f'dan is-sens li l-Papa Franġisku indirizza l-Assemblea Ġenerali tal-Ħidma Missjunarja Pontifiċja, fejn irrefera għax-xhieda ta' tant missjunarji li taw ħajjithom għal Alla biex tkun waħda mill-erba' dimensjonijiet fiċ-ċelebrazzjoni tax-Xahar Straordinarju tal-Missjoni f'Ottubru li għadda.
[ 10, 13 ]
https://newsbook.com.mt/mizuri-ta-sigurta-ghal-kattolici-fi-djocesi-ta-burkina-faso/
Miżuri ta' sigurtà għal Kattoliċi fi djoċesi ta' Burkina Faso
newsbook.com.mt
L-insara f'Burkina Faso jħossuhom taħt theddida Wara l-qtil ta' erba' Kattoliċi li seħħ fit-13 ta' dan ix-xahar fil-parroċċa ta' Notre-Dame du Lac, fid-djoċesi ta' Singa fil-provinċja ta' Bam fil-Burkina Faso, l-Isqof Justin Kientega, ħabbar li kienu se jiddaħħlu miżuri ta' sigurtà. F'intervista mal-Fondazzjoni Pontifiċja Aid to Church in Need, li kienet rappurtata minn Vatican News, l-Isqof spjega kif seħħ l-inċident li fih inqatlu dawn l-erba' persuni. "Hekk kif kienet se tibda purċissjoni ad unur tal-Madonna, l-insara sfaw attakkati u erba' minnhom inħatfu. Il-folla ħabet li dawn kienu se jinżammu ostaġġi iżda minflok, il-kriminali qatluhom fil-post, bla ħniena". Is-sigurtà tal-komunità Kattolika L-Isqof appella lill-insara biex ikomplu jitolbu għall-paċi f'Burkina Faso u fl-istess ħin semma miżuri ta' prekawzjoni li se jittieħdu u appella għal aktar viġilanza għas-sigurtà tal-qassisin, reliġjużi u l-komunità Kattolika tad-djoċesi li tinsab fuq il-fruntiera mal-Mali fit-tramuntana tal-pajjiż. Fl-intervista, l-Isqof ta parir lill-qassisin u r-reliġjużi biex ma jilbsux ilbies li jidentifikahom bħala reliġjużi. Qalilhom biex isaħħu l-miżuri ta' sigurtà – l-aktar meta jkunu qed jivjaġġaw – billi ma jużawx karrozzi b'xi marki partikolari, jivjaġġjaw meta jkun hemm ħafnlika a traffiku u qatt ma jivjaġġaw matul il-lejl u ma jgħaddux dejjem mill-istess triq u biex ma javżawx ħ tita Kaafna bil-quddiem il-laqgħat li jkun se jkollhom. Dawn il-miżuri kollha li jirriflettu t-tensjoni li hemm fil-pajjiż wara diversi attakki ta' vjolenza kontra l-insara, aktarx li jħallu effet negattiv fuq il-ħidma pastorali tal-Knisja, anke għaliex il-komunitajiet Kattoliċi huma mferrxa ħafna, speċjalment fit-tramuntana tal-pajjiż fejn il-maġġoranza tan-nies huma Musulmani. Limitu fit-tul tal-funzjonijiet reliġjużi Kif diġa' ġara f'pajjiżi oħra bħal Cameroon u n-Niġerja, il-Pakistan u Sri Lanka li fihom kollha seħħew attakki minn gruppi fundamentalisti Islamiċi, l-Isqof Kientenga appella lill-qassisin biex ikunu aktar viġilanti fil-knejjes u l-kappelli bl-għajnuna ta' voluntiera li jistgħu jintervjenu biex iwissu lill-insara meta jaraw xi periklu. Hu appellalhom ukoll biex jillimitaw it-tul tal-funzjonijiet reliġjużi. L-Isqof wera tħassib partikolari għas-sigurtà tal-katekisti li ħafna drabi jgħixu u jaħdmu f'żoni isolati u allura huma esposti għal riskji akbar. Mons. Kintega temm il-messaġġ tiegħu b'talba għall-paċi: "Nitolbu 'l Alla, il-Prinċep tal-Paċi u r-Rebbieħ fuq il-forzi tal-ħażen, li jagħti l-paċi lil pajjiżna. Jalla hu nnifsu jkun is-saħħa u l-għajnuna tagħna u t-tama tagħna f'dawn iż-żminijiet diffiċli. Nitolbuh jagħati l-mistrieħ ta' dejjem lil dawn il-martri u jalla d-demma li xerrdu ikun għajn ta' paċi u frott spiritwali".
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-l-omm-maltija-ta-ce-posta-per-te-mietet-ftit-wara-li-saba-binha/
Filmat: L-omm Maltija ta' C'è Posta per Te mietet ftit wara li ngħaqdet ma' binha
newsbook.com.mt
Angela, l-omm Maltija minn Pembroke, li lbieraħ dehret fuq il-programm C'è posta per te, meta ltaqgħet ma' binha wara 40 sena, mietet l-għada tal-Milied fl-età ta' 61 sena, ftit jiem biss wara li kien irrekordjat il-programm. Angela welldet lil Roberto meta kellha biss 17-il sena. Minħabba l-pressjoni li kellha mill-ġenituri tagħha, ħaditu f'istitut u minn hemm ma ratux aktar. Roberto ġie addottat minn koppja minn Sqallija. Il-ġenituri adottivi qatt ma qalulu xejn dwar il-passat tiegħu għax beżgħu li jkun irid imur m'ommu u jitilfuh. Iżda wara dawn is-snin kollha, Roberto kellu x-xorti jsib lil ommu. Malli l-pustier tal-programm ħa l-invit lil Angela, hija qalet l-istorja tagħha lill-familja għax basret x'kien se jiġri u għalhekk aċċettat l-invit biex terġa' tgħannaq lil binha. B'leħen miskur, emozzjonata u bid-dmugħ f'għajnejha qalet li dejjem ħasbet fih u dejjem xtaqet tiltaqa' miegħu. Malli ħarsu lejn għajnejn xulxin għall-ewwel darba, kellhom l-istess reazzjoni: "è bella...è bello." Il-ġenituri adottivi ta' Roberto wkoll mietu ftit taż-żmien ilu.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-ghall-bidu-tahseb-li-hi-koppja-ferhana-sakemm/
Ritratti: Għall-bidu taħseb li hi koppja ferħana sakemm...
newsbook.com.mt
Fin-Norveġja bħalissa qed idur fl-idejn ritratt ta' mara u raġel lebsin il-ħwejjeġ tat-tieġ. Għall-bidu taħsibhom li huma ferħana li se jiżżewġu. Dan sakemm iddawwar ir-ritratt u tara x'inhi l-verità: ir-raġel qed iżomm bis-saħħa u bil-moħbi idejn martu, li hi mimlija tbenġil minħabba każi ripetuti ta' vjolenza domestika. Din hi l-kampanja l-ġdida ta' għarfien dwar il-vjolenza domestika fuq in-nisa Norveġiżi hekk kif kull sena, aktar minn miljun mara tgħaddi minn xi forma ta' vjolenza. Għall-għajnuna dwar vjolenza domestika f'Malta, tista' ċċempel fuq in-numru 179.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-ragel-arrestat-brabta-mal-ittri-bomba-fi-florida/
Ritratti: Raġel arrestat b'rabta mal-ittri bomba fi Florida
newsbook.com.mt
Raġel ġie arrestat fi Florida għaliex hu suspettat li bagħat tal-anqas 12-il ittra bomba lil nies li jikkritikaw lill-President Donald Trump ftit jiem qabel l-elezzjoni tal-kungress. Huwa ġie arrestat fil-parkeġġ ta' stabbiliment, fejn 2 xhieda qalu lill-kamra tal-aħbarijiet Reuters li semgħu ħoss qawwi fil-ħin li ġie arrestat. Il-Pulizija ta' fuq il-post għattew vann abjad, li mbagħad ittieħed minn fuq il-post bi trakk. Is-suspettat huwa Cesar Sayoc, li twieled fl-1962. Uffiċjal qal li jaf isiru iżjed arresti fil-ħin li ġej. Fost ir-reċipjenti ta' dawn il-pakketti suspettużi kien hemm l-eks President Amerikan Barack Obama, u l-eks Segretarja tal-Istat, Hilary Clinton. Reuters
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/l-ebda-kaz-gdid-tal-coronavirus-ifiqu-3/
L-ebda każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 3
newsbook.com.mt
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda każ ġdid tal-coronavirus f'Malta, filwaqt li fiequ tliet persuni. Dan tħabbar fuq il-paġna Saħħa fuq Facebook ftit tal-ħin ilu. Dawn il-każijiet il-ġodda ħarġu mit-852 test li saru fl-aħħar 24 siegħa. B'hekk Malta issa għandha 41 każ attiv. OFFICIAL COVID-19 figures for 19•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta Posted by saħħa on Friday, June 19, 2020 Każ wieħed ġdid ta' coronavirus
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/festi-jistghu-jsiru-bmod-ridott/
Festi jistgħu jsiru b'mod ridott
newsbook.com.mt
Il-festi fl-irħula jistgħu jsiru b'mod ridott wara t-30 ta' Ġunju li ġej. Dan qalu ma' Newsbook.com.mt kelliem għall-Kurja, meta mistoqsi dwar ix-xnigħa li l-festi li jaħbtu wara l-1 ta' Lulju se jkunu jistgħu jsiru. Il-kelliem żied jgħid li hekk kif mill-1 ta' Lulju ċerti restrizzjonijiet minħabba l-pandemija tal-coronavirus mhux se jibqgħu obbligatorji, se jitħallew isiru l-Quddiesa Solenni u l-purċissjoni f'forma ta' pellegrinaġġ biex jiġu ċċelebrati l-festi Titulari u Sekondarji fil-parroċċi madwar Malta. Dan fid-dawl ta' dawk li kienu ħabbru l-Isqfijiet, fid-direttivi tal-24 ta' Marzu. Dakinhar, l-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex ħabbru li l-festi kollha li kienu ppjanati li jsiru fil-parroċċi u fil-knejjes sal-aħħar ta' din is-sena, jistgħu jsiru biss wara li l-awtoritajiet tas-saħħa jkunu taw il-permess li jistgħu jinġabru flimkien nies f'attivitajiet pubbliċi. L-Isqfijiet iċċaraw li f'kull każ, għal din is-sena, il-festi jsiru biss f'din il-forma : Il-Ħadd biss (jew f'jum ta' festa pubblika) isir pellegrinaġġ ta' talb u ringrazzjament bil-vara meqjuma f'dik il-festa Issir ukoll quddiesa tal-festa fil-knisja. Ma jkunx hemm ċelebrazzjonijiet oħra interni jew esterni. Direttivi mill-Isqfijiet dwar il-Ġimgħa Mqaddsa, preċett, griżma u festi Il-knejjes fetħu l-bibien tagħhom għall-quddies fi tmiem il-ġimgħa li għadda, fit-13 ta' Ġunju, wara tliet xhur magħluqa, b'dawk li riedu jisimgħu l-quddies kellhom isegwu fuq it-televixin jew online. Il-Knejjes jiftħu l-bibien tagħhom għall-Quddies mil-lejla
