id
stringlengths
1
5
url
stringlengths
32
166
title
stringlengths
1
89
text
stringlengths
15
126k
3084
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ba%C4%A7ri%20fuku
Baħri fuku
It-tibdila baħrija jew baħri fuku hija uniformi tipika Ġappuniża (セーラー服 sērā-fuku) li tintilbes mill-istudenti bniet ta' l-iskejjel medji u superjuri. Din it-tibdila ġiet introdotta bħala uniformi skolastika fl-1921 mis-surmast tal-Fukuoka Jo Gakuin University (福岡女学院), Elizabeth Lee. Din l-uniformi tagħti lemħa lill-uniformijiet milbusa mill-Marina Rjali Ingliża ta' dak iż-żmien, li l-istess Elizabeth Lee skopriet meta kienet qed tistudja fil-Gran Brittanja. en:Japanese school uniform#Sailor outfit
3088
https://mt.wikipedia.org/wiki/Dun%20%C4%A0or%C4%A1%20Preca
Dun Ġorġ Preca
Dun Ġorġ Preca (1880-1962), jew San Ġorġ Preca, kien saċerdot Kattoliku Malti u Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, magħrufa bħala l-MUSEUM jew Mużew. Magħruf fost il-Maltin sempliċiment bħala "Dun Ġorġ". Kien pijunier tal-appostolat tal-lajċi fil-Knisja Kattolika, ħamsin sena qabel il-Konċilju Vatikan II, u fost l-ewwel li ta l-Bibbja f'idejn il-lajċi u ġie kanonizzat mill-Papa Benedittu XVI fit-3 ta' Ġunju 2007. Tfulija Bin Vinċenz, li hu spettur sanitarju mill-Belt, u Natalina imwielda Ceravolo, għalliema mill-Belt, Ġorġ Preca twieled hu ukoll il-Belt Valletta fit-12 ta' Frar, 1880, f'53, Triq il-Punent, fil-Parroċċa ta' San Duminku. Is-seba' tifel fost disa' aħwa - erbgħa subien u ħamsa bniet. L-ewwel Priministru ta' Malta, Joseph Howard "kien imħallat sewwa mal-familja Preca", kien ir-raġel tal-kuġina ta' ommu. Ma kinux foqra, tant li kellhom seftura. Tgħammed fis-17 ta' Frar minn Patri Vinċenz Cousin, Dumnikan fil-Knisja ta' Porto Salvo. Ta' 5 snin kien se jegħreq fil-Port il-Kbir imma salvah barklor.merata kellu 6 snin marru joqogħdu B'Kara u ftit wara l-Ħamrun. Irċieva l-Griżma fit-2 t'Awissu 1888 minn idejn l-Isqof Anton Maria Buhagiar, fil-Knisja ta' San Gejtanu l-Ħamrun. Daħal abbati. Fra Diegu kien profetizzalu "Ġorġ, meta tikber int għad issir qassis u għad tiġi tqaddes f'dan l-istitut (Fra Diegu)". Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Ħamrun. Ta' 12-il sena ta l-eżami għal-Liċeo u għadda mat-tieni darba, f'Settembru 1892. Kienu għaddew 51 minn 131. Kuljum kien jimxiha mill-Ħamrun għal-Liċeo li kien il-Belt, u lura. Kien tajjeb fil-lingwi. Studja l-Latin, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ingliż. Ħa premju wkoll għall-kalligrafija. Ta' 14-il sena qara Thejjija għall-Mewt ta' San Alfons Maria de Liguori. Fiż-żmien tal-Liċeo sab ruħu mħallat ma' numru ta' żgħażagħ li kienu fit-triq tas-saċerdozju. Fl-1896 daħal is-Seminarju jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Fost dawk li kienu seminaristi fi żmienu nsibu lil Mikiel Gonzi, li iktar tard sar Arċisqof, Dun Furt Ellul u Dun Anton Buhagiar (li sar Kappillan San Pawl il-Baħar) Żgħożija u l-Bidu tal-MUSEUM Għall-ħabta tal-1897, meta kellu madwar 17-il sena, iltaqa' ma' wieħed mill-għalliema tiegħu tal-Liceo, Dun Ercole Mompalao, ħdejn il-Mall tal-Furjana. Dun Ercole għamillu din il-profezija: “Preca, int għad tikber u nies li jirrispetaw ‘l Alla jidħlu fil-familjarità miegħek u inti magħhom. Int għad issib xortik permezz tagħhom u huma għad isibu xortihom permezz tiegħek”. Fit-8 ta' April 1905 miet Dun Alwiġ Galea li għal ħafna snin kien il-konfessur ta' Ġorġ. Preca kien jirrakonta li ftit wara mewtu Dun Alwiġ deherlu u qallu: “Lilek Alla għażlek biex tgħallimlu l-poplu tiegħu”. Fl-istess żmien indiehes ma' grupp ta' żgħażagħ li kienu jiltaqgħu f'għalqa quddiem il-Knisja ta' San Gejtanu. Mill-ewwel beda jkellimhom fuq Alla. Fosthom kien hemm Ewġenju 'Ġeġè' Borġ, ħaddiem tat-Tarzna. Dun Ġorġ tah attenzjoni speċjali u kien jieħdu għalih waħdu biex jgħallmu u jfissirlu l-ħajja ta' Ġesu Kristu skond l-Evanġelju ta' San Ġwann. Ġeġè kellu jkun l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà ta' Dun Ġorġ. Il-Kjeriku Ġorġ Preca kiteb abbozz ta' regola bil-Latin biex jibgħatha lill--Papa San Piju X għall-approvazzjoni. Kellu l-ħsieb li fil-parroċċi kollha jkun hemm djar b'sebgha rġiel ordnati djakni, megħjunin minn awżiljari lajċi, li xogħolhom kellu jkun li jgħallmu lit-tfal u l-kbar. Ftit qabel l-ordinazzjoni saċerdotali Dun Ġorġ kien kawżi ser imut b'marda li ħakmitu, probabilment it-tuberkolożi. It-tabib Nerik Meli qata' qalbu minnu, iżda għalkemm kellu pulmun minnhom niexef, Ġorġ rkupra "bl-interċessjoni ta' San Ġużepp". Saċerdot Dun Ġorġ ġie ordnat saċerdot flimkien ma' 13-il saċerdot ieħor fit-22 ta' Diċembru 1906 mill-Isqof Pietru Pace. Meta l-Isqof ġie biex jidlek idejn Ġorġ Preca "iż-żejt spiċċalu u kellu jinġieb il-ġdid." Iċċelebra l-ewwel quddiesa solenni fil-Parroċċa ta' San Gejtanu, l-Ħamrun, nhar il-Milied. Għal xi ġimgħat wara l-ordinazzjoni saċerdotali kien joħrog biss mid-dar biex iqaddes. Kien jibqa' miġbur fil-kamra ta' fuq il-bejt jitlob u jimmedita. Ħajja fqira Minkejja li kien ġej minn familja tat-tajjeb, Dun Ġorġ kien jgħix f'faqar kbir. Minn kulma jiddobba kien iżomm biss dak li hu meħtieġ biex jgħix, il-bqija jqassam kollox. (Wara li waqqaf il-MUSEUM kien jgħin ħafna lill-Mużewijiet tal-bniet, li xi wħud minnhom ma kienx ikollhom biex iħallsu l-kera.) Il-lamra li fiha Dun Ġorġ għadda l-biċċa l-kbira ta' ħajtu, kienet kamra żgħira ħafna. Kien fiha sodda b'saqqu kollu ħotob, mejda naqra kbira bil-kotba fuqha, għax lanqas librerija tiegħu ma kellu. Kellha tieqa waħda li quddiemha kien hemm ħajt iswed u għoli. L-art tal-kamra kienet ħarxa u t-tibjid qadim. Lanqas elettriku ma kellu fid-dar u li kieku s-Soċjetà ma bagħtitx soċju biex jagħmillu d-dawl kieku lanqas qatt ma kien iħabbel rasu biex ikollu l-elettriku. Mudell għas-Saċerdoti Iż-żjara tal-Papa Benedettu XVI, f'April 2010, wasslet ukoll il-karatteristika ta' San Ġorġ Preca bħala Saċerdot, proprju fis-sena ddedikata lis-Saċerdot. Kemm meta wasal fl-ajruport ta' Malta, kif ukoll fuq il-Fosos tal-Furjana, il-Papa rrefera għal San Ġorġ Preca. Fuq il-Fosos tal-Furjana, il-Papa ppreżenta lil San Ġorġ Preca bħala “rigal għażiż tas-saċerdozju” u ddeskrivieh bħala “saċerdot ta' umiltà kbira, ta' tjubija, manswetudni, ġenerożità, bniedem ta' talb u b'passjoni biex jikkomunika l-veritajiet tal-Vanġelu”. Fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 21 ta' April fil-Vatikan, il-Papa eżorta biex San Ġorġ Preca jservi ta' mudell u ta' ispirazzjoni lis-Saċerdoti fil-ħidma tagħhom biex itemmu l-missjoni li rċevew biex jitimgħu il-merħla tal-Mulej. Il-Fondazzjoni tal-M.U.S.E.U.M Darba minnhom, Dun Ġorġ Preca kien għaddej fil-knisja ta' San Gejtanu u sema' lis-sagristan jgħallem id-duttrina lit-tfal. Tifel staqsa lis-sagristan: “Lil Alla, min ħalqu?” U dak wieġbu: “Alla sar waħdu.”, meta kellu jwieġbu "Alla kien minn dejjem." Dun Ġorġ intebaħ li hemm bżonn li jsir xi ħaġa sabiex lin-nies jingħatalhom tagħlim Nisrani kif xieraq. Għall-ħabta tal-aħħar ta' Jannar 1907 Dun Ġorġ sejjaħ mill-ġdid lill-grupp taż-żgħażagħ u nhar it-2 ta' Frar iltaqgħu fil-Knisja Ta' Nuzzo, il-Ħamrun, għal lezzjoni tiegħu. Nhar is-7 ta' Marzu ltaqgħu għall-ewwel darba f'post ċkejken li kienu krew f'n. 6, Triq Fra Diegu, l-Ħamrun. Dawn iż-żewġ dati jimmarkaw it-twaqqif tas-Societas Doctrinae Christianae (Soċjetà tad-Duttrina Nisranija): grupp ta' żgħażagħ lajċi iffurmati fil-ħajja tar-ruħ u fil-prinċipji tar-reliġjon kattolika, mibgħuta biex jgħallmu l-poplu. Għall-bidu, Dun Ġorġ sejjaħ l-għaqda tiegħu Societas Papiduum et Papidissarum jew “Xirka ta' Ulied il-Papa” għaliex ried jisħaq fuq il-lealtà lejn il-Papa. Intant, soċju, Salvu Muscat issuġġerixxa l-isem “Mużew” u biż-żmien dan l-isem qabad u baqa'. Dun Ġorġ fassal akronimu mill-kelma “MUSEUM” bil-Latin: "Magister utinam sequatur Evangelium universus mundus!" (Mgħallem, li kien id-dinja kollha timxi fuq l-Evanġelju!!!). Is-Sezzjoni Femminili tas-Soċjetà tal-MUSEUM Il-fergħa tan-nisa bdiet f'Raħal Ġdid fl-1910 bl-għajnuna ta' Ġannina Cutajar li wara saret l-ewwel Superjura Ġenerali. Dak iż-żmien Dun Ġorġ kien idur l-oqsma tal-Museum tas-subien u meta kien ikun Raħal Ġdid kien jgħaddi għand il-familja Cutajar. Ta' spiss kien jitkellem magħhom fuq il-ħolma tiegħu li jwaqqaf Sezzjoni tal-Museum għall-bniet. It-tfajla Ġannina kienet toqgħod tisma'. Dun Ġorġ, l-ewwel ma kellem lil ħuha Karmenu li kien soċju tal-Museum u wara kellem lilha. Wara li fehemha xi xtaq mingħandha, hi intlaqtet mill-ħolma tiegħu u aċċettat. Nhar l-10 ta' Jannar 1910 infetħet l-ewwel dar tal-MUSEUM għall-bniet f'Raħal Ġdid. Ġannina, li kellha madwar 15-il sena, ġabret magħha tnax-il tfajla oħra u flimkien setgħu jgħallmu f'dan l-ewwel Qasam. Kienu jiltaqgħu f'maħżen li tahulhom missier Ġannina. Iżjed tard, meta bdew jinfetħu iżjed Oqsma, Dun Gorġ għażilha bħala l-ewwel Superjura Ġenerali. F'Għawdex Is-Sezzjoni Femminili bdiet f'Għawdex qabel dik Maskili. Filfatt bdiet fin-Nadur nhar is-16 ta' Settembru 1915, bis-Superjura Rakela Camilleri li Dun Ġorġ kien isejħilha Superjura Djoċesana f'Għawdex. Fl-Arkivji tas-Soċjetà tal-MUSEUM jeżistu ħafna ittri li Dun Ġorġ kien jibgħat lis-Superjura Rakela Camilleri biex jagħtiha pariri dwar id-diffikultajiet li kien ikollha. Dawn huma xi wħud mill-isbaħ ittri ta' Dun Ġorġ. Is-Sezzjoni Maskili damet biex bdiet f'Għawdex sas-sena 1941, meta Emanuel Bianco, soċju minn Malta, intbagħat jaħdem Għawdex u kien hu li beda l-ewwel qasam fir-Rabat. Aktar tard ingħaqad miegħu ukoll Willie Buhagiar, soċju ieħor minn Malta. Tfixkil tal-Bidu Fil-bidu tas-seklu 20, f'Malta bdew jinxterdu ħafna ideat rivoluzzjonarji, fosthom dawk ta' Manwel Dimech, u għalhekk il-Knisja kienet toqghod b'seba' ghajnejn fuq kull attività jew organizzazzjoni gdida, bezghana minn xi taghlim gdid li seta' jtebba' t-tradizzjoni Nisranija tal-gzira. Ghalhekk, meta l-kelma waslet f'widnejn l-Isqof, li grupp ta' zghazagh kien qed jiltaqa' regolarment biex jitkellem fuq Alla, il-biza' ma setax jonqos. Tant nies kienu qed jingabru biex jisimghu lil dan il-qassis u s-segwaci tieghu jitkellmu fuq Alla b'mod semplici u car. Mhux kulħadd fehem mill-ewwel x'ried jagħmel Dun Ġorġ u kien hemm min saħansitra fehmu ħażin. Il-Bibbja u t-teoloġija f'idejn lajċi ħaddiema kienet ħaġa ġdida u kienet wisq aktar ġdida li dawn il-lajċi joħorġu fit-toroq u l-pjazez ixandru l-Kelma t'Alla lil kulħadd. Fl-1909, il-Vigarju Mons. Salv Grech ordna lil Dun Ġorġ jagħlaq l-Oqsma tal-Mużew li kien laħaq fetaħ. Dun Ġorġ obda. Numru ta' kappillani nsistew biex din l-ordni tal-Vigarju Ġenerali tiġi revokata. Kien għall-ħabta tal-1910 li Dun Ġorġ kellu esperjenza mistika qawwija li hu kien isejjah “il-famuża dehra ta' Ġesù Tfajjel”. Kien għaddej ħdejn is-Salib tal-Marsa meta jilmaħ tfajjel ta' madwar tnax-il sena jimbotta karetta b'qoffa demel. It-tifel ikkmandah: “Aghtini l-ghajnuna!” Kif Dun Ġorġ medd idejh biex jagħtih l-għajnuna, ħass ħlewwa li ma bhalha u ma setax isib tarf ‘il fejn hu u t-tifel marru bil-karretta. Wara li rrifletta, Dun Ġorg intebaħ li t-tifel kien Ġesù, u d-demel jew fertilizzant ifisser it-tagħlim. Bejn l-1914 u l-1915 bdew jidhru fil-ġurnali lokali xi artikli kontra l-M.U.S.E.U.M. li kienu mimlijin disprezz u nġurji. Dun Ġorġ impona fuq il-membri tiegħu il-vot jew wegħda tal-manswetudni li biha ntrabtu li jaħfru mill-qalb lil min ikasbarhom u kien jinsisti magħhom biex “iħobbu d-disprezzi” u ma jħallux li dawn itelfulhom il-paci ta' qalbhom. Fl-1916 l-Isqof Mauro Caruana ordna li ssir inkjesta dwar is-Socjetà. Kellhom jgħaddu 25 sena mit-twaqqif tagħha sabiex fit-12 t'April 1932, l-Isqof ta' Malta, Dom Maurus Caruana OSB approva r-Regola u s-Soċjetà ta' Dun Ġorġ. - L-Arċisqof Pawlu Cremona, 14 ta' Frar 2007 Is-Soċjetà tal-MUSEUM tinfirex Id-Djar għat-tagħlim nisrani bdew jiftħu waħda wara l-oħra fil-parroċċi. Inħass il-bżonn kbir tal-edukazzjoni reliġjuża tal-poplu għax il-ħajja nisranija tal-kotra kienet mibnija fuq is-sagramenti u d-devozzjonijiet bla ma kien hemm għeruq sodi fit-tagħlim tal-Knisja. It-tfal bdew jiġu kuljum fid-Djar ta' Dun Ġorġ għax hemm sabu nies dedikati li jgħinuhom jikbru, mhux biss fil-ħinijiet tat-tagħlim iżda wkoll waqt il-logħob. Sa mill-bidu nett, Dun Ġorġ obbliga lill-katekisti tal-MUSEUM li kuljum, wara li jkunu temmew jgħallmu liż-żgħar u lill-kbar, jiltaqgħu flimkien għal siegħa ta' formazzjoni (L-Assenjatur). Il-kariżma tiegħu li jgħallem għadha ħajja u l-vokazzjonijiet fis-Soċjetà tiegħu dejjem jiżdiedu. Fi żmienu, Dun Ġorġ innifsu bagħat sitt membri biex jevanġelizzaw fl-Awstralja. Bħalissa s-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. għandha wkoll Djar tat-tagħlim u skejjel fil-Kenja, fil-Perù, f'Londra u fl-Albanija, u mill-2011 fil-Polonja u f'Kuba. Dun Ġorġ u l-Ilsien Malti Dun Ġorġ(1880-1962) waqqaf is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) fi żmien ta' injoranza reliġjuża kbira. Fi żmienu l-kotba bil-Malti kienu ftit. Kieku ma kinitx il-ħeġġa ta' għadd ta' saċerdoti, fosthom Dun Ġorġ, li bdew jibnu librerija reliġjuża bil-Malti, il-poplu Malti qajla kellu x'jaqra bl-ilsien tiegħu stess. Fl-istess żmien saru diversi traduzzjonijiet u kotba ta' mogħdija ta' żmien minn awturi bħal Alfons Marija Galea u Annibale Preca. Imma, fil-qasam tat-teoloġija ( ma kien hawn kważi xejn. Dun Ġorġ kiteb madwar 150 ktieb, li jvarjaw fid-daqs, kollha fuq suġġetti reliġjużi. Kiteb għadd kbir ta' kotba ta' tagħlim dwar it-Teoloġija Dommatika, il-Morali u l-Ispritwalità. Ikkompona għadd kbir ta' libretti ta' talb, kemm għall-użu privat tas-Soċjetà Museumina, u kemm għad-devozzjoni popolari. Kien appostlu tal-Kelma ta' Alla, speċjalment tal-Evanġelju li kien isejjaħlu “Leħen il-Maħbub”. Kien jinsisti li s-soċji u l-poplu jitgħallmu siltiet qosra mill-Evanġelu bl-amment. Barra minn hekk Dun Ġorġ ħadem ħafna biex il-Bibbja tkun f'idejn il-poplu bl-ilsien tiegħu. Hu nnifsu ttraduċa xi siltiet minnha iżda fuq kollox kien tal-akbar appoġġ għall-Prof Pietru Pawl Saydon li qaleb il-Bibbja kollha mill-ilsna oriġinali għall-Malti u li b'rikonoxxenza ħalla d-drittijiet tal-istampa lis-Soċjetà ta' Dun Ġorġ. Kotba tiegħu Fost l-aqwa kotba ta' Dun Ġorġ Preca nsibu Is-Sakrarju tal-Ispirtu ta' Kristu, Il-Ġinnasju Spiritwali, Il-Ktieb il-Kbir, Il-Ktieb tal-Mezzi u tas-Sinjali u Ittra Popolari fuq il-Manswetudni.Dun Ġorġ qatt ma ried li jidher ismu fil-ħafna kotba li kiteb, anzi meta xi ħadd kien ifaħħarlu l-kotba tiegħu kien jgħid li dawk kienu “kotba minn kotba” u mhemm xejn oriġinali fihom. Il-Ktieb tal-Mezzi u tas-Sinjali Dan il-ktieb, li filfatt huwa żewġ kotba f'wieħed, huwa miktub bl-istil popolari ta' sentenza sentenza minflok paragrafi, fis-serje ta' kotba miktuba minn Dun Ġorġ biex igħallem lill-poplu bi kliem sempliċi u b'messaġġ li jidħol dritt fil-qalb. Tagħlim li għandu l-bażi tiegħu fl-Vanġelu u fil-kotba tal-qaddisin u l-axxeti u, għalhekk, hu sinteżi tal-ħajja qaddisa li għaliha hu msejjaħ kulħadd. Dan l-istil ta' kitba kien ħafna għal qalb Dun Ġorġ. Hu nnifsu kien jemmen li l-bniedem jitħajjar jaqra iżjed ftit sentenzi qosra mimlijin sugu u li jista' faċilment iżommhom f'moħħu għal tul taż-żmien. Dun Ġorġ kien ħsiebu biss biex iwassal it-tagħlim tal-ħajja eterna lil ħutu Maltin. Dan il-ktieb huwa xhieda oħra tal-moħħ versatili ta' Dun Ġorġ li kien dejjem joħroġ ktieb wara l-ieħor biex il-messaġġ tal-Vanġelu jasal b'mod li jiftiehem mill-poplu kollu. Dan ukoll hu dokument importanti li juri s-sentimenti nobbli tal-qalb ta' Dun Ġorġ - qalb imfawra bl-imħabba tiegħu lejn Alla u lejn il-bnedmin. Ittra Popolari fuq il-Manswetudni Wieħed mill-iżjed kotba magħrufa li kiteb Dun Ġorġ Preca, miktub qabel is-snin għoxrin meta kien għadu fl-aħjar tiegħu. Il-ktieb kien maħsub biex jinqara u jiġi meditat biss mis-Soċji tal-MUSEUM. Maż-żmien, iżda, il-ktejjeb ġie f'idejn xi ħadd li lil Dun Ġorġ ikkonvinċieh li joħroġ din il-kitba għall-pubbliku in ġenerali. Għalhekk, dik li qabel sejħilha “Ittra Privata fuq il-Manswetudni” ħariġha mill-ġdid bl-isem “Ittra Popolari fuq il-Manswetudni”. Sa mill-ewwel snin tat-twaqqif tal-MUSEUM, Dun Ġorġ ried li s-soċji jintrabtu b'vot ta' manswetudni, jiġifieri li l-imġiba tas-soċji bejniethom tkun dejjem waħda ta' mħabba, ħlewwa u ġentilezza. Għal Dun Ġorġ "manswetudni" kienet tfisser ‘ġentilezza u paċenzja filli wieħed isofri bla ma jiħrax jew jiqliel', u fuq kollox li wieħed jaħfer minn qalbu lill-għedewwa tiegħu fuq l-eżempju ta' Kristu li miet jaħfer lil dawk li sallbuh. Dun Ġorġ ried li s-soċji jaqraw din l-'Ittra' mill-bidu sa l-aħħar kull nhar is-26 ta' Diċembru, il-festa ta' San Stiefnu, il-Qaddis li miet jaħfer lil min qatlu. Dan il-ktejjeb baqa' popolari tant li saru ħafna edizzjonijiet tiegħu, b'kollox sitta. Fl-1990 ħarġet traduzzjoni tiegħu bl-Ingliż. L-‘Ittra Popolari fuq il-Manswetudni' fiha tlettax-il Kapitolu li jitkellmu fil-qosor dwar it-tagħlim morali u spiritwali ta' din il-virtù. Din il-kitba tibqa' l-ewwel dokument importanti mill-pinna ta' Dun Ġorġ Gabinetti Il-Gabinetti huma aktarx fost l-aktar kitbiet magħrufa ta' Dun Ġorġ, li hu nnifsu ħa ħsieb li jistampahom għall-ewwel darba f'fuljetti fl-istamperija Vox Press tal-Ħamrun u fl-Istamperija Museumina tas-Soċi Interni, Ħaż-Żebbuġ. Il-Gabinetti, ġew stampati individwalment f'diversi rivisti u publikazzjonijiet, u dehru miġburin flimkien għall-ewwel darba f'edizzjoni tal-1991. Fi kliem Dun Ġorġ innifsu Dawn huma ftit eżempji ta' gabinetti ta' Dun Ġorġ: L-Isptar ta' Kristu Ktieb kurjuż dan ta' Dun Ġorġ. Kitbu fis-snin ħamsin iżda li baqa' ma ppubblikahx f'ħajtu. Ħareġ l-ewwel darba f'forma stensiljata fl-1980 u mbagħad fl-1997 ħareġ bħala ktieb. L-Isptar ta' Kristu hu miktub bil-għan li n-nisrani, kif jgħid Dun Ġorġ innifsu fid-Daħla għall-Ktieb, jista' fl-immaġinazzjoni tiegħu jidħol fl-“isptar” ta' Kristu fejn isib it-“tabib” li jagħtih il-kura li tkun taqbel għall-marda tar-ruħ tiegħu biex jista' jfiq minnha u jkollu l-paċi. It-Tabib tas-Sema, li hu Ġesu Kristu, mhuwiex f'dan l-isptar għax siefer 'il bogħod u se jdum ma jiġi lura. Minfloku iżda, hu ħalla tobba oħra mħarrġin minnu stess u mgħallmin l-istess duttrina tiegħu, u għalhekk kapaċi jikkuraw il-marid bla ma l-pazjenti għandhom għalfejn jiddubitaw minnhom. Il-morda għandhom jiftħu qalbhom ma' dawn it-tobba u jqisuhom bħala ħbieb. F'dan l-isptar il-kura tal-mard hija mingħajr ħlas. L-Isptar li qed jitkellem fuqu Dun Ġorġ hija l-Knisja li lilha Ġesu afda l-fejqan spiritwali u s-saħħa ta' dawk kollha li jemmnu fih u jersqu lejha. Il-mard imsemmi hawn huma l-vizzjijiet li jista' jaqa' fihom il-bniedem, il-ġibdiet ħżiena, u ġrieħi oħra spiritwali li jnikktu lill-bniedem. Meta l-marid imur f'dan l-isptar partikolari joqgħod jistenna fil-waiting room fejn jista' jaħseb fit-tul fuq l-aħħar ħwejjeġ, in-novissimi (mewt, ġudizzju, infern u ġenna), bl-għajnuna ta' erba' inkwadri kbar. Imbagħad it-tabib isejjaħlu u jistaqsih x'inhi l-marda tar-ruħ tiegħu. Kif il-marid jgħidlu minn xiex qiegħed ibati, it-tabib iwasslu lejn is-sala mħejjija għal dik il-marda. F'dik is-sala t-tabib jagħti l-injezzjoni skond il-marda. Din tikkonsisti filli t-tabib jagħmillu lezzjoni qasira billi jurih il-kruha tal-vizzju jew il-marda tiegħu u jgħidlu x'mezzi għandu juża biex ifiq. Wara jagħtih kaxxa injezzjonijiet biex jista' jkompli l-kors għal tul xahar, flimkien ma' sentenza spiritwali biex joqgħod jaħseb fuqha. L-aħħar kliem li jgħidlu t-tabib huwa “Is-Sinjur Alla jkun dejjem miegħek.” Imbagħad isejjaħ il-purtinar biex jakkumpanja l-pazjent sal-bieb. F'L-Isptar ta' Kristu Dun Ġorġ jitratta 22 suġġett, li huma ż-żina, l-korla, l-għira, l-mibegħda, x-xeħħa, s-suppervja, s-serq, il-gidba, l-vanaglorja, d-dagħa, t-tlablib, l-ambizzjoni, l-ikel u xorb żejjed, il-vendetta, l-qtigħ il-qalb, il-bruda, l-iskrupli, il-ġlied, il-fittaġni, il-kurżità, l-għażż u n-nuqqas ta' fidi. Jidher li Dun Ġorġ kellu l-ħsieb li jżid xi suġġetti oħra qabel ma jippubblikah bħalma huma s-supersitizzjoni u t-tfittxija għall-kumdità. Il-Malti ta' Dun Ġorġ Il-Malti ta' Dun Ġorġ kien marbut xi ftit iżżejjed mat-Taljan, l-iktar fl-ewwel kotba tiegħu. Aktar ma għadda ż-żmien, aktar sab min jgħinu fil-libsa letterarja tal-kotba. Qabel jistampa xi ktieb kien jgħaddih lil xi membru tal-Museum biex jiktibhulu bil-“Malti tal-Għaqda” jiġifieri bl-alfabett tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, li ġie magħruf uffiċjalment fl-1932. Għalkemm Dun Ġorġ kien jagħmel tajjeb li kieku evita xi kelmiet taljanizzati żżejjed, hu fatt li ma tantx kien possibli li jaħrab l-użu ta' xi espressjonijiet, meta niftakru li hu kien qed jaqleb għall-Malti kliem tekniku fit-teoloġija li sal-lum, għadna nsibu diffikultà biex nagħtuh il-forma Maltija. U wkoll, ħafna mill-kliem li kienu jevitaw il-puristi u li Dun Ġorġ kitbu, illum sar parti mill-ilsien Malti. L-istudjużi fuq kitbietu Prof Oliver Friggieri, 1974 Mons. Lawrenz Cachia, studjuż ieħor tal-Malti kiteb hekk: Dwar il-kontenut tal-kotba ta' Dun Ġorġ, il-Prof Peter Serracino Inglott kiteb: Il-Misteri tad-Dawl u Talb ieħor It-talb tiegħu, li minnu waslilna ħafna u fuq bosta suġġetti, jikxef li Dun Ġorġ kien ruħ mistika medhija tfittex lil Alla biss. Mhux ta' b'xejn li kien konfessur imfittex ħafna għall-pariri, u jidher li Alla saħansitra nqeda bih biex fejjaq lil xi wħud. Il-Misteri tad-Dawl li huma meħudin minn talb privat li Dun Ġorg kien ta lis-soċji biex jingħad minnhom privatament b' xi tibdil żgħir ġew miżjuda mal-misteri l-oħra tar-Rużarju mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-2002. Patri Franku Dun Ġorġ mhux darba u tnejn li fil-kitbiet tiegħu, minflok l-isem tiegħu kien iniżżel 'Patri Franku'. Dan huwa l-isem li Dun Ġorġ kien ħa bħala Terzjarju Karmelitan, meta nkiteb Terzjarju fl-1918, u pprofessa fl-1919. Ktieb tiegħu jismu proprju Il-Pulptu ta' Patri Franku, li kitbu fis-snin ħamsin, meta kien diġà xjieħ. Kull kapitlu ta' dal-ktieb huwa stedina, imbagħad taħdita żgħira, u fl-aħħar konklużjoni. B'kollox Dun Ġorġ jikteb 113-il Pupltu jew aħjar 113-il Taħdita jew Konferenza. San Ġorġ Preca jidher bħala għalliem għall-poplu f'kull taħdita u jinħass li qiegħed jappella lill-moħħ biex il-qarrej jifhem, u aktar minn hekk, jappella lill-qalb biex il-bniedem dispost li jisma' jitqanqal u jaġixxi u fejn ikun hemm bżonn jikkonverti bis-serjetà. F'Pulptu Nru. 53 li jittratta d-dinjità tal-bniedem, Dun Ġorġ jikteb hekk: Verbum Dei u Devozzjonijiet oħra Verbum Dei Dun Ġorġ stinka ħafna biex tinxtered id-devozzjoni lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni. Sa mill-1917 beda jqanqal il-qima lejn il-kliem mill-Evanġelju ta' San Ġwann, “Verbum Dei caro factum est” (Ġw 1, 14). Ried li s-Soċji jilbsu badge b'dan il-kliem. Mill-1920 ħa ħsieb li f'kull raħal u belt, lejlet il-Milied, tiġi organizzata “Dimostrazzjoni ad unur ta' Ġesù Bambin”, użanza li daħlet sew fost id-drawwiet sbieħ tal-Milied Malti. Ix-xewqa tiegħu kienet li għall-Milied kull tifel u tifla li kienu jattendu l-M.U.S.E.U.M. jieħdu magħhom id-dar, grotta b'Ġesù Tarbija. Id-Dimostrazzjoni tal-Bambin Fl-1920, Dun Ġorġ kien ġabar lis-soċji tal-MUSEUM tal-Ħamrun biex jaqsam magħhom xewqa li kellu: li ssir dimostrazzjoni bil-Bambin tal-Milied fejn it-tfal u s-soċji f'lejlet il-Milied joħorġu mat-toroq tal-Ħamrun jgħajtu l-aħbar li Ġesù Bambin twieled għalina. Ix-xewqa tiegħu kienet li dawn joħorġu bħal f'purċissjoni bix-xemgħa f'idejn it-tfal u l-weraq tal-palm u ż-żebbuġ, iduru mat-toroq kollha tal-Ħamrun u jkantaw innijiet tal-Milied. Riedhom ukoll li jgħidu lil xi rġiel biex jiġu jimxu magħhom. Kellhom bżonn Bambin, u dan issellfuh mill-Belt, mill-Knisja tal-Franġiskani. Minn dakinhar, il-purċissjoni bil-Bambin kibret u xterdet ma' Malta u Għawdex u fl-artijiet l-oħra fejn hemm il-MUSEUM: l-Awstralja, il-Kenja, il-Perù, l-Ingilterra, il-Polonja u l-Albanija. Il-qofol tal-purċissjoni hu bambin imdaqqas f'maxtura, bandalora bil-kliem Verbum Dei factum est, fanali tal-mantell biex jagħtu d-dawl u fanali bl-arkett bi kliem relattiv mal-ġrajja tal-Milied. Matul il-purċissjoni x'aktarx li jitkantaw għanjiet tradizzjonali. L-istrumenti kienu, u għadhom jintużaw f'xi nħawi, accordion u vjolini. Il-Purċissjoni tal-Bambin issir f'madwar 66 lokalità f'Malta, fil-parti l-kbira lejlet il-Milied. F'xi postijiet, l-iktar fejn il-MUSEUM, minbarra l-Qasam prinċipali, ikollu fergħa jew tnejn fejn isir it-tagħlim, issir purċissjoni fit-23 ta' Diċembru biex il-membri mill-fergħat differenti fl-istess lokalità jgħinu lil xulxin billi l-purċissjoni titlob ftit xogħol mhux ħażin biex tiġi organizzata. Il-Pjagi ta' Kristu Jidher li d-devozzjoni ta' Dun Ġorġ lejn il-Pjagi bdiet wara li qara r-rivelazzjonijiet privati ta' Swor Marija Marta Chambon (1841-1907). Jingħad li Ġesù deher kemm-il darba lil din is-soru u urieha l-valur tal-Pjagi tiegħu u talabha biex ixxerred id-devozzjoni lejhom. Fl-1929 Dun Ġorġ irriforma l-ktieb tat-talb tal-Membri msejjaħ l-Arloġġ Museumin u beda regolament jinkludi l-offerta tal-Pjagi kważi f'kull talba li kiteb. Dun Ġorġ ġieli stqarr mas-soċji li kien iħossu persważ li lilu Ġesù għażlu biex 'jgħin' lil Swor Marija Marta Chambon fil-propagazzjoni tad-devozzjoni lejn il-Pjagi ta' Kristu. Iżda Dun Ġorġ mar 'l hemm mir-rivelazzjonijiet privati u sab il-pedament ta' din id-devozzjoni fil-Vanġeli. Fil-Pjagi kien jilmaħ l-eċċess tal-imħabba li wera Ġesù meta ħalla ħajtu għalina fuq is-Salib - tema li taqbel ma' Ġesù kurċifiss, "il-Ktieb il-Kbir", li tant kien jimmedita fuqu Dun Ġorġ. Labtu tal-Karmnu Dun Ġorġ ried li s-soċji u t-tfal kollha li jattendu l-MUSEUM jinkitbu fil-Labtu tal-Karmnu. Dun Ġorġ innifsu kien Terzjarju Karmelitan. Meta sar Terzjarju, Dun Ġorġ għażel l-isem Franku, għall-Beatu Karmelitan minn Siena. Dun Ġorġ kien juża dan l-isem, Patri Franku, f'bosta kitbiet tiegħu. Permezz tal-kanonizzazzjoni ta' Dun Ġorġ, dan il-qaddis spiċċa mhux biss biex ikun l-ewwel Malti ikkanonizat, imma wkoll l-ewwel Terzjarju Karmelitan dikjarat qaddis. Madonna tal-Bon Konsill Kellu wkoll devozzjoni specjali lejn il-Madonna tal-Bon Konsill, devozzjoni li kien irrikmandalu l-konfessur tiegħu. Spiss kien jitlob quddiem kwadru tagħha li kellu f'kamartu: Omm tal-Parir it-Tajjeb, itlob għalija. Il-Midalja Mirakoluża Xerred kemm felaħ id-devozzjoni lejn il-Midalja Mirakoluża u xtaq li l-Knisja tad-Dar Ċentrali fil-Blata l-Bajda tkun iddedikata lilha. Anedotti popolari Darba kien hemm mara fil-knisja ta' San Gejtanu l-Hamrun li ntlaqtet minn ragel b'siggu waqt li dan kien qieghed iġorr waqt li kienet qieghda titlob ir-Ruzarju b'devozzjoni kbira. Din il-mara sahnet bil-kbir izda Dun Gorg gibdilha l-attenzjoni li fil-Qaddisa kienet tghid li "ahna midinbin". U b'daħka kkonkluda: “U jekk wiehed huwa midneb, x'jixraqlu jekk mhux daqqa fuq rasu.” Raġel kien dieħel Bieb il-Belt isuq ħmar li kellu karettun baxx, u Dun Ġorġ kien mimdud fuq il-karettun. Wieħed raġel, xħin rah f'dik il-qagħda, qallu: “Kieku jarak l-isqof!” Dun Ġorġ wieġbu b'leħen artab u qallu: “Mela l-isqof ibeżża' n-nies!” Darba pulizija qal ħafna gideb fuq Dun Ġorġ f'ħanut mimli nies. Meta dan mar iqerr il-konfessur qallu li kien jeħtieġ igiddeb ruħu quddiem min semgħu. Billi ra bi kbira, il-konfessur tah il-parir li jmur għand Dun Ġorġ innifsu u jitolbu jaħfirlu. Dun Ġorġ ħafirlu minn qalbu u bagħtu fil-paċi. Darba wieħed kien għamel lil Dun Ġorġ azzjoni ħażina u waqt li kien qiegħed iqaddes, propju waqt il-Missierna, Dun Ġorġ ftakar fil-persuna li weġġgħetu. ħares, jitbissem lejn l-ostja, u qal il Ġesu: Sinjur, għar-rispett tiegħek naħfirlu. Darba Dun Ġorġ kien miexi ma' qassis ieħor fi Strada Rjali. F'daqqa waħda għolla idu u b'leħen għoli qal: Stenna boy! U b'pass ħafif telaq biex jgħin tifel li kien qed jistenna 'l xi ħadd jgħinu jerfa' fuq spalltu xkora tqila bid-demel li kienet fl-art. Darba, ġie mistieden ibierek magna ġdida u jqaddes fil-laundry tal-Ingliżi, il-Marsa. F'nofsinhar kulħadd tela' biex jara lil Dun Ġorġ. Meta ntebaħ li wieħed Ingliż kien ser jeħodlu ritratt, Dun Ġorġ kien pront bagħat jgħidlu: “The Father hates photos.” Wieħed qassis żagħżugħ kien ra lil Dun Ġorġ jitlob b'idejh miftuħin ħafna. Billi daż-żagħżugħ deherlu li kien fetaħhom wisq, qallu ‘Dun Ġorġ, idejk għandek tiftaħhom hekk' waqt li urieh kif. Dun Ġorġ flok ma ħa għalih qallu: ‘Mela għallimni ibni, għax jien ma naf xejn. Darba Dun Ġorġ kien sejjer Tas-Sliema bil-lanċa. Raġel li kien quddiemu tella' saqajh ma' wiċċ Dun Ġorġ u beda jiddisprezzah. Dun Ġorġ baqa' sieket u kif waslu x-xatt, tbaxxa u bieslu riġlejh. Ir-raġel staħa minnu u kif niżlu l-art, baqgħu mixjin flimkien lejn knisja u hemm qerr f'riġlejn Dun Ġorġ. Xi żgħażagħ kienu fil-Pjazza ta' Fra Diegu l-Ħamrun meta lemħu saċerdot riesaq mill-bogħod. Wieħed minnhom dar fuq sħabu u qallhom: “Ara x'wirdiena ġejja!”. Meta qorob indunaw li kien Dun Ġorġ u ż-żagħżugħ talbu l-benedizzjoni. “Il-wirdien ma jberikx, tafx!” wieġbu Dun Ġorġ. Iż-żgħżagħ baqgħu imbellhin kif seta' semagħhom meta kien tant imbiegħed. Iż-żagħżugħ skuża ruħu ma' Dun Ġorġ. “Ma jimpurtax, ma jimpurtax,” wieġbu Dun Ġorġ. Dak il-lejl dak iż-żagħżugħ ma setax jorqod. L-għada reġa' mar isir lil Dun Ġorġ, reġa' talbu skuża u qerr. Darba Dun Ġorġ kien qed jistrieħ xi ftit wara nofsinhar għax kien għajjien. Iħabbat il-bieb u minkejja li f'ħin mhux adattat, Dun Ġorġ qam u laqa' għandu mara li kienet ġiet min-Naxxar fejn ħalliet lil binha mejjet u kienet marret għandu biex ifarraġha. Dun Ġorġ kien qal lis-soċji “Mur ibgħatha d-dar, mara mnikkta bħal dik, għax ma kienx ħin addattat, meta b'bitfa ta' kelma bniedem tista' tnat tfarrġu u sserraħlu qalbu!” Skola St Michael Is-Soċjetà tal-MUSEUM għal ħafna snin għenet lil ħafna tfal f'dik li hi skola. Dun Ġorġ "dejjem xtaq li s-soċji jkunu jgħallmu fl-iskejjel." Iżda sal-1946 qatt ma kellha skola tagħha. Fl-1946 is-soċju, Toni Agius li dak iż-żmien kien jaħdem bħala fitter fit-Tarzna mar ikellem lil Dun Ġorġ fuq it-taraġ tal-Knisja ta' San Gejtanu u qallu: Dun Ġorġ feraħ ħafna u talbu jinżel għarkupptejh ħa jbierku. Għall-ewwel l-Iskola St. Michael kienet f'dar jisimha Villa Violette, il-Marsa. Iżda erba' snin wara, fl-1951 is-Soċjetà akkwistat biċċa art kbira fl-inħawi ta' Fleur-de-Lys. Nhar id-19 ta' Mejju 1951, Dun Ġorġ imdawwar mis-soċji, għalliema u tfal, bierek l-ewwel ġebla tal-iskola, iddedikata lil San Mikiel, li lejh Dun Ġorġ kellu devozzjoni kbira u kien isejjaħlu d-Difensur tas-Soċjetà tal-MUSEUM. Ta' din l-okkażjoni jeżisti filmat super 8 mm film ta' Dun Ġorġ, l-uniku wieħed bil-kulur. Dan il-filmat intwera diversi drabi fuq TVM. Xahrejn u nofs wara, nhar il-5 t'Awissu saret funzjoni iktar solenni. It-tberik sar mill-Arċisqof Gonzi u kien hemm preżenti l-Priministru Borg Olivier. Dun Ġorġ baqa' jinteressa ruħu fil-bini tal-iskola u kien imur sikwit. Kien jgħid li kienet "l-għaxqa ta' qalbu". Fl-aħħar snin ta' ħajtu rari kien iqaddes barra minn daru imma fl-Iskola St Michael kien jaċċetta li jqaddes fiha bil-qalb. Dun Ġorġ u l-Politika Maltija Dun Ġorġ qatt ma kien fil-politika tal-Partiti. Lis-soċji għamlilhom regola biex lanqas huma ma jkunu fil-politika jew joħrorġu għall-elezzjonijiet. Fl-1940, ħuh Albert kien ġie internat għal ftit żmien mill-Ingliżi għax kien hemm suspett fuqu li kellu sentimenti filo-Taljani. Kien hemm min akkuża anke lil Dun Ġorġ b'din il-ħaġa. Lejn l-aħħar ta' ħajtu, fi żmien il-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża, ħafna pressawh, iżda mingħajr suċċess, biex iħalli s-soċji joħorġu għall-Elezzjonijiet Ġenerali tal-1962, l-aktar Herbert Ganado, Kap tal-Partit Demokratiku Nazzjonalista u George Ransley, Kap tal-Partit Demokratiku Nisrani. Dun Ġorġ kien "imnikket għax il-kriżi pulitka u reliġjuża tas-sena 1960 kienet fl-aqwa tagħha." Huwa kien ifaħħar lil Toni Pellegrini li kien Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista imma rriżenja u għamel Partit ieħor - il-Partit tal-Ħaddiema Insara, li fl-elezzjonijiet tal-1962 ġab 10% tal-voti, b'4 siġġijiet fil-Parlament. Wara d-disfatta fl-elezzjoni ta' wara, dan il-Partit kien sfaxxa ftit ftit. Dun Ġorġ u Manwel Dimech Manwel Dimech (1860-1921) kien għalliem, awtur u patrijott Malti li fl-1911 kien ġie skumnikat mill-Isqof Pietru Pace minħabba t-tagħlim perikoluż tiegħu. Fl-istess żmien is-soċji tal-MUSEUM kienu ssuspettati minn kulħadd, u Manwel Dimech fl-istess żmien ifaħħarhom u jirreferi għalihom bħala "appostli". "Alla mhux Bambin" Id-Dumnikan, Dr. Mark Montebello jikteb hekk: Xebh bejn Manwel Dimech u Dun Ġorġ? Dr. Ronald Sultana, Dekan tal-Fakulta tal-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta, u ex-soċju tal-MUSEUM, iddedika l-ktieb tiegħu Inside/Outside Schools: Towards a Critical Sociology of Education in Malta lil Dun Ġorġ u lil Manwel Dimech għax fi kliemu F'Marzu 2007, l-ex Priministru Alfred Sant kien mistieden mill-Fondazzjoni Mikiel Anton Vassali biex jagħmel għeluq qasir għall-forum li organizzat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista fil-Ħamrun, dwar dun Ġorġ Preca. Ftit wara ntalab jikteb artiklu għar-Rivista Dun Ġorġ li fih xebbah lil Dun Ġorġ ma' Dimech: Inqas minn xahar wara, f'April 2007, Alfred Sant f'diskors fl-anniversarju mill-mewt ta' Dimech, qal li Dimech kien jagħmel parti minn kurrent ewlieni fis-soċjetà tagħna li kien iħares lejn saffi ta' ħaddiema u nies inqas ixxurtjati biex fihom irawwem l-imħabba għat-taghlim. Miegħu kien hemm protagonisti oħrajn fosthom ħaddiema, qassisin, ħassieba u filantropi li ipprovaw ixettlu l-istess ħsieb. Hawnhekk Sant ħareġ parallelizmu bejn l-attivita ta' Manwel Dimech u l-attività reliġjuża ta' Dun Ġorġ Preca – anki jekk wieħed safa skumnikat u ieħor ġie kanonizzat qaddis. Skond Sant, kemm Dimech kif ukoll Dun Ġorġ Preca bnew il-ħidma tagħhom madwar il-ħtieġa tal-komunikazzjoni u madwar it-tagħlim. Ghat-tnejn li huma l-għerf kien iċ-ċavetta biex saffi popolari tas-socjetà jfasslu ħajjithom u joħolqu realtà aħjar. Mewt Dun Ġorġ miet fis-26 ta' Lulju 1962 f'Santa Venera, fejn qatta l-aħħar xhur ta' ħajtu, u kien assistit mill-Kappillan ta' Santa Venera Patri Kilian Azzopardi, Karmelitan. Il-funeral tiegħu sar jumejn wara. Kien wieħed mill-akbar funerali li qatt saru f'Malta. Il-quddiesa kienet iċċelebrata mill-Isqof Emanuel Galea fil-Knisja ta' San Gejtanu. Fil-Korteo kien hemm ukoll l-Aġent Priministru. Bi ftehim mal-United Motion Pictures ta' Londra, inġibed film ta' nofs siegħa bit-titlu MIET DUN ĠORĠ. F'Mejju 2007, id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ dan il-filmat storiku f'forma ta' DVD biex jinxtara mill-pubbliku. Fil-fatt dan kien l-ewwel dokumentarju li xxandar meta twaqqaf il-Malta Television (MTV) fl-1962. Il-ġisem ta' Dun Ġorġ indifen ħdejn id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà, il-Blata l-Bajda. Nhar is-7 ta' Lulju 2000, il-ġisem tiegħu nstab kważi intatt 38 sena wara mewtu. Illum il-ġisem tiegħu jinsab fil-kappella tal-Madonna Mirakoluża taħt statwa tax-xama' li tirraffigurah. Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni Fl-1963 kienet saret talba kemm mis-Soċjeta tal-MUSEUM kif ukoll mis-saċerdoti tal-Christus Rex biex tinfetaħ kawża ta' beatifikazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca. Din inbdiet fit-13 ta' Marzu 1975 meta l-Papa Pawlu VI ffirma d-dokument li bih awtorizza lill-Arċisqof ta' Malta joħroġ id-digriet għall-ftuħ tal-kawża u s-setgħa li jitwaqqaf tribunal biex jibda l-proċess. It-Tribunal infetaħ sena wara taħt il-presidenza ta' Mons. Ġużeppi Mercieca, dak iż-żmien Vigarju ġenerali u ngħalaq f'Ġunju 1988 meta l-atti kollha tal-proċess intbagħtu Ruma lill-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin. Il-miraklu approvat għall-beatifikazzjoni kien sar f'Raħal Ġdid nhar it-3 ta' Frar 1964 meta Charles Zammit Endrich fieq f'daqqa minn distakk tar-retina wara li qiegħed taħt rasu relikwa ta' Dun Ġorġ. Dun Ġorġ Preca ġie bbeatifikat fid-9 ta' Mejju, 2001 flimkien mal-Beati Nazju Falzon u Marija Adeodata Pisani, mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fil-Quddiesa tal-Beatifikazzjoni fuq il-fosos tal-Furjana. Dakinhar stess filgħaxija l-Papa żar il-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda u talab quddiem il-korp sant ta' Dun Ġorġ. Wara indirizza lis-soċji tal-MUSEUM fl-Awditorjum tad-Dar Ġenerali. Kanonizzazzjoni Il-Kanonizzazzjoni ġiet iċċelebrata f'San Pietru fil-Vatikan nhar il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2007. Attendew mal-ħamest elef Malti għal din iċ-ċelebrazzjoni fejn, taħt xita ma taqta' xejn, raw lil Dun Ġorġ jiġi ddikjarat qaddis. il-Papa Benedettu XVI iddikjara bil-Latin li F'omelija bit-Taljan prinċipalment fuq it-Trinita Qaddisa, għax dakinhar kienet is-Solennita tagħha, il-Papa Benedittu XVI fisser kif San Ġorġ Preca, Fi kliem il-Papa, San Ġorġ Preca huwa eżempju ħaj ta' kif għandha tkun ħajja qaddisa. Il-Papa semma l-frażi tant għażiża għall-membri tal-Museum “Verbum Dei caro factum est” u qal li dan kien il-motto li mexxa lil San Ġorġ Preca fil-ħajja kollu tiegħu, u dan wasslu biex iwaqqaf ‘la Società della Dottrina Cristiana', il-MUSEUM. Permezz tal-MUSEUM, qal il-Papa, San Ġorġ Preca ta lill-parroċċi tal-gżejjer Maltin “servizz kwalifikat ta' katekisti preparati, tajbin u ġenerużi." U għal dan il-Papa rringrazzja lis-soċji tal-MUSEUM: Il-Papa qal ukoll li San Ġorġ Preca kien saċerdot mistiku mimli mħabba għal Ġesù, il-Verġni Marija u l-qaddisin, u rrefera għat-talba li ta' spiss kien jgħid San Ġorġ Preca u li l-Papa ħeġġiġna ngħiduha aħna wkoll u nagħmluha tagħna “Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla”. Fl-aħħar il-Papa talab lil San Ġorġ Preca biex jgħin lill-Knisja tkun l-eku fidil tal-vuċi ta' Kristu, il-Verb Inkarnat. Kien mument emozzjonanti għall-Maltin meta fi tmiem il-quddiesa, il-Papa Benedittu XVI tkellem bil-Malti. Qalilna, Parroċċi ddedikati lil San Ġorġ Preca Fil-Gwatemala Fl-1993 Dun Ġużepp Camilleri kien wieħed minn grupp ta' sitta li marru għall-missjoni fil-Gwatemala, fl-Amerika Ċentrali. Dan il-qassis trabba minn ċkunitu l-Museum tax-Xewkija u kellu żewġ zijiet tiegħu (Salvu u Manwel Camilleri) membri tal-Museum. Il-kanonizzazzjoni ta' San Ġorġ Preca nhar it-3 ta' Ġunju 2007 fil-Gwatemala setgħu jarawha minn fuq it-televiżjoni fis-2.00 ta' filgħodu minħabba li hemm qegħdin 8 sigħat wara l-ħin ta' Malta. Dak in-nhar stess fil-għaxija Dun Ġużepp Camilleri ddedika l-parroċċa ta' Pajonal (tinqara Pahonal), villaġġ li qiegħed fuq muntanja, lil San Ġorġ Preca billi dik il-parroċċa kien għad ma kellhiex il-qaddis patrun tagħha. Din kienet bla dubju l-ewwel parroċċa ddedikata lill-ewwel qaddis kkanonizzat Malti. Għal din l-okkażjoni, Dun Ġużepp Camilleri ġab inkwadru kbir ta' San Ġorġ Preca, saret purċissjoni u kant bil-latin li kiteb l-istess qaddis Malti. Il-qassis Għawdxi Dun Ġużepp Camilleri qaleb għall-Ispanjol (il-lingwa uffiċjali tal-Gwatemala) ħafna talb ta' San Ġorġ Preca u ta' sikwit isemmi lil dan il-qaddis Malti fil-priedki tiegħu fil-parroċċa fejn qiegħed jagħmel il-ħidma missjunarja tiegħu. F'Malta Mons. Arċisqof Pawl Cremona stabbilixxa z-Zona Awtonoma tas-Swatar bħala Parroċċa taħt it-titolu ta' San Ġorġ Preca, b'seħħ mit-8 ta' Novembru 2008. Titli u monumenti Nhar it-2 ta' Ottubru 1952, il-Papa Piju XII ħatar lil Dun Gorg bħala Kamrier Sigriet bit-titlu ta' Monsinjur. Dun Gorg tnikket ħafna minħabba din l-onorifiċenza. Huwa baqa' Monsinjur sitt snin sakemm miet il-Papa Pacelli fl-1958. Bolol u Midalji Nhar it-12 t'April 1980 il-Posta ta' Malta ħarġet l-ewwel bolla li tirrafigura lil Dun Ġorġ, fis-sena taċ-Ċentinarju minn twelidu. Din il-bolla ta' 2c5 kienet disinn ta' Raymond Pitrè. Biex l-avveniment tal-Kanonizazzjoni ta' Dun Gorg jibqa' mfakkar kif jixraq, fl-2007, is-Socjetà tal-MUSEUM ipproduċiet elfejn midalja tal-fidda. Fuq il-faċċata tagħhom hemm ix-xbieha ta' Dun Gorg filwaqt li fuq wara tidher l-emblema tas-Socjetà bil-kelmiet Verbum Dei Caro Factum Est. Il-Bureau Filateliku tal-kumpanija Maltapost ħareg bolla replika tal-fidda li turi lil Dun ĠorĠ Preca u bil-kappella tas-Soċjetà tal-Mużew fl-isfond. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja postali ta' Malta li nħarġet bolla tal-fidda. Minbarra din il-bolla unika, il-Bureau Filateliku ħareġ ukoll sett ta' żewġ bolli li juru l-istess xbieha ta' Dun Ġorġ – waħda tat-tmien centezmi u ohra tal-lira, iddisinjati minn Edward Pirotta. Il-Maltapost ippubblikat ukoll tliet bolol oħra replika tad-deheb, wahda biex tingħata lill-Papa Benedittu 16, oħra biex tinżamm mal-kollezzjoni tal-Maltapost filwaqt li t-tielet waħda se tingħata lid-Dar tal-Providenza biex isir irkant tagħha fost il-pubbliku. Il-Lombard Bank ħareġ edizzjoni limitata ta' ingott tal-fidda, 2,000 waħhda. Statwi u Bustijiet Nhar il-Ħamis, 17 ta' Diċembru 2009, wara Quddiesa ta' Radd il-Ħajr immexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona, ġiet inawgurata l-istatwa l-ġdida ta' San Ġorġ Preca, fil-Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu, l-Ħamrun. F'din il-Knisja Dun Ġorġ għex bħala tifel u qeda lill-Poplu ta' Alla bħala saċerdot. L-istatwa tpoġġiet fil-post fejn Dun Ġorġ kien iqarar. L-istatwa tal-bronz tal-iskultur Malta Ġanni Bonnici saret f'Caggiati, ġewwa Parma, l-Italja. Fi kliem il-Kappillan tal-Ħamrun, Dun Henry Balzan, għalkemm Dun Ġorġ ma kienx ikun jixtieq monumenti, u lanqas għandu bzonnhom, il-Poplu Ħamruniz ried juri l-gratitudni tiegħu lejh u jibqa' jfakkru għal dejjem. Nhar is-Sibt, 20 ta' Frar 2010, il-Maltin Awstraljani f'Melbourne kixfu bust ta' San Ġorġ Preca fiċ-ċentru tal-komunità tal-Maltin f'Parkville. Il-bust inkixef u kien imbierek mill-Isqof Malti Mons Joseph Grech, DD, li kkonċelebra quddiesa tal-okkażjoni flimkien ma' saċerdoti Maltin. Fl-Arti L-Oratorju Dun Ġorġ! L-Oratorju Dun Ġorġ! inkiteb mill-Professur Oliver Friġġieri fuq mużika tal-Professur Charles Camilleri. Ittella' fil-Kon Katidral ta' San Ġwann nhar il-Ġimgħa 15 ta' Ġunju 2007 taħt il-patroċinju tal-President ta' Malta. L-Orkestra u l-Kor tal-Collegium Musicum li pparteċipaw fl-oratorju kienu taħt id-direzzjoni ta' Maestro Dr Dione Buhagiar, b'Mario Bisazza bħala Leader tal-Orkestra. Ipparteċipaw ukoll is-Sopran Claire Caruana, is-Sopran Claire Massa u t-Tenur Charles Vella Zarb. Id-Dramm Agħtini l-Għajnuna Lino Grech kiteb id-dramm Agħtini l-Għajnuna fuq il-ħajja ta' Dun Ġorġ Preca. Grech kitbu fuq xewqa ta' Dun Ġorġ Dalli, direttur tal-Istitut Kattoliku, lura fis-snin tmenin. Għall-ewwel Grech raha biċċa xogħol ftit jew wisq diffiċli. Imma aktar tard dahal ghal din l-isfida u ikkonsulta mal-1200 pagna tat-tliet volumi dwar il-hajja ta' Dun Gorg ta' Patri Alexander Bonnici. Id-dramm ittella' fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku, is-Sibt u l-Ħadd 26 u 27 ta' Mejju 2007 mill-kumpanija Teatrali Karattri. L-attur Anthony Ellul interpreta lill-Qaddis Ġorġ Preca. Referenzi Ħoloq Oħra Is-Sit Uffiċċjali tal-MUSEUM Informazzjoni fuq Dun Ġorġ Preca MUSEUM San Giljan Bibljografija Bonniċi, Alexander (1977) Dun Ġorġ Preca u s-Soċjeta' M.U.S.E.U.M., Reliġjon u Ħajja. Bonniċi, Alexander (1977) Dun Ġorġ Preca (1880-1962) : fid-dawl tal-ittri tiegħu, M.U.S.E.U.M. Bonniċi, Alexander (1980) Dun Ġorġ Preca : ħajja-xiehda-dokumenti : vol. I : żmien ta' prova (1880-1916), M.U.S.E.U.M. Bonniċi, Alexander (1981) Dun Ġorġ Preca : ħajja-xhieda-dokumenti : vol. II : l-inkjesta tal-Knisja (1916-1917), M.U.S.E.U.M. Bonniċi, Alexander (1989) Dun Ġorġ Preca,1880-1962 : ħajja-xhieda-dokumenti : vol. III, M.U.S.E.U.M. Borġ, Ġorġ (2001) Dun Ġorġ : ġrajjiet minn ħajtu, Librerija Preca. Camilleri, Natalino (2001) Dun Ġorġ : il-qalba ta` ruħu, Media Centre. Fsadni, Mikiel (1995) Dun Ġorġ Preca : f'unjoni kontemplattiva ma' Alla, Pubblikazzjoni Dumnikana. Sammut, Frans (2001) Dun Ġorġ, il-bniedem tal-poplu, Dipartiment tat-Tagħrif, Partit Laburista. Twieldu fl-1880 Mietu fl-1962 Qaddisin Kattoliċi Saċerdoti Kattoliċi Maltin
3089
https://mt.wikipedia.org/wiki/So%C4%8Bjet%C3%A0%20tad-Duttrina%20Nisranija
Soċjetà tad-Duttrina Nisranija
Il-M.U.S.E.U.M. hija soċjetà fi ħdan il-Knisja Kattolika, imwaqqfa minn Dun Ġorġ Preca, iffurmata kollha kemm hi minn lajċi, irġiel u nisa li ma jiżżewġux iżda li lanqas mhuma qassisin jew sorijiet. Is-Soċjetà hija magħmula minn żewġ sezzjonijiet distinti, waħda tal-irġiel u l-oħra tan-nisa. L-għan ewlieni li fuqu tinbena s-Soċjetà huwa l-qdusija tal-membri (jew kif jissejħu "soċji") tagħha u t-tieni għan huwa t-tixrid tal-kelma ta' Alla kif imfissra u mgħallma mill-Knisja Kattolika. Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija tagħraf bħala Patrun tagħha lil San Ġwann Battista. Biex wieħed isir soċju tal-M.U.S.E.U.M. irid ikun għalaq 18-il sena, jgħix ħajja ċelibi, jaf jaqra u jikteb bil-lingwa tal-pajjiż, ta' kondotta tajba u għamel kors ta' tħejjija msejjaħ "responsorju". Is-Soċjetà rat il-bidu tagħha fl-ewwel xhur tal-1907, fil-Ħamrun, f'post fqir minn kollox iżda għani fl-imħabba lejn il-proxxmu u t-tagħlim. Illum f'Malta u f'Għawdex, kważi kull raħal għandu Dar tal-MUSEUM (Qasam, kif isibuha s-soċji). Is-Soċjetà għandha wkoll oqsma u skejjel oħra fl-Awstralja, fil-Kenja, fil-Perù, f'Londra u fl-Albanija, u mill-2011 fil-Polonja u f'Kuba. Bidu tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M Għall-ħabta tal-1906, Dun Ġorġ, li kien għadu ma sarx saċerdot kien beda jiltaqa’ ma’ xi żgħażagħ f’għalqa quddiem il-knisja ta' San Gejtanu l-Ħamrun. Hemm saru ħbieb u kien joqgħod ikellimhom u jgħallimhom. Minn fost dawn iż-żgħażagħ li kienu jiltaqgħu fil-għalqa, Dun Ġorġ darba ġibed fil-ġenb lil Ewġenju Borg, żagħzugħ fuq ruħu, u qallu: “Nhar il-Ħadd waranofsinhar immorru passiġġata flimkien. Ġib miegħek biċċa ħobż, basla, biċċa ġobon u flixkun inbid.” Qallu wkoll iġib miegħu l-Bibbja u ftiehmu dwar il-ħin. Il-Ħadd wasal u xħin iltaqgħu, qabdu t-triq tar-raba’, in-naħa ta’ Santa Venera, daħlu f’għalqa, sabu siġra tal-ħarrub u poġġew taħtha jistrieħu fuq blata. Hemmhekk, Dun Ġorġ qagħad jispjega l-Bibbja lil Ewġenju Borġ. U dawn il-laqgħat komplew isiru. Kienu fost l-ewwel laqgħat li minnhom żviluppat is-Soċjetà tal-Museum. Ftit wara li Dun Ġorġ Preca sar saċerdot fit-22 ta’ Diċembru tal-1906, mar iqerr għand il-konfessur tiegħu, Dun Alwiġ Attard. Kif kien lesta mill-qrar u rċieva l-assoluzzjoni, Dun Ġorġ talab parir lil Dun Alwiġ u qallu bil-pjanijiet li kellu biex jibda soċjetà tat-tagħlim Nisrani. Dun Alwiġ ħares lejh u wieġbu: “Mur u iftaħ, u agħmel il-mezzi.” U Dun Ġorġ hekk għamel. Kien jgħid li li kieku Dun Alwiġ qallu: “Tagħmel xejn” hu kien jobdih. Kien it-Tnejn 4 ta’ Marzu 1907 meta ż-żgħażagħ li s-soltu kienu jiltaqgħu ma’ Dun Ġorġ saru jafu li Dun Ġorġ kien kera post għalihom. Il-Ħamis ta’ wara, 7 ta’ Marzu 1907 kera l-mezzanin numru 6 fi Triq Fra Diegu, il-Ħamrun u bdew jiltaqgħu hemm, jitgħallmu minn Dun Ġorġ. Dan il-post kienu jgħidulu n-‘Numru Sei’. Il-viżjoni tas-Salib tal-Marsa Dun Ġorġ kien iħobb jirrakkonta din id-dehra li kellu: Jgħid li darba kien għaddej minn ħdejn is-Salib tal-Marsa u hemm jara tifel ta’ tnax-il sena qed jiġbed, b’ħabel isfar, karru b’roti baxxi iżda sodi, u li fuqu kellu qoffa mimlija żibel. It-tifel resaq lejn Dun Ġorġ u b’ton ta’ kmand qallu: “Agħtini l-għajnuna.” U Dun Ġorġ, kollu umiltà, la qagħad iqis li kien bis-suttana u bil-kappell ta’ qassis u lanqas x’jistgħu jgħidu n-nies fuqu, medd idu u beda jimbotta. U dak il-ħin ħakmitu ħlewwa tas-sema li ma setax ifisser u filgħaxija sab ruħu d-dar bla ma jaf fejn wassal lit-tifel li kien imbottalu l-karru, jekk hux Ħal Qormi, il-Ħamrun jew band’oħra. Biss, meta qagħad jaħseb fuq dil-biċċa, Dun Ġorġ beda jgħid: “Dak it-tifel ta’ tnax-il sena kien bħal Ġesù ta’ tnax-il sena jiddisputa fit-tempju; iż-żibel hu mxebbah minn Kristu mat-tagħlin: bħalma d-demel ikabbar il-pjanti, it-tagħlim ikabbar lir-ruħ. Il-ħabel isfar hu l-għaqda mal-Papa u l-karru b’roti baxxi iżda sodi ma tistax tkun ħaġ'oħra ħlief is-Soċjetà tal-Museum. Jien nimbotta l-karru u Ġesù jimxi quddiem. Hu jgħaddina minn fuqiex irid - fjuri jew tajn! Għalhekk fid-diffikultajiet, hu Kristu li qed imexxi u jien u s-soċi nimbuttaw il-karru tiegħu!” L-Isem tas-Soċjetà In-Numru Sei Fl-ewwel sitt xhur tas-Soċjetà, minn Frar sa Lulju 1907, is-Soċjetà kienet għadha bla isem, u bejniethom iż-żgħażagħ kienu jirreferu għaliha bħala n-Numru Sei, għan-numru tal-bieb tad-dar fejn kienu jiltaqgħu. Mużew u M.U.S.E.U.M. Meta Dun Ġorġ Preca ried jagħti isem lis-Soċjetà tiegħu, wieħed mill-ewlenin soċji, Salvu Muscat, issuġġerixxa l-isem Mużew għax fih wieħed isib tagħlim siewi li jagħti l-paċi lill-qalb il-bniedem. Sħabu, kollhom entużjażmu, għollewh fuq l-ispallejn, ħarġuh barra u b’qoxra ta’ rummiena kiteb fuq il-koxxa tal-bieb ta' barra il-kelma “MUŻEW”. Ftit wara, Dun Ġorġ ta tifsira aktra xierqa lill-kelma Mużew, u ħareġ bl-akronimu bil-Latin M.U.S.E.U.M. għal Magister, Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus, li bil-Malti tfisser: Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju. La Mużew u lanqas MUSEUM mhu l-isem uffiċjali tas-Soċjetà "imma għall-poplu kollu ta' Malta u Għawdex, dan kellu jkun il-veru isem tas-Soċjetà" u l-membri tagħha għadhom magħrufa sal-lum bħala "tal-Mużew". Ċentru jew dar, li iktar tard beda jissejjaħ "Qasam", beda jissejjaħ ukoll "mużew". Biż-żmien anke l-katekiżmu mgħallem minn nies oħra li mhumiex membri tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. beda jissejjaħ minn ħafna "mużew", tant kemm l-isem qabad. L-Isqof Pietru Pace, li kien Isqof bejn l-1889 u l-1914, ried ineħħi l-isem MUSEUM għax ma kienx jogħġbu. Dun Ġorġ jgħid li ma rnexxilux għax l-isem kien laħaq qabad wisq: L-Għaqda tal-Papidi u l-Papidissi Fl-ewwel Regola jew Kostituzzjonijiet tas-Soċjetà li nkitbu qabel l-1917, Dun Ġorġ ma jsemmi mkien l-isem Mużew jew M.U.S.E.U.M. imma sejħilha "L-Għaqda tal-Papidi u l-Papidissi" jiġifieri "L-Għaqda ta' Wlied Papa" biex, fi kliemu, "inżommha mbiegħda minn kull suspett ta' ereżija." Istitut ta' San Ġwann Prekursur Meta fl-1916, Kummissjoni maħtura mill-Isqof Mawru Caruana li nvestigat lis-Soċjetà, din issejħet Institum S. Joannis Praecursoris, billi dan huwa l-Qaddis Patrun tagħha, għalkemm il-Kummissjoni ssejħet "Commissione riguardante i così detti 'Musei'". Soċjetà tad-Duttrina Nisranija Wara l-approvazzjoni tas-Soċjetà mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi fl-1932, Dun Ġorġ beda jsejħilha Soċjetà tad-Duttrina Nisranija kif jidher fl-Assenjatur ta' April 1933 bit-titlu "SOCIETÀ DELLA DOTTRINA CRISTIANA, volgarmente detta M.U.S.E.U.M." Termini użati mis-Soċjetà tal-MUSEUM Is-Soċjetà hija l-kelma użata mis-soċji ħafna drabi biex jirreferu għall-ġerarkija tas-Soċjetà tal-MUSEUM. Il-Fundatur: hija l-kelma użata mis-soċji biex jirreferu għal San Ġorġ Preca. Il-Qasam huwa ċ-ċentru jew dar tat-tagħlim fejn jiltaqgħu t-tfal, iż-żgħażagħ u l-membri għal-laqgħat tagħhom; Dun Ġorġ ħa dan it-terminu mill-ħajja tar-raba', fl-inkwadratura tas-sejħa ta' Kristu għall-“ħaddiema fil-ħsad tiegħu”. Qasam jiftaħ kuljum barra nhar t’Erbgħa, għax dakinhar il-membri jkollhom laqgħa flimkien fid-Dar Ġenerali tagħhom, il-Blata l-Bajda. Is-Superjur huwa l-persuna responsabbli mit-tmexxija tal-Qasam. Fil-ħsieb ta' Dun Ġorġ, li tkun superjur tfisser taqdi u mhux li tkun "superjuri" għall-oħrajn. F'Qasam ikun hemm superjur wieħed. Il-membri l-oħra li jgħallmu jissejħu prefetti jew katekisti. L-Annimatur huwa l-persuna responsabbli minn numru ta' oqsma, propjament illum jissejjaħ is-Superjur tal-K.E.R. - Kunsill Eżekuttiv Reġjonali. Qabel kien jissejjaħ is-Superjur tal-Korp Bon Ordni, minn fejn ġej l-isem. Il-Prefett huwa katekist ta' klassi tat-tfal il-kbar. Soċju hija kelma oħra flok membru tal-MUSEUM. Biex tkun soċju trid tkun għalaqt it-18-il sena u ġejt inkorporat fis-Soċjetà b'ċeremonja apposta. L-Assenjatur: Kuljum wara l-laqgħat tat-tfal, is-soċji jiltaqgħu flimkien għal siegħa ta' studju u talb, skond kif assenjati. Arloġġ Mużewmin: It-talb preskritt li kull soċju obbligat jagħmel, minn fuq ktieb ta' talb miktub minn Dun Ġorġ. Qagħda: riflessjoni mill-Iskrittura li ssir bejn is-soċji l-Ħadd filgħodu Id-Dar Ġenerali u l-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża Dawn jinsabu l-Blata l-Bajda, f'post fejn qabel kien ċimiterju tal-kolera. It-tħaffir tal-art, li fiha madwar 500 qasba kwadru, beda fil-15 ta’ Awissu 1954. Mid-Dar Ġenerali joħorġu d-direttivi u l-amministrazzjoni tal-fergħat kollha tas-Soċjetà tal-MUSEUM ta’ Malta u Għawdex. Fl-auditorium kbir tad-Dar Ġenerali issir il-Laqgħa ta' kull nhar t'Erbgħa għas-soċji u l-kandidati kollha ta' Malta. L-ewwel ġebla tal-Kappella tqiegħdet fit-23 ta’ Frar 1958, mill-Arċisqof Gonzi u tbierket u nfetħet ufficjalment mil-istess Isqof fit-13 ta’ Mejju 1964. Din il-kappella, li hi ddedikata lil-Madonna tal-Midalja Mirakoluża fuq stil klassiku modern u tesa’ 320 ruħ, għandha l-għamla tal-kappella ta’ Sarria tal-Furjana. Saret fuq id-disinn ta' Ġużè Damato. Fl-1962, fuq il-bieb tal-kappella minn barra tqiegħdet statwa tal-Madonna bilqiegħda filwaqt li sena wara ttellgħet fuq l-antenna ta’ din il-kappella statwa tal-bronż ta’ Ġesù Feddej. F’din il-kappella nsibu wkoll, għall-qima tal-pubbliku, statwa tax-xama’ ta’ San Ġorġ Preca, kif ukoll id-demm ta’ dan il-qaddis li kien ħadlu t-Tabib Lawrance Spiteri. Taħt l-istatwa tax-xama' jinstab il-fdal ta’ San Ġorġ Preca. Il-Kooperaturi Nhar is-17 ta’ Ottubru 1960, il-Knisja f’Malta approvat il-Fergħa tal-Kooperaturi fi ħdan is-Soċjetà tal-MUSEUM, fuq xewqa tal-Fundatur San Ġorġ Preca. Hija fergħa li għandha wkoll l-istorja tagħha, xi drabi mqallba, l-aktar fil-bidu sakemm saret parti mis-Soċjetà tal-Museum. Imma Dun Ġorġ berikha, u anke meta kienet għadha mhijiex parti mis-Soċjetà, Dun Ġorġ qatt ma fixkilha. Fl-1952, lil Patri Mikiel Fsadni kien kitiblu, “Jiena lill-Arċisqof infurmajtu fuq il-fedeltà tagħhom biex ma jimpedixxihomx. Għedtlu li jinġabru biex ma jitilfux it-tagħlim li ħadu mill-Mużew, u ma ddiżapprovahomx.” Fl-1956, lil Lewis Endrich, ex-soċju li ħames snin qabel beda dan il-proġett, Dun Ġorġ kitiblu hekk: “Jiena ġejt fit-tagħrif ta’ din il-kongregazzjoni u approvajtha. Mhux biss, iżda rrikmandajtha lis-Soċjetà biex hija tista’ tingħata l-għajnuna. Alla bierek lil din l-Għaqda...” Mill-istess ittra lil Endrich, jidher ċar li Dun Ġorġ ma riedx li din l-Għaqda tkun biss għall-ex-soċji, iżda riedha “kongregazzjoni li tħaddan kull membru mifrud mis-Soċjetà, u ta’ rġiel oħra, biex it-tagħlim li inti xrobt mis-Soċjetà... ma jmurx mar-riħ, iżda jibqa’ kkultivat.” Il-Kooperaturi rġiel ilaħħqu mal-mija u tletin membru u jiltaqgħu l-Furjana kull nhar ta’ Erbgħa u kull nhar ta’ Sibt. Huma attivi wkoll il-Ħamrun, Raħal Ġdid, Ħal-Qormi, iż-Żejtun, Għawdex u anke l-Awstralja. Il-Kooperaturi nisa jiltaqgħu darba f’xahar il-Gudja, Ħal-Għaxaq, il-Ħamrun, Raħal Ġdid, u Ħal-Qormi, u jkollhom laqgħa ġenerali tliet darbiet f’sena ġewwa l-Blata l-Bajda. Nirringrazzjaw lil Alla għal din il-Fergħa tal-Kooperaturi u nkomplu nitolbu għalihom, filwaqt li nibqgħu nfittxu modi ġodda kif nilħqu iktar u iktar nies. Skola St. Michael Is-Soċjetà tal-MUSEUM, għal ħafna snin, għenet lil ħafna tfal f'dik li hi skola. Dun Ġorġ Preca "dejjem xtaq li s-soċji jkunu jgħallmu fl-iskejjel." Iżda sal-1946 qatt ma kellha skola tagħha. Illum l-Iskola St. Michael, skola sekondarja tal-Knisja immexxija mill-MUSEUM, li twaqqfet fl-1946 minn Toni Agius (magħruf bħala s-Sur Agius), li dak iż-żmien kien jaħdem bħala fitter fit-Tarzna, tilqa' fiha 340 student subien ġejjin minn diversi lokalitajiet f'Malta, li għandhom bejn 11 u 16-il sena. Sal-2005, l-impjegati tal-Iskola riedu jkunu kollha soċji rġiel tal-MUSEUM. Illum dan jgħodd biss għat-Tim Amministrattiv, għalkemm fl-2010, minn 30 għalliem, nofshom huma wkoll soċji tal-MUSEUM. Ħames soċji li kienu għalliema f'St. Michael illum huma missjunarji tas-Soċjetà tal-MUSEUM f'pajjiżi oħra: fl-Albanija, fil-Peru, fil-Kenja, u fil-Polonja. Il-Librerija Preca Il-Librerija Preca fil-Blata l-Bajda twaqqfet fl-1973 mis-Soċjetà tal-MUSEUM biex tagħti servizz lill-membri tagħha stess fit-taħriġ, preparazzjoni u mezzi ta’ għajnuna għall-kateketika bħalma huma visual aids, katekiżmi, kotba ta' qari spiritwali, u rigali reliġjużi. Aktar ’il quddiem, din kibret u estendiet is-servizz tagħha lill-pubbliku inġenerali. Fiha wieħed isib għażla vasta ta’ materjal kemm bħala qari kif ukoll għal rigali u tifkiriet oħra. Dawn jinkludu CDs, DVDs, enċikliki, kotba għat-tfal ta’ età primarja, għall-pre-adolexxenti, żgħażagħ, għarajjes, koppji, trobbija ta’ tfal, anzjani, posters, bookmarks, u ħafna oħrajn. Qabel il-qligħ, l-għan prinċipali tal-Librerija Preca hu li l-messaġġ reliġjuż jinxtered u jidħol fid-djar Maltin. L-Istamperija Veritas Is-Soċjetà ilha snin tippubblika xogħlijiet ta' natura reliġjuża, speċjalment, għalkemm mhux biss, bil-Malti. Is-Soċjetà għandha stamperija għall-użu tagħha stess, il-Veritas Press, li wkoll tispeċjalizza fl-istampar ta' xogħlijiet reliġjużi, fost oħrajn. Superjuri Ġenerali tas-Soċjetà tal-MUSEUM Ewġenju Borg (1911 - 1967) Francesco (Ċikku) Saliba (1967 - 1983) Victor Delicata (1983 - 2009) Natalino Camilleri (2009 - ) Sal-2009, is-Superjur Ġenerali kien ukoll is-Superjur Reġjonali ta' Malta. Dan ma baqax hekk wara r-riżenja tas-Sur Delicata fl-2009. Pubblikazzjonijiet Kalendarju Museumin, Kalendarju Museumin, rivista ta’ kull xahrejn għall-membri. Gwida għal Min Jgħallem, rivista kateketika ta’ kull xahrejn. Xehda Għasel, rivista għat-tfal u żgħażagħ ta’ kull xahrejn. Rivista ta’ Spiritwalità, toħroġ kull tliet xhur. Dun Ġorġ, Rivista dwar San Ġorġ Preca, toħroġ darbtejn fis-sena. Preca Calling, rivista bl-Ingliż għall-Membri barra minn Malta, kull tliet xhur. Il-Paċi Magħkom – ġurnalin ta’ kull xahrejn għal kulħadd. Ħoloq esterni http://www.sdcmuseum.org - Sit uffiċjali tal-MUSEUM http://www.sdcprecaoz.org - Sit tal-MUSEUM tal-Awstralja http://museumstjulians.webs.com/ - Sit tal-MUSEUM San Ġiljan Knisja Kattolika Maltija Organizzazzjonijiet
3090
https://mt.wikipedia.org/wiki/Demm
Demm
