id
stringlengths
1
5
url
stringlengths
32
166
title
stringlengths
1
89
text
stringlengths
15
126k
2536
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ettore
Ettore
Fil-mitoloġija Griega Ettore huwa l-ikbar tar-Re Priamu u r-Reġina Ekuba ta' Trojja. Fl-Ilijade ta' Omeru, huwa l-aqwa ġellied Trojjan fil-Gwerra ta' Trojja. Mitoloġija Griega
2538
https://mt.wikipedia.org/wiki/Trojja
Trojja
Trojja (bil-Grieg: Τροία; bl-Ingliż: Troy) jew Ilium (bil-Grieg: Ίλιον) kienet belt antika li kienet tinsab f'Hisarlik, illum il-ġurnata fit-Turkija, 30 kilometru fil-Lbiċ ta' Çanakkale. Il-belt hija magħrufa bħala l-post fejn hija ambjentata l-ġrajja tal-mitoloġija Griega tal-Gwerra ta' Trojja. Fil-letteratura tal-Greċja Antika, Trojja hija deskritta bħala renju setgħan ta' Żmien l-Eroj, era mitika meta l-mostri kienu jgħixu fid-Dinja u l-allat kienu jinteraġixxu direttament mal-bnedmin. Il-belt jingħad li kienet mexxiet it-Troadi sal-Gwerra ta' Trojja, meta sfat meqruda għalkollox mill-Griegi. Il-ġrajja tal-qerda tagħha kienet waħda mill-pedamenti tal-mitoloġija u tal-letteratura Griega, u tissemma b'mod prominenti fl-Ilijade u fl-Odissea, kif ukoll f'bosta poeżiji u reċti oħra. Il-legat tagħha kellha rwol importanti fis-soċjetà Griega, b'ħafna familji prominenti jsostnu li kellhom dixxendenza minn dawk li kienu ġġieldu hemmhekk. Fiż-żmien arkajku, inbniet belt ġdida fis-sit fejn Trojja leġġendarja kien jingħad li kienet stabbilita. Fiż-żmien Klassiku, din il-belt saret destinazzjoni turistika, fejn il-viżitaturi kienu jagħtu l-offerti tagħhom lill-eroj leġġendarji. Sal-aħħar tas-seklu 19, l-istudjużi kienu jqisu l-Gwerra ta' Trojja bħala leġġenda sħiħa. Madankollu, mill-bidu tal-1871, Heinrich Schliemann u Frank Calvert skavaw is-sit tal-belt taż-żmien Klassiku, u taħt il-fdalijiet tagħha sabu bosta insedjamenti bikrin oħra. Diversi minn dawn is-saffi qishom rappreżentazzjonijiet letterarji ta' Trojja, u dan wassal biex xi studjużi kkonkludew li hemm xi xrara ta' verità qalb il-leġġendi ta' Trojja. Skavi sussegwenti minn oħrajn żiedu mal-fehim modern tas-sit, għalkemm ir-relazzjoni preċiża bejn il-leġġenda u r-realtà għadha xejn mhi ċara. Is-sit arkeoloġiku ta' Trojja jikkonsisti minn disa' saffi ewlenin, bl-iktar saff bikri jmur lura għal Żmien il-Bronż Bikri, u l-aħħar wieħed minn Żmien il-Biżantini. Il-belt mitika tiġi identifikata tipikament ma' wieħed mis-saffi ta' Żmien il-Bronż Aħħari, bħal Trojja VI, Trojja VIIa, jew Trojja VIIb. Is-sit arkeoloġiku huwa miftuħ għall-pubbliku bħala destinazzjoni turistika, u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998. Isem Bil-Grieg Klassiku, il-belt kienet tissejjaħ kemm Troia (Τροία) kif ukoll Ilion (Ἴλιον) jew Ilios (Ἴλιος). L-evidenza metrika mill-Ilijade u mill-Odissea ta' Omeru tissuġġerixxi li l-isem tal-aħħar oriġinarjament kien ippronunzjat Wilios. Dawn l-ismijiet jaf imorru lura għal Żmien il-Bronż, kif issuġġerit minn rekords tal-Ittiti li jagħmlu referenza għal belt fil-Majjistral tal-Anatolja msejħa 𒌷𒃾𒇻𒊭 Wilusa jew 𒋫𒊒𒄿𒊭 Truwisa; fil-mitoloġija Griega, dawn l-ismijiet kien jingħad li kienu joriġinaw mill-ismijiet tal-fundaturi tar-renju, Tros u ibnu Ilus. Bil-Latin, il-belt kienet tissejjaħ Troia jew Ilium. Trojja leġġendarja The main literary work set at Troy is the Iliad, an Archaic-era epic poem which tells the story of the final year of the Trojan War. The Iliad portrays Troy as the capital of a rich and powerful kingdom. In the poem, the city appears to be a major regional power capable of summoning numerous allies to defend it. The city itself is built on a steep hill, protected by enormous sloping stone walls, rectangular towers, and massive gates whose wooden doors can be bolted shut. The city's streets are broad and well-planned. At the top of the hill is the Temple of Athena as well as King Priam's palace, an enormous structure with numerous rooms around an inner courtyard. In the Iliad, the Achaeans set up their camp near the mouth of the Scamander river, where they beached their ships. The city itself stood on a hill across the plain of Scamander, where much of the fighting takes place. Besides the Iliad, there are references to Troy in the other major work attributed to Homer, the Odyssey, as well as in other ancient Greek literature (such as Aeschylus's Oresteia). The Homeric legend of Troy was elaborated by the Roman poet Virgil in his Aeneid. The fall of Troy with the story of the Trojan Horse and the sacrifice of Polyxena, Priam's youngest daughter, is the subject of a later Greek epic by Quintus Smyrnaeus ("Quintus of Smyrna"). The Greeks and Romans took for a fact the historicity of the Trojan War and the identity of Homeric Troy with a site in Anatolia on a peninsula called the Troad (Biga Peninsula). Alexander the Great, for example, visited the site in 334 Q.K. and there made sacrifices at tombs associated with the Homeric heroes Achilles and Patroclus. Saffi arkeoloġiċi Is-sit arkeoloġiku ta' Trojja jikkonsisti mill-għolja ta' Hisarlik u l-għelieqi ta' taħtha lejn in-Nofsinhar. L-għolja hija fil-fatt tumbata artifiċjali tat-tajn u l-ħamrija, magħmula minn strati li fihom il-fdalijiet li tħallew minn iktar minn tliet millenji ta' okkupazzjoni umana. Id-diviżjonijiet primarji fost is-saffi huma ddeżinjati b'numri Rumani, b'Trojja I tirrappreżenta l-eqdem saff u Trojja IX tirrappreżenta l-iżjed saff reċenti. Is-sottosaffi huma distinti b'ittri żgħar (eż. VIIa u VIIb) u iktar sottodiviżjonijiet b'numri (eż. VIIb1 u VIIb2). Saff ewlieni addizzjonali magħruf bħala Trojja 0 huwa eqdem minn dawk li inizjalment ingħataw deżinjazzjonijiet b'numri Rumani. Is-saffi ngħataw dati relattivi permezz tat-tqabbil tal-artefatti li nstabu fihom ma' dawk li nstabu f'siti oħra. Madankollu, mhux dejjem huwa possibbli li jingħataw dati assoluti minħabba limitazzjonijiet fir-reqqa tad-datazzjoni tal-karbonju C14. Sit ta' Wirt Dinji Is-Sit Arkeoloġiku ta' Trojja ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Mitoloġija Griega Siti arkeoloġiċi Turkija
2540
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ba%C4%A7ar%20E%C4%A1ew
Baħar Eġew
Il-Baħar Eġew (mill-Grieg: Αιγαίον Πέλαγος, Aigaion Pelagos) jinsab fil-Baħar Mediterran, bejn il-peniżola Griega u Anatolja fl-Asja Minuri. Ifiġġ fil-Baħar Marmara u fil-Baħar l-Iswed permezz tad-Dardanelli u tal-Bosforu. Ibħra Mediterran
2546
https://mt.wikipedia.org/wiki/Enejide
Enejide
L-Enejide hija epika Latina miktuba minn Virġilju bl-eżametru dattiliku fl-ewwel seklu Q.K. li tirrakkonta l-istorja leġġendarja ta' Enea, Trojjan li jivvjaġġa sal-Italja biex minnu jitnissel il-poplu glorjuż tar-Rumani. Tikkonsisti fi tnax-il ktieb u hija magħrufa bħala l-epika nazzjonali tal-Imperu Ruman. Mitoloġija Rumana
2547
https://mt.wikipedia.org/wiki/Vir%C4%A1ilju
Virġilju
Publius Vergilius Maro (t. 15 ta' Ottubru, 70 QK - 21 ta' Settembru, 19 QK) magħruf aħjar bħala Virġilju, kien poeta u filosfu Latin. Virġilju huwa magħruf l-aktar bħala l-awtur tal-Eklogi (magħrufa wkoll bħala l-Bukoliki) , il-Ġeorġiki u l-Enejde. Il-poeżiji tiegħu jittrattaw l-allat u l-miti, fi kliem ieħor, il-mitoloġija Griega.