[ 1, 13 ]
https://newsbook.com.mt/live-l-ordinazzjoni-sagra-ta-3-zghazagh/
Filmat: L-Ordinazzjoni Sagra ta' 3 żgħażagħ
newsbook.com.mt
Konċelebrazzjoni Solenni mis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta' Pinu Ordinazzjoni tad-Djaknu Mario Mercieca għall-Presbiterat u ta' Fra Etienne Gilson ofmconv u Andrew Grima għad-DjakonatZuntier tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta' Pinu Posted by Diocese of Gozo on Friday, June 19, 2020 Illejla fil-Pjazza tas-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu, tliet żgħażagħ ġew ordnati saċerdot u żewġ djakni, mill-Amministratur Appostoliku għal Għawdex Mario Grech, assistit mill-Isqof-Elett Anton Teuma. Fr Mario Mercieca ġie ordnat saċerdot filwaqt li Andrew Grima u Etienne Gilson saru djakni. L-Isqof-Elett ġie nnominat f'ċerimonja ftit qabel nofsinhar f'Ta' Pinu stess nhar l-Erbgħa li għadda. Mons. Anton Teuma se jkun il-mistieden ta' Fr Joe Borg waqt Newsbook Hour fuq 103 Malta's Heart.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/minn-welder-ghal-isqof-ta-ghawdex-jithabbar-illum/
Ritratti: Minn welder għal Isqof ta' Għawdex
newsbook.com.mt
Newsbook.com.mt jinsab infurmat minn sorsi differenti li Dun Anton Teuma, id-delegat tal-Isqof għall-familja fid-Djoċesi ta' Għawdex se jkun l-Isqof il-ġdid ta' Għawdex. L-aħbar ingħatatl-Erbgħa f'nofsinhar fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu. Dalgħodu l-isem kien qed jissemma anke fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex. Il-qassisin intalbu jmorru Ta' Pinu biex jilqgħu lill-isqof il-ġdid. Teuma, li għandu 56 sena u huwa mill-parroċċa tax-Xagħra, se jkun is-suċċessur ta' Mons. Mario Grech, li fix-xhur li ġejjin se jkun qed jassumi r-responsabbiltajiet ta' Pro Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Fil-Quddiesa li jqaddes ta' kuljum fl-Istitut tal-Familja fir-Rabat, Għawdex, dalgħodu Dun Anton talab biex dak li nagħmlu nagħmluh biex inħobbu. Huwa qal li l-bnedmin huma magħmulin biex jaħsbu fihom infushom u b'mod egoistiku iżda fakkar li l-isfida għal kull Nisrani huwa li jagħti minn dak li għandu b'mod gratwit. Esklussiva: Il-Papa nnifsu kellem lill-Isqof Grech dwar il-kariga ġdida Min hu l-Isqof il-ġdid? Waqt il-formazzjoni saċerdotali ħadem bħala welder u electrician fl-Awstralja. Kiseb il-liċenzja taż-żewġ snajja'. Ġie ordnat saċerdot f'Ġunju tal-1988 mill-Isqof Nikol Cauchi Intbagħat Ruma fejn beda l-missjoni tiegħu bħala Vigarju Parrokkjali tal-Parroċċa ta' Sant'Injazju ta' Antijokja. Fl-1997 issejjaħ lura f'Għawdex mill-Isqof Cauchi. Inħatar Rettur tas-Seminarju tal-Qalb ta' Ġesù, kariga li dam jokkupa 10 snin, sal-2007. Mis-sena 1998 sas-sena 2016, kien responsabbli u assistent spiritwali tal-Komunitajiet Ewkaristiċi fid-djoċesi. Minn Settembru 2007 sa Ġunju 2008 għamel sena sabbatika fl-Art Imqaddsa. Kiseb Diploma fil-Formazzjoni Bibblika minn Istitut f'Ġerusalemm. Fl-2016 kiseb Baċellerat fix-Xjenzi tal-Formazzjoni. Fl-2018 kiseb Diploma Post-Graduate fil-Psikoterapija tal-Familja. Kompla wkoll il-Masters. Bħalissa, l-Isqof nominat, huwa d-Direttur tal-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni, responsabbli mill-kura pastorali taż-żona madwar l-Istitut, kif ukoll għalliem fis-Seminarju Maġġuri. Parti kbira mill-ħidma ta' Dun Anton hi marbuta mat-tħejjija tal-korsijiet tal-għarajjes u counselling għall-familji f'diffikultà. Dun Anton Teuma jħobb l-isport u x-xogħol manwali.
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/il-coronavirus-jista-jkollu-effetti-aktar-horox-skont-it-tipi-ta-demm-rapport/
Il-coronavirus jista' jkollu effetti aktar ħorox skont it-tipi ta' demm – rapport
newsbook.com.mt
Grupp ta' xjentisti Ewropej qalu li sabu żewġ varjazzjonijiet ġenetiċi li jistgħu jindikaw min hu l-aktar vulnerabbli għall-coronavirus u qalu li sabu wkoll relazzjoni mat-tip ta' demm li jkollu l-persuna marid bil-COVID-19. Ir-riżultati ġew ippubblikati l-Erbgħa fin- New England Journal of Medicine u fihom hemm spjega ta' għaliex persuni jkunu serjament morda bil-virus u oħrajn lanqas ikunu sintomatiċi għall-virus. Instab li nies bid-demm tat-Tip A għandhom riskju ogħla li jaqbdu l-coronavirus u li jiżviluppaw sintomi ħorox, filwaqt li nies bid-demm tat-Tip O għandhom riskju inqas. Dan l-istudju li ġie ppubblikat fil-ġurnal xjentifiku Ewropew isegwi ieħor li kien sar fiċ-Ċina li kien ippubblikat f'Marzu li kien juri li nies b'demm tat-Tip O jista' jkollhom aktar reżistenza għal SARS-CoV-2, il-virus li jikkawża l-COVID-19 filwaqt li skont l-istess studju Ċiniż, dawk tat-Tip A kienu nstabu f'riskju ogħla. Xjentist tad-demm li ħadem fuq ir-rapport Ewropew qal li l-professjonisti mediċi kienu injoraw l-ewwel rapport taċ-Ċiniżi għaliex kien għadu mhux maħdum tajjeb biżżejjed. Huwa jiddikjara wkoll li issa jemmen din ir-relazzjoni u jisħaq li kapaċi tkun importanti għal studji li jmiss.
[ 1, 10 ]
https://newsbook.com.mt/gesu-jfisser-imhabba-enormi-maria/
Filmat: "Ġesù jfisser imħabba enormi" – Maria
newsbook.com.mt
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Bernard Falzon u l-ġurnalista u kantanta Maria Muscat. Il-qari tal-ġurnata Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/in-nato-se-tinvestiga-incident-fil-mediterran-bejn-vapuri-tal-gwerra-ta-franza-u-t-turkija/
In-NATO se tinvestiga inċident fil-Mediterran bejn vapuri tal-gwerra ta' Franza u t-Turkija
newsbook.com.mt
In-NATO se tinvestiga akkużi li saru minn Franza li l-forzi navali tat-Turkija naqsu milli jwieġbu għal sejħa mill-alleati biex fil-Mediterran biex issir spezzjoni ta' vapur. Dan l-inċident seħħ aktar kmieni dan ix-xahar. Dan qalu Jens Stoltenberg, is-Segretarju Ġenerali tal-alleanza, meta kien qed jitkellem dwar inċident li Pariġi qed tissuspetta kien jinvolvi kuntrabbandu ta' armi Torok lejn il-Libja. Il-Ministru tal-Forzi Armati Franċiżi qajmet l-inċident waqt laqgħa tal-Kapijiet tad-Difiża tan-NATO f'mument fejn iż-żewġ naħat qed jakkużaw lil xulxin li qed jappoġġjaw naħat opposti fil-gwerra. Il-Gvern ta' Pariġi ripetutament akkuża lill-Ankara li qed tikser l-embargo fuq l-armi impost min-Nazzjonijiet Uniti. It-Turkija qed tiċħad dawn l-akkużi kif ukoll dan l-inċident. Madankollu, il-Ministru Franċiż Florence Parly insistiet li fl-10 ta' Ġunju, vapuri tal-gwerra Torok xegħlu d-dwal tar-radar tliet darbiet fid-direzzjoni tal-vapur tal-gwerra Franċiż fil-Lvant tal-Meditteran. Hija qalet li Courbet kienet fuq missjoni tan-NATO biex tivverifika jekk vapur Tork, is-Cirkin, kienx involut f'kuntrabandu ta' armi lejn il-Libja, wara li dan tefa' t-transponder tiegħu, naqas milli jidentifika lilu nnifsu u ma provdiex id-destinazzjoni finali tiegħu. Hija żiedet li l-baħħara Torok kienu libsin bullet-proof vests u kienu wara l-armamenti tagħhom waqt l-inċident. "Ma nistgħux inħallu dan l-imġieba għaddejja isu xejn m'hu xejn. Dan kien inċident serju ħafna u l-alleati tagħna huma mħassba bħalna għaliex tmien alleati Ewropej tawni appoġġ ċar fin-NATO", sostniet Parly quddiem membri Parlamentari Franċiżi wara l-laqgħa ministerjali. "Dan l-att kien mill-aktar aggressiv u m'għandux iseħħ meta alleat jinsab quddiem alleat ieħor li qed jaħdem f'isem in-NATO", żiedet Parly. Kelliem ewlieni għall-Ministru tad-Difiża tat-Turkija f'kummenti lil Reuters qal li l-argument ta' Franza kien "bla bażi" u li ma kien hemm ebda evidenza konkreta, u li l-vapur Franċiż kien qed jagħmel manuvri mgħaġġla u perikolużi kontra l-prinċipji tan-NATO u r-regoli tas-sigurtà navali. Huwa żied jgħid i t-Turkija infurmat lil uffiċjali ċivili u militari dwar l-inċident.. Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg insisti li "aħna żgurajna li l-awtoritajiet militari tan-NATO qed jinvestigaw l-inċident biex jitfgħu d-dawl fuq dak li verament seħħ."