Id-demm huwa tessut likwidu li jiċċirkola fil-ġisem tal-annimali u li għandu rwol prinċipali għall-għixien tal-ġisem. Id-demm huwa kompost minn għadd ta' ċelluli (iċ-ċelluli ħomor, iċ-ċelluli bojod u l-pjastrini) jgħumu f'likwidu magħruf bħala plażma Termini mediċi relatati mad-demm ħafna drabi jkunu jibdew bil-prefiss "emo-" li hija koruzzjoni tal-kelma Griega "haima" li tfisser "demm", jew inkella jispiċċaw bis-suffiss "-emja" jew "-emija". B'hekk pereżempju naraw kliem bħal emoraġija (telf ta' demm mill-ġisem), anemija u viremija. Il-funzjoni prinċipali tad-demm hija li jwassal u jissupplixxi nutrienti (primarjament l-ossiġnu u l-glukosju) kif ukoll elementi oħra lit-tessuti, u fl-istess ħin ineħħi l-isktart metaboliku tal-ġisem (diossidu tal-karbonju u aċtu lattiku). Id-demm ukoll iservi ta' sistema ta' trasport kemm għaċ-ċelloli (lukoċiti, ċellolari abnormali minn xi tumur) kif ukoll għall-sustanzi differenti (amino aċidi, lipidi, ormoni) bejn it-tessuti u l-organi tal-ġisem. Problemi bil-kompożizzjoni jew biċ-ċirkolazzjoni tad-demm, jistgħu iwasslu għall-problemi fil-funzjoni normali tat-tessuti (jew aħjar disfunzjoni). Id-demm jiċċirkola madwar il-pulmun u l-ġisem kollu minħabba t-taħbit tal-qalb. Kompożizzjoni Bniedem adult iġorr madwar 5 litri ta' demm. Id-demm magħmul minn 55% plażma u l-bqija jinqasam f'madwar 96% ċelluli ħomor, 3% ċelluli bojod u 1% tromboċiti (bl-Ingliż: platelets). Għal kull 600 ċellula ħamra hemm 40 tromboċita u ċellula bajda waħda. Iċ-ċelluli l-bojod huma ħafna ikbar miċ-ċelluli l-ħomor filwaqt li t-tromboċiti huma iżgħar. Ix-xogħol tad-demm huwa li jġorr is-sustanzi li għandu bżonn il-ġisem għall-għixien tiegħu u fl-istess ħin iġorr ukoll l-affarijiet li l-ġisem irid jeħles minnhom. Iċ-ċelluli l-ħomor jieħdu ħsieb li jġorru l-ossiġnu (O2) lejn iċ-ċelluli l-oħra tal-ġisem. Il-plażma iġġorr il-glukosju u s-sustanzi l-oħra kollha li jitimgħu ċ-ċelluli filwaqt li jġorr ukoll id-CO2 sabiex jintrema 'l barra mill-pulmun. Qalb Sabiex l-ossiġnu u s-sustanzi ta' ġod-demm jilħqu ċ-ċelluli tal-ġisem kollu, hemm bżonn li d-demm idur mal-ġisem. Għal dan il-għan hemm il-qalb li taħdem bħala pompa u ddawwar id-demm minn ġol-vini u l-arterji. Id-demm minn ġol-qalb jiġi ppumpjat l-ewwel ġol-pulmun u jimtela bl-ossiġnu filwaqt li l-plasma jarmi l-arja l-ħażina. Minn hemm jerġa' jidħol fil-qalb u jerġa' jiġi ppumpjat fil-bqija tal-ġisem. Hekk kif id-demm jgħaddi minn madwar l-istonku u l-imsaren jiġbor fih ukoll is-sustanzi tal-ikel. Tipi ta' Demm Jeżistu 4 gruppi ta' demm, l-A, il-B, l-AB u l-O. Kull wieħed minn dawn jista' jkollu karatteristika oħra, l-Rh'. Jekk id-demm ikollu dil-karatteristika u hu tal-grupp 'A', jissejjah 'A+' filwaqt li jekk ma jkollux jissejjaħ, 'A-'. Dat-tipi ma jaqblux kollha bejniethom u meta persuna tingħata d-demm jingħatalha biss minn dak li jaqbel magħha. Jekk ma jsirx hekk, il-ġisem jista' jaħseb li hemm xi ħaġa ħażina u jipprova joqtol id-demm il-ġdid billi jagħmel reazzjoni miegħu. Ħoloq esterni Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm Ermatoloġija Tessuti
3103
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sa%C4%A7ara
Saħara
Is-Saħara fl-Afrika ta' Fuq, hu wieħed mill-ikbar deżerti tad-dinja. L-Antartika hi wkoll deżert u hi ikbar. Hu mdawwar mill-Oċean Atlantiku, il-Muntanji Atlas, il-Baħar Mediterran, il-Baħar l-Aħmar, u r-reġjun ta' Saħel. Ġo fih hemm partijiet minn ħafna pajjiżi, fosthom il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, l-Eġittu, il-Mawritanja, il-Mali, in-Niġer, Ċad, l-Eritrea, is-Saħara tal-Punent u s-Sudan. Il-parti l-kbira tiegħu mhux abitabbli imma xi nies jirnexxilhom jgħixu fil-postijiet fejn hemm l-ilma. Id-Deżert Saħara fih xi 9,065,000 kilometru kwadru. Kien hemm żmien meta kien ikbar u żmien meta kien iżgħar. Wara l-aħħar Żmien is-Silġ sar iżjed fertili, imbagħad reġa' nixef. Hu l-isħan post fid-dinja, imma mhux l-iżjed nixef. L-iżjed nixef hu d-Deżert Atacama fl-America ta' Fuq. Is-Saħara bejn wieħed u ieħor hu daqs l-iStati Uniti f'daqqa. L-ambjent L-ogħla muntanja hi ta' 3415-il metru, u hi l-Emi Koussi f'Ċad. Xi quċċati tal-muntanji huma miksijin bil-borra anki fis-sajf. Il-katina tal-muntanji ewlenija hi tal-Muntanji Atlas fl-Alġerija. L-iżjed post baxx hu l-għammieq tal-Qattara fl-Eġittu, li hu xi 130 metru taħt il-livell tal-baħar. Witjiet bir-ramel u duni jagħmlu xi 25% tas-Saħara. Il-bqija hu muntanji, steppi b'ħafna ġebel u oażi. Hemm bosta xmajjar li jgħaddu mis-Saħara. Però, kollha jinxfu fis-sajf barra x-Xmara Nil u x-Xmara Niġer. Il-minerali metalliċi huma importanti ħafna għall-pajjiżi Saħarin. L-Alġerija u l-Mawritanja għandhom bosta depożiti kbar tal-ħadid. Hemm ukoll depożiti tal-uranju, imma n-Niġer għandha l-iżjed minn dawn. Hemm ħafna fosfati fil-Marokk u fis-Saħara tal-Punent. Fl-Alġerija l-iżjed li hemm żejt. Iż-żejt hu importanti għall-pajjiż kollu. Waqt bl-estrazzjoni taż-żejt l-ekonomija tas-Saħara kibret, ftit għenet lill-popolazzjoni indiġena, billi ħaddiema tas-sengħa jinġiebu minn pajjiżi oħra. Il-fawna u l-flora L-iġmla dromedarji u l-mogħos huma l-annimali mansi li nsibu l-iżjed spiss fis-Saħara. Id-dromedarju hu l-favorit tan-nomadi minħabba kemm jiflaħ ix-xemx u l-ħila tiegħu fil-ġiri. L-iskorpjun isfar (Leiurus quinquestriatus) jista' jkun 10ċm twil. Dan hu perikuluż ħafna u l-velenu tiegħu fih ħafna agitoxin u scyllatoxin. Però tingiża minn dan l-iskorpjun rari toqtol adult f'saħħtu. Hemm bosta speċi ta' volpi li jgħixu fis-Saħara, fosthom il-vulpes zerda, vulpes pallida u l-vulpes rueppellii. L-Addax nasomaculatus, antelopa kbira bajda, tista' tgħaddi kważi sena fid-deżert mingħajr ma tixrob. L-għażżiela dorcas hi għażżiela tal-Afrika ta' fuq li wkoll tista' tgħaddi ħafna żmien mingħajr ilma. Il-geparda tas-Saħara (Acinonyx jubatus hecki) tgħix fl-Algerija, Togo, in-Niġer, Mali, Benin, u Burkina Faso. Baqa' inqas 250 geparda adulta, li huma kawti u jaħarbu kull preżenza tal-bniedem. Il-geparda tevita x-xemx minn April sa Ottubru u tisken taħt l-arbuxxelli bħall-balaniti u l-akaċji. Is-soltu jkunu ta' kulur ċar. Fost l-annimali l-oħra hemm il-varanidi, l-iraċi, is-sriep Cerastes, u numru żgħir ta' likawuni (Lycaon pictus) forsi f'14-il pajjiż biss u n-nagħam. Jgħixu annimali oħra fis-Saħara (għasafar l-iżjed) bħal-lonkura tal-munqar fiddi (Lonchura cantans) u l-gardell ta' wiċċu iswed (Lagonosticta larvata), fost l-oħrajn. Hemm ukoll kukkudrilli tad-deżert żgħar (Crocodylus suchus) fil-Mawritanja u fix-xagħri għoljin ta' Ennedi ta' Ċad. Is-Saħara ċentrali hi stmata li fiha ħames mitt speċi ta' xtieli, li hu numru baxx għall-estent enormi tal-erja. Xtieli bħas-siġar tal-akaċja, palm, sukkulenti, arbuxxelli bix-xewk, u ħaxix adattaw ruħhom għall-kondizzjonijiet nixfin. Bliet Minn xi erba' miljun ruħ li jgħixu fis-Saħara, il-parti l-kbira jgħixu fil-Mawritanja, Is-Saħara tal-Punent, l-Alġerija, il-Libja u l-Eġittu. Iż-żewġ gruppi dominanti huma is-Saħrawin u t-Twareg. L-ikbar belt hi Nouakchott, il-belt kapitali tal-Mawritanja. Il-bliet importanti l-oħra huma Tamanrasset fl-Alġerija, u Sebha u Ghat fil-Libja. Mis-Saħara kollha 200,000 km² biss huma oażi fertili. Fihom ikabbru t-tamal, qamħ u frott. Dawn il-ftit reġjuni għammiela jissaqqew minn xmajjar u għadajjar taħt l-art. Ħafna mill-oażi tas-Saħara jinstabu f'ħofor (art taħt il-livell tal-baħar) u l-ilma jitla' fil-wiċċ minn ġibjuni naturali taħt l-art; bjar arteżjani. Ħoloq esterni Google Satellite image of the Sahara (Northern Africa) View some Sahara images Noti u referenzi Deżerti ta' l-Afrika Ġeografija ta' l-Afrika
3105
https://mt.wikipedia.org/wiki/Alko%C4%A7oli%C5%BCmu
Alkoħoliżmu
L-Alkoħoliżmu huwa l-konsum kompulsiv ta' l-alkoħol. Hemm xi teoriji li jsostnu li l-alkoħoliżmu huwa marda bioloġika. In-natura u l-kawża ta' l-alkoħoliżmu huwa suġġett diskuss bejn il-komunitajiet mediċi u xjentifiċi, u d-definizzjoni stess ta' alkoħolużmu hija parti kruċjali minn dan id-dibattitu. Ħafna drabi l-alkoħoliżmu huwa suġġett kontroversjali u l-ipoteżi tal-marda hija punt kruċjali mid-dibattitu. Abbuż t'alkoħol Stigma soċjali
3106
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kolera
Kolera
Kolera (magħrufa wkoll bħala Kolera Ażjatika) hija marda ikkawżata mill-batterju Vibrio cholerae, li normalment jispiċċa fil-ġisem wara li persuna tixrob ilma kontaminat, jew inkella tiekol ħut jew frott tal-baħar li ma jkunx imsajjar tajjeb. Din il-marda ġiet deskritta għall-ewwel darba b'mod xjentifiku minn tabib Portugiż Garcia de Orta fis-Seklu XVI. Sintomi Is-sintomi jinkludu dawk is-sintomi ta' infezzjoni tat-tratt GI: dijarea akuta (eż. 1 L feċi/siegħa), uġiegħ fiż-żaqq, deni, nawżja u rremetar. Apparti dawn, hemm sintomi oħra relatati mad-diżidratazzjoni, kawża tat-telf kbir ta' likwidi mill-ġisem: għatx, bukgħawwieġ fil-muskoli, għajja u nuqqas ta' saħħa, tikmix tal-ġilda, metabolic acidosis severa flimkien ma' potassium depletion, anurja, circulatory collapse u cyanosis. Dawn kollha jwasslu għall-xokk ipovolemiku (telf massiv ta' fluwidi u electrolytes mill-ġisem), li jista' jwassal għall-mewt fi ftit sigħat. Riċerka Ix-xjenzjati li taw l-akbar kontribuzzjonijiet fil-ġlieda kontra l-kolera kienu John Snow, li skopra l-ħolqa bejn il-marda tal-kolera u x-xorb ta' l-ilma fl-1854, u Robert Koch, li identifika l-V. cholerae bħala l-baċillu li jikkawża l-marda. Il-batterju kien ġie iżolat xi 30 sena qabel mill-anatomiku Taljan Filippo Pacini, iżda r-riżultati tiegħu ma kienux wisq magħrufa madwar id-dinja. L-Istorja tal-Kolera f'Malta Din Il-marda nfirxet għall-ewwel darba lejn il-Mediterran fis-seklu dsatax, l-aktar bejn l-1816 u l-1826, x’aktarx meta kaxkruha magħhom mill-Indja l-baħrin u s-suldati Ingliżi. Il-fejqan minn din il-marda kien diffiċli, u l-unika rimedju għaliha kienet xarba b’taħlita ta’ ħxejjex mediċinali, biex ittaffi l-uġigħ, iżda li ma tfejjaqx. F’Malta, il-kolera infexxet f’epidemija f’dawn id-dati: fl-1837  (kienu mietu f’Malta 809, u f’Għawdex 366) fl-1854 (kienu  mietu total ta’ 348 ruħ) fl-1865 (kienu mietu 1,873 ruħ) fl-1867 (kienu mietu 400 ruħ) fl-1877 (kienu mietu 440 ruħ)   fl-1887. Sorsi Esterni Cholera Outbreaks in Asia and South East Asia, 2003 - 2012. https://www.researchgate.net/publication/262610383_Cholera_Outbreaks_in_South_and_Southeast_Asia_Descriptive_Analysis_2003-2012 '1824 - 1827 Cholera Pandemic', https://en.wikipedia.org/wiki/1817%E2%80%931824_cholera_pandemic 'Doctors during the 1837 Cholera Epidemic in Malta - Unearthing the Truth', Joseph Galea, https://www.mmsjournals.org/index.php/mmj/article/view/114 'The Eipdemiological Factors of Cholera in Gozo, Malta - 1837', Joseph Galea & Liberato Camilleri, https://www.mmsjournals.org/index.php/MDHG/article/view/310 'Epidemiji fl-Istorja ta' Malta', Martin Morana https://kliemustorja.com/2020/03/14/epidemiji-fl-istorja-ta-malta/ Mard trażmess mill-ikel Mard trażmess mix-xorb Mard ikkawżat minn batteri Pandemiji
3107
https://mt.wikipedia.org/wiki/Qalb
Qalb
Il-qalb hija organu li tinsab fit-toraċe/sider u hija magħmula esklussivament minn tessut muskolari strijat, li huwa miżmum minn struttura fibruża msejħa perikardju. It-terminu 'kardijaku' (bħal f'kardjoloġija) ifisser "relatat mal-qalb" u ġej mill-kelma Griega καρδια, kardia, li tfisser "qalb". Il-qalb hija l-organu ċentrali tas-sistema ċirkulatorja u taħdem bħal pompa li kapaċi tipproduċi pressjoni li tippermeti ċ-ċirkolazzjoni tad-demm b'mod effiċjenti. Sistema kardjovaskulari Toraċe Organi
3112
https://mt.wikipedia.org/wiki/Antropolo%C4%A1ija
Antropoloġija
L-Antropoloġija (mill-kelma Grieka: ἄνθρωπος, antropos, "bniedem"; u λόγος, logos, "taħdit" litt. li titkellem dwar il-bnedmin) hija l-istudju ta' l-umanità. L-antropoloġija tnisslet mix-xjenzi naturali, l-istudji umanistiċi, u x-xjenzi soċjali. Dan it-terminu ġie użat l-ewwel darba minn François Péron meta iddiskuta l-inkontri tiegħu ma' l- Aboriġini ta' Tasmania. L-Antropoloġija hija l-istudju tal-karatteristiċi fiżiċi, soċjali u kulturali ta' l-umanità. L-Etnografija tirreferi kemm għal waħda mill-metodi ewlenin ta' l-antropoloġija u kemm għat-test li jinkiteb bħala riżultat tal-prattika ta' l-antopoloġija u l-elementi tagħha. Minn żmien ix-xogħol ta' Franz Boas u Bronisław Malinowski fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, l-antropoloġija bdiet tiddistingwixxi ruħha minn xjenzi soċjali oħra minħabba l-enfażi fuq l-eżaminazzjoni fil-fond tal-kuntest, ipparagunar bejn kulturi differenti, u l-importanza li tefgħat fuq l-osservazzjoni parteċipattiva, jew immersjoni esperementali, fit-tul fiż-żona tar-riċerka. L-antropoloġija, partikolarment dik kulturali, enfasizzat ir-relattivita kulturali u l-użu ta' sejbiet mir-riċerka biex issir kritika kulturali. Din kienet partikolarment prominenti fl-Istati Uniti, mill-argumenti ta' Boas kontra l-ideoloġija razzjali tas-seklu 19, għall-ġlieda ta' Margaret Mead għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-liberazzjoni sesswali, sal-ktirika kurrenti ta' l-oppressjoni post-kolonjali u l-promozzjoni tal-multikulturaliżmu. Antropoloġija
3115
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jean%20Parisot%20de%20la%20Valette
Jean Parisot de la Valette
Jean Parisot de Valette (Parisot, 1494 – Malta, 21 ta' Awwissu 1568) kien il-Gran Mastru tal-Ordni Militari Sovran ta' Malta li mexxa d-difiża ta' Malta Fl-Assedju l-Kbir tal-1565. Bijografija Twieled fl-1494 fix-Château de Labro f'Parisot (Tarn-et-Garonne) fir-Rouergue, Franza. Kien it-tieni tifel ta' Guillot jew Guillaume de la Valette-Cornusson (miet 1513), Kavallier, Sinjur ta' Cornusson u ta' Boismenon, Ġentlom ordinarju tal-Kamra tar-Re, u ta' Jeanne de Castres. (mietet 1548). Meta kellu 20 sena daħal fl-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm. Fl-1522, flimkien ma' 159 kavallier ieħor u l-Gran Mastru [[Philippe de Villiers de L'Isle-Adam], ħa sehem fid-difiża ta' Rodi fl-assedju mill-Ottomani. L-armata kbira ta' Suliman il-Manjifiku kienet wisq għalihom u l-gżira waqgħet f'idejn l-Ottomani. De la Valette mal-ftit Kavallieri li baqgħu ħajjin tħallew imorru r-renju ta' Sqallija. Fl-1541 qabduh il-pirati ta' Barberija taħt il-kmand ta' Turgut Reis li ħaduh bħala lsir tal-galeri għal sena. Karriera fl-Ordni Fl-1554 de la Valette ġie elett Kaptan Ġenerali tal-galeri tal-Ordni. Dan kien unur kbir għal-lingwa ta' Provenza, billi matul il-parti l-kbira tal-istorja tal-Ordni, il-pożizzjoni ta' Gran Ammiral kienet tmur għand il-Lingwa tal-Italja. F'dik il-kariga sar famuż u f'dak iż-żmien ta' kmandanti tal-baħar kbar kien meqjus fl-istess livell tal-Kavallier Mathurin Romegas - wieħed mill-ikbar kmandanti tal-baħar Insara. Fl-1557, meta miet il-Gran Mastru Claude de la Sengle, il-Kavallieri, li kienu nwitati bl-attakk li żgur kien ġej fuqhom, għażlu lil de la Valette bħala Gran Mastru. L-assedju Kien il-mexxej tad-difiża ta' Malta fl-assedju tal-1565 mit-Torok. L-assedju dam tliet xhur u l-forza tal-Ottomani kienet ħafna ikbar min dik tal-Insara. L-Ottomani kellhom 'il fuq minn 30,000 suldat, fosthom il-Ġannizzeri, kif ukoll flotta ta' 193 frejgata. Fit-18 jew l-24 ta' Mejju, it-Torok assedjaw il-Forti Sant'Iermu li kienet difiża minn 130 kavalier li waqgħet fit-23 ta' Ġunju. Minkejja dan fit-8 ta' Settembru l-Insara irnexxilhom ikeċċu t-Torok u bis-saħħa ta' din ir-rebħa de la Valette kiseb prestiġju kbir fl-Ewropa, imma rrifjuta l-offerta li jsir kardinal biex jibqa' indipendenti mill-Papa. Ħafna attribwew din ir-rifjuta għall-modestà u l-umiltà tiegħu bħala suldat reliġjuż. Filippu II ta' Spanja, biex jgħaraf il-kuraġġ tiegħu bagħat stallet tad-deħeb bil-kitba plus quam valor Valetta valet. L-aħħar snin Fl-1566, il-Gran Mastru reġa' bena l-Forti Sant'Iermu u beda l-bini tal-belt Valletta li ġġib ismu fuq l-għolja ta' Xiberras fejn ħafna mit-Torok kienu mietu fl-attakk ta' Sant'Iermu. Qiegħed l-ewwel ġebla hu nnifsu. Il-belt il-ġdida - Humilissima Civitas Vallettae - saret magħrufa bħala l-fortizza l-iżjed aristokratika u esklużiva fl-Ewropa - belt li sikwit kienet imsejħa "Superbissima". Jean Parisot de la Valette miet fil-paċi fl-1568 qabel ma tlestiet il-belt. Il-qabar tiegħu (forma ta' sarkofagu) jinstab fil-kripta tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann, fil-belt Valletta. L-iskrizzjoni fuq il-qabar komposta mis-segretarju tal-Latin, Oliver Starkey, l-aħħar kavallier tal-Lingwa Ingliża waqt l-assedju, tgħid bil-Latin: ILLI ASIAE LIBYAEQUE PAVQR, TVTELAQUE QUONDAM EVROPAE EDOMITIS, SACRA PER ARMA GETIS; PRIMUS IN HAC ALMA QUAM CONDIDIT VRBE SEPVLTVS, VALLETTA AETERNO DIGNUS HONORE IACET. Hu li kien il-biża' tal-Asja u l-Afrika ta' Fuq, Li kien il-protettur tal-Ewropa, li minnha keċċa l-barbari Bl-armi mqaddsa tiegħu; Kien l-ewwel li ndifen fil-belt maħbuba li waqqaf. F'Valletta bl-unur mistħoqq jistrieħ għal dejjem. Referenzi Ara wkoll Assedju ta' Malta Valletta Ordni Militari Sovran ta' Malta Kon-Katidral ta' San Ġwann Ħoloq esterni Artiklu fil-Catholic Encyclopedia Is-sit tal-web uffiċjali tal-Ordni ta' Malta Gran Mastri tal-Ordni ta' San Ġwann Twieldu fl-1494 Mietu fl-1568
3117
https://mt.wikipedia.org/wiki/Medi%C4%8Bina
Mediċina
Il-mediċina hija l-fergħa tax-xjenza li tirrigwarda s-saħħa tal-bniedem u li tieħu ħsieb iż-żamma jew il-fejqan tagħha mill-mard. Hija xjenza li tinkludi l-għarfien tas-sistemi tal-ġisem, tal-mard li jaħkmuh u tat-trattament tagħhom kif ukoll il-prattika applikata ta' dan l-għarfien. Il-prattika tal-mediċina mhix biss xjenza, iżda arti fiha nnifisha. Ħoloq esterni medecine education in Senegal Saħħa Mediċina
3122
https://mt.wikipedia.org/wiki/Psikolo%C4%A1ija
Psikoloġija
Il-Psikoloġija (Grieg antik: psyche = "ruħ" jew "moħħ", logos/-oloġija = "studju ta") hija xjenza akkademika u applikata li tinvolvi l-istudju tal-menti, tal-moħħ u tal-imġiba, kemm dik umana u le. Il-psikoloġija tapplika dan l-għerf f'bosta oqsma tal-ħajja tal-bniedem, bħal ngħidu aħna, fil-problemi li jiltaqa' magħhom fil-ħajja ta' kuljum u fit-trattament ta' mard mentali. Il-psikoloġija hija differenti mis-soċjoloġija, antropoloġija, ekonomija u x-xjenzi politiċi għax tinvolvi l-istudju tal-proċessi mentali u l-imġiba ta' individwi (kemm waħidhom kif ukoll fi gruppi) minflok l-imġiba tal-gruppi innifishom. Il-psikoloġija hija differenti wkoll mill-bijoloġija u n-newroxjenza għax hija konċernata primarjament ma' l-interazzjoni bejn proċessi mentali, l-imġiba u l-proċessi tas-sistema, mhux sempliċiment il-proċessi bijoloġiċi jew newroloġiċi innifishom (avolja il-fergħa newropsikoloġija tgħaqqad l-istudju tal-proċessi newroloġiċi ma' l-istudju ta' l-effetti mentali li dawna joħolqu). Ħoloq esterni AmoebaWeb Psychology Resources A Century of Psychology (APA) Classics in the History of Psychology Clinically Psyched Clinical Psychology News and Forum Current Events and News: Psychology.net Dictionary of Psychology Encyclopedia of Psychology Holah OCR Psychology In-Mind, Quarterly Magazine for Social Psychology Learn Psychology Glossary Psychology Conferences Psychology Congresses (mostly European) Ansia Psychology University of Rome Research (it) ScienceDaily Mind and Brain news PsychCentral Psychology wiki Psychoworld.sk - human psychology news Imġiba tal-bniedem Xjenzi soċjali Xjenzi tal-imġiba
3123
https://mt.wikipedia.org/wiki/Xjenzi%20so%C4%8Bjali
Xjenzi soċjali
Ix-xjenzi soċjali huma grupp ta' dixxiplini akkademiċi li jistudjaw l-aspetti umani tad-dinja. Dawn huma differenti mill-arti u l-umanitajiet għax jemfasizzaw l-użu tal-metodu xjentifiku kif ukoll standards rigorużi fejn jidħlu provi fl-istudju ta' l-umanità, inkluż il-metodu kwantitattiv u l-metodu kwalitattiv. Fergħat maġġuri Fost il-fergħat maġġuri tax-xjenzi soċjali insibu: Antropoloġija Komunikazzjoni Studji Kulturali Ekonomija Edukazzjoni Ġeografija Storja Lingwistika Liġi Xjenza Politika Psikoloġija Politika Soċjali Soċjoloġija Mhux l-istituzzjonijiet kollha jagħrfu dawn il-fergħat bħala xjenzi soċjali.
3127
https://mt.wikipedia.org/wiki/Djalett%20Grieg-Kalabri%C5%BC
Djalett Grieg-Kalabriż
Id-djalett Grieg-Kalabriż jew Grieg-Boveżjan huwa l-verżjoni ta' Grieg Taljanizzat użat fir-reġjun Taljan tal-Kalabrija, kuntrarju tal-idjoma Italo-Griega mitkellma fil-Greċja Salentina. Dawn iż-żewġ lingwi huma ħafna drabi magħquda flimkien bħala Italjot Grieg (Katoitaliótika) jew Greċjaniku jew ukoll Griko, imma huma żewġ verżjonijiet differenti li żviluppaw b'mod differenti tul l-istorja. Il-Grieg-Kalabriż huma mniżżel fil-Ktieb l-Aħmar (Red Book) ta' l-UNESCO bħala lingwa li qiegħda fil-periklu li tintilef , flimkien mal-Greċjaniku. Barra minn hekk, l-Euromosaic isostni li din hija lingwa minoritarja ta' l-Unjoni Ewropea li qiegħda f'periklu. Dan id-djalett huwa msemmi wkoll mill-Ethnologue bħala djalett tal-Grieg Modern . Il-konklużjoni li ħareġ biha l-Ethnologue hija pjuttost dubjuża għaliex din il-lingwa kellha żvilupp separat u paralleli mill-Grieg Biżantin (jew saħħansitra mill-Grieg antik) sal-Grieg Modern, u għaldaqstant dan id-djalett jista' jitqies ħu l-Grieg modern iktar milli ferħ dirett. Jekk wieħed iżomm dawn il-punti f'moħħu, ikun iktar korrett li jħares lejn il-Grieg-Kalabriż bħala verżjoni djalettali tal-Grieg-Biżantin Medjevali iktar milli djalett tal-Grieg Modern. Però, din il-verżjoni tal-lingwa Griega qatt ma wriet żvilupp estensiv tul l-istorja tagħha, u kienet tintuża biss għall-komunikazzjoni u d-diskors ta' kuljum mingħajr qatt ma kellha rwol sinjifikanti fl-oqsma amministrattivi, letterarji jew ekkleżjastiċi. Ħoloq esterni Grecìa Calabra Scheda Euromosaic Biografija ta' Leonzio Pilato Lingwi Elleniċi u djaletti Magna Grecia Lingwi tal-Italja
3131
https://mt.wikipedia.org/wiki/Patri%20Feli%C4%8Bjan%20Bilocca
Patri Feliċjan Bilocca
Patri Feliċjan Bilocca twieled il-Furjana nhar l-1 ta' Ġunju, 1914 minn Ġużeppi u Elena mwielda Agius. Kien it-tielet wild minn familja ta' tlettax. Il-ġenituri tiegħu kienu joqogħdu fi Triq il-Miratur, il-Furjana. Il-ġenituri meta twieled tawh l-isem ta' Karmenu. Il-figura ta' l-omm ħalliet impatt kbir fuqu u sa mewtha ħabbha b'imħabba kbira. Anki meta kiber baqa' jieħu l-pariri tagħha. Ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Floriana. Studja l-Model School il-Belt u minn hemm inkiteb fl-iskola ta' l-Inġinerija Nixon School. Kienu għadu lanqas temm il-kors meta għamel it-talba biex jissieħeb mal-Kapuċċini. Fit-22 ta' Settembru, 1929 beda n-novizzjat u snin wara ġie ordnat saċerdot minn idejn Monsinjur Mikiel Gonzi. Mar jistudja fl-Università Gregorjana ta' Ruma minfejn kiseb dottorat fit-Teoloġija Dommatika u diploma fis-Soċjoloġija u l-Ekonomija Soċjali. Felicjan Bilocca kien wiehed mill-ewwel għalliema tas-Soċoloġija f'Malta u ma naqasx li jikteb dwarha kemm fil-kotba kif ukoll l-artikli tiegħu. Ibbaża priedki sħaħ minn dik il-lenti. Aktarx li l-iktar fażi eċitanti ta' ħajtu kienet meta kien kappillan il-Marsa. Dan kien bejn l-1949 u l-1958. Lill-Marsin ħabbhom u għenhom kemm felaħ. Mhux biss bhala kappillan imma stinka biex il-Marsa tikseb dinjità u titjib fiżiku. Bena l-Knisja tal-Madonna tad-Dmugħ fil-Marsa, illum Marija Reġina. Skond ma ħalla miktub fid-djarji tiegħu minħabba dan il-pass is-superjuri tiegħu keċċewh minn kappillan u bagħtuh fil-kunvent tal-Furjana f'ċella viċin il-kamra tal-banju. Kien magħruf ghall-karattru sod li kellu u l-fehmiet tiegħu ggwidaw għadd ta' studenti tiegħu li wara laħqu patrijiet. Sa hemm min isostni li kien ħalla hafna influwenza fuq l-Arċisqof Mikiel Gonzi. Aspett li spikka hafna f’hajtu kien il-ġurnaliżmu. Kiteb ghadd enormi ta’ artikli li dehru f'gurnali bhall-Lehen is-Sewwa u l-orizzont. L-ahhar artiklu deher ftit jiem biss qabel ma miet. L-artikli ta’ qabel l-1971 huma artikli li ddefendew il-pozizzjoni tal-Knisja. Dak kien zmien l-interdett u s-sittinijiet ma kinux facli ghal Malta. Feliċjan għalkemm kellu tendenzi xellugin imma mhux eċċesivi kien daħal għad-difiża tal-knisja b'ruħu u ġismu. Kien protagonist ewlieni fit-twaqqif tal-Partit tal-Ħaddiema Nsara li kien jitmexxa minn Toni Pellegrini. Hu nnifsu kien mar ifittex il-kandidati ghall-elezzjonijiet. Wara li tela' l-Gvern Laburista fl-1971 u ftit qabel kien saret il-paċi mal-Knisja, Feliċjan biddel it-ton u minn għadu tal-Partit Laburista sar ħabib kbir u intimu. Per eżempju, għall-Feliċjan id-deċiżjoni ta' Dom Mintoff li jifforma gvern wara l-elezzjoni ta' l-1981 kienet tajba (għax kienet kompletatment skond il-Kostituzzjoni li kienet tgħid li min ikollu l-maġġoranza tas-siġġijiet fil-parlament ikollu d-dritt li jifforma gvern. Tant dan kien minnu li l-gvern Laburista kien rikonoxxut mid-dinja kollha. Fatt interessanti ieħor kien li fl-1971 minkejja li l-Partit Laburista ġab madwar 5000 vot iktar mill-pn, li ma' kienx għal-ħames (5) voti kien jerġa jispiċċa fl-oppożizzjoni! Kien bis-saħħa ta' emendi li għadda gvern Laburista li mbagħad ġiet irranġata l-Kostituzzjoni biex min iġib l-ikbar ammont ta' voti jiggverna. Ironikament din tal-voti spiċċat dejjem ħadmet kontra l-istess Partit Laburista għax qatt ma rriflettiet l-ammont ta voti li ġab iktar kull meta ħa l-gvern fl-1996,2013, u fl-2017). L-artikli ta' din il-ħabta wieżnu l-politika Laburista u saħħansitra ħa pożizzjonijiet kontra l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca biex jiddefendi l-politika Laburista li kienet politika favur il-fqir u l-ħaddiem kif suppost tgħallem il-knisja kattolika. Uża ghadd kbir ta' nome de plumes. L-iktar popolari Baruk, Don Camillo u Von Galen. Kienu bosta dawk li attribew lilu n-nome de plume Gladiator imma hemm xhieda biżżejjed li tikkontradixxi lil min jgħid hekk. Patri Felicjan hu wkoll l-awtur ta' għadd ta' kotba. Il-patri rabat ismu max-xandir u bosta jiftakruh fil-programm Djalogu li kien isir fuq l-MTV u Zmienna li kien jixxandar fuq ir-radju nazzjonali. Tista’ tghid li tkellem dwar ghadd ta’ suggetti taht il-kappa tax-xemx. Ma kienx jiddejjaq jitkellem fuq suggetti bhas-sess li dik il-habta ma tantx kienu popolari. Bis-saħħa tiegħu, is-soċjetà tal-M.U.S.U.E.M. kisbet l-art li nafu biha llum biex setghet tibni l-kwartieri taghha. Minflok darba kien hemm ċimiterju abbużat. Bilocca miet nhar it-Tlieta, 5 ta' Mejju, 1987. Referenzi Sergio Grech, Patri Feliċjan Bilocca, (Outlook Coop, 2004). Nies Maltin Nies mill-Furjana Saċerdoti Kattoliċi Maltin Twieldu fl-1914 Mietu fl-1987
3139
https://mt.wikipedia.org/wiki/O%C4%8Beanja
Oċeanja
L-Oċeanja hija reġjun, ġeografiku, u wkoll ġeopolitiku magħmul minn bosta artijiet - l-iktar gżejjer, u ħafna drabni jinkludi l-Awstralja – fl-Oċean Paċifiku u l-viċinanzi. Il-firxa eżatta tal-Oċeanja għandha varjetà ta' definizzjonijiet, b'xi interpreatzzjonijiet li jinkludu l-Awstralja, New Zealand, l-Indoneżja u Timor tal-Lvant. L-użu primarju tat-terminu Oċeanja huwa li jiddeskrivi reġjun makroġeografiku li jinsab bejn l-Ażja u l-Ameriki, bil-kontinent Awstraljan bħala l-ikbar landmass u li jikkonsisti f'mdawar 10,000 gżira fil-Paċifiku. L-isem Oċeanja huwa wżat għax, kuntrarju għall-raggrupamenti reġjonali oħra, huwa l-oċean u l-baħar iktar milli kontinent li jgħaqqad dawn l-artijiet flimkien. Il-pajjiżi u t-territorji tal-Oċeanja L-isem ta' dal-kontinent ġie ivvintat mill-esploratur Franċiż Dumont d'Urville fl-1831, u tradizzjonalment, l-Oċeanja kienet maqsuma fil-Mikroneżja, il-Melaneżja, il-Polineżja, u l-Awstralażja. Il-parti l-kbira ta' l-Oċeanja hija magħmula minn nazzjonijiet-gżejjer żgħar. L-Awstralja hija l-unika pajjiż kontinentali; Timor tal-Lvant u Papua New Guinea huma l-uniċi pajjiżi b'fruntieri ma' pajjiżi oħra, f'dan il-każ mal-Indoneżja. Il-lista li qed tiġi riprodotta hawn taħt tinkludi il-pajjiżi u t-territorji li huma kklassifikati bħala parti mill-Oċeanja mill-UNESCO. Awstralja Awstralja - Renju fil-Commonwealth1 Gżira Norfolk - territorji esterna ta' l-Awstralja New Zealand New Zealand - renju fil-Commonwealth1 Melaneżja Timor tal-Lvant - repubblika Fiġi - republika Kaledonja l-Ġdida - sui generis kollettivament ta' Franza2 Papwa Gwinea l-Ġdida - renju fil-Commonwealth1 Gżejjer Solomon - renju fil-Commonwealth1 Vanwatu - repubblika Mikroneżja Guam - territorju organizzat, u mhux inkorporat tal-Istati Uniti Kiribati - repubblika Gżejjer Marshall - repubblika f'assoċjazzjoni ħielsa mal-Istati Uniti Micronesia, Federated States of - repubblika f'assoċjazzjoni ħielsa mal-Istati Uniti Nawru - repubblika Northern Mariana Islands - organizzata, mhux inkorporata commonwealth f'unjoni politika mal-Istati Uniti Palaw - republika f'assoċjazzjoni ħielsa mal-Istati Uniti Wake Island - territorju mhux organizzat, u mhux inkorporat tal-Istati Uniti Polineżja American Samoa- unorganised, unincorporated territory of the United States Cook Islands - self-governing state in free association with New Zealand Easter Island - Territorju taċ-Ċile French Polynesia - "overseas country" of France2 Hawaii - waħda mill-Istati Uniti Nju - self-governing state in free association with New Zealand Pitcairn - overseas territory tar-Renju Unit Samoa - stat indipendenti b'Malietoa Tanumafili II appuntat fl-uffiċju mill-parlament 3 Tokelau - territorju semi-awtonomu ta' New Zealand Tonga - monarkija assoluta taħt ir-Re Taufa'ahau Tupou IV Tuvalu - Commonwealth realm1 Wallis and Futuna Islands - overseas collectivity ta' Franza2 Notes: Ir-Renji fil-Commonwealth huma monarkiji kostituzzjonali indipendenti li fihom il-persuna li tkun ir-re jew reġina tar-Renju Unit tirrenja bħala monarka. Ara diviżjonijiet amministrattivi ta' Franza Although the current Head of State of Samoa, Malietoa Tanumafili II, one of the island's paramount chiefs, can be considered a monarch and will remain in office until his death, according to the constitution of Samoa, his successor will be elected for a 5 year term and not necessarily among the chiefs. This way, hard as it is to classify, Samoa could be considered a republic. Ħoloq esterni Jane's Oceania Home Page Map showing Oceania in relation with America Map South Pacific Oceania photos and information Open-Site Oceania - Information about the different countries of Oceania. Pacific Pictures South Pacific Organizer Oceania Paper Money
3143
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tuberkulo%C5%BCi
Tuberkulożi
It-tuberkulożi (magħrufa u mqassra bħala TB) hija marda ikkawżata minn infezzjoni tal-batterju Mycobacterium tuberculosis, li komunement taffettwa l-pulmun iżda tista' wkoll taffettwa s-sistema nervuża ċentrali (meninġitè), is-sistema limfatika, is-sistema ċirkulatorja, is-sistema ġenito-urinarja, l-għadam u l-ġogi. It-tuberkulożi hija waħda mill-iktar mardiet infettivi komuni u qattiela li nsibu llum il-ġurnata u tinfetta madwar żewġ biljun ruħ, jew terz (WHO TB) tal-popolazzjoni tad-dinja. Kull sena, jkun hawn madwar 9 miljun każ ġdid li jirriżultaw fil-mewt ta' kważi żewġ miljun ruħ (ħafna minnhom f'pajjiżi li qed jiżviluppaw). Però, pajjiżi żviluppati m'humiex eżenti mill-piż ta' dil-marda. Hemm numru dejjem jikber ta' nies fil-pajjiżi żviluppati li jinħakmu minn dil-marda minħabba li jkollhom is-sistema immunitarja kompromessa, tipikament minħabba drogi immunosopressivi jew HIV/AIDS. Dawn huma l-iktar nies f'riskju li jkunu infettati u jimirdu bit-TB. Daqs 90% ta' dawk infettati għandhom infezzjoni latitanti asimptomatika (LTBI; latent TB infection). Hemm ċans ta' 10% li l-LTBI tipprogressa lejn TB li, jekk ma tiġix ikkurata, toqtol iktar minn 50% ta' dawk infettati. It-TB hija waħda mit-tliet mardiet infettivi l-aktar qerrieda fid-dijna: it-TB toqtol maż-2 miljun ruħ u l-malarja toqtol madwar miljun ruħ. In-nuqqas ta' programmi ta' kontroll tat-TB, HIV/AIDS u immigrazzjoni ikkawżaw qawmien tat-tuberkulożi. Qed ikun hawn ħafna varjanti tal-batterju tat-TB li huma reżistenti għall-bosta mediċini (MDTB; Multiple drug resistant strains of TB) u (XDR-TB; Extreme Drug-Resistance in Tuberculosis). Fl-1993, il-World Health Organization iddikjarat it-TB bħala emerġenza globali għas-saħħa u l-iStop TB Partnership ipproponiet Pjan Globali biex Titwaqqaf it-Tuberkulożi li huwa mmirat sabiex isalva 14-il miljun ruħ bejn l-2006 u l-2015. Mard ikkawżat minn batteri Tuberkulożi
3149
https://mt.wikipedia.org/wiki/Malarja
Malarja
Malarja, li hija korruzzjoni ta' male aria (li tfisser "arja ħażina" bit-Taljan), hija marda infettiva li tolqot madwar 350-500 miljun ruħ u tikkawża bejn 1.3-3 miljun mewt fis-sena , partikolarment fit-tropiċi. 85-90% ta' dawn l-imwiet iseħħu fl-Afrika Sub-Saħarjana. Ir-rata ta' mwiet hija mistennija li tirdoppja fl-għoxrin sena li jmiss. L-istatistiċi eżatti m'humiex magħrufa sew għaliex ħafna drabi dawn il-każijiet iseħħu f'inħawi rurali fejn in-nies ma jkollhomx aċċess għal sptarijiet u/jew il-mezzi neċessarji sabiex jirċievu l-kura medika. Konsegwentement, ħafna każijiet jispiċċaw biex jiġu ttrattati fid-djarijiet tal-pazzjenti u għaldaqstant ma jiġux dokumentati. Il-malarja hija kkawżata minn parassita protozoiku tal-genus Plasmodium (phylum Apicomplexa), u l-vettur li jitrażmetti l-parassita hija n-nemusa Anopheles mara. Il-P. falciparum huwa varjetà ta' dal-parassita li jikkawża daqs 80% tal-każijiet u 90% ta' l-imwiet. Tfal taħt il-ħames snin u nisa tqal huma l-iktar vulnerabbli għad-diversi forom ta' malarja. Referenzi Mard ikkawżat minn parassiti Mard tropikali Malarja
3150
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kilwa
Kilwa
Il-kliewi huma organi f'forma ta' fażola fil-vertebrati. Il-kliewi jiffurmaw parti mis-sistema urinarja, u jiffiltraw id-demm mill-iskart (l-iktar l-urea) u jitfgħuh 'l barra flimkien mal-ilma, bħala awrina. Dik il-parti tal-mediċina li tittratta l-kliewi u l-mard tagħhom hija magħrufa bħala nefroloġija, li ġejja mill-kelma Griega għall-kilwa; l-aġġettiv li jfisser "għandu x'jaqsam mal-kliewi" huwa renali, mill-Latin. Organi Abdome Sistema endokrinoloġika Kilwa
3152
https://mt.wikipedia.org/wiki/Fwied
Fwied
Il-fwied huwa organu li jinsab fil-vertebrati. Għandu rwol importanti ħafna fil-metaboliżmu u għandu bosta funzjonijiet oħra relatati mad-ditossifikazjoni ta' drogi, mal-ħażna ta' glikoġenu (en: glycogen) u s-sintesi tal-proteini li jinsabu fid-demm u l-plażma. Il-fwied jipproduċi wkoll il-bili (en: bile), li għandu importanza kbira fid-diġestjoni, partikolarment taż-żjut u xaħmijiet oħra. It-termini mediċi relatati mal-fwied bosta drabi jibdew bil-prefiss epato- jew epatiku, li ġejja mill-kelma Griega hepar li tfisser fwied. Organi Abdome Sistema diġestiva
3157
https://mt.wikipedia.org/wiki/Inkwi%C5%BCizzjoni%20Spanjola
Inkwiżizzjoni Spanjola
L-Inkwiżizzjoni Spanjola kienet qorti kostitwita legalment taħt Fernandu u Iżabella ta' Kastillja fl-1478 biex twaqqaf l-ereżiji fi ħdan il-Knisja Kattolika. Wara sfrozi biex il-Lhud u l-Musulmani jikkonvertu għall-Kristjaneżmu - b'pressjonijiet soċjali u ekonomiċi, kif ukoll b'eventi speċjali bħal Disputation at Tortosa fl-1413 - il-monarkija Spanjola indunat illi ħafna minn dawk "konvertiti" baqgħu fidili lejn it-tradizzjonijiet u l-prattiċi oriġinali tagħhom. L-Inkwiżizzjoni ġiet formulata, taħt il-kontroll tal-monarkija Spanjola, bħala mezz biex jiġu identifikati u puniti dawn il-konvertiti. Fl-istorja ta' l-Inkwiżizzjoni Kattolika, l-Inkwiżizzjoni Spanjola hija probabbilment l-iktar waħda magħrufa, partikolarment l-auto de fe (mt: att ta' fidi), ta' Musulmani, Lhud, u Illuminati konvertiti. L-Inkwiżizzjoni tat ukoll bidu għall-Inkwiżizzjoni Peruvjana u l-Inkwiżizzjoni Messikana, li komplew anke wara li dawn il-pajjiżi nfirdu minn ma' Spanja. L-Inkwiżizzjoni ġiet xolta taħt Napuljun fl-(1808–1812), imma riinstitwita meta Ferdinandu VII ta' Spanja ħa t-tron. L-Inkwiżizzjoni ġiet uffiċjalment imtemma fil-15 ta' Lulju 1834. Is-Surmast ta' l-iskola Cayetano Ripoli, maqtul f'Valencia fis-26 ta' Lulju 1826 (allegatament għax għallem prinċipji Deisti), kien l-aħħar persuna li ġie maqtul mill-Inkwiżizzjoni Spanjola. Ħoloq esterni — Spain and the Spaniard — Scholarly studies including Lea's History Chapter 2 - The Spanish Inquisition The Myth of the Spanish Inquisition: An Article by Ellen Rice Jewish Virtual Library on the Spanish Inquisition Jewish Encyclopedia of 1906 on the Inquisition A Brief History of the Inquisition The Secret of the Inquisition Henry Kamen: Review of B. Netenyahu's The Origins of the Inquisition in Fifteenth Century Spain 1996 Anti-Semitiżmu sv:Inkvisitionen#Inkvisitionen i Spanien
3160
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A6adid
Ħadid
Il-Ħadid hu l-iktar metall komuni fid-Dinja. Jintuża għal bosta affarijiet minħabba li hu materjal b'saħħtu u rħis. Minnu jsir ukoll l-azzar billi jiġi mħallat mal-karbonju waqt li qed jiġi maħdum. Fil-kimika, il-ħadid hu s-26 element fit-tavla perjodika, bis-simbolu Fe, mil-Latin, Ferrum. Hemm tliet forom komuni ta' ħadid: Ħadid fondut, li fih 2 % – 3.5 % Karbonju u ammonti żgħar ta' Manganiż. Idub meta jilħaq it-temperatura ta' 1,150 °C (1,470 K). Hu b'saħħtu ħafna, iebes u jitfarrak (ma jitgħawwiġx). Jista' faċilment jiġi mdewweb u maħdum f'kull forma mixtieqa. Jintuża għall-għamla ta' tappieri, ċilindri tal-gass u magni tal-karozzi. Ħadid maħdum, li għandu anqas minn 0.5 % ta' Karbonju. Jista' faċilment jinħadem u jitgħawweġ meta jkun jikwi (aħmar nar). Jintuża biex jinħadmu puġġamani, nagħal taż-żwiemel, ktajjen, imsiemer, gradi u affarijiet oħra ta' tiżjin u artiġjanat li jiġu maħduma minn xi ħaddied jew artist. L-Azzar hu liga ta' ħadid aktar b'saħħitha u li ma tantx issaddad. Ħoloq esterni Metalli Elementi kimiċi
3161
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tifel
Tifel
Tifel hu uman tas-sess maskili, żgħir fl-età, li għadu ma bediex l-adoloxxenza tiegħu. Il-kontraparti ta' tifel hi tifla, is-sess femminili. Il-plural ta' tifel hu subien filwaqt li l-plural tfal jista' jindika numru ta' tfal taż-żewġ sessi, mhux maskili biss.
3163
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kru%C4%8Bjata
Kruċjata
Il-Kruċjati kienu serje ta' bosta kampanji militari—normalment sanzjonati mill-Papat—li seħħew bejn is-Seklu XI u s-Seklu XIII. Oriġinarjament, kienu Gwerrer Sagri Kattoliċi bl-iskop li terġa' tintrebaħ Ġerusalem u l-Art Imqaddsa minn taħt il-ħakma Musulmana, iżda xi wħud kienu indirizzati lejn Ewropew oħra, bħall-Kruċjata Albiġeżjana kontra l-Katari tan-nofsinhar ta' Franza u l-Kruċjati Nordiċi. Ir-Raba' Kruċjata kienet oriġinarjament intiża li tilħaq l-Art Imqaddsa, iżda ġiet ridiretta mill Venezjani kontra Konstantinopli. Referenzi u qari addizzjonali Alfred J. Andrea, Encyclopedia of the Crusades. Greenwood Press, 2003. Carole Hillenbrand, The Crusades, Islamic Perspectives. New York, 2000. P.M. Holt, The Age of the Crusades: The Near East from the Eleventh Century to 1517. New York, 1986. Thomas F. Madden, The New Concise History of the Crusades. Lanham, 2005. Hans E. Mayer, The Crusades. Oxford, 1965. Jonathan Riley-Smith, The First Crusade and the Idea of Crusading. Philadelphia, 1986. Jonathan Riley-Smith, The Oxford History of the Crusades. Oxford, 1995. Jonathan Riley-Smith, What were the Crusades?. San Francisco, 2002. Steven Runciman, A History of the Crusades, 3 vols., Cambridge, 1951-1954. Amin Maalouf, The Crusades Through Arab Eyes. 1983 Links esterni Kenneth Setton, ed., A History of the Crusades. Madison, 1969-1989 (e-book online) Angeliki E. Laiou, The Crusades from the Perspective of Byzantium and the Muslim World, (e-book online), includes chapter on Historiography of the crusades. E.L. Skip Knox, The Crusades, a virtual college course through Boise State University. Islam u reliġjonijiet oħra Storja Islamika Ġerusalem
3176
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lega%20An%C5%BCejatika
Lega Anżejatika
Il-Lega Anseatika (bil-Ġermaniż: die Hanse, bl-Olandiż: de Hanze, bil-Pollakk: Hanza, bl-Iżvediż: Hansan) kienet tikkonsisti f'alleanza ta' xirkiet merkantili li kienu jiffurmaw u jżommu monopolju merkantili fuq il-baħar Baltiku u fuq il-parti l-kbira tat-Tramuntana tal-Ewropa għal ċertu żmien bejn tmiem il-Medjuevu u l-bidu tal-perjodu modern, bejn is-seklu tlettax u s-seklu sbatax. Lega Anseatika Medjuevu
3177
https://mt.wikipedia.org/wiki/Wikimedia%20Commons
Wikimedia Commons
Il-Wikimedia Commons (jew sempliċiment Commons) huwa repożitorju ta' kontenut ħieles ta' stampi, awdjo u riżorsi multimedjali oħra. Huwa proġett tal-Fondazzjoni Wikimedia u l-fajls imtella' fuq din is-sistema jistgħu jintuża fil-proġetti kollha tal-Wikimedia b'kull lingwa, fosthom il-Wikipedija, il-Wikitbiet u l-Wikibarijiet, jew jitniżżlu għall-użu mhux fuq l-internet. Il-kontenut ikun fid-dominju pubbliku jew rilaxxat taħt il-liċenzji ħielsa bħal-Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa GNU. Sa Marzu 2009, ir-repożitorju kellu iktar minn 4.1 miljun fajl multimedjali. Storja Il-proġett kien ġie propost minn Erik Möller f'Marzu 2004 u beda l-funzjoni tiegħu fis-7 ta' Settembru 2004. L-għan prinċipali tal-iffurmar ta' repożitorju ċentrali kien ix-xewqa li jitnaqqsu l-isforzi doppji fi ħdan il-proġetti u l-lingwi tal-Wikimedia. L-istess fajl kellu jiġi mtella' separatament ħafna drabi fuq wikis differenti qabel ma l-Commons ġie maħluq. F'Ottubru 2004 ġie implimentat id-dettal tekniku li fajl fuq Commons seta' jintuża fuq kwalunkwe proġett tal-Wikimedia, li wassal għal aktar użu ta' Commons bħala repożitorju. Il-logo tal-proġett sar minn Reid Beels, li għall-bidu kien bagħtu f'konkors tal-logo għall-Wikibarijiet. Dan il-logo daħal fil-kompetizzjoni għal-logo ta' Commons, li eventwalment rebaħha, u kien adottat uffiċjalment f'Novembru 2004. F'April 2005, Directmedia Publishing, kumpanija minn Berlin li wkoll tippubblika edizzjoni tal-Wikipedija bil-Ġermaniż fuq DVDs, għamlet għotja ta' 10,000 riproduzzoni ta' pitturi pubbliċi lill-Wikimedia Commons, li ġew mtella' flimkien bil-metadata fuq l-arti u l-kreaturi tagħhom. Fl-24 ta' Mejju 2005, il-Wikimedia Commons laħaq il-100,000 fajl multimedjali (esklużi l-eluf ta' stampi tat-temp u tas-swieq għall-Wikibarijiet). Fit-30 ta' Novembru 2006, il-proġett laħaq il-miljun fajl li ttella' fuq is-sistema. Biex jiġi mfakkar dan l-avvinement tant prestiġjuż, l-edituri tas-sit għamlu logo ta' "mużajk" tal-Fondazzjoni Wikimedia. Maż-żmien ġew miżjuda funzjonijiet oħra li tejbu l-interfaċċa tal-Wikimedia Commons mal-proġetti l-oħra tal-Wikimedia. Daniel Kinzler ħoloq xi applikazzjonijiet li l-użu tagħhom kellu jkun li jinstabu kategoriji xierqa għall-fajls li jiġu mtella' ("CommonSense"), li jiġi ddeterminat l-użu tal-fajls fuq il-proġetti tal-Wikimedia l-oħra ("CheckUsage"), li jiġu lokalizzati stampi li m'għandhom ebda informazzjoni fuq id-drittijiet tal-awtur ("UntaggedImages"), u għal informazzjoni fuq azzjonijiet amministrattivi bħal tħassir fuq il-wikis ("CommonsTicker"). Is-sit web għandu wkoll mutur ta' tfittxija aktar iffukat fuq it-tfittxija tal-istampi, bl-isem ta' MayFlower. Diversi għodda biex wieħed ikun jista' jtella' fajls b'aktar faċilità ġew ikkreati, bħal "Commonist". Dan iservi biex jissimplifika l-proċess ta' tlugħ ta' numru kbir ta' fajls. Ħafna proġetti tal-Wikimedia għadhom iħallu li jiġu mtellgħin fajls fuq il-wiki biss u li ma jistgħux jiġu użati fuq proġetti jew lingwi oħra, imma din l-għażla tintuża primarjament għal materjal li huwa permess mill-proġett lokali, imma ma jiġix permess skont il-politika tad-drittijiet tal-awtur ta' Commons, bħall-kontenut għal użu ġust. Wikimedia Commons stess ma tħallix li jiġu mtella' fajls taħt liċenzji li ma jħallux użu ġust, li jinkludu liċenżji li jillimitaw użu kummerċjali ta' materjali jew ma jħallux xogħlijiet derivattivi. Liċenzji li huma aċċettati jinkludu l-GNU Free Documentation License, il-Creative Commons Attribution u liċenzji ShareAlike, u d-dominju pubbliku. Il-lingwa awtomatika ta' Commons hi l-Ingliż, però l-utenti reġistrati jistgħu jippersonalizzaw l-interfaċċa tagħhom biex jużaw traduzzjoni disponibbli għall-interfaċċa tal-utent. Diversi paġni ta' kontenut, partikularment il-paġni tal-politika u l-portali, ġew ukoll tradotti b'diversi lingwi. Il-fajls fuq il-Wikimedia Commons huma kategorizzati taħt is-sistema ta' kategorija tal-MediaWiki. Kwalità Dan is-sit għandu tliet mekkaniżmi biex jagħraf il-kwalità tax-xogħol. Waħda hi magħrufa bħala "Stampi fil-vetrina", fejn xi xogħlijiet jiġu nominati u l-membri tal-komunità jivvutaw biex jiddeċiedu jekk jaċċetawx jew le n-nominazzjoni. Dan il-proċess beda f'Novembru 2004. Proċess ieħor hu "Stampi ta' kwalità" li beda f'Ġunju 2006, u għandu proċess eħfef ikkumparat ma' dak ta' "Stampi fil-vetrina". "Stampi ta' kwalità" jaċċetta biss nominazzjonijiet minn partijiet terzi bħan-NASA. Proġett ieħor tal-valutazzjoni tal-istampi, magħruf bħala "Stampi ta' valur", beda fl-1 ta' Ġunju 2008 bl-għan li jirrikonoxxi "l-aktar illustrazzjonijiet valorizzati tat-tip tagħhom", f'kuntrast maż-żewġ proċessi l-oħra li jivvalutaw l-istampi primarjament fuq il-kwalità teknika. F'Jannar 2007, is-sit inawgura l-kompetizzjoni ta' "L-Istampa tas-Sena", għall-2006. Kull stampa li dehret fil-vetrina matul l-2006 kienet eliġibbli għal votazzjoni mill-utenti tal-Wikimedia. Il-votazzjoni kienet maqsuma f'żewġ rawnds. L-istampa rebbieħa kienet stampa ta' Awrora qalb ambjent tas-silġ, li ġiet meħuda minn membru tal-Forzi Armati tal-Istati Uniti. Referenzi Ħoloq esterni Wikimedia Commons MayFlower, mutur ta' tfittxija għal stampi provduti minn Wikimedia Commons Commons Kontenut ħieles
3182
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kamra%20tad-Deputati%20ta%27%20Malta
Kamra tad-Deputati ta' Malta
Skont il-Kostituzzjoni ta' Malta il-Kamra tad-Deputati, flimkien mal-President tar-Repubblika, tikkostitwixxi il-Parlament, l-organu leġislattiv tal-Istat Malti. Funzjonijiet Skont is-Sezzjoni 65(1) tal-Kostituzzjoni il-Kamra, flimkien mal-President tar-Repubblika, tista' tagħmel "liġijiet għall-paċi, ordni u gvernar tajjeb ta' Malta b'mod konformi mar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji ġeneralment aċċettati tad-dritt internazzjonali u l-obbligi internazzjonali u reġjonali ta' Malta partikolarment assunti bit-trattat ta' adeżjoni mal-Unjoni Ewropea ffirmat f'Ateni fis-16 t'April, 2003". Kompożizzjoni Il-Kamra trid tkun magħmula minn għadd farradi ta' Deputati magħrufa bħala "Membri Parlamentari" elett minn għadd ta' Distretti fejn kull Distrett jeleġġi l-istess għadd ta' Deputati. Minbarra dawn, meta l-iSpeaker jiġi magħżul minn barra l-Kamra dan ukoll jitqies bħala membru tal-Kamra. Fl-X Leġislatura li bdiet fl-2003 l-għadd ta' Deputati kien ta' 65 eletti minn 13-il Distrett li naqsu b'wieħed meta l-iSpeaker, Anton Tabone, ġie appuntat mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Din kienet l-ewwel darba mill-Indipendenza 'l hawn li l-iSpeaker ġie maħtur minn fost il-membri tal-Kamra. Ħoloq esterni Sit uffiċjali tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta Gvern ta' Malta
3183
https://mt.wikipedia.org/wiki/Saturnu
Saturnu
Saturnu jista' jirreferi għal: Saturnu - Pjaneta tas-Sistema Solari. Saturnu - Divinità tal-mitoloġija Rumana.
3192
https://mt.wikipedia.org/wiki/Difi%C5%BCa%20ta%27%20Malta%20fi%20%C5%BBmien%20l-Ingli%C5%BCi
Difiża ta' Malta fi Żmien l-Ingliżi
Fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax il-militar Ingliż f'Malta utilizza bosta mill-istess fortifikazzjonijiet li ħalla warajh l-Ordni ta' San Ġwann, biss b'xi tibdiliet, l-aktar fil-Belt Valletta u fis-swar tal-Kottonera. Fit-tieni nofs tas-seklu dsatax l-Ingliżi bdew jibnu fortizzi ġodda tagħhom, l-aktar wara l-1875. Hu x'inhu, il-militar Ingliż ħadem bis-sħiħ biex itejjeb id-difiża tal-gżejjer Maltin, l-aktar fin-naħa tal-Port il-Kbir fejn il-bastimenti tagħhom kienu rmiġġjati lesti biex jintervjenu f'kull inkwiet politiku u militari li seta' jseħħ fil-Mediterran u l-madwar. Fl-1828 il-Kaptan Jones ippreżenta lill-gvern kolonjali rapport ta’ kif kellhom jittejbu s-swar ta’ Malta. Fost affarijiet oħra huwa kien tal-fehma li s-swar tal-Kottonera kellhom ikunu addatatti, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-bosta daħliet. Dawn ħafna minnhom ġew magħluqa, bħal pereżempju id-daħla ta' San Ġakbu, ta' San Lwiġi u dik ta' San Ġwann Tgħuxa. Fuq in-naħa ta' ġewwa tas-swar tal-Kottonera, is-swar ttaqbu b'casemates minn fejn is-suldati setgħu jisparaw bl-ixkubetti. Donnu hawn kellhom il-ħsieb li s-swar setgħu anki jservu ta' difiża kontra l-għadu li jattakka min-ġewwa. Fortizzi Waħda mill-eqdem fortizzi li bnew l-Ingliżi kienet appuntu bejn is-swar ta' barra u dawk ta' ġewwa fuq il-linji tal-Kottonera. Din kienet il-Fortizza Verdala (1852) . Barra din il-fortizza fuq in-naħa ta' Notre Dame Gate inbniet it-trunċiera ta’ San Klement, bl-iskop li jekk l-għadu jirnexxielu jirbaħ s-swar ta' barra u jidħol ġewwa dan isib swar oħra b'difiża soda mis-suldati li setgħu jisparaw għal fuqhom mill-casements. fl-1854-56 il-Gwerra tal-Krimea ġiegħlet l-Ingliżi jaħsbu. Fl-1866, il-Kurunell william Jervois kien għamel rapport ġenerali tat-titjib fid-difiża tal-gżejjer Maltin.Fl-1871 kemm l-Italja kif ukoll il-Ġermanja irnexxielhom jaslu biex kull wieħed minnhom junifika lilu nnifsu f'pajjiż sovran. Aktar tard, fis-sebgħinijiet. meta l-Ġermanja kif ukoll l-Italja bdew jimmiraw biex ikollhom l-armata, il-flotta u l-kolonji tagħhom, l-Ingilterra bdiet taħseb biex issaħħaħ id-difiża ta' Malta għalli jista' jinqala'. Hekk kif fil-Mediterran kien irewwaħ xi periklu ta' gwerra l-Ingliżi kienu jduru dawra madwarhom biex jaraw x'jistgħu iżidu b'mod ta' difiża ma' dak li diġa kien hemm. Naturalment, l-esiġenza tat-tibidl fil-kwalità ta' fortifikazzjoni kienet relatata wkoll mal-invenzjoni u l-użu ta' armamenti ġodda. Fost l-ewwel kostruzzjonijiet ta’ difiża kien hemm il-fortizzi ta’ San Leonardu, Santu Rokku, u l-batterija tal-ponta ta’ tas-Sliema. Fortizzi oħra li ntużaw kienu l-batteriji ta' żmien l-Ordni, l-aktar f'bajjiet ma' kull naħa ta' Malta, l-aktar daqs disa’ batteriji qrib il-port ta’ Marsamxett u l-Port il-Kbir. Fost l-iktar fortizzi importanti li nbnew kien hemm dawk ta’ Cambridge f'Tas-Sliema, u tar-Rinella, fil-Kalkara. Inbniet fortizza oħra f'Tas-Sliema li llum nafuha bħala l-Fortizza fuq ix-Chalet / Għar id-Dud. Fiż-żewġ fortizzi ta' Cambridge u tar-Rinella tqiegħdu żewġ kanuni Armstrong tal-100 tunnellata l-wieħed biex dawn iwasslu 'l bogħod u anki jgħarrqu bastimenti li jazzardaw jersqu lejn il-Port il-Kbir biex jattakkaw il-vapuri fil-port. Minn dawn iż-żewġ kanuni għad fadal biss dak ta’ Forti Rinella. Linji ta' Difiża Fit-tmeninijiet tas-seklu tmintax kien ġie deċiż li jinbnew erba' fortizzi fuq l-għoljiet (Ing. ridge) magħrufa bħala tad-Dwejra li jibdew min-naħa ta' Fomm ir-Riħ u jaqsmu l-gżira sal-kosta tat-Tramunta sal-Madliena u Pembroke. Dawn il-fortizzi huma magħrufa bħala ta' : i. Binġemma; ii. Mosta; iii. Madliena; iv. Pembroke. Dan ix-xogħol ħa bosta snin biex jitlesta. Bħala parti minn dan il-proġett imbagħad ittella' ħajt, kultant aktar qisu ċint baxx, biex jaqta' linja u jgħin fil-komunikazzjoni bejn dawn il-fortizzi min-naħa għall-oħra ta' Malta. Dawn bdew jissejħu l-Victoria Lines minħabba li nbnew fi żmien meta r-Reġina Victoria kienet ser tagħlaq 60 sena bħal reġina tal-Imperu Ingliż. Biss, din is-sistema wara ftit uriet li ma kinetx effikaċi kif kien mistenni. Sal-1900 din is-sistema ta' difiża ma kinetx aktar ta' siwi f'għajnejn l-amministraturi militari Ingliż. Mhux talli hekk, talli meta sar 'attakk simulat' l-'għadu' (jiġifieri suldati Ingliżi stess li għamlu l-attakk) irnexxilhom jinfiltraw u jirbħu din id-difiża. Difiża aktar riċenti L-istess fortifikazzjonijijet issaħħu meta wasal iż-żmien tal-Ewwel Gwerra u t-Tieni Gwerra Dinjija riispettivament. Ħafna mill-fortizzi ta' madwar il-kosta, kif ukoll dawk ta' fuq l-għoljiet kienu anki rinfurzati bil-konkos (reinforced concrete). Eżempju ta' dan jidher fil-fortizza ta' San Luċjan, f'Marsaxlokk, Il-Fortizza tal-Madliena u l-Fortizzi l-oħra tal-Victoria Lines. F'diversi postijiet, l-aktar mal-kosta, ittellgħu torrijiet żgħar tal-konkos rinfurzati bħala anti-aircraft. Eżempju ta' dawn huma dawk li għadhom jidhru madwar is-swar tal-Belt, l-aktar qrib Sant'Iermu, dik li hemm T'Alla u Ommu u oħrajn. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija dawn il-fortifikazzjonijiet malajr spiċċa l-użu tagħhom għaliex ma kinux jifilħu kontra l-armamenti aktar moderni u effikaċi li dejjem kienu qed ikunu introdotti. Issa wieħed ried anki jaħseb għall-possibilità ta' difiża kontra attakki li setgħu ikunu nukleari. Għal dan kien sar xi tentattif ta' xogħlijiet mill-Ingliżi sakemm wasal iż-żmien li l-Ingliżi bdew jabbandunaw l-ideat tagħhom dwar l-użu ta' Malta bħala kolonja u fortizza, lejn l-aħħar tas-snin ħamsin. Lista ta' Fortizzi ta' żmien l-Ingliżi Fort Verdala, Bormla - 1852, Lascaris Battery, Valletta. Sliema Point Battery - 1872 Fort St. Rocco (l/o Żabbar (1872–73) Fort Leonardo (l/o Żabbar (1875–78). Corradino Lines overlooking The Grand Harbour (1871 - 1880) Victoria Lines,(North West Front) (1875 - 1899) Fort Binġemma, Fort Madalena and Fort Mosta, Fort Pembroke (1875 - 1989) Fort San Lucian nbniet mill-Ordni ta' San Ġwann (rinfurzata: 1874–78) Fort Delimara (1876–88) Fort Tas-Silġ Marsaxlokk (1879–83). Saint Paul's Battery, Marsaxlokk - 1881 Żonqor Battery, Marsaskala -1882 Cambridge Battery and Rinella Battery (1878-1886) Ara wkoll Fortifikazzjonijiet ta' żmien il-Kavallieri Referenzi Arkitettura ta' Malta Storja ta' Malta
3193
https://mt.wikipedia.org/wiki/Fortifikazzjonijiet%20ta%27%20%C5%BBmien%20il-Kavallieri%20f%27Malta
Fortifikazzjonijiet ta' Żmien il-Kavallieri f'Malta
Swar Qabel mal-Kavallieri ġew Malta fl-1530, kienu diġa konxji li Malta kienet fqira fejn hi ikkonċernata d-difiża. Apparti minn ftit swar, dawk ta' Sant'Anġlu, tal-Imdina u taċ-Ċitadella, jew kif kien magħruf, il-Kastell, kienu jeżistu ftit fortizzi żgħar, magħruf bħala l-maħras. Fost dawn, l-aktar importanti biss ta' resistenza minima kien il-Forti Sant'Iermu li kien jagħti ftit li xejn ilqugħ minn attakk jew inżul tal-għadu mill-ponta ta' Sciberras. Forti Sant’Anġlu Hekk appena wasal Malta fl-1530, l-Ordni ta' San Ġwann kien beżgħan li dawn is-swar ma kinux ser jirreżistu l-attakki la tal-furbani kif ukoll tal-għadu Ottoman jekk dan kien idaħħala f'rasu li għandu jattakka lill-gżejjer Maltin għal xi raġuni jew oħrra. L-Ordni ikkonsulta ma' bosta inġiniera militari biex jaraw kif jistgħu itejbu s-sitwazzjoni, fosthom l-inġinier Taljan Ferromolinio u l-Ispanjol Pardo. Sant’Anġlu ġie rrinfurzat kif setgħu skont il-mezzi finanzjarji baxxi li kellhom biex almenu mhux biss iqawwu d-difiża tagħhom ġewwa s-swar iżda anki biex ikun hemm ilqugħ għal-abitanti tal-Birgu u tal-madwar. Barra minn hekk Ferromolino ħaffer foss li jifred il-Forti Sant' Anġlu mill-bqija tal-Birgu. Dan il-foss sewa ta' ġid kbir u serħan il-moħħ f'diversi okkażjonijiet li l-għadu sbarka fuq ix-xtut Maltin, iżda l-aktar waqt l-Assedju l-Kbir. Apparti minn hekk, Pardo iddisinja Fortizza żgħira, dik ta' San Mikiel li kienet tagħti fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-Isla, qabel ma din kienet bdiet tinbena bħala rħajjel żgħir fi żmien il-Gran Mastru Claude de la Sengle. Fuq suġġeriment ta' Pardo, Sant’iermu flok forti żgħir issa nbena bħala fortizza żgħira li kellha l-qawwa li mhux biss tgħasses iżda anki tiddenfendi ż-żewġ daħliet taż-żewġ portijiet, jiġifieri dak Marsamxett u tal-Port il-Kbir. Wara l-Assedju l-Kbir iż-żewġ portijiet bdew jiġu indukrati mhux biss minn fortizzi żgħar iżda minn belt iffortifikata, il-Belt Valletta. Kienu bosta il-fortizzi u s-sistemi ta' difiża li l-Ordni ta' San Ġwann bena sakemm ġie biex ħalla l-Malta. Fost dawn insibu: Bliet jew żoni Militari ffortifikati: Valletta 1566- 1571 Mdina 1724 & 1746   Il-Kastell, Għawdex 1551 - 1500 - 1622 Senglea  - 1553 Forti Manoel (1723 - 1733) Birgu estensjonijiet tas-swar kontinwi Furjana Forti Ricasoli (1670 - 1698) Santa Margarita Linji ta' difiża 1638 baqgħu ma spiċċaw qatt Cottonera - Linji ta' difiża 1670 qatt ma spiċċaw Forti Chambray 1749 - 1760 Torrijiet Kbar mal-kosta Forti Sant'Iermu 1552 and later extensions Santa Marija - Kemuna Saint Lucian’s - Marsaxlokk Saint Thomas -, Marsascala Torrijiet żgħar mal-kosta Garzes, Mġarr Għawdex 1605 twaqqa' fl-1848. Tigne 1793 & 1795. Wignacourt, San Pawl il-Baħar Sant’Agata, Mellieħa Dwejra 1650 Xlendi 1652 Lascaris (x10) bejn 1637 - 1652 De Redin (14) bejn1658 - 1659 Ordni Militari Sovran ta' Malta Listi Monumenti f'Malta Bini f'Malta
3199
https://mt.wikipedia.org/wiki/Arkitettura%20f%27Malta
Arkitettura f'Malta
L-arkitettura Maltija għandha l-oriġini tagħha fil-preistorja, u wħud mill-eqdem strutturi indipendenti fid-Dinja – serje ta' tempji megalitiċi – jistgħu jinstabu fuq Malta. Il-gżejjer ġew ikkolonizzati mill-Feniċjans u aktar tard mir-Rumani, li stabbilixxew il-bliet ta' Melite u Gaulos. Għalkemm dawn kienu insedjamenti sostanzjali u huma magħrufa li kellhom bosta tempji, knejjes u palazzi, ftit fdalijiet baqgħu ħajjin minbarra xi frammenti arkitettoniċi. Medjevali L-epoka medjevali hija dik l-epoka li fiha Malta għaddiet minn storja mqallba, u għal ħafna żmien kienet il-ġugarell ta’ bosta ħakkiema barranin: l-Għarab, in-Normanni, l-Anġuvini u l-Aragoniżi. L-Għarab damu ħafna hawn Malta iżda minkejja l-preżenza b’saħħitha tal-kultura Musulmana, tajjeb ngħidu li f’Malta u Għawdex ma nsibu l-ebda xhieda ta’ bini ta’ żmien l-Għarab bħal Moskej. Għalkemm ma fadal l-ebda bini tal-perjodu Għarbi, wieħed għadu jista’ jara xi fdalijiet ta’ influwenza arkittetonika Għarbija f’xi bini Medjevali fl-Imdina u anke f’xi ftit irħula Maltin. Fost dawn wieħed jista’ jsemmi s-siqifah, li kien bħal pajġġ mgħotti b’arkata pjuttost ippuntata. Nsibu wkoll il-miglis, li hija kamra bi stil orjentali fejn kienu jintlaqgħu in-nies, id-dukkien (bankijiet tal-ġebel) u fl-aħħarnett il-muxrabija, li kienet kaxxa tal-ġebel jew tal-injam fil-faċċata ta’ xi dar biex is-sid ikun jista’ jittawwal għal barra mingħajr ma jkun qiegħed jidher. Bosta rħula Maltin, kif juri l-prefiss Ħal bħal f’Ħal Kirkop, probbabilment żviluppaw fil-perjodu Għarbi. Rinaxximentali Ir-Rinaxximent ġie wara l-epoka Medjevali, fil-ħmistax u fis-sittax -il seklu. Ir-rinaxximent ma affettwax ħafna lil Malta fl-arkittetura iżda xorta nsibu dan l-element fil-bieb tal-Berġa ta’ Kastilja, l-Forti Sant’Anġlu u fl-istatwa tal-Magħmudija ta’ Kristu li tinsab fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, flimkien ma' bini ieħor sekondarju. Barokk Il-Barokk jintrabat ħafna mal-perjodu li fih Malta kienet taħt il-Kavallieri. Dan huwa stil li jenfasizza l-pompożità u l-grandjożità fl-arti u fl-arkitettura. Huwa ż-żmien ta’ Carapecchia, Michelangelo Merisi de Caravaggio, Mattia Preti u ħafna artisti famużi oħrajn. Il-faċċati tal-bini Barokk huma normalment imżejna b’ħafna motivi skulturali f’diversi partijiet tagħhom. Dan ġab miegħu ukoll il-chiaroscuro, teknika li permezz tagħha l-artist joħloq kuntrast bejn id-dawl u d-dlam fil-kompożizzjoni tiegħu. Il-kon-katidral, minkejja l-faċċata ta’ stil Mannerista, huwa l-aqwa eżempju tal-Barokk f’Malta. Dan jikkonsisti f’ħafna affreski, figuri allegoriċi ta’ nies fl-Ordni kif ukoll mawsolea ċelebri. Neo-Klassiku u Neo-Gotiku Fis-seklu dsatax l-Ewropa ġiet influwenzata minn xejriet ġodda ta’ arti. Il-Barokk ġie fi tmiemu għal kollox, u l-arti ġiet imnebbħa minn movimenti ġodda ta’ espressjoni. Iktar milli l-pompożità, beda l-enfasi fuq in-nostalġiku u r-romantiċiżmu. Dawn ix- xejriet ġejjin mill-istil Klassiku ntużat fil-Greċja u dak Gotiku rispettivament. Meta Malta u Għawdex saru kolonja Ingliża daħlu dawn iż-żewġ stili ukoll, u mit-tieni nofs tas-seklu dsatax nibdew naraw bini Neo-Klassiku/Neo-Gotiku bħall-Knisja tal-Mosta, il-monument ta’ Sir Alexander Ball, il-Katidral Protestant ta’ San Pawl u wkoll it-Teatru Rjal (li twaqqa’ fil-gwerra) li kien jinstab fid-daħla tal-Belt. In-Neo Klassiku ftit li xejn intuża fi knejjes minħabba li kien assoċjat mal-paganiżmu. In-Neo Gotiku kien ta’ bixra aktar Kristjana, u filfatt nsibu bosta knejjes bħal tal-Karmelitani fil-Balluta, u l-kappella u d-daħla taċ-ċimiterju ta’ l-Addolorata mibnija b’dan l-istil. Modern Mis-seklu għoxrin 'il quddiem l-arkittetti Maltin bdew jesperimentaw. Nibdew insibu elementi Neo-Romaneski bħall-Knisja ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, u element Sikulo-Normann fil-Knisja tal-Ktajjen f’Birżebbuġa. L-arkittettura kontemporanja hija iktar u iktar moderna. Insibu stili konvenzjonali f’ħafna djar u appartamenti, li iktar milli jsebbħu arkitettonikament qegħdin biex jaqdu l-bżonnijiet tal-bniedem. Fl-aħħarnett insibu bini ieħor iktar arkittettoniku bħall-Knisja tal- Karmnu fil-Fgura u ta’ Buġibba. Arkitett modern Malti huwa Richard England. Ħoloq esterni Is-sit ta' Richard England Kultura Maltija
3205
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lingwi%20Rumanzi
Lingwi Rumanzi
Il-lingwi Rumanzi huma l-lingwi moderni li evolvew mill-Latin Vulgari bejn it-tielet u t-tmien sekli u li jiffurmaw sottogrupp tal-lingwi Italiċi fi ħdan il-familja tal-lingwi Indoewropej.