2549
https://mt.wikipedia.org/wiki/E%C5%BCametru%20dattiliku
Eżametru dattiliku
Skont id-dizzjunarju tal-Professur Ġużè Aquilina eżametru dattiliku hu vers ta' sitt piedi metriċi magħmul minn "ħames dattili u spondew, kull wieħed mill-ewwel erba' piedi, u rari ħafna l-ħames pied, jista' jeħdilhom posthom spondew" Vers
2554
https://mt.wikipedia.org/wiki/Enea
Enea
Enea hu eroj Trojjan, iben il-prinċep Ankise u l-alla mara Afrodite (Venere fil-mitoloġija Rumana). Il-vjaġġ ta' Enea minn Trojja, li wassal għat-twaqqif ta' belt li mal-milja taż-żmien kellha ssir Ruma, jipperkorrieh Virġilju fix-xogħol voluminuż tiegħu l-Enejide. Enea huwa persunaġġ ewlieni fil-leġġendi u fl-istorja, tant li jokkorri wkoll fl-Ilijade ta' Omeru u fid-dramm Troilus and Cressida ta' Shakespeare. Mitoloġija Griega
2556
https://mt.wikipedia.org/wiki/O%C4%8Bean%20Atlantiku
Oċean Atlantiku
L-Atlantiku huwa t-tieni l-ikbar oċean fuq wiċċ id-Dinja, wara l-Oċean Paċifiku, u huwa l-iktar wieħed li jsiru vjaġġi fuqu. L-Atlantiku jinqasam fi tnejn: il-parti 'l fuq mill-Ekwatur hi l-Atlantiku ta' Fuq (il-parti nord-atlantika); il-parti 'l isfel mill-Ekwatur, l-Atlantiku ta' Taħt (il-parti sud-atlantika). L-isem ta' dan l-oċean ġej minn Atlas, wieħed mit-Titani tal-mitoloġija Griega. Atlantiku
2558
https://mt.wikipedia.org/wiki/O%C4%8Bean%20Pa%C4%8Bifiku
Oċean Paċifiku
L-Oċean Paċifiku, huwa medda ta' ilma li tkopri iktar minn terz ta' wiċċ id-Dinja, u huwa l-ikbar u l-ifnad oċean. Dan l-oċean għandu lejn il-punent tiegħu, l-Asja u l-Awstralasja, l-Ameriki lejn il-lvant, l-Oċean tan-Nofsinhar lejn in-nofsinhar, u l-Oċean Arktiku lejn it-tramuntana. L-Oċean Paċifiku jmiss l-Oċean Atlantiku fuq linja immaġinarja mpinġija minn Cape Horn, fiċ-Ċili/Arġentina, li tibqa' nieżla 'l isfel lejn l-Antarktika, u jmiss l-Oċean Indjan fuq linja immaġinarja mpinġija mit-Tażmanja fl-Awstralja, li tibqa' nieżla 'l isfel sal-Antarktika. Ħafna drabi, l-Oċean Paċifiku jiġi maqsum fil-Paċifiku ta' Fuq u l-Paċifiku ta' Isfel, skond jekk jinsabx 'il fuq jew 'l isfel mill-Ekwatur, rispettivament. L-isem Paċifiku ngħata mill-baħħar Portugiż Ferdinand Magellan fl-1520 u jfisser l-istess bħall-aġġettiv. Oċeani
2559
https://mt.wikipedia.org/wiki/O%C4%8Bean%20Indjan
Oċean Indjan
L-iżgħar mill-ikbar tliet oċeani tad-Dinja, l-Oċean Indjan qiegħed fl-Emisfera tan-Nofsinhar u jmiss fil-Punent ta' l-Afrika, fit-Tramuntana ma' l-Asja, fil-Lvant ma' l-Awstralja u l-gżejjer Awstraljani, u fin-Nofsinhar mill-Antartika. Oċeani
2561
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ba%C4%A7ar%20l-A%C4%A7mar
Baħar l-Aħmar
Il-Baħar l-Aħmar (bl-Għarbi: البحر الأحمر, al-Baḥr al-Aḥmar; bl-Ebrajk: ים סוף, Yam Suf) hu golf jew baċir fl-Oċean Indjan bejn l-Afrika u l-Asja. Il-konnessjoni mal-oċean tinsab fin-Nofsinhar permezz tal-istrett ta' Bab el Mandeb u l-Golf ta' Aden. Fit-Tramuntana nsibu lill-Peniżola ta' Sinaj, il-Golf ta' Aqaba, u l-Golf tas-Swejs (li jwassal għall-Kanal tas-Swejs). Il-Baħar l-Aħmar għandu erja kbira ta' 438,000 km². Dan hu madwar 2250 km twil u, l-itwal parti twassal sa 355 km. L-ikbar fond hu dak ta' 2211 m u fond medju ta' 490 m. F'dan il-baħar jgħixu mal-madwar 1,000 speċi invertebra u 200 korall. Ibħra Oċean Indjan Kanal tas-Swejs Reġjuni marini
2562
https://mt.wikipedia.org/wiki/Golf
Golf
Golf jista' jirreferi għal: Bajja, parti minn lag jew oċean mdawwar bl-art minn tliet naħiet. Sport li fiha plejer waħdu jew tim sħiħ jolqtu ballun żgħir b'diversi mazez biex idaħħluh f'toqba
2565
https://mt.wikipedia.org/wiki/Baskitbol
Baskitbol
Il-baskitbol hu sport li fih żewġ timijiet ta' ħames plejers kull wieħed jippruvaw, skond regoli preċiżi, jiskorjaw billi jixħtu ballun f'ċirku. L-azzjon li xi ħadd idaħħal il-ballun fiċ-ċirku tingħad bl-espressjoni għamel baskit. Ara wkoll NBA - National Basketball Association - kampjonat Amerikan tal-baskitbol Stubs sportivi
2567
https://mt.wikipedia.org/wiki/Arkimede
Arkimede
Arkimede (bil-Grieg: Ἀρχιμήδης) (Sirakuża, 287 q.K. – Sirakuża, 212 q.K.) kien matematiku, fiżiku, inġinier, astronomu u filosfu li twieled fil-port tal-kolonja Griega ta' Sirkauża. Huwa kkunsidrat minn xi storiċi matematiċi bħala wieħed mill-matematiċi l-kbar tal-istorja, flimkien ma' Newton, Gauss u Euler. Matematiċi Griegi Matematika Fiżiċi Astronomi
2568
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0es%C3%B9
Ġesù
Ġesù, jew Ġesù ta' Nazaret, magħruf ukoll bħala Ġesù Kristu, huwa l-figura ċentrali tal-Kristjaneżmu, kemm bħala l-Messija kif ukoll l-inkarnazzjoni ta' Alla. L-isem "Ġesù" hu bbażat fuq il-Latin Iesus, traslitterazzjoni tal-Grieg Ἰησοῦς (Iēsoûs), li hi Ellenizzazzjoni tal-Aramajk/Lhudi ישוע (Jexuwagħ), li hi modifika ta' wara l-eżilju tal-Lhudi יְהוֹשֻׁעַ (Jeħoxuwaɡħ, Ġożwè) taħt l-influwenza tal-Aramajk. Kristu hi traduzzjoni bil-Grieg tal-kelma Lhudija "Messija", kelma li tfisser "midluk". Il-kelma saret l-isem proprju ta' Ġesù għax għal dawk li emmnu fih, Kristu temm it-tama messjanika ta' Iżrael bil-missjoni tiegħu ta' qassis, profeta u sultan. Ġesù kien predikatur Lhudi, attiv fl-aħħar tliet snin ta' ħajtu fil-provinċja Rumana tal-Lhudija. Sorsi tat-tagħrif fuq Ġesù Il-fonti testwali relattivi għal Ġesù jistgħu jinġabru f'erba' tipologiji: l-Ittri Pawlini, imbagħad inklużi fit-Testment il-Ġdid: bejn wieħed u ieħor San Pawl kitibhom bejn is-sena 51 u s-sena 63. Pawlu ma kienx jaf direttament lil Ġesù. Fl-eqdem dokumenti nsibu ftit informazzjoni bijografika fuq il-figura storika ta' Ġesù. Iktar milli biex jagħtu rendikont sħiħ ta' x'għamel Ġesù, l-ittri, ħafna drabi miktuba bħala kitbiet okkażjonali, jikkostitwixxu madanakollu xhieda rilevanti ta' kif kienet tinfirex u kif kienet ipperċepita l-esperjenza ta' Ġesù fl-eqdem komunitajiet Insara; l-Evanġeli Kanoniċi (Mattew, Mark, Luqa u Ġwanni): skont numru ta' storiċi dawn il-kitbiet waslu fil-forma attwali fit-tieni nofs tal-ewwel seklu, wara li ġew irranġati f'diversi verżjonijiet u preċeduti minn għexieren ta' tradizijonijiet orali jew noti miktuba. l-Evanġeli apokrifi: dawn mhumiex milqugħa mill-istudjużi bħala xhieda fidila ta' Ġesù storiku (dan minħabba li ġew komposti tard, jibdew min-nofs it-tieni seklu, huma l-iktar utli biex jinftiehem aħjar l-ambjent reliġjuz tas-sekli ta' wara Kristu), anke għall-ġeneru letterarju mħarref-leġġendarju li jiddistingwi l-parti l-kbira tan-narrazzjonijiet. Kitbiet oħra mhux Insara. Għal dak li jikkonċerna r-riċerka storika ta' ħajtu, is-sorsi ewlenin jinsabu fit-Testment il-Ġdid, partikolarment fl-ittri ta' San Pawl u fl-Evanġeli sinottiċi. Il-Vanġelu ta' San Ġwann huwa ta' għajnuna żgħira, bħalma huma wkoll id-diversi Evanġeli apokrifi. Is-sorsi mhux Insara - l-istoriku Lhudi, Ġużeppi, it-Talmud tal-Babilonja, l-istoriċi Rumani Taċitu u Svetonju, u oħrajn - jikkonfermaw l-eżistenza u t-tislib ta' Ġesù taħt il-ħaqq ta' Ponzju Pilatu. Evanġeli L-Evanġeli jirrakkontaw it-twelid ta' Ġesù minn Marija Verġni, il-prietka li tisħaq fuq l-aħbar tas-Saltna tas-smewwiet u dwar l-imħabba tal-proxxmu, u li titwettaq minn diskorsi u parabboli msieħba ma' mirakli; fl-aħħar tal-Evanġeli nsibu mbagħad il-ġrajja tal-passjoni, il-Kruċifissjoni, il-qawmien mill-imwiet u t-tlugħ fis-sema. L-Evanġeli u kitbiet oħrajn tat-Testment il-Ġdid jidentifikaw lil Ġesù bħala il-Messija u bin Alla. L-ittri Pawlini jeżaltaw il-valur tal-ħelsien ta' mewtu u l-qawmien tiegħu mill-mewt. It-tradizzjoni Nisranija ta' wara ddikjaratu t-tieni persuna tat-Trinità Mqaddsa, flimkien mal-Missier u ma' Ruħ il-Qodos, u tassew Alla u tassew bniedem. Mill-Vanġeli jidher li l-ipprietkar u l-ħidma ta' Ġesù għamlu suċċess minimu fis-soċjeta Lhudija ta' dak iż-żmien, u l-aktar li kien mismugħ kien min-nies ta' status baxx. Il-perjodu qasir tal-ipprietkar intemm bil-mewt fuq is-salib, mitluba, skont l-Evanġeli, mill-awtoritajiet Lhud tas-Sinedriju iżda mogħtija mill-awtorità ta' Ruma (li kienet iżżomm għall-ilsiera tali xorti), fuq deċiżjoni aħħarija tal-prefett Ruman Ponzju Pilatu. Wara mewtu, id-dixxipli tiegħu sostnew li Ġesù rxoxta mill-imwiet u xerrdu l-messaġġ tat-tagħlim tiegħu; b'hekk il-figura ta' Kristu sabet influwenza maġġuri fil-kultura tal-Punent. Sorsi Pagani Taċitu, senatur u storiku Ruman twieled għoxrin sena wara l-mewt ta' Ġesù. Fl-annali tiegħu tal-Imperu Ruman, wara li jagħti ħarsa dettaljata tan-nirien ta' Ruma li seħħew fis-sena erbgħa u sittin W.K., u jsemmi kif Neruni akkuża lill-Insara bħala l-ħatja ta' dawn in-nirien. Jgħid hekk: "L-awtur ta' din is-setta, Kristu għex fi żmien l-Imperatur Tiberju u kien ikkundannat għall-mewt mill-prokuratur Ponzju Pilatu". Svetonju, awtur Ruman, fil-bijografija tal-Imperatur Klawdju, miktuba mija u għoxrin sena wara Kristu, jgħarrafna dwar it-tkeċċija tal-Lhud minn Ruma għaliex, "imxewxa minn ċertu Kristu, spiss kienu qed joħolqu ħafna rvellijiet". Plinju ż-Żgħir, gvernatur ta' Bitinja, li, mitt sena wara Kristu, għarraf lill-Imperatur Trajanu, li għadd kbir ta' nies kienu mdorrijin jinġabru "f'ġurnata fissa, qabel jisbaħ, biex ikantaw bejniethom innu lil Kristu qisu xi alla". Ġużeppi Flavju, storiku Lhudi u ċittadin Ruman isemmi darbtejn lil Kristu fl-Antiquitates Judaicae, li nkitbu f'Ruma disgħin sena wara Kristu. Jgħid hekk: "F'dak iż-żmien kien jgħix Ġesù – bniedem għaref, jekk nistgħu nsejħulu bniedem. Infatti kien wieħed li wettaq għeġubijiet u kien mgħallem hekk kbir li n-nies kienet temmnu bil-ferħ kollu, u bis-saħħa ta' hekk ġibed lejh għadd ta' Lhud kif ukoll Griegi. Hu kien il-Messija. Meta Pilatu sema' l-akkużi kontrih mingħand il-kbarat tal-poplu, ikkundannah għat-tislib. Dawk li sa mill-bidu ħabbewh ma telquhx waħdu. Fit-tielet jum hu dehrilhom, mill-ġdid ħaj. Għax wara kollox il-Profeti ta' Alla kienu ħabbruha dil-ħaġa, flimkien ma' elf ħaġa oħra dwaru. U l-komunità tal-Kristjani ħadet l-isem tagħha minn ismu, sa llum il-Kristjani għadhom magħna". Marija, omm Ġesù Skont ir-rakkont tal-Vanġelu skont San Luqa, verġni jisimha Marija, mgħarrsa ma' Ġużeppi, mir-razza tar-re David, irċeviet f'Nazaret tal-Galilija "fi żmien ir-re Erodi" viżta tal-Arkanġlu Gabrijel, li ħabbrilha l-konċepiment ta' Ġesù (Lq 1, 26-38). Fil-Vanġelu skont San Mattew, il-konċepiment verġni ta' Marija msemmi biss mill-bogħod, waqt li l-protagonista huwa Ġużeppi, li jirċievi minn anġlu r-rivelazjoni tal-konċepiment sovranaturali ta' Marija (Mt 1, 18-25). Twemmin tal-Insara L-Insara jemmnu li Ġesù Kristu huwa l-"Iben waħdieni ta' Alla, imnissel mill-Missier qabel kull żmien. Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel, mhux magħmul, natura waħda mal-Missier: u bih sar kollox. Niżel mis-smewwiet għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna. U ħa l-ġisem bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont il-Kotba Mqaddsa, u tela' s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier. U għandu jerga' jiġi bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem." (Kredu ta' Niċea-Kostantinopli, 325 W.K.) L-Insara jemmnu, fi kliem San Pawl, li "Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta' wlied" (Galatin 4, 4-5). Din hi "l-Bxara t-tajba ta' Ġesù Kristu, l-Iben ta' Alla." (Mark 1, 1): Alla żar lill-poplu tiegħu, wettaq il-wegħdiet li kien għamel lil Abram u lil nislu (ara Luqa 1, 68) u temm il-wegħdiet magħmulin lil Abram u lil nislu (ara Luqa 1, 55) u Alla għamel dan b'mod li ħadd ma kien jistenna: bagħat 'l "Ibnu l-għażiż" (Mark 1, 11). L-Insara jemmnu u jistqarru li Ġesù ta' Nazaret, imwieled Lhudi minn xebba ta' Iżrael, f'Betlehem, fi żmien is-sultan Erodi l-Kbir u l-imperatur Ċesri Awgustu; kellu s-sengħa ta' mastrudaxxa, miet imsallab f'Ġerusalemm, taħt il-prokuratur Ponzju Pilatu, fi żmien is-saltna tal-imperatur Tiberju – hu l-Iben etern ta' Alla magħmul bniedem li "ġie minn għand Alla" (Ġw 13, 3), "niżel mis-sema" (Ġw 3, 13; 6, 33), "sar bniedem" (1 Ġw 4, 2), għax "il-Verb sar bniedem u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni mimli bil-grazzja u l-verità......u mill-milja tiegħu aħna lkoll ħadna, grazzja fuq grazzja" (Ġw 1, 14.16). Ġesù fl-Ebraiżmu Skont il-ħsieb Lhudi, Ġesù kien predikatur, iżda mhux il-Midluk t'Alla; ma kienx Iben Alla, ma għamilx mirakli, wara l-kruċifissjoni, la qam mill-imwiet u lanqas tela' s-sema. Ġesù fl-Iżlam Skont il-Musulmani, Ġesù kien profeta maġġuri li ġie qabel Mawmettu; twieled verġinament minn Marija, wettaq ħafna mirakli (għax Alla hekk ried), ma mietx iżda tela' s-Sema (ma mietx fuq salib għalkemm hekk deher quddiem min kien preżenti. Xi ħadd ieħor miet floku u Alla ħa miegħu lil Ġesu lejn is-sema), imma mhux meqjus bħala Alla li, skont is-Sura CXII, "la qatt nissel u qatt ma ġie mnissel". Fl-Iżlam, Ġesù jissejjaħ "Għisa". Huwa msejjaħ ukoll "Mesiħ" (il-Messija) fil-Koran u l-"Kelma ta' Alla". Referenzi Kristjaneżmu Reliġjon Profeti
2573
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sid%20Vicious
Sid Vicious
John Simon Ritchie-Beverly (twieled fl-10 ta' Mejju 1957 – miet fit-2 ta' Frar 1979), magħruf aħjar bħala Sid Vicious, kien mużiċista u kantant Brittaniku, membru tal-grupp punk rock Sex Pistols. Hu miet fl-età ta' 21 sena b'kawża tad-droga. Twieldu fl-1957 Mietu fl-1979 Mużiċisti Brittaniċi Mużiċisti Punk
2580
https://mt.wikipedia.org/wiki/Partit%20Nazzjonalista%20%28Malta%29
Partit Nazzjonalista (Malta)