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/awdjo-bhal-lum-mietet-koko-il-gurilla-li-kienet-taf-il-lingwa-tas-sinjali/
Awdjo: Bħal-lum mietet Koko, il-gurilla li kienet taf il-lingwa tas-sinjali
newsbook.com.mt
Bhal-lum fl-2018 kienet mietet Koko, gurilla Amerikana li fis-46 sena li għexet f'santwarju tal-annimali, ġiet mgħallma 2000 kelma bil-lingwa tas-sinjali u kienet kapaċi kemm tifhem x'jgħidulha n-nies ta' madwarha kif ukoll tirrispondi u titkellem b'dawn is-sinjali. Dawk li ħadmu magħha jemmnu li Koko kienet ukoll kapaċi tifhem kunċetti astratti bħal dawk tat-tajjeb u l-ħażin. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-maryrose-mallia-tfakkar-il-memorja-ta-josie-coppini/
Filmat: "Josie tant kien ġentlom u bniedem twajjeb" – Maryrose Mallia
newsbook.com.mt
Sibtek li jmiss mimli missirijiet maltin - programm speciali ghal Jum il-Missier 💙💙💙#staysafe #watchsibtek #togetherwecan #sibtek #sibtek11 #Nieħduħsiebxulxin Posted by Sibtek on Monday, June 15, 2020 Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Sibtek li jixxandar fis-12.45pm fuq TVM, Maryrose Mallia tfakkar il-memorja tal-mibki Josie Coppini u semmi esperjenzi profondi ħafna li kellha meta ħadmet ma' Josie. Huma filfatt ħadmu fuq is-sensiela Ir-Ronnie, li kienet l-aħħar xogħol televiżiv ta' dan l-attur. Waqt Sibtek tal-lum se naraw ħafna missirijiet li se jgħidu tagħhom dwar l-irwol ta' missier. Fost ħafna intervisti Ser naraw lil Mark Lawrence Zammit ma' missieru, lil Clara Farrugia ma' missierha u lil Jessika Muscat ma' missierha ukoll. Daniel Chircop ta' Danusan jitkellem dwar ħuh David li m'għadux magħna. Hu jitkellem dwar ir-relazzjoni sabiħa li kellhom bejniethom. Waqt dan il-programm se naraw lill-kantant Victorio Gauci ta' The Crowns, flimkien mal- familja tiegħu. Geo Debono u l-mara tiegħu Deborah se jitkellmu dwar il-proponiment speċjali ħafna li hu kien għamlilha. Illum se nsegwu ħafna spettaklu minn kantanti lokali u se jkun hemm ukoll sorpriża ħelwa. Sibtek tal-lum se jkun wieħed emozzjonali, divertenti u mimli spettaklu.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/spizeriji-miftuha-l-hadd-21-ta-gunju/
Spiżeriji miftuħa l-Ħadd 21 ta' Ġunju
newsbook.com.mt
Valletta, Floriana Chemimart, 20/21, Triq ir-Repubblika, Valletta 21246051 Ħamrun, Marsa Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun 21221512 Qormi, Santa Venera Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Qormi 21487020 Birkirkara, Fleur-de-Lys St Paul's, Triq Brared, Birkirkara 21442135 Gżira, Msida, Ta' Xbiex, Pietà, Gwardamanġa St Luke's Pharmacy, Triq San Luqa, Pietà 21241293 San Ġwann, San Ġiljan, Swieqi, Pembroke, Ta' Giorni, L-Ibraġ Krypton Chemists, Triq l-Ibraġġ, Ibraġġ 21370141 Sliema Brown's Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema 21313233 Lija, Attard, Balzan St Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Attard 21413442 Mosta, Naxxar, Għargħur, Mġarr Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Mosta 21411197 Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Qawra 21581876 Paola, Tarxien, Santa Luċija Sta Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija 21890111 Isla, Birgu, Bormla, Kalkara Brown's Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gozni, Kalkara 21673811 Żabbar, Marsaskala, Fgura (PO) Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Żabbar 27826685 Birżebbuġa, Għaxaq, Żejtun, Marsaxlokk, Gudja Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk 21651278 Luqa, Mqabba, Żurrieq, Qrendi, Kirkop Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Safi 21689944 Żebbuġ, Siġġiewi Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Siġġiewi 21460828 Rabat, Dingli, Mtarfa Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, Mtarfa 21451261 Rabat (Victoria), Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria, Għawdex 21563233 Marsalforn, Għawdex Tony's Pharmacy, "Egret Court", Triq il-Wied, Marsalforn, Għawdex 21563617 Spiżerija fl-ajruport 23694369 Mobile Blood Donation Nhar il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2020, ser ikun hemm il- mobile blood donation fil-parkeġġ biswit il-Bażilka tal-Mosta u fil-Berġa tax-Xewkija. Il-ħin għall-għoti tad-demm ikun mit-8.30am sas-1.00pm. Jekk jogħgobkom ħudu magħkom il-karta tal-identità. Servizz ta' Tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Floriana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil- ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta' infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta' identità ma jkunux moqdija.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/soppa-tal-ispinaci/
Soppa tal-ispinaċi
newsbook.com.mt
Ingredjenti 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa 1 basla mqattgħa 2 żewġ rjus tat-tewm mgħaffġa 1 patata mqaxxra u mqattgħa f'kubi ta' 1ċm 450g spinaċi biz-zkuk il-ħoxnin imqattgħa 3 dadi tal-ħaxix imdewba f'litru u nofs misħun melħ u bżar nofs kikkra krema tal-ħalib Metodu Saħħan iż-żejt fuq nar bati. Żid il-basla u sajjar sakemm tara li rtabet, madwar 5 minuti. Żid it-tewm, il-patata u l-ispinaċi. Ferragħ l-brodu tal-ħaxix u saħħan sakemm jibda jagħli. Sajjar sakemm il-patata tirtab, madwar 10-15-il minuta. Ħawwar bil-bżar u l-melħ. Poġġi s-soppa f'mixer u ħaddem sakemm ikollok soppa lixxa. Wara żid il-krema u ħawwad. Meta sservi s-soppa sħuna ferragħ ftit krema fil-wiċċ.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/nikkollaboraw-ma-artisti-lokali-biex-tohrog-il-kreattivita-minn-dan-il-maltemp-ruben-zahra/
"Nikkollaboraw ma' artisti lokali biex toħroġ il-kreattività minn dan il-maltemp" – Ruben Zahra
newsbook.com.mt
Festivals Malta u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali nedew il-Malta International Arts Festival (MIAF) ta' din is-sena, bħala parti mill-kalendarju kulturali tal-festivals tas-sajf. Minħabba r-restrizzjonijiet fuq attivitajiet pubbliċi li nħarġu mill-awtoritajiet tas-saħħa, ma kienx possibbli li l-MIAF isir bħalma kien pjanat. Minkejja dan, it-tim ta' Festivals Malta, flimkien mad-Direttur Artistiku Ruben Zahra, ħadmu biex joħolqu programm ġdid li jimxi mal-linji gwida tad-distanza soċjali; il-pjanijiet oriġinali tal-festival ġew posposti għas-sena d-dieħla. Intant, l-MIAF se jkun qed jadotta strateġija virtwali u se jkun qed isir bejn id-19 ta' Ġunju sal-5 ta' Lulju. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera qal li matul dawn il-ġimgħat, il-ministeru, permezz tal-organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi, irnexxielu jkompli jsostni l-industrija tal-kultura permezz ta' numru ta' inizjattivi waqt dawn iż-żminijiet inċerti. "Hu ta' inkoraġġament kbir li naraw il-Malta International Arts Festival, li hu wieħed mill-festivals ewlenin tas-sajf f'Malta, ikompli jsir online minkejja r-restrizzjonijiet kurrenti. Festivals Malta reġgħet irnexxielha tniedi programm li jinvolvi bosta artisti", qal il-ministru. Id-Direttur ta' Festivals Malta, Annabelle Stivala, qalet li, "Bħala Festivals Malta, aħna ħassejna li hu d-dmir tagħna li mhux biss nipprovdu sors ta' divertiment lil dawk li għandhom għal qalbhom l-arti u l-kultura imma kif ukoll inkunu ta' kuraġġ u noffru sapport lill-artisti lokali tagħna." Ritratt: Kurt Mizzi L-MIAF – Online Edition, se jkun qed jippreżenta numru sostanzjali ta' artisti lokali filwaqt li jesponi t-tliet pilastri tal-arti tal-ispettaklu: iż-żfin, il-mużika u t-teatru. L-online festival se jkollu tnax-il filmat b'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv, l-Orkestra Filarmonika ta' Malta, Teatru Malta u s-Soċjetà Maltija tal-Arti. Programm eċitanti ta' disa' produzzjonijiet, b'koreografiji minn Dorian Mallia, Pamela Kerr u Rochelle Gatt, akkumpanjati mil-mużiċisti Francis Camilleri u Luke Baldacchino u l-kompożitur Luc Houtkamp. Jinkludi wkoll tliet ensembles mużikali mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta. Mill-ġeneru tat-teatru, l-awturi Trevor Zahra, Simone Spiteri u Malcolm Galea kitbu varjetà ta' monologi li se jiġu interpretati mill-atturi Joseph Galea, André Mangion u Mikhail Basmadjian. Bħala simbolu ta' għaqda u ta' solidarjetà f'dawn iż-żminijiet inċerti, 'il fuq minn 100 artist lokali ngħaqdu flimkien f'tliet artist collectives, li jinkludu żfin koreografat, verżjoni moderna tad-diska 'Kemm Hu Sabiħ', oriġinarjament kantata minn Sammy Bartolo, u prestazzjoni unika tal-poeżija 'L-Għajta ta' Malta' ta' Oliver Friġġieri, b'kollaborazzjoni ma' Teatru Malta. Festivals Malta se tkun qed tniedi wkoll l-'Archive Series', li tikkonsisti f'online streaming b'xejn ta' ħames produzzjonijiet mill-MIAF 2019. L-MIAF se jkun qed joffri spettaklu ieħor bl-isem ta' 'Opera Highlights', li se jagħmel parti mill-Hybrid Festival, li se jkun qed iżur 'il fuq minn 50 lokalità madwar Malta biex iwassal il-mużika live lill-poplu. Id-direttur artistiku Ruben Zahra saħaq dwar l-importanza li noħolqu impenn bejn l-udjenza u l-artisti tagħna tul dawn iż-żminijiet. Ruben Zahra qal, "Naħseb li bħalissa l-arti u l-kultura huma aktar importanti minn qatt qabel. Inħoss li hu fid-dmir tagħna li ningħaqdu mal-udjenzi tagħna u nikkollaboraw ma' artisti lokali biex toħroġ il-kreattività minn dan il-maltemp li għaddejjin minnu. Tul dawn iż-żminijiet aħna rridu nagħtu aktar valur lill-kultura, lill-wirt nazzjonali u lill-artisti tagħna, biex b'hekk ningħaqdu flimkien b'sens ta' tama u ta' solidarjetà". Il-Malta International Arts Festival – Online Edition se jittella' bejn id-19 ta' Ġunju u l-5 ta' Lulju. Għal aktar informazzjoni żur is-sit permezz ta' dan il- lin k .