3214
https://mt.wikipedia.org/wiki/Metru
Metru
Il-Metru hu l-kejl bażiku fis-Sistema Metrika u fis-sistema SI (Sistema Internazzjonali) biex jitkejjel it-tul. Hu bejn wieħed u ieħor l-istess daqs ta' 3.28 piedi. Metru hu meqjus bħala d-distanza li d-dawl jimxi, ġo spazju mingħajr ebda arja (vacuum) f'1/299,792,458 ta' sekonda. Is-simbolu ta' metru hu m. Ġie maħsub fl-antik biex isarraf (u kważi hekk hu) f'1/10,000,000 tad-distanza mill-ekwatur san-north pole Kejl Sistema metrika
3216
https://mt.wikipedia.org/wiki/G%C4%A7aqda%20tal-Malti%20%E2%80%93%20Universit%C3%A0
Għaqda tal-Malti – Università
L-Għaqda tal-Malti – Università twaqqfet bil-ħidma ta’ żewġ studenti tal-Mediċina, Rużar Briffa u Ġużè Bonnici fis-26 ta’ Jannar 1931 li bdew joħorġu l-Leħen il-Malti fl-istess sena. Matul is-snin mexxew l-Għaqda l-Prof. Pietru Pawl Saydon, il-Prof. Ġużè Aquilina, il-Prof. Dun Karm Sant u l-Prof. Oliver Friggieri. Fl-1988 it-tmexxija għaddiet f’idejn l-istudenti u fost il-ħidma li twettqet matul is-snin insibu l-ewwel Kungress Letterarju Malti (1993), it-twaqqif tal-mafkar lill-Poeta Nazzjonali fil-Furjana (2000), inħawi fl-Università msemmija għall-kittieba Maltin magħrufa (Sala Pietru Pawl Saydon, Sala Temi Zammit, Sala Erin Serracino Inglott, Pjazzetta Dun Karm u l-Atriju Vassalli), korsijiet speċjalizzati, tnedijiet ta’ kotba, il-pubblikazzjoni tas-Sensiela Vassalli u l-organizzazzjoni tal-konferenzi f’ġieħ Dun Karm u Mikiel Anton Vassalli. Għanijiet Dawn huma l-għanijiet ewlenin tal-Għaqda: Li taħdem għall-għarfien sħiħ tal-ilsien Malti u tal-kultura Maltija fl-oqsma kollha tal-ħajja Maltija, l-aktar fil-qasam tal-edukazzjoni. Li tqanqal l-interess fost l-istudenti tal-Università u tal-iskejjel, mal-pubbliku inġenerali u mal-awtoritajiet, fl-istudju tal-Malti u tal-letteratura Maltija. Li torganizza sessjonijiet ta’ programmi ta’ studju, kif ukoll programmi ta’ qari ta’ xogħlijiet letterarji Maltin u tippromwovi kull manifestazzjoni/rappreżentazzjoni bil-Malti. Li tfakkar awturi Maltin jew oħrajn li kitbu bil-Malti, waqt li tgħin fil-qawmien tal-letteratura kontemporanja. Li tgħin lill-istudenti biex jiksbu ħila akbar fl-arti tal-kitba u biex jippubblikaw xogħlijiet tagħhom. Pubblikazzjonijiet Leħen il-Malti (ir-rivista, 1931 – ); Tagħlim il-Malti fl-imgħoddi u llum (1932); Ward ta’ Qari Malti (tliet volumi: 1936; 1937; 1940); Il-Musbieħ (ċirkulari, 1972); Min-Nixxiegħa (ċirkulari, 1977); Ir-Rabta bejn l-Awtur u s-Soċjetà, ed. Joseph Borg (1996); Storja tal-Ilsien u tal-Letteratura Maltija – kronoloġija selettiva, Mario Cassar (2002); Stedina – kitba ta’ Mikiel Anton Vassalli (edizzjoni annotata mill-Prof. Manwel Mifsud (2002); Sensiela Vassalli: Dawl ġdid fuq Vassalli, ed. Olvin Vella (2004); Sensiela Vassalli: L-edukazzjoni għall-Illuminiżmu f’Vassalli, Joseph P. Borg (2004); Ħabbar l-Għaqda tal-Malti (Università) (ċirkulari 1989-2000); ittrAħbar (ċirkulari 2006-2017); Ġużè Bonnici – in-novelli (2007); Piccolo Dizionario – Vincenzo Azopardi (ed. Frans Sammut, 2009). Attivitajiet u proġetti ewlenin Silenzju! – hawn nitkellem jien biss! (serata letterarja 6-7.3.1990); Kommemorazzjoni f’għeluq il-50 sena mill-mewt ta’ Ġużè Bonnici (Mużew tal-Arkeoloġija, 4.05.1990); Kommemorazzjoni f’għeluq is-60 sena tat-twaqqif tal-Għaqda u l-20 sena mill-mewt ta’ Rev. Prof. P.P. Saydon (+ kxif ta’ lapida għas-sala msemmija għalih, l-Università ta’ Malta, 22.02.1991); Kommemorazzjoni f’ġieħ Temi Zammit (+ kxif ta’ lapida għas-sala msemmija għalih, l-Università ta’ Malta, 10.05.1991); Kungress Letterarju: Il-letteratura Maltija mis-snin sittin ’l hawn (il-Halland Hotel, Tal-Ibraġ, 17.04.1993); Bust ta’ Dun Karm fil-pjazzetta msemmija għall-Poeta Nazzjonali (l-Università ta’ Malta, 26.10.1993); Kommemorazzjoni f’ġieħ Erin Serracino Inglott (+ lapida u preżentazzjoni ta’ bas-relief għas-sala msemmija għalih, l-Università ta’ Malta, 1.12.1993); Fiera tal-Ktieb Malti (bil-konferenza Quo Vadis il-Ktieb Malti?) fis-Sala Robert Samut, il-Furjana, (24-26 ta’ Frar 1994); Kommemorazzjoni Francis Ebejer (+ lapida għas-sala msemmija għalih, l-Università ta’ Malta, 3.06.1994); Kungress Letterarju: Ulied in-Nanna Venut fl-Ewropa (fil- Phoenicia Hotel, (24-25 ta’ Novembru 1994); Merħba – programm letterarju mir-Radju tal-Università (1996); Il-mafkar lill-Poeta Nazzjonali Dun Karm fil-Furjana (1989-2000); Il-Konferenza Vassalli (Atriju Vassalli, l-Università ta’ Malta, 3.07.2002); Il-Konferenza Dun Karm, il-Bibljoteka, l-Università ta’ Malta (8.11.2002); Lejla f’ġieħ Ġan Anton Vassallo fil-Kalkara (26.08.2003); Lejla f’Ġieħ Ġużè Cassar Pullicino u tnedija tal-ktieb, il-Bibljoteka, l-Università ta’ Malta (17.12.2003); Il-Konferenza Vassalli (Palazz ta’ Sant’Anton, 15.10.2004); Ilħna mill-Imgħoddi – programm letterarju f’sensiela mxandar minn Campus FM (2005); Il-Kotra u Jien – sensiela ta’ taħditiet (Dar l-Istudent, l- Università ta’ Malta,22.03.2006); Diġitalizzazzjoni tar-reel tapes tad-Dipartiment tal-Malti (2005); Il-Konferenza Vassalli (Triq Mamo, Ħaż-Żebbuġ, 27.10.2006); Sit elettroniku interattiv (2006): www.ghaqdatalmalti.org Korsijiet: Kors fis-Sengħa tal-Kitba (Marzu-April 1992); Kors fil-Kitba Kreattiva (Frar-April 1993); Kors fil-Kitba Letterarja (Diċembru 1993-Mejju 1994); Tnedijiet ta’ kotba Il-Kerjoti – Erin Serracino Inglott (3.06.1994); Il-Ħolma Maltija – Frans Sammut (4.03.1994); Lubien – Trevor Żahra (24.05.1996); Frekwenzi ta' Spirti fis-Sakra – ko-awturi; Poeżiji – Achille Mizzi; Newbiet – Frans Sammut; Sajonara – Victor Fenech (7.04.2000); Provenz – Trevor Żahra (7.04.2000); Francesco Vella (1793-1868) – Prof. Arnold Cassola (6.06.2003); Ħaġa Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor – Ġużè Cassar Pullicino (17.12.2003); Dawl ġdid fuq Vassalli – Olvin Vella (editur) (23.04.2004); Frans Sammut dwar ‘The Da Vinci Code’ (Radisson Baypoint Hotel, San Ġiljan, 27.05.2006); Mikiel Anton Vassalli – Għajdun il-Għaqal, Kliem il-Għerf u Qwiel Maltin – Frans Sammut (ed.) (Dar il-Mediterran, 17.11.2006); Ġużè Bonnici – in-novelli – Għaqda tal-Malti (Fiera tal-Ktieb, Sala Sir Temi Zammit, Dar il-Mediterran, 18.11.2007). Nhar il-21 ta’ Novembru 2005 saret Laqgħa Ġenerali Straordinarja li għaliha attendew għadd ta’ studenti universitarji b’ħeġġa u determinazzjoni li l-Malti jarawh jikber, jisseddaq u jieħu postu fl-oqsma kollha fil-ħajja Maltija. U bir-raġun, għax il-Malti għadu mhux ilsien nazzjonali kif xieraq li jkun, minkejja l-libsa uffiċjali li għandu fil-Kostituzzjoni tagħna u minkejja l-għarfien li kiseb mill-Unjoni Ewropea. Ftit xhur wara, fis-26 ta’ Jannar 2006 l-Għaqda għalqet 75 sena mit-twaqqif tagħha. F’dik l-istess sena ħabat għeluq iċ-ċentinarju mit-twelid ta’ Rużar Briffa, il-ko-fundatur tagħna, u bl-inizjattiva tal-Għaqda l-Maltapost ħarġet timbru postali fis-16 ta’ Jannar, jum twelidu. Jum qabel, l-Għaqda organizzat korteo fiċ-ċimiterju tal-Addolorata sa fuq qabru u ftit ġimgħat wara, nhar it-22 ta’ Frar 2006 – jum mewtu – lill-poeta kkommemorajnieh b’serata organizzata bejn l-Għaqda u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol fis-Sala Robert Samut, il-Furjana. Fl-1 ta’ Marzu 2006 saret Laqgħa Ġenerali Straordinarja oħra din id-darba biex l-istatut jingħata bixra aħjar u aktar xierqa għal żminijietna. Fost oħrajn, l-Għaqda żżejnet b’emblema ġdida. Ħidma importanti ħafna li saret mill-kumitat kienet il-bini ta’ websajt ġdida, aċċessibbli u tassew vetrina għal kull min irid jikseb tagħrif fuq l-Għaqda u l-Malti. Il-websajt tagħna llum iżuruha numru kbir ta’ studenti li jkunu qed jirriċerkaw xi qasam jew ieħor tal-Malti. Bdejna noħorġu ċirkulari ġdida, din id-darba elettronika, bl-isem ittrAħbar biex inżommu lill-membri tagħna (u anke dawk li mhumiex imsieħba magħna) aġġornati bl-attivitajiet tal-Għaqda. F’Marzu u April organizzajna t-taħditiet fis-sensiela Il-Kotra u Jien. F’dawn it-taħditiet ħadu sehem uħud mill-aqwa esponenti tal-letteratura tagħna: Rev. Prof. Peter Serracino Inglott, Prof. Joe Friggieri, Prof. Joseph M. Brincat, Dr Marco Galea, Dr Charles Briffa, Dr Rena Balzan, Frans Sammut, Achille Mizzi, Vincent Vella, Maria Grech Ganado, Alfred Buttigieg u Ġużè Stagno. Nhar is-Sibt 27 ta’ Mejju 2006 l-Għaqda tal-Malti nidiet il-ktieb Frans Sammut Dwar The Da Vinci Code fir-Radisson Baypoint Resort bis-sehem tal-Professur Peter Serracino Inglott, Dun Norbert Ellul-Vincenti u s-Sur Charles Flores. L-Għaqda nidiet ktieb ieħor nhar l-20 ta’ Novembru 2006 – il-ktieb bil-poeżiji miġbura ta’ Sir George Borg, Viator Errans, tnedija li saret bi sħab mal-Akkademja tal-Malti u l-Għaqda Poeti Maltin. It-tnedija, patronizzata mir-Rettur tal-Università saret fil-Bibljoteka tal-Università, Tal-Qroqq. Fis-27 ta’ Ottubru 2006 inżamm l-appuntament ma’ attività importanti li ssir kull sentejn: il-Konferenza Vassalli, din id-darba b’sejbiet ġodda fuq Missier l-Ilsien Malti mill-istoriku Karmenu Bonavia bis-sehem ta’ Merga u l-Gukulari Ensemble. Jumejn wara ħadna sehem fiċ-ċerimonja ta’ Jum Dun Karm li saret fid-29 ta’ Ottubru biswit il-mafkar fil-Furjana. L-appuntament tagħna fil-Fiera tal-Ktieb tal-2006 kien mill-ġdid marbut ma’ Mikiel Anton Vassalli bil-ktieb ta’ Frans Sammut Għajdun il-Għaqal, Kliem il-Għerf u Qwiel Maltin – it-traduzzjoni tal-Motti, Aforisimi e Proverbii Maltesi (1828). Dan sar fis-17 ta’ Novembru 2006 bis-sehem tal-Prim Imħallef Emeritus Prof. Giuseppe Mifsud Bonnici u Prof. Manwel Mifsud flimkien mat-traduttur. Matul is-sena 2006 tajna sehemna wkoll fil-ħruġ tas-CD ta’ Walter Micallef, fil-Mafkar ta’ Karmenu Vassallo u Patri Ġużè Delia u Thomas Pace ħa ħsieb il-verżjoni Maltija tal-websajt tal-Kunsill Studenti Università (KSU). Ħadna sehem ukoll fil-funeral ta’ Ġużè Chetcuti, benefattur tal-Għaqda tagħna u ħabib intimu tal-kofundatur tagħna, Ġużè Bonnici. F’għadd 31 ta’ Leħen il-Malti, jidher id-diskors ta’ Marcel Zammit Marmarà li nstema’ dakinhar tal-kxif tal-mafkar f’ġieħ Karmenu Vassallo u ppubblikajna wkoll l-omelija ta’ Mons. Victor Grech fil-funeral ta’ Ġużè Chetcuti. Minn din il-ħarġa ħsibna li nagħtu libsa ġdida lir-rivista u l-kitbiet ikunu magħżula f’żewġ taqsimiet: kitbiet letterarji u kitbiet akkademiċi. Din il-ħarġa tiċċelebra ċ-ċentinarji li semmejna b’taħdita li saret mill-Prof. John Rizzo Naudi dwar il-karriera medika ta’ Rużar Briffa nhar it-22 ta’ Frar 2006 u l-istudju ta’ Dr Charles Briffa fuq Lejn ix-Xemx, l-aħħar rumanz li kiteb Ġużè Bonnici. Il-qarrejja jsibu wkoll kitba interessanti fuq Ġużeppi Pulis Montebello li flimkien ma’ Franġisku Vella tana l-ewwel żewġ kotba kompletament bil-Malti. F’dawn il-folji hemm ukoll il-ġenesi tar-rumanz It-Tfal Jiġu bil-Vapuri mill-awtur stess. Prof. Oliver Friggieri jaqsam magħna x’wasslu jikteb rumanz li fil-wiċċ jidher sempliċi iżda fil-fatt jixtarr temi mill-aktar eżistenzjali. It-taqsima letterarja tiftaħ b’dawk li nemmnu li huma l-aħħar poeżiji li baqgħu mxerrdin ta’ Dun Karm, fosthom bl-Ingliż u aktarx l-unika poeżija tiegħu bl-Esperanto. Dawn jikkumplimentaw l-aħħar pubblikazzjoni tal-Prof. Oliver Friggieri b’rabta mal-poeta nazzjonali – il-ġabra sħiħa ta’ poeżiji bit-Taljan, Dun Karm – Le Poesie Italiane (2007). Ix-xogħlijiet l-oħra li qed nippreżentaw huma xhieda ta’ kontinwità minn ġenerazzjonijiet differenti. Fil-bidu tas-sena 2007 bdejna naħdmu għall-kommemorazzjoni ta’ Ġużè Bonnici f’għeluq il-100 sena minn twelidu. It-tifkira tal-ko-fundatur tagħna bdiet sewwasew fl-14 ta’ Awwissu 2007 meta l-Bureau Filateliku tal-Maltapost ħareġ it-timbru postali f’ġieħu f’jum twelidu fuq inizjattiva kollha kemm hi tagħna. Ħsibna wkoll biex niġbru n-novelli kollha ta’ Ġużè Bonnici li kienu baqgħu mxerrdin u nippubblikawhom mill-ġdid fi ktieb. Inġabru l-fondi meħtieġa u wara xhur sħaħ ta’ ħidma bla waqfien, riċerka u konsultazzjoni saret it-tnedija tal-ktieb fit-18 ta’ Novembru 2007 fil-Fiera tal-Ktieb, f’Dar il-Mediterran taħt il-patroċinju tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol. Dan il-ktieb jinkludi wkoll studju tal-Prof. Oliver Friggieri u għall-ewwel darba dehret Il-Miġnuna – it-traduzzjoni tan-novella La Pazza, maqluba għall-Malti minn Dott. Mark A. Sammut. L-Għaqda għamlet żjara ta’ kortesija lill-President Emeritus, Sir Anthony Mamo li jinsab rikoverat f’Dar l-Arkati, Il-Mosta. Din saret fis-26 ta’ Jannar 2007, f’jum it-twaqqif tal-Għaqda u fiha Sir Anthony Mamo għoġbu jaqsam magħna l-esperjenzi tiegħu fl-ewwel kumitat ma’ Ġużè Bonnici u Rużar Briffa li flimkien ma’ sħabhom waqqfu l-Għaqda tagħna 76 sena ilu. Ħoloq esterni Ħafna mill-informazzjoni ġiet miġbura minn Joseph P. Borg 03.06.2012 Lingwa Maltija Malta Organizzazzjonijiet
3219
https://mt.wikipedia.org/wiki/Korea%20t%27Isfel
Korea t'Isfel
Il-Korea t'Isfel, uffiċjalment magħrufha bħala r-Repubblika tal-Korea, huwa stat sovran fl-Asja tal-Lvant li jokkupa n-naħa tan-Nofsinhar tal-Peniżola Koreana. Tikkonfina fit-Tramuntana mal-Korea ta' Fuq, fil-Punent mal-Baħar l-Isfar (imbagħad iċ-Ċina), fin-Nofinshar mal-Istrett tal-Korea u fil-Lvant mal-Baħar tal-Ġappun. Il-belt kapitali hi Seoul, fejn b'iktar minn 20 miljun ruħ hi fost l-iktar bliet popolati fid-dinja. Il-pajsaġġ huwa wieħed muntanjuż; madanakollu, il-Korea t'Isfel bil-popolazzjoni ta' 50 miljun ruħ hija l-għoxrin pajjiż bl-iktar b'densità għolja (it-tielet, wara l-Bangladexx u t-Tajwan jekk ma jiġu kkunsidrati l-mikrostati). Ħoloq esterni Sit uffiċjali
3220
https://mt.wikipedia.org/wiki/Katowice
Katowice
Katowice (pronunċja: katɔˈvʲitsɛ), (Ċek: Katovice, Ġermaniż: Kattowitz) hija belt tar-reġjun storiku tas-Silesja ta' Fuq fil-Polonja t'isfel u tinsab fuq ix-xmajjar Kłodnica u Rawa. Katowice hija l-belt kapitali tar-reġjun amministrativ u lokali, imsejjaħ Vojvodja Silesjana minn 1999, li qabel kienet il-belt kapitali tal-Vojvodja ta' Katowice. Katowice hija il-belt ewlenija tar-reġjun industrijali tas-Siliesja ta' Fuq. Il-popolazzjoni tagħha tammonta għal 321,163 ruħ, u bl-agglomerazzjoni urbana tgħodd madwar 3,487,000 ruħ (2004). Koordinati: Bliet tal-Polonja
3221
https://mt.wikipedia.org/wiki/Vojvodja
Vojvodja
Vojvodja, (Rumen: voievodat, Pollakk: województwo, Serb: vojvodina (војводина), vojvodstvo (војводство) jew vojvodovina (војводовина), Ungariż: vajdaság) kienet forma ta' stat fewdali fir-Rumanija, Ungarija, Polonja, Russja u fis-Serbja tal-Medjuevu. Il-vojvodija kienet tiġi maħkuma mill-Vojvod, (traduzzjoni kelma b'kelma: "dak li jmexxi il-gwerrieri"). Oriġinarjament kien kmandant militari li jmexxi flimkien ma' mexxej ieħor. Il-kelma vojvodja għadha tiġi użata għall-Vojvodji tal-Polonja, li huma sittax -il reġjun amministrativi f'dan il-pajjiż. Vojvodina li titnissel mill-istess kelma hija wkoll l-isem tal-provinċja awtonoma fin-nofsinhar tas-Serbja. Serbja
3222
https://mt.wikipedia.org/wiki/Skanderbeg
Skanderbeg
George Kastrioti Skanderbeg (bl-Albaniż: Gjergj Kastrioti Skënderbeu; Krujë, 1403 – Lezhe, 17 ta' Jannar 1468) kien sinjur Albaniż tas-seklu 15, ikkunsidrat bħala eroj nazzjonali għar-reżistenza tiegħu għal iktar minn żewġ deċennji kontra l-Imperu Ottoman. Missieru Gjon Kastrioti kien sinjur tal-Albanija li kien jagħmilha ta' vassal mal-Ottomani. Gjergj Kastrioti, wara karriera militari b'servizz lejn l-Imperu Ottoman, irrifjuta l-Iżlam u rritorna għall-fidi Nisranija. Hu rnexxielu jqajjem rewwixta kontra l-Ottomani, fejn ippreżenta lilu nnifsu bħala difensur tal-Kristjaneżmu fil-Balkani. L-isem Skanderberg huwa laqam ta' nisel Tork; l-Ottomani kienu jsejħulu Iskender bey li tfisser "Sinjur Alessandru", bħala referenza għall-abbiltajiet bħala kmandant militari li kien jirrifletti lil Alessandru l-Kbir. Referenzi Ħoloq esterni Analiżi tal-letteratura fuq Skanderbeg Twieldu fl-1405 Mietu fl-1468 Monarki Albaniżi Patrijotti Albaniżi Storja tal-Albanija
3228
https://mt.wikipedia.org/wiki/Triq%20ta%27%20Sant%27Anna
Triq ta' Sant'Anna
Triq ta' Sant'Anna hija galassja li s-sistema solari (u l-Art) tappartjeni għaliha. Din hija galassja spirali li tinkludi fiha bejn 100 u 400 biljun stilla u madwar 50 biljun pjaneta. Galassji spirali
3242
https://mt.wikipedia.org/wiki/Madonna%20tal-Karmnu
Madonna tal-Karmnu
Madonna tal-Karmnu huwa t-titlu lill-Verġni Marija b'rabta mal-patrijiet Karmelitani. Il-patrijiet Karmelitani bdew jgħixu bħala eremiti ħdejn l-Għajn ta' Sant'Elija, fuq l-għoljiet tal-Karmel fl-Art Imqaddsa lejn l-aħħar tas-seklu 12. L-għolja tal-Karmel hija l-għolja tal-Profeta Elija, għax hemm għammar il-Profeta madwar 800 sena qabel Kristu. Bejn is-snin 1206 u 1214, il-Patrijarka ta' Ġerusalemm San Albert kitbilhom Għamla ta' Ħajja, li aktar tard saret Regula. L-istess Patrijarka ġabar f'komunità lill-aħwa ta' fuq il-Karmelu. Ir-rabta tal-Karmelitani mal-Verġni Marija bdiet sewwa sew bid-dedikazzjoni tal-kappella li l-aħwa karmelitani kellhom fuq il-Karmel, liema kappella ddedikawha lill-Verġni Omm Alla, għax fiha raw id-dixxiplu perfett tal-Mulej li jista' jgħinhom fil-mixja tagħhom lejn il-Mulej Ġesù. Huwa minn hawn li l-Karmelitani jissejħu 'l-Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmel'. Titli lill-Verġni Marija għal qalb il-karmelitani huma 'Verġni l-Aktar Safja', 'Omm il-Karmelitani' u 'Patruna tal-Karmelu'. Ħoloq esterni L-Ordni Karmelitana f'Malta Karmnu
3243
https://mt.wikipedia.org/wiki/Anastasju%20Cuschieri
Anastasju Cuschieri
Anastasju Cuschieri (Valletta 27 ta' Jannar 1876 - 25 ta' Lulju 1962) kien patri, senatur, professur tal-filosofija u awtur. Patri Karmelitan Huwa ħa l-voti reliġjużi bħala Patri Karmelitan nhar it-28 ta' Awwissu 1891. Patri Anastasju wara l-istudji tiegħu f'Malta kiseb Dottorat fil-Filosofija fl-Universita Gregorjana ta' Ruma. Fl-1902 sar Professur tal-Filosofija. Kitbiet tiegħu dehru fir-Rivista di Filosofia Neo-Scolastica ta’ Milan. Lura Malta, Patri Anastasju sar membru tal-Kunsill tal-Università, fejn ippresieda fuq il-Fakultà tax-Xjenza u kien eżaminatur tal-istudenti fit-Taljan. Huwa kien kien elett darbtejn bħala Pirjol Provinċjali tal-Ordni Karmelitan f'Malta. Politiku Anastasju Cuschieri kien ukoll Senatur f'isem il-gradwati tal-Università fl-ewwel żewġ legislaturi ta' Gvern Malti, dawk tal-1921 u tal-1932. Kien membru tal-Partit Nazzjonalista, u matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-Gvern Kolonjali Ingliż kien żamm għajnejh fuqu minħabba t-twemmin politiku tiegħu. Poeta Huwa magħruf bħala l-Poeta tal-Madonna, għall-ħafna poeżiji tiegħu fuq il-Madonna, li huma fost l-aqwa fil-letteratura Maltija. Huwa poeta Romantiku (fil-kontenut) u klassiku (fil-metrika). Il-Kelma Maltija hija waħda mill-isbaħ poeżiji tiegħu: Din biss, ħabib ta’ qalbi,għandi; din Alla tani,dil-kelma li bi ġmielhanitgħaxxaq ser tarani. Min qal li tqila u timxibħas-sriep tkaxkar fuq żaqqha?Ħares kemm hi ħafifa,kif titla’ u togħla f’daqqa... Bħalma l-ħaddied fil-forġal-ewwel jikwi l-ħadida,imbagħad ftit ftit jaħdimhasa tiġi kif iridha... Hekk jien il-kelma mn’idimhux malli dak nitlaqha,bħal min iwaddab ġeblama jafx fejn sejra taqa’ ‘mma qabel inrattabhafi ħsiebi bħal għaġina,imbagħad koċċ koċċ bis-sabarnagħtiha sura u żina. U nibqa’ nħares lejha,nara jekk qiegħda sewwa,jekk rieqda jew mifluġa,jekk nieqsa minn xi ħlewwa: U meta ħajja tferfernilmaħha tgħodd għal ħbiebihemmhekk, għax nistħi ngħidu,nitgħaxxaq dlonk bi ħsiebi, u bil-kelma li titla’minn qalbi għal fuq fommi,safja, ħelwa, sabiħa,kif għallmithieli ommi, kif dari l-Belt, kif għadekfl-irħula llum tismagħha,bla xniexel fuq sidirha,fqajra, ’mma kollox tagħha. Din biss, ħabib ta’ qalbi,għandi; din Alla tani,dil-kelma li bi ġmielhanitgħaxxaq qed tarani.” Mewt Wara marda kiefra li damet tliet snin u kważi pparalizzatu, Anastasju Cuschieri miet nhar il-25 ta' Lulju 1962, jum qabel il-mewt ta' San Ġorġ Preca. Ħoloq esterni L-Akkademja tal-Malti allmalta.com Patri Anastasju Cuschieri Patri Anastasju Cuschieri Poeti Maltin Twieldu fl-1876 Mietu fl-1962 Kittieba Maltin bit-Taljan Kittieba Maltin bil-Malti Filosfi Filosofija f'Malta
3244
https://mt.wikipedia.org/wiki/Saint-Di%C3%A9-des-Vosges
Saint-Dié-des-Vosges
Saint-Dié-des-Vosges hija belt ta'Franza. Ġeografija Hija tinsab fid-dipartiment tal-Vosges, fir-reġjun tal-Grand Est. Għandu altitudni medja ta' 343 metru. Storja Fil-25 ta’ April 1507 f’Saint-Dié ġiet ippubblikata l-Cosmographiae Introductio mill-kartografi Martin Waldseemüller u Matthias Ringmann, li hija meqjusa bħala l-ewwel atlas modern u fejn l-isem Amerika jidher għall-ewwel darba. Attrazzjonijiet turistiċi Katedral Knisja Santu Martin Kappella Santu Rokku Mużew Pierre-Noël Fabbrika Claude u Duval (perit Le Corbusier) Edukazzjoni Institut universitaire de technologie (Università) : Elettronica Informatika Komunikazzjoni Ħoloq esternii Sit uffiċjali Institut universitaire de technologie Bliet ta' Franza
3248
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lingwa%20Pollakka
Lingwa Pollakka
Pollakk (Pollakk: język polski, [ˈjɛ̃zɨk ˈpɔlskʲi], polszczyzna [pɔlˈʂt͡ʂɨzna] jew sempliċiment polski, [ˈpɔlskʲi]) hija lingwa Slava tal-Punent tal-grupp Lekitiku, miktuba. Huwa mitkellem primarjament fil-Polonja u jservi bħala l-lingwa nattiva tal-Pollakki. Minbarra li hija l-lingwa uffiċjali tal-Polonja, tintuża wkoll mid-dijaspora Pollakka. Hemm aktar minn 50 miljun kelliem Pollakk madwar id-dinja. Hija tinsab fis-sitt post fost il-lingwi tal-Unjoni Ewropea. Il-Pollakk huwa suddiviż f'djaletti reġjonali u jżomm pronomi ta' distinzjoni T–V stretti, onoriċi u diversi forom ta' formalitajiet meta jindirizza individwi. L-alfabett Aa Ąą Bb Cc Ćć Dd Ee Ęę Ff Gg Hh Ii Jj Kk Ll Łł Mm Nn Ńń Oo Óó Pp Rr Ss Śś Tt Uu Ww Yy Zz Źź Żż Eżempji tal-Lingwa Pollakka Il-Ġranet tal-Ġimgħa It-Tnejn: poniedziałek It-Tlieta: wtorek L-Erbgħa: środa Il-Ħamis: czwartek Il-Ġimgħa: piątek Is-Sibt: sobota Il-Ħadd: niedziela Ix-Xhur tas-Sena Jannar: styczeń Frar: luty Marzu: marzec April: kwiecień Mejju: maj Ġunju: czerwiec Lulju: lipiec Awwissu: sierpień Settembru: wrzesień Ottubru: październik Novembru: listopad Diċembru: grudzień In-Numri Wieħed: jeden Tnejn: dwa Tlieta: trzy Erbgħa: cztery Ħamsa: pięć Sitta: sześć Sebgħa: siedem Tmienja: osiem Disgħa: dziewięć Għaxra: dziesięć
3256
https://mt.wikipedia.org/wiki/Francesco%20Buhagiar
Francesco Buhagiar
Francesco Buhagiar (Qrendi, 7 ta' Settembru 1876 – Rabat, 27 ta' Ġunju 1934), iben Michele Buhagiar u Filomena mwielda Mifsud, kien it-tieni Prim Ministru ta' Malta fejn serva bejn l-1923 u l-1924. Buhagiar ħa l-lawrja ta' Avukat mill-Università Rjali ta' Malta fl-1901. Kien membru tal-Unione Politica Maltese (Partit ta' Panzavecchia) u ġie elett fl-Ewwel u t-Tieni Leġislatura: 1921 u 1924. Kien Ministru tal-Ġustizzja bejn Ottubru 1922 u Settembru 1924, Ministru tal-Finanzi, Dwana u Portijiet bejn Ottubru 1923 u Awwissu 1924. Kien it-tieni Prim Ministru fil-Gvern Awtonomu Malti bejn Ottubru 1923 u Settembru 1924. Wara li rriżenja minn Prim Ministru sar Imħallef. Iċ-ċajta fis-snin għoxrin kienet li dan ħares fil-mera u lix-xbiha ta’ quddiemu qalilha “minn għada, int Imħallef”! Miet ir-Rabat fis-27 ta’ Ġunju 1934. Referenzi Twieldu fl-1877 Mietu fl-1934 Politiċi Maltin Prim Ministri ta' Malta Ġudikatura Maltija
3265
https://mt.wikipedia.org/wiki/Papa%20Benedittu%20XVI
Papa Benedittu XVI
Benedittu XVI (Latin: Benedictus PP. XVI; Taljan: Benedetto XVI; Ġermaniż: Benedikt XVI.; imwieled Josef Aloisius Ratzinger; twieled fis-16 ta' April 1927) huwa il-265 Papa, Isqof ta' Ruma, Kap tal-Knisja Kattolika, u s-Sovran tal-Istat tal-Vatikan. Preżentament huwa Papa Emeritu. Kien elett Papa nhar id-19 ta' April 2005, iċċelebra l-Quddiesa Inawgurali tiegħu bħala Papa ħamest ijiem wara, u ħa pussess tal-Katidral tiegħu, il-Bażilika ta' San Ġwann Lateran, nhar is-7 ta' Mejju 2005. Nhar il-11 ta' Frar 2013, huwa ħabbar li kien ser jirriżenja minn Papa fit-28 tal-istess xahar. Fil-ġurnata magħzula, il-Papa abdika. Bħala Papa Emeritu, Benedittu baqa' jissejjaħ bħala "il-Qdusija Tiegħu", u baqa' jilbes il-libsa bajda ta' Papa. Huwa rari jidher fil-pubbliku. Il-ftit drabi li deher, ħafna minnhom għamilhom fil-preżenza tas-suċċessur tiegħu, Papa Franġisku, u qatt ma esprima ideat kuntrarji għal tiegħu. Franġisku min-naħa tiegħu dejjem semmieh b'tifħir u b'rispett f'kull okkażjoni. Tfulija Josef Aloisius Ratzinger, twieled fir-raħal ta' Marktl am In, fil-Bavarja Djoċesi ta’ Passau, fil-Ġermanja, nhar is-16 ta’ April, li kien Sibt il-Għid, 1927. Tgħammed dak inhar stess. Missieru, li kien pulizija, kien ġej minn familja ta’ bdiewa min-naħa t’isfel tal-Bavarja. Ommu kienet bint artiġġjani minn Rimsting fuq ix-xatt tal-Għadira Chiem u qabel iżżewġet ħadmet ta’ koka f’bosta lukandi. Kellu żewġ ħutu oħra, Georg ikbar minnu li huwa saċerdot ukoll u oħtu Marija. Qabel it-Tieni Gwerra Dinija. Il-Papa qatta' tfulitu fir-raħal ta' Traunstein raħal żgħir qrib il-fruntiera Awstrijaka, daqs tletin kilometru bogħod minn Salzburg. F’dan l-ambjent, li hu kien iqisu ‘Mozartjan’, hu kiseb il-formazzjoni tiegħu Nisranija, kulturali, u umana. Attenda l-iskola primarja ta' Aschau am Inn, li fl-2009 issemmiet għalih. Anedott tat-tfulija jgħid li darba meta ċ-ċkejken Josef ra lill-Kardinal ta’ Munich Faulhaber, kien qal: “anki jien nixtieq insir kardinal.” Ftit jiem qabel, iżda, jirrakkonta ħuh Georg, it-tfajjel Joseph ”waqt li kien qiegħed jara lil bajjad jizbogħilna d-dar, kien qal li la jikber xtaq isir bajjad!” Jum wiehed f’Aschau am Inn, waqt li kien qed jilgħab fil-ġnien tad-dar biswit għadira, it-tfajjel Josef kien kważi se jegħreq. Fis-Seminarju Ta' 12-il sena daħal student fis-Seminarju Minuri ta' Traunstein. Imdorri fl-ambjent żgħir tal-familja, fl-ewwel żmien tiegħu is-seminarju, Ratzinger kien iqis il-lezzjonijiet u l-ħin tal-istudju ma’ madwar sittin student ieħor bħala “tortura.” Ukoll ma kienx jista’ għall-ħin tal-isport. Fis-seminarju, l-aħwa Ratzinger kienu mlaqqma ‘Orgel Ratz’ (Ratzinger tal-orgni – Georg) u Bücher Ratz (Ratzinger tal-kotba - Joseph). Fi kliem wieħed mill-lecturers tiegħu, it-teologu Alfred Lapple, “Joseph kien qisu sponża xotta dejjem lest biex jixrob l-ilma tat-tagħlim u meta jiskopri xi ħaġa ġdida, jintefa’ b’ruħu u ġismu fuqha u jfittex il-ħin u l-mument biex jirrakkontha lill-oħrajn. Bħala seminarista kien iħobb jikteb poeżiji fuq il-hajja ta’ kuljum u dwar in-natura. Kien student timidu u sensittiv u distakkat minn sħabu. Fi żmien il-Gwerra Fit-tletinijiet ir-reġim Nażista beda jattakka lill-Knisja Kattolika. Iż-żagħżugħ Josef ra b'għajnejh lin-Nażisti isawtu bla ħniena lill-Kappillan qabel ma bdiet il-Quddiesa. Fl-1941, Ratzinger kien sfurzat jidħol bħaż-żgħażagħ l-oħra kollha tal-età tiegħu - ta' 14-il sena - fiż-Żgħażagħ ta' Hitler il-Hitlers Youth, għalkemm ma kienx jieħu pjaċir imur. Missieru kien anti-Nażista. Fl-1941, kuġin tiegħu bis-Sindromu ta' Down inqatel mir-reġim Nażista. Fl-1943, meta kien għadu s-Seminarju, inqabad bil-lieva fil-programm Luftwaffenhelfer, korp tal-armata ta’ kontra l-ajruplani. Meta f'April 1944 bagħtuh fuq il-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ungerija, Ratzinger ħarab. Meta spiċċat il-gwerra, huwa spiċċa priġunier tal-Amerikani għal ftit xhur sakemm reġa' rritorna d-dar. Saċerdot u Teologu Fl-1945, iż-żewġ aħwa reġgħu daħlu s-Seminarju ta' Traunstein, u wara fil-Herzogliches Georgianum fl-Università ta' Munich. Nhar id-29 ta' Ġunju 1951 ġie ordnat saċerdot. It-teżi tiegħu kienet fuq Santu Wistin, bl-isem "Il-Poplu u d-Dar t’Alla fid-Duttrina tal-Knisja skont San Wistin". Fl-1957 huwa kiseb id-Dottorat fit-Teoloġija u sena wara sar Professur fl-istess kulleġġ. F’Bonn, f’Münster, f’Tübingen u f’Regensburg, Ratzinger kien fost l-iżjed lecturers popolari, u spiss għal-lezzjonijiet tiegħu kienu jattendu mijiet ta’ studenti, iżjed milli jkun hemm reġistrati ghall-kors. Sena minnhom, għal kors ta’ 350 student kienu jattendu 600 u nbiegħu 850 kopja tan-noti stampati tiegħu. Kemm fl-Università ta’ Bonn, u eventwalment f’Münster u fl-lokalitajiet oħra, inkluż f’Ruma fi żmien il-Koncilju, Joseph Ratzinger kien normalment jivjaġġa bit-trasport pubbliku, bil-mixi, bir-rota, jew jiddobba lift minghand xi student. Kien jintgħaraf ġej mill-bogħod bil-berittin li kien jilbes. Ratzinger kien iħaddan ideat progressivi u anke kien perit tal-Konċilju, jiġifieri kunsulent teoloġiku tal-Kardinal Frings ta' Cologne fil-Konċilju Vatikan II, u kien viċin teologi bħal Hans Küng u Edward Schillebeeckx, sakemm tard fis-snin sittin huwa ddarras bil-protesti tal-movimenti tal-istudenti universitarji b'tendenzi Marxisti u sekularisti. Fl-1972, flimkien ma’ Hans Urs von Balthasar, Henri de Lubac, u teologi oħra ta’ fama, Ratzinger, waqqaf il-ġurnal teoloġiku “Communio.” Arċisqof Fl-24 ta' Marzu 1977 huwa nħatar Arċisqof ta' Munich u xahar wara, il-Papa Pawlu VI ħatru kardinal. Il-motto episkopali tiegħu kien: ‘Ko-operaturi tal-verità.” Din l-għażla Ratzinger fissirha hekk: “Fuq naħa waħda rajtha bħala r-relazzjoni bejn il-ħidma li kelli qabel ta’ professur u l-missjoni l-ġdida fdata f’idejja. Għalkemm fiż-żewġ każi l-mod kif wieħed imexxihom huwa differenti, madankollu l-qofol ta’ kollox hu li wieħed jimxi mal-verità u li jkun ta’ servizz. Min-naħa l-oħra għażilt dan il-‘motto’ għaliex fid-dinja tal-lum it-tema tal-verità hi mwarrba kważi għal kollox, meqjusha bħala xi ħaġa kbira wisq għall-bniedem, u fl-istess waqt jekk il-verità titwarrab kollox jisfuma fix-xejn.” Kollaboratur ta' Ġwanni Pawlu II Fil-25 ta' Novembru 1981 il-Papa Ġwanni Pawlu II ħatru president tal-Kummisjoni Teoloġika Internazzjonali u prefett tal-Kummissjoni Biblika Pontifiċja. Fil-15 ta' Frar 1982 huwa rriżenja minn Arċisqof ta' Munich u ftit wara nħatar isqof kardinal ta' Velletri Segni u fit-30 ta' Novembru 2002, ta' Ostja fl-Italja. Ratzinger kien ikkunsidrat bħala l-id il-leminija ta' Ġwanni Pawlu II u wieħed mill-aktar ħbieb tiegħu u fl-aħħar żmienijiet ta' ħajtu minħabba l-mard, Ratzinger kien jippresiedi f'bosta funzjonijiet li kien jagħmel il-predeċessur tiegħu bħala mexxej tal-Knisja Kattolika. Josef Ratzinger kemm-il darba kien qal li xtaq jirtira f'xi raħal fil-Bavarja u jiddedika ħajtu għall-kitba iżda qabel ma laħaq Papa huwa kien qal lil xi ħbieb tiegħu li kien lest jaċċetta kull kariga li Alla jista' jagħtih. Wara l-mewt ta' Ġwanni Pawlu II, Ratzinger ma baqax aktar Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi u meta wasal biex jibda l-Konklavi huwa kien l-aktar wieħed favorit li jilħaq mexxej tal-Knisja. Jintgħażel Papa Josef Ratzinger laħaq il-265 Papa biex imexxi l-Knisja Kattolika, nhar it-Tlieta 19 ta' April tas-sena 2005 għall-ħabta tas-sitta neqsin għaxra. Huwa għazel l-isem ta' Benedittu XVI. Għamel l-ewwel dehra tiegħu bħala Papa għall-ħabta tas-sebgħa u nofs u ħames minuti, billi ħareġ isellem lill-folla preżenti fil-pjazza tal-Vatikan, minn ġol-gallarija tal-Bażilika ta' San Pietru fejn qal "nafda lili nnifsi f'idejn it-talb tagħkom." Benedittu XVI huwa l-ewwel Papa Ġermaniż minn meta Vitor II serva Papa bejn l-1055 u l-1057. L-għada tal-elezzjoni tiegħu bħala Papa, fl-ewwel messaġġ tiegħu lill-Kulleġġ tal-Kardinali fil-Kappella Sistina stqarr hekk: Fil-Quddiesa Inawgurali tiegħu qal hekk: L-isem "Benedittu" Ratzinger għażel l-isem Benedittu li ġej mill-kelma Latina li tfisser ‘l-imbierek’ bħala tislima lill- Papa Benedittu XV u San Benedittu ta’ Norcia. Papa Benedittu XV kien il-Papa waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija fejn ħadem bla qies biex ikun hemm il-paċi fost in-nazzjonijiet li kienu qegħdin f’konflitt. Min-naħa l-oħra, San Benedittu kien il-fundatur tal-Monastiċiżmu (ħafna monasteri fil-Medju Evu kienu tal-ordni Benedittina). Huwa kiteb ukoll ir-Regola li għandha l-aktar kitba importanti dwar il-ħajja monastika tal-Kristjaneżmu tal-Punent. Il-Papa Benedittu XVI spjega l-għażla tal-isem tiegħu fl-ewwel Udjenza Ġenerali li saret fi Pjazza San Pietru fis-27 ta’ April 2005: L-Istemma Papali Il-Papa Benedittu għamel bosta bidliet fl-Istemma Papali. Il-Papa neħħa t-tiara papali bi tliet saffi u flokha għażel il-mitra u l-pallju (stola maħduma mis-suf tal-ħaruf b’ħames slaleb suwed li tissimbolizza l-irwol tal-Isqof bħala ragħaj tal-merħla tiegħu).It-tarka tal-Papa turi l-arma tiegħu bħala Arcisqof ta’ Munich u Freising u hija maqsuma fi tliet pannelli, kull wieħed bis-simbolu rispettiv tiegħu. L-element tan-nofs u li qiegħed fuq sfond aħmar hu frotta tal-baħar ta’ kulur dehbi. Din tirreferi għal Santu Wistin(354-430)li dwar il-kitbiet tiegħu l-Papa Benedittu XVI għamel id-dottorat tiegħu. Tradizzjoni magħrufa tgħid li Santu Wistin lemaħ tifel qed jipprova, b’arzella, jiġbor il-baħar kollu u jitfgħu f'ħofra fir-ramel… biċċa xogħol impossibbli li l-għaref Duttur tal-Knisja qabbilha mal-biċċa xogħol kbira teoloġika li kien qed jagħmel hu dwar is-Santissima Trinità. Din l-istess arzella tal-frott tal-baħar tfakkar ukoll fid-dehra li l-Konċilju Vatikan II ta lill-Knisja hi u tilħaq l-għan tagħha bħala l-Poplu Pellegrin ta’ Alla. Il-pannell tan-naħa ta’ fuq tax-xellug tat-tarka turi l-“Mor ta’ Freising” jew il-caput ethiopicum. Din ix-xbieha ilha tidher fl-arma araldika tal-Isqfijiet ta’ Freising sa mill-1316. Skond l-awtobiografija tal-Papa stess din tissimbolizza l-universalità tal-Knisja, li ma tagħżel qatt bejn klassi u razza, għax aħna lkoll ta’ Kristu. Fuq in-naħa ta’ fuq, fil-lemin, għandna ors kannella mgħobbi b’tagħbija fuq dahru. Dan l-ors hu marbut mal-leġġenda Bavariża dwar l-ewwel Isqof, padrun qaddis tad-Djocesi ta’ Freising, San Korbinjanu (missjunarju fil-Bavarja l-Qadima fis-Seklu 8). L-ors hu s-simbolu tal-umanità mhix mifdija li ġiet immansata mill-grazzja ta’ Kristu biex wara saret il-pedament ta’ kultura kbira. It-tagħbija li għandu fuqu l-ors hu simbolu tat-toqol li jġorr miegħu l-uffiċċju ta’ isqof. Enċikliċi Papa Benedittu kiteb tliet enċikliċi: Deus Caritas Est (Alla hu Mħabba); Spe Salvi (Salvi bit-Tama); u Caritas in Veritate (L-Imħabba fil-Verità). Deus Caritas Est L-Enċiklika hi maqsuma f’żewġ taqsimiet kbar. L-ewwel taqsima, intitolata: “L-unità tal-imħabba fil-ħolqien u fl-istorja tas-salvazzjoni,” hi riflessjoni filosofika u teoloġika dwar l-“imħabba” fid-diversi forom tagħha: “eros,” “philia,” u “agape”, b’enfasi fuq ċerti aspetti vitali tal-imħabba ta’ Alla għall-bniedem u r-rabtiet li din l-imħabba għandha mal-imħabba umana. It-tieni taqsima, imsejħa: “L-Prattika tal-imħabba mill-Knisja bħala ‘Komunità ta’ mħabba’,” titkellem fuq l-implimen¬tazzjoni konkreta tal-kmandament tal-imħabba tal-oħrajn. L-Ewwel Taqsima Il-kelma “mħabba,” – kelma fost l-aktar użati u abbużati fid-dinja tallum, – għandha firxa kbira ta’ tifsiriet: hemm l-imħabba għall-patrija, imħabba bejn il-ħbieb, imħabba tal-ġenituri għal uliedhom, imħabba għall-professjoni, imħabba (namra) għall-kaċċa, eċċ. Fost din il-varjetà ta’ tifsiriet, b’danakollu, il-mudell tipiku tal-imħabba hu dak li jseħħ bejn raġel u mara: imħabba li fil-Greċja tal-qedem kienu jsejħulha: “eros.” Fil-Bibbja l-kunċett tal-“imħabba” hu aktar irfinut, kif jidher mill-fatt li l-kelma “eros” darbtejn biss tidher fit-Testment il-Qadim u xejn fil-Ġdid, li min-naħa tiegħu, jippreferi l-kelma “agape,” li tfisser ‘imħabba li tingħata’. L-Evanġelju ta’ San Ġwann jinqeda wkoll bil-kelma “philia” (imħabba ta’ ħbiberija) b’tifsir aktar profond biex turi r-relazzjoni ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu. Din it-tendenza li tevita l-kelma “eros” u l-imħabba tingħata viżjoni ġdida bil-kelma “agape,” influwenzat il-mentalità nisranija dwar l-imħabba b’tali mod, li f’ambjenti sekolari sikwit hi kkritikata b’mod negattiv għax, jgħidu, din tiċħad l-“eros” u dak kollu relatat mal-ġisem. Hekk, il-filosfu Friedrich Nietzsche qal li r-reliġjon nisranija ivvelenat l-eros li min-naħa tiegħu, għalkemm ma ċediex għal kollox, iddeġenera f’vizzju. Il-filosfu Ġermaniż kien jesprimi l-idea ta’ ħafna: ma kenitx il-Knisja, bil-kman¬damenti tagħha, qed tibdel fi mrar ħaġa daqshekk prezzjuża fil-ħajja? Ma kenitx qisha referee li jsaffar is-suffara meta l-pjaċir (rigal tal-Ħallieq) ikun beda jdewwaq ftit minn dak li hu divin? Għalkemm fl-imgħoddi fil-Knisja ġieli kien hemm tendenzi bħal dawn, it-tifsira tal-iżvilupp fl-użu tat-termini bibliċi, hi differenti. L-“eros,” tqiegħed fil-bniedem mill-Ħallieq, u għalhekk hu tajjeb; iżda, biex id-dinjità oriġinali tiegħu ma tintilifx u ma jiddeġenerax f’sess waħdu u f’sempli¬ċi prodott ta’ pjaċir, jinħtieġ li dan ikun iddixxiplinat, imsoffi u jitħalla jimmatura. Il-Fidi nisranija minn dejjem qieset lill-bniedem bħala ħolqien li fih l-ispirtu u l-materja jintisġu flimkien: nisġa li lill-bniedem tagħtih nobbiltà ġdida. Jista’ jingħad li l-isfida tal-“eros” tintrebaħ meta ġisem u ruħ il-bniedem huma f’armonija perfetta. Imbagħad, iva, l-imħabba ssir “estasì,” imma mhux estasi fis-sens ta’ ewforja (stat ta’ min iħossu qiegħed fis-seba’ sema), imma bħala ħruġ permanenti mill-“Jien” magħluq fih innifsu, għal-libertà ta’ min jagħti ruħu biex isib lilu nnifsu, jew aħjar, biex isib ’l Alla. Hekk l-“eros” jista’ jerfa’ ’l-bniedem “f’estasì” lejn id-Divin. Fl-aħħar mill-aħħar jinħtieġ li l-“eros” u l-“agape” qatt ma jinqatgħu għall-kollox minn xulxin; anzi, aktar ma t-tnejn – għalkemm fi gradi differenti – isibu bilanċ bejniethom, aktar isseħħ in-natura awtentika tal-imħabba. GĦalkemm l-“eros” għall-ewwel tibda b’xenqa, hi u tersaq lejn il-parti l-oħra, tibda tistaqsi inqas u inqas dwarha nfisha u tfittex iżjed u iżjed l-hena tal-parti l-oħra; hi tagħti ruħha lill-parti l-oħra u tibda tixtieq “tkun hemm” minħabba l-parti l-oħra. Hekk naħa ssir parti mill-parti l-oħra; u dan ikun il-mument tal-“agape.” F’Ġesù Kristu, li hu l-Imħabba ta’ Alla inkarnata, l-“eros-agape” tilħaq il-forma l-aktar radikali tagħha. F’mewtu fuq is-salib, hu wera mħabba l-iktar sublimi meta ingħata għall-fidwa u l-qawmien tal-bnedmin. Bit-twaqqif tal-Ewkaristija Hu assigura li jibqa’ jagħti ruħu taħt l-ispeċi ta’ ħobż u nbid: jibqa’ jingħata bħala manna ġdida li tgħaqqad ’il-bnedmin ħaġa waħda miegħu. Bis-sehem tagħna fl-Ewkaristija, aħna nsiru parti mill-qawwa dinamika tal-għotja tiegħu. U aħna u ningħaqdu miegħu, inkunu ningħaqdu wkoll ma’ kull wieħed li hu jgħaqqad miegħu, u hekk insiru lkoll “ġisem wieħed.” B’dan il-mod l-imħabba ta’ Alla u l-imħabba tal-proxxmu jsiru ħaġa waħda. U hekk, bis-saħħa tal-laqgħa ma’ Alla, l-“agape,” il-kmamdament doppju tal-imħabba ma jibqax iktar impost fuqna: l-imħabba setgħet tkun ikkmandata lilna għaliex qabel hi nfisha ingħatat lilna. IT-TIENI TAQSIMA L-imħabba għall-oħrajn, b’għeruqha mxenxla fl-imħabba ta’ Alla, barra milli hi dmir ta’ kull nisrani, hi wkoll dmir il-komunità ekkleżjali kollha li, fil-ħidmiet karitevoli tagħha trid tirrifletti l-imħabba Trinitarja. L-għarfien ta’ dan id-dmir kellu importanza fundamentali fil-Knisja sa mill-bidu tagħha, hekk li ma damitx ma nħasset il-ħtieġa għal ċertu grad ta’ organizzazzjoni biex dawn il-ħidmiet isiru aħjar. Hekk, fl-istruttura fundamentali tal-Knisja, nibet id-“djakonat” bħala servizz ta’ mħabba għall-oħrajn: imħabba mħarrġa flimkien u b’mod ordnat, servizz konkret, iżda wkoll spiritwali. Meta l-Knisja bdiet tixtered, il-prattika tal-karità beda jitqies bħala wieħed mill-elementi essenzjali tagħha. Il-ħidma tal-Knisja kienet għalhekk definita prinċipalment bħala dmir tripliku: it-tħabbir tal-Kelma (“kerygma-martyria”), iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti (“leiturgia”), u s-servizz tal-karità (“diakonia”). Dawn id-dmirijiet huma marbuta flimkien u ma jistgħux jinfirdu. B’danakollu, mid-dsatax-il seklu ’l hawn bdiet titqajjem oġġezzjoni fundamen¬tali kontra l-ħidma karitatevoli tal-Knisja. Ħidma bħal din, bdew jgħidu, tmur kontra l-ġustizzja u tispiċċa biex il-ħwejjeġ jibqgħu bla jitranġaw. Meta l-Knisja twet¬taq atti singoli ta’ karità, ikomplu jargumentaw, hi tkun tiffavorixxi li s-sistema nġusta attwali tibqa’ kif inhi, billi b’xi mod tkun tirrendi s-sistema sopportabbli u hekk tmewwet l-irvell kontriha, li waħdu jista’ jittransfor¬maha f’dinja aħjar. GĦaliex, kif nafu, il-Marxiżmu fittex juri li r-rimedju waħdieni għall-mard soċjali kollu kien jinsab biss f’rivoluzzjoni dinjija: ħolma li minn dak in-nhar ’l hawn sfumat fix-xejn. Kien il-Maġisteru Kattoliku – ibda mill-Enċiklika “Rerum novarum” ta’ Ljun XIII (1891), imbagħad Quadragesimo Anno (1931) ta’ Piju XI, Mater et Magistra (1961) ta’ Ġwanni XXIII, Populorum Progressio (1967) ta’ Pawlu VI, u t-tlett Enċikliċi ta’ Ġwann Pawl II: “Laborem exercens” (1981), “Sollicitudo rei socialis” (1987), u “Centesimus annus” (1991) – li għarbel il-kwestjoni soċjali b’attenzjoni dejjem ikbar, żviluppa duttrina socjali tassew kumplessa, u ssuġġerixxa linji ta’ gwida li jgħoddu wkoll għal ambjenti ’l hinn mill-konfini tal-Knisja. Il-Knisja ma tistax u m’għandhiex tieħu fuqha l-impenn politiku li toħloq u trawwem l-iktar soċjetà ġusta possibbli. Dan hu xogħol l-Istat, u l-Knisja m’għandniex teħodlu postu. Fl-istess ħin lanqas ma’ tista’ u m’għandha tibqa’ gallarija fil-ġlieda għall-ġustizzja. Il-parti tagħha hi li tinjetta l-enerġija spirit¬wali li mingħajrha l-ġustizzja, li dejjem titlob is-sagrifiċċju, la tista' żżomm u lanqas tiġi ’l quddiem. L-imħabba tibqa’ dejjem meħtieġa: l-ebda liġi tal-Istat, ġusta kemm tkun ġusta, ma tista’ teħdielha postha. Stat li jrid jipprovdi għal kollox, isir magna burok¬ratika, bla ħila li jiżgura u jipprovdi dik l-għajnuna li l-bniedem tant jeħtieġ: id-dedikazzjoni u l-imħabba personali. Min ifittex li jeqred l-imħabba, ifittex li jeqred lill-bniedem. Effett pożittiv iżda ta’ wkoll sfida tal-globalizazzjoni ta’ żmienna hu li din tipprovdi mezzi kif l-għajnuna umanitarja titwassal lil min jeħtieġha, ukoll f’pajjiżi mbiegħda: fatt li kien ġa osservat mill-Konċilju Vatikan II: “Fost is-sinjali ta’ żmienna, ta’ min jinnota b’mod partikolari, is-sens jikber dejjem bla ħadd iżommu, ta’ solidarjetà bejn il-popli.” Strutturi statali u assoċjazzjonijiet umanitarji kollha jgħinu, kulħadd bil-mod tiegħu, is-solidarjetà murija fis-soċjetà ċivili, fejn nibtu għadd ta’ organizzazz¬jonijiet filantropiċi u ta’ karità. Dan ġara wkoll fil-Knisja Kattolika. Wieħed jittama li jkun hemm kollabo¬razzjoni effettiva bejn dawn l-elementi diversi. Madanakollu huwa importanti li l-attività kreattiva tal-Knisja ma tintilifx fl-isfond ta’ karità organizzata hekk varjata u ssir sempliċi waħda mill-alternattivi. GĦal kuntrarju, fiha trid tibqa’ tilma l-essenza tal-karità nisranija. GĦalhekk: a)Il-ħidma karitevoli nisranija, minbarra li tkun professjonalment kompetenti, trid tkun ibbażata fuq l-esperjenza ta’ laqgħa personali ma’ Kristu, li mħabbtu misset il-qlub ta’ dawk li jemmnu u nisslet fihom imħabba għall-oħrajn. b)Il-ħidma karitevoli nisranija ma tridx tkun dipendenti la minn partiti u lanqas minn ideologiji. Il-programm tan-nisrani, bħal dak tas-Samaritan it-Tajjeb – jiġifieri, l-prog¬ramm ta’ Ġesù, – hu “qalb li tara fejn hemm il-ħtieġa tal-imħabba, u taġixxi skond il-ħtieġa.” c)Barra min hekk, il-ħidma karitevoli nisranija m’għandhiex tkun skuża għal dak li llum jissejjaħ proselitiżmu. L-imħabba tingħata b’xejn u ma tingħatax għal skopi¬jiet ulterjuri. Dan ma jfissirx, b’danakollu, li l-ħidma nisranija għandha tħalli ’l Alla u lil Kristu fil-ġenb. L-insara għandhom ikunu jafu meta hu l-waqt li titkellem dwar Alla, u meta jaqbel li tibqa’ sieket u tħalli l-imħabba titkellem weħedha. L-innu lill-imħabba ta’ San Pawl irid ikun il-“Magna Charta” tal-qadi kollu tal-Knisja, u jħarsu milli jiddiġenera f’sempliċi attiviżmu. F’dan il-kuntest u quddiem is-sekulariżmu imminenti li jipperikola wkoll li jiskoraġġixxi lil ħafna nsara mogħtija għal xogħol ta’ karità, irridu naffermaw mill-ġdid l-importanza t-talb. Ħajja mgħixa f’kuntatt ma’ Kristu tiżgura li l-skjera immensa ta’ ħtiġiet li jitolbu rimedju, imqabbla mar-riżorsi limitati għal dan ix-xogħol karitevoli, ma taqtagħlniex qalbna. Fl-istess ħin lanqas tħallina nitkaxkru minn ideoloġiji immirati li jibdlu b’mod drastiku d-dinja. Hi “l-fidi li taħdem permezz tal-imħabba” (Gal 5:6) ta’ Kristu li trid tqanqalna għall-imħabba ta’ għajrna: “L-imħabba ta’ Kristu trossna” (2 Kor 5:14). Il-ħsieb li fi Kristu Alla ingħata għalina saħansitra sal-mewt, għandu jqanqalna biex ngħixu mhux iktar għalina nfusna, imma għalih, u miegħu, ngħixu għall-oħrajn. Min jitlob ma jkunx jaħli ħinu, għalkemm is-sitwazzjoni tkun qisha titlob azzjoni weħedha; lanqas ma jkun ifittex li jibdel jew jikkoreġi l-pjan ta’ Alla. Għal kuntrarju, fuq l-eżempju ta’ Marija u l-qaddisin, hu jkun ifittex jikseb minn Alla d-dawl u l-qawwa tal-imħabba, li tegħleb kull dalma u egoiżmu preżenti fid-dinja. Kanonizzazzjonijiet Ħafna mill-kanonizzazzjonijiet tiegħu, il-Papa Benedittu XVI, iċċelebrahom fix-xahar ta' Ottubru, minbarra fl-2007. Il-Papa Benedittu XVI iċċelebra l-ewwel kanonizzazzjonijiet tiegħu fit-23 ta' Ottubru 2005 fi Pjazza San Pietru meta kkanonizza lil Josef Bilczewski, Alberto Hurtado SJ, Zygmunt Gorazdowski, Gaetano Catanoso, u Felice da Nicosia. Dawn immarkaw l-għeluq tas-Sinodu tal-Isqfijiet u s-Sena tal-Ewkaristija. Il-Papa kkanonizza lill-Isqof Rafael Guizar y Valencia, Madre Theodore Guerin, Filippo Smaldone, u Rosa Venerini fil-15 ta' Ottubru 2006. Matul iż-żjara tiegħu fil-Brażil fl-2007, il-Papa kkanonizza lil Frei Galvão fil-11 ta' Mejju, filwaqt li l-Malti Dun Ġorġ Preca, fundatur tal-M.U.S.E.U.M., Szymon ta' Lipnica, Charles ta' Mount Argus, u Marie-Eugénie de Jésus kienu kkanonizzati fil-Vatikan fit-3 ta' Ġunju 2007. Preca huwa l-ewwel qaddis Malta kanonizzat. F'Ottubru 2008 ġew ikkanonizzati: Santa Alfonsa tal-Indja, Gaetano Errico, Narcisa de Jesus Martillo Moran, u Maria Bernarda Bütler. F'April 2009 kkanonizza lil Arcangelo Tadini, Bernardo Tolomei, Nuno Álvares Pereira, Geltrude Comensoli, u Caterina Volpicelli. F'Ottubru tal-istess sena kkanonizza lil Jeanne Jugan, Jozef Damian de Veuster, Zygmunt Szczęsny Feliński, Francisco Coll Guitart u Rafael Arnáiz Barón. Fis-17 ta' Ottubru 2010, kkanonizza lil André Bessette, Stanislaw Soltys, Giulia Salzano, Camilla Battista da Varano, Candida Maria de Jesus Cipitria y Barriola u Mary MacKillop. Fit-23 ta' Ottubru 2011, ikkanonizza lil Bonifacia Rodriguez y Castro, l-Isqof Guido Maria Conforti, u Luigi Guanella. Fil-21 ta' Ottubru 2012 se jikkanonizza lil Kateri Tekakwitha, l-ewwel qaddisa Amerikana Indjana, Marianne Cope, soru li ħadmet mal-lebbrużi tal-Hawaii, Giovanni Battista Piamarta, Jacques Berthieu missjunarju Franċiż u martri fl-Afrika, Carmen Salles y Barangueras, Peter Calungsod, katekist martri fil-Filippini, u Anna Schaffer. Pożizzjonijiet fuq kwistjonijiet morali Kontroll tat-Twelid u HIV u AIDS Il-Papa Benedittu XVI qal li l-użu tal-kondom huwa aċċettabbli f’ċerti każi, l-iktar biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni bl-HIV. Dawn il-kummenti u oħrajn jinsabu fi ktieb li kien ippubblikat fit-23 ta' Novembru 2010, intitolat ‘Id-dawl tad-Dinja:Il-Papa, il-Knisja u S-Sinjali taż-Żminijiet’ – ktieb ibbażat fuq serje ta’ intervisti li l-Papa ta lill-ġurnalist kattoliku Ġermaniż, Peter Seewald, li jingħad li hu eks komunista u li kkonverta għall-Kristjaneżmu wara laqgħat mal-Papa Ratsinger. Siltiet mill-ktieb kienu ppubblikati fil-gazzetta tal-Vatikan L’Osservatore Romano fil-ħarġa tal-20 ta' Novembru 2010. Meta kien mistoqsi direttament jekk il-Knisja Kattolika hix fundamentalment kontra l-użu tal-kondom, il-Papa qal li l-użu tal-kondom jista’ jkun ġustifikat skont il-każ partikolari, u dan partikolarment fil-prevenzjoni ta’ tixrid tal-mard bħall-HIV u l-AIDS. Fisser li l-Knisja, fil-kondom ma tarax soluzzjoni reali u morali. Żied li f’ċerti każi, fejn l-intenzjoni hi li jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni, jista’ jkun l-ewwel pass lejn ieħor, lejn sesswalita’ aktar umana. Dwar prevenzjoni kontra mard trasmess sesswalment, il-Vatikan dejjem tkellem dwar astinenza. Gruppi kattoliċi li jaħdmu biex tkun missielta l-HIV laqgħu pożittivament il-kummenti tal-Papa. Lura għal Marzu 2009 waqt żjara fl-Afrika, kummenti tal-Benedittu XVI kontra t-tqassim tal-kondoms kienu ġabu reazzjonijiet madwar id-dinja kollha. Sadanittant, Papa Ratzinger saħaq li l-użu tal-kondom biss, mhux se jsolvi l-problema tal-HIV u l-AIDS. Qal li hemm iktar xi jsir. Intant, il-ktieb, li kien tradott f’madwar 18-il lingwa, jindirizza kwistjonijiet oħra wkoll, li jinkludu l-iskandli marbuta ma’ abbużi sesswali minn membri tal-kleru, ċ-ċelebat u l-ordinazzjoni saċerdotali tan-nisa. L-Ambjent Fil-messaġġ ta’ Jum il-Paċi fil-bidu tas-sena ġdida 2010, bl-isem Jekk trid il-paċi ħares il-ħolqien, il-Papa stqarr li l-paċi dinjija hi mhedda min-nuqqas ta’ rispett li għandu jkollna lejn in-natura. Huwa jgħid li l-kriżi ekoloġika qiegħda tikber u tkun imġiba irresponsabbli li wieħed ma jiħux bis-serjetà din is-sitwazzjoni: "Nistgħu nibqgħu bierda quddiem il-problemi marbutin ma’ realtajiet bħall-bidla fil-klima, it-tifrix tad-deżert, in-nuqqas ta’ produttività f’naħiet kbar tal-biedja, it-tniġġis tax-xmajjar, in-nuqqas ta’ bijodiversità, iż-żieda ta’ katastrofi naturali u d-deforestazzjoni ta’ żoni ekwatorjali u tropikali? Nistgħu ma nagħtux kas il-għadd dejjem jikber ta’ “refuġjati ambjentali”, nies li qegħdin ikunu mġiegħlin mill-qagħda ħażina tal-għamara naturali tagħhom biex jabbandunawha? Nistgħu nibqgħu bierda quddiem it-tilwim dwar aċċess għar-riżorsi naturali? Dawn kollha huma problemi b’effett profond fuq it-tħaddim tal-jeddijiet tal-bniedem bħalma huma l-jedd għall-ħajja, għall-ikel, għas-saħħa u għall-iżvilupp?" Wara li semma s-sintomi tal-problemi marbutin mal-ambjent, il-Papa jgħid li dan kollu jitlob reviżjoni profonda u fit-tul tal-istil tal-ħajja tal-bnedmin. Il-bnedmin iridu jiskopru mill-ġdid dawk il-valuri li jistgħu jservu ta’ sisien sodi għall-bini ta’ ġejjieni isbaħ għal kulħadd. Għax hu jgħid li l-kriżijiet preżenti kollha – ekonomiċi, ambjentali, f’rabta mal-ikel jew soċjali – kollha huma fl-aħħar mill-aħħar kriżijiet morali u kollha għandhom rabta bejniethom. Benedittu XVI igħid li l-bnedmin fehmu ħażin il-kmand li tahom Alla biex “jaħkmu l-art”. Huma sfruttaw il-ħolqien bix-xewqa li jkollhom ħakma assoluta fuqu. Iżda t-tifsira vera tal-kmand oriġinali t’Alla ma kienx sempliċi għotja t’awtorità imma iżjed sejħa għar-responsabbiltà. Il-bniedem ma kellux ikun tirann fuq in-natura imma kellu d-dmir li jħaddem amministrazzjoni responsabbli fuq il-ħolqien, jieħu ħsiebu u jaħdmu. Jidher ċar li l-isfruttar ambjentali qed jipperikola serjament l-ammont ta’ riżorsi naturali mhux biss għall-ġenerazzjoni preżenti imma fuq kollox għal dik tal-ġejjieni. Il-qasam ekonomiku jrid iqis il-fatt li “kull deċiżjoni ekonomika għandha konsegwenza morali” u għalhekk irid jintwera rispett dejjem ikbar għall-ambjent. Il-kriżi ekoloġika turi l-ħtieġa ta’ solidarjetà, għax din il-kriżi ġejja b’riżultat tar-responsabbiltà storika tal-pajjiżi industrijalizzati waqt li l-pajjiżi inqas żviluppati mhumiex eżenti mir-responsabbiltajiet tagħhom dwar il-ħolqien, għax il-ħtieġa ta’ passi ambjentali effettivi torbot lil kulħadd. Il-Papa jgħid li hu qed jipproponi li jibda jseħħ mudell ta’ żvilupp mibni fuq iċ-ċentralità tal-persuna umana, fuq l-attenzjoni u s-sehem fil-ġid komuni, fuq ir-responsabbiltà, fuq il-ħtieġa ta’ stil mibdul ta’ ħajja, u fuq il-prudenza, il-virtù li tgħidilna x’hemm bżonn isir illum b’rabta ma’ dak li jista’ jiġri għada. Fir-rabta tal-bniedem mal-ambjent għandu jkun inkoraġġit it-tiftix fil-mod effettiv kif tista’ titħaddem l-enerġija tax-xemx u kif tinstab soluzzjoni għall-problema dinjija tal-ilma li hija ta’ importanza primarja għall-ħajja fid-dinja. Hawn tidħol it-teknoloġija li dwarha l-Papa kien qal band’oħra li “it-teknoloġija qatt mhi sempliċiment teknoloġija. Hija turi x’inhu l-bniedem u x’inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħu għall-iżvilupp; hija tfisser it-tensjoni interna li twasslu biex bilmod jegħleb il-limitazzjonijiet materjali. It-teknoloġija f’dan is-sens hija tweġiba għall-kmand t’Alla biex jaħdem u jaħkem l-art fdata f’idejn il-bniedem u għandha sservi biex issaħħaħ il-patt bejn il-bnedmin u l-ambjent, patt li għandu jkun mera tal-imħabba ħallieqa f’Alla.” Ir-reviżjoni tal-istil tal-ħajja jitlob li jkunu eżaminati l-mudelli preżenti ta’ konsum ta’ produzzjoni, li ħafna drabi mhumiex sostenibbli mill-aspett soċjali, ambjentali u anke ekonomiku. Il-Papa jitkellem fuq l-edukazzjoni għall-paċi. Din l-edukazzjoni trid tibda b’deċiżjonijiet kbar min-naħa ta’ individwi, familji, komunitajiet u stati. Aħna lkoll responsabbli għall-ħarsien u l-kura tal-ambjent. Din ir-responsabbiltà ma għandhiex fruntieri. Huwa importanti li kulħadd fil-livell proprju tiegħu jagħti sehmu biex jitrażżnu l-interessi partikolari.F’din l-edukazzjoni għandhom post speċjali l-gruppi differenti preżenti fis-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu b’determinazzjoni u ġenerożità għat-tixrid tar-responsabbiltà ekoloġika, responsabbiltà li trid tkun dejjem iżjed ankrata mar-rispett għall-“ekoloġija umana”. Anke l-mezzi ta’ komunikazzjoni jridu jagħtu sehemhom billi joffru mudelli pożittivi li jservu ta’ ispirazzjoni. Irid isir sforz komuni għax jekk parti mid-dinja naturali titgħarraq, l-effett tagħha jinħass minn kulħadd. U hawn tidħol ukoll is-sejħa lill-komunità internazzjonali biex ikun żgurat id-diżarm progressiv ħalli jinħoloq ambjent ħieles mill-armi nukleari għax il-preżenza tagħhom thedded il-ħajja tad-dinja u l-iżvilupp sħiħ tagħha issa u għal li ġej. Il-Knisja għandha responsabbiltà fejn jidħol il-ħolqien, biex ikunu mħarsin l-art, l-ilma u l-arja bħala doni t’Alla għal kulħadd, u fuq kollox biex issalva l-bniedem mill-periklu li jeqred lilu nnifsu. Ma nistgħux ninsew il-fatt importanti li ħafna nies iġarrbu l-paċi u t-trankwillità, it-tiġdid u s-saħħa meta jiġu qrib il-ġmiel u l-armonija tan-natura. Ħaġa tmur mal-oħra: meta nieħdu ħsieb in-natura, nintebħu li Alla, bin-natura, jieħu ħsiebna. Fit-tagħlim tagħha dwar l-ambjent il-Knisja żżomm it-triq bilanċjata – waqt li l-Ħallieq ta lill-bniedem il-post ta’ amministratur b’responsabbiltà għall-ħolqien, qallu biex din ir-responsabbiltà la jista’ jabbuża minnha u lanqas jaħrab minnha. Li jħares l-ambjent naturali biex jibni dinja ta’ paċi huwa dmir ta’ kulħadd. Hija sfida urġenti; hija wkoll opportunità providenzjali biex ngħaddu lil ta’ warajna ġejjieni aħjar għal kulħadd. “Jalla dan ikun ċar għall-mexxejja dinjija u għal dawk f’kull livell li huma responsabbli mill-ġejjieni tal-bnedmin: il-ħarsien tal-ħolqien u s-seħħ tal-paċi huma marbutin b’rabta fil-fond!” L-Abbużi Sesswali fil-Knisja Kattolika Il-ġurnalist Kattoliku Amerikan, John Allen, kiteb li f’intervista li l-Kardinal Ratzinger f’Novembru 2002 kien stqarr li l-media qed tonfoħ il-problema tal-iskandli sesswali fil-Knisja. Madankollu, fis-snin ta’ wara, il-Kardinal Ratzinger biddel kompletament l-atteġġjament tiegħu u kien determinat li jnaddaf il-ħmieġ fi ħdan il-Knisja, atteġġjament li ssokta kemm ilu li laħaq Papa. Minħabba r-retiċenzi f’bosta livelli tal-Knisja fir-rigward tal-abbużi sesswali, l-istess Kardinal Ratzinger kien għamel pressjoni biex il-każi kollha ta’ abbuż sesswali jibdew jaqgħu taħt il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. Fil-fatt, qabel Mejju tal-2001, tali każijiet kienu jiġu trattati minn dipartimenti differenti tal-Kurja Romana. Dan il-Papa li għamel ħafna aktar mill-predeċessuri tiegħu biex jeqred l-abbużi sesswali fost membri tal-kleru, kif jidher mill-każ tal-Leġjonarji ta’ Kristu. Fil-każ tal-iskandlu tal-pedofilija fl-Irlanda, il-Papa Benedittu XVI wera ruħu rrabjat quddiem is-skiet tal-isfqijiet fil-kwistjoni tal-pedofilija, u bagħat għall-isqfijiet tas-26 djoċe­si tar-Repubblika Irlandiża u meta resqu quddiemu tahom ittra li kiteb hu biex tinqara lill-poplu nisrani ta’ dak il-pajjiż, u semma “proċeduri mhux xierqa biex ikunu mistħarraġa l-kandidati għas-­saċer­dozju u għall-ħajja reliġjuża: formazzjoni umana, morali, intellettwali u spiritwali nieqsa fis-seminarji u fil-novizzjati; tendenza fis-soċjetà li tiffavorixxi l-kleru u nies oħrajn t’awtorità, iżjed milli attenzjoni għall-isem tajjeb tal-Knisja. U semma x’kien ir-riżultat: “Id-dawl tal-Evanġelju nxteħet fuqu dell li qatt ma nxteħetlu tul mijiet ta’ snin ta’ persekuzzjoni!” Il-Papa indirizza hekk lill-vittmi tal-pedofilja ta’ xi saċerdoti: “Wieħed jifhimha li intom ssibuha bi tqila biex taħfru u tinħabbu mill-ġdid mal-Knisja. F’isimha nfissrilhom fil-beraħ il-mistħija u r-rimors li aħna lkoll inħossu. Fl-istess ħin nit­lob­kom biex ma titilfux it-tama.” Lill-ġenituri tal-vittmi qallhom li hu jagħraf “kemm intom diżappuntati fil-fond meta tafu bil-ħwejjeġ tal-waħx li ġraw f’dak li messu kien l-ambjent l-iżjed żgur.” Għas-saċerdoti ħatjin, Bene­dittu XVI kellu dan il-kliem qawwi: “Intom ittradejtu l-fid­uċ­ja mqegħ­da fikom minn tfal inno­ċenti u mill-ġenituri tagħ­hom. Intom tridu tagħtu kont ta’ dan quddiem Alla li jista’ kollox, kif ukoll quddiem il-qrati magħmulin apposta. Intom tlif­tu l-istima tan-nies fl-Irlanda u tfajlu l-mistħija u diżunur fuq sħabkom. Dawk fostkom li huma saċerdoti ksirtu l-qdusija tas-sagrament tal-ordni sagri li fih Kristu juri ruħu preżenti fina u fl-għemejjel tagħna.” Il-Papa kellu kelma anke lis-saċerdoti u reliġjużi onesti li fl-opinjoni pubblika weħlu mal-ħatjin u jinsabu ttentati bl-iskoraġġiment: “Naf li f’għajnejn ċerti nies intom dhertu ħatjin għax assoċjawkom mal-ħatjin, u li b’xi mod intom responsabbli tal-iżbalji ta’ ħaddieħor. F’dan il-waqt ta’ tbatija, jien rrid nixhed għad-dedikazzjoni tal-ħajja saċerdotali u reliġjuża tagħkom u tal-ħidma tagħkom, jien nistedinkom biex tistqarru mill-ġdid il-fidi tagħkom fi Kristu.” Lill-isqfijiet tal-Irlanda l-Papa qalilhom: “Saru żbalji gravi fid-deċiżjonijiet u nuqqasijiet fit-tmexxija. Dan kollu hedded serjament il-kredibiltà u l-ħila tagħkom… Ikkoperaw mal-awto­ritaijiet ċivili u ftakru li l-popolazzjoni Irlandiża tistenna minnkom bir-raġun li tkunu bnedmin t’Alla, li tkun qaddisin.” Lill-Kattoliċi kollha Irlandiżi l-Papa għamlilhom sejħa: “Il-ħsieb tiegħi hu li nħeġġiġkom ilkoll, bħala poplu t’Alla li jinsab fl-Irlanda, biex tirriflettu fuq il-ġerħat li ġarrab il-ġisem ta’ Kristu, fuq ir-rimedji, xi drabi dolorużi, meħtieġa biex jittaffu u jitfejqu, u fuq il-ħtieġa ta’ għaqda, ta’ mħabba u t’għajnuna lil xulxin fil-proċess twil ta’ qawmien u tiġdid fil-Knisja.” F’ittra lis-seminaristi kollha tad-dinja f'Ottubru 2010, il-Papa Benedittu XVI tkellem fuq il-każi ta’ abbużi sesswali u kif dawn ma jnaqqsux il-valur tal-saċerdozju. Il-Papa Benedittu enfasizza li l-mewġa ta’ akkużi li għaddiet minnhom dan l-aħħar il-Knisja, ħallew impatt negattiv. Il-Papa qal li minkejja li kien hemm xi qassisin li ma rrispettawx il-ministeru tagħhom u wettqu abbużi sesswali fuq tfal u adolexxenti, madankollu l-azzjonijiet tagħhom ma jistgħux jinfirxu fuq ix-xogħol li jwettqu ħafna qassisin oħrajn madwar id-dinja. Tkellem ukoll fuq kif ħafna qassisin huma kapaċi jgħixu ħajja fiċ-ċelibat u kapaċi jagħtu xiehda ta’ umanità pura u matura. Lis-seminaristi, huwa qalilhom biex jieħdu ċ-ċelibat bis-serjetà ħafna għaliex dan jinvolvi l-integrazzjoni sesswali fil-personalità sħiħa. Meta dan ma jseħħx, is-sesswalità, skont il-Papa, issir banali u distruttiva. Fl-istess waqt, il-Papa għaraf li fid-dawl tal-każi ta’ abbużi sesswali, il-Knisja għandha tiftaħ aktar għajnejha u toqgħod attenta meta tevalwa l-vokazzjonijiet. Vjaġġi Il-Papa ġa għamel bosta Missjonijiet Appostoliċi kemm fl-Italja kif ukoll f’pajjiżi oħra: darbtejn fil-Ġermanja u Spanja, u darba l-Polonja, Franza, it-Turkija, il-Brażil, l-Awstrija, l-Amerika, l-Awstralja, Kamerun, Angola, il-Lvant Nofsani, Repubblika Ċeka, Malta, il-Portugal, Ċipru u l-Ingilterra. F'Malta Nhar is-Sibt 17 t'April 2010 il-Papa Benedittu għamel l-ewwel żjara qasira tiegħu f'Malta. Fl-ewwel diskors tiegħu fl-Ajruport ta' Malta il-Papa għamel sejħa qawwija favur iż-żwieġ u l-familja. Hu qal li pajjiżna għandu jibqa’ jappoġġja l-għaqda taż-żwieġ bħala istituzzjoni kemm naturali u kemm sagramentali, u n-natura vera tal-familja, bl-istess mod li tappoġġja l-qdusija tal-ħajja umana mill-konċepiment sal-mewt naturali, u r-rispett xieraq dovut lil-libertà reliġjuża b’modi li jwasslu lill-individwi u lis-soċjetà għal żvilupp integrali awtentiku. Qal li Malta għandha ħafna x’tikkontribwixxi fuq kwistjonijiet tant diversi bħat-tolleranza, reċiproċità, immigrazzjoni, u kwistjonijiet oħrajn li huma kruċjali għall-futur tal-Ewropa. Semma kif Malta għandha rabtiet mill-qrib mal-Lvant Nofsani, mhux biss f’termini kulturali u reliġjużi iżda saħansitra lingwistiċi. Filgħaxija l-Papa żar il-Grotta ta' San Pawl fir-Rabat, fejn għamel mument ta’ riflessjoni u talb. Wara, fid-diskors li għamel fil-Pjazza tar-Rabat qal li Nhar il-Ħadd 18 t'April 2010 il-Papa kkonċelebra Quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana. Fl-omelija tiegħu, il-Papa qal li sa mill-wasla tiegħu nhar is-Sibt filgħaxija, ingħata l-istess merħba mill-qalb li l-antenati Maltin taw lill-Appostlu San Pawl fis-sena 60. Filwaqt li qal li San Ġorġ Preca għandu jservi bħala mudell għall-poplu Malti, il-Papa ħeġġeġ lill-Maltin biex ikomplu jgħożżu l-fidi u l-valuri li kienu mwassla lilhom minn San Pawl. L-iktar aħbar li ġibdet l-attenzjoni tal-media lokali u internazzjonali, kienet il-laqgħa li l-Papa kellu, ftit wara l-Quddiesa, mal-allegati vittmi ta’ abbuż sesswali minn saċerdoti Maltin, li fiha l-Papa assigurahom li l-Knisja kienet se tkompli tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet u wiegħed li jimplimenta miżuri meħtieġa biex jiggarantixxi li każijiet simili ma jerġgħux iseħħu. Wara nofsinhar il-Papa kellu laqgħa maż-żgħażagħ fil-Valletta Waterfront. Fis-5.40 p.m. l-Papa mill-Kalkara rikeb il-katamaran “San Pawl”, akkumpanjat minn żewġ ‘patrol boats’ li wasslu sal-Valletta Waterfront. Meta wasal ħden il-moll, il-katamaran għadda viċin tal-art fejn il-Papa beda jsellem liż-żgħażagħ. Ħdejh kien hemm fost oħrajn grupp ta’ żgħażagħ li qagħdu ħdejh tul il-vjaġġ ta’ 20 minuta mill-Kalkara kif ukoll l-isqfijiet Maltin. Kif wasal sar diskors mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech u wara indirizzi qosra minn numru ta’ żgħażagħ. F’diskors li għamel, Benedittu XVI qal li s-soċjetà Maltija hi mgħaddsa fil-fidi u l-valuri Nsara, u qal li ż-żgħażagħ għandhom ikunu kburin li Malta hija pajjiż li jiddefendi t-trabi li għadhom ma twildux u ħeġġeġ ħajja tal-familja stabbli billi l-Maltin jgħidu le għall-abort u d-divorzju. Iż-Żjara waslet fi tmiemha għall-ħabta tat-8.15 p.m meta l-Papa telaq b’titjira lejn Ruma mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Awtur Fost id-diversi kotba tiegħu nsibu “Introduzzjoni għall-Kristjaneżmu” (1968), ġabra ta’ diskorsi li kien ta fl-Università dwar il-Kredu tal-Appostli; “Domma u Predikazzjoni”(1973) antoloġija ta’ esejs, priet ki u riflessjonijiet ta' xeħta pastorali, "Ir-Rapport Ratzinger" (1985)ktieb forma ta’ intervista dwar il-qagħda tal-Fidi, u “Melħ tal-Art” (1996) u "Ġesù ta' Nazaret" (2007). Ġesù ta' Nazaret Fil-kelmtejn ta’ qabel tal-ktieb, il-Papa jagħmilha ċara li l-punt li fuqu hu mibni l-ktieb hu li “Mingħajr rabta ma’ Alla l-persuna ta’ Ġesù tidher dell irreali u ma titfissirx”. Hu jittratta lil Ġesù min-naħa tal-għaqda mal-Missier, li hija ċ-ċentru tal-personalita’ tiegħu, u mingħajrha wieħed ma jifhem xejn, fil-waqt li permezz tagħha Ġesù jsir preżenti fostna llum. B’Ġesù, Alla daħal tabilħaqq fl-istorja reali. Jekk inwarrbu din l-istorja, il-fidi Nisranija fiha nfisha tispiċċa fix-xejn u tinbidel f’forma oħra ta’ reliġjon. Il-Papa jkompli jgħid li huwa pprova jippreżenta lil Ġesù tal-Vanġeli bħala Ġesù l-veru, Ġesù tal-istorja fis-sens uniku. Ġesù tal-Vanġeli huwa figura storikament bis-sens u konvinċenti. Il-Papa jgħid li dan il-ktieb huwa frott tal-istudju personali tiegħu fuq “il-wiċċ” tal-Mulej” (S 27:8), li ilu sejjer is-snin. Huwa jkompli jgħid li billi ma jafx kemm sa jingħata żmien u saħħa, iddeċieda li jippublika l-ewwel għaxar kapitli, dawk mill-Magħmudija fil-Ġordan sa l-istqarrija ta’ Pietru u t-Trasfigurazzjoni, bħala l-ewwel ktieb. Fit-tieni parti bi ħsiebu jittratta t-tfulija ta’ Ġesù imma deherlu li kien aktar urġenti li jippreżenta l-figura u l-messaġġ ta’ Ġesù fl-attivita’ pubblika tiegħu, biex jgħin lill-qarrejja ikabbru relazzjoni ħajja miegħu. Interessi Ħuh Georg jirrakkonta li sa minn ċkunitu, Joseph kien iħobb in-natura u l-annimali. L-istess bħall-bqija tal-familja tiegħu, Joseph Ratzinger iħobb il-mużika. Anki bħala Papa, fil-vakanzi tiegħu jqatta’ ħin idoqq il-pjanu. Missierhom kien iħobb jigbor il-familja kollha madwaru biex ikantaw waqt li huwa kien idoqq iċ-ċetra. F’Marktl am Inn kien hemm banda maghrufa li kienet taffaxxina lil Joseph u lil ħuh. Georg kompla jistudja l-muzika u eventwalment sar direttur tal-kor ta’ Domsplatzen f’Regensburg. Il-kompozituri preferiti tal-Papa huma Mozart u Bach. Benedittu XVI ihobb jimxi hafna. Minn meta kien elett Papa, kellu jnaqqas il-mixi, izda xorta wahda, ta’ kuljum, filghaxija jmur jimxi fil-gonna tal-Vatikan. Il-Papa jhobb hafna l-ikel tal-Bavarja, fosthom soppa tal-ghagina, il-gulash u l-ispazle. Meta fl-2005, ftit wara l-elezzjoni tieghu bhala Papa, Benedittu XVI zar id-dar tieghu ta’ Pentling, fil-Bavarja, flimkien ma huh Georg sajru u kielu flimkien kif kienu soltu jaghmlu, izda ma hallewhomx jahslu l-platti! L-imħabba lejn il-qtates Meta kien Kardinal, Ratzinger spiss kien jagħmel prietki fil-Knisja Ġermaniża f’Campasanto Teutonico biswit il-Bażilika ta’ San Pietru f’Regensburg, imma l-iktar diskussjonijiet li kien ikollu jkunu għal qalbu kienu dawk li kienu jsiru wara li kien iqaddes. Konrad Baumgartner, il-Kap tad-Dipartiment tat-Teoloġija fl-Università ta’ Regensburg, stqarr li darba minnhom kien għamel żjara f’din il-Knisja. “Wara hu mar fiċ-ċimiterju l-antik wara l-Knisja. Kienet mimlija qtates, u meta ħareġ, huma lkoll ħarġu jiġru lejh,” stqarr Baumganter. “Kollha kienu jafuh u kienu jħobbuh,” żied jgħid Baumgartner. “Hu qagħad hemm, imelles xi wħud minnhom u jkellimhom għal żmien pjuttost twil,” żied jgħid Baumgartner.