Il-Partit Nazzjonalista huwa partit politiku Malti, wieħed miż-żewġ partiti ewlenin f'Malta (l-ieħor il-Partit Laburista (Malta)) u bħalissa jinsab fl-Oppożizzjoni. Huwa jiddeskrivi ruħu bħala partit Demokratiku Nisrani (fil-fatt huwa affiljat mad-Demokrazija Kristjana Internazzjonali, mal-Partit Popolari Ewropew u l-Unjoni Demokratika Internazzjonali. L-Ewwel Snin Il-Partit Nazzjonalista twaqqaf fl-1880 minn Fortunato Mizzi, avukat Għawdxi, bħala l-Partit Anti-Riformista bil-għan li jeħodha kontra d-dħul ta' miżuri fiskali mill-Gvern Kolonjali u l-angliċizzazzjoni tas-sistema ġuridika u edukattiva ta' Malta. Fuq kollox, il-Partit ried sistema rappreżentattiva ta' Gvern li kienet tirrispetta x-xewqat tal-Maltin. Il-preżenza ta' rifuġjati Taljani mir-Risorġiment Taljan ta' xejra ta' kostituzzjonaliżmu liberali lill-partit fl-ewwel snin tiegħu kif ukoll marka pro-Taljana sal-Tieni Gwerra Dinija. Sal-Ewwel Gwerra Dinija il-Partit kien maqsum bejn Astensjonisti u Anti-Astensjonisti. Tal-ewwel kienu lesti li jikkontestaw l-elezzjonijiet u jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Gvern; l-oħrajn kienu jikkontestaw l-elezzjonijiet u jirriżenjaw malli jiġu eletti bħala protesta għan-nuqqas ta' rappreżentanti Maltin fil-Kunsill. It-Tieni Gwerra Dinija u wara Is-simpatija lejn l-Italja swiet bil-kbir lill-Partit Nazzjonalista matul it-Tieni Gwerra Dinija. Enrico Mizzi kien internat, l-ewwel f'Malta mbagħad fl-Uganda, u Ugo Pasquale Mifsud miet wara ħass ħażin li tah fil-Kunsill tal-Gvern waqt diskors imqanqal jiddefendi d-dritt tal-internati. Il-Partit lanqas biss ikkontesta l-elezzjonijiet tal-1945 li għall-ewwel darba raw lill-Partit Laburista mmexxi minn Pawlu Boffa jsir Partit ta' gvern minflok it-tielet partit. Imma l-Partit Nazzjonalista ma mietx u fl-elezzjonijiet tal-1947, l-ewwel ta' wara l-gwerra li eleġġew Gvern Responsabbli, ħareġ bħala l-akbar partit wara l-Partit Laburista, fuq quddiem ta' numru ta' partiti oħra li ppruvaw joħdulu postu bħala partit ewlieni. Din il-pożizzjoni ssaħħet ftit snin wara meta qasma fil-Partit Laburista fl-1949, meta Dom Mintoff laħaq mexxej, rat lill-Partit Nazzjonalista joħroġ bħala l-akbar Partit fl-elezzjonijiet tas-sena ta' wara b'Enrico Mizzi bħala Prim Ministru. Għalkemm mingħajr maġġoranza Parlamentari u l-mewt ta' Mizzi u l-waqgħa tal-Gvern ftit xhur biss wara, l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista bħala kontendent għall-Gvern issa kienet mingħajr dubju. Kien hemm żewġ elezzjonijiet fl-1951 u fl-1953 li fihom il-Partit Nazzjonalista fforma koalizzjonijiet li ma tantx damu mal-Malta Workers' Party ta' Pawlu Boffa, l-isplinter li ħareġ mill-Partit Laburista. Tul iż-żewġ leġislaturi l-Prim Ministru kien George Borg Olivier, li laħaq Kap tal-Partit wara l-mewt ta' Mizzi. Il-Partit imbagħad tilef l-elezzjonijiet tal-1955. Bil-Malta Labour Party fil-Gvern il-kwistjoni ewlenija kienet dik tal-Integration mar-Renju Unit. Il-Partit Nazzjonalista oppona din il-proposta. L-Integration falliet fil-biċċa l-kbira minħabba li r-Renju Unit tilef l-intess fil-kwistjoni l-aktar wara l-fjask ta' Suez fl-1956 u s-sensji li kienu bdew jingħataw it-Tarzna li waslu għal numru ta' inċidenti. Il-Prim Ministru Laburista Mintoff irreżenja u Borg Olivier irrifjuta l-istedina li jipprova jifforma Gvern. Minħabba f'hekk il-Gvern Kolonjali ssospenda l-Kostituzzjoni fl-1958. Is-snin sittin u l-Indipendenza Bejn is-sospensjoni tal-Kostituzzjoni fl-1958 u l-għoti ta' waħda ġdida fl-1961 seħħew avvenimenti importanti fix-xenarju politiku Malti. Il-Partit Laburista, li wara l-falliment tal-Integration kien sar favur l-Indipendenza (politika li anke ħaddan il-Partit Nazzjonalista) kien beda jieħu pożizzjoni antagonistika fil-konfront tal-Knisja, l-aktar minħabba li ra fiha l-kawża għall-falliment tal-Integration. Il-Partit Laburista kien ukoll beda jindieħes ma' movimenti indipendentisti tat-Tielet Dinja li Knisja rathom bħala fronti għall-Komuniżmu. Dan wassal biex il-Knisja imponiet id-dnub il-mejjet fuq l-Eżekuttiv tal-Partit kif ukoll fuq il-votanti tiegħu. Dan wassal għal qasma fil-Partit Laburista bit-tluq ta' grupp li fforma l-Christian Workers Party taħt Toni Pellegrini. Il-Partit Nazzjonalista wkoll sofra qasma meta grupp ta' nies li ma kinux jaqblu mal-istil ta' tmexxija ta' Borg Olivier u li ma kinux tant favorevoli għall-Indipendenza, inqatgħu u ffurmaw il-Partit Demokratiku Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta' Herbert Ganado. Il-Partit Nazzjonalista ħareġ bħala l-akbar Partit fl-elezzjonijiet tal-1962, li fihom il-Knisja Kattolika imponiet id-dnub il-mejjet fuq min jivvota lill-Partit Laburista, u qasma tal-Kamra assiguratlu maġġoranza parlamentari. Il-Partit mexxa n-negozjati ta' l-Indipendenza li kienet akkwistata fl-1964. Il-Partit reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-1966 , bil-Kwistjoni bejn il-Knisja u l-Partit Laburista għadha miftuħa, elezzjonijiet li fissru wkoll it-tmiem tal-Partit Demokratiku Nazzjonalista. Is-snin sebgħin u tmenin Il-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjonijiet tal-1971 u reġa' tilef dawk tal-1976 b'marġini akbar, bil-Partit Laburista mmexxi minn Mintoff fil-gvern. Fl-1977 saret elezzjoni għal Kap Suċċessur li fiha ġie elett Eddie Fenech Adami li qabel kien serva bħala Segretarju Ġenerali. Fenech Adami ħa t-tmexxija tal-Partit fl-1978. Borg Olivier miet ftit snin wara, fl-1980. Sadattant is-sitwazzjoni fil-pajjiż kienet qed taggrava, b'tensjoni dejjem tikber u vjolenza, terrur politiku u vandaliżmu dejjem jiżdiedu. Fl-1979 ġiet issakkeġġata d-dar ta' Fenech Adami u nħarqet il-Progress Press. Il-Partit akkwista maġġoranza assoluta ta' voti fl-elezzjonijiet tal-1981 (għall-ewwel darba mill-1933) imma mhux maġġoranza parlamentari. Din wasslet għal sitwazzjoni ta' kriżi wara li d-deputati eletti f'isem il-Partit irrifjutaw li jieħdu posthom fil-Parlament. Is-sitwazzjoni żblukkat ruħha ftit ta' snin wara imma tensjoni u vjolenza komplew matul dawn is-snin. Kien hemm attakki vjolenti fuq il-każini kollha tal-Partit Nazzjonalista, inkluz l-istamperija f'tal-Pietà; ġiet attakkata il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana; ġiet attakkata wkoll il-Qorti fil-Belt Valletta. Kien hemm skontri vjolenti kull darba li l-PN kien jorganizza 'mass meetings', bejn partitarji Nazzjonalisti u membri tal-Korp tal-Pulizija flimkien ma' partitarji Laburisti, bil-'mass meeting' f'tal-Barrani, limiti ta' Santa Luċija fost l-iktar li jibqgħu jissemmew. Il-borma faret f'daqqa bil-qtil kiesaħ u biered ta' Raymond Caruana li nqatel f'Diċembru tal-1986, meta xi hadd f'karozza għaddejja spara arma tan-nar fuq il-każin Nazzjonalista fil-Gudja, waqt li kien għaddej fih riċeviment. Ftit qabel l-elezzjoni tal-1987 iż-żewġ naħat tal-Kamra qablu li l-Kostituzzjoni tiġi emendata biex tassigura maġġoranza Parlamentari lill-Partit li jkollu maġġoranza ta' voti. Dan wassal biex il-Partit Nazzjonalista jifforma Gvern wara 16-il sena fl-Oppożizzjoni. Mis-snin disgħin sal-2012 Il-Gvern