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-lill-missirijiet-kollha/
Filmat: "Lill-missirijiet kollha"
newsbook.com.mt
Fost id-diversi produzzjonijiet li l-kumpanija Rewind ippreżentat f'dawn l-aħħar snin, bla dubju li niftaktu s-sensiela D.R.E.A.M.S fejn matulha kienu jitwasslu bosta kanzunetti oriġinali li ġew interpretati mill-protagonisti. Bla dubju li hi ferm addattata għal dan il-jum is-silta "Lill-Missirijiet Kollha" b'kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, l-istess awturi tas-sensiela u bosta produzzjonijiet fosthom Ħbieb u Għedewwa, Sorelle, F'Ġieħ L-Imħabba, Emilja u Manwela fost ħafna oħrajn. Il-mużika hija ta' Ray Agius. Awguri lill-missirijiet kollha f'dan il-jum.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-l-isbah-haga-li-gratli-hi-li-sirt-nannu-philip-vella/
Filmat: "L-isbaħ ħaġa li ġratli hi li sirt nannu" – Philip Vella
newsbook.com.mt
Għal din l-edizzjoni ta' Let's Chat, Frederick Zammit tkellem ma' Philip Vella li proprju fl-aħħar ġranet ħareġ il-kanzunetta Pa, proprju maħsuba għal Jum il-Missier, li qed niċċelebraw illum il-Ħadd 21 ta' Ġunju. Matul din il-konversazzjoni Philip jitkellem dwar ir-relazzjoni li huwa kellu ma' missieru, li ħalliena 6 snin ilu, dwar ir-relazzjoni maż-żewġt uliedu, kif ukoll dwar x'fisser għalih il-fatt li sar nannu. U llum, Jum il-Missier, kif se jkun qed iqatta' l-ġurnata? Segwi l-intervista sħiħa f'din il-paġna. Muntaġġ: Sarah Salafia Aqra wkoll: Filmat: "Naf li tard, ħafna tard... nixtieq narak" – Philip Vella
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/il-maltin-kontra-elezzjoni-bikrija-stharrig/
Il-Maltin kontra elezzjoni bikrija – stħarriġ
newsbook.com.mt
Il-maġġoranza tal-Maltin huma kontra li ssir elezzjoni bikrija minflok dik skedata għall-2022, filwaqt li rapporti qegħdin jindikaw li l-Prim Ministru Robert Abela qed jikkunsidra li jsejjaħ elezzjoni bikrija. Stħarriġ li sar mill-EMCS u ġie kkummissjonat mit-Times of Malta juri li 78% tal-Maltin iridu li l-Gvern ikompli bit-terminu tiegħu sal-2022. Fih ipparteċipaw 376 persuna, u l-istħarriġ sar bejn id-9 u t-18 ta' Ġunju. Intant, l-istorja tal-faċċata tal-gazzetta Illum tgħid li l-Prim Ministru qed jikkunsidra li jsejjaħ elezzjoni bikrija għaliex jinsab irrabjat wara l-iskandlu ta' Montenegro li ġie żvelat din il-ġimgħa. L-istħarriġ tat-Times juri li 3% tal-Maltin iħossu li għandha ssir elezzjoni din is-sena, filwaqt li 78% jemmnu li l-Gvern għandu jkompli bit-terminu tiegħu sal-2022. 4% jaħsbu li għandha ssir elezzjoni s-sena d-dieħla. Fl-istħarriġ, il-Partit Laburista qiegħed fuq quddiem bi 23% aktar mill-Partit Nazzjonalista. 38% mill-parteċipanti jivvutaw lill-Partit Laburista kieku kellha ssir elezzjoni għada, filwaqt li 15% jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Il-PL jirbaħ b'40,000 vot kieku ssir elezzjoni – stħarriġ Il-PM jikkunsidra elezzjoni bikrija – rapport Il-gazzetta Illum qalet illi minkejja li kienet ilha tiġi diskussa fi ħdan il-Partit Laburista l-possibbiltà ta' elezzjoni bikrija, b'dak li ħareġ dwar l-iskandlu ta' Montenegro, il-Prim Ministru Robert Abela jinsab irrabjat u xxukkjat ħafna, u qed jikkunsidra elezzjoni għaliex, jgħid l-artiklu, "min huwa politikament kolpevoli ma jistax jibqa' fil-partit." Fl-2017 kienet issejħet elezzjoni bikrija mill-Prim Ministru Joseph Muscat, wara li kienu ħarġu allegazzjonijiet li rabtu lil Muscat u martu Michelle mal-kumpanija Egrant. Malta din il-ġimgħa nħasdet mill-informazzjoni li ħarġet dwar skandlu ieħor, din id-darba dwar profitt mhux iddikjarat li għamlet il-kumpanija 17 Black ta' Yorgen Fenech meta l-Enemalta xtrat wind farms f'Montenegro. Bħalissa għaddejjin proċeduri fil-qorti kontra Yorgen Fenech peress li huwa akkużat b'kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Skandlu Montenegro: Informazzjoni ġdida fuq dak li żvela Yorgen It-tmun f'idejn min? Il-Prim Ministru huwa fdat mill-parteċipanti tal-istħarriġ erba' darbiet aktar mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Abela jitqies il-kandidat ideali biex imexxi l-Partit Laburista, iżda Chris Fearne qabeż lil Abela fil-kategorija ta' min għandu l-aħjar kwalitajiet ta' tmexxija. Fi stħarriġ simili mwettaq mill-MaltaToday, il-Prim Ministru Robert Abela għadu l-aktar mexxej fdat, iżda jidher li bħalissa huwa l-inqas li qatt kien fdat minn mindu laħaq Prim Ministru f'Jannar li għadda. Madankollu, Adrian Delia xorta jidher li mhuwiex fdat mill-pubbliku daqs Abela. Mistoqsijin jekk għandhomx idea ċara lil min jivvutaw li kieku kellha ssir elezzjoni għada, kważi tnejn minn kull tliet persuni li pparteċipaw fl-istħarriġ tat-Times, wieġbu li għandhom. Aktar minn kwart qalu li li kieku, ma jafux lil min jivvutaw bħalissa. Kwart mill-parteċipanti fl-istħarriġ qalu li mhux importanti għalihom min jirbaħ l-elezzjoni li jmiss. Madankollu, l-istħarriġ juri li l-Maltin għadhom ħerqana sabiex jivvutaw, peress li 86% minnhom iħossu li hu dmirhom li jivvutaw. Filmat: Ma naħsibx li se nitilfu l-elezzjoni li jmiss – Delia
[ 12 ]
https://newsbook.com.mt/xqieghed-jigri-fil-habs/
X'qiegħed jiġri fil-ħabs?
newsbook.com.mt
Hbieb u Ghedewwa 61 Fl-episodju tal-lum tas-sensiela Ħbieb u Għedewwa li jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315, Karl imur ikellem lil Brenda. X'se tgħidu xħin tarah? Hu se juriha ritratt. Tgħid hi se tagħraf lil xi ħadd minnhom? X'se tgħidlu dwar Valentina? Sarah tiltaqa' ma' Gloria biex turiha li hi kienet taf b'kollox. X'reazzjoni se jkollha Gloria? Illum nerġgħu mmorru l-ħabs biex niltaqgħu mal-priġunieri. X'inhuma jagħmlu? Hbieb u Ghedewwa 61 Hbieb u Ghedewwa 61 Hbieb u Ghedewwa 61 Hbieb u Ghedewwa 61 Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/scones-tac-cikkulata-u-l-gellewz/
Scones taċ-ċikkulata u l-ġellewż
newsbook.com.mt
Ingredjenti 260g dqiq plain 35g zokkor ismar 2 kuċċarini baking powder nofs kuċċarina melħ 70g butir mill-friġġ imqatta' kubi bajda kbira kikkra ħalib 1 mgħarfa meraq tal-lumi kuċċarina u nofs essenza tal-vanilla 100g ċikkulata mfarrka f'biċċiet 100g ġellewż imfarrak Metodu Saħħan il-forn għal 200 ̊Ċ (400 ̊F). Ħallat flimkien id-dqiq, iz-zokkor ismar, il-baking powder u l-melħ. Żid il-butir u ħallat sakemm it-taħlita ssir tixbah lil frak tal-ħobż. F'bieqja oħra ħallat il-ħalib mal-meraq tal-lumi. Imbagħad ħabbat mal-bajda u l-essenza tal-vanilla. Żid mat-taħlita tad-dqiq u wara itfa' u ħallat il-frak taċ-ċikkulata u tal-ġellewż. Oħroġ l-għaġina mill-bieqja u agħġina bil-mod sakemm tkun tista' tirrublaha bla ma teħel fuq mejda bi ftit dqiq. Ifforma f'ċirku ta' 15cm u aqta' f'sitt biċċiet. Poġġi fuq karta tal-forn midluka fuq tilar tal-forn u sajjar sakemm isiru kulur dehbi, madwar 15-20 minuta. Tista' sservihom sħan ukoll.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-gloria-se-tammetti/
Ritratti: Gloria se tammetti?
newsbook.com.mt
Fl-episodju tal-lum it-Tlieta mis-sitt u l-aħħar staġn ta' Ħbieb u Għedewwa se naraw li issa li Sarah qalet lil Gloria dak kollu li kienet saret taf dwar il-ġenituri tagħha, din se tammetti jew le? Il-Minċott jitlob pjaċir lil Luca. X'inhu dan il-pjaċir u se jaqdieh jew le? Gloria ċċempel lil Lina biex tgħidilha li Sarah u Olivia kienu saru jafu x'ġara meta kienu għadhom trabi. X'se tweġibha? Xi ħadd iċempel lil Sandra. Għaliex se jirrispondi Adam u x'se jgħidulu? Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm. Is-sensiela għandha kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/tnedija-tal-aps-summer-festival/
Tnedija tal-APS Summer Festival
newsbook.com.mt
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera attenda għat-tnedija tal-APS Summer Festival li huwa sponsorjat mill-Bank APS u ko-produċut mill-Valletta Cruise Port plc (VCP) u mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO). Il-festival se jittella' bejn is-26 ta' Ġunju u t-18 ta' Lulju 2020 u se jkun qed jospita numru ta' attivitajiet kulturali u ta' divertiment fil-Valletta Waterfront, bil-għan li jqarreb ix-xena artistika Maltija lejn il-komunità f'ċelebrazzjoni tas-sajf. Dan il-festival se jkun miżmum fuq barra, fl-isfond tal-fortifikazzjonijiet storiċi u tal-Port il-Kbir, u l-post huwa adattat ukoll għall-introduzzjoni mill-ġdid ta' avvenimenti pubbliċi wara l-pandemija. Il-Ministru Herrera qal li, "Dan huwa avveniment interessanti li għandu jattira ħafna nies. Minn dan il-proġett ser igawdu l-artisti li se jkollhom venue fejn jistgħu juru t-talent tagħhom lin-nies, ser noffru divertiment lin-nies u b'hekk nelevaw il-kwalità tal-ħajja, filwaqt li se nixprunaw il-mutur ekonomiku tal-pajjiż." Dan il-festival se jkun qed jaderixxi mar-regolamenti attwali tas-saħħa u tas-sigurtà u ser jipprovdi kombinazzjoni artistika u kulturali diversa u jinkludi ġeneri differenti ta' mużika, minn klassika għal rock sa jazz, kummiedja, żfin, poeżija u arti viżwali. Uħud mill-aqwa artisti bħal Red Electrick, Nadine Axisa, Studio 18 u l-Orkestra Filarmonika ta' Malta se jitħalltu mat-talent lokali emerġenti u l-Malta Youth Orchestra, kif ukoll se jkun hemm ċinema fil-beraħ f'xi ljieli. Sigmund Mifsud, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-MPO, qal li l-orkestra, flimkien mal-VCP, ħadet din l-inizjattiva biex torganizza dan il-festival waqt il-pandemija tal-COVID-19. "Ingħatajna r-responsabbiltà li nippromwovu l-mużika klassika u li nipprovdu pjattaforma għall-artisti lokali biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom. L-għan tagħna hu li nimmotivaw l-udjenzi u nispiraw it-tama permezz tas-sbuħija tal-mużika." Is-Sur Mifsud enfasizza li l-festival jissottolinja aktar l-irwol kruċjali tal-arti għall-benesseri tas-soċjetà tagħna. Carlo Micallef, id-Deputat Kap Eżekuttiv u Chief Marketing Officer tal-MTA, qal li, "L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu bi pjaċir qed tagħti s-sostenn tagħha