“Kien iżur il-qtates kull meta żar il-Knisja. L-imħabba tiegħu għall-qtatas hi pjuttost magħrufa.” Dan wassal lil Benedittu XVI biex fl-2007 jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal ktieb tat-tfal li jirrakkonta l-istorja ta’ ħajtu mil-lenti ta’ qattus. Il-ktieb, li ngħata t-titlu ta’ “Joseph u Chico”, inkiteb minn Jeanne Perego mill-Milan. Il-ktieb jirrakkonta l-ħajja tal-Papa mill-għajnejn ta’ Chico, qattus ġinġri ta’ disa’ snin. F’44 paġna, Chico jirrakkonta l-memorji taż-żgħożija ta’ Joseph Ratzinger waqt li kien qed jikber f’familja fir-reġjun tal-Bavarja fl-era tal-Ġermanja taħt il-ħakma ta’ Adolf Hitler. Il-ktieb isegwi wkoll l-ewwel snin tiegħu fis-saċerdozju u jintemm bil-ħatra ta’ Ratizger bħala l-Kap tal-Knisja Kattolika fit-18 ta’ April 2005. Fil-fatt, Chico jiżvela kif waqt Milied minnhom kien attakka lill-Kardinal Ratzinger u ħallielu bosta grif f’wiċċu. “Ħafirli minnufih,” stqarr Chico fil-ktieb. Ironikament, l-awtriċi tal-ktieb qatt ma ltaqgħet mal-Papa. Iżda l-ktieb tagħha hu mimli dettall, tpinġijiet, kif ukoll xi messaġġ nisrani. L-introduzzjoni għall-ktieb inkitbet minn Dun Georg Ganswein, is-Segretarju Personali tal-Papa. Dan ifisser li l-Papa aktarx li qara l-ktieb innifsu jew inkella ta l-permess tiegħu għall-pubblikazzjoni tiegħu. Fl-introduzzjoni Dun Georg fisser kif dan il-ktieb kien “storja unika” tal-Papa Benedittu XVI. Wara vjaġġ ta’ 20 siegħa fil-bidu taż-żjara pastorali fl-Awstralja f’Mejju 2008, għall-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, il-Papa Benedittu XVI ingħata qattus missellef mingħand xi ħadd u pjanu ntunat biex jistrieħ mit-tul tal-vjaġġ. Il-Papa għamel ġurnata għall-mistrieħ f’post għall-irtir Kattoliku f’Sydney biex jikseb lura l-konċentrazzjoni tiegħu wara vjaġġ pjuttost twil. Danny Casey, kelliem għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, kien ikkonferma li l-organizzaturi kienu saħansitra ssellfu qattus biex iżomm kumpanija lill-Papa. “Ridna nagħmluha dar verament li tilqgħek għall-Papa u biex tkun post fejn hu seta’ jiċċarġja l-batteriji tiegħu wara l-itwal vjaġġ li qatt għamel,” Casey kien qal lil stazzjon ta’ radju privat fl-Awstralja. Riżenja Nhar il-11 ta' Frar 2013, huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Papa fit-28 tal-istess xahar, xi ħaġa li kienet ilha ma tiġri mill-1415 meta Papa Girgor XII kien irriżenja wara talba mill-Konċilju ta' Kostanza. L-iktar Papa magħruf li abdika kien Papa Ċelestinu V fl-1294 wara biss 4 xhur. Il-Papa ser jibqa' jilbes il-libsa bajda mingħajr Mozzetta. Madankollu, mhux ser jibqa' jilbes il-kappa u ż-żarbun aħmar, u minflok għażel li jilbes żarbun kannella. Fid-data magħżula, il-Papa abdika u b'hekk ġie ddikjarat żmien ta' "Sede Vacante", espressjoni li tfisser li s-siġġu tal-Papa issa huwa vakanti. Bħala Papa Emeritu, Benedittu baqa' jissejjaħ bħala "il-Qdusija Tiegħu", u baqa' jilbes il-libsa bajda ta' Papa. Huwa rari jidher fil-pubbliku. Il-ftit drabi li deher, ħafna minnhom għamilhom fil-preżenza tas-suċċessur tiegħu, Papa Franġisku, u qatt ma esprima ideat kuntrarji għal tiegħu. Franġisku min-naħa tiegħu dejjem semmieh b'tifħir u b'rispett f'kull okkażjoni Mewt u funeral Fit-28 ta’ Diċembru 2022, il-Papa Franġisku fi tmiem l-udjenza tiegħu qal li Benedittu kien “marad ħafna” u talab lil Alla biex “jfarrġu u jsostnih f’din ix-xhieda ta’ mħabba lejn il-knisja sal-aħħar”. Fl-istess jum, id-direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede,Matteo Bruni, stqarr li “Fl-aħħar ftit sigħat kien hemm aggravament tas-saħħa [ta’ Benedittu] minħabba l-età avvanzata” u li Benedittu kien taħt kura medika. Stqarr ukoll li wara l-udjenza ta’ Franġisku, dan tal-aħħar mar fil-monasteru Mater Ecclesiae fejn kien Benedittu. Benedittu miet fil-31 ta’ Diċembru 2022 fid-9:34 AM CET fir-residenza tiegħu fil-Vatikan. Kellu 95 sena. Funeral Mit-2 ta’ Jannar 2023, il-katavru ta' Benedettu kien espost fil-Bażilika ta’ San Pietru. Il-funeral sar fiil-5 January 2023 fi Pjazza San Pietru fid 9:30 am u kien iċċelebrat mill-Papa Franġisku u l-kardinal Giovanni Battista Re. L-Isqof Georg Ganswein, is-segretarju personali tiegħu mill-2003, u l-Isqof Diego Ravelli, għalliem taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, kienu preżenti ukoll għall- funeral. Din kienet l-ewwel darba li Papa attenda funeral għall-predeċessur tiegħu. In-New York Times iddeskriviet dan bħala "preċedent mhux tas-soltu". Attendew il-funderal aktar minn 100,000 persuna minkejja temp kiesaħ. Referenzi Knisja Kattolika Benedittu XVI Twieldu fl-1927 Benedittu XVI Mietu fl-2022
3266
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ludwig%20van%20Beethoven
Ludwig van Beethoven
Ludwig van Beethoven (; Bonn, 17 ta' Diċembru 1770 – Vjenna, 26 ta' Marzu 1827) kien kompożitur Ġermaniż li x-xogħol tiegħu jinfirex mill-perjodu klassiku sal-bidu tar-Romantiċiżmu. Bħala l-aħħar rappreżentant tal-klassiċiżmu Vjenniż (wara Gluck, Haydn u Mozart), Beethoven ħejja t-triq għall-evoluzzjoni lejn ir-Romantiċizmu fil-mużika u influwenza l-mużika tal-Punent matul parti kbira tas-seklu 19. Kien inkomparabbli ("Tagħtini l-impressjoni li inti bniedem b'ħafna mħuħ, ħafna qlub u ħafna rwieħ" qallu Haydn qrib l-1793) u esprima l-arti tiegħu fil-forom kollha tal-mużika. Minkejja li l-mużika sinfonika kienet il-kawża prinċipali tal-popularità universali tiegħu, kienet il-kitba pjanistika u l-musica da camera li għamlu l-ikbar impatt. Bil-qawwa tar-rieda tiegħu rebaħ fuq it-tiġrib li ġabitlu t-traġedja tat-truxija u ċċelebra fil-mużika tiegħu t-trijonf tal-eroiżmu u l-ferħ waqt li d-destin tah biss iżolament u miżerja. Għaldaqstant, kien tassew jistħoqqlu t-tifħir ta' Romain Rolland meta dan tal-aħħar wasal biex qal: "Hu l-aqwa fost l-aqwa mużiċisti. Hu l-forza l-iżjed erojka fl-arti moderna". Ix-xogħlijiet ta' Beethoven, li għalih il-kreazzjoni mużikali kienet att ta' bniedem ħieles u independenti, u espressjoni ta' ottimiżmu u ta' fiduċja soda fil-bniedem, jagħmluh wieħed mill-figuri l-iżjed importanti fl-istorja tal-mużika. Bijografija 1770-1792: Ifeġġ il-ġenju Oriġni u tfulija Ludwig van Beethoven twieled Bonn fis-16 ta' Diċembru jew fis-17 ta' Diċembru 1770, minn familja umli li kellha tradizzjoni mużikali ta' mill-inqas żewġ ġenerazzjonijiet. Nannuh min-naħa ta' missieru, Ludwig van Beethoven ix-xiħ (1712-1773), kien ġej minn familja ordinarja Fjamminga minn Mechelen (il-partiċella "van" m'għandhiex x'taqsam man-nobbiltà). Dan kien raġel rispettat u mużiċista tajjeb li mar joqgħod Bonn fl-1732 u sar Maestro di Cappella tal-Prinċep-Elettur ta' Kolonja. Missieru, Johann van Beethoven (1740-1792), kien mużiċista u tenur fil-Qorti tal-Elettur, bniedem medjokri, kiefer u magħruf bħala xurban, li rabba 'l-uliedu taħt dixxiplina kbira. Ommu, Maria-Magdalena van Beethoven, imwielda Keverich (1746-1787), kienet bint kok tal-Elettur ta' Trier. Kienet mara qalba tajba imma depressiva, maħbuba minn uliedha imma dejjem tibqa' lura. Ludwig kien wieħed fost seba' wlied li minnhom tlieta biss laħqu l-età adulta: hu stess, u ż-żewg ħutu iżgħar minnu, Kaspar-Karl (1774-1815) u Johann (1776-1848). Johann van Beethoven ma damx ma ntebaħ bid-don mużikali ta' ibnu u induna kemm seta' jaqla' minnu. Ftakar fiċ-ċkejken Mozart, muri f'kunċerti madwar l-Ewropa xi ħmistax-il sena qabel, u mill-1775 ħa l-edukazzjoni mużikali ta' Ludwig f'idejh biex fl-1778 ħadu jdoqq il-pjanu quddiem udjenzi mar-Rheinland kollha, minn Bonn sa Kolonja. Imma għall-kuntrarju ta' Léopold Mozart, minflok ma pprova juża l-pedagoġija ma' ibnu, Johann van Beethoven kien kapaċi biss juża l-awtortità u l-ħruxija u din l-esperjenza sfat bla frott u ma ttennitx darba oħra, ħlief dawra waħda fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-1781. Flimkien ma' edukazzjoni ġenerali, li kien jafha fil-parti kbira lill-benevolenza tal-familja von Breuning u lill-ħbiberija mat-tabib Franz-Gerhard Wegeler, li baqgħet għal ħajtu kollha, it-tfajjel Ludwig sar l-istudent ta' Christian Gottlob Neefe (pjanu, orgni, kompożizzjoni), u bejn l-1782 u l-1783 ikkompona għall-pjanu, id-Disa' Varjazzjonijiet fuq marċ ta' Dressler, u t-tliet Sonatini msejħa "lill-Elettur" li mmarkaw simbolikament il-bidu tax-xogħol mużikali tiegħu. Patrunaġġ ta' Waldstein u l-laqgħa ma' Haydn Fl-1784, Beethoven nħatar organista fil-Qorti tal-Elettur il-ġdid Max-Franz li sar il-patrun tiegħu. Hemm induna bih il-Konti Ferdinand von Waldstein li l-għajnuna tiegħu kienet kruċjali għall-mużiċista żagħżugħ. Ħa 'l Beethoven Vjenna għall-ewwel darba f'April 1787, u fiż-żjara kellu laqgħa qasira ma' Mozart. F'Lulju 1792, von Waldstein ippreżenta ż-żagħżugħ Ludwig lil Joseph Haydn li kien għadu ġej minn dawra mal-Ingilterra u waqaf Bonn. Haydn impressjona ruħu ħafna meta qara l-mużika ta' kantata komposta minn Beethoven (jew Nhar il-mewt ta' Ġużeppi II jew Nhar il-miġja ta' Leopoldu II) u stiednu jkompli jistudja Vjenna taħt id-direzzjoni tiegħu. Beethoven kien jaf li l-opportunità li jitgħallem taħt mużiċista tal-fama ta' Haydn ma kinitx ta' min jitlifha, u fl-istess ħin kważi ma kienx għad baqagħlu aktar irbit mal-familja (ommu kienet mietet bit-tuberkulożi f'Lulju 1787, u missieru kien dejjem fis-sakra u ma kienx kapaċi jmantni l-familja). Għalhekk Beethoven aċċetta u fit-2 ta' Novembru 1792 telaq ir-Renu u qatt ma reġa' lura. Waldstein (Novembru 1792) kien qallu hekk: 1792-1802: Minn Vjenna għal Heiligenstadt L-ewwel snin fi Vjenna Fl-aħħar tas-seklu 18, Vjenna kienet il-kapitali tal-mużika Oċċidentali u kienet tirrapreżenta l-aħjar ċans biex wieħed jirnexxi fil-karriera mużikali. Meta wasal hemm fl-età ta' 22 sena, kien diġà kkompona ħafna, però fil-verità l-ebda waħda mill-kompożizzjonijiet sa dak iż-żmien kienet imporanti wisq, u kien għadu lura milli jilħaq il-maturità artistika. Dan jiddistingwih fundamentalment minn Mozart. Fil-fatt kien bħala pjanista "virtuoso" li xtaq isir famuż, qabel ma jagħmel isem bħala kompożitur. Rigward it-tagħlim minn Haydn, minkejja li kien mill-aktar prestiġjuż, kien ukoll diżappuntat minn xi aspetti. Minn naħa minnhom, Beethoven malajr daħħalaha f'rasu li l-għalliem tiegħu kien jgħir għalih, waqt li min-naħa l-oħra Haydn ma damx ma beda jiddejjaq bin-nuqqas ta' dixxiplina u l-awdaċja mużikali tal-istudent tiegħu. Minkejja l-istima li kellhom lejn xulxin, imfakkra bosta drabi, "missier is-sinfonija" qatt ma kellu ma' Beethoven l-istess ħbiberija profonda li kellu ma' Mozart, ħbiberija li wasslet għat-twelid ta' emulazzjoni li tat ħafna frott. Haydn, lejn l-1793 qallu: Matul dan iż-żmien Haydn kellu influwenza profonda u twila fuq ix-xogħol ta' Beethoven, u iżjed tard dan kien se jirrikonoxxi dak li kien jaf lill-għalliem tiegħu. Wara li Haydn reġa' mar Londra (Jannar 1794), Beethoven kompla l-istudji tiegħu sporadikament sal-bidu tal-1795 ma' bosta għalliema oħra fosthom il-kompożitur Johann Schenk u tnejn oħra mill-epoka Mozartina: Johann Georg Albrechtsberger u Antonio Salieri. Meta temm l-apprentistat tiegħu, Beethoven iddeċieda li jibqa' Vjenna. It-talenti tiegħu bħala pjanista għamluh magħruf u apprezzat mid-dilettanti tal-mużika tal-aristokrazija Vjenniża li fosthom insibu bosta ismijiet li baqgħu sal-lum marbutin mad-dedikazzjonijiet ta' ħafna mill-kapulavuri tiegħu, bħall-Baruni Nikolaus Zmeskall, il-Prinċep Carl Lichnowsky, il-Konti Andrei Razumovsky, il-Prinċep Joseph Franz von Lobkowitz, u aktar tard l-Arċiduka Rodolfu tal-Awstrija. Wara li ppublika l-ewwel tliet trii tiegħu għall-pjanu, vjolin u vjolinċell, taħt in-numru opus 1, imbagħad l-ewwel Sonati għall-pjanu tiegħu, Beethoven ta l-ewwel kunċert pubbliku fid-29 ta' Marzu 1795, fejn daqq il-kreazzjoni tiegħu Kunċert għall-pjanu nru. 2 (li fil-fatt kien ikkompona l-ewwel meta kien għadu Bonn). L-aqwa virtuoso ta' Vjenna Fl-1796 Beethoven għamel sensiela ta' kunċerti li ħaduh minn Vjenna sa Berlin u għadda minn Dresden, Leipzig, Nuremberga u Praga. Waqt li l-pubbliku faħħar il-virtuosità u l-ispirazzjoni tiegħu fuq il-pjanu, il-kritiċi l-iżjed konservazzjonisti laqgħu l-entużjażmu tiegħu b'ċertu xettiċiżmu. Il-qari tal-klassiċi Griegi, ta' Shakespeare u tal-mexxejja tal-moviment politiku-letterarju Sturm und Drang li kienu Goethe u Schiller, xaqleb it-temperament tal-mużiċista b'mod permanenti lejn l-idealiżmu. Dan l-idealiżmu kien imsaħħaħ ukoll mill-ideat demokratiċi tal-Illuminiżmu u r-Rivoluzzjoni Franċiża li dak iż-żmien kienu nfirxu mal-Ewropa. Fl-1798 Beethoven kien sikwit iżur l-ambaxxata ta' Franza fi Vjenna fejn iltaqa' ma' Bernadotte u mal-vjolinista Rodolphe Kreutzer, li fl-1803 iddedikalu is-Sonata għall-vjolin nru. 9 li ġġib ismu. Waqt li l-attività kreattiva tiegħu intensifikat (kompożizzjoni tas-Sonati għall-pjanu, Sonata għall-pjanu nru. 5 sa Sonata għall-pjanu nru. 7, l-ewwel Sonati għall-vjolin u pjanu), sa madwar l-1800, il-kompożitur kien għadu jieħu sehem fil-konkorsi mużikali li kienu popolari ħafna fis-soċjetà Vjenniża u li għamluh l-aqwa virtuoso ta' Vjenna, għad-detriment għal pjanisti ta' fama bħal Clementi, Cramer, Gelinek, Hummel u Steibelt. L-aħħar tas-snin 1790 kien ukoll l-epoka tal-ewwel kapulavuri: l-Kunċert għall-pjanu nru. 1 (1798), l-ewwel sitt kwartetti għall-arki (1798-1800), is-Settett għall-arki u nifsijiet (1799-1800) u fix-xogħlijiet li jaffermaw bl-iżjed mod ċar il-karattru tal-mużiċista li kien qiegħed jissawwar: is-Sonata għall-pjanu nru. 8 (msejħa Patetika) (1798-1799) u s-Sinfonija nru. 1 (1800). Minkejja li l-influwenza tal-aħħar sinfoniji ta' Haydn kienet għadha tidher ċara fihom, din tal-aħħar kienet diġà stampata bil-karattru Beethovenjan (b'mod partikulari fl-ischerzo tat-tielet moviment) u diġà kien hemm fiha ż-żerriegħa tal-wegħda ta' suċċessi ikbar. L-Ewwel Kunċert u L-Ewwel Sinfonija indaqqu b'suċċess kbir fit-2 ta' April f'kunċert li Beethoven iddedika għax-xogħlijiet tiegħu. Bl-għajnuna tar-renti li kienu jtuh il-patruni tiegħu, Beethoven, li l-fama tiegħu kienet qiegħda tikber anki barra mill-fruntieri tal-Awstrija, kien jidher f'dak il-mument ta' ħajtu li kien garantit ħajja fil-karriera ta' kompożitur u interpretu glorjuż tal-mużika. Czerny, lejn l-1840 qal: Bejn is-sekli Is-sena 1802 kellha tkun ta' bidla kbira fil-ħajja tal-kompożitur. Mingħajr ma qal lil ħadd, mill-1796 Beethoven beda jinduna bit-truxija tiegħu, li kienet se tibqa' sejra għall-agħar mingħajr fejqan sakemm fl-1820 ittarrax għal kollox. Għalhekk inqata' min-nies kollha u ngħalaq fis-solitudni minħabba l-biża' li jkollu jammetti fil-pubbliku li kien qiegħed ibati b'din il-marda terribbli. Allura Beethoven ħa l-fama ta' misantropu u sofra din il-fama fis-silenzju sa mewtu. Billi kien jaf l-marda tiegħu kienet xi darba se twaqqfu milli jaħdem bħala pjanista u forsi anki milli jikkomponi, għal mument daħallu f'rasu li joqtol ruħu b'idejh, imma malajr iddispjaċieh, neħħa din l-idea minn moħħu u esprima l-fiduċja fl-arti tiegħu f'ittra li baqgħet tissejjaħ it-Testment ta' Heiligenstadt, li qatt ma ntbagħtet u kien biss wara mewtu li din instabet. Beethoven fis-6 ta' Ottubru 1802 kiteb: Fortunatament il-vitalità kreattiva tiegħu ma battietx. F'dan il-perjodu ta' kriżi morali, wara l-kompożizzjoni tas-sonata ġentili, Sonata għall-vjolin nru. 5, imsejħa Ir-rebbiegħa (Frühlings, 1800) u tas-Sonata għall-pjanu nru. 14, imsejħa Dawl ta' Qamar (1801), ikkompona s-sinfonija mhux magħrufa wisq, mimlija ferħ, it-Tieni Sinfonija (1801-1802) u l-kunċert iżjed ta' swied il-qalb, il-Kunċert għall-pjanu nru. 3 (1800-1802) fejn feġġet b'mod ċar, permezz tal-kjavi ta' do minuri, il-personalità karatteristika tal-kompożitur. Fil-5 ta' April 1803, dawn iż-żewġ xogħlijiet intlaqgħu tajjeb, imma għal Beethoven kienet ħa tinqaleb il-folja; minn dak iż-żmien il-karriera tiegħu kienet se tieħu direzzjoni oħra. Miċħud mill-possibbiltà li jesprimi t-talent tiegħu kollu u milli jaqla l-għajxien bħala interpretu tal-mużika, kien sejjer jintefa' b'ruħu u ġismu fuq il-kompożizzjoni b'kuraġġ u qawwa ta' karattru li ħadd ma kien stennihom. Fit-tmiem tal-kriżi tal-1802 feġġ l-eroiżmu trijonfanti tat-Tielet Sinfonija. Beethoven fl-1802 qal hekk: 1802-1812: Il-perjodu msejjaħ erojku Mill-Erojka għal Fidelio It-Tielet Sinfonija (l-Erojka), kienet pass importanti fix-xogħol ta' Beethoven, mhux biss minħabba l-qawwa espressiva u t-tul tagħha li sa dak iż-żmien kienet ħaġa ġdida għalih, imma wkoll għax tat il-bidu għal sensiela ta' xogħlijiet brillanti, notevoli għat-tul tagħhom, u l-enerġija tagħhom, karatteristiċi tal-istil tal-perjodu tan-nofs ta' Beethoven, imsejjaħ "stil erojku". Il-kompożitur għall-ewwel kellu l-ħsieb li jiddedika din is-sinfonija lill-Ġeneral Napuljun Bonaparti li kien iqisu bħala s-salvatur tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Imma meta sema' bil-proklamazzjoni maħruġa mill-Imperu Franċiż (Mejju 1804), tant irrabja li qatta' d-dedikazzjoni. Fl-aħħar, il-kapulavur ingħata t-titlu ta' Sinfonija Kbira Erojka b'tifkira ta' bniedem kbir. Il-kompożizzjoni tas-sinfonija ħadet mill-1802 sal-1804 u meta nstemgħet fil-pubbliku fis-7 ta' April 1805, qajmet reazzjoni kbira u l-biċċa kbira tan-nies ħasbuha twila wisq. Beethoven ma ħabbilx rasu u qal li din is-sinfonjia jarawha qasira meta jkun ikkompona oħra ta' iżjed minn siegħa, u sal-kompożizzjoni tad-Disa' Sinfonija baqa' jqis l-Erojka bħala l-aħjar sinfonija tiegħu. Fil-kitba pjanistika, l-istil evolva wkoll: fl-1804 is-Sonata għall-pjanu nru. 21 iddedikata lill-Konti Waldstein u msemmija għalih, laqtet 'il-pjanisti li daqquha bil-virtuosità tagħha u b'kemm kienet teħtieġ mill-istrument. Is-sonata grandjuża Sonata għall-pjanu nru. 23 imsejħa Appassionata (1805), ħarġet mill-istess forma u ftit żmien warajha l-Kunċert Tripplu għall-pjanu, vjolin, vjolinċell u orkestra (1804). F'Lulju tal-1805, il-kompożitur iltaqa' ma' Luigi Cherubini u ma ħebiex l-ammirazzjoni li kellu għalih. Ta' ħamsa u tletin sena, Beethoven beda jaħdem fil-forma mużikali li għaliha Mozart kien l-iżjed famuż, l-opra lirika. Fl-1801 għoġbu ħafna l-librett Léonore ou l'amour conjugal tal-Franċiż Jean-Nicolas Bouilly, u fl-1803 beda l-abbozz tal-opra Fidelio, li fil-bidu kienet iġġib it-titlu tal-eroina Léonore. Imma kellu xi diffikultajiet li ma stennihomx. Din fil-bidu ma ntgħoġbitx mill-pubbliku (kellha tliet rappreżentazzjonijiet biss fl-1805) u Beethoven beda jaħseb li kien hemm konfoffa kontra tiegħu. Fidelio kellha tgħaddi minn tliet verżjonijiet (1805, 1806 u 1814) u kien biss wara t-tielet waħda li fl-aħħar l-opra kellha r-rikoxximent li xerqilha. Beethoven kien ikkompona xogħol importanti tar-repertorju liriku imma din l-esperjenza ħallietu b'togħma qarsa u qatt ma reġa' ħadem f'dil-forma ta' mużika, allavolja ħaseb fi proġetti oħra, fosthom MacBeth ispirat mix-xogħol ta' Shakespeare u fuq kollox Faust ta' Goethe, fl-aħħar ta' ħajtu. L-indipendenza stabbilita Wara l-1805, minkejja l-problemi ta' Fidelio li tefgħuh lura, il-qagħda ta' Beethoven reġgħet marret għall-aħjar. Reġgħet ġiet lura fih il-vitalità kreattiva, deher li kien aċċetta t-truxija tiegħu u reġa' sab, għall-inqas għal xi żmien, ħajja soċjali sodisfaċenti. Minkejja diżappunt sentimentali ieħor għall-mużiċista fil-ksur tar-relazzjoni intima li kellu ma' Joséphine von Brunsvik, is-snin bejn l-1806 u l-1808 kienu l-iżjed fertili għall-kapulavuri li ħoloq: is-sena 1806 biss rat il-kompożizzjoni tal-Kunċert għall-pjanu nru. 4, ta' tliet kwartetti għall-arki, nru. 7, nru. 8 u nru. 9 iddedikat lill-Konti Razumovsky, tar-Raba' Sinfonija u tal-Kunċert għall-vjolin. Fil-ħarifa ta' dik is-sena Beethoven mar joqgħod mal-patrun tiegħu, il-Prinċep Carl Lichnowsky, fil-palazz tiegħu fis-Sleżja u kien waqt li kien qiegħed hemm li wera bl-iżjed qawwa kemm ried ikun indipendenti. Lichnowsky hedded li jarresta 'l Beethoven jekk dan iwebbes rasu u jirrifjuta li jdoqq il-pjanu quddiem xi uffiċjali Franċiżi li kienu stazzjonati fil-palazz tiegħu (is-Sleżja kienet ilha okkupata mill-armati ta' Napuljun mill-Battalja ta' Austerlitz), u l-kompożitur telaq il-prinċep wara ġlieda vjolenti u bagħatlu nota li m'għandhiex bżonn kummentarju (Ottubru 1806) : Minkejja l-gwaj li ġab fuqu bit-telfa tar-renti mill-patrun ewlieni tiegħu, Beethoven irnexxilu li jistabilixxi ruħu bħala artista independenti u jeħles simbolikament mill-patrunaġġ aristokratiku. Minn hemm l-istil Erojku beda tiela lejn il-quċċata tal-perfezzjoni. Beethoven mexa max-xewqa tiegħu li "jaqbad id-destin minn għonqu" kif qal 'il Wegeler f'Novembru tal-1801 u beda jaħdem fuq il-Ħames Sinfonija. Permezz tal-famuż motiv ritmiku ta' erba' noti li jinstema' fl-ewwel battuta u jinfirex max-xogħol kollu, il-mużiċista ried jesprimi t-taqbida tal-bniedem mad-destin u r-rebħa finali tiegħu. L-ouverture Korjolanu, li bħalha hi fuq il-kjavi ta' do minuri, ġejja mill-istess epoka. Imma allavolja kienet komposta fl-istess żmien bħall-Ħames Sinfonija, is-Sinfonija Pastorali hi differenti għal kollox. Michel Lecompte iddeskriviha bħala "l-iżjed serena, l-iżjed mistrieħa, l-iżjed melodika mid-disa' sinfoniji" u fl-istess ħin l-inqas tipika. Hi tislima lin-natura minn kompożitur li kien iħobb ħafna l-kampanja, fejn minn dejjem sab il-kalma u l-ħemda li jispirawh. Din tħabbar verament ir-romantiċiżmu fil-mużika, il-Pastorali għandha bħala sottotitlu din il-frażi ta' Beethoven: "Espressjoni ta' sentiment iżjed minn pittura" u kull moviment fiha għandu indikazzjoni deskrittiva: kienet twieldet is-sinfonija programmatika. Il-kunċert mogħti minn Beethoven fit-22 ta' Diċembru 1808 kien bla dubju ta' xejn wieħed mill-ikbar fl-istorja (ma' dak tas-7 ta' Mejju 1824). Fih indaqqu għall-ewwel darba l-Ħames Sinfonija, is-Sinfonija pastorali, il-Kunċert għall-pjanu nru. 4, il-Fantasija korali għall-pjanu u orkestra u żewġ innijiet mill-Quddiesa fid-Do maġguri li kien ikkompona għall-Prinċep Esterházy fl-1807. Wara l-mewt ta' Haydn f'Mejju tal-1809, minkejja li kien għad baqa' avversarji determinati, ma kien jinstab ħadd fid-dinja li seta' jikkontesta l-post ta' Beethoven fil-panteon tal-mużiċisti. Il-maturità artistika Fl-1808, Beethoven kellu offerta mingħand Jérôme Bonaparte, li ħuh kien tah it-tron tal-Westfalja, biex isir maestro di cappella fil-Qorti tiegħu f'Kassel. Jidher li għal mument ġietu l-ħajra li jaċċetta dan l-impieg prestiġuż li, minkejja li kieku ddeċieda li jaċċetta kien iwarrab l-indipendenza tiegħu li tant kien iġġieled għaliha, din il-pożizzjoni kienet tiżguralu aktar kumdità. Imma fl-1809, kien hemm reazzjoni patrijotika mill-aristokrazija Vjenniża. Biex ma jħallux il-mużiċista nazzjonali tagħhom jitlaq, l-Arċiduka Rodolfu, il-Prinċep Kinsky u l-Prinċep Lobkowitz marru jiżguraw 'l Beethoven, li jekk jibqa' Vjenna, jkollu ħlas għal ħajtu ta' 4000 florin fis-sena, somma konsiderevoli għal dik l-epoka. Beethoven aċċetta u qata' xewqtu li żgur ma jerġax ikun fil-bżonn. Imma fir-rebbiegħa tal-1809 il-gwerra bejn Franza u l-Awstrija, li reġgħet bdiet, ħassret kollox. Il-familja imperjali kienet imġiegħla tħalli 'l Vjenna li kienu qed jokkupaw. Il-kriżi gravi ekonomika li laqtet 'l-Awstrija wara l-Battalja ta' Wagram u t-Trattat ta' Schönbrunn impost minn Napuljun Bonaparti, irvinat l-aristokrazija u l-kuntratt ma' Beethoven safa fix-xejn. Sa mewtu s-sitwazzjoni baqgħet tant ħażina li kellu jgħix l-aħħar snin ta' ħajtu kważi fil-faqar. Madankollu, il-lista ta' kompożizzjonijiet baqgħet titwal: is-snin 1809 u 1810 raw il-kompożizzjoni ta' sensiela ġdida ta' kapulavuri, mill-kunċert brillanti, Kunċert għall-pjanu nru. 5, li ndaqq għall-ewwel darba minn Karl Czerny, il-Kwartett għall-arki nru. 10 msejjaħ l-Arpi, għall-musica di scena għal Egmont ta' Goethe. Meta l-istudent u ħabib tiegħu, l-Arċiduka Rudolf, l-iżgħar tifel tal-familja imperjali, kien imġiegħel jitlaq, Beethoven ikkompona s-Sonata "Saħħiet". Bla dubju, is-snin 1811 u 1812 raw il-kompożitur jilħaq l-quċċata tal-ħajja kreattiva tiegħu. It-Triju tal-Arċiduka u s-Seba' Sinfonija kienu ħa jkunu l-ogħla punt tal-perjodu erojku. Fil-ħajja personali, Beethoven kien imweġġa profondament meta fl-1810 kien se jiżżewweġ lil Thérèse Malfatti, li lilha ddedika l-famuża Ittra lil Eliża, u t-tieġ tħassar. Il-bijografi kitbu ħafna fuq il-ħajja sentimentali ta' Beethoven. Il-kompożitur innamra ma' bosta nisa sbieħ, sikwit miżżewġin, imma qatt ma wasal għaż-żwieġ ħlief ma' Malfatti. Ir-relazzjonijiet ma' Giulietta Giucciardi (li kienet l-ispirazzjoni għas-Sonata "Fid-dawl tal-qamar"), ma' Thérèse von Brunsvik (li ddedikahla s-Sonata għall-pjanu nru. 24), Maria von Erdödy (li kitbilha żewġ Sonati għall-vjolinċell opus 102) u ma' Amalie Sebald ma damux wisq. Barra t-tħassir ta' daż-żwieġ, il-ġrajja l-oħra importanti fl-imħabba tal-mużiċista kienet il-kitba fl-1812 tal-ittra emottiva, Ittra lill-Maħbuba immortali li għadna ma nafux lil min kitibha, imma l-ismijiet ta' Joséphine von Brunsvik u fuq kollox ta' Antonia Brentano jispikkaw l-iżjed mill-istudju tal-koppja Massin. u ta' Maynard Solomon. 1813-1817: Is-snin imdallma Ix-xahar ta' Lulju 1812, li fuqu għandna ħafna kummenti mill-bijografiċi tal-mużiċista, wassal għal taqliba kbira fil-ħajja ta' Beethoven. Waqt li kien qiegħed jieħu l-kura termali fir-reġjun ta' Teplice u ta' Karlovy Vary, kiteb l-ittra enigmatika, "Ittra lill-maħbuba immortali", u kellu laqgħa li ma tat ebda frott ma' Goethe bil-medjazzjoni ta' Bettina Brentano. Għal raġunijiet li ma nafux sew x'kienu, dan kien il-bidu għal perjodu twil ta' nixfa fil-ħajja kreattiva tal-mużiċista. Nafu li s-snin ta' wara l-1812 kienu mimlijin ġrajjiet drammatiċi fil-ħajja ta' Beethoven, ġrajjiet li kellu jħabbat wiċċu magħhom waħdu billi ħbiebu kollha jew kważi kollha kienu telqu minn Vjenna minħabba l-gwerra tal-1809, imma xejn ma jista' jispjega għal kollox dan il-waqfien wara għaxar snin ta' kreatività inkredibbli. Minkejja li l-pubbliku għoġbitu ħafna s-Seba' sinfonija u r-Rebħa ta' Wellington (Diċembru 1813) u minkejja li r-rappreżentazzjoni tal-aħħar verżjoni tal-Fidelio kienet suċċess trijonfali (Mejju 1814), Beethoven ftit ftit beda jitlef il-popolarità mal-Vjenniżi li kien għad għandhom nostalġija tal-qatt minsi Mozart u bdiet togħġobhom il-mużika iżjed frivola ta' Rossini. Il-konferenza li saret fil-Kungress ta' Vjenna fejn Beethoven ġie maħtur bħala mużiċista nazzjonali,, ma ħebiex għal żmien twil il-fatt li kien qiegħed jitwarrab. Min-naħa l-oħra, id-dittatorjal iktar iħrax ta' Metternich poġġieh f'sitwazzjoni delikata billi l-pulizija Vjenniża ma damitx ma ntebħet bil-konvinzjonijiet demokratiċi u rivoluzzjonarji li kellu l-kompożitur u li kien beda jaħbi inqas u inqas. Mil-lat personali, l-ikbar ġrajja kienet il-mewt ta' ħuh Kaspar-Karl fl-1815. Beethoven kien wegħdu li jieħu ħsieb l-edukazzjoni ta' ibnu Karl u kellu jħabbat wiċċu ma' sensiela bla tarf ta' kawżi kontra l-mara ta' ħuh – Johanna Reis – biex jikseb it-tutela esklussiva tiegħu, li fl-aħħar rebaħ wara s-sentenza tat-tribunal maħruġa nhar it-8 ta' April, 1820. Minkejja r-rieda tajba li kien iħaddan u l-ħerqa tal-istess kompożitur, dan in-neputi kien se jkun għalih, sa lejliet mewtu, kawża ta' nkwiet bla heda. Minn dawn is-snin imdallma, meta sar trux għal kollox, ħarġu biss xi kapulavuri rari: is-Sonati għall-vjolinċell nru. 4 u 5 iddedikati lill-ħabiba tiegħu Maria von Erdödy (1815), is-Sonata għall-pjanu nru. 28 (1816) u ċ-ċiklu kommoventi ta' lieder Lill-maħbuba mbegħda (An die ferne Geliebte, 1815-1816), fuq il-poeżiji ta' Alois Jeitteles. Bejn l-1816 u l-1817, waqt li s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu bdiet sejra aktar għall-agħar, Beethoven marad gravi u deher li ried joqtol ruħu b'idejh. Imma l-forza morali tiegħu u r-rieda qawwija tiegħu reġgħu rebħuh. Hu dar lejn l-introspezzjoni u l-ispiritwalità li wrewh l-importanza ta' dak li kien għad baqgħalu jikteb "fiż-żmenijiet li ġejjin", sab il-qawwa biex jirbaħ fuq dan it-tiġrib biex jibda l-aħħar perjodu kreattiv tiegħu fejn x'aktarx kellu l-ikbar ispirazzjoni. Disa' snin qabel il-ħolqien tad-Disa' Sinfonija, Beethoven ġabar fi frażi waħda il-ħsieb li kien ħa jkun miegħu fix-xogħol kollu ta' ħajtu (1815) : 1818-1827: L-aħħar xogħlijiet ta' Beethoven Il-quddiesa fir-Re u s-saħħiet lill-pjanu Beethoven reġa' ġie f'tiegħu fl-aħħar tal-1817, meta kiteb sonata ġdida biex tindaqq fuq il-pjanu-forte l-iżjed modern (Hammerklavier bil-Ġermaniż). Hu ried li din tkun l-iżjed vasta minn dawk kollha li kien ikkompona sa dak iż-żmien. Fiha uża sal-aħħar, il-kapaċità kollha tal-istrument, għal kważi ħamsin minuta. Imma din is-sonata, is-Sonata Kbira għall-Hammerklavier opus 106 intlaqgħet b'indifferenza mill-pjanisti kontemporanji ta' Beethoven għax dehrilhom li ma tistax tindaqq u li t-truxija tal-mużiċista għamlitu mhux kapaċi li jqis eżattament il-possibbilitajiet tal-istrument. Barra mid-Disa' Sinfonija, ġara l-istess għall-aħħar sensiela ta' xogħlijiet tiegħu. Però hu stess kien jaf li kienu avvanzati wisq għal żmienhom. Madankollu ma tantx kien jagħti każ tat-tgergir tal-pjanisti u fl-1819 lill-editur tiegħu qallu: "Din is-sonata se tħabbat 'il-pjanisti meta jdoqquha ħamsin sena oħra". Min dak iż-żmien, billi kien ittarrax għal kollox, kellu jikkomunika man-nies ta' madwaru permezz tal-"pitazzi tal-konverżazzjoni" li allavolja l-parti kbira minhom intilfu jew inqerdu, illum ituna xhieda imprezzabbli tal-aħħar perjodu ta' ħajtu. Beethoven minn dejjem kien jemmen, mingħajr ma kien prattikant ħerqan, imma l-ħerqa tiegħu għall-Kristjaneżmu żdiedet sewwa fis-snin diffiċli kif jixhdu bosta noti reliġjużi li kkopja fil-pitazzi tiegħu mill-1817 'l hemm.</small>. Madankollu, kellu xi rabtiet mal-mażunerija li setgħu jġibulu Skomunika. Fir-rebbiegħa tal-1818 Beethoven ġietu l-idea li jikteb xogħol reliġjuż importanti u għall-ewwel kellu f'moħħu quddiesa għall-inkoronazzjoni tal-Arċiduka Rodolfu li xi ftit xhur wara kien se jsir Arċisqof ta' Olmütz. Imma l-quddiesa kolossali, Missa Solemnis fir-Re maġġuri ħaddittlu erba' snin ta' xogħol bla waqfien (1818-1822) u l-quddiesa damet ma kienet ġiet ippreżentata lil Rodolfu sal-1823. Waqt li kien qiegħed jikkomponi l-Missa Solemnis, li għal bosta drabi stqarr li kienet "l-aħjar u l-ikbar xogħol tiegħu", studja fit-tul il-quddies ta' Bach u Il-Messija ta' Haendel. Fl-istess ħin li kien qiegħed jaħdem fuq il-quddiesa ikkompona l-aħħar tliet Sonati għall-pjanu (nru. 30, nru. 31 u nru. 32). Din tal-aħħar, l-opus 111, bl-ispiritwalità għolja li laħqet setgħet kienet l-aħħar testment tiegħu għall-pjanu. Imma kien għad baqagħlu jikkomponi kapulavur pjanistiku ieħor: l-editur Anton Diabelli fl-1822 stieden il-kompożituri ta' żmienu biex jiktbu varjazzjoni fuq valzer sempliċi ħafna li kien ikkompona hu. Għall-ewwel Beethoven ma ħadux bis-serjetà, imma wara għamel ħafna iżjed milli kienet talbet il-proposta u ħareġ ġabra ta' 33 Varjazzjoni li Diabelli stess qabbel mal-famużi Varjazzjonijiet Goldberg ta' Bach, komposti tmenin sena qabel. Id-Disa' Sinfonija u l-aħħar kwartetti Il-kompożizzjoni tad-Disa' Sinfonija inbdiet l-għada li kienet lesta il-Missa Solemnis. Imma dan ix-xogħol kellu bidu estremament kompless li biex nifhmuh ikollna mmoru lura għaż-żgħożija ta' Beethoven, li minn qabel telaq minn Bonn kellu l-ħsieb li jikteb il-mużika għall-Għanja lill-ferħ ta' Schiller. Permezz tal-finale li min jisimgħu qatt ma jinsiegħ, fejn introduċa l-kor, l-innovazzjoni fil-kitba sinfonika tad-Disa' sinfonija dehret, fuq l-istess linji tal-Ħames, bħala evokazzjoni mużikali tat-trijonf tal-ferħ u l-fraternità fuq id-disperazzjoni, u ħadet id-dimensjoni ta' messaġġ umanista u universali. Is-sinfonija ndaqqet għall-ewwel darba fl-7 ta' Mejju 1824 quddiem pubbliku entużjasta u biha Beethoven reġa' sab is-suċċess. Is-sinfonija kellha l-ikbar suċċess fil-Prussja u l-Ingilterra, fejn il-fama tal-mużiċista kienet ilha kif xeraqlu l-ġenju tiegħu. Kien mistieden bosta drabi biex imur Londra bħal Joseph Haydn, u Beethoven lejn l-aħħar ta' ħajtu kien tħajjar imur l-Ingilterra li kien pajjiż li hu kien jammira minħabba l-ħajja kulturali u d-demokrazija tiegħu imqabbel mal-frivolità tal-ħajja Vjenniża, imma qatt ma żar il-pajjiż fejn kien joqgħod Haendel li kien l-idolu ta' Beethoven. L-influwenza ta' Haendel tidher l-iżjed fil-perjodu tal-aħħar ta' Beethoven, li bejn l-1822 u l-1823 kkompona l-ouverture Il-konsagrazzjoni tad-dar fl-istil tiegħu. L-aħħar ħames Kwartetti għall-arki (nru. 12, nru. 13, nru. 14, nru. 15, nru. 16) itemmu għal kollox il-ħidma mużikali ta' Beethoven. Bil-karattru viżżjonarju tagħhom magħqud ma' forom antiki (fil-Kwartett nru. 15 Beethoven uża l-mod mużikali lidju), dawn juru r-riżultati tal-esperimentazzjoni ta' Beethoven fil-qasam tal-“musica da camera”. Il-movimenti kbar bil-mod u drammatiċi (il-Cavatina tal-Kwartett nru. 13, u l-Heiliger Dankgesang, "l-għanja qaddisa ta' ħajr", tal-Kwartett nru. 15) iħabbru l-wasla tar-Romantiċiżmu. Ma' dawn il-ħames kwartetti, komposti fil-perjodu ta' bejn l-1824 u l-1826, irridu nżidu wkoll il-Fuga Kbira fis-Si bemoll maġġuri, opus 133, li kienet fil-bidu l-moviment tal-għeluq tal-Kwartett nru. 13 imma Beethoven firidha minnu fuq it-talba tal-editur tiegħu. Fl-aħħar tas-sajf tal-1826, kif lesta il-Kwartett nru. 16, Beethoven beda jaħseb f'għadd ta' xogħlijiet oħra: L-Għaxar Sinfonija, li xi abbozzi minnha għadhom jeżistu; "ouverture" bl-isem ta' Bach; Faust ispirata mid-dramm ta' Goethe; oratorju fuq it-tema ta' Sawl u David, u ieħor fuq it-tema tal-Elementi u quddiesa Requiem. Imma fit-30 ta' Lulju 1826, neputih Karl ipprova joqtol ruħu b'idejh. Dan qajjem skandlu u Beethoven inkwetat mar joqgħod ma ħuh Johann f'Gneixendorf fir-reġjun ta' Krems an der Donau, fejn neputih kien qiegħed jistrieħ. Kien hemm li kkompona l-aħħar xogħol tiegħu, moviment allegro biex jieħu post il-Fuga Kbira bħala "finale" tal-Kwartett nru. 13. It-tmiem Meta Beethoven mar lura Vjenna f'Diċembru tal-1826, qabditu pulmonite doppja li ma setax ifiq minnha: l-aħħar erba' xhur ta' ħajtu kienu mimlijin uġigħ u sofferenza, u saħħtu dejjem kienet sejra lura bħal granċ. Skont l-aħħar tabib tiegħu, Andras Wawruch, il-kawża diretta tal-mewt tal-mużiċista tidher li kienet dekompensazzjoni ta' ċirrożi epatika. Imma l-ispjegazzjoni l-iżjed riċenti, ibbażata fuq l-analisi ta' xagħru u frammenti ta' għadmu, hi li kien marid ħajtu kollha, barra mit-truxija, b'saturniżmu kronku flimkien ma' defiċjenza ġenetika li żżomm 'il-ġisem milli jeħles miċ-ċomb li wieħed jassorbi (u għalhekk kien jilmenta regularment b'uġigħ addominali u problemi f'għajnejh). Sal-aħħar, il-kompożitur kien imdawwar bil-ħbieb tal-qalb, l-iżjed Karl Holz, Anton Schindler u Stephan von Breuning. Xi ġimgħat qabel mewtu kellu żjara minn Franz Schubert, li ma kienx jafu u li ddispjaċieh li sar jaf bih hekk tard. L-aħħar ittra tal-kompożitur kienet lil Ignaz Moscheles, promotur tal-mużika tiegħu f'Londra, fejn reġa' wiegħed lill-Ingliżi li jikkomponilhom sinfonija ġdida biex jirringrazzjahom għall-appoġġ tagħom. Imma kien tard wisq. Fis-26 ta' Marzu 1827, Ludwig van Beethoven miet, fl-età ta' sitta u ħamsin sena. Minkejja li n-nies ta' Vjenna ma tawx każ ta' mewtu għal xi xhur, fil-funeral li sar fid-29 ta' Marzu 1827, inġabret purċissjoni impressjonanti ta' iżjed minn għoxrin elf ruħ. Beethoven indifen fiċ-ċimiterju ta' Vjenna. Schubert fl-1827 qal: Lista tax-xogħlijiet ta' Beethoven Sinfoniji Op. 21: Sinfonija nru. 1 fid-Do maġġuri (1800) Op. 36: Sinfonija nru. 2 fir-Re maġġuri (1803) Op. 55: Sinfonija nru. 3 fil-Mi bemoll maġġuri "Erojka" (1805) Op. 60: Sinfonija nru. 4 fis-Si bemoll maġġuri (1807) Op. 67: Sinfonija nru. 5 fid-Do minuri (1808) Op. 68: Sinfonija nru. 6 fil-Fa maġġuri "Pastorali" (1808) Op. 92: Sinfonija nru. 7 fil-La maġġuri (1813) Op. 93: Sinfonija nru. 8 fil-Fa maġġuri(1814) Op. 125: Sinfonija nru. 9 fir-Re minuri "Korali" (1824) Kunċerti Op. 15: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 1 fid-Do maġġuri(1796-1797) Op. 19: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 2 fis-Si bemoll maġġuri (1798) Op. 37: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 3 fid-Do minuri (1803) Op. 40: Romanza għall-vjolin u orkestra nru. 1 fis-Sol maġġuri (1802) Op. 50: Romanza għall-vjolin u orkestra nru. 2 fil-Fa maġġuri (1802) Op. 56: Kunċert tripplu għall-pjanuforti, vjolin, vjolinċell u orkestra fid-Do maġġuri (1805) Op. 58: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 4 fis-Sol maġġuri (1807) Op. 61: Kunċert għall-vjolin u orkestra fir-Re maġġuri (1808) Op. 73: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 5 fil-Mi bemoll maġġuri "Imperatur" (1809) Ouvertures Op. 43: Ouverture u ballett "Il-kreaturi ta' Prometew" (Die Geschöpfe des Prometheus) (1801) Op. 72a: Leonore "nru. 2" (1805) Op. 72b: Leonore "nru. 3" (1806) Op. 138: Leonore "nru. 1" (1807) Op. 62: Korjolanu (1807) Op. 84: Egmont (ouverture u 'musica di scena' fuq test ta' Goethe) (1810) Op. 91: Il-battalja ta' Wellington (1813) Op. 72: Fidelio (1814) Op. 113: Ouverture u tmien biċċiet għall-orkestra, "L-irvini ta' Ateni" (1811) Op. 117: Ouverture u disa' biċċiet għall-orkestra, "Ir-re Stiefnu" (1811) Op. 115: Ouverture "Zur Namensfeier" (1815) Op. 124: Ouverture "Il-konsagrazzjoni tad-dar" (Weihe die Hauses)) (1822) Kwartetti għall-arki Op. 18: Sitt kwartetti għall-arki nru. 1: Kwartett għall-arki nru. 1 fil-Fa maġġuri (1799) nru. 2: Kwartett għall-arki nru. 2 fis-Sol maġġuri (1800) nru. 3: Kwartett għall-arki nru. 3 fir-Re maġġuri (1798) nru. 4: Kwartett għall-arki nru. 4 fid-Do minuri (1801) nru. 5: Kwartett għall-arki nru. 5 fil-La maġġuri (1801) nru. 6: Kwartett għall-arki nru. 6 fis-Si bemoll maġġuri (1801) Op. 59: Tlett kwartetti għall-arki, "Rasumovsky" (1806) nru. 1: Kwartett għall-arki nru. 7 fil-Fa maġġuri nru. 2: Kwartett għall-arki nru. 8 fil-Mi minuri nru. 3: Kwartett għall-arki nru. 9 fid-Do maġġuri Op. 74: Kwartett għall-arki nru. 10 fil-Mi bemoll maġġuri "tal-Arpi" (1809) Op. 95: Kwartett għall-arki nru. 11 fil-Fa minuri "Serju" (1810) Op. 127: Kwartett għall-arki nru. 12 fil-Mi bemoll maġġuri (1825) Op. 130: Kwartett għall-arki nru. 13 fil-Si bemoll maġġuri (1825) Op. 131: Kwartett għall-arki nru. 14 fid-Do diesis minuri (1826) Op. 132: Kwartett għall-arki nru. 15 fil-La minuri (1825) Op. 133: Große Fuge fis-Si bemoll maġġuri għall-Kwartett tal-arki (1824 u 1825) Op. 135: Kwartett għall-arki nru. 16 fil-Fa maġġuri (1826) Kwintetti għall-arki Op. 4: Kwintett għall-arki fil-Mi bemoll maġġuri (1795) Op. 29: Kwintett għall-arki fil-Do maġġuri (1801) Op. 104: Kwintett għall-arki fil-Do minuri (1817) Op. 137: Fuga fir-Re maġġuri għall-Kwintett għall-arki (1817) Kwintett għall-pjanu u strumenti tan-nifs Op. 16: Kwintett għall-oboe, klarinett, kornu, fagott u pjanuforti fil-Mi maġġuri Trii Op. 1: Tlett trii għall-vjolin, vjolinċell u pjanuforti (1795) nru. 1 Triju nru. 1 nru. 2 Triju nru. 2 nru. 3 Triju nru. 3 Op. 11: Triju nru. 4 fis-Si bemoll maġġuri (1798) Op. 70: Żewġ trii għall-vjolin, vjolinċell u pjanuforti (1808) nru. 1 Triju nru. 5 fir-Re maġġuri "Il-fantażma" nru. 2 Triju nru. 6 fil-Mi bemoll maġġuri Op. 97: Triju nru. 7 fis-Si bemoll maġġuri "Arċiduka" (1811) Sonati għall-vjolin Op. 12: Tlett sonati għall-vjolin u pjanuforti (1798) nru. 1: Sonata għall-vjolin nru. 1 fir-Re maġġuri nru. 2: Sonata għall-vjolin nru. 2 fil-La maġġuri nru. 3: Sonata għall-vjolin nru. 3 fil-Mi bemoll maġġuri Op. 23: Sonata għall-vjolin nru. 4 fil-La minuri (1801) Op. 24: Sonata għall-vjolin nru. 5 fil-Fa maġġuri "Ir-Rebbiegħa" (1801) Op. 30: Tlett sonati għall-vjolin u pjanuforti (1803) nru. 1: Sonata għall-vjolin nru. 6 fil-La maġġuri nru. 2: Sonata għall-vjolin nru. 7 fil-Do minuri nru. 3: Sonata għall-vjolin nru. 8 fis-Sol maġġuri Op. 47: Sonata għall-vjolin nru. 9 fil-La maġġuri "Kreutzer" (1803) Op. 96: Sonata għall-vjolin nru. 10 fis-Sol maġġuri (1812) Sonati għall-vjolinċell Op. 5: Żewġ sonati għall-vjolinċell u pjanuforti (1796) nru. 1: Sonata għall-vjolinċell nru. 1 nru. 2: Sonata għall-vjolinċell nru. 2 Op. 69: Sonata għall-vjolinċell nru. 3 fil-La maġġuri (1808) Op. 102: Żewġ sonati għall-vjolinċell u pjanuforti (1815) nru. 1: Sonata għall-vjolinċell nru. 4 nru. 2: Sonata għall-vjolinċell nru. 5 Pjanuforti solo Sonati Op. 2: Tlett sonati għall-pjanuforti (1796) nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 1 fil-Fa minuri nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 2 fil-La maġġuri nru. 3: Sonata għall-pjanuforti nru. 3 fid-Do maġġuri Op. 7: Sonata għall-pjanuforti nru. 4 fil-Mi bemoll maġġuri (1797) Op. 10: Tlett sonati għall-pjanuforti (1798) nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 5 fid-Do minuri nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 6 fil-Fa maġġuri nru. 3: Sonata għall-pjanuforti nru. 7 fir-Re maġġuri Op. 13: Sonata għall-pjanuforti nru. 8 fid-Do minuri, "Patetika" (1798) Op. 14: Żewġ sonati għall-pjanuforti (1799) nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 9 fil-Mi maġġuri nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 10 fis-Sol maġġuri Op. 22: Sonata għall-pjanuforti nru. 11 fis-Si bemoll maġġuri (1800) Op. 26: Sonata għall-pjanuforti nru. 12 fil-La bemoll maġġuri "Marċ funebri" (1801) Op. 27: Żewġ sonati għall-pjanuforti (1801) nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 13 fil-Mi bemoll maġġuri "Kważi Fantasija nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 14 fid-Do diesis minuri "Dawl tal-Qamar" Op. 28: Sonata għall-pjanuforti nru. 15 fir-Re maġġuri "Pastorali" (1801) Op. 31: Tlett sonati għall-pjanuforti (1802) nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 16 fis-Sol maġġuri nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 17 fir-Re minuri "It-tempesta" nru. 3: Sonata għall-pjanuforti nru. 18 fil-Mi bemoll maġġuri "Il-kaċċa" Op. 49: Żewġ sonati għall-pjanuforti (1792) nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 19 fis-Sol minuri nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 20 fis-Sol maġġuri Op. 53: Sonata għall-pjanuforti nru. 21 fid-Do maġġuri "Waldstein" (1803) Op. 57: Andante Favori - Muviment ċentrali li ġej mis-sonata (1804) Op. 54: Sonata għall-pjanuforti nru. 22 fil-Fa maġġuri (1804) Op. 57: Sonata għall-pjanuforti nru. 23 fil-Fa minuri "Appassionata" (1805) Op. 78: Sonata għall-pjanuforti nru. 24 fil-Fa diesis maġġuri "lil Therese" (1809) Op. 79: Sonata għall-pjanuforti nru. 25 fis-Sol maġġuri (1809) Op. 81a: Sonata għall-pjanuforti nru. 26 fil-Mi bemoll maġġuri "is-Saħħiet" (1810) Op. 90: Sonata għall-pjanuforti nru. 27 fil-Mi minuri(1814) Op. 101: Sonata għall-pjanuforti nru. 28 fil-La maġġuri(1816) Op. 106: Sonata għall-pjanuforti nru. 29 fis-Si bemoll maġġuri "Hammerklavier" (1819) Op. 109: Sonata għall-pjanuforti nru. 30 fil-Mi maġġuri (1820) Op. 110: Sonata għall-pjanuforti nru. 31 fil-La bemoll maġġuri (1821) Op. 111: Sonata għall-pjanuforti nru. 32 fid-Do minuri (1822) Varjazzjonijiet Op. 34: Sitt varjazzjonijiet fuq tema oriġinali Op. 35: Ħmistax il-varjazzjoni u fuga fil-Mi bemoll maġġuri Op. 44: Varjazzjonijiet fil-Mi bemoll maġġuri (1804) Op. 120: Varjazzjonijiet Diabelli fid-Do maġġuri (1823) Op. 63: Varjazzjonijiet fuq marċ ta' E. Chr. Dressler Op. 64: Varjazzjonijiet fuq Kanzunetta svizzera Op. 80: Tnejn u tletin varjazzjoni fuq tema oriġinali Bagatelli Op. 33: Sebgħa bagatelli għall-pjanuforti (1802) Op. 59: Bagatell fil-La minuri għall-pjanuforti "lil Eliża" (1808) Op. 119: Ħdax il-bagatell għall-pjanuforti (1822) Op. 126: Sitt bagatelli għall-pjanuforti (1824) Mużika oħra għall-pjanuforti Op. 134: Große Fuge rranġata għall-żewġ pjanuforti (1826) Mużika vokali Opri Op. 72: Fidelio (1814) Mużika oħra vokali Op. 46: "Adelaide" (1794-1795) Op. 85: "Kristu fuq l-għolja taż-żebbuġ" għas-solisti, kor u orkestra (1803) Op. 86: Quddiesa fid-Do maġġuri (1807) Op. 108: Ħamsa u għoxrin kanzunetta skoċċiża Op. 123: Quddiesa fir-Re maġġuri (Missa Solemnis) (1822) Op. 136: Der glorreiche Augenblick Op. 152: Ħamsa u għoxrin kanzunetta irlandiża Op. 153: Għoxrin kanzunetta irlandiża Op. 154: Tnax il-kanzunetta irlandiża Op. 155: Sitta u għoxrin kanzunetta galliża Op. 157: Tnax il-kanzunetta ta' nazzjonalitajiet varji Bibljografija Georg Kinsky - Hans Halm, Tematisch-Bibliographisches Verzeichnis aller vollendeten Werke Ludwig van Beethoven, G. Henle Verlag, Monaco, 1955 James F. Green and Willy Hess, The new catalogue of Beethoven's works, Vance Brook Publications, 2003, ISBN-10:0964057034, ISBN-13: 9780964057036 Referenzi Ħoloq esterni Referenza ġenerali Mad About Beethoven mix-xandar televiżiv u rajdufoniku John Suchet Beethoven Depot — Ix-xogħol kollu ta' Beethoven taħt format midi. L-Ittri ta' Beethoven 1790–1826, Volum 1, Volum 2. Bl-Ingliż fuq Gutenberg.org. Beethoven: L-Immortali. Introduzzjoni u bijografija dettaljata tal-ħajja tal-kompożitur. L-artikli jinkludu t-truxija tiegħu, il-komportament tiegħu, ir-rutina ta' kuljum, l-istorja medika tiegħu, l-aħħar ġranet u l-ittri tiegħu. Beethoven-Haus Bonn. Sit uffiċjali ta' Beethoven-Haus f'Bonn, fil-Ġermanja. Din tinkludi ħoloq lejn arkivju diġitali u studjo, il-kontenut tal-librerija, il-Mużew Beethoven-Haus (li tinkludi "esebizzjonijiet fuq l-internet" u "viżti virtwali"), iċ-ċentru ta' riċerka Beethoven-Arhiv, u informazzjoni fuq pubblikazzjonijiet ta' Beethoven li jiġbu l-interess tal-ispeċjalist u tal-qarrej ġenerali. Kollezzjoni estensiva ta' kompożizzjonijiet u dokumenti miktuba minn Beethoven, b'disponibbiltà tas-smigħ ta' partijiet mill-mużika tiegħu u rikostruzzjoni diġitali tal-aħħar dar li kellu fi Vjenna. Webcam mill-Beethoven-Haus li turi ritratt tal-wara tal-bini hekk kif inhu fl-aħħar minuta. Riżorsi fuq Beethoven — artikli u fatti dwar Beethoven mingħand Aaron Green, gwida għall-Mużika Klassika fuq About.com. Dak kollu fuq Ludwig van Beethoven Il-Personalità u l-Mużika ta' Beethoven: Ir-Romantiku Introvert Suġġetti speċifiċi Analisi tax-xagħar turi li Beethoven miet kawża ta' avvelenament taċ-ċomb. CBC News, 18-10-2000. Riċerkaturi jikkonfermaw iċ-ċomb bħala kawża tal-marda ta' Beethoven, Argonne, Ill. L-aħħar appartament ta' Beethoven fi Vjenna, mibni diġitalment fl-2004 Lista ta' xogħlijiet Università tal-Quebec — Tinkludi ħoloq lejn xogħlijiet irranġati skont diversi kriterji, u bi qbil mal-katalgi differenti. Lista komprensiva ta' xogħlijiet minn opus, WoO, Hess, Biamonti Partituri Partituri mużikali b'xejn minn Kreusch-sheet-music.net Partituri ta' Beethoven fuq il-Proġett Mutopia Manuskritti ta' Beethoven fil-Librerija Brittanika Twieldu fl-1770 Mietu fl-1827 Kompożituri Ġermaniżi Kompożituri Romantiċi Kompożituri Klassiċi Kompożituri tal-opra Pjanisti Ġermaniżi
3267
https://mt.wikipedia.org/wiki/Joseph%20Howard
Joseph Howard
Joseph Howard (twieled fl-4 ta' Diċembru 1862 – miet fl-20 ta' Mejju 1925) kien l-ewwel Prim Ministru ta' Malta. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u wara siefer biex ikompli jistudja bħala uffiċjal fl-Akkademja Militari Franċiża. Industrjalista u f'Malta żviluppa l-industrja tat-tabakk. Kien maħtur f'diversi kumitati u kummissjonijiet tal-Gvern imwaqqfin għall-iżvilupp tal-Kummerċ u l-Industrja. Għal diversi snin kien President tas-Soċjetà tal-Arti, Manifattura u Kummerċ. Kien ukoll għal xi żmien Konslu ta' Malta għall-Ġappun. Fl-1912 kien elett bħala membru tal-Kunsill tal-Gvern wara li kien nominat mill-Comitato Patriottico. Fl-1921 issieħeb mal-Unione Politica Maltese u fl-istess sena kien elett Senatur fl-ewwel Parlament Malti. Peress li Mons. Injazju Panzavecchia, li kien il-mexxej tal-UPM, ma kienx aċċetta li jkun il-Prim Ministru, il-Gvernatur Plumer offra l-kariga ta' Prim Ministru lil Joseph Howard. Fil-fatt dan mexxa l-ewwel Gvern Malti bejn is-26 ta' Ottubru, 1921, u t-13 ta' Ottubru, 1923. Howard baqa' magħruf għas-sens ta' tolleranza u esperjenza amministrattiva li kellu. Kien għal xi żmien ukoll President tal-Banda Filarmonika La Valette u fil-Kumitat tal-Konservatorju Vincenzo Bugeja. Kien onorat uffiċjalment bit-titlu ta' O.B.E., mir-Re tal-Ingilterra. Huwa miet fl-20 ta' Mejju, 1925. Mart Joseph Howard kienet kuġina ma' omm San Ġorġ Preca. Ħoloq esterni Bijografija fuq is-sit uffiċjali tal-Gvern ta' Malta Twieldu fl-1862 Mietu fl-1925 Prim Ministri ta' Malta Politiċi Maltin
3268
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ugo%20Pasquale%20Mifsud
Ugo Pasquale Mifsud
Sir Ugo Mifsud (Valletta, 12 ta' Settembru 1889 – 11 ta' Frar 1942) kien politiku Malti, li serva għal darbtejn bħala Prim Ministru ta' Malta, bejn l-1924 u l-1927, u mill-1932 sal-1933. Bijografija Iben l-imħallef Gio Batta Mifsud u Philomena Marianna Muscat, Ugo Mifsud studja l-Liċeo u wara l-Università ta' Malta. Fl-1910 kiseb il-lawrja ta' avukat. Hu beda l-karriera professjonali tiegħu u għamel isem speċjalment fi żmien il-Gwerra l-Kbira meta kellu ħafna xogħol fil-Qorti tal-Kummerċ. Sir Ugo kiteb ħafna fuq id-Dritt Internazzjonali f'rivisti ta' natura ġuridika bħall-International Law Notes. Kien elett membru tal-International Law Association u ħa sehem f'bosta konferenzi ta' din l-assoċjazzjoni. Kien ukoll membru tal-Kumitat Eżekuttiv u anki Viċi-President ta' din l-Assoċjazzjoni. Fl-1928, fil-konferenza li saret f'Varsavja, Sir Ugo ġie elett President tal-Aerial and Radio Law Committee. Inħatar Viċi President fl-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni fil-Konferenza Internazzjonali li kienet saret f'Oxford fl-1932 u fl-1934 intgħażel ukoll President għall-konferenza li kienet saret f'Budapest. Fl-1928, Sir Ugo rrappreżenta lil Malta fil-laqgħat tal-Empire Parliamentary Association li saret fil-Kanada. Politika Sir Ugo kien ġie elett Segretarju ta' xi Seduti tal-Assemblea Nazzjonali li ġiet imlaqqgħa fl-1919 fuq proposta ta' Sir Filippo Sciberras. Kien ta sehem kbir fit-tħejjija tal-Kostituzzjoni li ressqet l-Assemblea Nazzjonali quddiem il-Gvern Ingliż. Fl-1926, flimkien ma' Nerik Mizzi kien il-mexxej tal-Partit Nazzjonalista u baqa' sakemm miet fl-1942. Fl-1921 ikkontesta l-elezzjoni taħt il-Kostituzzjoni "Amery-Milner" u ġie elett membru tal-Assemblea Leġislattiva. Ingħata l-ħatra ta' Ministru tal-Industrija u Kummerċ. Fl-elezzjoni tal-1924, wara r-riżenja ta' Dott. Francesco Buhagiar minn Prim Ministru, Sir Ugo sar it-tielet Prim Ministru fl-età ta' 35 sena, l-iżgħar Prim Ministru tal-Imperu Brittanniku f’dak iż-żmien. Bejn l-1927 u l-1930 kien Kap tal-Oppożizzjoni u reġa' nħatar Prim Ministru bejn Ġunju 1932 u Novembru 1933, meta l-Kostituzzjoni tal-1921 ġiet irtirata. Meta, fl-1932, kien qiegħed imexxi delegazzjoni Maltija f'Londra, ippreżenta memorandum lis-Segretarju tal-Istat tal-Kolonji li fih saret talba formali biex Malta tingħata Kostituzzjoni li tpoġġiha fid-Dominion Office fost il-membri indipendenti tal-Commonwealth. Fl-1939 Sir Ugo ġie elett membru tal-Kunsill tal-Gvern. Fid-9 ta' Frar, 1942, waqt laqgħa tal-Kunsill, meta kienet qiegħda tiġi diskussa d-deportazzjoni ta' personalitajiet Maltin, fosthom dik tal-Avukat Nerik Mizzi, Sir Ugo Mifsud ħassu ħażin. Hu kien qiegħed jiddefendi b'argumenti sodi d-dritt ta' dawn il-Maltin li ma jiġux deportati minn pajjiżna. Jumejn wara, fil-11 ta' Frar, Sir Ugo Mifsud miet. Referenzi Calleja, J. (1997) Ugo. P. Mifsud 1889-1942: Prim Ministru u patrijott, Pietà: Pubblikazzjoniet Indipendenza. Sir Ugo Mifsud (1889-1942): profil u diskorsi kommemorativi (1963), Malta: Dipartiment tal-Informazzjoni. Ħoloq esterni Bijografija fuq is-sit uffiċjali tal-gvern Twieldu fl-1889 Mietu fl-1942 Politiċi Maltin Mexxejja tal-Partit Nazzjonalista (Malta) Politiċi tal-Partit Nazzjonalista (Malta)
3269
https://mt.wikipedia.org/wiki/Gerald%20Strickland
Gerald Strickland
Sir Gerald Strickland (Valletta, 24 ta' Mejju 1861 – Ħ'Attard, 22 ta' Awwissu 1940) kien il-mexxej tal-Partit Kostituzzjonali u r-raba' Prim Ministru ta' Malta. Imwieled il-Belt Valletta minn Walter Strickland u Louisa Bonici Mompalao, huwa għamel l-istudji tiegħu f'Malta, l-Italja u l-Ingilterra. Ħadem fis-Servizz Pubbliku tal-Imperu Brittaniku taħt il-Prim Ministru, Joseph Chamberlain. Fl-1887 kien elett fil-Kunsill tal-Gvern u fis-sena ta' wara kien nominat Chief Secretary. Huwa baqa' jokkupa din il-kariga sa l-1902 meta kien nominat Gvernatur ta' Leeward Islands u anki Gvernatur tat-Tażmanja, fl-Awstralja tal-Punent u New South Wales. Fl-1917 reġa' lura Malta u waqqaf l-Anglo-Maltese Party li ftit wara ngħaqad mal-Maltese Constitutional Party u sar il-Partit Kostituzzjonali taħt it-tmexxija tiegħu. Huwa kien Kap tal-Oppożizzjoni bejn l-1921 u l-1927 – tliet leġislaturi. Wara l-elezzjonijiet tal-1927 il-Partit tiegħu flimkien mal-Partit Laburista kellhom il-maġġoranza, sar il-ftehim tal-Compact u Strickland inħatar Prim Ministru bejn Awwissu 1927 u Ġunju 1930. Tul din il-leġislatura Strickland kellu l-inkwiet mal-membri tas-Senat u aktar tard qamet ukoll il-kwistjoni politiko-reliġjuża. Dawn wasslu għas-sospensjoni tal-Kostituzzjoni fl-1930. Ħeles minn attentat fuq ħajtu meta persuna ppruvat tassassinah minn ftit passi 'l bogħod minnu, iżda ma laqtitux. Sir Gerald Strickland kien ukoll Ministru tal-Ġustizzja bejn April 1929 u Ġunju 1932 u Novembru 1933, Kap tal-Oppożizzjoni. Wara l-għoti mill-ġdid tal-Kostituzzjoni fl-1939, Strickland kien il-mexxej tal-maġġoranza fil-Kunsill tal-Gvern. Huwa miet fid-dar tiegħu f'Ħ'Attard, fit-22 ta' Awwissu, 1940. Twieldu fl-1861 Mietu fl-1940 Politiċi Maltin Prim Ministri ta' Malta
3282
https://mt.wikipedia.org/wiki/Qlug%C4%A7
Qlugħ
Il-Qlugħ u bażikament biċċa drapp jew materjal ħafif u artab ieħor li jintrama ma' xi arblu ta' dgħajsa, xini jew għamar ieħor sabiex ir-riħ jaħbat miegħu u jimbotta d-dgħajsa fid-direzzjoni tar-riħ. Qabel l-invenzjoni tal-magni, id-dgħajjes kienu jaħdmu biss jew bl-imqadef jew bil-qlugħ. Il-Qlugħ tad-dgħajjes (frejgatini) tal-Latini Sa ftit ta' żmien ilu, hawn Malta kien għad hawn min juża l-qlugħ latin fuq il-frejgatini. Kien hawn ukoll min kien itellaq bihom u dawn kienu dehra komuni madwar ħamsin sena ilu, jew aktar (illum 2006) fil-bajjiet ta' Birżebbuġa, l-Isla u il-Gżira. Milli jidher u minn ritratti li jeżistu, kienu jkunu avvenimenti akkaniti, u l-frejgatini kienu jinbnew għal tal-apposta, aktar mislutin u mhux ċanelli, b'antenna twila ukoll sa xi 27 pied. Żgur kienu joffru xena majestuża, dawk il-frejgatini kollha, fir-riħ qawwi u bil-qlugħ miftuħin. Il-qlugħ x'aktarx kien magħmul minn tajjar Eġizzjan (Egyptian Cotton)li kien jinħadem fi strixxi twal minn fuq għal isfel tal-qlugħ. Illum rari tara frejgatina bil-qlugħ tal-latin, jekk mhux ta' xi ħadd, bħal f'Birżebbuġa akkanit għalihom. Ta' min jerġa' jqajjem dan id-delizzju li jorbot mat-tradizzjoni Maltija ta' l-ibbordjar, jekk mhux f'sens agonistiku, f'sens kulturali. Teknoloġija
3388
https://mt.wikipedia.org/wiki/Banda%20Lourdes
Banda Lourdes