Nazzjonalista applika biex Malta tidħol fis-Suq Komuni Ewropew fl-1990. Sadattant, b'ekonomija sejra tajba grazzi għall-liberalizzazzjoni u investimenti pubbliċi sostanzjali, il-Partit reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-1992 b'mod konvinċenti. Il-Partit, iżda, tilef il-konfront tal-1996 mal-Partit Laburista taħt il-mexxej Alfred Sant. Il-perjodu fl-Oppożizzjoni ma kellux idum għax wara biss 22 xahar b'maġġoranza Parlamentari li ma kinitx għadha fi żgur, il-Gvern Laburista sejjaħ elezzjoni bikrija fl-1998 u tilef. Il-Partit Nazzjonalista reġa' fforma gvern u immedjatament irriattiva l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea wara li din l-applikazzjoni kienet ġiet iffriżata mill-Gvern Laburista. Din il-leġislatura kienet ikkaratterizzata minn negozjati ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, sħubija li kienet opposta mill-Partit Laburista. Dawn in-negozjati ngħalqu fl-2002 u l-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ għal vot "iva" f'Marzu tas-sena ta' wara. Il-vot pożittiv f'dan ir-referendum kien segwit minn elezzjoni ġenerali ftit ġimgħat wara li l-Partit Nazzjonalista reġa' rebaħ. Fl-2004 Fenech Adami rriżenja minn Prim Ministru u Kap tal-Partit u ġie elett minfloku Lawrence Gonzi. Wara Fenech Adami sar il-President tar-Repubblika ta' Malta. Il-Partit Nazzjonalista kkontesta l-elezzjoni ġenerali tat-8 ta' Marzu 2008 għall-ewwel darba b'dan il-mexxej il-ġdid, Lawrence Gonzi, u mill-ġdid rebaħ. Nhar l-10 ta' Diċembru 2012, id-deputat Nazzjonalista Franco Debono flimkien mal-Oppożizzjoni Laburista vvutaw fil-Parlament kontra l- Baġit imressaq ġimagħtejn qabel u allura dan m’għaddiex b’35 vot kontra l-34 favur, u l-Gvern waqa’. Dan ġiegħel lill-Priministru Gonzi jmur l-għada għand il-President tar-Repubblika Dr George Abela fil-Palazz il-Belt biex jissuġġerilu li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji fis-7 ta’ Jannar, 2013, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir fl-istess jum mal-elezzjoni tal- kunsilli lokali, jiġifieri s-Sibt 9 ta’ Marzu 2013. L-Elezzjoni tal-2013 Fid-9 ta' Marzu 2013, il-Partit Laburista għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 b'maġġoranza ta' 167,533 vot, 35,107 aktar mill-Partit Nazzjonalista li ġarrab waħda mill-ikbar telfiet tiegħu meta kiseb 132,426 vot. Hekk il-PL ġab kważi 55% u l-PN 43%, kif kien ħabbar kull stħarriġ li sar qabel l-elezzjoni. Il-PL kellu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Il-Kap tal-Partit Lawrence Gonzi ħabbar li kien se jirreżenja u ma kienx se jikkontesta għall-elezzjoni ta' Kap ġdid fil-bidu ta' Mejju 2013. Fl-istess jum, il-Partit Nazzjonalista tilef ukoll l-Elezzjonijiet Lokali li saru fi 33 lokalità. Il-Partit Laburista żied il-voti fuq l-elezzjonijiet ta’ erba' snin qabel fl-istess lokalitajiet bi 2.2% biex issa ġab kważi 57%. Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista naq­qas il-voti bi kważi 2% u ġab 42%. F’dawn l-elezzjonijiet, il-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba il-kunsill lokali ta’ Birkirkara u kien hemm ħames lokalitajiet oħra li fihom il-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranza: l-Imtarfa, Tal-Pietà, il-Mellieħa, l-Imqabba u Santa Venera. Hekk fl-2013, il-Partit Laburista għandu kważi żewġ terzi, 65%, tal-lokalitajiet kollha f'idejh, 44 lokalità minn 68. Il-Partit Nazzjonalista għandu biss maġġoranza f'24 lokalità. Simon Busuttil maħtur Kap Nhar it-8 ta' Mejju 2013 Simon Busuttil inħatar Kap tal-Partit. L-Elezzjoni tal-2017 Fit-3 ta' Ġunju 2017, il-Partit Laburista reġa' għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali 2017 b'maġġoranza ta' 35,280 aktar mill-Partit Nazzjonalista li ġarrab waħda mill-ikbar telfiet tiegħu. Hekk il-PL ġab 55% u l-PN 43.7%. Il-PL se jkollu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Il-Kap tal-Partit Simon Busuttil ħabbar li kien se jirreżenja minn Kap tal-Partit flimkien mal-amministrazzjoni kollha. Adrian Delia maħtur Kap Nhar l-20 ta' Settembru 2017, Adrian Delia nħatar Kap tal-Partit, wara vot mit-tesserati, l-ewwel darba li Kap ta' Partit intgħażel b'dan il-mod, iżda sa mill-bidu deher li ma kienx aċċettat minn numru kbir ta' membri parlamentari Nazzjonalisti li spiċċaw biex sfiduċjawh nhar is-7 ta' Lulju 2020. Ġimgħa wara, kien sfiduċjat ukoll mill-Eżekuttiv tal-Partit. Delia ried li kollox imur f'idejn it-tesserati. Delia jirriżenja u Bernard Grech maħtur Kap Nhar it-3 ta' Ottubru 2020, wara telfa kbira fl-elezzjoni għall-Kap, Delia rriżenja. Minfloku nħatar bħala t-tmien Kap tal-Partit Bernard Grech b'maġġoranza ta' 69% mill-voti mixħuta mit-tesserati. Storja Elettorali Wara l-Elezzjonijiet 2017, il-Partit Nazzjonalista għandu 30 Deputat minn 69 fil-Kamra tad-Deputati u 2 Membri mis-sitta li għandha Malta fil-Parlament Ewropew. Mexxejja tal-Partit Nazzjonalista mill-1926 Partiti politiċi ta' Malta
2585
https://mt.wikipedia.org/wiki/Eddie%20Fenech%20Adami
Eddie Fenech Adami
Edward Fenech Adami (Birkirkara, 7 ta' Frar 1934) kien l-President tar-Repubblika ta' Malta bejn l-2004, u l-2009 wara Guido de Marco. Qabel inħatar President, kien serva wkoll ta' Prim Ministru bejn l-1987 u l-1996 u mill-1998 sal-2004. Bijografija Bin Luigi, uffiċjal tad-dwana, u Josephine imwielda Pace. Huwa kien miżżewweġ lil Mary née Sciberras u kellhom ħamest itfal John, Beppe, Michael, Maria u Luigi. Fenech Adami ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ tal-Ġiżwiti f'Birkirkara. Kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta' Malta fejn għall-bidu studja l-ekonomija u l-letteratura klassika u aktar tard il-liġi. Politika Fenech Adami ingħaqad mal-Partit Nazzjonalista fil-bidu tal-1960. Huwa daħal għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1969. Fl-1977, wara li kien serva f'bosta karigi fil-partit, li jinkludu President tal-Amministrazzjoni u Kunsilli Ġenerali, Fenech Adami ġie elett kap tal-Partit, u ħa post Ġorġ Borg Olivier. Mill-1969, Fenech Adami ġie elett f'kull elezzjoni ġenerali u bħala Kap tal-Partit huwa rebaħ erba' elezzjonijiet 1987, 1992, 1998 u 2003. Fl-1981, għalkemm il-Partit Nazzjonalista ġabu l-maġġoranza tal-voti, ma rnexxilux iġib il-maġġoranza ta' siġġijiet fil-Parlament u għalhekk baqa' fl-Oppożizzjoni. Tibdil fil-kostituzzjoni ta garanzija li l-partit li jirbaħ b'maġġoranza assoluta ta' voti jkollu maġġoranza ta' unijiet. Fil-fatt hekk ġara fl-1987. Priministru Bejn l-1987 u l-1996, Fenech Adami bħala Prim Ministru ta' Malta ikkommetta ruħu għal bidla kbira f'Malta. L-infrastruttura tal-pajjiż, l-istrutturi tal-qasam tax-xogħol u dawk legali ġew leġislati mill-ġdid. Il-settur tal-kummerċ ukoll ingħata bidu ġdid u ġie meħlus mis-settur pubbliku. Il-fergħa tal-komunikazzjoni, tal-bank u servizzi