sabiex dawn l-avvenimenti jsiru u jkunu ta' suċċess kif ukoll qed ngħinu sabiex jiġu reklamati kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta għat-turisti li se jżuruna f'Lulju." Hervé Delpech, Uffiċjal Kap għall-Istrateġija fl-APS Bank, qal, "Meta l-ewwel bdejna naħdmu fuq dan il-proġett mal-imsieħba VCP u l-MPO, kmieni f'Mejju, ma konniex nafu x'se jkun qed jiġri fis-sajf. Ix-xewqa tagħna kienet dejjem dik li noffru lill-pubbliku l-opportunità li jattendi avvenimenti artistiċi ta' kwalità bil-mod kif aħna mdorrijin ingawdu l-iljieli tas-sajf tagħna. Aħna kburin li qed nappoġġaw dan il-festival li se jġib arti spettakli u viżwali differenti lill-komunità filwaqt li jippromwovi t-talent lokali." Stephen Xuereb, il-Kap Eżekuttiv tal-VCP u COO tal-Global Ports Holding ikkummenta, "Aħna kburin li qed nikkoproduċu u nospitaw dan il-festival li fih numru ta' avvenimenti fil-beraħ. Bħala firmatarju tal-UNWTO Global Code of Ethics for Tourism, aħna nsegwu sett ta' prinċipji ddisinjati biex jappoġġaw il-komunitajiet lokali. Huwa f'dan l-ispirtu li appoġġajna din l-inizjattiva. Dawn l-avvenimenti se jkunu opportunità biex in-nies igawdu r-rinnovar li qed isir fil-Valletta Waterfront permezz tal-investiment ta' aktar minn €2 miljuni għat-tined ġodda li jikkumplimentaw l-ambjent storiku tal-Port il-Kbir". L-APS Summer Festival huwa appoġġat ukoll mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Studio Seven, Embassy Cinemas u Island Insurance Brokers. Il-festival jibda fis-26 ta' Ġunju fid-21:00 bil-biljetti jiswew €10. Għall-iskeda sħiħa ta' avvenimenti u għal bookings tistgħu żżuru s-sit www.embassycinemas.com/aps-summer-festival/ Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/kont-mahbub-minn-kulhadd/
"Kont maħbub minn kulħadd"
newsbook.com.mt
Xita ta' messaġġi u kummenti qed iduru fuq il-mezzi soċjali bħala tislima għall-Patri Victor Enriquez, li tilef ħajtu dalgħodu waqt li kien qed jgħum fl-inħawi tal-Exiles f'San Ġiljan. Patri anzjan jitlef ħajtu waqt għawma f'Exiles Fost l-oħrajn kiteb l-Eks Membru Parlamentari Laburista Joseph Cuschieri li rrimarka li Patri Victor ħadem ħafna bl-aktar mod eżemplari u għamel ħafna ġid maż-żgħażagħ, mal-għarajjes, mal-miżżewġin u fil-Parroċċa tal-Karmnu, il-Balluta. "Kont maħbub minn kulħadd", kompla jgħid Cuschieri b'qalbu maqsuma bit-telfa tal-Patri Karmelitan. Qalbi maqsuma bit-telfa traġika tal-għażiż Patri u ħabib Dun Victor Enriquez O.Carm waqt li kien qiegħed jgħum. Kont... Posted by Joseph Cuschieri on Wednesday, June 24, 2020 Sellimlu wkoll l-eks Ministru Nazzjonalista George Pullicino li rringrazzjah għas-servizz kollu li ta fi ħdan il-Knisja lill-komunità. Insellmu lil Fr.Victor Enriquez mill-Parrocca tal-Karmnu, l-Balluta li dalghodu nghaqad mal-Mulej. Grazzi tas-servizz kollu li tajt fi hdan il-Knisja lill-komunita'. Posted by George Pullicino on Wednesday, June 24, 2020 Another beautiful soul just passed away. Rip Fr. Posted by Karl Gouder on Wednesday, June 24, 2020 B'niket inħabbru l-mewt ta' Patri Victor Enriquez, KarmelitanAgħtih O Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem. Il-Madonna tal-Karmnu tilqgħu fi ħdanha Posted by Carmelite Priory Mdina on Wednesday, June 24, 2020
[ 13 ]
https://newsbook.com.mt/ghira-bejn-tlett-nisa-minhabba-ragel-misterjuz/
Għira bejn tliet nisa minħabba raġel misterjuż
newsbook.com.mt
Mil-lum l-Erbgħa fit-3pm, TVM se jibda jxandar is-serje fi tlett puntati bl-isem ta' Il-Leħen li Dewa Mill-Bir. Din hi produzzjoni li kienet ixxandret għall-ewwel darba f'Ġunju tal-1980. Huwa kapolavur tad-drammaturgu Taljan Ugo Betti. Bi traduzzjoni ta' ta' Charles Abela Mizzi, Betti kien oriġinarjament semma dan id-dramm klassiku "Delitto all'isola delel Capre". Il-Professur Joe Friggieri kien ipproduċa di is-serje u d-direzzjoni televiżiva kienet ta' Albert Marshall, filwaqt li dik artistika kienet ta' Lino Farrugia. Fiha naraw biss ħames atturi: Doreen Grech, Jane Marshall, Karmen Azzopardi, Karmenu Gruppetta u Godwin Scerri. Fuq il-Gżira tal-Mogħoż jasal raġel misterjuż, Anġlu. Hu kien inbagħat minn Neriku, ir-raġel ta' Agatha, illu mejjet. Ma' Agatha jgħixu wkoll Pija u Silvja. Ħajjithom iqattgħuha 'bogħod miċ-ċiviltà – ħajja bla ħajr li tkidd u tifni. Imma x'mar jagħmel Anġlu għand dawn it-tlett nisa? Bejn in-nisa tinbet l-għira għax jixtiequh. Iżda ma jdumux ma jintebħu li ħadd minnhom ma jista' jieħdu u għalhekk jiddeċiedu li jilagħbu ċajta goffa. Kollox hu marbut mal-bir b'xibrejn ilma fid-dar tagħhom. Meta Anġlu jinżel biex iġib żewġ fliexken inbid, huma jaqtagħlu l-ħabel... It-tieni u t-tielet parti jixxandru għada l-Ħamis u pitgħada l-Ġimgħa, dejjem fit-3pm fuq TVM.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-xarabank-mimli-nies-jaqa-minn-fuq-pont-fil-polonja/
Ritratti: Xarabank mimli nies jaqa' minn fuq pont fil-Polonja
newsbook.com.mt
Xarabank mimli nies waqa' minn fuq pont fil-belt kapitali tal-Polonja, Warsaw. Inċident li ħalla persuna mejta u 17-il persuna oħra midruba skont l-awtoritajiet tal-pajjiż. Reuters irrapporta kif xhud tal-inċident ra x-xarabank taqa' fit-triq ta' taħt il-pont u t-tieqa ta' quddiem titfarrak kompletament. Spejga li nofs ta' wara tax-xarabank kien għadu fuq parti mit-triq. Agencja Gazeta/Dariusz Borowicz via REUTERS Grupp kbir ta' ħaddiema tas-salvataġġ u oħrajn ta' emerġenza ħadmu biex ineħħu t-tifrik minn fuq il-pont fis-sigħat ta' wara l-inċident. Il-Ministru għas-Saħħa tal-pajjiż ikkonferma li kien hemm persuna li tilfet ħajjitha. Qal li kien hemm ħames persuni oħrajn li ġarrbu ġrieħi serji u b'hekk qed jissieltu għal ħajjithom. Il-Pulizija qed jaraw x'seta' kien dak li kkawża l-inċident li seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar. Is-sindku ta' Warsaw qal li se tkun qed tissejjaħ kummissjoni speċjali biex tinvestiga l-kawża tal-inċident filwaqt li se jingħata s-sapport kollu psikoloġiku lil dawk affettwati mill-ħabta.
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-il-mulej-ma-jharisx-lejn-l-ucuh-fr-bernard/
Filmat: "Il-Mulej ma jħarisx lejn l-uċuh" – Fr Bernard
newsbook.com.mt
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Bernard Falzon u l-attur André Penza. Il-qari tal-ġurnata Qallu ċ-ċenturjun: "Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta' ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu: "Mur!", u jmur; lil ieħor ngħidlu: "Ejja!", u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu: "Agħmel dan!", u jagħmlu". Ġesù baqa' mistagħġeb meta sama' dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: "Tassew, ngħidilkom, f'ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/zjara-fl-international-tax-unit-u-tech-mt/
Żjara fl-International Tax Unit u Tech.MT
newsbook.com.mt
Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji l-Prof. Edward Scicluna flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo għamlu żjara ġewwa l-International Tax Unit (ITU) u ġewwa l-fondazzjoni Tech.MT fiż-Żejtun. F'din iż-żjara, il-Ministru flimkien mas-Segretarju Parlamentari ltaqgħu mad-Direttur Ġenerali tal-ITU s-sur Aldo Farrugia u mal-bord tat-Tech.MT immexxi mic-Ċermen is-sur Mark Bugeja u s-CEO Ms Dana Farrugia. Il-Ministru Scicluna enfasiżża l-importanza tad-dipartiment tat-taxxa, speċjalment fid-dawl tal-bidliet li għaddejjin bħalissa f'dan il-qasam fuq livell internazzjonali. Dan id-dipartiment għandu rwol kruċjali f'dak li għandu x'jaqsam mad-dħul tal-Gvern u fl-istess ħin li jassigura l-konformita' mal-liġijiet internazzjonali tal-ħasil ta' flus u l-evitar tat-taxxa. Waqt id-diskussjoni mal-Bord tad-Diretturi tat-Tech.MT Il-Prof Scicluna irrimarka dwar il-bżonn li nagħmlu font komuni u kkoordinat biex nimbuttaw il-quddiem it-teknoloġija diġitali b'mod olistiku speċjalment fil-konfront tal-kompetittivita' finanzjarja. Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo, irrimarka x-xogħol tajjeb li qed tagħmel din l-Awtorità biex il-qasam teknoloġiku f'pajjiżna jkompli jissaħħaħ. Żied jgħid li l-Gvern qed jaħdem bi sħiħ biex bħala pajjiż ma nibqgħux restrittivi iżda nħarsu lejn it-teknoloġija bħala t-triq 'l quddiem fejn jidħlu niċeċ ekonomiċi ġodda. "Ma rridux norbtu lilna nfusna ma' settur partikolari jew ieħor. Irridu nħarsu lejn mudell ekonomiku iżjed diversifikat u flessibli. Fil-fatt aktar kmieni din il-ġimgħa nedejna Think Tank dwar l-ekonomija diġitali magħmul minn numru ta' professjonisti bil-għan li nfasslu strateġija għal x'ħa jkun il-futur ta' Malta Diġitali fil-ħames snin li ġejjin." Żied jgħid is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo. Ritratt: Jason Borg / DOI Din l-informazzjoni twasslet mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-l-iktar-parti-iebsa-kienet-it-tahrig-neil/
Filmat u ritratti: "L-iktar parti iebsa kienet it-taħriġ" – Neil
newsbook.com.mt