Meta niġu biex nitkellmu dwar it-tieni paroċċa ta’ dan is-subborg progressive u kif wieħed jista’ jaħseb post bħal ma huwa Raħal Ġdid bilfors li kien hemm il-ħtieġa ta’ paroċċa oħra għax kif għidna, minkejja l-għadd ġmielu ta’ knejjes u kappelli li jeżistu fih il-popolazzjoni baqgħet dejjem tiżdied u għalhekk l-istess Arċisqof Mikiel Gonzi, nhar il-15 ta’ Awissu tas-sena 1963, poġġa u bierek l-ewwel ġebla ta’ knisja li hi taħt it-titlu tal-Madonna ta’ Lourdes. Il-knisja l-ġdida jew il-paroċċa l-ġdida għandha għamla ta’ mrewħa b’artal wieħed u hi ppjantata fuq stil modern u tesa’ aktar minn 800 ruħ. U għalkemm f’Malta hemm min jaħseb li l-festi qed imorru lura u l-għaqdiet tal-baned spiċċa żmienhom, jidher u jinħass il-kontra għax kulma jmur il-festi qed jiżdiedu u jitkabbru u ħafna minn dawn huma dovut għall-ħidma li ssir minn ħafna nies dedikati li l-maġġoranza tagħhom tinsab f’xi każin tal-banda. U dan jidher ukoll f’dan is-subborg li llum m’għandux biss żewġ parroċċi iżda tlett għaqdiet filarmoniċi. u dan xi ftit jew wisq wieħed jistennih għax tista’ tgħid f’ħafna każi fejn tinbet parroċċa ġdida jinbet ukoll każin tal-banda minkejja li llum iż-żmienijiet m’għadhomx bħal ta’ dari u l-finanzi meħtieġa huma xi ħaġa li tista’ forsi żżomm lil dak li jkun lura biex jilħaq dan il-għan. iżda dan ma kienx il-każ mal-Kavallier Lorenzo DePasquale li mit-twaqqif tal-paroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes ġieħ il-ħsieb li jsib minn jgħinu biex tiġi mwaqqfa soċjeta’ filarmonika oħra f’Raħal Ġdid. Il-bidu ma kienx wieħed faċli iżda bl-għajnuna ta’ xi ħbieb fosthom is-Sinjuri Joseph Fabri u Ernest Micallef ix-xewqa u l-proġett tal-Kavallier Lorenzo DePasquale bdew jieħdu l-forma u fl-20 ta’ April tas-sena 1977, tliet snin wara t-twaqqif tal-paroċċa ġdida, seħħ it-twelid tal-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes. Għall-bidu l-laqgħat bdew isiru f’kamra fil-knisja jew f’xi dar private ta’ wħud mill-membri sakemm wara ħafna taħbit il-kumitat ta’ din l-Għaqda akkwista l-post 83 Ditch Street. Tista’ tgħid li l-istatut ta’ kull Għaqda Mużikali juri l-għan li jxerred it-tagħlim tal-mużika u jżid ir-rikreazzjoni tal-membri. Imam huwa żgur ukoll li għalkemm forsi ma jidhirx miktub fl-istatut hemm ukoll l-iskop li tikber u tiżdied il-ħidma biex issir isbaħ il-festa titulari, u l-Banda Madonna ta’ Lourdes insibuha minn ta’ quddiem fil-paroċċa l-ġdida biex tkabbar il-festa tal-Madonna ta’ Lourdes. Infatti fis-sena 1978, sena wara mit-twaqqif tagħha organizzat għall-ewwel darba l-marċ ta’ filgħodu għal-festa. Illum il-banda tikkonferma is-sehem qawwi tagħha fil-festa titulari fejn minbarra li tagħmel marċ tas-Sibt u dak tal-Ħadd li issa sar tradizzjonali, ftit snin wara biss wara dawn iż-żewġ servizzi li semmejna, ħadet ħsieb biex tagħmel servizz ieħor il-Ġimgħa filgħaxija u Progamm vokali u Strumentali għall-ħruġ tal-vara min-niċċa. sadattant f’dawn is-snien ta’ ħajja tagħha l-Banda Madonna ta’ Lourdes għamlet diversi servizzi oħra barranin fosthom f’egħluq il-ħamsin Sena mit-twaqqif tal-Hibernians F.C.,fl-Imnarja fil-ġonna tal-Buskett, fil-Festa tar-Rebbiegħa fil-Belt Valletta u fil-ġonna ta’ l-Argotti l-Furjana, fil-festi ta’ Santa Venera,f’San Ġorġ - Ħal-Qormi, San Girgor f’tas-Sliema, f’Marsaxlokk fil-festa tal-Madonna ta’ Pompei, f’Santu Wistin il-Belt Valletta, fil-festa ta’San Ġużepp il-Karkarra, fil-Festa ta’ Kristu Sultan f’Raħal Ġdid u,f’Santa Marija Ħat-Attard u fil-festa ta’ Marrija Annunzjata f’Ħal-Balzan. Dawn huma ftit serviżżi minbarra in-nummru kbir ta’ Programmi u numru kbir tar-Rekordings. Fis-Sena 1987 fl-okkazzjoni ta’ 10 Anniversarju tal-Banda, il-Kumitat għamel statwa tal-Madonna ta’ Lourdes. Dina kienet ħaga sabieħa ħafna meta tara li kien l-ewwel ka\in ġo Raħal Ġdid li kellu l-vara tijow. Dina il-vara kienet inħadmet mill-Liskultur il-Kavallier Alfred Camilleri Cauhi. Dina l-vara għandha devozjoni kbira fil-paroċċa dawn jixħduħ in-nies li jitpaxxew meta dina l-vara tintrama fil-festa titulari. Dina l-vara giet iffinanzjata mill-poplu pawlist bl-għajnuna tas-Sur.Salvu Meli li kien benifattur kbir tal-paroċċa u tas-Soċjeta’dina l-istatwa gabar għalija il-Kavallier Lorenzo DePasquale. Fis-sena 2002 saru festi kbar biex is-Soċjeta’ tiċċelebra l-ħamsa u għoxrin anniversarju mit-twaqqif tagħa. Dawk kien jingludu quddisa fil-paroċċa Madonna ta’ Lourdes, Programm quddiem il-każin, fejn il-President il-Kavallier Lorenzo DePasquale kixef irħama li tfakkar dan l-anniversarju. is-soċjeta kompliet tiċċelebra dawn il-festi, fil-festa tal-patruna tas-soċjeta’ l-Madonna ta’ Lourdes billi inawgurat zewg irħamiet waħda ta-Presidenti tas-soċjeta’ u oħrat as-Surmastrijiet tas-soċjeta’. Il-festi ta’ dan l-anniversarju komplow bi program vokali u strumentali fejn il-banda tellet program fit-teatru tas-Salesiani f’tas-Sliema, u s-Soċjeta’ rat il-ħatra tat-tielet Direttur Mużikali tahha l-Prof.Josef Grech. Is-Soċjeta’ tikkomprendi fiha nnifisha madwar 150 membru u numru kbir ta’ alliev li bħalissa qegħdin jitgħallmu l-arti mużikali taħt idejn id-Direttur Mużikali l-Profs Grech. Meta illum iż-żgħażagħ għandhom tant affarijiet biex jalljenawhom tieħu gost tisma li din l-għaqda għandha wkoll numru kbir ta’ allievi. Il-banda bit-tħabbrik tal-kumitat u bl-għajnuna ta’ xi benefatturi mill-ewwel ħadet ħsieb biex tixtri strumentatura u rigali oħra lill-banda huma dejjem apprezzat, imam żgur li jkun apprezzat meta l-Ambaxxatur Ġermaniż għal-Malta Dr.Schmitt fis-sena 1984 kien ippreżenta kurunetta ġdida lill-Kavallier Lorenzo DePasquale. Il-Kavallier DePasquale flimkien ma’ xi wħud mill-membri tal-kumitat minn dejjem kellhom ambizzjonijiet kbar għall-futur fosthom dak ta’ xiri ta’ local ieħor akbar. Sa fl-aħħar il-ħolma tal-kumitat waslet. Nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju, 1985 quddiem in-nutar Dr.Gerald Spiteri Maempel għall-ħabta ta’ l-10.45a.m. il-Kavallier Lorenzo DePasquale u s-Sur Ernest Micallef bħala President u Kaxxier rispettivament għan-nom tas-Soċjeta’ ffirmaw il-kuntratt ta’ xiri tal-każin il-ġdid flimkien mal-werrieta tal-fond Nru. 21, f’New Street, Raħal ġdid. Fis-sena 1998 il-kumitat ġie quddiemu proġett ieħor tal-każin, dan kien il-bini u tisqif tal-btieħi f’sala waħda bħala ċentru ta’ attivita, wara li sar studju l- Kavallier Lorenzo DePasquale,qabgħad il-Perit L. Mintoff biex jgħamel l-pjanti meħtiega bix fiż-żmien qasir irnexxilu jiftaħ il-partijiet kollha u bhekk is-soċjeta kellha iktar spazzju fejn taqdi id-dmirijiet taħa. Wara tmexxija ta’ 27 sena mill-President il-Kavallier Lorenzo DePasquale fis-sena 2004 inħatar is-Sur.Carmelo Melli bħala President. Kien nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Awissu,2005 għall-ħabta ta’ l-9.30 a.m. għall darba oħra quddiem in-nutar Dr.Gerald Spiteri Maempel is-Sur.Carmelo Meli, il-Profs.Josef Grech u s-Sur.Alexander Vella bħala President, Segertarju w Kaxxier rispettivament għan-nom tas-Soċjeta’ ffirmaw il-kuntratt ta’ xiri tal-lokal ieħor li jmiss ma’ dak preżenti mal-werrieta tal-fond Nru. 23, f’New Street, Raħal Ġdid. Dan sabiex il-każin jespandi l-faċilitajiet rikreattivi għall-membri.B’hekk il-membri ser ikollhom aktar faċilitajiet biex jirrikrejaw ruħhom b’żieda ta’ logħob ta’ ġewwa bħalma huma billiard, table tennis darts u draughts. B’hekk ukoll bdew jersqu aktar membri żgħażagħ li jitħajru jibdew jitgħallmu xi strument. Għal numru kbir tas-snin il-Federazzjoni Maltija tad-Draughts għandha bħala sede uffiċjail tagħha dan il-każin tal-Banda sabiex torganizza kompetizzjonijiet matul is-sena kollha. Kien propju mill-każin tal-Banda Madonna ta’ Lourdes li rega’ twaqqaf il-Pawla Scout Group. Dan sar peress li fiż-żmien it-tmexxija tal-President il-Kavallier Lorenzo DePasquale. Kien il-President DePasuale li kien reġa’ ħa f’idejħ ukoll it-tmexxija tal-Pawla Scout Group wara ħafna snin wieqaf, il-laqgħat u t-taħriġ ta’ dan il-grupp beda jsir fil-każin tal-banda stes minħabba li local ma kellhomx. Dan il-grupp reġa’ twaqqaf mill-ġdid bil-ħidma insistenza tal-President il-Kavallier DePasuale. Din is-Soċjeta’ kienet rebħet ix-‘Shield’ fil-Gara Mużikli ta’ l-Allievi fl-1983 organizzata mill-Għaqda Każini tal-Baned. Din ix-“Shield’ mhux talli ġġib unur ieħor fl-istorja tas-Soċjeta’, iżda s-suċċess jurina biċ-ċar li din l-għaqda miexja fid-direzzjoni t-tajba rigward it-tagħlim mużikali. Ta’ min jirrimarka wkoll li s-Soċjeta’ qed tiġi mistiedna minn diversi għaqdiet oħra barranin sabiex tesegwixxi servizzi oħra barra dawk li għandha, bis-suċċessi li qed tikseb minn sena għall-oħra. Kienu ħafna l-kriżijiet ekonomiċi u amministrattivi, b’mod speċjail il-qagħada fraġili tal-banda, li għal xi żmenijiet tħalliet bħal dgħajsa mingħajr tmum, titqalleb mal-ħalel u mingħajr ħadd ma jidderiġiha biex ma titfarrakx. Kienu tnejn il- s-Sur.Carmelo Melli u Profs.Josef Grech, li żammewha li ma titkissirx u tiġi fix-xejn bħalma ġara lill-baned oħra. Jekk wieħed ma jiflix bir-reqqa l-minuti tal-kumitat mill-bidunett sa llum, żgur li ma jasalx biex jifhem u jkun jaf bil-baħar imqalleb u tempestuż li għaddew minnu d-diversi kumitati u l-bħalma fl-aħħar mill-aħħar jiġri lil ħaddieħor, u għalkemm il-kumitati f’din il-medda ta’ żmien, sabu ruħhom f’diffikultajiet, madankollu dejjem żammew rashom merfugħa, u dejjem baqgħu mexjin ‘il quddiem, minkejja dawk il-maltempijiet kollha li ta’ sikwiet kienu jinqalgħum, lil kull wieħed minn dawn, kemm membri tad-diversi kumitati, kif ukoll il-bandisti li taw sehemhom f’dawn is-snien, il-poplu Pawlist jirringrazzjahom għal dak kollu li għamlu. Sal-lum il-ġurnata, il-Banda Madonna ta’ Lourdes kellha jidderiġuha tlett Surmastrijiet, li bla ebda dubju kollha taw is-sehem tagħhom sabiex jaraw il-banda miexja ‘l-quddiem. Is-Surmast Orazio Cachia kien inħatar Aġent Surmast fl-1977. Wara ftit inħatar il-Kavallier Abel Joseph Mizzi li dam f’din il-kariga, mill-1977 sa 2002. taħt it-tmexxija tiegħu l-banda ġiet imsejħa mill-Għaqda Każini tal-baned Maltin u Għawdxin biex tagħti kunċert klassiku fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja padruna ta’ l-istess Għaqda tal-baned. Okkażjoni bħal din żgur li tibqa’ imniżżla b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ din is-Soċjeta’ meta dak inhar tal-21 ta’ Novembru 1984 esegwiet xogħlijiet minn opri bħalma huma t-Turandot, Cavalliera Rusticana u Andrea Chenier u kompożizzjonijiet oħra ta’ kompożituri internazzjonali. Tajjeb najdu lis-Surmast Abel Mizzi ta irrezenja tijhow fil-1999 u l-Assistent Surmast ta’ dak iz-zmien Mro.Josef Grech ma xtaqx li joqod Surmast Direttur minħabba li xtaq li s-Surmast Abel Mizzi jgħalaq 25 sena bħala Surmast Direttur. Wara ħames snin fil-kariġa ta’ Assistent Surmast Direttur mill-1997 sa 2002. fis-sena 2002 il-Profs.Josef Grech inħatar it-tielett Surmast tal-banda. Ta’ min jgħid li minn mindu laħaq il-Prof.Josef Grech, il-banda ħadet spinta ‘l quddiem fil-livell bandistiku u anki f’dik li hi organizzazzjoni ta; l-attivitajiet mużikali. F’daw li huma provi, il-banda tiltaqa’ darbtejn fil-ġimgħa għal għaxar xhur sħaħ kemm bħala banda sħiħa jew inkella f’sistema ta’ sections,liema sistema write riżultati eċċellenti. Dan jixhdu l-Kunċerti Annwali, fejn mhux biss ikun ta’ livell għoli, iżda wkoll hu attrazzjoni għall-folla numeruża li jattendu kull sena. Dan il-kunċert jattira daqstant nies għax barra li jkun preparat bis-serjeta’, l-għażla tal-bċejjeċ jappellaw ħafna għall-pubbliku. Barra minhekk, sar ħafna enfasi fuq it-taqgħlim mużikali kemm għal dawk li huma bandisti prospettivi kif ukoll għal dawk li jkunu diġa’ ħarġu jdoqqu. Fl-okkażjonijiet li fihom ħadet sehem il-banda taħt il-Profs. Grech, dejjem ħarġet bl-unuri u kisbet kliem ta’ tifħir. Il-Banda ghamlet diversi Programmi fosthom ta’ min issemmi il-Programm tat-tħul ta’ Malta fl-Unjoni Eropeja li sar fil-Belt Valletta. Programi oħra li jipqaw jissemow huma dak li l-banda esegwiet is-silta difikultuza ‘1812’ li kien sar fit-Tejatru tas-Selesiani f’tas-Sliema u Program ieħor il-sar fit-Teatru tal-General Werkers Union fejn il-banda għaddiet litwal xhol mużikali fejn esegwiet is-silta ‘The History of Malta’ tad-Direttur Mużikali Profs.Grech. Kien il-Profs. Grech meta il-banda esegwied il-Cantata Ad Unur il-Madonna ta’ Lourdes li kienet kompożizzjoni mill-lisbaħ u bhekk is-soċjeta’ għandha numru kbir ta’ tezori mużikali f’l-arkivju tagħha. Tamin jiremarka ukoll li fis-sena 2003 il-banda daqqet sitta u sebgħajn silta diverenti dawk kienu jingludu bosta kompozizzjonijiet tal-Profs.Grech li flimkien maħhom kien hemm xi mużika diffikultuza bħal ‘Marcia Slava’, ‘L-Amico Fritz’, ‘l Vespri Siciliani’,’Triumphal Marċ ta’ l-Aida’. U hawn ta’ min jifraħ lill-kumitat u l-membri tas-Soċjeta’ b’dan il-progress u nawguraw li wara li ntlaħaq dan il-livel għoli li poġġa lill-banda fost l-aħjar mill-baned Maltin. l-idejal li tħaddan l-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes hu li kulħadd għandu l-opportunita’ li juża’ t-talenti individwali tiegħu. għalhekk kul min għandu l-inklinazzjoni mużikali huwa mistieden biex isir membru ta’ l-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes. web sajt: [www.lourdesbandclub.com] Każini tal-banda f'Malta
3392
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jum%20l-Indipendenza%20%28Stati%20Uniti%29
Jum l-Indipendenza (Stati Uniti)
Jum l-Indipendenza (Independence Day) hija festa pubblika fl-Istati Uniti li tiġi ċċelebrata kull nhar l-4 ta' Lulju. Dakinhar fl-1776, seħħet l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza, meta t-tlettax -il kolonja ddikjarat l-Indipendenza tagħha mill-Ingilterra. Stati Uniti Festi pubbliċi fl-Istati Uniti
3395
https://mt.wikipedia.org/wiki/Fa%C5%BCijiet%20lunari
Fażijiet lunari
Il-fażijiet lunari jew fażijiet qamrin jiddeskrivu kif jidher il-Qamar matul il-moviment tiegħu. Kif jidher jiddependi mill-orjentament tiegħu relattiv għax-Xemx. Il-fażijiet lunari jirrepetu ruħhom f'intervall ta' żmien imsejjaħ "xahar sinodiku", ta' madwar 29 jum u nofs. Ix-xahar tal-kalendarju tagħna ġej minnu. Il-fażijiet lunari ġejjin mit-tidwir tal-Qamar u t-tibdil ċikliku li jiġi minnu tal-pożizzjoni relattiva mad-Dinja u x-Xemx. Il-qmura Il-qmura jew fażijiet jirrappreżentaw il-parti tal-Qamar imdawla mix-Xemx. Hemm erba' pożizzjonijiet fundamentali, rappreżentati fil-figura ta' taħt bit-titli ta' fuq, u erba' intermedji: Qamar mitluf Qamar ġdid L-ewwel kwart Qamar mużqaq Qamar kwinta jew Qamar mimli Qamar muqsar L-aħħar kwart Qamar xiħ It-terminu "kwart" jirreferi għall-pożizzjoni tal-Qamar fl-orbita madwar id-Dinja. Meta jkun f'waħda minn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet mid-dinja jidher biss nofs emisferu. It-tlugħ u l-inżul tal-qamar Meta jkun hemm Qamar mitluf, il-Qamar ikun qiegħed bejn id-Dinja u x-Xemx: jitla' filgħodu u jinżel fil-għaxija. Fil-kwarti (l-ewwel kwart u t-tieni kwart), il-linji li jgħaqqdu d-Dinja mal-Qamar u l-Qamar max-Xemx jagħmlu angolu ta' 90°. Fl-ewwel kwart il-Qamar jitla' f'nofsinhar u jinżel f'nofsillejl, fl-aħħar kwart jitla' f'mofsillejl u jinżel f'nofsinhar. Meta l-Qamar ikun mimli id-Dinja tkun bejn ix-Xemx u l-Qamar. Il-qamar jagħmel dawra sħiħa madwar id-dinja f'27 jum, 7 sigħat, 43 minuta u 11-il sekonda (xahar siderali). Waqt li x-xahar lunari jew sinodiku (jiġifieri l-perjodu bejn żewġ qmura mitlufin) idum 29 jum, 12-il siegħa, 44 minuta u 3 sekondi. Id-differenza ġejja mill-fatt li sistema Dinja-Qamar qiegħda torbita madwar ix-xemx fl-istess ħin li l-Qamar qiegħed jorbita madwar id-Dinja. Iż-żmien bejn żewġ fażijiet hu varjabbli ħafna billi l-orbita tal-Qamar hi elittika u suġġetta għal bosta perturbazzjonijiet perjodiċi, li jbiddlu l-veloċità tal-Qamar. Meta l-Qamar ikun iżjed qrib lejn id-Dinja, jiġri iżjed; meta jkun iżjed 'l bogħod, jimxi iżjed bilmod. L-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx hi wkoll elittika, u għalhekk il-veloċità tad-Dinja tvarja wkoll u dan jaffettwa wkoll il-fażijiet tal-Qamar. Wieħed jistenna li darba fix-xahar meta l-Qamar jgħaddi bejn id-Dinja u x-Xemx, meta l-Qamar ikun mitluf, id-dell tiegħu jaqa' fuq id-dinja u jikkawża eklissi solari. Bl-istess mod matul kull Qamar kwinta wieħed jistenna li d-dell tad-Dinja jaqa' fuq il-Qamar u jikkawża eklissi lunari. Ma narawx eklissi tax-Xemx u tal-Qamar kull xahar għaliex il-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja hu maqlub b'xi ħames gradi relattivament mal-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx (il-pjan tal eklittika). Għalhekk, meta jkun hemm Qamar mitluf jew mimli, il-Qamar ikun il-fuq jew l-isfel minn linja dritta li tgħaddi mid-Dinja u x-Xemx. Tassew li biex ikun hemm eklissi, il-Qamar irid ikun mitluf jew mimli, imma biex ikun hemm eklissi irid ikun qiegħed qrib ħafna fejn jiltaqgħu il-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx u l-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja (jiġifieri, f'wieġed min-nodi). Dan jiġri xi darbtejn fis-sena, u allura hemm bejn erba' u seba' eklissi fis-sena. Il-biċċa l-kbira minn dawn huma insinjifikanti; eklissi maġġuri tax-Xemx u l-Qamar huma rari ħafna. Il-kalkulu tal-fażijiet lunari Kemm għandu żmien il-Qamar bejn wieħed u ieħor, u allura l-fażi bejn wieħed u ieħor, nistgħu nikkalkulawh għal kull data billi ngħoddu l-ġranet minn data magħrufa ta' qamar mitluf (pereżempju l-1 ta' Jannar 1900 jew il-11 ta' Awwissu 1999) u nirriduċu dan in-numru modulo 29.530588853 (it-tul tax-xahar sinodiku). Però dan il-kalkulu jissoponi l-orbita hija ċirku perfett u għalhekk irridu nikkoreġuh bi ftit sigħat (isir inqas eżatt iżjed ma tkun kbira d-differenza bejn id-data meħtieġa u d-data ta' referenza). Għal iżjed eżattezza li tieħu kont tal-apoġew u il-periġew linari jinħtieġ. Proverbji u espressjonijiet Meta l-qamar jikser tista' tlaqqam. F'qamar mitluf la tqiegħed qrejjaq, la tlaqqam u lanqas tiżra'. Referenzi Qamar
3405
https://mt.wikipedia.org/wiki/Artiklu%20%28grammatika%29
Artiklu (grammatika)
l-artiklu hija kelma li titqiegħed biswit Nom biex t'indika it-tip ta' referenza li n-nom ikun qiegħed jirrealizza f'ċerta frażi. L-artiklu fil-lingwa Maltija Fil-Malti l-artiklu huwa irrealizzat bl-ittra (l) li tiġi mehmużha b'sing (-) mal-kelma ta' warajha. Eż. l-alfabett; l-għodwa; l-istatwa. L-artiklu iservi biex jiddetermina in-nom. Fil-Malti insibu biss l-Artiklu definit (l-). Dana jitqiegħed quddiem kelma li tibda b'vokali, għ jew h Eż.l-ors, l-għar, l-hena. Il-forma ta' l-Artiklu tista tvarja skond l-ewwel vokali jew konsonanti fil-kelma li tinsab quddiemha jew warajha: Quddiem kelma li tibda b'żewġ konsonanti fejn l-ewwel waħda tkun: m, n, r, s, x, in-nom jieħu quddiemu l-vokali tal-leħen. Eż. l-imħadda, l-inbid, l-irdum, l-ispaga, l-ixkupa L-Artiklu jieħu vokali ewfonika (i) quddiem konsonanti qamrin. Eż. l-baħar --> il-baħar, l-qattus --> il-qattus. Quddiem nomi li jibdew b'konsonanti xemxin, il-vokali ewfonika jingħaqad ma' l-ewwel konsonanti biex jifforma l-artiklu. Eż. l-naħal --> in-naħal, l-xemx --> ix-xemx. Billi fil-Malti m'għandniex l-artiklu indefinit, ir-referenza indefinita tista' tiġi imfissra bl-għajnuna ta' wieħed jew waħda. Eż. Kien hemm wieħed raġel kellu qattus iswed faħam. Biex il-kwalità tal-oġġett jiġi iddeterminat, l-Artiklu jinthemeż mal-Aġġettiv. Eż. il-kikkra l-kbira L'artiklu jista jingħaqad ma' xi partiċelli. '''mal-, ġol-, għal[l]-, sal-, fil-, tal-, bħal[l]-, lil[l]-, mil[l]-, Grammatika Maltija Lingwistika
3406
https://mt.wikipedia.org/wiki/Stat%20kostrutt
Stat kostrutt
L-istat kostrutt hu għamla partikolari ta' żewg nomi li flimkien jesprimu stat ta' rabta bejniethom. L-ewwel nom, li ġeneralment jiġi ddeterminat jew speċifikat b'artiklu, hawn jinkiteb mingħajr artiklu biswit nom ieħor. It-tieni nom jiddetermina l-ewwel wieħed u jesprimi relazzjoni ġenitiva, jiġifieri relazzjoni jew pussess tat-tieni nom fuq l-ewwel wieħed. B'hekk, dan l'istat huwa wiehed mill-possibilitajiet kif il-ġenitiv jista jiġi rrealizzat. L-istat Kostrutt iseħħ f'ilsna semitiċi bħall-Għarbi, l-Ebrew, u l-Eġizzjan antik. il-ġenitiv f'għamla ta' stat kostrutt Il-ġenitiv jesprimi rabta ta' possessjoni, jew relazzjoni dejqa bejn suġġett u oġġett. Fil-Malti din ir-relazzjoni tista tieħu tlett għamliet differenti: Fi-Frażi b'partiċella (ta'), waħedha: eż il-qattus ta' Pawlu jew b'partiċella mehmuża ma' suffiss pronominali eż il-qattus tiegħu F'kelma b'pronom mehmuż sufu, xagħarhom, qalbha, Fl-għamla ta' l-istat kostrutt: denb il-qattus, tarf il-ġnien Fl-istat kostrutt ir-rabta hija bejn żewġ nomi, fejn l-ewwel nom, imsejjaħ in-nom reġġent, jiġi ddeterminat jew speċifikat aktar preċiżament mit-tieni nom (imsejjaħ komplement). In-nom reġġent huwa dejjem mingħar artiklu u it-tieni nom ma jeħtieġx il-partiċella ta' Żewġ nomi wara xulxin ikunu fl-istat kostrutt biss meta it-tieni nom jiddetermina l-ewwel wieħed Eż: dahar is-siġġu (stat kostrutt) vs. tazza nbid Użu Il-ġenitiv jesprimi rabta ta' possessjoni, jew relazzjoni dejqa bejn suġġett u oġġett. Eżempju : Il-mistidnin ġew f'dar Francesca, dakinhar filgħaxija. L-istat konstrutt huwa "f'dar Francesca" F'dar = suġġett Francesca = oġġett Referenzi Grammatika
3409
https://mt.wikipedia.org/wiki/Carmelo%20Caruana
Carmelo Caruana
Mro. Carmelo Caruana (3 ta' Novembru 1927 - 17 ta' Jannar 2005) twieled Ħal Luqa, iben Ġwann Battista u Giovanna nee’ Farrugia. Huwa iżżewweġ lis-Sinjura Evelina mill-Birgu fl-1954. Kellu żewġ ulied, bintu Joan u Joseph li hu wkoll mużikant u bandist ma' diversi baned fosthom l-banda tagħna. Tfulitu Sa minn ċkunitu, kellu rabta kbira ma’ l-Għaqda Mużikali ta' Sant’ Andrija peress li missieru kien attiv fil-każin u membru fil-Kumitat. Missier is-Surmast Caruana, is-Sur Gio Batta Caruana kien għal diversi snin Direttur tal-Każin, kaxxier, kif ukoll President fi żmien l-Gwerra bejn l-1944 u 1945 u għalhekk kien jieħu lil ibnu l-każin miegħu. Mro. Carmelo Caruana ukoll kien membru tal-kumitat u serva f’bosta karigi fosthom ta’ Segretarju u Arkivista. Kien membru fil-kumitat bħala arkivista meta fl-1952 l-Għaqda għalqet 70 sena u ġie inawgurat l-każin prezenti flimkien ma strumentatura ġdida u Arkivju Mużikali ġdid. Propju fl-2002 meta l-Għaqda fakkret l-50 sena min din il-ġrajja l-Għaqda ppreżentat memento lilu kif ukoll lil Frans Mifsud, l’ uniċi tnejn li kienu għadhom ħajjin min dak il-kumitat. Mro. Carmelo Caruana kien wieħed minn tal-ewwel li nħatar Membru Onorarju tal-Għaqda. Bla dubju l-akbar talent li kellu Mro. Carmelo Caruana kien fil-kamp mużikali. Kif kienet drawwa f’dawk iż-żminijiet, jiġifieri ftit qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, membri jew Bandisti kienu jgħallmu dak li jafu lill-oħrajn. Ma kienx hawn skejjel tal-mużika. Fil-każ ta’ Mro. Caruana, kien propju missieru Ġan Patist, li kien mużiċist, li beda jgħallmu. Maestro Vincenzo Caruana Spiteri, ukoll iben l-Għaqda Muzikali Sant’ Andrija kien iz-ziju tiegħu, ħu missieru. Mal-Banda Sant’ Andrija huwa ħareġ idoqq bil-kwartin. Kompla l-istudji tiegħu ghand Mro Antonio Muscat Azzopardi u wara tgħallem l-armonija u l-vjolin għand Mro Agostino Camilleri. Karriera Mużikali Bidu Għal żmien twil kien jifforma parti mill-kappella tas-Surmast Lorenzo Galea tal-Birgu, u tas-Surmast Camilleri, magħrufa għal ħafna servizzi reliġjużi f’diversi knejjes ta’ Malta u Għawdex. Beda l-karriera tiegħu bħala Surmast mal-Banda Sant’ Andrija fejn dan idderiega ghal diversi darbi bħala ‘co-director’ tal-banda. L-ewwel darba li dderieġa l-Banda Sant’ Andrija uffiċjalment bħala sostitut tas-Surmast A. Muscat Azzopardi kien fil-15 t’Awwissu 1949, min dakinhar dderiega lill-Banda għal bosta drabi. Is-Surmast ta’ dak iż-żmien, Mro. Antonio Muscat Azzopardi, kien jemmen li s-Surmast Caruana kellu talent mużikali kbir u għamel min kollox biex jgħin lil dan it-talent joħroġ fil-beraħ. Kienet drawwa ta’ Mro. Antonio Muscat Azzopardi li jrawwem lill-Mro. Caruana billi jħallieħ jidderieġi l-kunċerti tal-Banda. Kont tarhom wara l-kunċert jiddiskutu l-mużika magħżula, kif ukoll d-direzzjoni. Wara l-Gwerra b’Malta prattikament kollha mġarrfa, l-Banda ta' Sant'Andrija dejjem baqgħet attiva bil-kunċerti. Kienet l-hena ta' Mro Carmelo Caruana, kif ukoll ta' diversi bandisti oħrajn li joħorġu l-mużika u jdoqqu kuljum kull filgħaxija. Apparti Mro Carmelo Caruana (kwartin) trawmu diversi bandisti eċċezzjonali fosthom is-Surmast preżenti tal-Banda Sant'Andrija Mro Paul Schembri (Euphonium), John Calleja (kurunetta), GianMari Busuttil (Baxx), Ġużeppi Bartolo (Trumbun) u diversi bandisti oħra ta' talent kbir li Mro Caruana għaraf juża is-servizzi tagħhom tul iż-żmien tiegħu bħala Surmast ta’ baned oħra madwar Malta. Drawwa oħra li tejbet it-talent tal-Mro Caruana kienet li Mro Muscat Azzopardi kien jixtri diversi partituri orkestrali biex jiġu rranġati għal Banda Sant'Andrija kif ukoll għall-Banda l’Isle Adam tar-Rabat fejn Mro Muscat Azzopardi kien ukoll Surmast. Kien iħalli f’idejn Mro Caruana biex jirranġa l-mużika. Mro Carmelo Caruana żgur jibqa' magħruf għal kompożizzjonijiet u arranġamenti mużikali li għamel ghal baned. Meta kont tidħol fl-istudju tiegħu fejn kien jikkomponi u jirranġa kont tħoss li dħalt f’tempju tal-mużika. Kull fejn iddawwar wiċċek tara kotba, partituri , CDs, kollox marbut mal-mużika. Impressjonanti l’ammont ta’ arrangamenti li kellu arkivjat , kif ukoll jimperssjonak ghax meta kont issaqsih ghal xi bicca muzika, kien jghidlek, “ Iva ghandi zewg arrangamenti”. Hu ipprepara tant xoghlijiet muzikali biex setghu jkunu esegwiti mill-banda kemm dik immexxija minnu kif ukoll minn baned ohrajn. Xiehda ta’ dan Mro Carmelo Caruana nhatar Maesto Onorarju ta’ diversi baned ma’ Malta. Fost dawn nsibu bla dubju lil Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija ,Ghaqda Muzikali Lourdes Paola, Banda Beland taz-Zejtun, ta’ Birzebbugia, ta’ Bormla, ta’ Hal Qormi, kif ukoll ta’ San Lawrenz tal-Birgu. Ghat-talenti muzikali tieghu kien maghzul bhala Surmast tal-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Haz Zabbar fl-1963 u dam ghal ghaxar snin Surmast. Fl-1969 ma din l-istess banda dderiega l-Innu Kantata lill-Appostlu Sant’ Andrija nhar il-Festa f”Hal Luqa. Il-Banda King's Own Kien fl-1973 meta biex inghaqad bhala Surmast tal-King’s Own kellu jhalli l-Banda ta’ Haz Zabbar. Fil-kazin tal-Banda tal-Belt huwa ga kien ilu aktar minn ghaxar snin bhala Assistent, jghallem l-aljievi u jassisti lis-Surmast l-Maggur Anthony Aquilina. Kien ukoll bandist ma’ din il-banda fejn kien jdoqq il-klarinett Piccolo. L-ewwel darba li dderiega l-King’s Own kienet fil-Festa tal-Madonna tal-Gilju fl-Imqabba fl-1973. Sena wara fl-1974 gie celebrat ic-Centenarju mit-twaqqif tas-Socjeta u Banda King’s Own. Il-King’s Own that id-direzzjoni ta’ Mro Carmelo Caruana esegwiet program fit-Teatru Manoel fejn daqqet is-Sinfonija Struensee ta’ Mayerbeer u Sinfonija ‘Dal Nuovo Mondo’ ta’ Dvorak li kollha spiccaw b’applawsi kbar. Min dakinhar il-quddiem kienu biss successi bil-programmi li ta’ kull sena l-Banda Cittadina King’s Own kienet tesegwixxi madwar Malta u Ghawdex, kif ukoll fil-programmi gewwa l-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Nistghu nghidu li l-maggoranza tal-karriera muzikali tieghu nafuha ma’ din il-banda fejn dam ghal 29-sena shah. Fl-2002 kellu jirtira ghal ragunijiet ta’ sahha, bhala apprezzament tal-hidma li ghamel ma-din il-Banda l-kumitat hatru bhala Surmast Emeritus. Baned Oħrajn Mro Carmelo Caruana kien ukoll Surmast tal-Banda de Paule ta’ Rahal Gdid bejn l-1987 u l-1993. Ghal sittax-il sena mexxa wkoll il-Banda tat-Tarzna fejn kien impjegat bhala ‘draughtsman’. Huwa dejjem hadem biex ikattar u jghallem is-sbuhija tal-muzika. Hafna jiftakru il-programm ta’ Peter Paul Ciantar ‘Siesta’ kuljum wara nofsinhar fuq FM Bronja. Dan kien program radjofoniku fejn l-Maltin kienu jitolbu biex jindaqqu diversi bcejjec ta’muzika klassika. Kull nhar ta’ Hamis is-Sur Ciantar kien icempel lil Mro Caruana biex fuq ir-radju jiddiskutu dwar xi kompozitur partikolari. Ukoll waqt il-kuncerti kien jhobb jispjega dwar il-muzika li ser tindaqq. L-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija dejjem sabet l-appogg tas-Surmast Carmelo Caruana. Kien jigi bil-qalb kollha jiltaqa ma shabu membri tal-Ghaqda taghna. Kull meta is-Socjeta’ kellha bzonn xi bicca muzika dan kien jghaddiha lil arkivista ‘senza interessi’. Ukoll kull meta fil-ftit okkazjonijiet is-Surmast prezenti kien jkun ndispost huwa kien jidderiegi l-banda minfloku. Kien dejjem unur li banda tkun diretta f’xi okkazjoni minn Surmast ta’ dik il-kwalita’ specjalment min bniedem li ghamel isem ghal Hal Luqa madwar Malta kollha. Mewt Mro Carmelo Caruana miet nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar 2005 fl-għomor ta’ 78 sena. Il-Funeral sar fil-Knisja Parrokkjali tar-Rahal Gdid. Fil-funeral tieghu hadu sehem zewg baned Maltin. Il-Banda Kristu Re ta’ Rahal Gdid , b’korteo gewwa Rahal gdid. Kif ukoll sar Korteo iehor gewwa rahal twelidu, Hal Luqa, bil-Banda Sant’ Andrija. Diversi kienu l-baned li gew bl-istandard taghhom, apparti l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija u L-Banda Kristu Re ta’ Rahal Gdid li daqqew kien hemm rappresentati dawn il-baned, il-King’s Own Band tal-Belt Valletta, il-Banda Queen Victoria taz-Zurrieq, il-Banda Beland taz-Zejtun, Isle Adam tar- Rabat, Banda San Lawrenz u Prince of Wales tal-Birgu, Lilly Band u Sta Marija tal-Mqabba, Banda Sta Katerina taz-Zurrieq,Banda Lourdes Paola, San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq, Santa Marija tal-Qrendi u Nicolo Isourd tal-Mosta. Dan kollu b’turija ta’ rispett kbir li kellu dan is-surmast mill-komunita bandistika Maltija. Caruana Caruana (kunjom) Twieldu fl-1927 Mietu fl-2005
3413
https://mt.wikipedia.org/wiki/Krakovja
Krakovja
Krakovja (bil-Pollakk (pronunzjata: [ˈkrakuf]) u bl-Ingliż: Kraków) hija t-tieni l-ikbar belt u waħda mill-eqdem bliet fil-Polonja. Tinsab fir-reġjun ta' Małopolskie tul ix-xmara Vistula, u tmur lura għas-seklu 7 W.K. Krakovja kienet il-belt kapitali uffiċjali tal-Polonja sal-1596 u tradizzjonalment kienet wieħed miċ-ċentri ewlenin tal-ħajja akkademika, ekonomika, kulturali u artistika Pollakka. Spiss tiġi kkwotata bħala waħda mill-isbaħ bliet tal-Ewropa, u ċ-Ċentru Storiku tagħha bil-Kastell Irjali ta' Wawel ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1978, fost is-siti tal-bidu nett li ngħataw dan l-istatus. Il-belt kibret minn insedjament ta' Żmien il-Ħaġar għat-tieni l-iżjed belt importanti tal-Polonja. Bdiet bħala raħal fuq l-Għolja ta' Wawel u skont ir-rapporti ta' Ibrahim Ibn Yakoub, merkant minn Cordoba, kienet ċentru kummerċjali importanti tal-Ewropa Ċentrali fid-985. Bl-istabbiliment ta' universitajiet ġodda u ta' postijiet kulturali fil-bidu tat-Tieni Repubblika Pollakka fl-1918 u matul is-seklu 20, Krakovja affermat mill-ġdid ir-rwol tagħha bħala ċentru akkademiku u artistiku nazzjonali ewlieni. Mill-2022, il-belt għandha popolazzjoni ta' 800,653 ruħ, b'madwar tmien miljun persuna oħra jgħixu f'raġġ ta' 100 km (62 mil) mill-pjazza prinċipali tagħha. Wara l-invażjoni tal-Polonja mill-Ġermanja Nażista fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, id-Distrett ta' Krakovja l-ġdid magħruf bħala Distrikt Krakau sar il-kapitali tal-Gvern Ġenerali tal-Ġermanja. Il-popolazzjoni Lhudija tal-belt ġiet ikkonfinata f'żona mdawra bil-ħitan magħrufa bħala l-Getto ta' Krakovja, u minn hemm kienet tintbagħat lejn il-kampijiet ta' sterminju Nażisti bħall-kampijiet ta' konċentrament Nażisti fil-qrib ta' Auschwitz u Płaszów. Madankollu, il-belt ma ġarrbitx wisq bumbardamenti u ma ġietx meqruda. Fl-1978, Karol Wojtyła, l-arċisqof ta' Krakovja, sar il-Papa Ġwanni Pawlu II —l-ewwel Papa mhux Taljan f'455 sena. Dik is-sena wkoll, l-UNESCO niżżlet iċ-Ċentru Storiku kollu ta' Krakovja u l-Minjiera tal-Melħ ta' Wieliczka bħala l-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-Polonja. Krakovja hija kklassifikata bħala belt globali b'"suffiċjenza għolja" min-Network tar-Riċerka dwar il-Globalizzazzjoni u l-Bliet Dinjin. Il-wirt kulturali estensiv tul l-epoki bl-arkitettura Gotika, Rinaxximentali u Barokka jinkludi l-Katidral u l-Kastell Irjali ta' Wawel max-xtut tax-xmara Vistula, il-Bażilika ta' Santa Marija, il-Knisja ta' San Pietru u San Pawl u l-ikbar pjazza tas-suq Medjevali fl-Ewropa, Rynek Główny. Krakovja tospita wkoll l-Università Jagjellonjana, waħda mill-eqdem universitajiet fid-dinja u tradizzjonalment l-iżjed istituzzjoni rinomata tal-apprendiment avvanzat fil-Polonja. Il-belt tospita wkoll għadd ta' istituzzjonijiet ta' importanza nazzjonali bħall-Mużew Nazzjonali, it-Teatru tal-Opri ta' Krakovja, it-Teatru ta' Juliusz Słowacki, it-Teatru Nazzjonali ta' Stary u l-Librerija Jagjellonjana. Il-belt hija moqdija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Ġwanni Pawlu II, it-tieni ajruport tal-pajjiż u l-iżjed ajruport internazzjonali importanti għall-abitanti tax-Xlokk tal-Polonja. Fis-sena 2000, Krakovja kienet Kapitali Ewropea tal-Kultura. Fl-2013, Krakovja ġiet approvata uffiċjalment bħala Belt tal-Letteratura mill-UNESCO. Il-belt ospitat il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f'Lulju 2016. Fl-2023, saret it-tielet edizzjoni tal-Logħbiet Ewropej f'Krakovja u r-reġjun ta' Małopolskie. Sit ta' Wirt Dinji Iċ-Ċentru Storiku ta' Krakovja ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1978. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Referenzi Bliet tal-Polonja Siti ta' Wirt Dinji Bliet Ewropej
3430
https://mt.wikipedia.org/wiki/Gramma
Gramma
Gramma hi kejl fis-Sistema Metrika u fis-sistema SI (Sistema Internazzjonali) biex jitkejjel il-piż. Is-simbolu ta' gramma hu g. Kejl Sistema metrika
3431
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kilogramm
Kilogramm
Kilogramma hi l-kejl bażiku fis-Sistema Metrika u fis-sistema SI (Sistema Internazzjonali) biex titkejjel il-massa. Is-simbolu ta' gramma hu kg. Dan il-kejl hu l-unika wieħed li jieħu l-prefiss k, li jfisser kilo u li jindika li kilogramma magħmulha minn 1000 gramma. Ir-raġuni għalfejn dan hu minnu għandha għeruq storiċi. Il-Kilogramma hi l-unika unità bażika SI li għadha definita billi tiġi mqabblha ma' oġġett minflok definita b'xi propjetà fundamentali tal-fiżika. Kejl Sistema metrika
3437
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0u%C5%BC%C3%A8%20Muscat%20Azzopardi
Ġużè Muscat Azzopardi
Ġużè Muscat Azzopardi kien rumanzier, poeta u kummentatur soċjali Malti. Ħajja personali u soċjali Muscat Azzopardi twieled Ħal Qormi fl-1 ta’ Settembru 1853. Hu studja fis-Seminarju ta’ l-Imdina u fl-Università ta’ Malta fejn ħa d-diploma ta’ prokuratur legali fl-1875. Huwa żżewweġ lil Tonina Fenech u kellu tlett itfal Ivo (kittieb), Ġino (kittieb) u Anton (kompożitur). Ġużè Muscat Azzopardi miet fl-4 t’Awissu 1927 il-belt Valletta. Muscat Azzopardi kien kelliem kapaċi, politiku popolari, kritiku tal-palk magħruf, ġurnalist versatili u parteċipant attiv fl-ambjent soċjo-kulturali. Fil-waqt li kien avukat ta' suċċess, huwa laħaq President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali u kien membru tal-Giunta Teatrale tal-Gvern. B’ħerqa kbira kien jippromwovi d-drama Maltija u kien l-editur ta’ diversi ħarġiet perjodiċi fosthom In-Naħla Maltija (1878) u Il-Ħabib (1911), u anke kkontribbwixxa f’publikazzjonijiet oħra bħal Id-Dawl (1892) u Il-Ħabbar Malti. Ġużè Muscat Azzopardi kien membru fil-Kunsill tal-Gvern u waqqaf l-Għaqda Kittieba tal-Malti (li aktar tard saret l-Akkademja tal-Malti). Fl-1920 ġie elett bħala l-ewwel president tagħha, kariga li żamm sa mewtu. Fl-1924 sar l-ewwel editor ta’ Il-Malti, il-ħarġa perjodikali ta’ l-għaqda. Għal xi żmien kien eżaminatur tat-Taljan fl-Università ta’ Malta u fis-Seminarju. Għall-kitbiet u attivitajiet reliġjużi tiegħu, ġie onorat darbtejn mill-Papa Piju X, l-ewwel bil-Pro Ecclesia et Pontefice u mbagħad bil-medalja Bene Merenti. Fid-dawl tal-bosta kontribuzzjonijiet tiegħu b’proża u poeżija lil-letteratura Maltija, Franġisk Saverju Caruana sejjaħlu ‘Missier il-lettaratura Maltija’. Ix-xogħol letterarju tiegħu jinkludi rumanzi, poeżiji, reċti, bijografiji u traduzzjonijiet. L-ewwel kitba tal-proża tiegħu kienet Il-Ħajja ta’ San Ġorġ (1874), li kienet traduzzjoni mit-Taljan. Ġużè Muscat Azzopardi kien involut b’mod attiv fil-ħajja soċjo-kulturali, tant li fl-1875, fl-età żagħżugħa ta’ 22 sena insibuh imniżżel bħala Segretarju tas-Soċjeta Filarmonika Pinto ta’ Ħal Qormi. Ħames snin wara, fl-1880, huwa kiteb il-versi ta’ l-ewwel innu f’ġieħ San Ġorġ il-Qaddis Patrun tar-Raħal. Huwa kien ukoll President ta’ l-istess Soċjeta mill-1906 sa l-1917. Il-ħeġġa u l-imħabba tiegħu lejn il-kultura, kif ukoll il-versatilità ta’ Muscat Azzopardi joħorġu ċari f’diskors li għamel nhar is-21 ta’ April 1907 meta l-Banda Pinto, li tagħha kien President, wettqet program ta’ mużika fl-okkazzjoni tal-festa ta' San Gorg. Fid-diskors Muscat Azzopardi qiegħed jindirizza lis-Surmast-Kompożitur Mro. Ġanni Gatt li kiteb il-mużika għal l-Innu hawn fuq imsemmi. Jispikka wkoll l-għażla ta’ kliem mirqum li juża Muscat Azzopardi f’dan id-diskors li deher fil-gazzetta Malta tat-22 t’April 1907: "Surmast, jien qiegħed noffrilek dawn il-fjuri mhux għax jien Qormi, għax int ħabib tiegħi jew għax int alliev ta’ Vassallo, dak li qiegħed iżid ikabbar dejjem il-ġieħ ta’ Malta Artistika; lanqas għax jien il-President ta’ din il-Banda popolari Qormija jew għax jien rappreżentant ta’ din il-Belt Pinto tagħna fil-Kunsill Popolari u wisq inqas għax jien l-awtur ta’ dawn il-versi ta’ l-Innu; le, iżda, biss noffrihomlok f’ismi, f’isem il-Banda u f’isem il-Qormin kollha dilettanti tas-sabiħa arti tal-mużika għal dak il-kbir ġenju tiegħek li bih għaraft tlibbes dawn il-versi tiegħi b’mużika tant sabiħa, ħelwa u deskrittiva tinħass ħierġa ħafifa ħafifa minn dak il-ġenju li l-Providenza għoġobha tagħnik bih." Muscat Azzopardi bħala rumanzier. Huwa spikka bħala rumanzier. Fir-rumanzi storiċi tiegħu Toni Bajjada (1878), Mattew Callus (1878), Vicu Mason (1881), Susanna (1883), Ċejlu Tonna (1886), Ċensu Barbara (1893) u Nazju Ellul (1909), l-imgħoddi jiġi użat għal l-applikazzjoni universali tiegħu. B’mod romantiku l-istorja issir indikazzjoni tal-ġejjieni u r-rumanzier iħallat valuri nazzjonalistiċi ma’ l-istorja vvintata. It-tagħqid ta’ l-istorja (li teħtieġ tiftix) u l-finzjoni (li teħtieġ immaġinazzjoni) tfittex li tgħallem u fl-istess ħin tiddeverti. Hu jimla il-proża tiegħu bl-istorja u narrazzjoni diretta hekk kif l-istejjer tiegħu huma bbażati fuq azzjoni, deskrizzjoni, eżortazzjoni u istruzzjoni espliċita. Filwaqt li l-karattri mhumiex żviluppati psikoloġikament, il-qarrej jifhem il-karattru b’dak li jagħmel u mhux minħabba xi personalità żviluppata. Muscat Azzopardi bħala poeta Muscat Azzopardi kien ukoll poeta mirqum li esperimenta fil-flessibilita tal-Malti bħala mezz ta’ espressjoni poetika. Ħafna mill-poeżiji tiegħu jinstabu f’Ġabra ta’ Poeżiji bit-Taljan u bil-Malti (1876), Ħamsin poeżija bil-Malti (1890) u Ġabra sħiħa ta’ Sunetti bi Studju fuqhom tal-Kittieb Innifsu (1956). Il-poeżija tiegħu ħadet ħafna elementi validi mill-ambjent ta’ madwaru u l-interpretazzjoni soċjali li ppreżentat kienet kemm il-darba t’ispirazzjoni għal poeti oħrajn. Minħabba s-sens estetiku tiegħu qatt ma nesa’ il-missjoni tiegħu ta’ edukatur letterarju u anke l-poeżija tiegħu ħafna drabi hija didattika. Ġużè Muscat Azzopardi, flimkien ma’ awturi minuri oħra bħal Ludovik Mifsud Tommasi, Richard Taylor, Anton Muscat Fenech, Dwardu Cachia u Manwel Dimech, wirtu l-wirt poetiku ta' Ġan Anton Vassallo li sejjes il-poeżija tiegħu fuq tlett taqsimiet prinċipali: dik sentimentali, dik satirika u dik nazzjonalistika. L-awturi msemmija hawn fuq issoktaw jorqmu u jfettħu l-orjentament demokratiku tal-poeżija, waqt li wessgħu l-medda ta’ l-ispirazzjoni tagħhom billi fehmu aħjar l-istrutturi soċjali u l-mudelli kulturali, waqt li komplew itejbu t-taħdit letterarju tagħhom, dejjem fid-dawl tal-forom tat-taħdit popolari. Din li ġejja hija parti mill-poeżija ta’ Ġużè Muscat Azzopardi Il-Baħar, b’xhieda ta’ l-istil tiegħu: {| border=0 |- | valign=top | Mita, fis-sajf, kif jisbaħ, Nixref mit-tieqa tiegħi, Biex nara l-mewġ ta’ taħti Stenbaħx biċ-ċiera miegħi; U nilmħu donnu ġelu Magħqud bit-trab tan-nir, Bil-qlugħ tad-dgħajjes ħierġa Bħal qatgħa gawwi kbir; Mita, kif l-ewwel dija Tax-xemx tibda tleqq fuqu, Narah jitħarrek – donnu ħass ’il xi ħadd isuqu; u mal-blatiet tal-plajja, bin-nida tiegħu xeheb, qalb il-bokok tal-fidda ifawwar jut tad-deheb; mita narah, bil-qima tal-maħbubin mistura, jersaq lejn l-art, ibusha… u jarġa’ jwarrab lura; nifhem, f’dik is-sbuħija, li xejn m’aħna l-bnedmin; u nħoss il-bżonn li ngħajjat; Alla, kemm int ħanin! Muscat Azzopardi bħala traduttur u drammaturgu Traduzzjonijiet ta’ Muscat Azzopardi jinkludu Pawlu Xara (1879), L-Għarusa tal-Mosta (1879), Il-Ħalliel it-Tajjeb (1901), Il-Quddiesa (1902) u Storja ta’ Malta (1903) mit-Taljan u Il-Għasar tal-Madonna (1878), Il-Missal (1918), l-erba’ Vanġeli: San Mattew (1895), San Mark (1915), San Luqa (1916), San Ġwann (1917), u L-Ktieb ta’ l-Appostli ta’ San Luqa (1924) mill-Latin. Muscat Azzopardi kiteb bosta reċti, xi wħud minnhom huma oriġinali filwaqt li oħrajn huma maqluba mit-Taljan. Muscat Azzopardi bħala rumanzier Muscat Azzopardi spikka bħala rumanzier. Fir-rumanzi storiċi tiegħu Toni Bajjada (1878), Mattew Callus (1878), Vicu Mason (1881), Susanna (1883), Ċejlu Tonna (1886), Ċensu Barbara (1893) u Nazju Ellul (1909), l-imgħoddi jiġi użat għal l-applikazzjoni universali tiegħu. B’mod romantiku l-istorja issir indikazzjoni tal-ġejjieni u r-rumanzier iħallat valuri nazzjonalistiċi ma’ l-istorja vvintata. It-tagħqid ta’ l-istorja (li teħtieġ tiftix) u l-finzjoni (li teħtieġ immaġinazzjoni) tfittex li tgħallem u fl-istess ħin tiddeverti. Hu jimla il-proża tiegħu bl-istorja u narrazzjoni diretta hekk kif l-istejjer tiegħu huma bbażati fuq azzjoni, deskrizzjoni, eżortazzjoni u istruzzjoni espliċita. Filwaqt li l-karattri mhumiex żviluppati psikoloġikament, il-qarrej jifhem il-karattru b’dak li jagħmel u mhux minħabba xi personalità żviluppata. Referenzi Maltese Biographies of the Twentieth century, PIN, 2000 Il-Poeżija Maltija, Friggieri Oliver, Malta University Publishers, 1996 1862-1962 Rikordju tal-festi ċentinarji tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Qormi, Stamperija, Dar ta' San Ġużepp, Ħamrun, 1962 Ħoloq Esterni Soċjeta Filarmonika Pinto - Banda San Sebastjan A.D. 1862 L-Akkademja tal-Malti Poeti Maltin Kittieba Maltin Twieldu fl-1853 Mietu fl-1927 Ġużè Muscat Drammaturgi Maltin Tradutturi Maltin Tradutturi mit-Taljan għall-Malti
3446
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tumas%20Dingli
Tumas Dingli
Tumas Dingli (twieled fit-22 ta' Diċembru 1591 – miet fit-22 ta' Jannar 1666) kien bennej tal-knejjes u skultur fil-ġebla Maltija. Fiż-żewġ oqsma għamel isem kbir għalih u għal pajjiżu għaliex minn taħt l-idejn imħarrġa tiegħu ħarġet skultura qisha bizzilla li żżejjen il-knisja l-qadima ta' Birkirkara u dik ta' Ħ'Attard. Bijografija u Xogħlijiet Tumas Dingli mexa tista' tgħid fuq il-passi ta' missieru Ġakbu Dingli, kif ukoll iz-ziju, Andrea Dingli. Dingli studja il-matematika u wara ħa s-sengħa ta' arkitett minn Matteo Coglitura. Dingli kien ġej minn familja ta' skalpellini jew naġġara, jiġifieri skulturi fil-ġebla. Ismu huwa ġeneralment marbut ma' tipoloġija ta' knisja fi stil li nistgħu nsejħulu, b'ċerta riżerva, bħala Rinaxximentali. Karatteristiċi ewlenija huma l-proporzjonijiet armonjużi, l-użu tal-pilastri ġganteski bil-panewijiet, l-użu tan-niċċa biex tagħti artikolazzjoni aktar rikka lill-faċċata u lit-tambur tal-koppla, u fuq kollox, l-iskultura fina fil-ġebel, speċjalment fil-prospettivi tal-artali u madwar il-bibien. Is-sengħa tiegħu fit-tfassil tal-knejjes għandha xhieda ħajja fl-irħula ta' Ħ'Attard, in-Naxxar, Ħal Għargħur, il-Gudja, Ħaż-Żabbar u Birkirkara. Kien ukoll imdaħħal fil-bini tal-Akkwedott, il-Palazz tal-Isqof u Porta Reale fil-Belt Valletta. Influwenzi Bħala bennej ta' knejjes jidher li mexa fuq il-passi ta' Vittorio Cassar, it-tifel ta' Ġlormu Cassar. Tgħallem ukoll minn Giovanni Attard, li kiseb fama bħala bennej tal-akkwedott. Mewt Tumas Dingli miet ta' 75 sena, fit-22 ta' Jannar 1666 u jinsab midfun fil-knisja ta' Ħ'Attard taħt l-artal tad-Duluri. Sfortunatament iż-żmien ħassar u qered lapida li kienet tfakkar il-post fejn jinsab jistrieħ fil-knisja ta' Ħ'Attard iżda fortunatament għandna traskrizzjoni tagħha. Referenzi Twieldu fl-1591 Mietu fl-1663 Arkitetti Maltin
3455
https://mt.wikipedia.org/wiki/Serbja
Serbja
Is-Serbja, uffiċjalment ir-Repubblika tas-Serbja (Serb Ċirilliku: Република Србија, Latin: Republika Srbija, huwa pajjiż interkjuż fiċ-Ċentru u x-Xlokk tal-Ewropa, li jifforma l-parti l-kbira tal-parti ċentrali tal-peniżola Balkanika u l-parti t’isfel tal-pjanura Pannonika. Il-kapitali hija Belgrad. Imissu mas-Serbja fit-Tramuntana nsibu lill-Ungerija; lir-Rumanija u l-Bulgarija fil-Lvant; lir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u l-Albanija fin-nofsinhar; u l-Montenegro, il-Kroazja, u r-Repubblika Srpska (parti mill-Bosnja-Ħerzegovina) fil-Punent. Wara r-ribelljoni kontra l-madmad Tork, bejn l-1804 u l-1815, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala stat awtonomu li ħadet l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fl-1878. Bis-saħħa ta’ rebħ fil-gwerer Balkaniċi u fl-Ewwel Gwerra Dinjija, għal kważi seklu, is-Serbja kienet parti minn diversi Stati Slavi tan-nofsinhar, fosthom ir-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni mill-1918 sal-1941 (imsemmija ir-Renju tal-Jugożlavja fl-1929), ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja mill-1945 sal-1992, ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja mill-1992 sal-2003, u l-Unjoni tas-Serbja u Montenegro mill-2003 sal-2006. Wara li l-Montenegro vvota favur li jħallu l-Unjoni, is-Serbja ddikjarat l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fil-5 ta’ Ġunju, 2006, bħala l-istat suċċessur tal-Unjoni tas-Serbja u Montenegro. Ġeografija Is-Serbja tinsab fil-Balkani (reġjun distint storikament u ġeografikament tax-xlokk tal-Ewropa) u fil-pjanura Pannonika (reġjun tal-Ewropa ċentrali). Għandha fruntieri mal-Albanija, il-Montenegro, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u r-Rumanija. Is-Serbja hija mdawwra bl-art, għalkemm ix-xmara tad-Danubju tagħti possibilità ta' tbaħħir fl-Ewropa u fil-Baħar l-Iswed. L-art tas-Serbja tvarja mill-pjanuri għonja u għammiela fir-reġjun tal-Vojvodina, mergħat u barrieri tal-franka fil-Lvant u fix-xlokk, muntanji u għoljiet antiki. It-tramuntana hija ddominata mix-xmara Danubju. Fergħa tagħha, ix-xmara Morava, tgħaddi mir-reġjuni aktar muntanjużi tan-nofsinhar. Klima Il-klima Serba tvarja bejn klima kontinentali fit-tramuntana, bi Xtiewi kesħin, Sjuf sħan u umdi b’ħalbiet ta’ xita regolari u klima aktar Adrijatika fin-nofsinhar b’Sajf u Ħarifa sħan u xotti u bi Xtiewi relattivament kesħin fejn anke taqa' l-borra aktar 'il ġewwa. L-Ibliet Bliet kbar (aktar minn 100,000 abitant) – ċensiment 2002 , għall-Kosovo u Metohija World Gazetteer stimi kurrenti (mhux uffiċjali): Beograd (Belgrad): 1,273,651 (il-parti ta’ ġewwa tal-belt); 1,710,000 (bis-subborgi) Novi Sad: 215,659 (298,139 il-parti metropolitana) Priština: bejn 200,000 (stima tal-2002 ) u 262,686 (stima tal-2006) Niš: 173,724 (250,518 il-parti metropolitana) Kragujevac: 147.473 (180.252 il-parti metropolitana) Prizren: bejn 121,000 (stima tal-2002) u 165,227 (stima tal-2006) Subotica: 99,471 (147,758 il-parti metropolitana) Ġonna Nazzjonali Is-Serbja għandha ħames ġonna nazzjonali: Fruška Gora (250 km²) Kopaonik (120 km²) Tara (220 km²) Đerdap (Rixtellu tal-Ħadid) (640 km²) Šar-planina (390 km²) Storja Is-Serbja Medjevali L-għeruq tal-istat Serb jmorru lura għas-seklu 7 u l-Familja ta’ Vlastimirović. Renju Serb (madwar Duklja) twaqqaf fis-seklu 11. Dan dam sa-aħħar tas-seklu 12. L-istat Medjevali Serb reġa' ġie ffurmat fis-seklu 12 fir-reġjun Raška mis-Serb Grand Župan Stefan Nemanja. Fl-1220, taħt Stiefnu l-Ewwel Inkurunat, is-Serbja saret renju, u fl-1346, Stefan Dušan waqqaf l-Imperu Serb. L-Imperu sfaxxa u waqa’ f’idejn it-Torok Ottomani wara l-battalja storika tal-Kosovo fl-1389. It-territorji Serbi tat-tramuntana (id-despotat Serb) kienu mirbuħa għal kollox fl-1459 meta ntrebħet Smederevo. Il-Bożnja ntrebħet ftit snin wara Smederevo u l-Ħerzegovina fl-1482. Is-Serbja Ottomana Wara l-waqgħa tal-Imperu Serb fil-Battalja tal-Kosovo, bejn l-1459 u l-1804, is-Serbja kienet taħt il-ħakma tal-Ottomani, għad li kien hemm tliet invażjonijiet Awstrijaċi u għadd kbir ta’ ribelljonijiet (bħar-Ribelljoni tal-Banat). Dak iż-żmien l-Iżlam kien f’perjodu ta’ tkabbir, speċjalment f’Raska, fil-Kosovo u fil-Bożnja. Ħafna Serbi (u Kroati) saru Musulmani; dan eventwalment wassal għat-twaqqif tan-nazzjon Bożnjakk. Il-perjodu Ottoman huwa wieħed ta’ ċerta importanza fl-istorja tal-pajjiż minħabba li l-kultura Slava, Biżantina, Għarbija u Torka tħalltu f’salt. Ħafna minn dak li jagħmel il-kultura Serba dak li hi nistgħu nsibu l-oriġini tiegħu f’dan il-perjodu. Is-Serbja Moderna L-ewwel ribelljoni Serba tal-1804-1813, immexxija minn Đorđe Petrović (magħruf ukoll bħala Karađorđe jew "Ġorġ l-Iswed"), u t-Tieni ribelljoni Serba tal-1815 wassal għat-twaqqif tal-Prinċipat tas-Serbja. Minħabba li kienet semindependenti mill-Imperu Ottoman, hija kkunsidrata bħala dik li wasslet għat-twaqqif tas-Serbja moderna. Mill-1815 sal-1903, l-istat Serb kien immexxi mill-Familja Obrenović, minbarra mill-1842 sal-1858, fejn is-Serbja kienet immexxija mill-Prinċep Aleksandar Karađorđević. Fl-1903, l-Obrenović ġew mibdula mill-Familja Karađorđević, li kienu dixxendenti ta’ Đorđe Petrović. It-taqbida għal soċjetà moderna, għad-drittijiet tal-bniedem u għal stat nazzjon damet għaddejja xi tliet deċennji u ġiet kompluta bl-adozzjoni tal-Kostituzzjoni tal-15 ta' Frar 1835. Fl-1876, il-Montenegro, is-Serbja, u l-Bożnja ddikjaraw gwerra kontra l-Imperu Ottoman u ddikjaraw l-unifikazzjoni tagħhom. Iżda, it-Trattat ta’ Berlin fl-1878, li kien iffirmat fil-Kungress ta’ Berlin mill-Qawwiet il-Kbar, ta indipendenza sħiħa lis-Serbja u l-Montenegro biss, filwaqt li tal-Bożnja u r-Raška lil Awstrija-Ungerija,li waqqfu l-unifikazzjoni tagħhom sal-Gwerer Balkaniċi fl-1912 u fl-1913 u l-Ewwel Gwerra Dinjija. Fit-28 ta’ Ġunju 1914 il-qtil tal-Arċiduka Franz Ferdinand tal-Awstrija f’Sarajevo fl-Awstrija-Ungerija minn Gavrilo Princip, unjonista tas-Slavi tan-Nofsinhar, sudditu Awstrijak u membru tal-Bożnja Żagħżugħa, wassal biex l-Awstrija-Ungerija ddikjarat gwerra kontra s-Serbja. L-Imperu Russu pprepara t-truppi tiegħu għad-difiża tal-alleata tiegħu, s-Serbja. Dan wassal biex l-Imperu Ġermaniż ddikjara gwerra kontra r-Russja b’appoġġ lill-alleata tiegħu l-Awstrija-Ungerija. Iżda tattiċisti militari Ġermaniż, biex jiffrankaw attakk minn żewġ naħat kontra r-Russja u Franza, attakkaw l-ewwel lil Franza. Dan wassal għad-dħul fil-gwerra tal-Qawwiet Kbar Ewropej. L-armata Serba rebħet bosta battalji kontra l-Awstrija-Ungerija fl-Ewwel Gwerra Dinjija, imma fl-aħħar ġiet megħluba mill-forzi magħquda tal-Imperu Ġermaniż, l-Awstrija-Ungerija u l-Bulgarija. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija s-Serbja tilfet 1,264,000 persuna — 28% tal- popolozzjoni, u 58% tal-popoluzzjoni maskili. Perjodu bejn il-gwerer Wara l-1918, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet waħda mill-membru fundaturi tar-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni, aktar tard imsemmija r-Renju tal-Jugożlavja. Matul it-Tieni Gwerra Dinijia, is-Serbja kien stat okkupat mill-Ġermaniżi u kien jinkludi l-parti Ċentrali tas-Serbja tal-lum u l-Banat, popolarment imsemmi s-Serbja ta’ Nedić. Imma, parti mit-territorju tas-Serbja tal-lum kien okkupat mill-armati Kroati, Ungeriżi, Bulgari, Albaniżi u Taljani. Il-qawwiet okkupanti wettqu diversi delitti fuq il-popolozzjoni ċivili, speċjalment fuq is-Serbi u l-Lhud. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija Fl-1945, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala waħda mill-unitajiet federali tat-tieni Jugożlavja, ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja, mmexxija minn Josip Broz Tito sa mewtu fl-1980. Wara l-waqgħa tat-tieni Jugożlavja fl-1992, sal-2003, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet parti mir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja. Minkejja l-fatt li s-Serbja ġġieldet bosta gwerer fuq territorji Kroati u Bożnjakki, hija baqgħet għaddejja fil-paċi internament sa l-1998. Bejn l-1998 u l-1999, kunflitti kontinwi fil-Kosovo bejn Forzi tas-Sigurtà Serbi u Jugożlavi u l-KLA wasslu għal bumbardament mill-ajru tan-NATO li dam għaddej 78 jum. L-attakki waqfu meta l-President Jugożlav Slobodan Milošević aċċetta li jirtira l-Forzi tas-Sigurtà kollha, inklużi l-militar u l-pulizija u jissostitwixxihom bi grupp ta’ pulizija internazzjonali, bir-riżultat li l-Kosovo tibqa' formalment parti mill-Federazzjoni Jugożlavja(Ara: Gwerra tal-Kosovo). Mill-2003 sal-2006, is-Serbja kienet parti mill-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro, l-isem li kien ingħata minflok ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja, biex b’hekk l-isem ‘Jugożlavja’ għeb għal kollox minn fuq il-mappa. Fil-21 ta’ Mejju, 2006, il-Montenegro għamel referendum biex jaraw għandhomx iwaqqfu l-għaqda mas-Serbja. L-għada, riżultati ċċertifikati mill-istat urew li 55.5% tal-votanti kienu favur li jinfirdu minn mas-Serbja, riżultat li kien biss ftit aktar mill-55% meħtieġ biex jgħaddi r-referendum. Fit-3 ta’ Ġunju, l-Parlament Montenegrin ddikjara l-Montenegro indipendenti mill-Unjoni Statali u fil-5 ta’ Ġunju, l-Assemblea Nazzjonali Serba ddikjarat is-Serbja bħala s-suċċessur tal-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro. Politika u Gvern Fl-4 ta’ Frar 2003 il-parlament tar-Repubblika Federali tal-Jugożlavja qabel ma' forma aktar flessibbli ta’ kooperazzjoni bejn is-Serbja u l-Montenegro fi ħdan commonwealth msejjaħ Serbja u Montenegro. Wara t-tneħħija ta’ Slobodan Milošević fil-5 ta’ Ottubru 2000, il-pajjiż beda jitmexxa mill-Oppożizzjoni Demkratika tas-Serbja. Fi ħdan din il-koalizzjoni kiber it-tensjoni sakemm Partit Demokratiku tas-Serbja (DSS) ħalla l-gvern biex ħalla lill-Partit Demokratiku (DS) f’kontroll assolut. Madankollu, f’Marzu tal-2004 id-DSS ġabar biżżejjed appoġġ biex ifforma l-gvern ġdid tas-Serbja, flimkien mal-G17 Plus u l-koalizzjoni SPO-NS, u bl-appoġġ tal-Partit Soċjalista Serb, li ma jiħdux sehem fil-gvern, imma bil-bdil għall-appoġġ tagħhom, għandhom pożizzjonijiet żgħar fil-gvern u l-ġustizzja u jinfluwenzaw fil-politika. Il-Prim Ministru tas-Serbja huwa Vojislav Koštunica, mexxej tal-Partit Demokratiku tas-Serbja. Il-president attwali tas-Serbja huwa Boris Tadić, mexxej tal-Partit Demokratiku (DS). Hu ġie elett bi 53% tal-voti fit-tieni ċiklu ta’ l-elezzjonijiet presidenzjali Serbi li saru fis-27 ta' Ġunju 2004, wara ħafna elezzjonjiet bla suċċess sa mill-2002. Tqassim Amministrattiv Is-Serbja hija maqsuma f’29 distrett (5 minnhom qegħdin fil-Kosovo, li attwalment hi amministrata mill-ĠM) u l-Belt ta’ Belgrad. Id-distretti huma maqsuma f’108 muniċipalitajiet. Is-Serbja għandha żewġ provinċji awtonomi: fin-nofsinhar hemm il-Kosovo u Metoħija bi 30 muniċipalità, u fit-tramuntana hemm Vojvodina b’46 muniċipalità. Il-parti tas-Serbja li ma tinsabx la fil-Kosovo u lanqas fil-Vojvodina hija msejjħa is-Serbja Ċentrali. Is-Serbja Ċentrali mhijiex taqsima amministrattiva, bħaż-żewġ provinċji awtonomi , u m’għandhiex gvern reġjonali tagħha. Fl-era Jugożlava din il-parti bidet tissejjaħ, bis-Serbo-Kroat "uža Srbija" li tfisser litteralment "Serbja d-dejqa". Din hija biss tifsira ġeografika mingħajr l-ebda implikazzjonijiet politiċi. Adeżjoni fl-Unjoni Ewropea 2012 - status ta' kandidat għall-UE L-applikazzjoni tas-Serbja għas-sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fid-19 ta' Diċembru 2009. Fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Kunsill l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tas-Serbja. Fit-12 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea tat opinjoni pożittiva u rrakkomandat li s-Serbja tingħata l-istatus ta' pajjiż kandidat. Fid-9 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kunsill biex jeżamina u jikkonferma li s-Serbja kienet kompliet turi impenn u tikseb aktar progress f'għadd ta' oqsma. Il-Kunsill imbagħad intalab jieħu deċiżjoni fi Frar 2012 dwar l-għoti ta' status ta' kandidat lis-Serbja, sabiex tiġi kkonfermata mil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2012. Fl-1 ta' Marzu 2012, il-Kunsill Ewropew ta lis-Serbja l-istatus ta' pajjiż kandidat. Jannar 2014 - bidu tan-negozjati tal-adeżjoni Fis-27 u t-28 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew qabel li jibda negozjati tal-adeżjoni mas-Serbja mhux aktar tard minn Jannar 2014. Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-istati membri tagħha, u r-Repubblika tas-Serbja. Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013. Il-Kunsill qabel dwar qafas għan-negozjati mas-Serbja fis-17 ta' Diċembru 2013. Laqgħat tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni Fil-21 ta' Jannar 2014, l-ewwel laqgħa tal-Konferenza mas-Serbja dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fetħet in-negozjati tal-adeżjoni. Minn dakinhar, saru għaxar laqgħat tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fi Brussell. Minn total ta' 35 kapitolu ta' negozjar, issa nfetħu17-il kapitolu għan-negozjati, li minnhom diġà ngħalqu żewġ kapitoli proviżorjament. Ser jiġu ppjanati aktar Konferenzi dwar l-Adeżjoni, kif xieraq, sabiex il-proċess jitmexxa 'l quddiem fit-tieni nofs tal-2019. Fit-18 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru s-Serbja. Fl-20 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet. Demografija Is-Serbja hija mgħammra l-aktar mis-Serbi. Minoranzi jinkludu l-Albaniżi (li huma fil-maġġoranza fil-provinċja tal-Kosovo-Metoħija), l-Ungeriżi, il-Bosnijaċi, r-Roma, l-Kroati, is-Slovakki, l-Bulgari, r-Rumeni, eċċ. Is-Serbja hija magħmula minn tlett territorji: il- provinċja tal-Kosovo-Metoħija, provinċja tal-Vojvodina u s-Serbja Ċentrali (Serb Ċirilliku: Централна Србија, Serb Latin: Centralna Srbija. Iż-żewġ provinċji huma etnikament diversi. Dan ġej mill-fatt li l-pajjiż ġie magħmul minn partijiet li kienu jiffurmaw parti, fin-nofsinhar, mill-Imperu Ottoman Musulman u fit-tramuntana mill-Imperu Asburġiku Kattoliku. Il-provinċja ta’ fuq tal-Vojvodina hija l-aktar parti żviluppata tal-pajjiż f’termini ta’ saħħa ekonomika. Bħall-eks-repubbliki Jugożlavi tas-Slovenja, Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina, Vojvodina kienet parti mill-amministrazzjoni tal-Awstrija-Ungerija qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Vojvodina hija waħda mill-aktar territorji etnikament diversi fl-Ewropa b’aktar minn 25 komunità nazzjonali differenti. Skont l-aħħar ċensiment (2002), din il-provinċja għandha popolazzjoni ta’ 2 miljuni, li minnhom: 65% huma Serbi, 14.3% huma Ungeriżi, 2.79% huma Slovakki, 2.78% huma Kroati, 2.71% mhux dikjarati, 2.45% Jugożlavi, 1.75% Montenegrini, 1.50% Rumeni, 1.43% Roma, 0.97% Bunjevci, 0.77% Ruteni, 0.58% Maċedonjani, 0.50% affiljazzjoni reġjonali, 0.23% Ukraini, oħrajn (Albaniżi, Sloveni, Ġermaniżi, Pollakki, Ċiniżi eċċ). Statistika tal-popolazzjoni tas-Serbja (Mejju 2005) Serbja (total): 9,396,411 Vojvodina: 2,116,725 Serbja Ċentrali: 5,479,686 Kosovo-Metoħija: 1,800,000 Il-proġezzjonijiet demografiċi tal-popolazzjoni futura tas-Serbja jbassru li fl-2030, il-popolazzjoni tas-Serbja ħa tkun magħmula minn 7,200,000 Albaniż u 6,300,000 Serb. Il-proġezzjonijiet huma bbażati fuq il-fatt li l-popolazzjoni etnika Albaniża fis-Serbja tirdoppja kull 20 sena (fl-1961 kien hemm 646,000 Albaniż waqt li fl-1981 kien hemm 1,226,000), waqt li l-popolazzjoni etnika Serba tibqa madwar 6,000,000 (6,016,000 Serb fl-1971, 6,352,000 Serb fl-2002). Il-ftit żieda fil-popolazzjoni Serba hija attribwita lid-dħul ta’ rifuġjati Serbi mill-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kroazja fl-1990 minħabba l-Gwerer Jugożlavi aktar milli riżultat ta’ xi tkabbir naturali tal-popolazzjoni. Ekonomija GDP u tkabbir {| border=1 cellpadding=4 cellspacing=0 class="toccolours" style="align: left; margin: 0.5em 0 0 0; border-style: solid; border: 1px solid #7f7f7f; border-right-width: 2px; border-bottom-width: 2px; border-collapse: collapse; font-size: 95%;" |- ! style="background: #efefef; border-bottom: 2px solid gray;" | Prodott Gross Domestiku |- | Real GDP (PPP): $41.15 biljun (2005 est.) (Sors: CIA ) $43.46 biljun (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF ) |- | Real GDP per kapita (PPP): $4,400 (2005 est.) (Sors: CIA ) $5,203 (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF ) |- | Real GDP (rata ta' kambju): $19.19 biljun (2005 est.; mingħajr il-Kosovo) (Sors: CIA ) $26.59 biljun (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF ) |- | Real GDP per kapita (rata ta' kambju): $3183.76 (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF ) |- | Real GDP rata ta’ tkabbir (2005): 5.9% (2005 est.; mingħajr il-Kosovo) (Sors: CIA ) |} {| border=1 cellpadding=4 cellspacing=0 class="toccolours" style="align: left; margin: 0.5em 0 0 0; border-style: solid; border: 1px solid #7f7f7f; border-right-width: 2px; border-bottom-width: 2px; border-collapse: collapse; font-size: 95%;" |- ! style="background: #efefef; border-bottom: 2px solid gray;" | Statistika oħra |- | Rata ta’ tkabbir ta’ produzzjoni Industrijali: 7.1% (2004), 1.3% (2005) |- | Rata tal-qgħad: 20.0% (2005) (31.6% with Kosovo) |- | Inflazzjoni: 15.5% (2005) |- | Dejn Barrani: $15.43 Biljun (2005) |- | FDI (2005): $1 481 Miljun (Source: NBS ) |- |} Ħoloq esterni B92 Aħbarijiet Blic Gazzetta CIA World Factbook profile on Serbia Glas Javnosti Gazzetta Krstarica Web Portal Foundation Rastko Serbian Unity Congress Michael Boro Petrovich, The History of Modern Serbia 1804-1918, 2 vols. I-II, Harcourt Brace Jovanovich, New York 1976. Stevan K. Pavlowitch, (2002). Serbia: the History behind the Name, London: C. Hurst & Co. Publishers. ISBN 978-1-85065-476-6. Dušan T. Bataković, Histoire du peuple serbe, (sous la direction de) D. T. Bataković, L'Age d'Homme, Lausanne 2005. Dušan T. Bataković, The Kosovo Chronicles, Plato Books, Belgrade 1992. The Serbs and Their National Interest, N. Von Ragenfeld-Feldman & D. T. Bataković (eds.), SUC, San Francisco & Belgrade 1997 Kosovo and Metohija. Living in the Enclave, D. T. Bataković (ed.), Institute for Balkan Studies, SASA, Belgrade 2007. Dušan T. Bataković, Kosovo. Un conflit sans fin ?, Lausanne, L`Age d`Homme 2008. Dušan T. Bataković, Serbia’s Kosovo Drama. A Historical Perspective, Čigoja Štampa, Belgrade 2012. Referenzi Serbija, Kunsill tal-Unjoni Ewropea Serbja Repubbliki Pajjiżi interkjużi Pajjiżi stabbiliti fl-2006
3456
https://mt.wikipedia.org/wiki/L-A%C4%A7%C4%A7ar%20%C4%8Aena%20%28Leonardo%29
L-Aħħar Ċena (Leonardo)
L-Aħħar Ċena hija pittura tas-Seklu Ħmistax li tinstab f'Milan, pittura ta' Leonardo da Vinci għall-patrun tiegħu Duka Lodovico Sforza. Din il-pittura tirrapreżenta ix-xena ta` meta Kristu flimkien ma' l-Appostli għamlu l-aħħar ċena.