tal-finanzi ġew liberalizzati u privatizzati. Malta bdiet ukoll żmien ta' integrazzjoni mal-Unjoni Ewropea. Malta applikat għall-Unjoni Ewropea fis-16 ta' Lulju 1990. Bejn l-1996 u l-1998 Fenech Adami reġa' serva bħala Kap tal-Oppożizzjoni sakemm il-partit tiegħu rritorna fil-gvern f'Settembru 1998. Fenech Adami serva ħames snin oħra bħala Prim Ministru u kap tal-partit tiegħu. Id-Dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea L-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea ġiet attivata mill-ġdid minħabba l-Gvern Laburista ta' qablu waqfu l-applikazzjoni. In-negozjati mal-Unjoni Ewropea ġew konklużi f'Diċembru 2002. F'April 2003 wara rebħa kemm fir-Referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Elezzjoni Ġenerali, huwa ġie kkonfermat bħala Prim Ministru mill-ġdid. Ftit jiem wara, fis-16 ta' April 2003, Fenech Adami iffirma s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, flimkien ma' kapijiet oħra li kienu se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Bħala Prim Ministru Fenech Adami attenda bosta summits tal-Unjoni Ewropea u irrapreżenta lil Malta f'bosta laqgħat tal-Commonwealth. Bħala kap tal-partit huwa attenda diversi laqgħat tal-Partit Popolari Ewropew. F'Diċembru 2003 Fenech Adami irċieva l-premju tal-Ewropew tas-Sena 2003. Il-Premju kien mingħand il-gazzetta famuża European Voice għall-isforz li għamel sabiex idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea. President tar-Repubblika Fis-7 ta' Frar 2004, mal-għeluq tas-sebgħin sena tiegħu, Fenech Adami irriżenja minn kap tal-Partit Nazzjonalista. Fit-23 ta' Marzu 2004, huwa irriżenja minn Prim Ministru kif ukoll ċeda s-siġġu parlamentari tiegħu. Inqas minn ġimgħatejn wara, Fenech Adami nħatar President ta' Malta fejn ħa post Guido de Marco bħala s-seba' President tar-Repubblika Maltija. F'intervista li huwa ta fl-2014, qal hekk: “Ma kontx qed nistennieha, u ma ridthiex. U l-mara ma ridithiex aktar minni. Is-sentiment tagħha kien li konna għamilna biżżejjed għall-pajjiż u ma kienx hemm għalfejn naċċettaw din il-kariga wkoll. Niftakar li kien ċempilli l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u qalli li kien wasal iż-żmien li ntih risposta – iva jew le. Sejjaħt lill-mara u għedtilha li ried risposta, u hi baqgħet tinsisti li ma kellix naċċetta. Fl-aħħar qalet iva, basta ma mmorrux noqogħdu fil-Palazz ta' Sant' Anton (u dan meta jien kont insistejt ħafna li l-President ta' Malta għandu jgħix f'dan il-palazz). Min-naħa tagħhom, it-tfal la kellhom reazzjoni pożittiva u lanqas negattiva għall-aħbar li kont se nsir President. Kif jgħidu bl-Ingliż, 'they took it in their stride'.” Fenech Adami u l-mara tiegħu qatt ma ġarrew għall-Palazz ta' Sant' Anton. Kienu jgħixu hemmhekk fi tmiem il-ġimgħa biss, u fis-sajf kienu jmorru fil-Palazz Verdala, li Mary Fenech Adami kienet tippreferih ħafna mill-Palazz ta' Sant' Anton. “Il-ħajja bħala Prim Ministru kienet impenjattiva ħafna. Il-ħajja bħala President kienet relattivament kalma u trankwilla. Kelli ħafna aktar ħin liberu, għalkemm kont ikun preżenti fejn ikun hemm bżonn. Min-natura tiegħi, jien bniedem riservat u nsibha diffiċli biex nikkomunika iżda kont nifhem x'tirrikjedi l-ogħla kariga tal-pajjiż. U minkejja li ma ridtx insir President, il-fatt li okkupajt l-ogħla kariga fil-pajjiż kien sodisfaċenti u l-kulminu ta' karriera politika li kienet ilha għaddejja mill-1962, anke jekk il-Presidenza fissret li ma nkunx involut aktar fil-politika partiġġjana.” Fenech Adami ma jaħsibx li r-rwol tal-President ta' Malta għandu jġorr miegħu aktar poteri. “Ir-rwol tal-President hu stabbilit bħala l-ogħla kariga, 'il fuq mill-politika partiġjana, u naħseb li l-Presidenti kollha tawh statura bħala kariga rispettata minn kulħadd għax iġorr miegħu element ta' għaqda. Dejjem kont tal-fehma li r-rwol tal-President għandu jibqa' mhux eżekuttiv. Minkejja li l-poteri tiegħu jistgħu jidhru limitati, fir-realtà dawn il-poteri jistgħu jkunu ta' importanza mhux żgħira f'każ ta' kriżi politika. Jista' jkun hemm mumenti ta' kriżi fejn dawn il-poteri jkunu importanti ħafna, pereżempju biex xi ħadd jingħata l-inkarigu li jifforma gvern. Din neħduha for granted, imma jista' jkun hemm każijiet ta' qasma f'partit jew elezzjoni mhux konklużiva – każijiet fejn huwa l-President li għandu l-poter li jiddeċiedi. Fenech Adami ma jaqbilx lanqas mal-proposta li min ikun serva bħala Prim Ministru ma jistax iservi bħala President. “President għandu jintgħażel biss abbażi tal-idoneità tiegħu, irrispettivament minn jekk xi darba serviex bħala Prim Ministru jew jekk qattx kien involut fil-politika.” L-Aħħar Snin Wara li fl-2009 spiċċa minn President, huwa reġa' beda jagħti sehmu fil-Partit Nazzjonalista. Fl-aħħar mass meeting tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Fosos tal-Floriana lejlet l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 Eddie Fenech Adami, huwa indirizza lill-folla fuq stedina tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Lawrence Gonzi. Huwa iżżewweġ lil Mary mwielda Sciberras fl-1965, li mietet fl-2011. Huma kellhom ħames ulied, lil John, Beppe, Michael, Maria u Luigi. Beppe u Michael komplew fil-ħajja politika. Beppe Fenech Adami huwa l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalisti u Michael kien Sindku ta' B'Kara. Fi Frar 2014, ħarġet l-awto-bijografija tiegħu, Eddie: My Journey, mill-intervisti ta' Steve Mallia ma' Fenech Adami. Fl-2015, Eddie Fenech Adami iddaħħal l-isptar b'uġigħ f'sidru. Snin qabel kien għamel interventi f'qalbu. Referenzi Ħoloq esterni Profil fuq president.gov.mt Twieldu fl-1934 Nies ħajjin Presidenti ta' Malta Prim Ministri ta' Malta Politiċi Maltin Politiċi tal-Partit Nazzjonalista (Malta) Mexxejja tal-Partit Nazzjonalista (Malta)
2592
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sena%20dawl
Sena dawl