L-għawwiem Neil Agius wasal f'Tas-Sliema wara li lesta għawma ta' 100+km minn Sqallija għal Malta biex iqajjem kuxjenza għal Wave of Change Malta, li tieħu ħsieb kampanji favur l-ibħra nodfa. L-għawma ħadet ftit inqas minn 30 siegħa wara li hu qabeż fil-baħar ta' Ragusa fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu fejn beda jgħum mingħajr għajnuna, jiġifieri li fl-ebda ħin ma seta jmiss jew iserraħ mad-dgħajejs li kienu qed jakkumpanjawh. Waqt intervista ma' newsbook.com.mt Neil stqarr li l-aktar parti diffiċli f'dan kollu kein it-taħriġ peress li kien jgħum sitt darbiet fil-ġimgħa, li jinkludi li jqum fis-1am l-Ġimgħa filgħodu u jgħum għal 9 sigħat, u jerġa jagħmel l-istess fil-jum tas-Sibt. L-aħħar darba li din l-għuma saret kienet 35 sena ilu minn Nicky Farrugia fl-1985. Photo credit: Markus Behmann Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lill-għawwiem Neil Agius Intant il-Partit Nazzjonalista feraħ lill-għawwiem Neil Agius. Photo credit: Partit Nazzjonalista "F'din l-inizjattiva imsejħa Wave of Change, Neil Agius bagħat sinjal qawwi ta' kemm l-isport jista' jkun pjattaforma importanti sabiex inwasslu lis-soċjeta' tagħna messaġġi varji fl-interess tal-ġid komuni," ikkummenta Robert Cutajar f'isem il-Partit Nazzjonalista. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima jifraħ lil Neil Agius Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima feraħ lil Neil Agius, li għam b'suċċess bejn Malta u Sqallija d-distanza ta' 100 kilometru. Bl-inizjattiva 'Wave of Change', li hi kampanja kontra r-rimi tal-plastik fil-baħar, kellna konferma oħra ta' kemm bl-isport nistgħu nibgħatu messaġġ qawwi favur ir-rieda u d-determinazzjoni. Il-gvern Malti japprezza immens l-ġest tas-Sur Agius li permezz ta' din l-għawma bagħat messaġġ b'saħħtu ħafna favur l-indafa fil-baħar, speċjalment fil-madwar tal-gżejjer Maltin. Is-Segretarju Parlamentari Grima rringrazzja wkoll lil dawk kollha li kienu mas-Sur Agius fl-aħħar sigħat, u għenuh biex wasal għal dan it-tragward mistħoqq, li se jibqa' mniżżel fl-istorja sabiħa tal-isport lokali.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/ritratti-id-diffikultajiet-kibru-evelyn-u-michael/
Ritratti: "Id-diffikultajiet kibru" – Evelyn u Michael
newsbook.com.mt
Fl-aħħar ġranet Rewind Productions kompliet bil-ġbid taż-żewġ sensiliet F'Ġieħ L-Imħabba u Sorelle, kif ukoll qed ilestu l-aħħar xeni biex jagħlqu għal kollox is-sensiela Ħbieb u Għedewwa, li bħalissa qed tixxandar ta' kuljum fuq Melita More, Cable Channel 315. L-aħħar puntata minn din is-sensiela mistennija tixxandar nhar il-Ġimgħa 14 ta' Awwissu. Dwar iż-żewġ sensiliet l-oħra li jixxandru fuq TVM, u li bħal għadd kbir ta' programmi oħra kellhom jieqfu ħesrem minħabba fil-pandemija tal-Covid-19, issa reġa' beda l-ġbid fuqhom. "Id-diffikultajiet kibru," qalulna Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber, l-awturi tas-sensiela u parti mill-kumpanija Rewind li tipproduċi dawn iż-żewġ sensiliet. Huma spjegaw kif scripts li kienu ilhom miktuba qed ikollhom jinbidlu minħabba li l-locations qed isiru diffiċli. Dan għaliex illum il-ġurnata, kaġun tal-pandemija, mhux kulħadd lest li jilqa' l-atturi u l-crew biex jiffilmjaw ġewwa darhom. "Nifhmu lil kulħadd, għax il-biża' hemm qegħda," qaltilna Evelyn li spjegat ukoll li hemm min qalilhom li jistgħu ikomplu jużaw ir-residenzi tagħhom meta pajjiżna jagħmel 14-il jum mingħajr ma jirreġistra l-ebda każ. Għall-awturi din xejn mhi sitwazzjoni faċli għax qed ikollhom idawru l-iscripts. "Hemm ukoll il-problema li issa kulħadd qed ikollu bżonn iżomm il-bogħod," spjegawlna. Huma wkoll daħlu fid-dettal li f'xena minnhom, minħabba li żewġ atturi kellhom bżonn jitgħannqu, kellhom ukoll imorru jittestjaw u meta r-riżultat ġew fin-negattiv, għamlu wkoll ix-xena li kienet importanti ħafna għall-istorja. Fuq is-sett qed jittieħdu l-prekawzjonijiet u anki kellu jieqaf il-ġbid tas-sensiela meta kien hemm ukoll min għatas. Huma saħqu li filwaqt li dawn il-produzzjonijeit huma l-mezz tal-għixien għall-kumpanija Rewind, is-saħħa tal-atturi u l-crew tibqa' l-prijorità tagħhom. Huwa pjanat li meta F'Ġieħ L-Imħabba jasal lura se jkunu qed jitwasslu 36 puntata ġdida, filwaqt li Sorelle mistennija li jkun hemm 180 puntata oħra. Evelyn u Michael żvelaw ukoll li minħabba f'ċirkostanzi maħluqa mill-pandemija, se jkun hemm tibdil f'xi atturi ta' Sorelle u fil-fatt tlett karattri se jkollhom wiċċ ġdid fil-puntati l-ġodda li se jkunu qed jixxandru.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/progett-biex-l-ekonomija-maltija-tinbidel-fintrapriza-socjali-sal-2030/
Proġett biex l-ekonomija Maltija tinbidel f'intrapriża soċjali sal-2030
newsbook.com.mt
Kumpanija ta' konsulenza lokali ħabbret proġett biex jifforma l-ekonomija Maltija f'intrapriża soċjali sal-2030. Fi stqarrija CI Group spjega kif il-kwalità tal-ħajja soċjali ma tistax tkun iddeterminata biss mit-tkabbir ekonomiku imma tiddependi wkoll minn standards etiċi, sistemi ta' sigurtà u kisbiet personali. Qalet li b'riflessjoni ta' dan, il-kontribuzzjoni tan-negozju fis-soċjetà jmur ferm lil hinn mill-produzzjoni ta' ġid. Spjegat li l-kumpaniji, organizzazzjonijiet kummerċjali u ażjendi huma f'pożizzjoni li jistgħu jixprunaw l-innovazzjoni biex isolvu problemi ta' natura komuni. Huma għandhom l-għarfien u r-riżorsi meħtieġa, finanzjajri, kapitali jew umani, biex jiżviluppaw soluzzjonijiet prattiċi li joħolqu valur miżjud. Sostniet li l-prodotti u s-servizzi tagħhom jipprovdu valur dirett lill-konsumaturi iżda l-ħolqien ta' valur ma jieqafx mat-transazzjoni finali. L-impjegati wkoll jibbenefikaw minn dan il-valur, flimkien mal-azzjonisti tal-kumpanija u l-ekonomija tal-pajjiż b'mod ġenerali. L-ekonomija tagħna, minkejja li tidher sempliċi u ffukata fuqha nfisha hija waħda li evolviet f'sistema kumplessa u bbażata fuq il-komunità. CI Group rrimarkat kif madankollu din ir-rabta profonda bejn in-negozju u n-nies rari tintuża strateġikament mill-imsieħba soċjali. Għall-kuntrarji, spiss il-kumpaniji huma meqjusa bħala qegħdin hemm biss għall-ġenerazzjoni ta' profitti u l-kontribut tagħhom lejn il-benesseri soċjali huwa injorat jew, ikkunsidrat b'ċertu xettiċiżmu. Qalet li l-emerġenza tal-Covid-19 għandha tagħti saħħa lin-negozju biex dan jitqarreb iktar lejn is-soċjetà u jħares lejn il-komunitajiet inqas bħala suq u aktar bħala ċentri ta' azzjoni tal-bniedem. Corporate ID Group spjega li qed imexxi din il-viżjoni ta' innovazzjoni soċjali li tiġbor fiha negozju, soċjetà ċivili u amministraturi pubbliċi biex flimkien jiżviluppaw il-politika, jimplimentaw programmi u jiżviluppaw prodotti u servizzi li jindirizzaw ħtiġijiet soċjali filwaqt li jsostnu t-tkabbir tal-pajjiż. Il-Grupp qal li bl-appoġġ ta' netwerk b'saħħtu ta' esperti f'oqsma differenti li jkopru l-qasam akkademiku, kummerċjali, is-settur pubbliku u dak soċjali, CIGroup qed iniedi CiNext – inizjattiva fuq medda twila ta' żmien biex l-ekonomija Maltija ssir mudell ta' intrapriża soċjali sal-2030. Spjegat kif hemm bżonn ta' bidliet fuq livell strutturali u l-imsieħba soċjali kollha biex kull kumpanija twettaq ir-rwol tagħha fis-soċjetà. Qalet li malli kumpanija tħares lejn id-dimensjoni soċjali ta' dak li qed toffri, se tkun qed timxi fil-pass li jmiss tal-kapitaliżmu: li jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' aktar stakeholders , li jissaħħaħ il-benesseri tas-soċjetà, li tixpruna l-għarfien u li tiżgura li d-dħul li jkollha jkopri l-ispejjeż u jiġi evitat il-bżonn li jitnaqqsu l-ħaddiema. CiNext, se tkun il-bażi tal-viżjoni għal Malta2030, li għandu jservi ta' proċess biex iġib flimkien imsieħba professjonali li jistgħu jikkontribwixxu għal sforz li jwassal valur soċjali permezz ta' parteċipazzjoni tas-settur privat, entitajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet ċiviċi u oħrajn li huma impenjati biex itejbu l-benesseri tas-soċjetà. L-għan finali ta' CiNext huwa li tingħata għajnuna lill-organizzazzjoniet biex jinvolvu ruħhom f'qafas li permez tal-isforzi konġunti jwasslu għal sforzi aħjar, fejn l-"iskop" ikun parti integrali ta' strateġija favur kwalità ta' ħajja aħjar għaċ-ċittadini kollha. Malta2030, hija inizattiva tal-pjattaforma tal-Insights Institute ta' Ci Group. Id-diviżjoni ġdida ta' CiGroup li taħdem fuq polices setkun immexxija minn Isabelle Micallef Bonello, David Spiteri Gingell u Nathanael Muscat f'isem Ci Consulta. Din se jkollha l-appoġġ ukoll tal-Insights Institutes. Jesmond Saliba qal li "il-filosofija tagħna f'Ci Group hi ispirata mir-rieda li nagħtu servizz permzz ta' konnessjonijiet marbuta ma' xulxin." L-Insights Institute jservi ta' forum li jgħaqqad flimkien numru wiesa' ta' imsieħba u esperti. Barra li huwa forum, huwa spazju ta' ħsieb għal mexxejja eżistenti u aspiranti fid-dinja tal-kumpaniji: forum li jgħaqqad flimkien esperti minn oqsma differenti b'esperjenza diretta u għarfien li jistgħu jaqsmu mal-bqija tas-suq. Immexxi minn Jesmond Saliba, Chairman Eżekuttiv ta' Ci Group, Team CiNext se jkun qed jaħdem fuq Viżjoni Malta2030. It-Tim jinkludi Prof. Andrew Azzopardi, is-Sur Andrew Azzopardi, is-Sur Franco Azzopardi, Dr Claire Bonello, Dr David Bonello, Mr Pierluca Demajo, Dr Joanna Drake, Ms Claire Duff, Prof. Charmaine Gauci, Ms Claire Hollier, Ing. Philip Micallef, is-Sur Silvan Mifsud, is-Sur Stanley Mifsud, Dr Stephanie Vella u s-Sur Lawrence Zammit. Isabelle Micallef Bonello, Policy Director ma' Ci Group qalet "L-iskop bħala parti integrali minn strateġija jeħtieġ tmexxija dedikata u investiment finanzjarju. L-impenn mhux biss antidotu għar-rebgħa soċjali u ekonomika iżda jiggarantixxi prestazzjoni ekonomika reżiljenti mibnija fuq mudelli kummerċjali li jħallu profitti b'mod sostnut". David Spiteri Gingell,Policy Strategist ma' CiConsulta, fakkar kif it-trasformazzjoni ekonomika u soċjali teħtieġ ippjanar fuq medda twila ta' żmien. Qal li kulħadd jagħraf li llum Malta hija ekonomija u soċjetà ta' suċċess ibbażata fuq l-għarfien. Sostna li l-inizjattiva privata ta' CIGroup hi pass importanti li tirrifletti viżjoni ta inklużjoni u impenn wiesa' lejn żvilupp olistiku biex is-soċjetà tikkontribwixxi lejn il-benesseri tas-soċjetà. "Il-prioritajiet ekonomiċi qed jikkonverġu malajr lejn il-prioritajiet tal-komunitajiet u dan jippermetti sinerġiji strateġiċi ġodda bejn in-negozju u parteċipanti soċjali oħra biex imexxu l-iżvilupp fl-għaxar snin li jmiss, sostna Nathanael Muscat,Policy Coordinator ma' Ci Consulta. Saliba qal li "Filwaqt li nagħraf li dan hu proġett ambiżjuz, l-esperjenza li ksibt flimkien numru ta' esperti kif ukoll bl-appoġġ ta' numru ta' kumpaniji u parteċipanti soċjali oħra, nistgħu ngħinu lill-kumpaniji biex jistabbilixxu l-iskop tagħhom bħala parti mill-istrateġija ewlenija tagħha, filwaqt li nixprunaw bidla li twassal riżultati pożittivi tanġibbli."