3459
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mo%C5%A1ovce
Mošovce
Mošovce (popolazzjoni: 1380) huwa raħal importanti fis-Slovakkja Ċentrali. Fih ħafna monumenti storiċi u huwa ukoll il-post fejn twieled il-poeta Slovakk, Ján Kollár. Ħoloq esterni www.mosovce.sk Broshura Informazzjoni Drienok Slovakia accommodation Gallerija Bliet tas-Slovakkja
3463
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A6%C4%A1ie%C4%A1
Ħġieġ
Il-kelma Ħġieġ fis-sens komuni tirreferi għal solidu iebes, mqarqaċ u trasparenti , bħal dak użat għat-twieqi, bosta fliexken, jew xedd l-għajnejn, li jinkludu ħġieġ tas-soda-ġir, ħġieġ tal-borosiliċiku, ħġieġ akriliku, ħġieġ taz-zokkor, ħġieġ Muskovit, jew ossinitridu ta' l-aluminju. Fis-sens tekniku, il-ħġieġ huwa prodott inorganiku ta' fużjoni li jibred u jsir riġidu mingħajr ma jsir kristall. Ħafna ħġieġ huma magħmul mis-siliċi (diossidu tas-siliċju) bħala l-kompożizzjoni prinċipali tiegħu u glass former. Fis-sens xjentifiku t-terminu ħġieġ huwa ħafna drabi estiż għas-solidi amorfi kollha (u materjali mdewwbin li faċilment isiru solidi amorfi), li jinkludu l-plastiċi, ir-rażeż, u solidi oħrajn amorfi bla siliċi. Ukoll, barra l-metodi tradizzjonali ta' tidwib, kull mezz ieħor għall-preparazzjoni huwa meqjus, bħall-impjantazzjoni ionika, u l-metodu sol-gel. Però, ix-xjenza tal-ħġieġ is-soltu tinkludi biss solidi amorfi inorganiċi, filwaqt li l-plastiċi u materjali organiċi simili jaqgħu taħt ix-xjenza tal-polimeri, bijoloġija u oqsma xjentifiċi oħra. Il-kompożizzjoni ottika u fiżika tal-ħġieġ tagħmlu tajjeb biex jintuża bħala ħġieġ ċatt, għall-kontenituri, fil-materjali ottiċi u materjali optoelettroniċi, għall-apparat tal-laboratorju, insulazzjoni termali (tajjar tal-ħġieġ), bħala fibri ta' rinforziment (plastiċi jew konkrit imsaħħin bil-fibri tal-ħġieġ), u fl-arti. Kompożizzjoni Ġenerali, użi, fejn jinstab Il-ħġieġ ordinarju nużawh kullimkien minħabba li huwa trasparenti għad-dawl viżibbli.Din it-trasparenza ġejja min-nuqqas ta' stati elettroniċi ta' tranżizzjoni fiż-żona tad-dawl viżibli. Il-ħġieġ hu omoġenju fuq skali ta' tul ferm akbar minn dik tat-tul tal-mewġa tad-dawl viżibli u għalhekk huwa trasparenti waqt li kieku kellu ħafna irregolità, d-dawl kien jixxered u b'hekk kull tip ta' trasmissjoni ta' immaġni koerenti kienet tiġi mkissra. Ħafna oġġetti tad-dar huma magħmula mill-ħġieġ. It-tazzez, skutelli u fliexken huma l-biċċa kbira tal-ħġieġ, kif ukoll il-bozzoz tad-dawl, mirja, akkwarji, tubi katodiċi, TFT tal-kompjuters, u t-twieqi. Fil-laboratorji tar-riċerka, buqari, tubi tat-testjar, u apparat tal-laboratorju huma ta' spiss magħmula minn ħġieġ borosilikat billi għandu koeffiċjent ta' espansazzjoni termika baxxa, għalhekk għandu iżjed reżistenza għall-fqugħ bis-sħana u jgħamel possibbli kejl aktar preċiż. Għal applikazzjonijiet fejn tidħol temperatura għolja, jintuża l-ħġieġ tal-kwarz, għalkemm huwa ferm diffiċli li taħdmu. Ħafna mill-affarijiet tal-ħġieġ tal-laboratorju huma prodotti bil-massa, iżda xi laboratorji kbar iżżomu wkoll wieħed li jaf jonfoħ il-ħġieġ sabiex joħloq xi apparat speċjali tal-ħġieġ li jkun meħtieġ. Xi kultant, il-ħġieġ huwa maħluq naturalment mill-lava volkanika, impatt ta' beraq jew metjoriti (p.eż., il-Lekateljerit, il-Fulgurit, il-Ħġieġ Darwin, il-Ħġieġ Volkaniku u l-Impattit). Jekk il-lava tkun felsika dan il-ħġieġ ikun ossidjana li ġeneralment huwa iswed bi ftit impuritajiet. L-ossidjana hija materjal naturali li ġie użat minn Żmien il-Ħaġar biex jintgħamlu skieken tal-ħġieġ li jaqtgħu ħafna. Il-ħġieġ jista' jsir ukoll minħabba l-attività tal-bniedem, pereżempju it-trinitit (mill-ittestjar nukleari) u ħġieġ tal-bajja. Il-Ħġieġ fil-Bini Il-ħġieġ ta' spiss jintuża fil-bini għat-twieqi trasparenti, diviżorji interni vitrati u bħala karatteristiċi arkitettoniċi. Huwa wkoll possibli li jintuża' bħala materjal strutturali, pereżempju, travi u kolonni, kif ukoll ġo forma ta' "ġwienaħ" għar-rinforzar kontra r-riħ. Dawn jidhru f'ħafna vetrini tal-ħġieġ bħat-twieqi ta' ħwienet kbar. Il-kapaċità tat-tagħbija sikura, hija limitata; għalkemm teoritikament il-ħġieġ jiflaħ tagħbija kbira, hemm ukoll probabbiltà kbira ta' fqugħ f'daqqa, u għandu tendenza li jinqasam ma' l-impatt. Dan jillimita l-użu tal-ħġieġ għall-kolonni, minħabba r-riskju li xi ħaġa taħbat magħhom u taqsam l-element strutturali. Eżempju magħruf ta' struttura magħmula totalment mill-ħġieġ hija d-daħla tat-tramuntana fl-istazzjon fit-triq Buchanan fi Glasgow. Hemm ħġieġ ta' tip qawwi li jista' jintuża fil-bini, bħall-ħġieg imsaħaħ bil-wires, ħġieġ ittemprat bis-sħana u ħġieġ laminat. L-insulazzjoni bil-fibra tal-ħġieġ hija komuni fis-soqfa u fil-ħitan. Il-ħġieġ tal-foam, magħmul mill-ħġieġ ta' l-iskart, jista' jintuża bħala insulazzjoni ħafifa li żżom l-arja ġo fiha. Bħala insulazzjoni, il-ħġieġ (per eż. fibra tal-ħġieġ) huwa użat ukoll fil-forma ta' strixxi sufin komuni ħafna fid-djar tal-pajjiżi kesħin. L-insulazzjoni tal-ħġieġ tal-fibra tintuża partikularment fis-soffitti, u tingħata rata R, skond l-abbiltà ta' insulazzjoni. Applikazzjonijiet Teknoloġiċi Il-ħġieġ tad-diossidu tas-siliċju (SiO2) pur (l-istess kompost kimiku bħall-kwarz, jew, fil-forma tiegħu polikristallina, ir-ramel) ma tantx jassorbi r-raġġi UV u għalhekk jintuża għal applikazzjonijiet li għandhom bżonn trasparenza f'dan ir-reġjun. Kristalli kbar naturali tal-kwarz f'waħdiet huma diossidu tas-siliċju pur u wara li jinqasmu jintużaw għal ħġieġ ta' kwalità għolja. Is-siliċi amorfa sintetika hija kważi forma kompletament pura ta' kwarz u hu l-materjal grezz għall-ħġieġ ta' speċjalità għolja, bħal dawk tal-qalba tal-fibri ottiċi. Il-kejbils ta' taħt il-baħar għandhom sezzjonijiet imħallta bl-erbju, li jintuża biex ikabbar is-sinjali ta' trasmissjoni ta' emissjonijiet tal-laser minn ġol-ħġieġ stess. Id-SiO2 amorfu jintuża ukoll bħalha materjal dielettriku f'ċirkwiti integrati minħabba l-interfaċċja lixxa u elettrikament newtrali li jifforma mas-siliċju. L-istrumenti ottiċi bħan-nuċċalijiet, kameras, microskopji, teleskopji, u apparat pjanetarju huma bbażati fuq lentijiet tal-ħġieġ, mirja, u priżmi. Il-ħġieġ użat sabiex jinħolqu dawn l-instrumenti huwa kategorizzati bl-użu ta' kodiċi tal-ħġieġ b'sitt ċifri, jew inkella kodiċi ta' ittri u numri mill-katalgu ta' Schott Glass. Pereżempju, BK7 huwa l-kodiċi tal-ħġieġ borosilikat crown li għandu dispersjoni tad-dawl baxxa u SF10 huwa l-kodiċi tal-ħġieġ tal-żnied dens li għandu dispersjoni għolja. It-tipi ta' ħġieġ huma rranġati skond il-kompożizzjoni, l-indiċi tal-rifrazzjoni, u n-Numru ta' Abbe. Il-polimerizazzjoni tal-ħġieġ hija teknika li tista' tintuża sabiex jieġu nkorporati addittivi li jimmodifikaw il-karatteristiċi tal-ħġieġ li inkella jiġi meqruda waqt il-preparazzjoni b'temperaturi għoljien. Is-sol gel huwa eżempju ta' polimerizazzjoni tal-ħġieġ li tippermetti t-tqegħid ta' molekuli organiċi u bioattivi, u tella' l-funzjonalità tal-ħġieġsabiex għal-livell ġdid ta' . Il-Produzzjoni tal-Ħġieġ Storja tal-Produzzjoni tal-Ħġieġ It-Teknoloġija li tħoll il-ħġieġ għadiet minn bosta fażijiet: Qabel ċa 3000 Q.K sa l-invenżjoni tax-xuxxarell f'ċa 250 Q.K, l-ħġieġ kien maħdum ġo fosos miftuħa. Il-forn mobbli li kien jikkonsisti f'griġjol imsaħħan bil-ħatab kien jintuża sa madwar is-seklu sbatax mill-ħaddiema tal-ħġieġ vjaġġaturi. Madwar fl-1688, kien żviluppat proċess ta' xogħol tal-ħġieġ bil-forom, li żied il-popolarità tal-ħġieġ. Il-forn lokali, griġjol imsaħħan bil-ħatab u l-faħam kien jintuża bejn l-1600 u l-1850. Il-metodu taċ-ċilindru sabiex jinħoloq ħġieġ ċatt kien użat fl-iStati Uniti tal-Amerika għall-ewwel darba fl-1820ijiet. Kien intużat kummerċjalment għall-ħġieġ għat-twieqi. L-invenżjoni tal-magna li tippressa il-ħġieġ fl-1827 għamlet possibbli l-produzzjoni ta' ħġieġ irħis bil-massa. Il-forn bil-griġjol u t-tank msaħħnin bil-gas bdew fl-1860, u wara il-forn elettriku beda fl-1910. Il-Ħġieġ tal-folji magħmul mill-idejn bl-infieħ ġie mwarrab fis-seklu għoxrin u ħadlu postu l-ħġieġ tal-folji rroljati. Il-proċess tal-Ħġieġ tal-wiċċ ġie ivvintat fl-1950ijiet. Ingredjenti tal-Ħġieġ Is-siliċi pura (SiO2) għandha "punt ta' fużjoni tal-ħġieġ" ta' aktar minn 2300 °Ċ (4200 °F) meta l-viskożità tkun 10 Pa·s (100 P). Filwaqt li s-siliċi pura tista' ssir ħġieġ għal applikazzjonijiet speċjali (ara kwarz fuż), sustanzi oħra huma miżjuda għall-ħġieġ komuni biex dan il-proċess jitqassar. Waħda minhom hi l-karbonat tas-sodju (Na2CO3), li jniżżel il-punt ta' fużjoni għal madwar 1500 °Ċ (2700 °F) fil-ħġieġ tas-soda-ġir; "soda" hi s-sors oriġinali tal-karbonat tas-sodju fl-'irmied tas-soda li jinkiseb minn ċerti pjanti. Minkejja dan, is-soda tagħmel il-ħġieġ jinħall bl-ilma, u dan mhux mixtieq, għalhekk il-ġir (ossidu tal-kalċju (CaO), li hu ġeneralment miksub mill-ġebla tal-ġir), ftit ossidu tal-magnesju (MgO) u ossidu ta' l-aluminju huma miżjuda sabiex ikollu durabbiltà kimika itwal. Il-ħġieġ li jirriżulta jkun fih madwar 70 sa 74 fil-mija ta' siliċi bil-piż u jissejjaħ ħġieġ tas-soda-ġir. Il-ħġieġ tas-soda-ġir jammontaw għal madwar 90 fil-mija tal-ħġieġ prodott. Barra s-soda u l-ġir, il-ħġieġ l-aktar komuni fih ingredjenti oħrajn miżjuda sabiex jibdlulu l-kompożizzjoni tiegħu. Il-ħġieġ taċ-ċomb, bħall-kristall taċ-ċomb jew il-ħġieġ taż-żnied, huwa aktar 'brillanti' minħabba li l-indiċi ta' rifrazzjoni ogħla tagħmlu "jleqq" aktar, waqt li jista' jiġi miżjud il-boru biex ibiddillu l-karatteristiċi termiċi u elettriċi, bħal fil-Pirex. Il-Barju ukoll jgħolli l-indiċi ta' rifrazzjoni. L-Ossidu tat-Torju jgħolli l-indiċi ta' rifrazzjoni tal-ħġieġ u jbaxxi d-dispersjoni, u fl-antik kien użat sabiex jinħolqu lentijiet ta' kwalità għolja, iżda minħabba r-radjuattività tiegħu, l-ossidu tal-lantanu beda' jintuża minfloku fil-ħġieġ modern. Ammont kbir ta' ħadid jintuża fil-ħġieġ li jassorbi l-enerġija infrared, bħal fil-filtri li jassorbu s-sħana pereżempju f'apparat bħall-proġettur tal-films, filwaqt li l-ossidu taċ-ċerju(IV) jista' jintuża fil-ħġieġ li jassorbi ċerti tulijiet tal-mewġ UV (radjazzjoni ionizzanti li bioloġikament tagħmel il-ħsara). Minbarra l-kimiċi li semmejna, f'ċerti fornijiet huwa miżjud ħġieġ riċiklat li jkun ġej mill-istess fabbrika jew sorsi oħra. Dan jiffranka l-materjal grezz, u fl-istess ħin jiffranka l-konsum tal-enerġija. Iżda, impuritajiet fih jistgħu joħolqu falliment fil-prodott u fl-apparat. Aġenti raffinanti bħas-sulfat tas-sodju, klorur tas-sodju, jew ossidu ta' l-antimonju huma miżjuda sabiex innaqsu l-bżieżaq fil-ħġieġ. Materjal naturali ieħor li jintuża fil-produzzjoni tas-soda-ġir u ħġieġ fibra huwa l-kalumit, li huwa sottoprodott granulari ħġieġi tal-industrija tal-ħadid, li fih l-iżjed is-siliċi, ossidu tal-kalċju, allumina, ossidu tal-manjeżju (u traċċi ta' ossidu tal-ħadid). Hemm formula speċjali (glass batch calulation) li tagħti t-taħlita ta' materjal grezz li għandha tintuża sabiex tinħoloq il-kompiżizzjoni mixtieqa tal-ħġieġ. Produzzjoni Kontemporanja tal-Ħġieġ Wara l-preparazzjoni u t-taħlit ta' l-ingredjenti, il-materjal grezz jintefa' ġo forn. Il-ħġieġ tas-Soda-ġir għall-produzzjoni bil-massa jiddewweb fil-forn tal-gas. Hemm fran fuq skala iżgħar għal ħġieġ speċjali fosthom dewwieba elettriċi, fran bil-kroġjolu u tankijiet ta' kuljum. Wara li jinħall, l-ħġieġ jiġi omoġenizzat u rfinat (bit-tneħħija tal-bżieżaq) u imbagħad jiġi ffurmat. Il-ħġieġ ċatt għat-twieqi u applikazzjonijiet simili jiġi ffurmat bil-proċess tal-ħġieġ tal-wiċċ, li ġie żviluppat bejn 1953 u 1957 minn Sir Alastair Pilkington u Kenneth Bickerstaff ta' l-aħwa Pilkington tar-Renju Unit, li joħloq żigarella kontinwa ta' ħġieġ bl-użu ta' banju ta' stan maħlul li fil-wiċċ tiegħu joħroġ u jinfirex il-ħġieġ bla xkiel taħt l-influwenza tal-gravità. Biex il-wċċ ta' fuq jiġi jleqq jittrattawh bin-nitroġenu bil-pressa. Il-ħġieġ għall-kontenituri bħall-fliexken u l-vażetti komuni huwa iffurmat bil-metodi ta' l-infieħ jew l-ippressar. La darba il-forma mixtieqa tinkiseb, is-soltu l-ħġieġ jingħata r-rikottura biex titneħħa t-tensjoni. Wara jistgħu jsiru proċessi varji oħra fuqu għat-trattament ta' l-uċuħ, kisi, jew laminazzjoni biex iżidu d-durabbiltà kimika (kisi tal-kontenituri tal-ħġieġ, trattament intern tal-kontenituri tal-ħġieġ), is-saħħa (ħġieġ imqawwi, ħġieġ bulletproof, shields kontra r-riħ) jew il-karatteristiċi ottiċi (ħġieġ insulat, kisi kontra r-riflessjoni). Ħolqien tal-Ħġieġ fil-Laboratorju Riċetti u tekniċi ġodda fil-qasam tal-kimika u trattamenti tal-ħġieġ jistgħu jiġu investigati f'esperimenti żgħar tal-laboratorju. Il-materjali grezzi tal-ħġieġ li jidewwbu fil-laboratorji huma differenti ħafna minn dawk li jintużaw fil-produzzjoni bil-massa minħabba li l-ispejjeż mhumiex fattur. Fil-laboratorji l-aktar li jintużaw huma kimiċi puri. Wieħed irid joqgħod attent li l-materjali grezzii ma jkollhomx kuntatt ma'l-umdità jew kimiċi oħrajn fl-ambjent (bħall-ossidu u idroossidu tal-alkali, ossidu u idroossidu tal-alkalin ta' l-art, jew ossidu tal-borju), jew inkella l-materjal ma jkunx safi (telf ta' qbid). Telf bl-evaporazzjoni waqt li l-ħġieġ jiddewweb irrid jiġi kkonsidrat meta jiġu magħżula l-materjali grezzi, per eż., is-selenit tas-sodju aħjar mill-SeO2 li jevapora malajr. Kif ukoll, materjali grezzi li jirriaġixxu fil-pront huma preferruti minn dawk inerti, per eż. l-Al(OH)3 hu aħjar mill-Al2O3. Ta' spiss, il-proċess isir f'griġjol tal-platinu biex inaqqas it-tniġġiż mill-materjal tal-griġjol. L-omoġenità tal-materjal tinkiseb permezz ta' l-omoġenità tal-materjal grezz (furnata tal-ħġieġ), billi dan jitħawwad meta jkun maħlul, jitfarrak meta jiksaħ u mbagħad jerġa' jiddewweb. Il-ħġieġ lest ġeneralment jingħata rikottura biex jitnaqqas il-ksur waqt l-ipproċessar. Ara wkoll: Disinn tal-lentijiet Ottiċi, Fabrikazzjoni u ttestjar tal-komponenti ottiċi Ħġieġ Bla Aċtu Siliċiku Minbarra l-ħġieġ komuni ibbażat fuq is-siliċi, ħafna materjali oħrajn inorganiċi u organiċi jistgħu jagħmlu xi tipi ta' ħġieġ ukoll, fosthom il-plastiċi (per eż., ħġieġ akriliku), karbonju, metalli, diossidu tal-karbonju (ara hawn taħt), fosfati, borati, kalkoġenidi, flurori, ġermanati (ħġieġ bbażat fuq GeO2), telluriti (ħġieġ ibbażat fuq TeO2), antimonati (ħġieġ ibbażat fuq Sb2O3), arsenati (ħġieġ ibbażat fuq As2O3), titanati (ħġieġ ibbażat fuq TiO2O5), tantalati (ħġieġ ibbażat fuq Ta2O5), nitrati, karbonati u ħafna sustanzi oħrajn. Xi ftit ħġieġ li fih m'għandux siliċi bħala l-kostitwent predominanti jista' jkollu karatteristiċi fiżiku-kimiċi li huma utli għal applikazzjonijiet fil-fibri ottiċi u applikazzjonijiet tekniċi speċjalizzati oħra. Dan jinkludi l-florożirkonat, il-floraluminat, l-aluminosilikat, il-fosfat u l-ħġieġ kalkoġenid. Taħt pressjoni u temperatura għoljin ħafna xi solidi jistgħu jsostnu tibdil kbir fil-fiżika u struttura tagħom li jista' joħloq tranżizzjoni ta' fażi poliamorfika. Fl-2006 x-xjenzati Taljani ħolqu fażi amorfa ta' l-ossidu tal-karbonju bl-użu ta' pressjoni għolja ħafna. Is-sustanza issemmiet karbonja amorfa (a-CO2) u għandha struttura atomika li tixbaħ lil dik tas-siliċi. Il-Fiżika tal-Ħġieġ Id-Definizzjoni stàndard tal-ħġieġ (jew solidu vitrus) jirrekjedi li l-fażi tas-solidu jsir b'dewbin rapidu. B'hekk il-ħġieġ huwa format minn likwidu kiesaħ ħafna li jibred malajr biżżejjed (relattiv mal-ħin tal-karatteristika tal-kristalazzjoni) Bibjografija Noel C. Stokes; The Glass and Glazing Handbook; Standards Australia; SAA HB125–1998 Robot speeds up glass development Fraunhofer Institute Stookey, D. Donald. Explorations in Glass: An Autobiography. Wiley, 2000. ISBN 978-1-57498-124-7 Vogel, Werner. Chemistry of Glass. Wiley, 1985. ISBN 978-0-916094-73-7 Ħoloq Esterni Glass Encyclopedia – Gwida komprensiva għal kull tip ta' ħġieġ antik u ta' kollezzjoni, b'informazzjoni, stampi u referenzi Il-Mużew Kanadiż taċ-Ċiviltà – L-istorja tal-produzzjoni tal-ħġieġ fil-Kanada Il-Mużew tal-Ħġieġ ta' Corning "How Your Glass Ware Is Made" ta' George W. Waltz, February 1951, Popular Science Materjali Għodda
3464
https://mt.wikipedia.org/wiki/Skerma
Skerma
L-Iskerma huwa sport li jintlagħab bl-użu tax-xwabel li ma jkunux jaqtgħu u jkunu mingħajr ponta. Ix-Xwabel Fl-isport jintużaw tliet tipi ta' xwabel u dawn huma il-Foil, l-Èpeè, u s-Sabre. Hawn Malta il Foil u l-Epee ilhom jintlagħbu izda l-aħħar kategorija bdiet tintlagħab biss fl 2007. Il-Foil - Il-Foil hija xabla li tuża t-tarf biex tolqot u takkwista l-punti u tippreżenta l-itqal 'target' għal min ikun qed jiġġieled, dan għaliex it-'target' huwa mill-qadd 'il fuq, mingħajr l-idejn u r-ras. Bħala arma hija vera ħafifa u tiġi bażikament f'żewġ mudelli; dik Franċiża li hija l-klassika u oħra fejn il-manku għandu għamla ta' pistola - pistol grip li hija dik moderna u preferuta fil-kompetizzjonijiet. L-Èpeè - L-èpeè hija itqal mill-Foil bħala xabla, biss għandha l-istess użanza, għax biex takkwista l-punti trid tolqot bil-ponta, biss li għandha differenti huwa li biha tista' tolqot kull parti tal-ġisem, allura ma tkunx daqshekk ristrett fejn għandek tolqot. Bħall-Foil, din tiġi f'żewġ mudelli, dik Franċiża u pistol grip. Is-Sabre - Is-Sabre hi l-aktar xabla li tirrekjedi stamina u ħeffa, bħaż-żewġ xwabel l-oħra tuża il-ponta biex tolqot l-avversarju tiegħek, biss bis-sabre tista' wkoll tuża l-ġenb biex qisek 'taqta' '. Bħala target għandek mill-qadd 'il fuq, bl-idejn u r-ras inklużi. Din it-tip ta' xabla kienet tintuża mis-suldati li kienu jkunu qegħdin jattakaw fuq iż-żwiemel biex ikunu jistgħu jiddekapitaw. Filfatt ix-xabla propja għandha għamla mgħawġa biex tkun tista' taqta' aħjar. Protezzjoni L-Iskerma huwa wieħed mill-aktar sports li l-aktar tkun protett, peress li dan jinkludi ħafna affarjiet biex inaqsulek mill-periklu u aktar ma jiżviluppa l-isport aktar isiru avvanzi fuq l-affarjiet li jintużaw. Il-Plastron - Din hija nofs ġakketta jew protezzjoni tal-plastik fil-każ tan-nisa li tintlibes taħt il-ġakketta propja biex tipproteġik mid-daqqiet, din tintlibes fuq in-naħa li int tuża, lemin jew xellug. Il-Ġaketta - Din tintuża biex tipproteġilek sidrek, l-istonku, idejk u dahrek mid-daqqiet. Il-ġakketta trid tkun ta' kwalita' biex tintuża fil-kompetizzjonijiet. Il-Breeches - Dan huwa qalziet li huwa magħmul mill-istess materjal tal-ġakketta u jipproteġilek saqajk mid-daqqiet. Dan jasal sa taħt l-irkoppa u miegħu jintlibsu kalzetti li jaslu sa taħt l-irkoppa. Il-Maskla - Din tintlibes biex ovjament tipproteġilek rasek u wiċċek. L-Ingwanta - Din tintlibes fuq liema id tkun ser tuża jekk hux lemin jew xellug. Apparat Ieħor Il-Lamè - Din hija bħal ġaketta ħafifa li tkun magħmula minn materjal qisu tal-metal ħalli meta jkun hemm 'contact' jiġifieri jiġi skurjat punt, din tirreġistra fuq il-magna. Din tintuża biss għall-Foil u s-Sabre. Il-Wire - Dan jintuża biex jgħaqqad iċ-ċirkwit u dan jeħel max-xabla, mal-lamè u ma' apparat apposta. Is-Slipper - Dan huwa żarbun apposta li jgħinek fil-bilanċ u l-ġiri. Dan it-tip ta' slipper ma huwiex mill-apparat rikjest għall-isport imma huwa rrakmandat. Sport
3467
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kompo%C5%BCitur
Kompożitur
Kompożitur ġeneralment huwa bniedem li jikteb il-mużika. Ħafna kompożituri kbar bħal Mozart, Bach, Wagner u ħafna oħrajn għamlu suċċess fil-ħajja tagħhom. Kompożituri Ara wkoll Lista ta' kompożituri tal-mużika klassika Professjonijiet Mużika
3484
https://mt.wikipedia.org/wiki/Frans%20Sammut
Frans Sammut
Frans Sammut (Ħaż-Żebbuġ, 19 ta' Novembru 1945 - 4 ta' Mejju 2011) kien kittieb Malti. Frans Sammut studja fl-iskola primarja ta' Ħaż-Żebbuġ, fil-Kulleġġ San Alwiġi (sekondarja), f'St Michael's Teacher Training College, fl-Università ta' Malta (B.A., S.Th. Dip., M.Ed.), kif ukoll fl-Università ta' Peruġja (diploma li biha seta' jgħallem it-Taljan barra mill-Italja). Frans Sammut daħal fix-xena letterarja lokali fl-aħħar tas-snin sittin meta flimkien ma' kittieba oħra waqqaf il-Moviment Qawmien Letterarju. Kien għad kellu biss 17-il sena meta rebaħ l-ewwel premju letterarju tiegħu meta flimkien ma’ kittieba żgħażagħ oħrajn kien ħa sehem f’konkors ta’ kitba ta’ novelli u t-tliet novelli li ssottometta kienu klassifikati fost l-ewwel erbgħa. Bejn l-1991 u l-1998 kien is-segretarju tal-Akkademja tal-Malti. Rumanzi Sammut ippubblika diversi xogħlijiet, fosthom l-aktar popolari Il-Gaġġa (1971), Samuraj (1974), li kien rebah Il-Premju Rothmans ghal-Letteratura u Il-Ħolma Maltija(1994). Dwar Il-Ħolma Maltija, il-kritiku letterarju Norbert Ellul-Vincenti kien qal fit-Times of Malta li fil-letteratura Maltija m'hemm xejn ta' dan il-livell: "There is nothing of this scale or stature in our literature." (M'hemm xejn fuq din l-iskala jew ta' din l-istatura fil-letteratura Maltija). Iżjed tard il-Mondial Books ta' New York ħarġu traduzzjoni tar-rumanz Il-Ħolma Maltija li l-kittieba magħrufa Ingliża Marjorie Boulton sejħitlu "xogħol kolossali". Huwa ppubblika xogħlijiet oħrajn fosthom Paceville, (1991) li bih rebaħ il-Medalja Letterarja tal-Gvern. Xogħlijiet oħra Sammut kiteb sensiela ta' stejjer qosra bl-isem ta' Labirint (1967), Newbiet (1998) u "Ħrejjef Żminijietna". Apparti x-xogħlijiet letterarji, Sammut kiteb ukoll kitbiet storiċi bħal Ir-Rivoluzzjoni Franċiża: il-Ġrajja u t-Tifsira (1989), Bonaparti f'Malta (1997) li nqaleb ukoll għall-Franċiż, Dun Ġorġ - Il-Bniedem tal-Poplu (2001), On the Da Vinci Code [Dwar il-Kodiċi Da Vinci] (2006) u Alfred Sant: Il-viżjoni għall-bidla (2008). Kien l-editur tal-Lexicon (2002) ta' Mikiel Anton Vassalli, li huwa meqjus bħala missier il-lingwa Maltija. Fl-2006, ħareġ ukoll il-ktieb tal-qwiel ta' Vassalli: Motti, Aforismi e Proverbii Maltesi (1828) bl-isem Għajdun il-Għaqal, Kliem il-Għerf u Qwiel Maltin. Il-kotba ta' Frans Sammut jintużaw kontinwament fil-kurrikuli tal-iskejjel. Sammut kiteb ukoll il-librett ta' diversi suċċessi mużikali. Ta' sikwit kien ikun mistieden jagħti konferenzi fuq temi ta' bixra letterarja u/jew storika. Sammut qaleb ghall-Malti xoghlijiet importanti tat-teatru: Phedre ta' Racine (Fedra) (1978) u The Lower Depths ta' Maxim Gorki, it-tnejn li huma ttellghu fit-Teatru Manoel diretti mill-poeta Mario Azzopardi. Il-Professur Peter Serracino Inglott qal hekk fuq Frans Sammut: Il-ġenju ta’ Sammut kien jinsab fil-ħila li kellu bħala ġullar Volterrjan li jittrasforma personaġġ storiku f’għamla ta’ libbies karnevalesk ta’ maskra li hija ironikament akbar mir-realtà. Il-qarrej jitwassal li jiddeverti billi jħares dritt f’wiċċ nies magħrufin li s-soltu jħares lejhom b’solennità sħiħa. Wieħed jitbissem daqslikieku kompliċi fid-dubji, il-ħmerijiet u t-terġiverżazzjonijiet tagħhom. Iċ-ċaqliqa stilistika min-narrattiva storika għal dik tal-istħajjil hija x'aktarx l-akbar sfida li jkun irid iħabbat wiċċu magħha kull tip ta' traduttur. L-Ambaxxatur Franċiż għal Malta Daniel Rondeau hekk iddeskrivieh lil Frans Sammut: Xagħru abjad, għajnejh kbar, mustaċċi folti u bojod, samrani ħafna, ħafna f'saħħitha, awtur ta' Bonaparte à Malte. Ħajja Personali Frans Sammut kien għalliem u għamel għoxrin sena kap ta' skola. Bejn l-1996 u l-1998 kien il-konsulent tal-Prim Ministru (Dr. Alfred Sant) dwar il-kultura. Sammut kien miżżewweġ lil Catherine mwielda Cachia u kellu żewġ ulied, Mark u Jean-Pierre. Huwa n-nannu tal-kittieba Latvjana Katrine Sammut, li kitbet il-ktieb Pino un Maksis vieni mājās (2020). L-aħħar kliem L-aħħar kliem famuż tiegħu kien: “Dax-xahar jien u l-mara kellna mmorru Ġerusalemm, imma issa donnu l-pjan inbidel. Issa mid-dehra jien sejjer il-Ġerusalemm tas-Sema.” Peter Serracino Inglott irreagixxa hekk meta sema' dal-kliem: "Kien f'dak il-waqt li fhimt li xi kultant id-dmugħ u d-daħq jistgħu jieħdu post xulxin." Premju Nazzjonali F'Mejju 2014, il-Ministeru tal-Edukazzjoni nieda l-Premju Frans Sammut għall-Ilsien Malti. Studju fl-Università Ir-rumanzi ta' Frans Sammut huma studjati fl-Università ta' Malta. Inkitbu teżijiet u studji dwar ir-rumanzi ta' Sammut. X'intqal dwar Frans Sammut Amanda Busuttil It-Torċa 03.07.2011: Il-ħajja tiegħu bħala kittieb kienet kompleta ... dak li kiteb emmen fih u kkonvinċa lil ħaddieħor jemmen xi tfisser tkun Malti fidil għal artek. Victor Camilleri il-mument 08.05.2011: Li kien jolqotni fix-xogħol ta’ Frans Sammut kien il-livell għoli ta’ ħsieb li fl-istess ħin kien b’mod li jinftiehem minn kulħadd u l-kapaċità tiegħu tassintesi: dik li fi ftit kliem jiddeskrivi sitwazzjonijiet u ċirkostanzi bi kliem mirqum iżda mhux bombastiku. Anton Cassar l-orizzont 16.05.2011: ... kien bniedem ta’ intellett kbir, studjuż għaqli tal-Istorja u l-Letteratura Ewropea, speċjalment dik Franċiża, li fiha nibtu u twieldu l-kittieba Illuministi Franċiżi. Joe Cassar il-mument 08.05.2011: ... Frans ħalla warajh wirt letterarju kbir li se jibqa’ jitgawda minn ġenerazzjonijiet sħaħ ... Alfred Degarbiele It-Torċa 22.05.2011: Kien jemmen fil-qawwa tal-Ilsien Malti bħala għodda li hi tajba jekk tkun f’idejn imħarrġa u min jaf jużaha. Dejjem u kullimkien kien jitkellem dwar dan u, b’leħen li jaqilgħu, kien jikkonvinċini. Patri Norbert Ellul Vincenti il-mument 08.05.2011: Lil Frans Sammut nafuh bħala molla taħraq ta’ enerġija u passjoni; minn ġewwa kien bniedem ġenwin, jaf jikkontrolla anki dak li jidher minn barra. Aleks Farrugia It-Torċa 08.05.2011: L-għaxqa tiegħu jirrakkonta. Frans dejjem jirrakkonta. Anke l-aħħar darba li rajtu, fuq is-sodda tal-isptar, muġugħ, ma jistax jiċċaqlaq sew minħabba l-marda li ħakmitu, xorta waħda baqa’ jirrakkonta. Konna għadd ta’ ħbieb miġburin madwaru. Qalilna: ‘L-unika għafsa ta’ qalb li se nitlaq biha hija fuq kif qegħdin joqtlu l-Malti.’ Anke fit-tarf tat-triq, il-Malti baqa’ dejjem ewlieni fi ħsiebu. Xhur qabel konna tkellimna dwar l-aġġornamenti tal-Malti ... Fuq is-sodda tal-isptar reġa’ spjegalna. Fid-dettall. B’imħabba. B’għożża. Bil-ħsieb mirqum ta’ min studja u ħaseb qatigħ. Bil-ħila tal-imgħallem li dejjem baqa’ jitgħallem. Joe Felice Pace The Sunday Times 22.05.2011: ... his mastery of the language and his inborn call to be a novelist ... Victor Fenech il-mument 08.05.2011: Fil-kitbiet oriġinali tiegħu kien tassew metikoluż, u dan narawh fl-istil mirqum tax-xogħlijiet kollha tiegħu: ir-rumanzi, in-novelli u l-kotba ta’ riċerka. Charles Flores Malta Today 08.05.2011: More than anything Frans couldn’t stand hypocrisy ... He always had that quality ... he could see through you ... He never rested on his laurels – intellectually speaking – and always sought to learn new things and develop his viewpoints. Prof Henry Frendo The Times 10.05.2011: Warm and forthright, a worthy son of Ħaż-Żebbuġ, an ardent Francophile, and a potentially acid polemicist in his own right, a patriot, passionate as always, Frans had a command of English as much as of Maltese and he did not hold back any punches if he felt that he or someone else was being wronged. Prof Oliver Friggieri il-mument 08.05.2011: Il-proża tiegħu hi dejjem eleganti, prudenti u meqjusa, immexxi mill-konvinzjoni moderna li l-letteratura għandha tibqa’ tagħti gost bix-xejriet letterarji tagħha waqt li tkun utli u istruttiva fl-aspett tal-kontenuti tagħha. Francis Galea It-Torċa 08.05.2011: Waħda mill-akbar esperjenzi li xi ħadd seta’ jkollu ma’ Frans kienet li jaqbad suġġett partikolari u jiddiskutih miegħu. Bħala bniedem li jaqra u janalizza kulma jaqra, kont tibqa’ mistagħġeb kemm jidħol fil-profond u fid-dettall. Sergio Grech In-Nazzjon 12.05.2011: ... kitba li tisfida l-bruda u toħloq reazzjoni fil-qarrej biex dan jimraħ aktar fi ħsibijietu u lilhinn minnhom. Dr Adrian Grima Malta Today 08.05.2011: He will be remembered for the unyielding sensuality of his literary prose in Newbiet, the incorrigible egocentrism and machismo of some of his male characters, his unforgiving portrayal of the repressed puritan Sa Rożann, the deep anguish that lacerates Samwel, the harshness of Xandru the Poet violating the sacredness of the parish priest’s desk, the intuitions, ideals and sheer beauty of the language of Vassalli, the memorable opening scene of his novel Samuraj, and its denouement. Joyce Guillaumier It-Torċa 15.05.2011: Fil-laqgħat li kien ikollna, kont bqajt impressjonata bil-mod dixxiplinat u metikoluż kif kien jaħdem ... Kien preċiż u attentissmu għal kull ma jagħmel u kien dejjem deċiż u awtorevoli. Il-fatt li kien saħħâr il-kelma, għenu mhux ftit biex dejjem iressaq il-boċċa qrib il-likk. Partit Laburista maltastar.com 04.05.2011: Malta lost its modern national author. Labour MP Owen Bonnici described Frans Sammut as having earned for himself this title because of his stature in Maltese literature. Partit Nazzjonalista maltarightnow.com 04.05.2011: The PN saluted Sammut describing him as a pillar of [Maltese] literature whose legacy will be enjoyed by entire generations. George Maggi il-mument 12.06.2011: Frans kien il-bniedem li minkejja l-għerf li l-Mulej għoġbu jagħtih, kien dħuli għax kien jaf jitkellem u fit-tul, ma’ kulħadd imqar ma’ dawk li mhux bħalu l-Mulej żejjinhom bid-don tal-għerf. U wkoll ma kellux kantunieri, l-abjad abjad u l-iswed iswed. Raġel tal-akbar reqqa. Ġorġ Mallia il-mument 08.05.2011: Frans Sammut kien forsi l-aqwa rumanzier Malti tal-aħħar 40 sena tasseklu l-ieħor. Mhux biss kellu ħakma qawwija fuq il-proża li kien jikteb, imma daħal ukoll fil-fond tal-psike ta’ x’kienet is-soċjetà ta’ pajjiżna waqt il-kitba. On Philip Mifsud (PN) In-Nazzjon 16.05.2011: Frans Sammut ... Żebbuġi u Malti rrispettat. Irrispettat minn kulħadd. Ukoll minn dawk li ma kinux jaqblu miegħu. Frans Sammut kien igawdi stima kbira. Lil Frans Sammut niftakru meta kont għadni student. ... Kont immur id-dar tiegħu, fl-ewwel kamra wara l-bieb ta’ barra, kamra ġmielha iżda ma kinitx tesa’ ktieb ieħor. Niftakar id-diskursati li ħafna drabi kien ikolli miegħu fejn bħala student kont nammira l-għerf tiegħu. Kont ukoll nimpressjona ruħi b’kemm kien jaqra. Frans Sammut kien il-prova li l-qari hu l-għajn tal-għerf. Għalkemm Frans żgur se jibqa’ mfakkar għall-kontribuzzjonijiet letterarji tiegħu, jien naf li kellu kapaċitajiet oħra, fosthom ta’ oratur tajjeb u kont nieħu pjaċir nisimgħu jitkellem. ET Dr Ugo Mifsud Bonnici il-mument 08.05.2011: ... għalija l-konverżazzjoni miegħu kienet dejjem interessanti u stimolanti. Frans, barra mill-kittieb, kien karattru mimli ħajja, kontroversjali, ċajtier, formidabbli fil-kultura tiegħu. On Dr Alfred Sant (PL) 1. It-Torċa 08.05.2011: L-istil ta’ kitba tiegħu, mhux l-anqas fil-għażla tal-kliem u idjomi, jagħti xhieda l-ħin kollu ta’ reqqa lingwistika li ma bħalha. Din x’aktarx trendi l-istil tiegħu superjuri għall-istil ta’ kull kittieb ieħor modern tal-Malti. 2. il-mument 08.05.2011 Frans Sammut kien bniedem kuraġġuż li wera impenn, intelliġenza u ħila fil-ħidmiet li daħal għalihom ... Kien difensur kbir tal-Ilsien Malti anki jekk ta’ sikwit kien iħoss lilu nnifsu bħala iżolat f’dil-missjoni. Sensiela Kotba Soċjalisti l-orizzont 17.05.2011: Minn Frans aħna tal-SKS tgħallimna ħafna – mhux lanqas dwar kif bħala Dar tal-Pubblikazzjonijiet stajna naqdu d-dmir li bil-kotba li noħorġu nagħtu xhieda ħajja taċ-ċiviltà Maltija, kif inhi l-lum u kif kienet il-bieraħ. Lino Spiteri The Sunday Times 08.05.2011: He was a vivid, robust character who lit up wherever he was active. Whether engaged in civil exchange of ideas or in heated debate, he always stood out as an electrifying personality. He was an intellectual in the true sense of the word, never at peace, always questioning, probing, researching, challenging ... the novel Il-Gaġġa ... has become an all-time classic. Ġużè Stagno Malta Today 08.05.2011: I’d once heard him say that he had changed his name from ‘Frank’ to ‘Frans’ in a fit of patriotism. ... Sammut gave us Il-Gaġġa, one of the greatest Maltese novels of all time. Dr Mario Vella The Times 09.05.2011: Mr Sammut[’s] first novel – certainly a milestone in Maltese literature … Alex Vella Gera Malta Today 08.05.2011: I was immediately drawn to him, his presence, his sense of humour, and his extensive knowledge not only of the Maltese language but of its history ... Anton Azzopardi Żebbuġ Business Association Newsletter 12.2011: Even a casual conversation about his pet dog, Skipette, would elicit a glitter in his eyes that would be strongly accentuated by body gestures reminiscent of the best conductors the world stages can throw at us. Frans was open and sincere, if equally argumentative ... Thank you Frans, for having been exactly what you were: larger than life. Lista ta' xogħlijiet Labirint u Stejjer Oħra (novelli) 1968 Il-Gaġġa 5 edizzjonijiet (rumanz) 1971 – sar film, Gaġġa dirett minn Mario Philip Azzopardi 1971 (KKM, Argo) Logħba Bejn Erbgħa (novella twila) 1972 Samuraj 3 edizzjonijiet (rumanz) 1975 (Aquilina, KKM, Merlin) Kristu fil-Poeżija Maltija 1913-1973 (dissertazzjoni li qatt ma kienet ppubblikata, Università ta' Malta) 1977 Fedra (traduzzjoni ta' Phèdre ta' Racine) 1978 Il-Qtil fi Sqaq il-Ħorr (novella twila) 1979 (SKS) Il-Proċess Vassalli (dramm) 1980 Il-Mixja tal-Ħaddiem lejn il-Ħelsien (analiżi politika) 1982 (SKS) Ir-Rivoluzzjoni Franċiża: il-Ġrajja u t-Tifkira (analiżi storika) 1989 (SKS) Paceville (rumanz) 1991 (Merlin) Letteratura (ed. Toni Cortis)(kritika letterarja) 1992 (Ministeru tal-Edukazzjoni) Il-Ħakma ta' Monroj (opra popolari, librett) 1993 Il-Ħolma Maltija (rumanz) 1994, 2012 (SKS), maqlub għall-Esperanto bħala La Malta Revo, pubblikat fi New York, 2007 Mannarinu! (opra popolari, librett) 1993 L-Atti tal-Appostli (opra popolari, librett) 1995 Bonaparti f’Malta (analiżi storika) 1997 (SKS), maqlub għall-Franċiż bħala Bonaparte à Malte, b'daħla ta' Dr Paul Borg Olivier, 2008 (Argo) Newbiet (novelli) 1998 (illustrazzjonijiet: Giovanni Caselli) (Toni Cortis) Ħrejjef Żminijietna (novelli) 2000 (illustrazzjonijiet: Giovanni Caselli) (SKS) Dun Ġorġ: Il-Bniedem tal-Poplu (tema storika u reliġjuża) 2001 (SKS) Ġrajjet Ħaż-Żebbuġ (analiżi storika) (traduzzjoni tal-ktieb ta' Dun Salv Ciappara) 2001 (Kazin 12 ta' Mejju) Lexicon (ta' Mikiel Anton Vassalli) 2002 (SKS) Għala Le għall-UE (analiżi politika) 2003 (SKS) Ħarsa mill-qrib lejn ħajjet San Filep u l-Kult tiegħu (tema storika u reliġjuża) 2004 (Kazin 12 ta' Mejju) Ġrajjet it-Tagħlim f'Malta, Vol. 1 (storiku) 2004 (Familja Sammut) On The Da Vinci Code/Dwar The Da Vinci Code (kritika letterarja) 2006 (Argo) Għajdun il-Għaqal, Kliem il-Għerf u Qwiel Maltin (traduzzjoni tal-ktieb ta' Mikiel Anton Vassalli) 2006 (Argo) I Giovanniti: La Storia dei Cavalieri di Malta [L-Istorja tal-Kavallieri ta' Malta] (storjografija) 2006, 2015 (Bonfirraro Editore, Italja) Alfred Sant: Il-Viżjoni għall-Bidla (analiżi politika) 2008 (SKS) Introduzzjoni għad-Dizzjunarju tal-Baruni Vincenzo Azopardi li fiha janalizza l-Kantilena ta' Caxaru (kritika letterarja, lingwistika) 2009 (Għaqda tal-Malti - Università) Cagliostro: La doppia vita e l'intrigo maltese (storjografija) 2006, 2017 (Bonfirraro Editore, Italja) Referenzi Ħoloq Esterni www.franssammut.info http://www.youtube.com/watch?v=V5J5_HUyq6s http://www.youtube.com/watch?v=LeDQ3q7AAYo&feature=related Intervista ma' Frans Sammut fl-2001 L-Aħbar ta' mewtu bir-reazzjonijiet ta' Oliver Friggieri, Alfred Sant, Albert Marshall u Charles Xuereb Twieldu fl-1945 Kittieba Maltin Mietu fl-2011 Rumanziera Maltin Nies minn Ħaż-Żebbuġ
3488
https://mt.wikipedia.org/wiki/Napuljun%20III
Napuljun III
Napuljun III kien in-neputi ta' Napuljun I ta' Franza, magħruf ukoll bħala Napuljun il-Kbir (Napoleon the Great). Huwa twieled fil-belt ta' Pariġi, fl-1808 u miet f'Chislehurst (Kent), fl-Ingilterra, fl-1873. Napuljun III Napuljun III Storja ta' Franza
3490
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kan%C4%8Billier%20tal-%C4%A0ermanja
Kanċillier tal-Ġermanja
Il-Kanċillier tal-Ġermanja huwa l-kap tal-gvern tal-Ġermanja. Fil-politika Ġermaniża l-kanċillier (bil-Ġermaniż: Kanzler) huwa ekwivalenti għall-Prim Ministru ta' pajjiżi oħra. L-ekwivalenti dirett ta' Prim Ministru fil-Ġermanja, Ministerpräsident, huwa wżat esklussivament għall-kapijiet tal-gvern ta' dawk l-istati Ġermaniżi (imsejjħa Länder bil-Ġermaniż li mhumiex belt-stat (bħal Berlin, Amburgu u Brema). Politika tal-Ġermanja
3491
https://mt.wikipedia.org/wiki/Finlandja
Finlandja
Il-Finlandja (; Żvediż: Finland), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Finlandja, huwa pajjiż Nordiku li jinsab fir-reġjun tal-Fennoskandja tal-Ewropa ta' Fuq. Il-pajjiż huwa mdawwar mill-Iżvezja fil-Punent, in-Norveġja fit-Tramuntana u r-Russja fil-Lvant, filwaqt li l-Estonja tinsab fin-Nofsinhar, in-naħa l-oħra tal-Golf tal-Finlandja. Huwa stmat li 5.4 miljun persuna jgħixu fil-Finlandja, bil-maġġoranza kkonċentrata fir-reġjuni tan-Nofsinhar. Hi t-tmien l-akbar pajjiż fl-Ewropa skont l-erja u l-pajjiż b'densità ta' popolazzjoni l-iżjed baxxa fl-Unjoni Ewropea. Politikament, il-pajjiż huwa repubblika parlamentari bi gvern ċentrali bbażat fil-belt kapitali Ħelsinki, gvernijiet lokali fi 336 muniċipju u reġjun awtonomu, il-Gżejjer Åland. Referenzi Repubbliki Pajjiżi stabbiliti fl-1917 Pajjiżi tal-Ewropa
3493
https://mt.wikipedia.org/wiki/Louis%20Grech
Louis Grech
Louis Grech huwa Konsulent tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Huwa kien Deputat Priministru u Ministru għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Gvern Laburista li tela' fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013. Huwa kien ukoll d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista sal-2017. Sa Marzu 2013 huwa kien wieħed mill-erba' membri tal-Parlament Ewropew li rrappreżentaw lil Malta f'isem il-Partit Laburista, bħala parti mis-Soċjalisti Ewropej, u kien l-iktar wieħed li ġab voti. Hu kien ukoll iċ-Chairman tal-Air Malta. Louis Grech twieled il-Ħamrun fit-22 ta’ Marzu 1947. Studji u Sport Studja l-Liċeo u ggradwa mill-Università ta’ Malta f’B.A. (Econ). Hu kien magħżul għal Rhodes Scholar u kien aċċettat fil-Kulleġġ ta’ Balliol, Oxford, fejn kiseb B.A. u M.A. Huwa rrappreżenta lil Malta fil-qasam tal-atletika fil-Mediterranean Games tal-1967. Iktar tard serva wkoll bħala President Onorarju tal-Malta Athletics Association. Air Malta Fl-1973, Grech kien wieħed mill-pijunieri li waqqfu l-Air Malta u kien wieħed mill-istrateġisti ewlenin f’din il-kumpanija. Sa minn meta twaqqfet l-Air Malta fl-1973, Grech kien parti mit-tim ta’ tmexxija u inħatar CEO fl-1985 u Chairman Eżekuttiv fl-1997. Taħt it-tmexxija tiegħu l-linja tal-ajru iddiversifikat fi Grupp ta’ Kumpaniji formidabbli. F’dak iż-żmien, l-Air Malta kienet il-pedament tal-industrija tat-turiżmu u kienet tagħti kontribuzzjoni sinifikanti lill-GDP. Grech mexxa lill-Grupp fi żminijiet diffiċli għall-istorja tal-avjazzjoni fosthom minħabba l-konsegwenza tal-11 ta’ Settembru. Grech kien ukoll dak li ħa ħsieb iħajjar lill-Lufthansa Technik topera f’Malta, biex b’hekk saret il-bażi tal-industrija tal-aircraft maintenance. Grech serva wkoll bħala Direttur ta’ diversi kumpaniji, fosthom tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, tal-Bank of Valletta, tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u tal-Middle Sea Insurance.Grech rebaħ il-premju “Tourism Personality of the Year” fl-2002. Politika Grech kien elett ghall-ewwel darba fil-Parlament Ewropew f'isem il-Partit Laburista fl-2004 u kien ri-elett fl-2009. Jagħmel parti mill-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL u hu wkoll membru tal-Grupp Parlamentari Laburista. Fil-Parlament Ewropew (2004-2009), hu serva bħala Viċi chairman fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monitarji; membru tal-Kumitat dwar il-Baġits; membru tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali; membru tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja u membru tal-Assemblea Parlamentari magħmula mill-ACP-EU. Fl-2006, Grech kien appuntat rapporteur fuq il-Kumitat tal-Baġits u kien responsabbli mit-tfassil tal-Baġit tal-EU tal-2007. Peress li mill-2009 huwa l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew, jagħmel parti mill-Extended Bureau tal-S & D Group u jservi bħala Viċi chairman fil-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Grech huwa wkoll membru ta’ diversi kumitati u delegazzjonijiet, inklużi l-Kumitat dwar il-Baġits; l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja u parti mid-delegazzjoni għar-Relazzjonijiet mal-Albanija, tas-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo u l-Bosnia Herzegovina. Fl-2009, kien appuntat rapporteur fil-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u kien responsabbli mit-tfassil tar-rapport importanti dwar Suq Wieħed. Grech kien mogħti l-premju “Best Maltese MEP” fl-2006. Deputat Mexxej tal-Partit u Deputat Priministru Nhar il-21 ta' Diċembru 2012, Louis Grech tefa' n-nomina għall-kariga ta’ deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista, wara r-riżenja sorpriża ta' Anġlu Farrugia. Hu kien l-uniku wieħed li ġie nnominat. Nhar it-13 ta' Marzu 2013 huwa nħatar Deputat Priministru u Ministru għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Gvern Laburista li tela' fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 li saru ħamest ijiem qabel. Fl-Elezzjoni Ġeneral tal-2013, Grech kien elett fuq żewġ distretti u inħatar Deputat Prim Ministru kif ukoll Leader of the House. Taħt il-ġestjoni tiegħu twettaq iżjed minn 90% talManifest Elettorali. Grech mexxa wkoll il-ko-ordinazzjoni tal-ewwel Presidenza Maltija talKunsill Ewropew. Matul il-leġislatura, kien involut ħafna fil-preparazzjoni tal-baġits annwali, strateġiji tal-Gvern u inizjattivi oħra marbuta mas-setturi ekonomiċi u finanzjarji kif ukoll biex jiġu indirizzati linġustizzji soċjali . Uħud mill-kisbiet ewlenin tiegħu kienu t-twaqqif tan-National Development and Social Fund u x-xogħol preparatorju biex jitwaqqaf in-National Development Bank minbarra t-tisħiħ tal-Awtonomija Parlamentari u l-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Huwa ma kkontestax l-Elezzjonijiet Ġenerali 2017 għal raġunijiet personali imma l-Prim Ministru għażlu bħala Konsulent tiegħu. Unuri Huwa sar Kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu tar-Repubblika ta' Malta nhar it-13 ta' Diċembru 2017. Ħajja Privata Grech għandu 3 ulied: Xandru, Francesca u Louisa miż-żwieġ tiegħu mal-poetessa Maria Grech Ganado. Nies ħajjin Twieldu fl-1947 Politiċi Maltin Politiċi tal-Partit Laburista (Malta) Ewroparlamentari Maltin Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista (Malta)
3499
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kim%20Jong-il
Kim Jong-il
Kim Jong-il 김정일 (twieled fis-16 ta' Frar 1941 – miet fis-17 ta' Diċembru 2011) kien il-kap de facto tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (magħrufa aħjar bħala l-Korea ta' Fuq). Hu kien s-suċċessur ta' missieru Kim Il-sung, illi ggverna lill-Korea ta' Fuq mill-1948 sal-mewt tiegħu fl-1994. Huwa kien l-president tal-Kummissjoni ta' Difiża Nazzjonali u segretarju tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Barra minn hekk, hu hu wkoll il-kmandant tal-Armata Popolari tal-Korea, ir-raba' l-ikbar armata fid-dinja. F'April tal-2009, il-kostituzzjoni tal-Korea ta' Fuq ġiet emendata sabiex issejjaħlu l-"Kap Suprem", u xi drabi wkoll bħala l-"Kap l-Għażiż". Tfulija Twelid Arkivji Sovjetiċi juru li Jong-il twieled f'kamp militari qrib Khabarovsk, fl-1941, fejn missieru, Kim Il-sung kien qiegħed imexxi l-ewwel Battaljun tat-88 Brigata Sovjetika, magħmula minn Ċiniżi u Koreani eżiljati. Ommu Kim Jong-sul kienet l-ewwel mara ta' Il-sung. Matul iż-żgħożija tiegħu fl-Unjoni Sovjetika, Jong-il kien magħruf bħala Yuri Irsenovich Kim (Юрий Ирсенович Ким), fejn ħa mill-isem bir-Russu ta' missieru, Ir-sen. Il-bijografija uffiċjali ta' Jong-il tgħid li hu twieled f'kamp militari sigriet fil-Muntanja Baekdu (백두산) fil-Korea fis-16 ta' Frar 1942. Il-bijografiji uffiċjali jgħidu li t-twelid tiegħu fuq il-Muntanja Baekdu kienet prevista minn ħuttaf, u mħabbra minn qawsalla doppja fuq il-muntanja u stilla ġdida fis-sema. Fl-1945, Jong-il kellu tlieta jew erba' snin (skont is-sena tat-twelid tiegħu) meta t-Tieni Gwerra Dinjija spiċċat u Korea reġgħet kisbet l-indipendenza mill-Ġappun. F'Settembru ta' dik is-sena, missieru rritorna lura lejn Pyongyang u lejn l-aħħar ta' Novembru Jong-il reġa' lura lejn il-Korea permezz ta' bastiment Sovjetiku li trakka f'Sonbong. Il-familja ttrasferixxiet f'palazz f'Pyongyang li qabel kien ta' uffiċċjal Ġappuniż, bi ġnien u pixxina. Ħu Jong-il, "Shura" Kim (l-ewwel Kim Jong-il, imma magħruf aħjar bil-laqam Russu tiegħu), għereq hemmhekk fl-1948. Ċerti rapporti infundati jgħidu li kien Jong-il, li kellu ħames snin, li kkawża dan l-aċċident. Fl-1949, ommu mietet waqt li kienet qed twelled; rapporti jgħidu li ommu setgħet ġiet maqtula u tħalliet tmut. Edukazzjoni Skont il-bijografija uffiċjali tiegħu, Jong-il kompla l-kors ta' edukazzjoni bażika bejn Settembru 1950 u Awwissu 1960. Hu attenda l-Iskola Primarja Nru. 4 u l-Iskola Sekondarja Nru. 1 f'Pyongyang. Din hi kkuntrastata mal-verżjoni ta' akkademiċi barranin li jemmnu li aktarx li hu rċieva l-edukazzjoni bikrija tiegħu fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bħala prekawzjoni sabiex tiġi assigurata s-sigurtà tiegħu matul il-Gwerra Koreana. Waqt li kien l-iskola, Jong-il kien involut fil-politika. Hu kien attiv fi ħdan l-Unjin taż-Żgħażagħ u l-Lega taż-Żgħażagħ Demokratiċi (DYL), fejn ħa sehem fi gruppi ta' studju tat-teorija politika Marksista u letteratura oħra. F'Settembru tal-1957 hu sar viċi-president tal-fergħa DYL tal-iskola sekondarja tiegħu. F'din il-kariga hu instiga programm ta' anti-fazzjożità u qalb sħabu tal-klassi prova jinkoraġġixi iktar edukazzjoni ideoloġika. Referenzi Twieldu fl-1941 Mietu fl-2011 Kapijiet Komunisti Kapijiet tal-istat tal-Korea ta' Fuq Politiċi Koreani
3501
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kim%20Il-sung
Kim Il-sung
Kim Il-Sung (twieled fil-15 ta' April 1912 – miet fit-8 ta' Lulju 1994) kien il-moħħ wara l-introduzzjoni tal-Komuniżmu fil-Korea ta' Fuq. Huwa kien ilu jmexxi 'l pajjiżu sa mill-1948. Illum il-ġurnata, il-Korea ta' Fuq hija mmexxija minn ibnu Kim Jong-il. Twieldu fl-1912 Mietu fl-1994 Ħakkiema Komunisti Kapijiet tal-istat tal-Korea ta' Fuq Prim Ministri tal-Korea ta' Fuq Politiċi Nord-Koreani
3513
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kristofru%20Kolombu
Kristofru Kolombu
Kristofru Kolombu (c. 1451 – 20 ta' Mejju 1506) kien esploratur Taljan li qasam l-Oċean Atlantiku u li skopra l-Amerki fit-12 ta' Ottubru 1492. Kristofru Kolombu kien żagħżugħ qalbieni li dejjem ħabb l-avventura. Hu xtaq li jsib triq ġdida lejn il-Lvant billi jbaħħar fl-Oċean Atlantiku li dwaru ftit li xejn kien magħruf. It-twettiq ta' din il-ħolma kellha tbiddel il-mappa tad-dinja. Aktarx li twieled f'Genova fl-1451 u beda jbaħħar minn meta kien għadu tfajjel. Kien iħobb jaqra ħafna, l-aktar dwar il-vjaġġi. Il-vjaġġi ta' Marco Polo qanqlu lil Kolumbu biex imur ifittex hu wkoll. L-ewwel vjaġġ Meta r-Re tal-Portugall ma laqax it-talba tiegħu għall-għajnuna biex jaqsam l-Atlantiku, telaq lejn Spanja. L-għorrief Spanjoli bdew jisimgħuh iżda ftit tawh widen. Fl-1492, wara seba' snin ta' taħbit, Kristofru Kolombu ngħata permess biex ibaħħar taħt il-bandiera Spanjola. Fil-bidu ta' Awwissu tal-istess sena, tliet karavelli tħejjew għall-vjaġġ. L-ekwipaġġ kien imħallat. Kien hemm nies ta' qattagħni, ħabsin, u oħrajn li ħsiebhom kien li jistagħnew fi żmien qasir. Maż-żerniq tal-Ġimgħa, it-3 ta' Awwissu, il-ġifen Santa Marija (bastiment) baħħar mill-port ta' Palos, fi Spanja, flimkien man-"Niña" u mal-"Pinta". Reħewlha lejn il-Gżejjer Kanarji u l-ewwel vjaġġ beda fis-6 ta' Settembru. Is-Santa Marija kienet tiżen biss madwar mitt tunnellata u kellha ekwipaġġ ta' erbgħin baħri biss. Iżda il-fidi qawwija ta' bniedem bħal Kolombu ma naqset qatt. Il-qlubija tiegħu ħeġġet lin-nies jagħmlu sforzi kbar. Wara bosta jiem ta' tbaħħir, bdew jidhru xi friegħi u ħaxix tal-baħar frisk jgħumu f'wiċċ l-ilma, u xi għasafar tal-passa għaddew mill-qrib ukoll. Kienu sinjali ċari li xi art kienet fil-qrib. Fit-12 ta' Ottubru, sebgħin jum wara li kienu telqu minn Spanja, imstemgħet għajta minn baħri "l-art...l-art". Kienu lemħu art ġdida. Wara tħasseb ftit. Hu ħaseb li kien wasal l-Asja, għalkemm effettivament Kolombu kien wasal l-Amerka u mhux l-Asja. Twieldu fl-1451 Mietu fl-1506 Esploraturi Navigaturi Nies Taljani
3592
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mammiferu
Mammiferu
Il-Mammiferi (klassi Mammalia) huma klassi bijoloġika ta' annimali vertebrati, ikkaratterizzati bil-preżenza ta' glandoli tal-għaraq (inklużi dawk il-glandoli tal-għaraq li fin-nisa huma mmodifikati b'tali mod li jipproduċu l-ħalib, 'l hekk imsejjħa glandoli mammarji), xagħar (suf, pil jew fer), tliet għadmiet fil-widna nofsanija (li huma wżati fis-smigħ), u b'parti fil-moħħ imsejħa in-neokortiċi. Il-mammiferi kollha minbarra il-monotremati minflok n, iwelldu iż-żgħar tagħhom mal-ewwel ħajjin u l-Plaċentati. li huma l-akbar grupp fil-klassi Mammalia, tul it-tqala jew il-ġestazzjoni tagħhom jagħmlu użu minn plaċenta. Il-biċċa l-kbira tal-mammiferi għandhom ukoll snien speċjalizzati u moħħ li jirregola is-sistema endotermika (din hija s-sistema li tirregola it-temperatura tal-ġisem u b' hekk il-mammiferi jissejħu annimali ta' demmhom sħun) u s-sistema ċirkolatorja, li tinkludi qalb maqsuma f' 4 kavitajiet. Mammiferi hemm 'il fuq minn 5,500 speċi (inkluż il-bniedem li jagħmel parti mill-ordni Primates). Id-daqs tagħhom ivarja minn dak tal-farfett il-lejl imnieħer il-qażquż ta' Kitti li ma jikbirx aktar minn 40 millimetru u dan huwa meqjus bħala l-iżgħar jew wieħed mill-iżgħar mammiferi ħajjin, għall-akbar mammiferu u l-akbar annimal li qatt eżista fid-dinja, l-baliena kaħla li kapaċi tilħaq it-tul ta' 33 metru. Dawn il-mammiferi qegħdin imqassmin bejn wieħed u ieħor f' 1,200 ġeneru, f' 153 familja u f' 29 ordni, għalkemm dan ivarja minn klassifikazzjoni għal oħra u tagħmel differenza kbira ma' liema skema wieħed jimxi. Il-biċċa l-kbira tal-mammiferi jagħmlu parti mill-grupp tal-plaċentati jew kif jissejħu ukoll ewterjani. L-akbar 6 ordnijiet f' din is-sottoklassi huma, ir-Rodenzja (il-mammiferi gerriema, bħall-iskojjatli, il-kastori, il-ġrieden u l-firien), il-Kiroptera (il-mammiferi li jtiru tajran ta' veru bħal-friefet il-lejl u l-volpijiet tal-ajru), il-Primati (il-mammiferi primati bħal-galaguni, il-lemuri, it-tarsieri, ix-xadini tad-dinja l-ġdida bħal-marmosetti u t-tamarini, ix-xadini tad-dinja il-qadima bħal-mandrilli u l-makakki u x-xadini antropomorfi jew xadini bla-denb bħal-gibbuni, l-orangutani, il-gorilli, iċ-ċimpanzè il-bonobo u l-bniedem), is-Sorikomorfa (il-mammiferi insettivori bħal-ġriedem ta' geddumhom twil, is-solenodonti, it-talpi u t-tażmani), iċ-Ċetarzjodaktila (il-mammiferi tad-dwiefer biż-żewġ bħaċ-ċriev, in-nagħaġ, il-mogħoż u l-baqar, flimkien maċ-ċetaċi bħal-baleni, d-dniefel u l-foċeni) u l-Karnivora (il-mammiferi il-jieklu l-laħam bħal-klieb, il-qtates, l-orsijiet, il-panda ż-żgħir, il-bumerini u l-iljuni tal-baħar),. Filoġenetikament il-klassi Mammalia tiġi definita bħala d-dixxendenti kollha tal-antenat komuni l-aktar reċenti tal-prototerjani jew monotremati (eż. l-ekidni u l-platipi) u terjani (il-marsupjali jew metaterjani u l-plaċentati jew ewterjani). Dan ifisser li wħud mill-gruppi estinti tal-mammiferi m'humiex membri tal-klassi Mammalia, avolja l-parti l-kbira ta' dawn għandhom il-karatteristiċi kollha li tradizzjonalment kienu jikklassifikawhom bħala mammiferi. Normalment dawn il-"mammiferi" llum il-ġurnata saru jiġu kklassifikati bħala parti mil-klad bla rank imsejjaħ Mammaliaformes. Il-linja tad-dixxendenza tal-mammiferi iddiverġiet minn dik tas-sawropsidi lejn it-tmiem tal-perjodu Karboniferu. Is-sawropsidi komplew evolvew fir-rettili u fl-għasafar moderni tal-ġurnata tal-lum, filwaqt li mil-fergħa tas-sinapsidi li ddiverġiet minn dik tas-sawropsidi evolvew il-mammiferi. L-ewwel mammiferi veri dehru għall-ewwel darba fil-perjodu Ġurassiku. L-ordnijiet tal-mammiferi moderni dehru fl-epoki tal-Palaeoċen u l-Eoċen tal-perijodu Palaeoġen. Fattizzi Distintivi L-ispeċi tal-mammiferi ħajjin tal-llum il-ġurnata, jistgħu jiġu iddentifikati mil-presenza tal-glandoli tal-għaraq, inklużi dawk speċjalizzati li fin-nisa jirriproduċu l-ħalib. Madankollu, hemm bżonn ta' fattizzi oħra biex wieħed jikklassifika il-fossili, peress li dawn il-glandoli huma maghmulin minn tessut jew materjal organiku artab u m' humiex viżibli fil-fossili. Il-Paleontoloġisti jużaw fattizz distintiv maqsum bejn il-mammiferi ħajjin kollha saħansitra il-monotremi, iżda li m' huwiex preżenti fl' ebda Sinapsidu ta' minn kmieni fil-bidu tat-Trijassiku: fis-smiegħ il-mammiferi jużaw 2 għadmiet partikolari li l-antenati tagħhom kienu jużawhom biex jieklu. Is-Sinapsidi tal-bidu nett kellhom il-ġog tax-xeddaq maghmul mill-artikolarja (għadma żgħira fin-naħa ta' wara tax-xedaq ta' isfel) u l-kwadrata (għadma żgħira oħra fin-naħa ta' wara tax-xedaq ta' fuq). Il-maġġor parti tar-rettili u tas-sinapsidi mhux mammiferi jużaw din is-sistema inklużi il-gremxul, il-kukkudrilli, d-dinosawri (u d-dixxendenti tagħhom l-għasafar), u t-terapsidi ("rettili" qieshom mammiferi). Il-Mammiferi għandhom il-ġog tax-xedaq kemmxejn differenti, għaldaqstant, dan huwa ffurmat mid-dentarja biss (l-ghadma tax-xedaq ta' isfel li fiha hemm is-snien) u mill-iskwamosali (għadma żgħira oħra tal-kranju). Fil-mammiferi iż-2 għadmiet imsejħa kwadrata u artikolarja saru l-inkwina "incus" u l-martell "malleus" fil-widna nofsanija. Nota: "sinapsidi mhux mammiferi" hawn fuq timplika li l-mammiferi huma sottogrupp tas-sinapsidi, u dan huwa eżattament x' tgħid li huma l-kladistika. Il-mammiferi għandhom ukoll kondila oċċipitali doppja: huma għandhom 2 għoqiedi mghadma qieshom pumi fil-bażi tal-kranju li jidħlu eżatt fl-għola vertebra tal-għonq, filwaqt li l-vertebrati 'l oħra għandhom kondila oċċipitali waħda. Il-Paleontoloġisti jużaw biss il-ġok tax-xedaq u l-widna nofsanija bħala kriterju jew prinċipju biex jidentifikaw il-mammiferi fossili, biex tiġi evitata konfużjoni żejda meta jinsab fossilu b' wieħed mil-fattizzi biss. Anatomija u Morfoloġija tal-Mammiferi Sistema Skeletrika Il-biċċa l-kbira tal-mammiferi għandhom 7 vertebri ċervikali (vertebri tal-għonq), inklużi il-friefet il-lejl, ġiraffi, ġrieden u l-bniedem. Ftit eċċezjonijiet huma l-lamantini u l-għażżenin jew kif inhuma maghrufin ukoll il-bradipi ta' żewġt iswaba li għandhom 6 vertebri ċervikali u dawk ta' 3 iswaba li għandhom 9 vertebri ċervikali. Il-mammiferi għandhom ukoll 3 għadmiet f'kull widna (l-inkwina, il-martell u l-istaffa) u għadma 1 biss fuq kull naħa tax-xedaq t'isfel tal-ħalq id-dentarja, l-bqija tal-vertebrati kollha l-oħra li għandhom il-widnejn għandhom għadma 1 biss f'kull widna u minn tal-inqas 3 għadmiet oħra fuq kull naħa tax-xedaq. Sistema Respiratorja Il-pulmuni tal-mammiferi, magħmulin minn tessut qiesu sponża u miksi bit-tessut epiteljali. Dan tal-aħħar għandu l-għamla ta' xehda tal-għasel u t-total tal-erja tas-superfiċi tiegħu hija hafn' akbar minn dik tal-erja superfiċali tal-pulmuni infishom minn naħa ta' barra. L-għamla tal-pulmuni tal-bniedem huma tipikament minn dan it-tip ta' pulmun. Id-dijaframma fil-qiegħ tat-toraċi huwa l-muskolu prinċipali li jmexxi n-nifs. Il-kontrazzjoni tad-dijaframma tiġbed l' isfel il-qiegħ tal-kavita fejn qiegħed magħluq il-pulmun. L-arja b' hekk tidħol vija il-kavitajiet orali (mil-ħalq) u nasali (mil-imnieħer): minn hemm tibqa sejra vija l-larinġi għal fit-trakea, li tinferaq fi bronki. Ir-rilassament tad-dijaframma għandu l-effett oppost u waqt nifs normali din tmur lura f' posta passivament. Matul l-eżerċizju fisiku, d-dijaframma ż-żid il-kontrazzjonijiet (tinġibed u tirrilassa) biex l-arja tkun tista tidħol u toħroġ b' mod aktar mgħaġġel u b' aktar saħħa. Il-qafas tas-sider inifsu sa ċertu punt jista jiċċkien u jespandi ukoll, dan permezz ta' muskoli repiratorji u aċċessorji oħrajn. Dan it-tip ta' pulmun mgħaruf bħala pulmun minfaħ dan ġej mix-xebħ mal-minfaħ tal-ħaddid. Sistema Ċirkulatorja Il-qalb tal-mammiferi hija maqsuma f' 4 kavitajiet: l-atriju tal-lemin, il-ventrikolu tal-lemin, l-atriju tax-xellug u l-ventrioklu tax-xellug. L-atriji huma l-kavitajiet li jirċievu id-demm u l-ventrikoli huma l-kavitajiet li jippompjaw id-demm għal pulmuni u l-ġisem. Fid-daqs il-ventrikoli huma akbar mill-atriji u l-ħitan tagħhom huma eħxen, għax hemm bżonn ta' muskoli akbar biex id-demm jiġi ippompjat b' saħħa biżżejjed minn ġewwa l-qalb għal madwar il-ġisem u l-pulmuni. Id-demm deossiġenat mil-ġisem jidħol fl-atriju tal-lemin, dan jiġi ppompjat fil-ventrikolu tal-lemin. Il-ventrikolu tal-lemin jippompja d-demm fil-pulmuni, fejn id-dijossidu tal-karbonju jintefa 'l barra u minfloku jiġi assorbit l-ossiġnu. Mil-pulmuni, id-demm ossiġenat jidħol fl-atriju tax-xellug, fejn minn hemm jiġi ppompjat fil-ventrikolu tax-xellug ('l akbar u 'l aktar b'saħħtu mill-4 kavitajiet), minn hawn jinfirex mal-ġisem kollu inkluża l-qalb inifisha. Sistema Nervuża L-imħuħ tal-mammiferi kollha għandhom in-neokortiċi, din hija parti jew reġjun tal-moħħ li tinsab esklużivament fil-moħħ tal-mammiferi biss. Sistema Integumentarja Il-mammiferi għandhom sistema integumentarja li tikkonsisti minn 3 saffi: is-saff ta' barra jissejjaħ l-epidermide, is-saff nofsani jissejjaħ id-derma u s-saff ta' taħt jissejjaħ l-ipoderma. Din il-karatteristika m' hijiex unikament tal-mammiferi, għax tinsab fil-vertebrati kollha. L-epidermide normalment tkun ħoxna bejn 10 u 30 ċellula; il-funzjoni prinċipali tal-epidermide hija li tipprovdi saff bħala protezzjoni li ma' jagħddix ilma minnu. Filwaqt li ċ-ċelluli tan-naħa ta' barra l-ħin kollu jmutu u jintilfu, ċ-ċelluli tal-qiegħ kostantement jinqassmu u jimbuttaw il-fuq. Is-saff nofsani, 'l hekk imsejjaħ derma, huwa bejn 15 u 40 darba eħxen mill-epidermide. Id-derma magħmula minn ħafna komponenti differenti bħal strutturi mgħadma u kanali tad-demm. L-ipoderma huwa saff magħmul minn tessut adipus. Il-funzjoni prinċipali ta' dan is-saff huwa li jaħżen il-lipidi (xaħam) u jipprovdi lqugħ artab u insulazzjoni. Il-ħxuna ta' dan is-saff ivarja ħafna minn speċi għal oħra. Għalkemm il-mammiferi u annimali oħra għandhom dawk li jissejjħu cilia li superfiċjalment jixbħu ix-xagħar, 'l ebda annimal ieħor minnbarra l-mammiferi m' ghandhom ix-xagħar veru. Din hija karatteristika definittiva u unikament ta' din il-klassi ta' vertebrati. Għalkemm uħud mil-mammiferi għandhom ftit li xejn xagħar, ħlief f' partijiet mistura ta' ġisimhom, meta jkun hemm eżaminazzjoni fir-reqqa din il-karatteristika tidher biċ-ċar. Dan ix-xagħar fl' ebda speċi ta' mammiferu magħruf xjentifikament ma' jieħu lewn naturali ta' blu jew aħdar, għalkemm il-ġilda f' uħud miċ-ċetaċi u fil-mandrilli għandha tonalitajiet ta' blu. Fost il' ħafna mammiferi li jiġu deskritti bħala speċi bil-pil, fer jew xagħar blu fil-każi kollha magħrufa nstab li kienu dejjem tonalitajiet differenti ta' griż. L-Għażżien ta' żewġ swaba u l-ors polari jista jagħti l-każ li l-fer tagħhom ikun ikanġi fl-aħdar, iżda dan il-kulur m' huwa xejn ħlief l-alga li tikber madwar ix-xagħar u l-pil tagħhom. Sistema Riproduttiva Il-maġġor parti tal-mammiferi jwelldu l-wild tagħhom ħaj u dan jissejjaħ viviparija, iżda mhux kollha, uħud minnhom għadhom ibidu l-bajd u dawn huma l-ispeċi kollha tal-ordni Monotremata (jew f' xi klassifikazzjonijiet l-ispeċi kollha tal-ordnijiet Platipoda u Takiglossa) għadhom ibidu