Sena dawl (plural snin dawl) hi unità ta' distanza użata fl-astronomija. Sena dawl hi d-distanza li jivvjaġġa d-dawl fil-vojt matul sena Ġuljana, jiġifieri madwar 9461 biljun kilometru (għalhekk l-ordni ta' kobor hi madwar biljun kilometru, jew 1016 metru). Definizzjoni Is-sena dawl hi unità tal-kejl tad-distanza (u mhux taż-żmien). L-Għaqda Astronomika Internazzjonali iddefinietha bħala d-distanza li jivvjaġġa foton (jew iżjed sempliċi, id-dawl) fil-vojt, f'sena Ġuljana (jiġifieri 365.25 jum jew 31,557,600 sekonda). Il-veloċità tad-dawl fil-vojt hi kostanti fissa ta' 299,792,458 m/s (madwar 300,000 km/s), sena dawl hi eżatt ugwali għal 9,460,730,472,580.8 km; madwar 9460.730 biljun kilometru li hi ekwivalenti għal 9.460730 Petametru (Pm) jew 9460.730 Terametru (Tm). F'valur arrotondat, sena dawl hi ekwivalenti għal 9.461 Pm jew 9.461x1015m. Użu It-terminu sena dawl jintuża l-iżjed fil-popolarizzazzjoni tal-astronomija biex jesprimi id-distanzi interstellari u intergalattiċi, billi din l-unità tinftiehem faċilment mill-popolin minħabba d-definizzjoni tagħha bħala d-distanza li jivvjaġġa d-dawl fiż-żmien imsemmi. Pereżempju, Proxima Centauri, l-istilla li hi l-eqreb għas-Sistema solari, tinsab 4.22 snin dawl 'il bogħod minnha, il-Galassja ta' Andromeda tinsab madwar 2.5 miljuni snin dawl 'il bogħod mis-Sistema Solari u r-raġġiera ta' Triq ta' Sant'Anna għandha dijametru ta' madwar 10,0000 sena dawl. L-astronomi professjonali rari jużaw it-terminu sena dawl għax jippreferu il-parsec (simbolu pc), unità li ġejja mit-teknika sperimentali għall-kejl tad-distanzi permezz tal-parallassi anwali tal-istilla li jkunu qegħdin josservaw. Parsec hu d-distanza mix-xemx ta' punt fl-ispazju li minnu il-linji għad-dinja u x-xemx jagmlu angolu ta' sekonda tal-ark. Hu ekwivalenti għal madwar 3.26 snin dawl. L-unità astronomika (simbolu ua), ibbażata fuq id-distanz bejn id-dinja u x-xemx, tintuża sikwit, l-iżjed għal oġġetti relativament qrib (fuq l-iskala astronomika). Unita astronomika hi ekwivalenti għal madwar 8.32 minuti dawl u sena dawl hi ekwivalenti għal 63241.077 ua. Irridu noqogħdu attenti li bħalissa hemm valur ieħor li qiegħed jintuża għad-distanza sena dawl:10,000,000,000,000 (għaxart elef biljun) kilometru. Dan il-valur hu interessanti għax wieħed jista' jiftakru faċilment. Min ikun qiegħed jaqra xi artiklu li juża s-sena dawl irid ikun jaf b'din id-differenza (in fatti hemm madwar 5.4 % bejn iż-żewġ valuri). Però, fil-verità, is-sena dawl iżjed tintuża biex turi l-ordni tal-kobor jew id-distanzi approssimati u f'dan il-kuntest id-differenza mhux sinjikattiva. Unitajiet iżgħar Meta nimmoltiplikaw il-veloċità tad-dawl b'xi ħin li nagħżlu, nistgħu niddefinixxu unitajiet oħra li jiġu minn xulxin bħal, pereżempju, is-siegħa dawl li tiġi 1,079,252,848.8km. Nota Ix-xahar dawl ma jintużax billi mhuwiex definit preċiżament: hemm bżonn ngħidu eżatt jekk ix-xahar dawl huwiex pereżempju 30 jum dael jew it-tnax il-parti ta' sena dawl. Din l-unità intrinżikament għandha nuqqas ta' preċiżjoni li hi kbira wisq imqabbla mal-unitajiet astronomiċi l-ohra. L-istitutizzjonijiet uffiċjali ftit ma tantx jinteressawhom dawn l-unitajiet derivati minn sena dawl. Eżempji Il-Qamar jorbita 1.28 sekondi dawl 'il bogħod mid-Dinja]. Id-distanza Dinja - Marte tvarja bejn wieħed u ieħor bejn 3 u 22 minuta dawl. B'mod simili id-dinja torbita 8.32 minuti dawl 'il bogħod mix-xemx. Nettunu (il-pjaneta l-iżjed 'il bogħod mix-xemx) tinsab 4.17 snin dawl 'il bogħod mix-xemx. Imbagħad Plutone jorbita 4.11 sigħat dawl u 6.83 sigħat dawl 'il bogħod mix-xemx. Sal-2013, Voyager 1 kien jinsab 17-il siegħa dawl 'il bogħod mix-xemx. Is-Sħaba ta' Oort, 'il barra mis-sistema solari, qiegħda madwar żewġ snin dawl 'il bogħod mix-xemx. L-eqreb stilla (barra x-xemx), Proxima Centauri, qiegħda 4.22 snin dawl 'il bogħod. Ir-raġġ tal-Univers osservabbli għandu tul ta' madwar 46.6 biljun snin dawl. Ħafna jagħmlu l-iżball komuni u jaħsbu li dan ir-raġġ hu twil 13.6 biljun snin dawl billi l-età tal-univers hi 13.6 biljun sena u li xejn ma jaqbeż il-veloċità tad-dawl. Ir-raġġ tal-univers hu itwal ħafna minn hekk għax irridu nieħdu fil-konsiderazzjoni l-espansjoni intergalattika. Noti u referenzi Astronomija Fiżika Ħin
2596
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lepisma%20saccharina
Lepisma saccharina
Lepisma saccharina huwa insett żgħir li jibża' mid-dawl u m'għandux ġwienaħ. Lepisma saccharina hija magħrufa wkoll bħala l-ħuta fiddiena, u dan minħabba l-kulur griż fiddien li għandha fuq ġisimha. Dan l-insett jgħix fuq il-karboidrati bħaz-zokkor, li jispjega l-oriġini tal-isem xjentifiku. Din l-ispeċi tappartjeni għall-ordni Thysanura, u ilha teżisti għal dawn l-aħħar 300 miljun sena. Referenzi Ħoloq esterni Thysanura Insetti
2623
https://mt.wikipedia.org/wiki/Assedju%20ta%27%20Malta
Assedju ta' Malta
L-Assedju ta' Malta jista' jirreferi għal: L-Assedju ta' Malta, 1565, seħħ meta l-Imperu Ottoman invada l-gżira, li dak iż-żmien kienet taħt il-ħakma tal-Kavallieri ta' San Ġwann. L-Assedju ta' Malta, 1940, kien attakk mill-Potenzi ta' l-Assi fuq l-Ingliżi li kellhom il gżira kolonja tagħhom fiż-żmien tat-Tieni Gwerra Dinjija.
2624
https://mt.wikipedia.org/wiki/Assedju%20ta%27%20Malta%20%281565%29
Assedju ta' Malta (1565)
L-Assedju ta' Malta, magħruf ukoll bħala l-Assedju l-Kbir seħħ fl-1565 meta l-Imperu Ottoman attakka l-Gżejjer Maltin li dak iż-żmien kienet taħt idejn il-Kavallieri ta' San Gwann. L-assedju dam kważi erba' xhur, bejn it-18 ta' Mejju sal-11 ta' Settembru 1565. Fit-18 ta' Mejju 1565, il-flotta Ottomana mmexxija minn Mustafa Paxà, kmandant tal-armata u Pjali Paxà l-ammiral tal-flotta waslet qrib il-kosta ta' Malta. Minn hawn beda l-Assedju l-Kbir li dam sejjer għal 145 jum. Wara l-waqgħa ta' Tripli, fl-1551, u l-attakk fuq Għawdex fl-istess sena, l-Ordni fittex li jikkonsolida d-difiża ta' madwar il-Port il-Kbir. Ġie deċiż li jinbnew postazzjonijiet difensivi ġodda. Fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-Isla nbena l-Forti San Mikiel. u s-swar li jipproteġu l-Isla min-naħa li tħares lejn Kordin. Mal-Forti Sant'Iermu, li dak iż-żmien kien sempliċement torri żgħir, inbniet fortizza mdaqqsa li setgħet takkomoda ġwarniġjon ta' mitt suldat, u f'każ ta' gwerra anki aktar minn hekk. Il-perimetru tal-Birgu fuq in-naħa tal-Kalkara kif ukoll dak li jħares lejn in-Nofsinhar, ġew imdawra minn linja ta' difiża. Is-swar tal-Imdina u l-Kastell tar-Rabat, Għawdex tħallew f'idejn il-kunsilli amministrattivi rispettivi tagħhom biex ikunu rranġati mill-aħjar li setgħu. Sa mill-1557 kienu bdew jinxterdu x-xnigħat li t-Torok kienu se jattakkaw lil Malta. Jekk mhux għal ħaġa oħra, dan l-attakk kellu jsir biex is-Sultan Tork jikkastiga u jrażżan l-Ordni ta' San Ġwann talli l-Kavallieri baqgħu jattakkaw il-bastimenti Torok u dawk Musulmani. Dawn l-atti ta' piraterija kienu jsiru biex l-Ordni ta' San Ġwann jaħtaf l-merkanzija, l-armi u l-iskjavi biex dawn jinbiegħu. It-tieni raġuni kienet li s-Sultan kien konxju li jekk Malta taqa' taħt idejh, l-Imperu Ottoman kien ikun għamel akkwist ieħor biex jikseb post strateġiku f'nofs il-Mediterran minn fejn il-qawwa Torka setgħet tattakka l-Punent tal-Ewropa, u għaldaqstant l-Imperu Spanjol. Id-deċiżjoni finali mill-Porte Sublimi li jattakka lil Malta ttieħdet f'Ottubru 1564. Diġà fl-ewwel xhur tal-1565, l-ispjuni tal-Ordni f'Kostantinopli kienu qed iwasslu informazzjoni lil De Valette, li kien hemm ħafna preparamenti għaddejja fl-arsenali u fit-tarzni tat-Torok, u għaldaqstant l-attakk fuq il-Gżejjer Maltin kien jidher wieħed imminenti. De Valette talab lil diversi mexxejja Insara, l-aktar lill-Imperatur Filippu II, u lill-Papa Piju