[ 4 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-fsekonda-jista-jinbidel-kollox-the-hand-book/
Filmat: "F'sekonda jista' jinbidel kollox" – The Hand-Book
newsbook.com.mt
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-attur u preżentatur Daniel Chircop. Il-qari tal-ġurnata Ġesù tala' fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh. U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Id-dixxipli resqu fuqu, qajmuh u qalulu: "Salvana, Mulej! Se nintilfu!". U qalilhom: "Dan il-biża' kollu għalfejn, ja nies ta' fidi ċkejkna?" Imbagħad qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira. Dawk stagħġbu, u bdew jgħidu: "Dan xi bniedem hu, biex sa l-irjieħ u l-baħar jisimgħu minnu?". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/ruiz-jestendi-l-kuntratt-tiegu-ma-floriana-f-c/
Ruiz jestendi l-kuntratt tiegħu ma' Floriana F.C.
newsbook.com.mt
Tħabbar li d-difensur ċentrali Arġentin Enzo Ruiz estenda l-kuntratt tiegħu ma' Floriana F.C. sa sentejn oħra. Dan ifisser li hu jibqa' jilgħab mal-klabb sal-aħħar tal-istaġun 2021/2022. Il-plejer ta' 31 sena beda jilgħab mal-Floriana fl-2016 u lagħab f'uħud mill-aqwa partiti tal-Floriana fil-kampjonati tal-FA Trophy, Super Cup 2016/17 u l-kampjonat Malti. Fl-istaġun tal-2018/2019, Ruin ġie magħżul bħala l-aqwa plejer tal-klabb waqt li proprju dan l-aħħar huwa għaqqad il-100 preżenza mat-tim. Ritratt: Facebook/FlorianaFC Filwaqt li l-istaġun li jmiss se jkun il-ħames wieħed għal Ruiz mal-Floriana, l-istess staġun se jkun l-ewwel wieħed għall-midfielder Taljan ta' 27 sena Nicola Leone li ffirma mal-Floriana fil-jiem li gaħddew. Ritratt: Facebook/FlorianaFC Leone kien inġieb f'Malta fil-bidu tal-istaġun li għadda minn Ħamrun Spartans. Għall-Floriana l-akkwist ta' Leone hwua t-tielet wieħed għall-istaġun li jmiss wara li fil-jiem ta' qabel kien tħabbar li l-klabb iffirma miegħu lil Siraj Eddin Arab u Flavio Cheveresan.
[ 15 ]
https://newsbook.com.mt/l-gharusa-terga-tibda-tixxandar-mil-lejla/
L-Għarusa terġa' tibda tixxandar mil-lejla
newsbook.com.mt
Mil-lum fid-8.45pm, TVM se jerġa' jibda jxandar il-puntati tat-tieni staġun tas-sensiela L-Għarusa bi produzzjoni ta' SharpShoot Media fuq kitba ta' Audrey Brincat Dalli. Dawn il-puntati għandhom iwasslu biex imbagħad f'Settembru jixxandru l-aħħar tlett puntati li jwasslu għat-tmiem ta' din l-istorja. Il-ġbid fuq dawn l-aħħar puntati se jkun qiegħed jibda proprju f'dawn il-ġranet. Fl-episodju tal-lejla Fenech Lauri ikollu żjara mingħand it-tabib sabiex jikkonvinċieh jfittex l-għajnuna iżda kollu ta' xejn ma jridx jaf. Bettina ma raqditx għajn m'għajn matul il-lejl u kienet pjuttost raffa ma' kuġintha Amelia. Arturo jipprova jtarraf xi ħaġa lil Lucrezia iżda Lucrezia ma tridx taf għax kienet għadha wisq entużjasta bil-festin u kuntenta li mar kollox sew. Arturo kien determinat li jimxi mod ieħor mil-lum 'l quddiem ma' bintu. Septa terġa' tipprova tiddeffes u Diego jgħidilha li huwa miżżewweġ lil Bettina. Dan ifisser li allura hi mhux se tiżżewweġ lil Bert. L-investigatur privat jerġa' jżur lil Bert, din id-darba biex jieħu sehmu issa li xogħlu lest. Fil-palazz jiġru xi movimenti li jbiddlu l-atmosfera ta' kollox.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/l-inglizi-ehxen-minn-nies-minn-pajjizi-ohra-hlief-mill-maltin-boris-johnson/
"L-Ingliżi eħxen minn nies minn pajjiżi oħra, ħlief mill-Maltin" – Boris Johnson
newsbook.com.mt
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson tkellem dwar it-tħassib tiegħu fuq il-ħxuna fir-Renju Unit, u semma lil Malta peress li qal li kkumparati ma' nies minn pajjiżi oħra, l-Ingliżi donnhom eħxen, ħlief mill-Maltin. Dan il-kumment ġie ppubblikat f'artiklu fuq il-ġurnal Politico. Ilbieraħ il-Prim Ministru tar-Renju Unit ħabbar li l-Gvern qed iħares lejn x'jista' jagħmel sabiex itaffi l-obeżità. Dan ħabbru waqt intervista mxerrda live fuq Times Radio. Stqarr li normalment jemmen li dak li jkun għandu jara hu xi stil ta' ħajja għandu jaddotta, iżda wara l-battalja tiegħu mal-coronavirus, qed jerġa' jirrifletti dwar dan. Boris Johnson fis-sala tal-kura intensiva għall-coronavirus Il-ġurnal Politico jirrapporta li Johnson attribwixxa l-fatt li qabdu l-coronavirus għall-piż tiegħu, li qabeż il-110 kilo meta daħal l-isptar. Issa huwa tal-fehma li jrid jagħmel li jista' sabiex l-Ingliżi jitilfu l-piż. Fl-intervista qal, "But when you compare us to other countries, we are significantly fatter — apart from the Maltese, for some reason." Malta għandha problema rikonoxxuta tal-obeżità, peress li kemm-il darba kklassifikat fuq quddiem ta' listi ta' pajjiżi Ewropej li għandhom l-aktar nies li jbatu bl-obeżità. Fl-2014, fil-Parlament kien ingħad li sa din is-sena, l-2020, l-obeżità għandha tonqos b'5%. ​L-obeżità f'Malta trid tonqos b'5% sal-2020 Fl-2017, ir-rapport Country Health Profile nnota kif f'Malta naqsu n-nies li jpejpu, imma r-rata tal-obeżità baqgħet xi ftit jew wisq l-istess. Intant, f'Ottubru li għadda, id-Deputat Ryan Callus issuġġerixxa li fl-iskejjel jibda jsir eżerċizzju kuljum għal 30 minuta sabiex dan ikun parti mill-ġlieda kontra l-obeżità. 30 minuta eżerċizzju kuljum fl-iskejjel kontra l-obeżità – Callus
[ 10 ]
https://newsbook.com.mt/l-eroj-germanizi-tal-covid-19-l-ewwel-vjaggaturi-fil-gzejjer-griegi/
L-eroj Ġermaniżi tal-Covid-19 l-ewwel vjaġġaturi fil-gżejjer Griegi
newsbook.com.mt
Ħaddiema Ġermaniżi li kienu fuq quddiemnett tal-ġlieda kontra l-coronavirus waslu fuq il-gżira Griega ta' Kos ilbieraħ fl-ewwel titjira minn barra l-pajjiż li niżlet fl-ajruport reġjonali tal-Greċja sa minn mindu bdiet il-pandemija. Madwar 180 persuna, fosthom persunal mediku, uffiċjali tal-pulizija u ħaddiema tas-supermarkits, taru minn Hanover u se jqattgħu ħamest ijiem fil-gżira li tinsab fil-baħar Eġew, il-post fejn twieled Ippokrate, tabib tal-Greċja antika, meqjus bħala Missier tal-Mediċina. Il-vjaġġ, organizzat minn TUI, ngħata b'xejn lill-ħaddiema fil-Ġermanja bħala ringrazzjament għall-kontribuzzjonix tagħhom waqt il-pandemija. Il-ħaddiema ntagħżlu mill-gazzetta Ġermaniża Bild wara proċess ta' nominazzjoni mill-pubbliku. Il-passiġġieri, li libsu maskri hekk kif niżlu mit-taraġ tal-ajruplan qalu li kienu kuntenti li setgħu jivvjaġġaw lejn il-Greċja. Huma ġew ittestjati bi prekawzjoni għall-Covid-19. "Il-virus għadu hemm...Irridu noqgħodu attenti u nsegwu r-regoli u hekk jirnexxilna flimkien", sostna Stephen, wieħed mill-passiġġieri, li jaħdem bħala uffiċjal fil-Kanċellerija Ġermaniża. L-ajruplani reġjonali se jibdew joperaw uffiċjalment minn għada. Il-Ministru tat-Turiżmu Harry Theocharis esprima t-tama tiegħu li dawn il-ħaddiema jgawdu vaganza "li jixirqilhom għall-kisbiet tagħhom." Il-Greċja, li ħareġ minn kriżi ta' dejn li damet sejra kważi għaxar snin fl-2018, għandha dipendenza qawwija fuq it-turiżmu għall-irkupru ekonomiku tagħha. S'issa, il-pajjiż irnexxilu jikkontrolla l-imxija tal-virus hekk kif ġew irrappurtati biss 3,376 każ, ferm inqas minn bosta pajjiżi oħra fl-Ewropa. Dan kien primarjament grazzi għal-lockdown minn kmieni. TUI qalet li fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju qed tippjana 56 titjira lejn destinazzjonijiet Griegi, inkluż lejn Kreta u Rodi.
[ 1, 10 ]
https://newsbook.com.mt/torta-bl-ikkapuljat-tal-majjal/
Torta bl-ikkapuljat tal-majjal
newsbook.com.mt
Ingredjenti 650g ikkapuljat tal-majjal 1 patata kbira 1 basla kbira mqattgħa rqiqa ħafna nofs kuċċarina melħ nofs kuċċarina bżar nofs kuċċarina kannella ponta ta' kuċċarina msiemer tal-qronfol mitħun ponta ta' kuċċarina allspice nofs kikkra ilma għaġina tat-torti biżżejjed biex tiksi dixx ta' 24ċm 1 bajda mħabbta ponta ta' kuċċarina paprika Metodu Għalli l-patata u għaffiġha. Poġġi f'taġen il-patata, l-ikkapuljat, il-basla, l-ilma u l-ispices u sajjar fuq nar bati sakemm ikollok taħlita magħquda. Iksi bl-għaġina d-dixx tal-forn fejn se ssajjar it-torta u imla fih it-taħlita tal-laħam. Għatti l-wiċċ bl-għaġina. Ippinzella l-wiċċ bil-bajda mħabbta u jekk trid roxx il-paprika. Agħmel xi toqob fil-wiċċ tal-għaġina. Sajjar għal 50 minuta f'temperatura ta' 175 ̊Ċ (350 ̊F).
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/nirringrazzjaw-lil-alla-li-ghandna-lilek-fhajjitna/
"Nirringrazzjaw lil Alla li għandna lilek f'ħajjitna"
newsbook.com.mt
Awguri lill-kantanta u mudella Nicole Vella li llum qed tiċċelebra għeluq il-21 sena tagħha. Twieldet bħal-lum, il-5 ta' Lulju tal-1999. F'Diċembru li għadda Nicole irrappreżentat lil Malta fil-konkors internazzjonali tal-Miss World. Fost il-bosta messaġġi ta' awgurju li diġà bdew jaslu lil Nicole, hemm dak ta' ommha, il-kantanta Debbie Scerri, li apparti battuta umoristika, irringrazzjat lil Alla li hi u żewġha Matthew għandhom lilha f'ħajjithom. Nicole hija wkoll studenta tal-psikoloġija u anke żeffiena, u konna wkoll rajnieha tikkompeti fil-programm X Factor Malta. Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Nicole f'għeluq sninha.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/ratatouille/
Ratatouille
newsbook.com.mt
Riċetta u ritratti: Tanya Zammit Ingredjenti Żejt taż-żebbuġa 3 irjus tat-tewm mgħaffġa 3 basliet slajsjati rqaq 3 tadamiet, imqaxxra, bla żerriegħa u maqtugħa min-nofs ftit weraq tal-ħabaq 2 kuċċarini sagħtar 1 brinġiela sjajsjata rqiqa 4 qarabagħli, maqtugħa rqaq ħafna għat-tul 2 bżariet kuluriti, bla żerriegħa, maqtugħa rqaq ħafna għat-tul 1 bżaru aħdar, bla żerriegħa, maqtugħ irqiq ħafna għat-tul bżar u melħ Metodu Aqli t-tewm, il-basal, it-tadam, il-weraq tal-ħabaq u s-sagħtar fuq nar bati għal 10 minuti. Neħħi mit-taġen u ħalli fil-ġenb. Aqli l-brinġiel fuq kull naħa, roxx ftit melħ, neħħi mit-taġen u ħalli fil-ġenb. Aqli l-qarabagħli minn kull naħa, roxx ftit melħ, neħħi mit-taġen u ħalli fil-ġenb. Aqli l-bżar kollu u żid il-ħaxix l-ieħor kollu. Roxx ftit bżar. Saħħan fuq nar tassew bati għal madwar 30 minuta. Biex tippriserva r-ratatouille Sterilizza l-fliexken. Meta ratatouille jkun sar poġġih fil-fliexken u ħalli 'isfel 3ċm mill-għatu. Poġġi l-fliexken f'banju marija u kompli sajjar għal 45 minuta oħra. Ħalli l-fliexken jiksħu matul il-lejl fil-banju marija Jibqa' tajjeb f'post mudlam għal xahrejn.