l-bajd. Speċi waħda partikolari fost dawn il-monotremati 'l hekk imsejjaħ platipu jew ornitorinku (li huwa l-uniku speċi fl-ordni Platipoda), jippreżenta fiħ determinazzjoni sesswali unika, li taħt ċertu aspetti tixbaħ dik tal-għasafar. It-twelid ta' wild ħaj jew il-viviparija huwa effettwat ukoll minn speċi oħrajn li m' humiex mammiferi, bħal klieb il-baħar ta' rashom martell u uħud mill-ispeċi ta' sriep u gremxul u b'hekk din m' hijiex meqjusa bħala karatteristika ewlennija tal-mammiferi biss. Il-mammiferi għandhom ukoll il-glandoli tal-għaraq, fattizz distintiv li jinstab fihom biss. Uħud minn dawn il-glandoli evolvew b' tali mod li jipproduċu l-ħalib (dawn jissejħu glandoli mammarji), likwidu abjad li jservi bħala sors ewlennija ta' nutrizzjoni taż-żgħar tagħhom. Il-monotremati li ddiverġew minn kmieni ħafna mil-mammiferi 'l oħrajn, għalkemm m' għandhomx beżżula jew nipil minn fejn inixxi l-ħalib, xorta waħda mgħamra bil-glandoli mammarji u jipproduċu l-ħalib għal-wild tagħhom. Fisjoloġija tal-Mammiferi Endotermija Kważi l-mammiferi kollha huma endotermiċi u l-biċċa l-kbira tagħhom huma magħmra bix-xagħar, pil, suf jew fer biex jgħinhom iżommu sħan. Il-mammiferi bħall-għasafar jistgħu jkunu attivi f' temp u klimi kesħin fejn rettili u insetti kbar ma jistgħux. L-Endotermija titlob ħafna enerġija, b' hekk meta mammiferu jkun imqabbel ma rettilu tal-istess piż għandu bżonn jiekol hafn' aktar minn dan tal-aħħar. Dan jidher 'l aktar fil-mammiferi insettivori ż-żgħar fejn l-ammont ta' ikel li jieklu huwa enormi meta ikkumparat mad-daqs tagħhom. Eċċezzjoni rari għal dan kollu huwa l-far talpa erwien li huwa mammiferu ektotermiku (demmu kiesaħ). L-għasafar huma endotermiċi ukoll, b' hekk l-endotermija m'hijiex fattur esklusivament tal-mammiferi. Intelliġenza F' mammiferi intelliġenti, bħal pereżempju il-primati, iċ-ċerebru (il-parti prinċipali tal-moħħ) huwa relativament akbar meta mqabel mal-kumplament tal-moħħ. L-intelliġenza fija infisha m' hijiex faċli biex tiddefinija, iżda indikazzjoni ta' intelliġenza tinkludi l-abilita tat-tagħlim, flimkien mal-flessibilita fl-imġieba. Pereżempju il-firien, huma kkunsidrati bħala mammiferi intelliġenti ħafna għax kapaċi jitgħalmu u jtemmu biċċa xogħol ġdida, abilita importanti meta huma jikkolonizzaw abitat jew ambjent ġdid. F' uħud mil-mammiferi, l-qabda, l-ġabra, u l-ħażna tal-ikel tidher relatata mal-intelliġenza: iċ-ċerv li jiekol il-pjanti għandu moħħu relativament iżgħar minn dak ta' qattus li jrid jaħseb kif ħa jagħmel biex jgħeleb il-priża tiegħu. Struttura soċjali Lokomozzjoni Il-mammiferi kollha evolvew minn antenati b' 4 saqajn. Dawn jużgħu riġlejhom u dirgħajhom kemm għal-mixi, għal-għawm, għal-qbiż, għat-tajran, għat-tħaffir, kif ukoll għat-tixbit. Uħud mill-mammiferi għandhom swaba li jkabbru d-dwiefer u l-hwiefer biex jixxabtu u jiġru rispettivament filwaqt li l-mammiferi akkwatiċi jew tal-baħar bħal balieni, dniefel u bumerini għandhom pinen li evolvew minn riġlejn u digħrajn. Terrestri jew fuq l-art L-ispeċjalizzazzjoni fil-preferenza tal-abitat kienet akkumpanjata ma' ħafna adattazzjonijiet fil-lokomozzjoni. Il-mammiferi terrestri għandhom numru ta' modi differenti ta' progressjoni u tħarrik. L-istokk tal-mammiferi primittivi kien jimxi b' mod plantigrad, iġifieri, bid-diġitali (l-għadam tas-swaba), bl-għadam tas-sieq in-nofsanija u b' xi partijiet mill-għakset is-sieq u l-polz ċatti jew imissu mal-art. Ir-riġlejn tal-mammiferi ambulatorji huma tipikament mobbli u għandhom kapaċità ta' rotazzjoni konsiderevoli. Kursorjali/Ġerrejja Il-mammiferi mmodifikati għall-ġiri jissejħu kursorji. Il-qagħda ta' speċi kursorji tista tkun jew diġitigradali (bid-diġitali kompletament imissu mal-art bħal fil-klieb u l-qtates) jew unguligradali (il-ponot tad-diġitali biss bil-kuntatt mal-art bħal fiż-żwiemel u ċ-ċriev). Fi gruppi avvanzati il-moviment tar-riġlejn ikun il-quddiem u lura fuq pjan wieħed. Saltatorjali (Rikoċetali) jew Qabbiżija Il-lokomozzjoni saltatorjali (xi kultant imsejjħa rikoċetali ukoll) jew qabbiżija, evolvit kemm il darba f' bosta gruppi ta' mammiferi mhux relatati (eż. uħud mil-marsupjali, il-lagomorfi, u bosta gerriema ta' nisel indipendenti). Din it-tip ta' lokomozzjoni tinsab mifruxa l-aktar fost dawk l-speċi li jgħixu f' abitat jew f' ambjent miftuħ. Il-Mammiferi qabbiżin normalment ikunu mgħammrin b' par saqajn ta' wara tawwalin u plantigradi, b' par idejn qosra, u b' denb twil ħafna għal bilanċ. L-evoluzzjoni konverġenti fl' adattament għal dan it-tip ta' abitat partikolari, ikkontribwixxit ħafna fix-xebħ ekoloġiku tal-fawna tal-mammiferi f' bosta reġjuni. Graviportali Bosta speċi ta' mammiferi minn ordnijiet differeneti kisbu piż u daqs enormi (eż. l-iljunfanti, l-ippopotami u r-rinoċerontijiet). Dawn il-mammiferi, ikkonverġew kollha kemm huma għal tip ta' mixi tqil u goff, lokomozzjoni speċjalizzata magħrufa bħala lokomozzjoni graviportali. F' dawn l-ispeċi ma kienx hemm tnaqqis fin-numru tas-swaba u dawn qegħdin mifruxin f' ċirku madwar il-fus tar-riġel bħal pedestal ta' kolonna u dankollu għas-support massimu u totali. Fossorjali jew taħt l-art Skansorjali jew tixbit mal-irdum u fis-siġar Rdumija/tixbit mal-irdum Siġrija(Arborea)/tixbit fis-siġar Akkwatika jew fl-ilma Fil-klassi Mammalia hemm bosta speċi li huma totalment jew semi-akkwatiċi. L-ordni Sirenja (li jiġbor fiħ il-baqar tal-baħar, speċi erbivori jew mammiferi li jieklu l-pjanti), l-ordni Ċetaċea (li jiġbor fiħ il-balieni, d-dniefel u l-foċeni, speċi karnivori) u l-lontra tal-baħar jew kif tissejjaħ ukoll ottarja tal-baħar (speċi b' dieta bbażata fuq ħut u invertebrati tal-baħar li tagħmel parti mill-ordni Karnivora) huma 3 gruppi totalment akkwatiċi u huma dippendenti għal-ambjent tal-ilma kemm għal-support mekkaniku kif ukoll għall-insulazzjoni termali tul l-istadji kollha ta' ħajjithom saħħansitra anke waqt it-twelied tal-frieħ. Filwaqt li uħud mill-ispeċi semi-akkwatiċi (eż. il-lontri, il-griedem ta' geddumhom twil tal-ilma u l-far tal-misk tal-ilma), baqgħu simili ħafna tal-ispeċi terrestri li huma relatati fil-qrib tagħhom, l-ispeċi semi-akkwatiċi tal-familji Odobenidae (morsa jew walrus), Otariidae(bumerini tal-widnejn) u Phocidae (bumerini ta' veru), kellhom bidla morfoloġika radikali tant li jitilgħu lura fuq l-art għal żmien qasir tan-ngħamra u għat-twelied u t-trobbija tal-frieħ. Grazzi għall-ispinta statika li joffri l-ilma, l-baleni evolvew fl-akbar mammiferi u fl-akbar annimali li qatt eżistew fuq wiċċ id-dinja. Ajrubatika jew fl-ajru Tajran L-uniċi mammiferi li ġie osservat fihom it-tajran ta' veru, huma l-ispeċi kollha tal-ordni Kiroptera, li huwa maqsum f' 2 sottordijiet; il-Mikrokiroptera li jilqa fih il-biċċa l-kbira tal-ispeċi (madwar 80%) li jissejjħu friefet il-lejl u l-Megakiroptera li jilqa fih il-kumplament tal-ispeċi li jissejjħu volpijiet li jtiru jew volpijiet tal-ajru. L-ordni Kiroptera huwa wieħed mill-aktar ta' suċċess u jinkludi fih madwar 20% (kważi 1 minn kull 5 mammiferi) tal-ispeċi tal-klassi Mammalia. Planar Il-mammiferi bħall-planaturi marsupjali tal-ordni Diprodonzja, l-iskojjatli li jtiru jew skojjatli tal-ajru tal-ordni Rodenzja u l-kolugi tal-ordni Dermoptera huma meqjusa aktar jew jaqagħu fil-klassifikazzjoni tal-mammiferi planaturi. Dieta Biex tinżamm it-temperatura tal-ġisem il-ħin kollu għolja f' termini ta' enerġija din tiġi għalja, b' hekk il-mammiferi għandhom bżonn dieta nutrijenti u abbundanti. Filwaqt li l-ewwel mammiferi kienu probabilment predaturi, minn dak iż-żmien 'l hawn ħafna speċi biex jissodisfaw il-bżonnijiet dietetiċi tagħhom adattaw ruħhom f' modi differenti. Uħud jieklu annimali oħra u din tissejjaħ dieta karnivora li tinkludi fija id-dieta insettivora. Mammiferi oħrajn, 'l hekk imsejjħa erbivori, jieklu il-pjanti. Din id-dieta erbivora tinkludi fija sottotipi ta' dieti speċjalizzati bħal pereżempju dik frottivora (annimali li jieklu l-frott) u dik folivora (annimali li jieklu l-weraq). Il-mammiferi omnivori huma l-ispeċi kollha li kapaċi jieklu t-2 li huma kemm annimali oħrajn kif ukoll pjanti. Il-mammiferi karnivori għandhom apparat diġestiv sempliċi, dan għaliex il-proteini, il-lipidi u l-minerali misjuba fil-laħam f' termini ta' diġestjoni ma għandhom bżonn xejn speċjali. Minn naħa 'l oħra l-pjanti, magħmula minn karbodrati kumplessi, bħaċ-ċellulosa. L-apparat diġestiv ta'l- erbivori b'hekk huwa mgħammar b' batteri li kapaċi jiffermentaw dawn is-sustanzi u b' hekk vijabli għad-diġestjoni. Dawn il-batteri jkunu miżmuma jew fi stonku maqsum f' ħafna kavitajiet jew f' musrana għamja kbira. Ġeneralment id-daqs tal-annimal huwa fattur li jiddetermina it-tip ta' dieta tal-ispeċi ikkonċernata. Peress li l-mammiferi żagħar għandhom proporzjon għolja ta' superfiċi li titlef is-sħana meta mqabla mal-volum li jiġġenera s-sħana, dawn għandhom tendenza li jkollhom bżonn kwantita kbira ta' enerġija u rata metabolika għolja ħafna. Il-mammiferi li jiżnu bejn wieħed u ieħor anqas minn 500 gramma huma ġeneralment insettivori għax mhumiex kapaċi jittoleraw il-proċess tant bil-mod u kumpless ta' erbivoru. Minn naħa 'l oħra annimali akbar jiġġeneraw aktar sħana u tintilef ħafn' anqas faċilment, b' hekk dawn kapaċi jittoleraw jew proċess ta'kaċċa aktar moderata (dawk li jikkaċċaw fuq vertebrati akbar) jew proċċess ta' diġestjoni aktar bil-mod (dawk li għandhom dieta erbivora). Madankollu hemm ta' minn iżid, li l-mammiferi li jiżnu 'l fuq minn 500 gramma m' humiex kapaċi jaqbdu biżżejjed insetti matul is-sigħat li jkunu attivi biex isostnu lilhom infushom. L-uniċi mammiferi insettivori kbar huma dawk li jikkaċċaw fuq kolonji enormi ta' insetti, bħal tan-nemel u t-termiti. Storja tal-Evoluzzjoni tal-Mammiferi L-evoluzzjoni tal-mammiferi minn sinapsidi, magħarufin ukoll bħala rettili qieshom mammiferi, kien proċess gradwali li ħa bejn wieħed u ieħor 70 miljun sena, mil-Permjan nofsani sal-Ġurassiku nofsanu u sa nofs it-Trijassiku kien hemm ħafna speċi li fid-dehra kienu qieshom mammiferi. Ta' minn jinnota ukoll li s-sinapsidi m' humiex affattu rettili, iżda jagħmlu parti minn fergħa distinta tat-tetrapodi. Stadji prinċipali fl-evoluzzjoni tal-Mammiferi L-ewwel vertebrati kompletament terrestri kienu amnijoti, il-bajd tagħhom kellhom membrani interni li permess tagħhom l-embrijuni kienu jkunu jistgħu jieħdu l-arja, iżda mingħajr ma jitlilfu l-ilma minn ġewwa. Dan kollu ippermetta lill-amnijoti li jkunu jistgħu jbidu fuq l-art xotta, filwaqt li l-amfibjani ġeneralment għandhom bżonn ibidu l-bajd tagħhom fl-ilma. L-ewwel amnijoti apparentement dehru għall-ewwel darba tard fil-Karboniferu. Fi ftit miljuni ta' snien inħolqu 2 fergħat distinti u ferm importanti ta' amnijoti: is-sinapsidi, minn liema iddixxendew il-mammiferi u s-sawropsidi, minn liema iddixxendew il-gremxul, is-sriep, il-kukudrilli, d-dinosawri u l-għasafar. l-istruttura oriġinali tal-kranju tas-sinapsidi għandha toqba waħda fuq in-naħa ta' wara ta' kull għajn, f' pożizzjoni kemxejn fil-baxx. Grupp wieħed partikolari ta' sinapsidi, il-pelikosawri, kienu l-aktar vertebrati komuni fuq wiċċ l-art fil-bidu tal-Permjan u l-grupp kien jinkludi fih l-akbar annimali terrestri ta' dak iż-żmien. It-terapsidi ddixxendew mil-pelikosawri fil-Permjan nofsani madwar 250 miljun sena ilu, u dawn ħadu l-pożizzjoni ta' vertebrati terrestri dominanti. It-terapsidi kienu jiddistingwu ruħhom mil-pelikosawri b' diversi fattizzi fil-kranju u fix-xedaq, bħal tieqa temporali akbar u inċisivi li kienu tal-istess daqs. It-terapsidi għaddew minn serje twila ta' stadji, minn dawk l-ispeċi tal-bidu li kienu jixbħu l-antenati tagħhom il-pelikosawri, għal dawk tal-aħħar li kienu s-sinodonti tat-Trijassiku, li uħud minn dawn huma simili ferm tal-mammiferi: żvilupp gradwali ta' għadma bħala palat sekondarju. id-dentarja gradwalment saret l-għadma prinċipali tax-xedaq ta' isfel. progress lejn pożizzjoni eretta tas-saqajn, dan żied l-istamina fl-annimal billi kien evitat l-isforz ta' Carrier (lokomozjoni partikolari li ma kull pass il-ġisem jiċċaqlaq min-naħa għal oħra u b' dan il-moviment jitgħaffeġ il-pulmuni alternattivament), iżda dan il-proċess kien twil u bil-mod ħafna u sa ċertu punt sar b' mod ħażin: it-terapsidi erbivori kollha żammew saqajn miftuħin 'il barra (ftit mil-forom tal-aħħar biss kellhom saqajn semi eretti); it-terapsidi karnivori ta' żmien il-Permjan kellhom is-saqajn ta' quddiem miftuħin u oħrajn minn żmien tard fil-Permjan kellhom is-saqajn ta' wara semi eretti. Infatti il-qagħda tas-saqajn tal-monotremati moderni għadha semi miftuħa sa llum il-ġurnata. fit-Trijassiku, sar progress lejn xedaq u widna nofsanija viċin aktar bħal dawk tal-mammiferi. hemm possibilita ta' evidenza ta' xagħar f' terapsidi tat-Trijassiku, iżda fl' ebda terapsidi tal-Permjan. uħud mix-xjentisti argumentaw ukoll li ftit mit-terapsidi tat-Trijassiku juru sinjali ta' lattazzjoni. L-Estinzjoni tal-Permjan u t-Trijassiku temmet id-dominanza tat-terapsidi u kmieni fit-Trijassiku in-niċeċ kollha tal-annimali terrestri ta' daqs medju għal dawk kbar ġew meħuda mill-arkosawri, li kienu l-anntenati tal-kukudrilli, pterosawri, dinosawri u tal-għasafar. Wara din il' "bidla Trijassika" is-sinodonti u d-dixxendenti tagħhom setgħu jgħixu biss primarjament fi ftit niċeċ bħala annimali insettivori ta' daqs żgħir u notturni (attivi prinċimalment matul il-lejl). Filfatt jista jagħti l-każ li dan kollu għen biex tkun aċċelerata l-evoluzjoni tal-mammiferi (eż., is-sinodonti li ssopravivew u d-dixxendenti tagħhom kellhom jevolvu lejn l-endotermija dan għaliex id-daqs żghir tagħhom kien jitlef is-sħana malajr speċjalment huma li kienu attivi prinċipalment matul il-lejl). L-ewwel mammfieri ta' veru dehru għall-ewwel darba kmieni fil-Ġurassiku, aktar minn 70 miljun sena wara id-dehra tal-ewwel terapsidi u bejn wieħed u ieħor 30 miljun sena wara l-ewwel speċi tal-grupp bla rank tal-Mammaliaformes. Ħadrokodjum jidher biċ-ċar li kien f' nofs it-transizzjoni lejn stat ta' mammiferu ta' veru u nfatti dan kien mgħammar bil-ġog tax-xedaq bħal tal-mammiferi (magħmul mid-dentarja u l-għadam skwamosali, iżda hemm dibattiti għaddejjin fuq jekk il-widna nofsanija hijiex kompletament bħal tal-mammiferi). Tejnolofos (Teinolophos) li huwa L-ewwel monotremat magħruf xjentifikament, kien jgħix madwar 123 miljun sena ilu fl-Awstralja. Hemm probabilita li uħud mill-fattizzi tal-monotremati ġew immwirta mill-amnijoti oriġinali: jużaw l-istess fetħa biex jurinaw, jippurgaw u jirriproduċu (fil-fatt "monotremat" tfisser "b' toqba waħda") bħal ma jagħmlu l-gremxul u l-għasafar. ibidu bajd li minn barra jixbaħ il-ġild bħal dawk tal-gremxul, tal-fkieren u tal-kukudrilli. Għad-differenza ta' mammiferi oħrajn, il-monotremati nisa ma għandhomx bżieżel u jisqu liż-żagħar tagħhom billi fil-veru sens tal-kelma "jorgħqu" l-ħalib minn irqajja fuq iż-żaqq. L-eqdem marsupjal magħruf xjentifikament huwa Sinodelfis (Sinodelphys) li kien misjub f' ġebla sedimentarja ta' żmien il-Kretaċeju ta' madwar 125 miljun sena ilu, fil-Provinċa ta' Liaoning fil-Grigall taċ-Ċina. Il-fossilu instab kważi komplut b' troffof tax-xagħar u stampar tat-tessut organiku artab. L-Ewterjani ("bhejjem ta' veru") huma kollha plaċentati, iżda l-għeqdem ewterjan magħruf, Eomaja (Eomaia), li kien misjub madwar 125 miljun sena ilu, fiċ-Ċina ukoll, għandu uħud mil-fattizzi jibħu jew qieshom aktar bħal dawk tal-marsupkali (il-metaterjani ħajjin):: għadam epipubiċi estiżi l' barra mil-pelvi, li ma jinstabu fl' ebda plaċentat modern, iżda misjuba fil-marsupjali, monotremati u mammaliformi (jew mammiferiformi) bħal-multituberkulati. Fi kliem ieħor, dawn jidhru fattizzi anċestrali li suċċessivament intilfu biż-żmien f' nisel il-plaċentati. il-ftuħ tal-pelvi il-barra kien dejjaq, sinjal li jindika tqala qasira jew friegħ żagħar fit-twelid bħal marsupjali moderni. Dan jissuġġerixxi li l-plaċenta ġiet żviluppata aktar il-quddiem. Sfortunatament għadu mhux ċert meta il-mammiferi plaċentati evolvew - l-għeqdem fossilu plaċentat magħruf u ndisputibli ġej minn kmieni fil-Paleoċen, wara l-estinzjoni tad-dinosawri. Il-mammiferi u l-kważi-mammiferi espandew u nfirxu l' barra min-niċċa ta' insettivori notturni minn nofs il-Ġurassiku l' quddiem, pereżempju Kastorokawda (Castorocauda) kellu adattazzjonijiet għall-għawm, għat-tħaffir u għal-qbid tal-ħut. Tradizzjonalment kien maħsub li fiċ-Ċenożojku wara l-estinzjoni tad-dinosawri, l-mammiferi kienu ħadu lura in-niċeċ ekoloġiċi tal-annimali medji u kbar, iżda wara dan iddersifikaw vera malajr, (eż., l-għeqdem speċi ta' farfett il-lejl magħruf xjentifikament huwa ta' madwar 50 miljun sena ilu, dan 15-il miljun sena biss wara l-estinzjoni tad-dinosawru~dinosawri. Minn naħa l' oħra studji reċenti fil-filoġenetika molekolari indikaw li l-biċċa l-kbira tal-ordnijiet tal-plaċentati infirdu bejn 100 u 85 miljun sena ilu, iżda urew ukoll li l-familji moderni dehru għal-ewwel darba bejn tard fl-Eoċen u kmieni fil-Mijoċen. Il-paleontoloġisti pero objettaw li 'l ebda foddilu tal-plaċentati ma nstab qabel it-tmiem tal-Kretaċju. Matul iċ-Ċenożojku tfaċċaw ħafna gruppi ta' mammiferi li kienu ħafna akbar mill-eqreb ekkwivalenti moderni, iżda 'l ebda speċi minnhom ma kienet tlaħħaq jew tqarreb id-daqs tal-akbar dinosawru li kellhom l-istess jew tipi ta' dieti simili. L-Ewwel apparenza tal-fattizzi tipiċi tal-Mammiferi Il-fossili ta' Ħadrokodjum (Hadrocodium), liema huma ddatati bħala minn kmieni fil-Ġurassiku, jipprovdu l-ewwel evidenza ċara ta' ġogi kompletament żviluppati bħal dawk tal-mammiferi ta' veru. Ġie ssuġġerit ukoll li l-funżjoni oriġinali tal-lattazzjoni (il-produzzjoni tal-ħalib) kienet oriġinat biex jinżamm il-bajd niedi u ħafna minn dan l-argument huwa bbażat fuq il-monotremati (il-mammiferi li jbidu l-bajd).: L-ewwel evidenza ċara ta' xagħar, suf, fer jew pil hija visibli fil-fossili ta' Kastorokawda (Castorocauda), minn ta' madwar 164miljun sena ilu mil-Ġurassiku nofsani. Mill-1955 il' quddiem ix-xjentisiti bdew jinterpretaw il-foramina (il-passaġġi) fil-maxillae (ix-xedaq ta' fuq) u l-premaxillae (għadmiet żagħar fuq il' quddiem tal-maxillae) fis-sinodonti bħala passaġġi minn fejn jgħaddu l-kanali tad-demm u n-nervituri tal-vibrissae (il-mustaċċi) u b' hekk issuġġerew li din hija evidenza ta' xagħar suf, fer u pil. Iżda il-foramina ma' turix neċċessarjament il-preżenza ta' vibrissae - pereżempju il-gremxula moderna Tupinambis għandha foramina kważi identika jew l-istess bħal dik misjuba fil-fossilu tas-sinodont mhux mammiferu Trinaksodon (Thrinaxodon). L-evoluzzjoni tas-saqajn dritti taħt il-ġisem fil-mammiferi m' hijiex kompluta u fil-monotremati kemm f' dawk fossili kif ukoll f' dawk ħajjin is-saqajn għadhom miftuħin il' barra. Fil-fatt uħud mix-xjentisti jaħsbu li l-pożizzjoni jew il-qagħda parasaġittali tas-sieq hija sinapomorfija (karatteristika li tingħaraf) tal-mammiferi fil-grupp Boreosphenida, li jagħmlu parti minnhu t-terjani u b' hekk jinkludi fih l-aħħar antenat komuni tal-marsupjali u l-plaċentati moderni, dan kollu jfisser li l-mammiferi kollha ta' qabel dan l-antenat kienu magħmra b' saqajn miftuħin. Sinodelfis (Sinodelphys) li huwa l-eqdem metaterjan jew marsupjial magħruf u Eomaja (Eomaia) li huwa l-eqdem ewterjan jew plaċentat magħruf kienu jgħixu madwar 125 miljun sena ilu, b' hekk huwa magħruf li s-saqajn dritti taħt il-ġisem fil-mammiferi żgur ġew evoluti minn qabel. Bħalissa għadu diffiċli ħafna biex wieħed ikun konfidenti biżżejjed u jgħid meta l-endotermija dheret eżatt għal-ewwel darba fl-evoluzzjoni tal-mammiferi. Il-monotremati moderni għandhom have a lower body it-temperatura tal-ġisem aktar baxxa u r-rata tal-metaboliżmu aktar varjabli minn dik tal-marsupjali u tal-plaċentati.. B' hekk il-mistoqsija il-kbira hija meta kien evolut metaboliżmu bħal dak tal-monotremati fil-mammiferi. L-evidenza li nstabet sal-llum il-ġurnata tissuġġerixxi li s-sinodonti tat-Trijassiku segħta kellhom ir-rati tal-metaboliżmu ogħljin, imma din m' hijiex konklusiva, dan għaliex huwa ferm diffiċli biex jintwera kif annimali żagħar migħajr pil jistgħu jżommu t-temperatura tal-ġisem ogħlja u stabli u m'hemmx evidenza ċerta ta' pil qabel Kastorokawda (Castorocauda), u dan kien madwar 164 miljun sena ilu. Klassifikazzjoni Il-"Principles of Classification and a Classification of Mammals" (AMNH Bulletin v. 85, 1945) ta' George Gaylord Simpson kien is-sorsi oriġinali tat-tassonomija lis-segwi hawn taħt. Simpson firex is-sistematika tal-oriġini tal-mammiferi u rrelazzjonijiet li kienu universalment mgħalma sa l-aħħar tas-seklu 20. Mil-klassifikazzjoni ta' Simpson, ir-rekord paleontoloġiku ġie rikalibrat u fis-snien ta' wara kien hemm ħafna dibattitu u progress fejn issaħħaħ l-argument li kien jikkonċerna it-teorija tas-sistematazzjoni infisha mil-qiegħ, parzjalment bid-dħul tal-kunċett il-ġdid tal-kladistika. Għalkemm ir-riċerka gradwalment għamlet il-klassifikazzjoni ta' Simpson antikwata, din baqat 'l eqreb xogħol ta' klassifikazzjoni uffiċjali tal-mammiferi. Klassifikazzjoni fit-Testi tal-Kotba Standardizzati Din hija s-sistema ta' klassifikazzjoni standardizzata li ġiet adottata fit-testi tal-kotba tal-mammoloġija fl-iskejjel. It-tassonomija t' hawn taħt tal-mammiferi estanti u ta' dawk estinti reċentement hija ta' Vaughan et al. (2000). Klassi Mammalia Sottoklassi Prototheria: mammiferi li jbidu il-monotremati (eż., l-ekidna u l-platipu) Sottoklassi Theria: mammiferi li jwelldu l-wild tagħhom ħaj. Infraklassi Metatheria: il-marsupjali (eż., l-opossum u l-kangarù) Infraklassi Eutheria: il-plaċentati (eż., l-ġurdien u l-bniedem) Klassifikazzjoni ta' McKenna/Bell Fl-1997, il-mammiferi ġew riveduti komprensivament minn Malcolm C. McKenna u Susan K. Bell. Dan ix-xogħol irrisulta fil-Klassifikazzjoni McKenna/Bell "McKenna/Bell classification". Il-McKenna and Bell, Classification of Mammals: Above the species level, (1997) hija 'l aktar biċċa xogħol komprensiva sa llum il-ġurnata fuq is-sistematika, r-relazzjonijiet u l-okkorrenza tat-taksa tal-mammiferi kollha estinti u estanti, 'l isfel sar-rank jew livell ta' ġeneru. Il-klassifikazzjoni l-ġdida ta' McKenna/Bell ġiet aċċettata malajr mil-paleontoloġisti. L-awturi jaħdmu flimkien bħala paleontoloġisti fl-American Museum of Natural History f' New York. McKenna wiret il-proġett minn Simpson u flimkien ma Bell, bena sistema ġerarkika kompletament aġġarnata li tkopri kemm taksa estanti (ħajjin) kif ukoll estinti li tirrifletti il-ġenealoġija storika tal-klassi Mammalia. Il-ġerarkija McKenna/Bell telenka it-termini kollha użati għal gruppi tal-mammiferi fuq il-livell ta' speċi u tinkludi mammiferi estinti kif ukoll gruppi moderni u tintroduċi distinzjonijiet bħal leġjuni u sottoleġjuni (rankijiet li jaqgħu bejn il-klassijiet u l-ordnijiet]]) li ħafna drabi jitħallew barra minn dawk mhux profesjonisti. Ir-riklassifikazzjoni tifforma kemm rekord komprensiv kif ukoll awtoritativ tal-ismijiet u l-klassifikazzjonijiet approvati u lista tal-ismijiet invalidi. Il-Gruppi estinti huma rrappreżentati bis-sinjal (†). Klassi Mammalia Sottoklassi Prototheria Ordni Platypoda: (il-platipi) Ordni Tachyglossa: (il-ekidni) Sottoklassi Theriiformes Infraklassi Allotheria† Ordni Multituberculata† Infraklassi Triconodonta† Infraklassi Holotheria Superleġjun Kuehneotheria† Superleġjun Trechnotheria Leġjun Symmetrodonta† Ordni Amphidontoidea† Ordni Spalacotherioidea† Leġjun Cladotheria Sottoleġjun Dryolestoidea† Ordni Dryolestida† Ordni Amphitheriida† Sottoleġjun Zatheria Infraleġjun Peramura† Infraleġjun Tribosphenida Superkoħort Aegialodonta† Superkoħort Theria Ordni Deltatheroida† Ordni Asiadelphia† Koħort Marsupialia: (il-marsupjali moderni kollha) Magnordni Ameridelphia: (il-marsupjali amerikani) Ordni Didelphimorphia: (l-opossumi u l-japok) Ordni Paucituberculata: (l-opossumi ġriedem ta' geddumhom twil Ordni Sparassodonta† Magnordni Australidelphia: (il-marsupjali awstraljani u l-kolokolo) Superordni Microbiotheria: (il-kolokolo jew monito del monte) Superordni Eometatheria: (il-marsupjali awstraljani) Ordni Yalkaparidontia† Ordni Notoryctemorphia: (it-talpi marsupjali) Grandordni Dasyuromorphia: (id-dasjuri jew marsupjali karnivori) Grandordni Syndactyli Ordni Peramelia: (il-bandikuti) Ordni Diprotodontia: (il-koli, l-wombati, il-kangarùjiet) Koħort Placentalia: (il-plaċentati kollha) Ordni Bibymalagasia† Magnordni Xenarthra Ordni Cingulata: (l-armadilli) Ordni Pilosa: (l-għażżenin jew bradipi, l-bunemmiela jew wikkiela n-nemel u t-tamanduwi) Magnordni Epitheria Superordni Leptictida† Superordni Preptotheria Grandordni Anagalida Mirordni Macroscelidea: (is-senġijiet) Mirordni Duplicidentata Ordni Mimotonida† Ordni Lagomorpha: (il-fniek, il-liebri u l-piki) Mirordni Simplicidentata Ordni Mixodontia† Ordni Rodentia: (il-gerriema) Grandordni Ferae Ordni Cimolesta (inkl. Pholidota): (il-pangolini u l-qraba tagħhom) Ordni Creodonta† Ordni Carnivora: (il-klieb, il-qtates, il-bumerini u l-iljuni tal-baħar) Grandordni Lipotyphla Ordni Chrysochloridea: (it-talpi dehbin) Ordni Erinaceomorpha: (il-qniefed) Ordni Soricomorpha: (il-ġriedem ta' geddumhom twil, it-talpi t-tenreki u s-solenodonti) Grandordni Archonta Ordni Chiroptera: (il-friefett il-lejl u l-volpijiet li jtiru) Ordni Primates (inkl. Dermoptera): (il-kolugi, il-lemuri, ix-xadini u l-bnedmin) Ordni Scandentia: (it-tupaji) Grandordni Ungulata: Ordni Tubulidentata: (l-oritteropu jew orikteropu jew bunemmiel afrikan jew ħanżir tal-art) Ordni Dinocerata† Mirordni Eparctocyona Ordni Procreodi† Ordni Condylarthra† Ordni Arctostylopida† Ordni Cete (inkl. Cetacea u Acreodi): (il-balieni id-dniefel u l-foċeni) Ordni Artiodactyla: (il-ħnieżer, l-iġmla, ċ-ċriev, il-baqar u n-nagħaġ) Mirordni Meridiungulata† Ordni Litopterna† Ordni Notoungulata† Ordni Astrapotheria† Ordni Xenungulata† Ordni Pyrotheria† Mirordni Altungulata Ordni Perissodactyla: (iż-żwiemel, it-tapiri u r-rinoċeronti) Ordni Uranotheria (inkl. Hyracoidea, Sirenia, Proboscidea, Embrithopoda u Desmostylia): (l-iraċi, l-baqar tal-baħar u l-iljunfanti) Klassifikazzjoni Molekulari tal-Mammiferi Plaċentati Dawn l-aħħar snin, studji molekulari bbażati fuq analiżi tad-DNA issuġġerew relazzjonijiet ġodda bejn il-familji fil-klassi tal-mammiferi. Il-biċċa l-kbira ta' dawn tas-sejbiet ġew imsaħħa mid-dejta presenti/assenti tar-Retrotranspożju. L-aktar sistemi ta' klassifikazzjoni reċenti bbażati fuq studji molekulari pproponew 4 gruppi jew insla ta' mammiferi plaċentati. L-arloġġi molekulari issuġġerew li dawn il-kladi nfirdu minn antenati komuni kmieni fil-Kretaċju, iżda fossili biex isaħħu din l-ipotesi ma' nstabux, biss ta' minn jgħid ukoll li dawn is-sejbiet molekulari huma konsistenti maż-żuġeografija: Following molecular DNA sequence analyses, the first divergence was that of the Afrotheria 110–100 million years ago. The Afrotheria proceeded to evolve and diversify in the isolation of the African-Arabian continent. The Xenarthra, isolated in South America, diverged from the Boreoeutheria approximately 100–95 million years ago. According to an alternative view, the Xenarthra has the Afrotheria as closest allies, forming the Atlantogenata as sistergroup to Boreoeutheria. The Boreoeutheria split into the Laurasiatheria and Euarchontoglires between 95 and 85 mya; both of these groups evolved on the northern continent of Laurasia. After tens of millions of years of relative isolation, Africa-Arabia collided with Eurasia, exchanging Afrotheria and Boreoeutheria. The formation of the Isthmus of Panama linked South America and North America, which facilitated the exchange of mammal species in the Great American Interchange. The traditional view that no placental mammals reached Australasia until about 5 million years ago when bats and murine rodents arrived has been challenged by recent evidence and may need to be reassessed. These molecular results are still controversial because they are not reflected by morphological data, and thus not accepted by many systematists. Further there is some indication from Retrotransposon presence/absence data that the traditional Epitheria hypothesis, suggesting Xenarthra as the first divergence, might be true. Eutheria Klad Atlantogenata Group I: Afrotheria Klad Afroinsectiphilia Ordni Macroscelidea: (is-senġijiet) Ordni Afrosoricida: (it-tenreki u t-talpi dehbin) Ordni Tubulidentata: (l-oritteropu jew orikteropu jew bunemmiel afrikan jew ħanżir tal-art) Klad Paenungulata Ordni Hyracoidea: (l-iraċi) Ordni Proboscidea: (l-iljunfanti) Ordni Sirenia: (il-baqar tal-baħar) Grupp II: Xenarthra Ordni Pilosa: (l-għażżiena jew bradipi u l-bunemmiela amerikani jew wikkiela n-nemel) Ordni Cingulata: (l-armadilli) Klad Boreoeutheria Group III: Euarchontoglires (Supraprimates) Superordni Euarchonta Ordni Scandentia: (it-tupaji) Klad Primatomorpha Ordni Dermoptera: (il-kolugi) Ordni Primates: (il-lemuri, it-tarsieri, x-xadini u l-bniedem) Superordni Glires Ordni Lagomorpha: (il-piki, l-fniek u l-liepri) Ordni Rodentia: (il-gerriema) Group IV: Laurasiatheria Ordni Erinaceomorpha: (il-qniefed) Ordni Soricomorpha: (it-talpi, il-ġriedem ta' geddumhom twil u s-solenodonti) Klad Ferungulata Ordni Cetartiodactyla: (jinkludi l-ordijiet Cetacea u Artiodactyla) Klad Pegasoferae Ordni Chiroptera: (il-friefett il-lejl u l-volpi li jtiru) Ordni Perissodactyla: (iż-żwiemel, il-ħmir, iż-żebri, it-tapiri u r-rinoċeronti) Klad Ferae Ordni Condylarthra (estint) Ordni Mesonychia (estint) Ordni Cimolesta (estint) Ordni Creodonta (estint) Klad Carnivoramorpha Ordni Pholidota: (il-pangolini jew bunemmiela tal-iskalji jew wikkiela n-nemel tal-iskalji Ordni Carnivora: (il-klieb, il-qtates, il-bumerini u l-iljuni tal-baħar) Sistema ta' klassifikazzjoni użata f'artikli relatati Din ta' hawn taħt hija is-sistema ta' klassifikazzjoni li ġiet adottata għal użu f'artikli relatati. Klassi Mammalia Sottoklassi Prototheria Ordni Monotremata: ekidni u platipi Sottoklassi Theria: marsupjali u plaċentati Infraklassi Metatheria (Marsupialia): marsupjali Superordni Ameridelphia: marsupjali Amerikani Ordni Didelphimorphia: opossumi Ordni Paucituberculata: opossumi ġriedem ta' geddumhom twil Superordni Australidelphia: marsupjali Awstraljani Ordni Microbiotheria: Monito del monte jew Kolokolo Ordni Dasyuromorphia: marsupjali karnivori Ordni Notoryctemorphia: talpi marsupjali Ordni Peramelemorphia: bandikuti u bandikuti fniek Ordni Diprotodontia: koli, wombati, kangarùjiet, possumi, etċ. Infraklassi Eutheria (Placentalia): plaċentati Superordni Xenarthra Ordni Pilosa: għażżenin u bunemmiela jew wikkiela n-nemel Ordni Cingulata: armadilli Superordni Afrotheria: Ordni Afrosorcida : tenreki u talpi dehebin Ordni Macroscelidea: senġijiet Ordni Tubulidentata: oritteropu, orikteropu, bunemmiel afrikan jew ħanżir tal-art Ordni Hyracoidea: iraċi Ordni Proboscidea: iljunfanti Ordni Sirenia: lamantini u dugongi Superordni Euarchontoglires Ordni Rodentia: gerriema Ordni Lagomorpha: fniek, liepri u piki Ordni Primates: primati Ordni Scandentia: tupaji Ordni Dermoptera: kolugi Superordni Laurasiatheria Ordni Soricomopha: ġriedem ta' geddumhom twil, talpi u solenodonti Ordni Erinaceomorpha: qniefed Ordni Chiroptera: friefet il-lejl u volpijiet li jtiru Ordni Perissodactyla: żwiemel, tapiri u rinoċerontijiet Ordni Artiodactyla: ħnieżer, iġmla, ċriev, baqar, nagħaġ, etċ. Ordni Cetacea: balieni, dniefel u foċieni Ordni Carnivora: klieb, qtates, bumerini u iljuni tal-baħar Ordni Pholidota: pangolini Referenzi Biblijografija Ħoloq esterni North American Fossil Mammal Systematics Database Paleocene Mammals, a site covering the rise of the mammals Evolution of Mammals, a brief introduction to early mammals The Evolution of Mesozoic Mammals, a Rough Sketch, an informal introduction Carnegie Museum of Natural History, some discoveries of early mammal fossils Mammal Taxonomy, database of mammals of the world, updated each month High-Resolution Images of various Mammalian Brains Mammal Species, collection of information sheets about various mammal species Summary of molecular support for Epitheria Marine Mammals of the World—An overview of all marine mammals, including descriptions, multimedia and a key Mikko's Phylogeny Archive European Mammal Atlas EMMA from Societas Europaea Mammalogica MAMMALOGY .org The American Society of Mammalogists was established in 1919 for the purpose of promoting the study of mammals, and this website includes a mammal image library Mammiferi Klassi (bijoloġija)
3593
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i
Senġi
Is-Senġijiet huma mammiferi insettivori Afrikani ta' daqs żgħir. Dawn jagħmlu parti mill-familja Macroscelididae, fl-ordni Macroscelidea. L-isem senġi gej minn lingwi Bantu Afrikani). Huma mifruxin sew miż-żona subsaħarjana lejn in-nofsinhar tal-Afrika u għalkemm m' huma komuni imkien, kważi tista' issibhom f' kull tip ta' ambjent; mid-deżert tan-Namibja, għall-foresti tal-Afrika ta' isfel. Is-Senġi tal-Afrika ta' Fuq kif jghid l-isem komuni tiegħu huwa l-unika speċi li jgħix fl-ambjent xott tal-pajjiżi fil-Majjistral tal-kontinent Afrikan. Deskrizzjoni It-18-il speċi jvarjaw fid-daqs bejn wieħed u ieħor minn 100 millimetru sa ftit aktar minn 300 millimetru u jiżnu minn ftit anqas minn 50 gramma għal ftit aktar minn 700 gramma. Kollha kemm huma jimxu fuq erba' saqajn li huma pjuttost twal għal ġisimhom u għalkemm it-tul ta' mnieħirhom ivarja minn speċi għall-ohra, kollha kapaċi jilwu t-tromba jew il-proboxxidi 'l hemm u 'l hawn waqt it-tfittxija għall-ikel. Dieta Il-parti l-kbira tad-dieta tagħhom tikkonsisti minn insetti, dud u brimb li jsibu mal-art qalb il-weraq. Klassifikazzjoni Fil-passat is-senġijiet kienu, ikklassifikati fl-ordni Insectivora flimkien mal-ġriedem ta' geddumhom twil u l-qniefed, ikkunsidrati bħala relatati fil-bogħod mal-Ungulati, miġburin fi grupp flimkien mat-tupaji u meqjusin parti mill-ordni Lagomorpha mal-fniek, liebri u l-piki. Madankollu, evidenzi molekolari reċenti, b' saħħa jissapportjaw is-superordni Afrotheria li jaqqagħad flimkien, it-tenreki u t-talpi dehbin ma' ċerti ungulati jew mammiferi li xi darba kienu meqjusin ungulati li jinkludu l-iraċi, l-iljunfanti, il-baqar tal-baħar u l-oritteropi, kif ukoll is-senġijiet. Instabu numru ta' speċijiet fossili, kollha kemm huma mil-kontinent Afrikan. Uħud, bħal Myohyrax, tant kienu simili tal-iraċi li għal bidu kienu identifikati ħażin bħala tali, filwaqt li oħrajn, bħal pereżempju Mylomygale kienu relativament qishom gerriema. Dawn il-forom kienu kollha estinti sal-Plejstoċen. Senġijiet hemm madwar 19-il speċi mqasmin ma' 4 ġeneri u 1 minnhom huwa monotipiku. Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Sottofamilja Macroscelidinae Ġeneru Elephantulus Senġi ta' wiċċu qasir, Elephantulus brachyrhynchus Senġi ta' Kap, Elephantulus edwardii Senġi ta' saqajħ skuri, Elephantulus fuscipes Senġi skur, Elephantulus fuscus Senġi tal-buxxveld, Elephantulus intufi Senġi tal-blat tal-Lvant, Elephantulus myurus Senġi tal-blat tal-Karù, Elephantulus pilicaudus Senġi tas-Somalja, Elephantulus revoili Senġi tal-Afrika ta' Fuq, Elephantulus rozeti Senġi ħamrani, Elephantulus rufescens Senġi tal-blat tal-Punent, Elephantulus rupestris Ġeneru Macroscelides Senġi ta' widnejħ tondi tan-Namib, Macroscelides flavicaudatus Senġi ta' widnejħ tondi ta' Etendeka, Macroscelides micus Senġi ta' widnejħ tondi tal-Karù, Macroscelides proboscideus Ġeneru Petrodromus Senġi ta' erbat iswaba, Petrodromus tetradactylus Sottofamilja Rhynchocyoninae Ġeneru Rhynchocyon Senġi ta' taħt dahru dehebi, Rhynchocyon chrysopygus Senġi ċċangjat, Rhynchocyon cirnei Senġi iswed u aħmar, Rhynchocyon petersi Senġi ta' wiċċu griż. Rhynchocyon udzungwensis Referenzi Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 82-85. Murata Y, Nikaido M, Sasaki T, Cao Y, Fukumoto Y, Hasegawa M, Okada N. Afrotherian phylogeny as inferred from complete mitochondrial genomes. Mol Phylogenet Evol. 2003 Aug;28(2):253-60. Murphy WJ, Eizirik E, Johnson WE, Zhang YP, Ryder OA, O'Brien SJ. Molecular phylogenetics and the origins of placental mammals. Nature. 2001 Feb 1;409(6820):614-8. Tabuce R, Marivaux L, Adaci M, Bensalah M, Hartenberger JL, Mahboubi M, Mebrouk F, Tafforeau P, Jaeger JJ. Early Tertiary mammals from North Africa reinforce the molecular Afrotheria clade. Proc Biol Sci. 2007 May 7;274(1614):1159-66. Andanje, S., B. R. Agwanda, G. W. Ngaruiya, R. Amin, and G. B. Rathbun. 2010. Sengi (elephant-shrew) observations from northern coastal Kenya. Journal of East African Natural History 99:1-8. Butler, P. M. 1995. Fossil Macroscelidea. Mammal Review 25:3-14. Corbet, G. B., and J. Hanks. 1968. A revision of the elephant-shrews, Family Macroscelididae. Bulletin of the British Museum (Natural History), Zoology 16:47-111. Douady, C. J., F. Catzeflis, J. Raman, M. S. Springer, and M. J. Stanhope. 2003. The Sahara as a vicariant agent, and the role of Miocene climatic events, in the diversification of the mammalian order Macroscelidea (elephant shrews). Proceedings of the National Academy of Sciences USA 100:8325-8330. Dumbacher, J. P., G. B. Rathbun, T. O. Osborne, M. Griffin, and S. J. Eiseb. 2014. A new species of round-eared sengi (genus Macroscelides) from Namibia. Journal of Mammalogy 95:443-454. Evans, F.G. 1942. The osteology and relationships of the elephant-shrews (Macrosclididae). Bulletin of the American Museum of Natural History 80:85-125. FitzGibbon, C. D. 1995. Comparative ecology of two elephant-shrew species in a Kenyan coastal forest. Mammal Review 25:19-30. Fourie, L. J., J. S. Du Toit, D. J. Kok, and I. G. Horak. 1995. Arthropod parasites of elephant-shrews, with particular reference to ticks. Mammal Review 25:31-37. Grossman, A., and P. A. Holroyd. 2009. Miosengi butleri, gen. et sp. nov., (Marcoscelidea) from the Kalodirr Member, Lothidok Formation, early Miocene of Kenya. Journal of Vertebrate Paleontology 29:957-960. Hedges, S. B. 2001. Afrotheria: Plate tectonics meets genomics. Proceedings of the National Academy of Sciences USA 98:1-2. Holroyd, P.A. 2010. Macroscelidea. In Sanders, W.J. and Werdelin, L. (eds.), Cenozoic Mammals of Africa. University of California Press, Berkeley, CA, USA. Horst, C. J. van der. 1946. Some remarks on the biology of reproduction in the female of Elephantulus, the holy animal of set. Transactions of the Royal Society of South Africa 31:181-199. Kerley, G.I.H. 1995. The round-eared elephant-shrew (Macroscelides proboscideus) as an omnivore. Mammal Review 25:39-44. Lovegrove, B.G., J. Raman, and M.R. Perrin. 2001. Daily torpor in elephant shrews (Macroscelidae: Elephantulus spp.) in response to food deprivation. Journal of Comparitive Physiology Series B 171:11-21. Neal, B.R. 1995. The ecology and reproduction of the short-nosed elephant-shrew, Elephantulus brachyrhynchus, in Zimbabwe with a review of the reproductive ecology of the genus Elephantulus. Mammal Review 25:51-60. Nicoll, M. E., and G. B. Rathbun. 1990. African Insectivora and Elephant-shrews, an Action Plan for their Conservation [20 MB PDF]. International Union for Conservation of Nature and Natural Resources (IUCN), Gland, Switzerland. Olbricht, G. 2008. Aspects of the reproductive biology of sengis (Macroscelidea) in general and the postnatal development of the short-eared sengi (Macroscelides proboscideus) in particular. Dissertation. University of Duisburg-Essen, Duisburg, Germany. Oxenham, K. H., and M. Perrin. 2009. The spatial organization of the four-toed elephant-shrew (Petrodromus tetradactylus) in Tembe Elephant Park, KwaZulu-Natal, South Africa. African Zoology 44:171-180. Perrin, M.R. 1995a. Comparative aspects of the metabolism and thermal biology of elephant-shrews (Macroscelidea). Mammal Review 25:61-78. Perrin, M. R. (editor). 1995b. The Biology of Elephant-shrews - A Symposium Held During the 6th International Theriological Congress, Sydney, 5 July 1993. Mammal Review, Vol. 25, No. 1 and 2. 100 pp. Patterson, B. 1965. The fossil elephant-shrews (Family Macroscelididae). Bulletin of the Museum of Comparative Zoology, Harvard 133:295-335. Rathbun, G. B. 1979. The social structure and ecology of elephant-shrews [21 MB PDF file]. Zeitschrift fur Tierpsychologie Suppl. 20:1-77. Rathbun, G. B. 2009. Why is there discordant diversity in sengi (Mammalia: Afrotheria: Macroscelidea) taxonomy and ecology? African Journal of Ecology 47:1-13. Rathbun, G.B. and S. Kyalo. 2000. Golden-rumped elepant-shrew. Pp 125-129, 340-341 in R.P. Reading and B.J. Miller (eds.). Endangered animals -- conflicting issues. Greeenwood Press, Westport, Connecticut. 388 pp. Rovero, F., G. B. Rathbun, A. Perkin, T. Jones, D. O. Ribble, C. Leonard, R. R. Mwakisoma, and N. Doggart. 2008. A new species of giant sengi or elephant-shrew (genus Rhynchocyon) highlights the exceptional biodiversity of the Udzungwa Mountains of Tanzania. Journal of Zoology 274:126-133 Sauer, E. G. F. 1973. Zum sozialverhalten der kurzohrigen elefantenspitzmaus, Macroscelides proboscideus. Zeitschrift fur Saugetierkunde 38:65-97. Schubert, M., C. Schradin, H. G. Rodel, N. Pillay, and D. Ribble. 2009. Male mate guarding in a socially monogamous mammal, the round-eared sengi: on costs and trade-offs. Behavioural Ecology and Sociobiology 64:257-264. Seiffert, E. R. 2007. A new estimate of afrotherian phylogeny based on simultaneous analysis of genomic, morphological, and fossil evidence. BMC Evolutionary Biology 7:224:13 pp. Smit, H. A., T. J. Robinson, J. Watson, and B. Jansen van Vuuren. 2008. A new species of elephant-shrew (Afrotheria: Macroscelidea: Elephantulus) from South Africa. Journal of Mammalogy 89:1257-1269. Spinks, A. C., and M. R. Perrin. 1995. The digestive tract of Macroscelides proboscideus and the effects of diet quality on gut dimensions. South African Journal of Zoology 30:33-36. Springer, M. S., M. J. Stanhope, O. Madsen, and W. W. De Jong. 2004. Molecules consolidate the placental mammal tree. Trends in Ecology and Evolution 19:430-438. Tripp, H.R.H. 1971. Reproduction in elephant-shrews (Macroscelididae) with special reference to ovulation and implantation. Journal of Reproduction and Fertility 26:149-159. Woodall, P. F. 1995. The male reproductive system and the phylogeny of elephant-shrews (Macroscelidea). Mammal Review 25:87-93. Woodall, P. F., and G. J. Currie. 1989. Food consumption, assimilation and rate of food passage in the Cape Rock Elephant Shrew, Elephantulus edwardii (Macroscelidea, Macroscelidinae). Comparative Biochemistry and Physiology 92A:75-79. Ħoloq esterni Vidjo fuq BBC. Senġi: Taqsira mill-Fondazzjoni Afrikana tal-Ħajja Selvaġġa u r-Rettili L-Akkademja tax-Xjenzi ta' Kalifornja: Senġi Speċi ġodda ta' senġi skoperti
3595
https://mt.wikipedia.org/wiki/Macroscelidea
Macroscelidea
Il-Macroscelidea hija ordni ta' mammiferi plaċentati, eżattament is-senġijiet, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Afrotheria u fit-takson Afroinsectiphilia. Din l-ordni għandha familja waħda biss b'rappreżentanti ħajjin, il-Macroscelididae, b'erba' ġeneri Elephantulus, Macroscelides, Petrodromus u Rhynchocyon u tmintax-il speċi ħajja. Din l-ordni flimkien ma' żewġ ordnijiet oħra, it-Tubulidentata u l-Afrosorcida, jiffurmaw it-takson Afroinsectiphilia u dan tal-aħħar flimkien mat-takson Paenungulata jiffurmaw is-superordni Afrotheria. Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Sottofamilja Macroscelidinae Ġeneru Elephantulus Senġi ta' wiċċu qasir, Elephantulus brachyrhynchus Senġi ta' Kap, Elephantulus edwardii Senġi ta' saqajh skuri, Elephantulus fuscipes Senġi skur, Elephantulus fuscus Senġi tal-buxxveld, Elephantulus intufi Senġi tal-blat tal-Lvant, Elephantulus myurus Senġi tal-blat tal-Karù, Elephantulus pilicaudus Senġi tas-Somalja, Elephantulus revoili Senġi tal-Afrika ta' Fuq, Elephantulus rozeti Senġi ħamrani, Elephantulus rufescens Senġi tal-blat tal-Punent, Elephantulus rupestris Ġeneru Macroscelides Senġi ta' widnejh tondi tan-Namib, Macroscelides flavicaudatus Senġi ta' widnejh tondi tal-Karù, Macroscelides proboscideus Ġeneru Petrodromus Senġi ta' erbat iswaba, Petrodromus tetradactylus Sottofamilja Rhynchocyoninae Ġeneru Rhynchocyon Senġi ta' taħt dahru dehebi, Rhynchocyon chrysopygus Senġi ċċangjat, Rhynchocyon cirnei Senġi iswed u aħmar, Rhynchocyon petersi Senġi ta' wiċċu griż, Rhynchocyon udzungwensis Tassonomija Ordni Macroscelidea Familja Microhyidae (estinta) Ġeneru Microhyus (Teilhard de Chardin, 1927) Microhyus musculus (Teilhard de Chardin, 1927) (estinta) Microhyus reisi (Antunes et al., 1987) Familja Macroscelididae Sottofamilja Herodotiinae (estinta) Ġeneru Nementchatherium (Coffait & Coffait & Jaeger & Mahboubi & Tabuce, 2001) Nementchatherium senarhense (Coffait & Coffait & Jaeger & Mahboubi & Tabuce, 2001) (estinta) Ġeneru Chambius (Hartenberger, 1986) Chambius kasserinensis (Hartenberger, 1986) (estinta) Ġeneru Herodotius (Simons et al., 1991) Herodotius pattersoni (Simons et al., 1991) (estinta) Sottofamilja Mylomygalinae (estinta) Ġeneru Mylomygale (Broom, 1948) Mylomygale spiersi (Broom, 1948) (estinta) Sottofamilja Metoldobotinae (estinta) Ġeneru Metoldobotes (Schlosser, 1910) Metoldobotes stromeri (Schlosser, 1910) (estinta) Sottofamilja Myohyracinae (estinta) Ġeneru Myohyrax (Andrews, 1914) Myohyrax oswaldi (Andrews, 1914) (estinta) Ġeneru Protypotheroides (Stromer, 1922) Protypotheroides beetzi (Stromer, 1922) (estinta) Sottofamilja Macroscelidinae Ġeneru Elephantulus (Thomas & Schwann, 1906) Elephantulus antiquus (Broom, 1948) (estinta) Elephantulus brachyrhynchus (A. Smith, 1836) Elephantulus broomi (Corbet & Hanks, 1968) (estinta) Elephantulus edwardii (A. Smith, 1839) Elephantulus fuscipes (Thomas, 1894) Elephantulus fuscus (Peters, 1852) Elephantulus intufi (A. Smith, 1836) Elephantulus myurus (Thomas & Schwann, 1906) Elephantulus pilicaudus Elephantulus revoili (Huet, 1881) Elephantulus rozeti (Duvernoy, 1833) Elephantulus rufescens (Peters, 1878) Elephantulus rupestris (A. Smith, 1831) Ġeneru Hiwegicyon (Butler, 1984) (estint) Hiwegicyon juvenalis (estinta) Ġeneru Macroscelides (A. Smith, 1829) Macroscelides flavicaudatus Macroscelides proboscideus (Shaw, 1800) Ġeneru Palaeothentoides (Stromer, 1932) (estint) Palaeothentoides africanus (Stromer, 1932) (estinta) Ġeneru Petrodromus (Peters, 1846) Petrodromus tetradactylus (Peters, 1846) Ġeneru Pronasilio (Butler, 1984) (estint) Pronasilio ternanensis (estinta) Sottofamilja Rhynchocyoninae Ġeneru Rhynchocyon (Peters, 1847) Rhynchocyon clarkei (Butler & Hopwood, 1957) (estinta) Rhynchocyon chrysopygus (Günther, 1881) Rhynchocyon cirnei (Peters, 1847) Rhynchocyon petersi (Bocage, 1880) Rhynchocyon pliocaenicus (Butler, 1969) (estinta) Rhynchocyon rusingae (Butler, 1969) (estinta) Rhynchocyon udzungwensis Referenzi D.A. Schlitter (2005). D.E. Wilson; D.M. Reeder (eds) Mammal Species of the World, 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press, pġ. 82-85
3600
https://mt.wikipedia.org/wiki/Macroscelididae
Macroscelididae
Macroscelididae hija familja li tiġbor fiha 'l hekk imsejħa senġijiet. Dawn it-tmintax-il speċi ta' mammiferi żgħar qegħdin miġburin f'erba' ġeneri. Din il-familja, flimkien mal-familja estinta Microhyidae, jiffurmaw l-ordni sħiħa tal-Macroscelidea. Id-daqs tagħhom ijvarja bejn 100 millimetru u 300 millimetru (mingħajr id-denb) u l-piż minn 25 gramma sa aktar minn 500 gramma. Tassonomija Familja Macroscelididae Sottofamilja Herodotiinae (estinta) Ġeneru Nementchatherium Nementchatherium senarhense (estinta) Ġeneru Chambius Chambius kasserinensis (estinta) Ġeneru Herodotius Herodotius pattersoni (estinta) Sottofamilja Mylomygalinae (estinta) Ġeneru Mylomygale Mylomygale spiersi (estinta) Sottofamilja Metoldobotinae (estinta) Ġeneru Metoldobotes Metoldobotes stromeri (estinta) Sottofamilja Myohyracinae (estinta) Ġeneru Myohyrax Myohyrax oswaldi (estinta) Ġeneru Protypotheroides Protypotheroides beetzi (estinta) Sottofamilja Macroscelidinae Ġeneru Elephantulus Elephantulus antiquus (estinta) Elephantulus brachyrhynchus Elephantulus broomi (estinta) Elephantulus edwardii Elephantulus fuscipes Elephantulus fuscus Elephantulus intufi Elephantulus myurus Elephantulus pilicaudus Elephantulus revoili Elephantulus rozeti Elephantulus rufescens Elephantulus rupestris Ġeneru Hiwegicyon Hiwegicyon juvenalis Ġeneru Macroscelides Macroscelides flavicaudatus Macroscelides proboscideus Ġeneru Palaeothentoides Palaeothentoides africanus (estinta) Ġeneru Petrodromus Petrodromus tetradactylus Ġeneru Pronasilio Pronasilio ternanensis (estinta) Sottofamilja Rhynchocyoninae Ġeneru Rhynchocyon Rhynchocyon chrysopygus Rhynchocyon cirnei Rhynchocyon clarkei (fossilu) Rhynchocyon petersi Rhynchocyon pliocaenicus (fossilu) Rhynchocyon rusingae (fossilu) Rhynchocyon udzungwensis Referenzi Id-Databażi Palebijoloġika Tassonomija tal-Mammiferi Ħoloq esterni Elephant Shrew: Wildlife summary from the African Wildlife & Reptiles Foundation Macroscelididae
3601
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja
Tupaja
Tupaji huma mammiferi omnivori ta' daqs żgħir mifruxa mal-foresti tropikali fix-Xlokk tal-Asja. It-tupaji jiffurmaw żewġt familji Tupaiidae u Ptilocercidae u l-ordni kollu Scandentia. Hemm 20 speċi mifruxa ma' 5 ġeneri. It-tupaji għandhom l-għola rata ta' massa ċelebrali meta imqabbla ma' dik ta' ġisimhom, saħansitra akbar minn dik tal-bniedem. Għalkemm imsejħa ġrieden tas-siġar, dawn m'humiex ġrieden ta' veru (għalkemm darba kienu klassifikati magħhom fl-ordni Insectivora) u mhux kollha jqattgħu ħajjithom fis-siġar. Fost affarijiet oħra t-tupaji huma uħud mill-ftit annimali li jieklu l-frotta tar-Rafflesia. Klassifikazjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Anathana Tupaja ta' Madras, Anathana ellioti Ġeneru Dendrogale Tupaja ta' denbu lixx ta' Bornejo, Dendrogale melanura Tupaja ta' denbu lixx tat-Tramuntana, Dendrogale murina Ġeneru Tupaia Sottoġeneru Tupaia Tupaja tat-Tramuntana, Tupaia belangeri Tupaja ta' żaqqu dehebi, Tupaia chrysogaster Tupaja strixxat, Tupaia dorsalis Tupaja komuni, Tupaia glis]] Tupaja rqiq, Tupaia gracilis Tupaja ta' Horsfield, Tupaia javanica Tupaja ta' saqajh twal, Tupaia longipes Tupaja ta' Nikobar, Tupaia nicobarica Tupaja mpitter, Tupaia picta Tupaja ħamrani, Tupaia splendidula Sottoġeneru Lyonogale Tupaja ż-żgħir, Tupaia minor Tupaja Kalamjan, Tupaia moellendorffi Tupaja tal-muntanji, Tupaia montana Tupaja ta' Palaw, Tupaia palawanensis Tupaja l-kbir, Tupaia tana Ġeneru Urogale Tupaja tal-Filippini, Urogale everetti Familja Ptilocercidae Ġeneru Ptilocercus Tupaja ta' denbu pinna, Ptilocercus lowii It-tupaji darba kienu jagħmlu parti mal-ordni Insectivora u wara, minħabba ċertu similaritajiet interni, mal-ordni Primates, ma' dan tal-aħħar kienu klassifikati bħala proxximji primittivi. Madanakollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li t-tupaja għandhom jiġu klassifikati f'ordni għalihom Scandentia u flimkien mal-ordnijiet Primates u Dermoptera, jiffurmaw il-klad Euarchonta. Il-klad Euarchonta tiġi oħt il-klad Glires u din hi ffurmata mill-ordnijiet Lagomorpha u Rodentia, u ż-żewġ gruppi jiffurmaw l-Euarchontoglires. Referenzi Helgen, Kristofer M. (November 16, 2005). in Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 104-109. ISBN 0-8018-8221-4.. Corbet, G.B. and J.E. Hill, 1992, The Mammals of the Indomalayan Region: a systematic review. Nat. Hist. Mus. Publ. and Oxford Univ. Press. Payne, J., C.M. Francis, K. Phillipps, dan S.N. Kartikasari. 2000. Panduan Lapangan Mamalia di Kalimantan, Sabah, Sarawak & Brunei Darussalam. The Sabah Society, Wildlife Conservation Society-Indonesia Programme dan WWF Malaysia. ISBN 979-95964-0-8 Links Esterni http://mbgnet.mobot.org/sets/rforest/animals/shrew.htm http://nationalzoo.si.edu/Animals/SmallMammals/fact-lessertreeshrew.cfm http://www.hoglezoo.org/animals/view.php?id=183
3602
https://mt.wikipedia.org/wiki/Scandentia
Scandentia
Scandentia hija ordni ta' mammiferi placentati, eżattament it-tupaji, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Euarchontoglires, u fil-klad Euarchonta. Din l-ordni hi magħmula minn żewġ familji, Tupaiidae u Ptilocercidae, minn ħames ġeneri, Anathana, Dendrogale, Tupaia, Urogale u Ptilocercus u minn 20 speċi ħajja. Scandentia flimkien ma' żewġ ordnijiet oħra, Dermoptera u Primates, jiffurmaw il-klad Euarchonta u dan tal-aħħar flimkien mal-klad Glires jiffurmaw is-superordni Euarchontoglires. Lista tal-ispeċi ħajjin tal-ordni Scandentia Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Anathana Tupaja ta' Madras, Anathana ellioti Ġeneru Dendrogale Tupaja ta' denbu lixx ta' Bornejo, Dendrogale melanura Tupaja ta' denbu lixx tat-Tramuntana, Dendrogale murina Ġeneru Tupaia Sottoġeneru Tupaia Tupaja tat-Tramuntana, Tupaia belangeri Tupaja ta' żaqqu dehebi, Tupaia chrysogaster Tupaja strixxat, Tupaia dorsalis Tupaja komuni, Tupaia glis Tupaja rqiq, Tupaia gracilis Tupaja ta' Horsfield, Tupaia javanica Tupaja ta' saqajh twal, Tupaia longipes Tupaja ta' Nikobar, Tupaia nicobarica Tupaja mpitter, Tupaia picta Tupaja ħamrani, Tupaia splendidula Sottoġeneru Lyonogale Tupaja ż-żgħir, Tupaia minor Tupaja Kalamjan, Tupaia moellendorffi Tupaja tal-muntanji, Tupaia montana Tupaja ta' Palaw, Tupaia palawanensis Tupaja l-kbir, Tupaia tana Ġeneru Urogale Tupaja tal-Filippini, Urogale everetti Familja Ptilocercidae Ġeneru Ptilocercus Tupaja ta' denbu pinna, Ptilocercus lowii Tassonomija tal-ordni Scandentia Ordni Scandentia Ġeneru Nycticonodon Nycticonodon capartiFamilja Tupaiidae Ġeneru Anathana (Lyon, 1913)Anathana ellioti (Waterhouse,1850) Ġeneru DendrogaleDendrogale melanura (Thomas, 1892)Dendrogale melanura baluensis (Lyon, 1913)Dendrogale melanura melanura (Thomas, 1892)Dendrogale murina (Müller u Schlegel,1843) Ġeneru Tupaia (Raffles,1821) Sottoġeneru Tupaia (Raffles,1821)Tupaia belangeriTupaia belangeri annamensis Tupaia belangeri assamensis Tupaia belangeri belangeri Tupaia belangeri brunetta Tupaia belangeri cambodiana Tupaia belangeri chinensis (Anderson,1879)Tupaia belangeri clarissa Tupaia belangeri cochinchinensisTupaia belangeri concolor Tupaia belangeri dissimilis Tupaia belangeri gaoligongensisTupaia belangeri gonshanensis Tupaia belangeri laotum Tupaia belangeri lepcha Tupaia belangeri modesta Tupaia belangeri olivacea Tupaia belangeri peguanus Tupaia belangeri pingi Tupaia belangeri siccata Tupaia belangeri sinus Tupaia belangeri tenaster Tupaia belangeri tonquinia Tupaia belangeri versurae Tupaia belangeri yaoshanensis Tupaia belangeri yunalisTupaia chrysogaster (Miller, 1903)Tupaia dorsalis (Schlegel, 1857)Tupaia glisTupaia glis anambae (Lyon, 1913)Tupaia glis batamana (Lyon, 1907)Tupaia glis carimatae (Miller, 1906)Tupaia glis castanea (Miller, 1903)Tupaia glis chrysomalla (Miller, 1900)Tupaia glis cognata (Chasen, 1940)Tupaia glis demissa (Thomas, 1904)Tupaia glis discolor (Lyon, 1906)Tupaia glis ferruginea (Raffles, 1821)Tupaia glis glis (Diard, 1820)Tupaia glis hypochrysa (Thomas, 1895)Tupaia glis jacki (Robinson u Kloss, 1918)Tupaia glis lacernata (Thomas u Wroughton, 1909)Tupaia glis longicauda (Kloss, 1911)Tupaia glis lucida (Thomas u Hartert, 1895)Tupaia glis muelleri (Kohlbrugge, 1895)Tupaia glis natunae (Lyon, 1911)Tupaia glis obscura (Kloss, 1911)Tupaia glis operosa (Robinson u Kloss, 1914)Tupaia glis pemangilis (Lyon, 1911)Tupaia glis phaeura (Miller, 1902)Tupaia glis pulonis (Miller, 1903)Tupaia glis raviana (Lyon, 1911)Tupaia glis redacta (Robinson, 1916)Tupaia glis riabus (Lyon, 1913)Tupaia glis salatana (Lyon, 1913)Tupaia glis siaca (Lyon, 1908)Tupaia glis siberu (Chasen u Kloss, 1927)Tupaia glis sordida (Miller, 1900)Tupaia glis tephrura (Miller, 1903)Tupaia glis ultima (Robinson u Kloss, 1914)Tupaia glis umbratilis (Chasen, 1940Tupaia glis wilkinsoni (Robinson u Kloss, 1911)Tupaia gracilis (Thomas, 1893)Tupaia gracilis ederata (Lyon, 1906)Tupaia gracilis gracilis (Thomas, 1893)Tupaia gracilis inflata (Lyon, 1906)Tupaia javanica (Horsfield, 1822)Tupaia javanica javanica (Horsfield,1822)Tupaia javanica occidentalis (Robinson u Kloss, 1918)Tupaia longipes (Thomas, 1893)Tupaia nicobarica (Zelebor, 1869)Tupaia picta (Thomas, 1892)Tupaia splendidula (Gray, 1865) Sottoġeneru Lyonogale (Conisbee, 1953)Tupaia minor (Günther, 1876)Tupaia minor caedis (Chasen u Kloss, 1931)Tupaia minor humeralis (Robinson u Kloss, 1919)Tupaia minor malaccana (Anderson, 1879)Tupaia minor minor (Günther, 1876)Tupaia minor sincipis (Lyon, 1911)Tupaia moellendorffiTupaia montana (Thomas, 1892)Tupaia montana baluensis (Lyon, 1913)Tupaia montana montana (Thomas, 1892)Tupaia palawanensis (Thomas, 1894)Tupaia tana (Raffles,1821)Tupaia tana banguei (Chasen u Kloss, 1931)Tupaia tana besara (Lyon, 1913)Tupaia tana bunoae (Miller, 1900)Tupaia tana cervicalis (Miller, 1903)Tupaia tana chrysura (Günther, 1876)Tupaia tana kelabit (Davis, 1958)Tupaia tana lingae (Lyon, 1913)Tupaia tana masae (Lyon, 1913)Tupaia tana nitida (Chasen, 1933)Tupaia tana paitana (Lyon, 1913)Tupaia tana sirhassenensis (Miller, 1901)Tupaia tana speciosa (Wagner, 1840)Tupaia tana tana (Raffles, 1821)Tupaia tana tuancus (Lyon, 1913)Tupaia tana utara (Lyon, 1913) Ġeneru Urogale (Thomas, 1892)Urogale everetti (Thomas, 1892)Urogale everetti cylindrura Urogale everetti everettiFamilja Ptilocercidae Ġeneru PtilocercusPtilocercus lowii (Gray, 1848)Ptilocercus lowii continentis (Thomas, 1910)Ptilocercus lowii lowii'' (Gray, 1848) Referenzi Helgen, Kristofer M. (November 16, 2005). in Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 104-109. ISBN 0-801-88221-4.. Corbet, G.B. and J.E. Hill, 1992, The Mammals of the Indomalayan Region: a systematic review. Nat. Hist. Mus. Publ. and Oxford Univ. Press. Payne, J., C.M. Francis, K. Phillipps, dan S.N. Kartikasari. 2000. Panduan Lapangan Mamalia di Kalimantan, Sabah, Sarawak u Brunei Darussalam. The Sabah Society, Wildlife Conservation Society-Indonesia Programme dan WWF Malaysia. ISBN 979-95964-0-8 Ħoloq esterni http://mbgnet.mobot.org/sets/rforest/animals/shrew.htm http://nationalzoo.si.edu/Animals/SmallMammals/fact-lessertreeshrew.cfm http://www.hoglezoo.org/animals/view.php?id=183
3608
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kolugo
Kolugo
Il-kolugi, imsejħa bħala kobegi jew lemuri li jtiru (għalkemm, dawn la huma lemuri u l-anqas itiru), huma mammiferi erbivori notturni ta' daqs żgħir mifruxin mal-foresti tropikali fin-naħa tax-Xlokk tal-Asja. Jeżistu biss żewġ speċi f'żewġ ġeneri, li jiffurmaw il-familja Cynocephalidae u l-ordni Dermoptera. Għalkemm huma l-aktar mammiferi kapaċi mill-mammiferi li jipplanaw, dawn xorta ma jistgħux itiru ta' vera. Il-kolugi, għalkemm ta' daqs żgħir, huma pjuttost kbar bħala mammiferi tas-siġar: b'daqs ta' bejn 35 u 40 ċentimetru fit-tul u minn 1 sa 2 kilogrammi fil-piż. Is-saqajn u l-idejn huma rqaq, ta' tul moderat bl-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras hi ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi. Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt tal-appendiċi kollha li fl-ebda mammiferu ieħor ma laħqet din il-firxa. Din il-membrana, jew pataġjum, hi mifruxa wkoll bejn is-swaba' tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament, din il-membrana mhijiex possibli tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk. Klassifikazzjoni Ordni Dermoptera Familja Cynocephalidae Ġeneru Cynocephalus Kolugo tal-Filippini, Cynocephalus volans Ġeneru Galeopterus Kolugo ta' Sunda, Galeopterus variegatus Il-Mixodectidae jidher li hu fossilu tal-ordni Dermoptera. Madanakollu, għalkemm hemm mammiferi oħra tal-Paleogene li ġew interpretati bħala relatati mad-dermopteri, l-evidenza turi li hemm inċertezzi u ħafna minn dawn il-fossili m'għadhomx interpretati aktar bħala mammiferi planarji. Il-kolugi darba kienu jagħmlu parti mal-ordni Insectivora, madanakollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li l-kolugi għandhom jiġu kklassifikati f'ordni għalihom — id-Dermoptera — u flimkien mal-ordnijiet Primates u Scandentia jiffurmaw il-klad Euarchonta. Il-klad Euarchonta jiġi ħu l-klad Glires li huwa ffurmat mill-ordnijiet Lagomorpha u Rodentia, u ż-żewġ kladi flimkien jiffurmaw is-superordni Euarchontoglires. Referenzi Ħoloq esterni Kolugo fuq Colugos.com Dermoptera