[ 2 ]
https://newsbook.com.mt/popcorn-preview-bverzjoni-iqsar-u-sajfija/
Popcorn Preview b'verżjoni iqsar u sajfija
newsbook.com.mt
Tul is-sena, il-producer u preżentatriċi Ruth Frendo toffri l-programm Popcorn fejn ta' kull ġimgħa titkellem dwar ħames films differenti li jkunu qed jintwerew fis-swali taċ-ċinema f'pajjiżna. Iżda tul dawn l-aħħar xhur u minħabba l-pandemija u minħabba li ċ-ċinemas kienu magħluqin, Ruth kienet qed titkellem dwar il-films li wieħed seta' jara mid-dar. "Fil-fatt f'dawn l-aħħar ġimgħat, u peress li qattajt ħafna iftar ħin mis-soltu d-dar, erġajt rajt ħafna films li kien ilni s-snin ma nara. Filwaqt li nammetti li ħadt pjaċir nerġa' nara xi films favoriti, jkolli nammetti li l-atmosfera li toffrilek iċ-ċinema immisjajtha. Għalhekk ninsab fis-seba' mitt sena li għal darb'oħra se nkun nista' nerġa' nibda nara l-films fiċ-ċinema, filwaqt li nitkellem dwarhom waqt il-programm," spjegat hi. Minbarra li jidher it-trailer ta' kull wieħed mill-films li Ruth titkellem dwarhom, waqt il-programm hi ssemmi wkoll għal min huma l-aktar addattati filwaqt li anki tispjega x'qed jgħidu l-kritiċi internazzjonali dwar kull film partikolari. "F'kelma oħra, lit-telespatturi ngħidilhom jekk fl-opinjoni tiegħi u tal-kritiċi internazzjonali, il-film ikunx tajjeb jew le," spiċċat tgħid hi. Fl-ewwel programm, Ruth se titkellem dwar it-thriller drammatiku tal-fantaxjenza mimli bl-azzjoni Bloodshot u dwar il-film tal-biżgħa u tal-fantasija mimli bl-avventura Fantasy Island. Popcorn Preview jibda jixxandar minn nhar is-Sibt fis-7pm fuq l-istazzjon One, b'repetizzjoni nhar ta' Ħadd fis-07:45 u nhar ta' Ġimgħa fl-10pm.
[ 2, 6 ]
https://newsbook.com.mt/filmat-kemm-nemmnu-li-l-mahfra-taghtina-l-helsien/
Filmat: "Kemm nemmnu li l-maħfra tagħtina l-ħelsien?"
newsbook.com.mt
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-attur u preżentatur. Il-qari tal-ġurnata Ġesù qal lill-mifluġ: "Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura". Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: "Dan qiegħed jidgħi". Ġesù għaraf x'kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: "Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f'qalbkom? Għax x'inhu l-eħfef, tgħid: "Dnubietek maħfura", jew tgħid: "Qum u imxi"? Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art", qal lill-mifluġ: "Qum, aqbad il-friex u mur lejn darek". Dak qam u telaq lejn daru. In-nies, meta raw dan, beżgħu u qabdu jfaħħru lil Alla li ta setgħa bħal din lill-bnedmin. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
https://newsbook.com.mt/it-turkija-dizappuntata-bil-mizuri-restrittivi-fuq-vjaggar-fil-konfront-taghha-mill-ue/
It-Turkija diżappuntata bil-miżuri "restrittivi" fuq vjaġġar fil-konfront tagħha mill-UE
newsbook.com.mt
It-Turkija nhar l-Erbgħa qalet li tinsab diżappuntata bid-deċiżjoni ta' l-Unjoni Ewropea li teskludiha mill-lista ta' pajjiżi rakkomandati għall-ivjaġġar non-essenzjali u talbet lill-bloc sabiex jikkoreġi "l-iżball" malajr kemm jista' jkun. Ir-rispons mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Tork wasal wara li l-Unjoni Ewropea eskludiet lit-Turkija, flimkien ma' l-Istati Uniti u pajjiżi oħra, mill-ewwel lista tagħha ta' pajjiżi siguri għall-ivjaġġar. "Il-miżuri li ħadet it-Turkija biex tiġġieled il-pandemija tal-coronavirus kif ukoll l-isforzi tagħha u s-suċċess li rnexxielha tikseb f'dan ir-rigward, huma evidenti," qal il-kelliem għall-ministeru Hami Aksoy f'stqarrija maħruġa apposta. "Qed nistennew li dan l-iżball dwar restrizzjoni fuq l-ivjaġġar taċ-ċittadini tagħna jkun korrett kemm jista' jkun malajr." Fit-Turkija kienu reġistrati kważi 200,000 każ ta' coronavirus fejn l-imwiet telgħu għal madwar 5,100 u bħalissa, ir-rata ta' każijiet ġodda qed tkun ta' madwar 1,300 kuljum. Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Tork Mevlut Cavusoglu u l-Ministru tat-Turiżmu Mehmet Ersoy se jżuru Berlin nhar il-Ħamis biex jiltaqgħu ma' uffiċjali Ġermaniżi sabiex jiddiskutu l-pandemija u t-turiżmu, fost affarijiet oħra. Il-Ġermanja hija sors ewlieni ta' turisti għat-Turkija. Aktar kmien nhar l-Erbgħa, il-President Tayyip Erdogan qal lill-uffiċjali tal-partit tiegħu AK li l-Ewropa qed tapplika miżuri "restrittivi" fil-konfront tat-Turkija li mhumiex bbażati fuq fatturi ta' saħħa iżda iżjed fuq fatturi politiċi.
[ 1, 10 ]
https://newsbook.com.mt/ryanair-thabbar-meta-se-jinghataw-il-flus-lura-lill-klijenti-ghat-titjiriet/
Ryanair tħabbar meta se jingħataw il-flus lura lill-klijenti għat-titjiriet li tħassru
newsbook.com.mt
Il-linja tal-ajru Ryanair ħabbret meta l-klijenti li kellhom titjira kanċellata minħabba l-pandemija se jieħdu flushom lura. Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li għamlet progress kbir biex tipproċessa r-rifużjonijiet monetarji għall-klijenti tagħha li tħassrulhom it-titjiriet li kellhom ibbukkjati bejn Marzu u Ġunju. Spjegat li minn meta reġgħu fetħu l-uffiċċji tal-kumpanija f'Dublin fl-Irlanda fl-1 ta' Ġunju, ġew imħarrġin aktar impjegati biex jaħdmu fuq ir-rifużjonijiet. Id-dati meta dawn se jingħataw huma: It-talbiet għal rifużjoni għal titjiriet f'Marzu tlestew kollha Sal-aħħar ta' Ġunju tlestew nofs it-talbiet għal rifjużjoni għal titjiriet f'April Sal-15 ta' Lulju, se jingħataw flushom lura l-bqija tan-nies li kellhom isiefru f'April Sa tmiem Lulju, dawk li kellhom isiefru f'Mejju u f'Ġunju se jingħataw flushom lura Dawn id-dettalji jinkludu lil dawk il-passiġġiera li aċċettaw vawċers tal-ivvjaġġar jew li jmexxu t-titjira tagħhom għal Lulju, Awwissu u Settembru. Ryanair qiegħda tieħu ħsieb li tikkuntattja lill-aġenti tal-ivvjaġġar online wkoll sabiex dawk jipprovdu d-dettalji eżatti tal-bukings mhux awtorizzati, peress li dan qed iwaqqaf lill-kumpanija milli tipproċessa l-flus lura lill-klijenti. Ryanair tippjana li tiftaħ 40% tat-titjiriet minn Lulju
[ 1 ]
https://newsbook.com.mt/onorat-li-qed-inniedi-dan-il-ktejjeb-dwar-persunagg-zejtuni-il-ministru-bonnici/
"Onorat li qed inniedi dan il-ktejjeb dwar persunaġġ Żejtuni" – il-Ministru Bonnici
newsbook.com.mt
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici nieda r-raba' ktieb mis-sensiela "Għamlulna Ġieħ" immexxija 'il quddiem mill-għaqda "Wirt iż-Żejtun" li huwa ddedikat lil Klement Tabone, persunaġġ li għex fis-sittax u s-sbatax-il seklu. Dan il-ktieb, bħat-tlieta ta' qablu, kompla jwassal l-għarfien dwar persunaġġ ieħor Żejtuni li għamel ġieħ lil raħal twelidu. Il-Ministru Bonnici qal: "Kemm inħossni onorat li għandi din l-opportunità biex inniedi dan il-ktejjeb dwar persunaġġ Żejtuni. Dan il-ktieb huwa mimli informazzjoni ddettaljata b'mod li ma jħallikx titlaq il-ktieb minn idek qabel ma taqra l-aħħar paġna. Tabone ġej minn familja tat-tajjeb li għexet f'Casal Pasqualino u barra l-ġid li ħallew u li għamlu, ħallew ukoll isimhom minqux fl-istorja ta' beltna u ta' pajjiżna. Is-sens ċiviku u l-lealtà ta' dan il-bniedem lejn pajjiżu għandu jkun ta' eżempju li fuqu jimxi kull ċittadin." F'dan il-ktieb ġew riprodotti żewġ artikli li kien kiteb dwar il-familja Tabone u l-Knisja ta' San Klement, il-Kanonku Dun Joe Abela fil-ktieb tal-festa tas-Soċjetà Mużikali Beland u l-ieħor fil-ktieb tal-festa "L-Armar" tal-Għaqda tal-Armar 25 ta' Novembru. Il-Ministru Bonnici rringrazzja lil dawn iż-żewġ għaqdiet li taw l-permess li jiġu ppubblikati dawn l-artikli. Dr Anton Bugeja pprovda riċerka dettaljata mmens dwar dan il-persunaġġ. Permezz ta' informazzjoni dettaljata minn diversi arkivji, wieħed seta' jibni diversi aspetti mill-ħajja u l-istorja ta' dan il-personaġġ. Il-Perit Ruben Abela spjega kif l-aħħar artiklu huwa miktub minnu fejn, "nistgħu nagħtu ħarsa lejn xi binjiet u tifkiriet li b'xi mod huma marbutin mal-familja Tabone u Klement innifsu. Dawn huma binjiet u tifkiriet li għadna narawhom sal-lum u ftit nobsru u napprezzaw l-istorja tagħhom u r-rabta li kellhom ma' nies importanti li ġew qabilna." Dan il-ktieb qiegħed jiġi ppubblikat f'għeluq l-għaxar snin mit-twaqqif ta' Wirt iż-Żejtun bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Ritratti: Omar Camilleri / DOI Ritratti: Omar Camilleri / DOI Ritratti: Omar Camilleri / DOI Ritratti: Omar Camilleri / DOI Din l-informazzjoni twasslet mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 2 ]