3615
https://mt.wikipedia.org/wiki/Cynocephalidae
Cynocephalidae
Cynocephalidae hija klassi ta' mammiferi plaċentati, eżattament il-kolugi, tal-kontinent tal-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer. Din il-familja qiegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Euarchontoglires u fl-ordni Dermoptera ma' tliet familji oħra (għalkemm sa ftit żmien ilu ma' dawn kien hemm il-familja Paramomyidae ukoll, li llum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala familja tal-ordni Plesiadapiformes), li huma Mixodectidae, Plagiomenidae u Thylacaeluridae). Il-familja Cynocephalidae hija l-unika familja tal-ordni Dermoptera li għandha rappreżentanti ħajjin. F'din il-familja hemm tliet ġeneri li huma, Dermotherium li huwa estint u Cynocephalus u Galeopterus li huma estanti. Kull wieħed minn dawn talaħħar huwa rappreżentat bi speċi waħda biss ħajja. Lista tal-ispeċi tal-familja Cynocephalidae Familja Cynocephalidae Ġeneru Cynocephalus (Boddaert,1768) Cynocephalus volans (Linnaeus, 1758) Ġeneru Dermotherium (Ducrocq et al., 1992) (estint) Dermotherium chimaera (Marivaux et al., 2006) (estinta) Dermotherium major (Ducrocq et al., 1992) (estinta) Ġeneru Galeopterus (Thomas,1 908) Galeopterus variegatus (Audebert, 1799) Referenzi Stafford, Brian J. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. Ronald M. Nowak: Walker’s Mammals of the World. 2. Auflage. The Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999, S. 250–252, ISBN 0-8018-5789-9. Ħoloq Esterni Informazzjoni dwar il-kolugi Tassonomija tal-Mammiferi Dermoptera
3616
https://mt.wikipedia.org/wiki/Dermoptera
Dermoptera
Dermoptera huwa ordni ta' mammiferi plaċentati, eżattament il-kolugi, fil-klassi Mammalia. Illum il-ġurnata din l-ordni hi magħmula biss mill-familja Cynocephalidae, minn żewġ ġeneri, Cynocephalus u Galeopterus, u minn żewġ speċi biss ħajjin. Din l-ordni, flimkien mal-ordnijiet tas-Scandentia u l-Primates, tifforma t-takson Euarchonta. Lista tal-ispeċi ħajjin tal-ordni Dermoptera Ordni Dermoptera Familja Cynocephalidae Ġeneru Cynocephalus Kolugo tal-Filippini, Cynocephalus volans Ġeneru Galeopterus Kolugo ta' Sunda, Galeopterus variegatus Tassonomija tal-ordni Dermoptera Tassonomija tal-ordni Dermoptera fil-passat: Ordni Dermoptera Familja Cynocephalidae Ġeneru Cynocephalus (Boddaert, 1768) Cynocephalus volans (Linnaeus, 1758) Ġeneru Dermotherium (Ducrocq et al., 1992) Dermotherium chimaera (Marivaux et al., 2006) Dermotherium major (Ducrocq et al., 1992) Ġeneru Galeopterus (Thomas, 1908) Galeopterus variegatus (Audebert, 1799) Familja Mixodectidae Ġeneru Dracontolestes (Gazin, 1941) Dracontolestes aphantus (Gazin, 1941) Ġeneru Mixodectes (Cope, 1883) Mixodectes malaris (Cope, 1883) Mixodectes pungens (Cope, 1883) Familja Thylacaeluridae Ġeneru Thylacaelurus (Russell, 1954) Thylacaelurus campester (Storer, 1984) Thylacaelurus montanus (Russell, 1954) Familja Paromomyidae Sottofamilja Paromomyinae Ġeneru Paromomys (Gidley, 1923) Paromomys depressidens (Gidley, 1923) Paromomys maturus (Gidley, 1923) Sottofamilja Phenacolemurinae Tribù Simpsonlemurini Ġeneru Simpsonlemur (Robinson & Ivy 1994) Simpsonlemur citatus (Robinson & Ivy 1994) Simpsonlemur jepensi (Robinson & Ivy 1994) Ġeneru Elwynella (Rose & Brown 1982) Elwynella oreas (Rose & Brown 1982) Tribù Phenacolemurini Ġeneru Arcius Arcius fuscus (Russell et al., 1967) Arcius lapparenti (Russell et al., 1967) Arcius rougieri (Godinot, 1984) Arcius zbyszewskii (Estravís, 2000) Ġeneru Dillerlemur (Robinson and Ivy 1994) Dillerlemur robinettei (Robinson and Ivy 1994) Dillerlemur pagei (Robinson and Ivy 1994) Ġeneru Ignacius (Granger & Matthew, 1921) Ignacius fremontensis (Gazin, 1971) Ignacius frugivorus (Granger & Matthew, 1921) Ignacius greybullianus (Bown & Rose, 1976) Ignacius mcgrewi Ġeneru Phenacolemur (Matthew, 1915) Phenacolemur jepseni (Simpson, 1955) Phenacolemur pagei (Jepsen, 1930) Phenacolemur praecox (Matthew, 1915) Phenacolemur shifrae Phenacolemur simonsi (Bown & Rose, 1976) Ġeneru Pulverflemun (Robinson and Ivy 1994) Pulverflumen magnificum (Robinson and Ivy 1994) Familja Plagiomenidae Sottofamilja incertae sedis Ġeneru Elpidophorus (Simpson, 1927) Elpidophorus elegans (Simpson, 1927) Elpidophorus minor (Simpson, 1935) Ġeneru Eudaemonema (Simpson, 1935) Eudaemonema cuspidata (Simpson, 1935) Sottofamilja Plagiomeninae Tribù Planetetheriini Ġeneru Planetetherium (Simpson, 1928) Planetetherium mirabile (Simpson, 1928) Ġeneru Worlandia (Bown & Rose, 1979) Worlandia inusitata (Bown & Rose, 1979) Tribù Plagiomenini Ġeneru Ellesmene Ellesmene eureka (Dawsonet al., 1993) Ġeneru Plagiomene (Matthew, 1918) Plagiomene accola (Rose, 1981) Plagiomene multicuspis (Matthew, 1918) Sottofamilja Ekgmowechashalinae Tribù Ekgmowechashalini Ġeneru Ekgmowechashala (MacDonald, 1963) Ekgmowechashala philotae (MacDonald, 1963) Tribù Tarkadectini Ġeneru Tarka (McKenna 1990) Tarka stylifera (McKenna 1990) Ġeneru Tarkadectes (McKenna 1990) Tarkadectes montanensis (McKenna 1990) Tassonomija tal-ordni Dermoptera fil-preżent: Ordni Dermoptera Familja Cynocephalidae Ġeneru Cynocephalus (Boddaert, 1768) Cynocephalus volans (Linnaeus, 1758) Ġeneru Dermotherium (Ducrocq et al., 1992) Dermotherium chimaera (Marivaux et al., 2006) Dermotherium major (Ducrocq et al., 1992) Ġeneru Galeopterus (Thomas, 1908) Galeopterus variegatus (Audebert, 1799) Familja Mixodectidae Ġeneru Dracontolestes (Gazin, 1941) Dracontolestes aphantus (Gazin, 1941) Ġeneru Mixodectes (Cope, 1883) Mixodectes malaris (Cope, 1883) Mixodectes pungens (Cope, 1883) Familja Thylacaeluridae Ġeneru Thylacaelurus (Russell, 1954) Thylacaelurus campester (Storer, 1984) Thylacaelurus montanus (Russell, 1954) Familja Plagiomenidae Sottofamilja incertae sedis Ġeneru Elpidophorus (Simpson, 1927) Elpidophorus elegans (Simpson, 1927) Elpidophorus minor (Simpson, 1935) Ġeneru Eudaemonema (Simpson, 1935) Eudaemonema cuspidata (Simpson, 1935) Sottofamilja Plagiomeninae Tribù Planetetheriini Ġeneru Planetetherium (Simpson, 1928) Planetetherium mirabile (Simpson, 1928) Ġeneru Worlandia (Bown & Rose, 1979) Worlandia inusitata (Bown & Rose, 1979) Tribù Plagiomenini Ġeneru Ellesmene Ellesmene eureka (Dawsonet al., 1993) Ġeneru Plagiomene (Matthew, 1918) Plagiomene accola (Rose, 1981) Plagiomene multicuspis (Matthew, 1918) Sottofamilja Ekgmowechashalinae Tribù Ekgmowechashalini Ġeneru Ekgmowechashala (MacDonald, 1963) Ekgmowechashala philotae (MacDonald, 1963) Tribù Tarkadectini Ġeneru Tarka (McKenna 1990) Tarka stylifera (McKenna 1990) Ġeneru Tarkadectes (McKenna 1990) Tarkadectes montanensis (McKenna 1990) Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Nowak, Ronald M. Walker’s Mammals of the World, The Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-5789-9 Ħoloq esterni Sit b'informazzjoni dwar il-kolugi Tassonomija tal-mammiferi
3621
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pangolin
Pangolin
Pangolin huwa mammiferu insettivoru ta' daqs żgħir u medju mifruxa fir-reġjuni tropikali tal-Afrika u l-Asja. Il-pangolini, jew kif inhuma imsejjħin ukoll bunemmiela tal-qxur u wikkilin in-nemel tal-qxur, għandhom 8 speċi. Dawn qegħdin ikklassifikati kollha kemm huma fil-ġeneru Manis, fis-sottofamilja Maninae, fil-familja Manidae u fl-ordni Pholidota. L-isem "pangolin" ġej minn kelma Malajana "pengguling" li tfisser imkebbeb. Il-pangolini għandhom ġisimhom miksi bi qxur kbar u iebsin magħmulin minn ħafna strati ta' xagħar. Il-qxur tal-pangolini ż-żgħar ikunu rotob mat-twelid, iżda dawn jibbiesu bil-mod il-mod matul l-iżvilupp. Dawn il-qxur minn barra li jiffurmaw kurazza naturali, għandhom ix-xifer qisu xafra u b'hekk iservu ta' difiża doppja. Il-pangolini meta jħossuhom fil-periklu kapaċi jitkebbu f'forma ta' ballun. Il-pangolini m'għandhomx snien, iżda minflok għandhom ilsien twil ħafna u glandola tal-bżieq enormi. Il-bżieq li joħroġ minn din il-glandola qisu kolla u flimkien mal-ilsien jintużaw mill-pangolini biex jaqbdu kwantita kbira ta' nemel u termiti. Klassifikazzjoni Il-pangolini xi darba kienu jagħmlu parti mill-ordni Edentata, dan kollu kien ibbażat fuq xebh li ma kienx ħlief evoluzzjoni konverġenti. Madankollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li dawn il-mammiferi għandhom jiġu kklassifikati għalihom fl-ordni Pholidota, bil-membri tal-ordni Carnivora bħala l-aktar mammiferi ħajjin li huma relatati ġenetikament fil-qrib tagħhom. Ordni Pholidota Familja Manidae Sottofamilja Maninae Ġeneru Manis Sottoġeneru Manis Pangolin Indjan, Manis crassicaudata Pangolin Ċiniż, Manis pentadactyla Ġeneru Manis Sottoġeneru Paramanis Pangolin Malajan, Manis javanica Pangolin ta' Palaw, Manis culionensis Ġeneru Manis Sottoġeneru Smutsia Pangolin Ġgant, Manis gigantea Pangolin ta' Temminck, Manis temminckii Ġeneru Manis Sottoġeneru Phataginus Pangolin tas-siġar, Manis tricuspis Ġeneru Manis Sottoġeneru Uromanis Pangolin ta' denbu twil, Manis tetradactyla Xi paleontoloġisti jikklassifikaw il-pangolini fl-ordni Cimolesta bħala sottordni, flimkien ma' bosta sottordnijiet ta' mammiferi estinti. F'dan il-każ il-pangolini huma l-aħħar rappreżentanti ħajjin tal-ordni Cimolesta. Ordni Cimolesta Sottordni Pholidota Familja Manidae Sottofamilja Maninae Ġeneru Manis Sottoġeneru Manis Pangolin Indjan, Manis crassicaudata Pangolin Ċiniż, Manis pentadactyla Ġeneru Manis Sottoġeneru Paramanis Pangolin Malajan, Manis javanica Pangolin ta' Palaw, Manis culionensis Ġeneru Manis Sottoġeneru Smutsia Pangolin Ġgant, Manis gigantea Pangolin ta' Temminck, Manis temminckii Ġeneru Manis Sottoġeneru Phataginus Pangolin tas-siġar, Manis tricuspis Ġeneru Manis Sottoġeneru Uromanis Pangolin ta' denbu twil, Manis tetradactyla Tassonomija Ordni Pholidota Familja incertae sedis Ġeneru Arcticanodon (Rose et al, 2004) Arcticanodon dawsonae (Rose et al, 2004) Ġeneru Melaniella (Fox, 1984) Melaniella timosa (Fox, 1984) Ġeneru Tubulodon (Jepsen 1932) Estint Tubulodon atopum (K.D.Rose et al. 1991) Tubulodon pearcei (K.D.Rose et al. 1991) Tubulodon taylori (Jepsen 1932) Tubulodon woodi (K.D.Rose et al. 1991) Familja Epoicotheriidae Estinta Ġeneru Amelotabes (Rose, 1978) Amelotabes simpsoni (Rose, 1978) Ġeneru Dipassalus Dipassalus oryctes Ġeneru Epoicotherium (Simpson,1927) Epoicotherium unicum (Douglass,1905) Ġeneru Tetrapassalus (Simpson,1959) Tetrapassalus mckennai (Simpson,1959) Tetrapassalus proius (West,1973) Ġeneru Xenocranium Xenocranium pileorivale Familja Escavadodontidae Estinta Ġeneru Escavadodon (Lucas & Rose,2000) Escavadodon zygus (Lucas & Rose,2000) Familja Metacheiromyidae Estinta Ġeneru Brachianodon Brachianodon westorum Ġeneru Metacheiromys (Wortman,1903) Metacheiromys marshi (Wortman,1903) Metacheiromys tatusia (Osborn,1904) Metacheiromys dasypus (Osborn,1904) Metacheiromys osborni (Simpson,1931) Ġeneru Mylanodon Mylanodon rosei Ġeneru Palaeanodon (Matthew,1918) Palaeanodon parvulus (Matthew,1918) Palaeanodon ignavus Palaeanodon nievelti Ġeneru Propalaeanodon (Rose,1979) Propalaeanodon schaffi (Rose,1979) Familja Manidae Sottofamilja Eurotamanduinae Ġeneru Eurotamandua Eurotamandua joresi Sottofamilja Maninae Ġeneru Eomanis Eomanis krebsi (Storch & Martin, 1994) Eomanis waldi (Storch, 1978) Ġeneru Necromanis Necromanis edwardsi Necromanis franconica Necromanis quercyi Ġeneru Patriomanis (Emry, 1970) Patriomanis americana (Emry, 1970) Ġeneru Cryptomanis (Gaudin et al, 2006) Cryptomanis gobiensis (Gaudin et al, 2006) Ġeneru Manis Sottoġeneru Manis Manis crassicaudata Manis pentadactyla Ġeneru Manis Sottoġeneru Paramanis Manis javanica Manis culionensis Ġeneru Manis Sottoġeneru Smutsia Manis gigantea Manis temminckii Ġeneru Manis Sottoġeneru Phataginus Manis tricuspis Ġeneru Manis Sottoġeneru Uromanis Manis tetradactyla'' Ħoloq esterni Deskrizzjoni dwar il-pangolin Tree of Life of Pholidota Pholidota
3640
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaia
Tupaia
Tupaia huwa ġeneru ta' mammiferi fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Scandentia, fil-familja Tupaiidae ma' tliet ġeneri oħra bi 15-il speċi. Fil-fatt, dan il-ġeneru huwa l-iktar wieħed ta' suċċess fl-ordni Scandentia bl-akbar numru tà speċi. Tupaia huwa sottoġeneru wkoll, fil-ġeneru Tupaia stess u hemm 10 speċi ta' tupaji li jikklassifikaw rwieħhom taħt dan is-sottoġeneru. Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Tupaia Ġeneru Tupaia Sottoġeneru Tupaia Tupaja tat-Tramuntana, Tupaia belangeri Tupaja ta' żaqqu dehebi, Tupaia chrysogaster Tupaja strixxat, Tupaia dorsalis Tupaja komuni, Tupaia glis Tupaja rqiq, Tupaia gracilis Tupaja ta' Horsfield, Tupaia javanica Tupaja ta' saqajh twal, Tupaia longipes Tupaja ta' Nikobar, Tupaia nicobarica Tupaja mpitter, Tupaia picta Tupaja ħamrani, Tupaia splendidula Sottoġeneru Lyonogale Tupaja ż-żgħir, Tupaia minor Tupaja Kalamjan, Tupaia moellendorffi Tupaja tal-muntanji, Tupaia montana Tupaja ta' Palaw, Tupaia palawanensis Tupaja l-kbir, Tupaia tana Tupaiidae
3642
https://mt.wikipedia.org/wiki/Dendrogale
Dendrogale
Tupaiidae Dendrogale huwa ġeneru ta' mammiferi (it-tupaji), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Scandentia, fil-familja Tupaiidae ma' 3 ġeneri oħra (Anathana, Tupaia u Urogale), b'2 speċi. Dan il-ġeneru jiġi it-2 l'akbar ta' suċċess fin-numru ta' speċi fl-ordni Scandetia. (għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Tupaja) Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Dendrogale Ġeneru Dendrogale Tupaja ta' denbu lixx ta' Borneo, Dendrogale melanura Tupaja ta' denbu lixx tat-Tramuntana, Dendrogale murina
3646
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ta%27%20Xbiex
Ta' Xbiex
Ta’ Xbiex huwa lokalità u Kunsill Lokali fir-Reġjun Ċentrali ta’ Malta b’popolazzjoni ta’ 2148. Din il-lokalita tinsab f''żona żgħira fuq il-kosta fi hdan l-Port ta' Marsamxett, bejn l-irħula ta’ Msida u Gzira. Etimoloġija Jingħad li l-Isem Ta' Xbiex ġej mil-kelma Maltija ‘Tbexbex’ li tiddeskrivi ix-xemx tiela. Oħrajn jgħidu li isem Ta' Xbiex jista’ joriġina mill-kelma “Xbiek”. Dan minħabba x- xbieki tas-sajd li kienu jidhru fuq ix-xatt waqt li qed jintużaw mill-baħħara u sajjieda tal-lokal. Fil-fatt, l-emblema u l-bandiera tal-lokalita' turi rota ta’ vapur biex tkompli tikkonferma l-konnessjoni mal-baħar Arkitettura u Bini Storiku Ħafna mid-djar antiki f’Ta’ Xbiex issa jospitaw numru ta’ ambaxxati barranin. Whitehall Mansions, binja li tinsab faċċata tal-Marina fit-triq principali, saret indirizz prestiġjuż u hija eżempju ta'arkitettura kolonjali. F'dan il-bini nsibu diversi ambaxxati, wħud minnhom dawk tal-Eġittu, Italja, Spanja, Ġermanja, Awstrija, Irlanda, Awstralja u tar-Renju Unit. Fl-1950s dan il-bini kien magħruf bħala The Wrennery u kien jintuża bħala residenza ghan-nisa li kienu jservu fis-servizzi Navali Brittanici. Fil-lokalita nsibu għadd ta’ fornituri ta’ servizzi bħal kumpaniji tal-assigurazzjoni, kumpanniji Legali, Awdituri u Professjonijiet oħra. Fost il-vilel oriġinali li jinsabu fit-toroq faċċata tal-baħar, wieħed isib lil Villa Oxania, li kienet ir-residenza tat-tabib u arkeologu Sir Temi Zammit (1864-1935). Vicin insibu wkoll Villa Cloe, id-dar ta’ Sir Arturo Mercieca (1878-1969), President għal żmien twil tal-Qrati Maltin u mexxej politiku magħruf sew. Knisja San Ġwann tas-Salib Din il-knisja saret parroċċa fl-1969 u hija mmexxija mill-Karmelitani Tereżjani. Il-Knisja hija mibnija fuq stil Ruman. Hija magħrufa għas-Salib pjuttost uniku tagħha li huwa 420 ċm għoli u 240 ċm wiesgħa. Dan is-salib tpoġġa f'postu fl-1971. Huwa magħmul mill-azzar u huwa bbażat fuq tpinġija ta' San Ġwann tas-Salib. Jinghad li jista jkun l-akbar riproduzzjoni tat-tip tiegħu fid-dinja Tbaħħir Fis-snin ħamsin diversi bastimenti ta' l-armata navali Ingliża kienu irmiġġati f'din iz-zona. Sal-lum, Ta’ Xbiex jospita ħafna dgħajjes privati kemm irregistrati Malta kif ukoll min-nazzjonalitajiet diversi li jagħmlu dan il-post id-dar tal-irmiġġ tagħhom għal soġġorni qosra kif ukoll twal. Ir-Royal Malta Yacht Club flimkien mal-bini tiegħu jinstab mal-kosta ta' Ta’ Xbiex u jospita ta' kull sena t-Tiġrija Rolex Middle Sea li hija popolari ħafna ma' dawk li għandhom ghal qalbhom dan l-isport. Dan il-klabb tal-jottijiet issa qed igawdi minn bini u faċilitajiet moderni fuq sit li gie rrinovat fl-2008. Il-Marina ta' din l-għaqda tospita 65 irmiġġ fil-Yacht Marina tagħha. L-Msida & Ta’ Xbiex Yacht Marina hija l-akbar Marina f' Ta' Xbiex u toffri 720 spazzju tal-irmiġġ. Din il-Marina hija magħrufa ghall-post stratiku u ċentrali tagħha li joffri kenn mill-irjieħ tal-Majjistral tal-Punent, filwaqt li l-brejkwater jipproteġiha kontra irjihat gejjin mil-Grigal. Hemm ukoll għadd ta’ ristoranti tul il-kosta li jaqdu l-komunità tal-jottijiet filwaqt li joffru wkoll veduti spettakolari tal-Belt Valletta u l-Furjana. Sport Ta’Xbiex jifforma parti minn triq tul il-kosta li tibda mill-Pieta u tispicca San Ġiljan. Hija rotta popolari ħafna għal dawk li jipprattikaw il-giri jew mixi li jghaddu minn Ta' Xbiex waqt li jgawdu veduti storiċi, veduti tal-baħar kif ukoll il-kummerc tal-postijiet bieżla bħall-Gżira, Sliema u San Ġiljan. Kunsill Lokali Il-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex huwa magħmul minn: Sindku: Maximillian Zammit Vici Sindku: Oriana Calleja Kunsilliera:  Louise Cachia Castelletti                       Eugenio Muscat                       Rosario Portelli Segretarja: Yasmine Tonna Toroq prinċipali f'Ta' Xbiex Triq Giuseppe Calì Triq Abate Rigord Triq Enrico Mizzi Triq il-Prinċipessa Margerita Triq il-Prinċipessa Eliżabetta Triq l-Ambaxxati Triq San Ġwann tas-Salib Triq Sir Ugo Mifsud Triq Testaferrata Rampa ta' Ta' Xbiex Vjal Sir Temi Zammit Xatt Ta' Xbiex Ħoloq esterni Kunsill Lokali ta' Xbiex Royal Malta Yacht Club Referenzi Bliet ta' Malta
3649
https://mt.wikipedia.org/wiki/Cynocephalus%20volans
Cynocephalus volans
Il-Kolugo tal-Filippini (Cynocephalus volans) huwa wieħed minn żewġ speċi ta' mammiferi plaċentati tal-familja Cynocephalidae, il-kolugi, li jiffurmaw l-ordni Dermoptera. Distribuzzjoni Dan il-mammiferu, kif jgħid ismu, jgħix biss fil-foresti tropikali tal-Filippini, eżattament dan il-mammiferu qiegħed mifrux fil-gżejjer ta' Mindanao, Basilan, Samar, Leyte u Bohol. Deskrizzjoni Dan il-kolugo għalkemm ta' daqs żgħir (viċin dak ta' qattus tad-dar) huwa meqjus kbir għal mammiferu li jgħix fis-siġar. Il-kolugo tal-Filippini huwa ta' daqs iżgħar u b'pil kannella fil-ħamrani aktar skur u anqas imtebba' minn dak tal-kolugo ta' Sunda (Galeopterus variegatus) jew kolugo Malajan (Galeopterus variegatus). Is-saqajn u l-idejn huma irqaq, ta' tul moderat kollha tal-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi. Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt tal-appendiċi kollha, li fl-ebda mammiferu ieħor ma' laħqet din il-firxa. Din il-membrana hi mifruxa wkoll bejn is-swaba tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament din il-membrana mhux possibli li tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk. Bl-għajnuna ta' din il-membrana il-kolugo tal-Filippini kapaċi jipplana distanza ta' bejn 70 u 100 metru kull darba bejn siġra u oħra mingħajr telf kbir ta' għoli. Riproduzzjoni Wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 60 ġurnata biss, il-kolugo tal-Filippini jġib fid-dinja ferħ 1 biss, rarament tnejn u dan mal-ewwel jaqbad mal-pil taż-żaqq tal-omm. Klassifikazzjoni Ordni Dermoptera Familja Cynocephalidae Ġeneru Cynocephalus Kolugo tal-Filippini, Cynocephalus volans Gallerija Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Klassifikazzjoni ta' Cynocephalus volans Ħoloq esterni Informazzjoni dwar il-kolugo Flying Lemur Flying Lemur Dermoptera
3652
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sette%20Giugno
Sette Giugno
Is-7 ta' Ġunju hija waħda mill-ħames Festi Nazzjonali ċċelebrati fil-Gżejjer Maltin għax titfakkar il-qtil ta' 4 Maltin waqt irvellijiet fil-Belt Valletta nhar is-7 ta' Ġunju 1919. X'wassal għall-irvellijiet tas-Sette Giugno L-Ewwel Gwerra Dinjija damet għaddejja mill-1914 sa l-1918. Din il-gwerra kienet miġġielda prinċiparjament mill-Ingilterra, ir-Russja u Franza fuq naħa (l-Alleati) u l-Ġermanja, l-Imperu Awstrijak u l-Imperu Ottoman fuq in-naħa l-oħra (l-Qawwiet Ċentrali). Diversi pajjiżi ngħaqdu ma’ naħa jew m’oħra u għalhekk hija magħrufa bħala Gwerra Dinjija. F’dan iż-żmien Malta kienet għadha kolonja tal-Imperu Ingliż. Għalhekk l-effetti tal-Ewwel Gwerra Dinjija nħassu fuq Malta ukoll. F’din il-gwerra Malta ma ġietx attakkata iżda kienet użata bħala Bażi Navali u bħala sptar. Fil-fatt f’din il-gwerra Malta ħadet il-laqam ta’Nurse of the Mediterranean. Madwar 30 sptar ġew imwaqqfa f’Malta biex jilqgħu lill-feruti tal-gwerra. Fost dawn l-isptarijiet kien hemm is-Sacra Inferemeria (Dar il-Mediterran), l-isptar ta’ Bighi u dak ta’ St.Andrews. Dan kollu ġab ħafna xogħol lill-Maltin. Iżda mhux kollox kien ward u żahar. L-Ewwel Gwerra Dinjija ġabet ħafna skarsezzi fost il-Maltin. Għalhekk f’dak iż-żmien kien hawn ħafna għaks u faqar minkejja l-ħafna xogħol. Il-ħobż għola d-doppju. Il-Gvern Ingliż għamel taxxi ġodda minflok id-dazju, li kien naqas minħabba li naqas il-kummerċ. Minflok daħlu taxxi fuq iċ-ċinema u taxxa fuq is-suċċessjoni. Din il-qagħda ħażina wasslet għall-moviment fost il-ħaddiema. Fl-1916 waqfet Union fit-tarzna: Malta Government Workers Union. Wara l-gwerra l-qagħda ħażina kompliet. 7 ta' Ġunju 1919 Fi Frar 1919, saret l-ewwel laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali mmexxija minn Filippo Sciberras sabiex ifasslu Kostituzzjoni u jgħadduha lill-Gvern Ingliż biex japprovaha. Fis-7 ta’ Ġunju 1919 kienet qed issir it-tieni laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali fil-belt Valletta meta folla kbira nġabret il-belt Valletta bħala turija ta’ appoġġ. Il-folla tilfet il-kontroll meta rat li xi ħwienet ħallew il-bandiera Ingliża tittajjar fuq il-bjut. Huma waddbu l-ġebel u attakkaw il-Bibljoteka, l-imħażen ta’ negozjanti tal-qamħ u l-istamperija tal-gazzetta The Daily Malta Chronicle (gazzetta favur l-Ingliżi). Membri Ingliżi fil-Union Club ipprovokaw lill-Maltin billi waddbu soldi qalb il-folla. Meta l-pulizija Maltija ma setgħetx tikkontrolla l-folla, ssejħu s-suldati Ingliżi li sparaw fuq il-folla. Hawn inqatlu tliet Maltin, Wenzu Dyer, Ġużeppi Bajada u Manwel Attard. L-għada l-folla telgħet tpoġġi kuruni fil-post fejn inqatlu l-Maltin. Membri tal-Union Club reġgħu pprovokaw lill-Maltin. Il-folla reġgħet saħnet. Din id-darba ħarġu l-marines u qatlu lil Karmenu Abela. Il-Vittmi Manwel Attard kien parrukkier żagħżugħ ta’ 28 sena minn tas-Sliema, intlaqat minn balla ta' azzarin ta' suldat Ingliż f’nofs ġbinu waqt li kien qed jaqsam Strada Forni. Ġużeppi Bajada minn Għawdex, imgeżwer fil-bandiera Maltija, laqtitu balla f’ġenbu fi sparatura oħra minn suldat ieħor. Wenzu Dyer, mill-Birgu, bil-bandiera Maltija mdawra m’għonqu u b’kukkarda bajda u ħamra fuq il-berritta seta’ jintgħaraf bla tbatija mis-suldati li sparawlu u wara rawh iserrep sal-Main Guard fejn waqa’ mejjet, faċċata ta’ fejn ftit snin wara kellu jiltaqa’ l-ewwel Parlament Malti fl-1921. L-għada, inqatel b’daqqa ta’ bajjunetta ġo żaqqu, Karmenu Abela mill-Belt waqt li kien qed jipprova jsejjaħ lil ibnu lura minn mar-rassa li kienet daħlet fil-Palazz ta’ Francia. Mietu fl-isptar ukoll Ċikku Darmanin u Toni Caruana: il-kont kien ta’ sitta mejtin u madwar ħamsin feruti – li uħud minnhom sabu ruħhom fil-Giovine Malta fejn kienet għaddejja l-laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali. Effetti tas-Sette Giugno Il-Kostituzzjoni tal-1921 Wara dan l-avveniment, il-Gvern Ingliż ried jikkalma s-sitwazzjoni. Bagħat Gvernatur ġdid - Lord Plumer - u fl-1921 Malta ngħatat kostituzzjoni ġdida. F’din il-kostituzzjoni l-Maltin kisbu Gvern immexxi mill-Maltin li għall-ewwel darba seta’ jagħmel liġijiet fi ħwejjeġ lokali. Dan jissejjaħ Gvern Responsabbli (responsible self-government). Għall-ewwel darba Malta kellha Prim Ministru u Ministri. L-ewwel Prim Ministru kien Joseph Howard tal-Partit Unione Politica Maltese. F’din il-kostituzzjoni l-Gvernatur xorta baqa’ fuq il-kostituzzjoni u seta’ jirtiraha meta jħoss il-bżonn. Hekk ġara fl-1933, meta l-Gvern Ingliż ħa l-kostituzzjoni minħabba li ħass li l-PN, li kien fil-Gvern, kien qed jagħmel wisq propoganda favur il-lingwa Taljana. Hekk kif l-Ewropa kienet riesqa lejn it-Tieni Gwerra Dinjija u l-Italja kienet immexxija minn Mussolini, il-Gvern Ingliż ra li din il-kostituzzjoni kienet tagħti wisq poter lill-Maltin u dan seta’ jkun ta’ periklu għal Malta bħala kolonja Ingliża. Storja ta' Malta Festi pubbliċi f'Malta Jiem nazzjonali
3653
https://mt.wikipedia.org/wiki/Galeopterus%20variegatus
Galeopterus variegatus
Il-kolugo ta' Sunda (Galeopterus variegatus), magħruf ukoll bħala l-kolugo Malajan, huwa wieħed minn żewġ speċi ta' kolugi li jiffurmaw l-ordni Dermoptera. Dan il-mammiferu plaċentat jgħix fil-foresti tropikali tax-Xlokk tal-Asja u għandu firxa ħafna akbar minn dik tal-kolugo tal-Filippini. Dan jinsab mifrux fl-Indoneżja, it-Tajlandja, il-Malażja, u Singapor. Għalkemm hemm bosta sottospeċi, fuq bażi ta' studji reċenti ġie propost, li dawn jitnaqqsu għal erbgħa biss u dawn huma G. v. borneanus ta' Borneo, G. v. variegatus ta' Ġava, G. v. temminckii ta' Sumatra u G. v. peninsulae tal-peninżula Malażjana. Deskrizzjoni Dan il-kolugo għalkemm ta' daqs żgħir huwa meqjus kbir għal mammiferu tas-siġar. Il-kolugo ta' Sunda huwa l-akbar miż-żewġ speċi ta' kolugi, għandu l-pil griż fil-kannella u jidher aktar ċar għax huwa ħafna aktar imtebba' mill-Cynocephalus volans. Is-saqajn u l-idejn huma irqaq, ta' tul moderat, kollha tal-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi. Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt tal-appendiċi kollha li fl-ebda mammiferu ieħor ma' laħqet din il-firxa. Din il-membrana jew pataġjum mifruxa wkoll bejn is-swaba tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Klassifikazzjoni Ordni Dermoptera Familja Cynocephalidae Ġeneru Galeopterus Kolugo ta' Sunda jew Kolugo Malajan, Galeopterus variegatus Sottospeċi Galeopterus variegatus abbotti (Lyon, 1909) Galeopterus variegatus aoris (Miller, 1903) Galeopterus variegatus chombolis (Lyon, 1909) Galeopterus variegatus gracilis (Miller, 1903) Galeopterus variegatus lautensis (Lyon, 1909) Galeopterus variegatus natunae (Miller, 1903) Galeopterus variegatus peninsulae (Thomas, 1909) Galeopterus variegatus perhentianus (Chasen & Kloss, 1929) Galeopterus variegatus pumilus (Miller, 1903) Galeopterus variegatus saturatus (Miller, 1903) Galeopterus variegatus taylori (Thomas, 1909) Galeopterus variegatus tellonis (Lyon, 1908) Galeopterus variegatus temminckii (Waterhouse,1838) Galeopterus variegatus terutaus (Chasen & Kloss, 1929) Galeopterus variegatus tuancus (Miller, 1903) Galeopterus variegatus variegatus (Audebert,1799) Klassifikazzjoni proposta: Ordni Dermoptera Familja Cynocephalidae Ġeneru Galeopterus Kolugo ta' Sunda jew Kolugo Malajan, Galeopterus variegatus Sottospeċi Kolugo ta' Sunda ta' Borneo, Galeopterus variegatus borneanus Kolugo ta' Sunda tal-Malażja, Galeopterus variegatus peninsulae Kolugo ta' Sunda ta' Ġava, Galeopterus variegatus variegatus Kolugo ta' Sunda ta' Sumatra, Galeopterus variegatus temminckii Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Kolugo fuq Colugos.com Malayan Flying Lemur Dermoptera
3656
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaiidae
Tupaiidae
Tupaiidae hija familja ta' mammiferi (it-tupaji), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Euarchontoglires, fl-ordni Scandentia, b'erba' ġeneri (Anathana, Tupaia, Dendrogale u Urogale) b'żewġ sottoġeneri (Tupaia u Lyonogale fil-ġeneru Tupaia) u b'dsatax-il speċi ħajja. Il-familja Tupaiidae hija l-aktar familja ta' suċċess fin-numru ta' speċi u flimkien mal-familja Ptilocercidae li hija ffurmata minn speċi waħda biss, jiffurmaw l-ordni Scandentia kollu. Lista tal-ispeċi tal-familja Tupaiidae Familja Tupaiidae Ġeneru Anathana Tupaja ta' Madras, Anathana ellioti Ġeneru Dendrogale Tupaja ta' denbu lixx ta' Bornejo, Dendrogale melanura Tupaja ta' denbu lixx tat-Tramuntana, Dendrogale murina Ġeneru Tupaia Sottoġeneru Tupaia Tupaja tat-Tramuntana, Tupaia belangeri Tupaja ta' żaqqu dehebi, Tupaia chrysogaster Tupaja strixxat, Tupaia dorsalis Tupaja komuni, Tupaia glis Tupaja rqiq, Tupaia gracilis Tupaja ta' Horsfield, Tupaia javanica Tupaja ta' saqajħ twal, Tupaia longipes Tupaja ta' Nikobar, Tupaia nicobarica Tupaja mpitter, Tupaia picta Tupaja ħamrani, Tupaia splendidula Sottoġeneru Lyonogale Tupaja ż-żgħir, Tupaia minor Tupaja Kalamjan, Tupaia moellendorffi Tupaja tal-muntanji, Tupaia montana Tupaja ta' Palaw, Tupaia palawanensis Tupaja l-kbir, Tupaia tana Ġeneru Urogale Tupaja tal-Filippini, Urogale everetti Referenzi Tupaiidae
3662
https://mt.wikipedia.org/wiki/Manidae
Manidae
Pholidota Manidae hija familja ta' mammiferi fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Pholidota, b'żewġ sottofamilji (Eurotamandua u Maninae), b'ħames ġeneri (Eurotamandua, Eomanis, Necromanis, Patriomanis u Manis) u bi tmien speċi estanti. Il-familja Manidae flimkien mal-familji Epoicotheriidae, Escavadodontidae u Metacheiromyidae jiffurmaw l-ordni Pholidota. Lista tal-ispeċi tal-familja Manidae Familja Manidae Sottofamilja Eurotamandua (estinta) Sottofamilja Maninae Ġeneru Eomanis (estint) Eomanis krebsi (Storch u Martin, 1994) Eomanis waldi (Storch, 1978) Ġeneru Necromanis (estint) Necromanis edwardsi Necromanis franconica Necromanis quercyi Ġeneru Patriomanis (estint) Patriomanis americana (Emry, 1970) Ġeneru Cryptomanis (estint) Cryptomanis gobiensis (Gaudin et al, 2006) Ġeneru Manis Sottoġeneru Manis Pangolin Indjan, Manis crassicaudata Pangolin Ċiniż, Manis pentadactyla Sottoġeneru Paramanis Pangolin Malajan, Manis javanica Pangolin ta' Palaw, Manis culionensis Sottoġeneru Smutsia Pangolin Ġgant, Manis gigantea Pangolin ta' Temminck, Manis temminckii Sottoġeneru Phataginus Pangolin tas-siġar, Manis tricuspis Sottoġeneru Uromanis Pangolin ta' denbu twil, Manis tetradactyla Pholidota
3667
https://mt.wikipedia.org/wiki/Paucituberculata
Paucituberculata
Paucituberculata Il-Paucituberculata (Pawċituberkulata) huwa ordni ta' mammiferi marsupjali, dawk l-ispeċijiet estanti li ġeneralment jissejħu opossumi bugdiedem jew opossumi firien. Dan qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria u fis-superordni Ameridelphia. Il-Paucituberculata għandu familja waħda biss b' rappreżentanti ħajjin, il-familja Caenolestidae u fiha hemm miġburin 3 ġeneri (Caenolestes, Lestoros u Rhyncholestes), li bejniethom għandhom 7 speċijiet ħajjin. Dan l-ordni miljuni ta' snin ilu kien ħafna akbar fin-numru ta' ġeneri u speċijiet u b' ħafna aktar varjeta kemm fid-daqs kif ukoll fil-morfoloġija u fit-tip ta' niċeċ okkupati minnhom. Il-Paucituberculata flimkien ma' l-ordni Didelphimorphia u l-ordni estint Sparassodonta, jiffurmaw is-superordni Ameridelphia il-marsupjali Amerikani (dan ta' laħħar jiġbor fiħ il-marsupjali kollha tal-kontinenti Amerikani b' eċċezzjoni tal-kolokolo li jagħmel parti mill-grupp tal-marsupjali Awstraljani). (għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Opossum bugeddum) Lista tal-ispeċijiet ħajjin tal-ordni Paucituberculata Ordni Paucituberculata Sottordni Caenolestoidea Familja Caenolestidae Sottofamilja Caenolestinae Ġeneru Caenolestes Opossum bugeddum ta' żaqqu griża jew Opossum far ta' żaqqu griża, Caenolestes caniventer Opossum bugeddum tal-Andi jew Opossum far tal-Andi, Caenolestes condorensis Opossum bugeddum tat-Tramuntana jew Opossum far tat-Tramuntana, Caenolestes convelatus Opossum bugeddum skur jew Opossum far skur, Caenolestes fuliginosus Opossum bugeddum tal-Lvant jew Opossum far tal-Lvant, Caenolestes sangay Ġeneru Lestoros Opossum bugeddum Peruvjan jew Opossum bugeddum tal-Inka, Lestoros inca Ġeneru Rhyncholestes Opossum bugeddum ta' mnieħru twil jew Opossum far ta' mnieħru twil, Rhyncholestes raphanurus Tassonomija tal-ordni Paucituberculata Ordni Paucituberculata (Ameghino, 1894) Sottordni †Caenolestoidea Familja †Carolopaulacoutoiidae Ġeneru †Carolopaulacoutoia (McKenna & Bell, 1997) †Carolopaulacoutoia itaboraiensis (Paula Couto, 1970) Familja Caenolestidae Sottofamilja †Pichipilinae Ġeneru †Pichipilus (Ameghino, 1890) †Pichipilus centinelus (Marshall and Pascual, 1977) †Pichipilus exilis †Pichipilus halleuxi †Pichipilus osborni (Ameghino, 1890) †Pichipilus rigssi Ġeneru †Phonocdromus (Ameghino, 1894) †Phonocdromus gracilis †Phonocdromus patagonicus Ġeneru †Pliolestes (Reig, 1955) †Pliolestes tripotamicus (Reig, 1955) Sottofamilja Caenolestinae Ġeneru Caenolestes (Thomas, 1895) Caenolestes caniventer (Anthony, 1921) Caenolestes condorensis (Albuja & Patterson, 1996) Caenolestes convelatus (Anthony, 1924) Caenolestes fuliginosus (Tomes, 1863) Caenolestes sangay †Caenolestes judithae †Caenolestes minor Ġeneru Lestoros (Oehser, 1934) Lestoros inca (Thomas, 1917) Ġeneru †Pseudhalmarhiphus (Ameghino, 1903) †Pseudhalmarhiphus guaraniticus (Ameghino, 1903) Ġeneru Rhyncholestes (Osgood, 1924) Rhyncholestes raphanurus (Osgood, 1924) Ġeneru †Stilotherium (Ameghino, 1887) †Stilotherium dissimile Familja †Palaeothentidae Sottofamilja Incertae sedis Ġeneru †Hondathentes (Bown & Dumont, 1993) †Hondathentes cazador (Bown & Dumont, 1993) Sottofamilja †Acdestinae Ġeneru †Acdestis (Ameghino, 1887) †Acdestis columnaris †Acdestis gracilis †Acdestis lemairei †Acdestis ligatus †Acdestis maddeni (Anaya-Daza & Goin & Kay & Sánchez-Villagra & Takai, 2003) †Acdestis obusta †Acdestis oweni †Acdestis robustus †Acdestis spegazinii Ġeneru †Acdestodon (Bown & Fleagle, 1993) †Acdestodon bonapartei (Bown & Fleagle, 1993) Ġeneru †Acdestoides (Bown & Fleagle, 1993) †Acdestoides bonapartei †Acdestoides praecursor (Bown & Fleagle, 1993) Acdestis praecursor? Ġeneru †Trelewthentes (Bown & Fleagle, 1993) †Trelewthentes rothi (Bown & Fleagle, 1993) Sottofamilja †Palaeothentinae Ġeneru †Carlothentes (Bown & Fleagle, 1993) †Carlothentes chubutensis (Bown & Fleagle, 1993) Ġeneru †Palaeothentes (Ameghino, 1887) †Palaeothentes aratae †Palaeothentes intermedius †Palaeothentes lemoinei †Palaeothentes marshalli †Palaeothentes migueli †Palaeothentes minutus †Palaeothentes pascuali †Palaeothentes primus Ġeneru †Pilchenia (Ameghino, 1903) †Pilchenia lucina (Ameghino, 1903) Ġeneru †Propalaeothentes (Bown & Fleagle, 1993) †Propalaeothentes hatcheri †Propalaeothentes lepidus Ġeneru †Titanothentes (Bown & Fleagle & Rae, 1996) †Titanothentes simpsoni (Bown & Fleagle & Rae, 1996) Familja †Abderitidae (Ameghino, 1889) Ġeneru †Pitheculites (Ameghino, 1902) †Pitheculites chenche (Dumont & Bown 1997) †Pitheculites minimus (Ameghino, 1902) †Pitheculites rothi (Marshall 1990) Ġeneru †Abderites (Ameghino, 1887) †Abderites meridionalis (Ameghino, 1887) †Abderites pristinus (Marshall, 1976) Sottordni †Polydolopimorphia (Marshall et al., 1990) Infrordni Incertae sedis Familja †Protodidelphidae Ġeneru †Bobbschaefferia (Paula Couto, 1970) †Bobbschaefferia fluminensis (Paula Couto, 1970) Ġeneru †Carolocoutoia (Candela & Goin & Olivier, 1998) †Carolocoutoia ferigoloi (Candela & Goin & Olivier, 1998) Ġeneru †Guggenheimia (Paula Couto, 1952) †Guggenheimia brasiliensis (Paula Couto, 1952) Ġeneru †Protodidelphis (Paula Couto, 1952) †Protodidelphis vanzolinii (Paula Couto, 1952) Ġeneru †Reigia (Pascual, 1983) †Reigia punae (Pascual, 1983) Ġeneru †Zeusdelphys (Marshall, 1982) †Zeusdelphys complicatus (Marshall, 1982) Infrordni †Polydolopoidea (Ameghino, 1897) Familja Incertae sedis Ġeneru †Palangania (Bond & Candela & Escribano & Goin & Pascual, 1998) †Palangania brandmayri (Bond & Candela & Escribano & Goin & Pascual, 1998) Familja †Sillustaniidae Ġeneru †Sillustania (Crochet & Sigé, 1996) †Sillustania quechuense (Crochet & Sigé, 1996) Familja †Bonapartheriidae Ġeneru †Bonapartherium (Pascual, 1980) †Bonapartherium hinakusijum (Pascual, 1980) †Bonapartherium serrensis (Goin, Candela & Lopez 1998) Familja †Prepidolopidae Ġeneru †Prepidolops (Pascual, 1980) †Prepidolops alonsoi (Pascual, 1983) †Prepidolops didelphoides (Pascual, 1986) †Prepidolops molinai (Pascual, 1981) Ġeneru †Rosendolops (Candela & Goin, 1996) †Rosendolops primigenium (Candela & Goin, 1996) Ġeneru †Seumandia (Simpson, 1935) †Seumandia yapa (Simpson, 1935) Familja †Polydolopidae (Ameghino, 1897) Sottofamilja †Parabderitinae (Marshall, 1980) Ġeneru †Parabderites (Ameghino, 1902) †Parabderites bicrispatus †Parabderites minusculus (Ameghino, 1902) †Parabderites trisulcatus Sottofamilja †Polydolopinae (Ameghino, 1897) Ġeneru †Amphidolops (Ameghino, 1902) †Amphidolops serrula (Ameghino, 1902) †Amphidolops yapa (Simpson, 1935) Ġeneru †Antarctodolops †Antarctodolops dailyi Ġeneru †Epidolops (Paula Couto, 1952) †Epidolops ameghinoi (Paula Couto, 1952) Ġeneru †Eudolops (Ameghino, 1902) †Eudolops hernandezi †Eudolops tetragonus Ġeneru †Eurydolops (Case & Chaney & Woodburne, 1988) †Eurydolops seymourensis (Case & Chaney & Woodburne, 1988) Ġeneru †Polydolops (Ameghino, 1897) †Polydolops abanicoi (Flynn & Wiss, 1999) †Polydolops clavulus †Polydolops dailyi (Woodburne & Zinsmeister, 1984) †Polydolops kamektsen (Simpson, 1935) †Polydolops mayoi †Polydolops mckennai (Flynn & Wiss, 2004) †Polydolops rothi Simpson, 1935) †Polydolops serra †Polydolops thomasi (Ameghino, 1897) †Polydolops winecage (Simpson, 1935) Ġeneru †Pseudolops (Ameghino, 1902) †Pseudolops princeps (Ameghino, 1902) Ġeneru †Roberthoffstetteria (Marshall & De Muizon & Sigé, 1983) †Roberthoffstetteria nationalgeographica (Marshall & De Muizon & Sigé, 1983) Infrordni †Simpsonitheria Superfamilja †Argyrolagoidea Familja †Gashterniidae Ġeneru †Gashternia (Simpson, 1935) †Gashternia ctalehor (Simpson, 1935) Familja †Argyrolagidae Ġeneru †Argyrolagus (Ameghino, 1904) †Argyrolagus palmeri †Argyrolagus parodii †Argyrolagus scagliai Ġeneru †Hondalagus (Marshall & Villaroel, 1988) †Hondalagus altiplanensis (Marshall & Villaroel, 1988) Ġeneru †Microtragulus (Ameghino, 1904) †Microtragulus argentinus †Microtragulus bolivianus †Microtragulus catamarcensis †Microtragulus reigi Ġeneru †Proargyrolagus (Wolff, 1984) †Proargyrolagus bolivianus (Wolff, 1984) Familja †Groeberiidae Sottofamilja †Groeberiinae Ġeneru †Groeberia (Patterson, 1952) †Groeberia minoprioi (Patterson, 1952) †Groeberia pattersoni (Simpson, 1970) Sottofamilja †Patagoniinae Ġeneru †Patagonia (Charlini & Pascual, 1987) †Patagonia peregrina (Charlini & Pascual, 1987) Ġeneru †Klohnia (Flynn & Wyss, 1999) †Klohnia charrieri (Flynn & Wyss, 1999) Superfamilja †Caroloameghinioidea Familja †Glasbiidae Ġeneru †Glasbius (Clemens, 1966) †Glasbius intricatus (Clemens, 1966) †Glasbius twitchelli (Archibald, 1982) Familja †Caroloameghiniidae Ġeneru †Caroloameghinia (Ameghino, 1901) †Caroloameghinia tenuis (Ameghino, 1901) Ġeneru †Chulpasia (Crochet & Sigé, 1993) †Chulpasia mattaueri (Crochet & Sigé, 1993) Ġeneru †Procaroloameghinia (Marshall, 1982) †Procaroloameghinia pricei (Marshall, 1982) Ġeneru †Robertbutleria (Marshall, 1987) †Robertbutleria mastodontoidea (Marshall, 1987) † jindika estinzjoni Ara ukoll Opossum bugeddum Metatheria Ameridelphia Didelphimorphia Referenzi Aplin, K. P., and M. Archer. 1987. Recent advances in marsupial systematics with a new syncretic classification. Pp. xv-lxxii in Archer, M. (ed.), Possums and Opossums: Studies in Evolution, Vol. I. Surrey Beatty and Sons PTY Limited, Chipping Norton. lxxii+400 pp. Carroll, R. L. 1988. Vertebrate Paleontology and Evolution. W. H. Freeman and Co., New York. xiv + 698 pp. Feldhamer, G. A., L. C. Drickamer, S. H. Vessey, and J. F. Merritt. 1999. Mammalogy. Adaptation, Diversity, and Ecology. WCB McGraw-Hill, Boston. xii+563pp. Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19-20. ISBN 0-801-88221-4 Marshall, L. G. 1984. Monotremes and marsupials. Pp 59-115 in Anderson, S. and J. Knox Jones, eds, Orders and Families of Recent Mammals of the World. John Wiley and Sons, NY. xii+686 pp. Vaughan, T. A. 1986. Mammalogy. Third Edition. Saunders College Publishing, Fort Worth. vi+576 pp. Vaughan, T. A., J. M. Ryan, N. J. Czaplewski. 2000. Mammalogy. Fourth Edition. Saunders College Publishing, Philadelphia. vii+565pp. Wilson, D. E., and D. M. Reeder. 1993. Mammal Species of the World, A Taxonomic and Geographic Reference. 2nd edition. Smithsonian Institution Press, Washington. xviii+1206 pp. Ħoloq/Linkijiet Esterni The Paleobiology Database. Tassonomija tal-Mammiferi.
3670
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bit
Bit
Bit hu numru diġitali fis-sistema tan-numri binari (bażi 2). Eżempju, in-numru 10010111 hu twil 8 bits. Numri binari huma kważi dejjem użati bħala l-unità bażika ta' informazzjoni ġewwa apparat ta' ħżin tal-informazzjoni u komunikazzjoni diġitali tal-kompjuter. Numru Binarju Claude E. Shannon kien l-ewwel li uża l-kelma bit f'karta li ħareġ fl-1948. Hu atribwixxa l-oriġini tal-kelma lil John W. Tukey, li kien kitibha f'nota ġewwa l-Laboratorji Bell fid-9 ta' Jannar 1947 fejn hu qassar numru binaru fil-kelma sempliċi bit. Interessanti wkoll li Vannevar Bush kien kiteb fis-sena 1936 dwar "bits ta' informazzjoni" li setgħu jiġu maħżuna ġewwa punch cards użati dak iż-żmien ġewwa kompjuters mekkaniċi. Bit fi ħżin ta' informazzjoni hu bħal swiċċ tad-dawl; jista' jkun mixgħul (1) jew mitfi (0). Bit hu allura assoċjat man-numru wieħed jew in-numru xejn, vera jew falz, indikatur li hu mixgħul jew mitfi, jew iktar ġenerali, kwantita ta' informazzjoni li tqabbel żewġ oġġetti: jew wieħed jew l-ieħor. Gregory Bateson ddefinixxa l-bit bħala "id-differenza li tagħmel id-differenza". Bit hi l-iżgħar unità fir-rigward ta' ħżin ta' informazzjoni fil-kompjuters. Abbrevjazjoni u simbolu Għad m'hemm l-ebda qbil fuq simboli li għandhom jirrapreżentaw bit jew byte. Wieħed mill-istandards IEC 60027 tal-Kumissjoni Internazzjonali Elettroteknika, li tispeċifika li "bit" għandu jkun is-simbolu li jirrapreżenta bit wieħed (għaldaqshekk "kbit" jirrapreżenta kilobit). Dan l-istandard ma jispeċifikax simbolu għall-byte. Standard ieħor komuni, IEEE 1541, jispeċifika li b għandu jintuża għall-bit waqt li B għandu jintuża għall-byte. Din hi konvenzjoni użata ħafna fid-dinja tal-kompjuters iżda għadha ma ġietx aċċettata internazjonalment għax: dawn iż-żewġ simboli diġa għandhom użu ieħor: "b" għal barn u "B" għal bel; "bit" hi diġa abbrevjazjoni għal "numru binarju" u għaldaqstant ma tantx hemm raġuni għala għandu jkun hemm abbrevjazjoni ulterjuri; hu normali li jintuża ittra kapitali biss meta s-simbolu jew unità jkun issemma' wara xi persuna (ara eżempju Claude Émile Jean-Baptiste Litre); b hu ġieli wżat ukoll għal byte, meta bit tintuża għal bit. Iktar minn bit wieħed Byte hi magħmulha minn tmien (8) bits, għalkemm dan ma kienx dejjem hekk għax byte kienet tirreferi għal kollezzjoni innifisha. Erbgħa bits hi magħrufha bħala nibble. "Word" hi wżata għal numru ikbar ta' bits iżda d-daqs mħux standard definit. Ħafna drabi tirrapreżenta d-daqs ta' reġistru wieħed ġewwa CPU. Fl-arkittetura tal-kompjuters IA-32 16-il bit huma word (u għaldaqstant 32 bits huma msejħa word doppju jew dword), iżda jeżistu arkitetturi f'daqsijiet għal word ta' 8, 32, 64, 80 u oħrajn. Terminoloġiji għal kwantitajiet kbar ta' bits jistgħu jiġu ffurmati billi napplikaw prefissi li soltu jintużaw, eżempju, kilobit (kbit), megabit (Mbit) u gigabit (Gbit). Biss għad hemm ħafna konfużjoni rigward id-daqs ta' dawn l-abbrevjazjonijiet. Rati ta' bdil ta' informazzjoni fit-telekomunikazjoni u ġewwa network ta' kompjuters huma ġeneralment deskritti bħala bits fis-sekonda (bps), li mhix l-istess bħal baud. Referenzi Informatika Teknoloġija
3674
https://mt.wikipedia.org/wiki/Vande%20Mataram
Vande Mataram
Vande Mataram (Devanāgarī: वंदे मातरम / Bangla jew lingwa Bengaliża: বন্দে মাতরম Bônde Matorom) hija l-għanja nazzjonali ta' l-Indja. L-għanja nkitbet minn Bankim Ċandra Ċatterġii f'forma Sanskritizzata tal-lingwa Bengaliża. Flimkien ma' l-Innu Nazzjonali għandha tifsira simbolika kbira għall-Indja. Vande Mataram tfisser ġieħ (Art) ommna. Storja u Importanza X'aktarx il-kunċett ta' Vande Mataram nibtet fil-ħsieb ta' Bankim Ċandra Ċatterġii meta kien għadu uffiċjal tal-gvern Ingliż. Madwar l-1870, il-mexxejja Brittanniċi ta' l-Indja ddikjaraw li l-Innu Ingliż God Save the Queen għandu jkun obbligatorju . B'reazzjoni ta' dan, Bankim Ċandra Ċatterġii kiteb il-kliem ta' l-għanja fiż-żewġ lingwi li hu kien mgħallem fihom, is-Sanskrit u l-Bengaliż. L-għanja dehret għall-ewwel darba fil-ktieb ta' Bankim Ċandra Ċatterġii, Anandamatha (ippronunzjat Anondomott fil-Bengaliż) u ġiet ippublikata fl-1882 fost biżgħat li setgħet tiġi abolita mill-Gvern Ingliż. Il-mużika ta' l-għanja ġiet miktubha fl-1876 min Ġadunath Bhattaċarja. L-għanja kienet sinonima għal għajta għall-ħelsien mill-ħakma Brittannika tul il-moviment ta' l-Indipendenza ta' l-Indja. Il-Kliem ta' Vande Mataram Traduzzjoni Nota: Din it-traduzzjoni għall-Malti mhux meħuda mill-oriġinal imma bbażata fuq il-verżjoni Ingliża ta' Aurobindo Ghose (Karmayogin, 20 Novembru, 1909). Sliema ja Omm, Għammiela, msaqqija, Friska b’rih nofsinhari, Samra bl-uċuh tar-raba’. L-iljieli tagħha mdawlin bid-dawl ferrieħi tal-qamar, L-għelieqi tagħha mżejnin biż-żghar fewwieħi tas-siġar, Ħelwa daħqitha u ħelwa kelmitha, Omm li tagħtina l-ġid u tagħtina l-hena. Tal-biża’ bl-għajjat ta’ seba’ miljun fomm, Bix-xwabel f’darbtejn ta’ seba miljun id. Min jgħid ja Omm li dgħajfa int? Int li mimlija b’kull qawwa. Sliema lilek li ssalvana, U tkeċċi l-forzi ta’ min jaħkimna, Ja Omm. Inti l-għerf, inti l-għaqal, Inti l-qalb, inti r-ruħ, Għax f’ġisimna inti l-ħajja. F’dirgħajna, inti s-saħħa u l-qawwa, ja Omm, Ġo qalbna, int l-imħabba u t-tama, ja Omm, Xbihietek inqimu f’kull tempju. Għax inti Dunga bl-għaxar armi tal-gwerra, Inti Kamala f’logħob ferrieħ qalb il-loti, Int alla Kelma li kull għerf lilna tgħallem. Sliema għalik. Sliema għalik alla ta’ l-għana, L-iżjed safja u mingħajr bħalha, Imsaqqija u għammiela, Ja Omm. Sliema ja Omm, Samra u dħulija, B’tbissima ħelwa, imżejna bil-ġawhar, Mimlija għana s-sinjura tal-ġid, Ja Omm. Verżjoni adottata mill-Kungress fl-1905 <BLOCKQUOTE> <TABLE> <TR>F-ittri Devanagariżi <font size="3"> वन्दे मातरम् सुजलां सुफलां मलयजशीतलाम् शस्य श्यामलां मातरम् | शुभ्र ज्योत्स्न पुलकित यामिनीम् फुल्ल कुसुमित द्रुमदलशोभिनीम्, सुहासिनीं सुमधुर भाषिणीम् सुखदां वरदां मातरम् || <TD> F-ittri Bengaliżi <font size="4.9"> বন্দে মাতরম্ সুজলাং সুফলাং মলযজশীতলাম্ শস্য শ্যামলাং মাতরম্ | শুভ্র জ্যোত্স্ন পুলকিত যামিনীম্ ফুল্ল কুসুমিত দ্রুমদলশোভিনীম্, সুহাসিনীং সুমধুর ভাষিণীম্ সুখদাং বরদাং মাতরম্ || </TD> </TABLE> </BLOCKQUOTE> Verżjoni sħiħa fil-ktieb Anandamath <BLOCKQUOTE> <TABLE> <TR><TD> (Devanagariż) <font size="3"> सुजलां सुफलां मलयजशीतलाम् सस्य श्यामलां मातरंम् . शुभ्र ज्योत्सनाम् पुलकित यामिनीम् फुल्ल कुसुमित द्रुमदलशोभिनीम्, सुहासिनीं सुमधुर भाषिणीम् . सुखदां वरदां मातरम् ॥ सप्त कोटि कन्ठ कलकल निनाद कराले द्विसप्त कोटि भुजैर्ध्रत खरकरवाले के बोले मा तुमी अबले बहुबल धारिणीम् नमामि तारिणीम् रिपुदलवारिणीम् मातरम् ॥ तुमि विद्या तुमि धर्म, तुमि ह्रदि तुमि मर्म त्वं हि प्राणाः शरीरे बाहुते तुमि मा शक्ति, हृदये तुमि मा भक्ति, तोमारै प्रतिमा गडि मन्दिरे-मन्दिरे ॥ त्वं हि दुर्गा दशप्रहरणधारिणी कमला कमलदल विहारिणी वाणी विद्यादायिनी, नमामि त्वाम् नमामि कमलां अमलां अतुलाम् सुजलां सुफलां मातरम् ॥ श्यामलां सरलां सुस्मितां भूषिताम् धरणीं भरणीं मातरम् ॥ </TD> <TD> (Bengaliż) <font size="4.9"> সুজলাং সুফলাং মলয়জশীতলাম্ শস্যশ্যামলাং মাতরম্॥ শুভ্রজ্যোত্স্না পুলকিতযামিনীম্ পুল্লকুসুমিত দ্রুমদলশোভিনীম্ সুহাসিনীং সুমধুর ভাষিণীম্ সুখদাং বরদাং মাতরম্॥ কোটি কোটি কণ্ঠ কলকলনিনাদ করালে কোটি কোটি ভুজৈর্ধৃতখরকরবালে কে বলে মা তুমি অবলে বহুবলধারিণীং নমামি তারিণীম্ রিপুদলবারিণীং মাতরম্॥ তুমি বিদ্যা তুমি ধর্ম, তুমি হৃদি তুমি মর্ম ত্বং হি প্রাণ শরীরে বাহুতে তুমি মা শক্তি হৃদয়ে তুমি মা ভক্তি তোমারৈ প্রতিমা গড়ি মন্দিরে মন্দিরে॥ ত্বং হি দুর্গা দশপ্রহরণধারিণী কমলা কমলদল বিহারিণী বাণী বিদ্যাদায়িনী ত্বাম্ নমামি কমলাং অমলাং অতুলাম্ সুজলাং সুফলাং মাতরম্॥ শ্যামলাং সরলাং সুস্মিতাং ভূষিতাম্ ধরণীং ভরণীং মাতরম্॥ </TD> </TABLE> </BLOCKQUOTE> </center> Ħoloq esterni Il-melodija bħala fajl *ram Indja Indja
3682
https://mt.wikipedia.org/wiki/Caenolestes
Caenolestes
Caenolestes huwa ġeneru ta' mammiferi (l- opossumi bugdiedem komuni), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria, fis-superordni Ameridelphia, fl-ordni Paucituberculata, fil-familja Caenolestidae ma' 2 ġeneri oħra (Lestoros u Rhyncholestes), b' 5 speċijiet estanti. Dan il-ġeneru huwa l-aktar wieħed ta' suċċess fl-ordni Paucituberculata bl-akbar numru ta' speċi ħajjin. Dawn il-mammiferi huma marsupjali karnivori ta' abbitudni notturna mifruxin ma' l-Amerika ta' isfel. L-opossumi bugdiedem komuni huma magħrufa wkoll bħala l-opossumi firien komuni. Minħabba l-ambjent diffiċli li jgħixu fiħ, il-mammoloġisti ma tantx jafu fuqhom u tradizzjonalment kien maħsub li huma rari ħafna. Iżda minn studji reċenti li saru ħareġ li l-opossumi ġrieden jistgħu jkunu ħafna aktar komuni milli hu ġeneralment maħsub. Milli jidher dawn il-marsupjali jgħixu l-parti l-kbira ta' ħajjithom f' toqob taħt l-art. Deskrizzjoni L-opossumi bugeddum komuni jew opossumi firien komuni, kif jgħid l-isem komuni għandhom id-dehra ta' bugeddum u d-daqs simili ta' far. Dawn il-marsupjali huma ikkaratterizzati b' wiċċ twil għall-ponta, b' par għajnejn żgħar, b' denb irqiq u twil (li kapaċi jilħaq nofs it-tul totali) u b' nuqqas ta' marsupju fl-adulti nisa. Dieta Għalkemm l-opossumi bugdiedem komuni għandhom par għajnejn żgħar b'vista bagħtuta, huma kaċċaturi attivi ħafna u jikkaċċaw insetti, ħniex u vertebrati żgħar minn kmieni filgħaxija sa tard bil-lejl. Dan kollu jagħmluh bl-għajnuna ta' smiegħ tajjeb u x-xagħar sensittiv li għandhom ma' wiċċhom. Distribuzzjoni L-opossumi bugdiedem komuni huma marsupjali nattivi tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel u jinsabu mifruxin ma' l-Andi mill-Punent għat-Tramuntana ta' dan il-kontinaent. Dawn jinsabu fil-Venezwela, fil-Kolombja, fl-Ekwador u fil-Peru f' altitudni ta' bejn 1,500 u 4,000 metru. Klassifikazzjoni Ordni Paucituberculata Sottordni Caenolestoidea Familja Caenolestidae Sottofamilja Caenolestinae Ġeneru Caenolestes Opossum bugeddum ta' żaqqu griża, Caenolestes caniventer Opossum bugeddum tal-Andi, Caenolestes condorensis Opossum bugeddum tat-Tramuntana, Caenolestes convelatus Opossum bugeddum skur, Caenolestes fuliginosus Opossum bugeddum tal-Lvant, Caenolestes sangay Ara ukoll Lestoros Rhyncholestes Referenzi Aplin, K. P., and M. Archer. 1987. Recent advances in marsupial systematics with a new syncretic classification. Pp. xv-lxxii in Archer, M. (ed.), Possums and Opossums: Studies in Evolution, Vol. I. Surrey Beatty and Sons PTY Limited, Chipping Norton. lxxii+400 pp. Carroll, R. L. 1988. Vertebrate Paleontology and Evolution. W. H. Freeman and Co., New York. xiv + 698 pp. Feldhamer, G. A., L. C. Drickamer, S. H. Vessey, and J. F. Merritt. 1999. Mammalogy. Adaptation, Diversity, and Ecology. WCB McGraw-Hill, Boston. xii+563pp. Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19-20. ISBN 0-8018-8221-4 Marshall, L. G. 1984. Monotremes and marsupials. Pp 59-115 in Anderson, S. and J. Knox Jones, eds, Orders and Families of Recent Mammals of the World. John Wiley and Sons, NY. xii+686 pp. Vaughan, T. A. 1986. Mammalogy. Third Edition. Saunders College Publishing, Fort Worth. vi+576 pp. Vaughan, T. A., J. M. Ryan, N. J. Czaplewski. 2000. Mammalogy. Fourth Edition. Saunders College Publishing, Philadelphia. vii+565pp. Wilson, D. E., and D. M. Reeder. 1993. Mammal Species of the World, A Taxonomic and Geographic Reference. 2nd edition. Smithsonian Institution Press, Washington. xviii+1206 pp. Ħoloq/Linkijiet Esterni ADW Animal Diversity Web sit b' informazzjoni dwar l-opossumi ġrieden Paucituberculata
3685
https://mt.wikipedia.org/wiki/Caenolestidae
Caenolestidae
Caenolestidae hija familja ta' mammiferi marsupjali (l-opossumi bugdiedem), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Ameridelphia, fl-ordni Paucituberculata, fis-sottordni Caenolestoidea, b'żewġ sottofamilji Pichipilinae u Caenolestinae u bit-tlitt ġeneri, Caenolestes, Lestoros u Rhyncholestes biss li għadhom rappreżentati b'seba' speċijiet ħajjin. Lista tal-ispeċijiet tal-familja Caenolestidae Familja Caenolestidae Sottofamilja Pichipilinae Ġeneru Pichipilus (Ameghino, 1890) Pichipilus centinelus (Marshall & Pascual, 1977) Pichipilus exilis Pichipilus halleuxi Pichipilus osborni (Ameghino, 1890) Pichipilus rigssi Ġeneru Phonocdromus (Ameghino, 1894) Phonocdromus gracilis Phonocdromus patagonicus Ġeneru Pliolestes (Reig, 1955) Pliolestes tripotamicus (Reig, 1955) Sottofamilja Caenolestinae Ġeneru Caenolestes (Thomas, 1895) Opossum bugeddum ta' żaqqu griża, Caenolestes caniventer (Anthony, 1921) Opossum bugeddum tal-Andi, Caenolestes condorensis (Albuja & Patterson, 1996) Opossum bugeddum tat-Tramuntana, Caenolestes convelatus (Anthony, 1924) Opossum bugeddum skur, Caenolestes fuliginosus (Tomes, 1863) Opossum bugeddum tal-Lvant, Caenolestes sangay (Ojala-Barbour, R., et al.2013) †Caenolestes judithae †Caenolestes minor Ġeneru Lestoros (Oehser, 1934) Opossum bugeddum Peruvjan, Lestoros inca (Thomas, 1917) Ġeneru †Pseudhalmarhiphus (Ameghino, 1903) †Pseudhalmarhiphus guaraniticus (Ameghino, 1903) Ġeneru Rhyncholestes (Osgood, 1924) Opossum bugeddum ta' mnieħru twil, Rhyncholestes raphanurus (Osgood, 1924) †Ġeneru Stilotherium (Ameghino, 1887) †Stilotherium dissimile † jindika estinzjoni Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Id-Databażi Palebijoloġika Paucituberculata
3688
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ameridelphia
Ameridelphia
L-Ameridelphia huwa superordni ta' mammiferi marsupjali (l-opossumi u l-opossumi bugdiedem). Dan qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria, b'żewġ ordnijiet (Paucituberculata u Didelphimorphia). Is-superordni Ameridelphia flimkien mal-Australidelphia jiffurmaw l-infraklassi Metatheria. L-Ameridelphia jinkludi fih il-marsupjali kollha taż-żewġ kontinenti Amerikani, minbarra il-marsupjal kolokolo jew monito del monte Dromiciops gliroides, li għalkemm huwa mifrux mal-kontinent tal-Amerika t'Isfel jifforma parti mis-superordni Australidelphia. Klassifikazzjoni Superordni Ameridelphia Ordni Didelphimorphia Familja Didelphidae (opossumi) Ordni Paucituberculata Familja Caenolestidae (opossumi bugdiedem) Referenzi McKenna, M.C. & Bell, S.K. 1997. Classification of mammals: above the species level. New York: Columbia University Press, 631 pp. ISBN 0-213-11013-8 Nilsson, M.A., Arnason, U., Spencer, P.B.S. & Janke, A. 2004. Marsupial relationships and a timeline for marsupial radiation in South Gondwana. Gene 340:189-196. Jansa, S.A. & Voss, R.S. 2000. Phylogenetic Studies on Didelphid Marsupials I. Introduction and Preliminary Results from Nuclear IRBP Gene Sequences. Journal of Mammalian Evolution 7(1):43-77. Kirsch, J.A.W., Lapointe, F.-J. & Springer, M.S. 1997. DNA-hybridisation studies of marsupials and their implications for metatherian classification. Australian Journal of Zoology 45:211-280. Palma, R.E. & Spotorno, A.E. 1999. Molecular systematics of marsupials bvased on the rRNA 12S mitochondrial gene: the phylogeny of Didelphimorphia and of the living fossil microbiotheriid Dormiciops gliroides Thomas. Molecular Phylogenetics and Evolution 13:525-535. Ħoloq esterni Klassifikazzjoni tal-Ameridelphia f'The Taxonomicon Metatheria
3689
https://mt.wikipedia.org/wiki/Australidelphia
Australidelphia
L-Australidelphia huwa superordni ta' mammiferi marsupjali. Dan qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria u fl-infraklassi Metatheria. L-Australidelphia jiġbor fiħ 5 ordnijiet, il-Microbiotheria, id-Dasyuromorphia, il-Peramelemorphia, in-Notoryctemorphia, u d-Diprotodontia). Dan is-superordni flimkien ma' l-Ameridelphia jiffurmaw l-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha). L-Australidelphia jinkludi fiħ il-marsupjali kollha tal-kontinent Awstraljan u l-marsupjal kolokolo jew monito del monte Dromiciops gliroides, li għalkemm huwa mifrux mal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel jifforma parti mis-superordni Australidelphia. Klassifikazzjoni Superordni Australidelphia Ordni Microbiotheria Familja Microbiotheriidae (kolokolo) Ordni Dasyuromorphia Familja Thylacinidae (Tilaċin) Familja Dasyuridae (Xitan Tasmanjan) Familja Myrmecobiidae (Numbat) Ordni Peramelemorphia Familja Thylacomyidae (Bandikuti fniek) Familja Chaeropodidae (Bandikut ta' saqajħ ta' ħanżir) Familja Peramelidae (Bandikuti) Ordni Notoryctemorphia Familja Notoryctidae (Talpi marsupjali) Ordni Diprotodontia Familja Phascolarctidae (Kola) Familja Vombatidae (Wombati) Familja Phalangeridae (Possum ta' denbu xkupilja u kuskus) Familja Burramyidae (Possumi nani) Familja Tarsipedidae (Possum ta' l-għasel) Familja Petauridae(Possum tal-istrixxi,Possum ta' Leadbeater,Planatur ta' żaqqu safra,Planatur taz-zokkor) Familja Pseudocheiridae (Possumi ta' denbhom biċ-ċriki) Familja Potoridae (Potorù, Kangarù far, Bettong) Familja Acrobatidae (Planatur ta' denbu pinna) Familja Hypsiprymnodontidae (Kangarù far tal-misk) Familja Macropodidae (Kangarù, Wallabi) Ara ukoll Metatheria Ameridelphia Marsupjal Referenzi McKenna, M.C. & Bell, S.K. 1997. Classification of mammals: above the species level. New York: Columbia University Press, 631 pp. ISBN 0-213-11013-8 Nilsson, M.A., Arnason, U., Spencer, P.B.S. & Janke, A. 2004. Marsupial relationships and a timeline for marsupial radiation in South Gondwana. Gene 340:189-196. Springer, M.S., Westerman, M., Kavanagh, J.R., Burk, A., Woodburne, M.O., Kao, D.J. & Krajewski, C. 1998. The origin of the Australasian marsupial fauna and the phylogenetic affinites of the enigmatic monito del monte and marsupial mole. Proceedings of the Royal Society of London (B)265:2381-2386. Jansa, S.A. & Voss, R.S. 2000. Phylogenetic Studies on Didelphid Marsupials I. Introduction and Preliminary Results from Nuclear IRBP Gene Sequences. Journal of Mammalian Evolution 7(1):43-77. Kirsch, J.A.W., Lapointe, F.-J. & Springer, M.S. 1997. DNA-hybridisation studies of marsupials and their implications for metatherian classification. Australian Journal of Zoology 45:211-280. Palma, R.E. & Spotorno, A.E. 1999. Molecular systematics of marsupials bvased on the rRNA 12S mitochondrial gene: the phylogeny of Didelphimorphia and of the living fossil microbiotheriid Dormiciops gliroides Thomas. Molecular Phylogenetics and Evolution 13:525-535. Ħoloq/Linkijiet Esterni Klassifikazzjoni ta' l-Australidelphia f' The Taxonomicon Metatheria