IV, għall-għajnuna. Huwa bagħat ukoll komunikazzjoni lill-Kavallieri kollha tal-Ordni ta' San Ġwann, imferrxa f'bosta pajjiżi, biex jiġu Malta sabiex jiddefendu l-interessi tal-Ordni. Preparazzjonijiet għall-Assedju l-Kbir Sal-bidu ta' Mejju 1565, tmintax-il jum qabel ma beda l-assedju, l-Ordni ta' San Ġwann kien jista' jgħodd mad-9,000 suldat, bejn truppi merċenarji, voluntiera barranin u suldati Maltin. Mijiet ta' kavallieri tal-Ordni waslu Malta, u b'kollox dawn issa kienu jgħoddu mas-600. Sal-10 ta' Mejju, truppi Spanjoli, ġellieda professjonali (it-tercios), li kienu ntbagħtu minn Filippu II, waslu Malta wkoll. Fl-ewwel jiem ta' Mejju, saru l-aħħar preparamenti biex il-Port u l-madwar ikunu protetti bl-aħjar mod, minkejja n-nuqqas ta' nies biex jaħdmu u l-finanzi stretti; bejn il-ponta tal-Isla u dik tal-Birgu ddendlet katina fil-baħar biex twaqqaf lix-xwieni tal-għadu milli jidħlu 'l ġewwa minn hemm lejn id-daħla ta' Bormla. Ħarġet ordni biex il-merħliet kollha ta' madwar it-Tlett Ibliet jiddaħħlu wara s-swar tal-Birgu biex dawn ma jaqgħux f'idejn l-għadu. Barra minn hekk, il-Forti San Mikiel u s-swar tal-Isla kellhom id-difiżi tagħhom rinfurzati b'diversi modi. Żbark tal-Forzi Torok - 18 ta' Mejju 1565 Fit-18 ta' Mejju, il-flotta Ottomana, magħmula minn bosta mijiet ta' bastimenti ta' kull għamla waslet qrib il-kosta ta' Malta. Din kienet qed iġġorr madwar 30,000 raġel. In-numru eżatt hu diskutibbli peress li xi storiċi kontemporanji tal-Assedju jsostnu li kienu aktar, filwaqt li oħrajn isostnu li dawn kienu inqas. Abbord dawn il-bastimenti kien hemm 'l fuq minn 6,000 Ġannizzaru (truppi ġellieda mill-aqwa), u 6,000 Sipahis (arċiera). Ma' dawn kien hemm gwerriera oħra, qaddiefa u eluf ta' awżiljari li kienu mqabbda jġorru l-provvisti. Dan apparti l-inġiniera li fost affarijiet oħra xogħolhom kien li jħaffru t-trinek tad-difiża u l-mini taħt l-art biex jippenetraw is-swar u jisploduhom. It-Torok kellhom ukoll erba' bażiliski, kanuni enormi li kienu jisparaw balal ta' 'l fuq minn 80 libbra. Dawn it-truppi kollha kienu mmexxija minn Mustafa Paxà, il-kmandant tal-armata, u Pjali Paxà, il-kmandant tal-flotta. Dakinhar tal-wasla tagħhom, madwar 3,000 suldat u oħrajn niżlu l-art, f'Marsaxlokk u f'Marsaskala. Dawn immarċjaw minnufih lejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun. Xi bastimenti żbarkaw it-truppi tagħhom fil-Bajja tal-Ġnejna. Sal-20 ta' Mejju, il-bqija tat-truppi kienu niżlu kollha l-art, u sal-21 ta' Mejju twaqqaf arsenal ta' armi u munizzjon qrib iż-Żejtun. Il-maġġoranza tat-truppi ħaffew lejn il-Marsa fejn hemm armaw it-tined u stabbilew il-kwartieri prinċipali tagħhom. Oħrajn ippożizzjonaw ruħhom fuq l-Għolja ta' Santa Margarita, Bormla, u fil-pront immiraw il-kanuni tagħhom lejn il-belt ċkejkna tal-Birgu. Tħejjijiet għall-attakk fuq il-Forti Sant'Iermu Fil-jiem ta' wara, ammont imdaqqas ta' truppi telgħu lejn l-Għolja Sciberras iġorru magħhom kanuni kbar u żgħar. L-intenzjoni tat-Torok kien li l-assedju jibda billi jkun attakkat u mirbuħ il-Forti Sant'Iermu, u wara jattakkaw l-Isla u l-Forti Sant'Anġlu. B'hekk it-Torok setgħu jakkwistaw il-ponta strateġika ta' tarf din il-peniżola ħalli jdaħħlu u jirmiġġaw l-bastimenti tagħhom mingħajr biża' fil-Port ta' Marsamxett. Mill-ewwel bdew xi bumbardamenti żgħar fuq il-Forti Sant'Iermu. Min-naħa tiegħu l-Ordni issa kien bagħat mal-400 suldat armat bl-azzarini u arkibusi biex isaħħu d-difiża tal-Fortizza. Sant'Iermu kien armat b'bosta kanuni ta' kull kwalità. Daqs sena qabel, l-Ordni kien bena ravellin lil hinn mill-fortizza, speċi ta' bastjun, fuq in-naħa ta' Marsamxett. Dan kien intenzjonat li minn fuqu d-difensuri ta' Sant'Iermu jisparaw bl-arkibusi lejn l-għadu qabel ma dan iqarreb lejn il-fortizza minn dawk in-naħat. Il-gwarniġġjon tal-Forti kien immexxi mill-gvernatur Fra Giovanni d'Eguaras. Jibdew l-attakki feroċi Fit-28 ta' Mejju, bdew l-ewwel bumbardamenti massiċċi fuq Sant'Iermu, li damu sejrin sigħat sħaħ. Il-ħsejjes tal-kanuni damdmu lil kull min semagħhom u l-balal bdew bil-mod il-mod iwaqqgħu il-ħitan li jħarsu lejn l-għolja u lejn il-kanuni tal-għadu. Il-balal kienu jvarjaw minn dawk żgħar ta' 45 libbra (20 kilogramma) għal oħrajn ta' tmenin libbra u anki akbar. F'mumenti minnhom il-bumbardamenti kienu jieqfu, biex mijiet ta' suldati Torok jassaltaw il-Forti b'taħlita ta' armi tal-idejn, fosthom arkibusi, lanez u vleġeġ. Xi wħud ġarrew is-slielem biex kif jaslu taħt il-fortizza dawn jittantaw jitilgħu mas-swar u jassaltaw lid-difensuri. Fit-2 ta' Ġunju, il-kursar famuż, Turgut Rais, (magħruf ukoll bħala Dragut) żbarka f'Malta. Anki jekk Turgut ma kellu l-ebda rikonoxximent formali mis-Sultan Tork bħala mexxej, huwa tant kien magħruf għall-kapaċitajiet ta' gwerrier gwapp li mill-ewwel ġie rikonoxxut miż-żewġ mexxejja tal-assedju, Pjali Paxà u Mustafa Paxà bħala l-kap de facto. Dan anki għaliex iż-żewġ kmandanti kienu kelb u qattus fl-imġiba ta' bejniethom. Fl-ewwel jiem tal-bumbardamenti, is-swar kienu diġà ġarrbu ħafna ħsara. Fil-lejl tat-3 ta' Ġunju, it-Torok, wara ħafna bumbardamenti, telgħu inkiss inkiss mas-sur tar-ravelllin li l-Ordni kien bena maqtugħ għalih b'ċerta distanza mill-forti, u bi ftit ġlied irnexxielhom jaħtfu dan il-post ta' diviża f'idejhom. B'konsegwenza ta' hekk it-Torok akkwistaw post vantaġġuż mill-aqwa biex ikomplu bl-assedju tagħhom fuq il-Forti Sant'Iermu. Sfortunatament meta nbena dan ir-ravellin apparti li ma kienx b'saħħtu biżżejjed biex jirreżisti l-attakki, kellu ċertu għoli li għalkemm tajjeb biex tispara minn fuqu lejn l-għadu fit-trunċieri, ġaladarba jaqa' f'idejn l-għadu, kien iservi ta' vantaġġ għall-għadu għax seta' jispara fuq id-difensuri wara s-swar. Bi ftit ta' żidied fuq ir-ravellin it-Torok bnew difiża fuq dan ir-armaw sistema ta' difiża vantaġġjuża biex minn hemm jisparaw fuq l-istess livell tas-suldati tal-Ordni. Il-Balliju de Negropont bin-nies tiegħu ħareġ minn wara s-swar biex jerġa' jieħu r-ravellin f'idejh iżda ma rnexxielux għax ir-ravellin issa kien miżgħud bil-Ġanissari. Matul il-ġranet ta' wara, il-bumbardamenti komplew ħraxu. Ma' dawn kien hemm bosta attakki mill-Ġannizzari. Magħhom kienu jimmarċjaw ukoll tat-tnabar, tat-trombi u dawk biċ-ċimbli, kulħadd jgħajjat u jwerżaq kemm jiflaħ biex iwerwru d-difensuri. In-numri kbar tagħhom, madankollu, ma kinux biżżejjed biex jirbħu lid-difensuri wara l-ħitan tal-fortizza. Konsegwentement, esposti kif kienu, in-numru tal-imwiet tagħhom kien enormi. Fjum minnhom, fl-10 ta' Ġunju, inqatlu daqs 1,000 Tork; filwaqt li fl-attakk tal-15 ta' Ġunju nqatlu madwar 400 suldat Tork; fis-16 ta' Ġunju 1,000 suldat ieħor tilfu ħajjithom, u fit-22 ta' Ġunju mietu daqs 2,000 ruħ u sfaw feruti mal-4,000 ruħ. Wieħed dejjem irid jiddubita kemxejn dawn iċ-ċifri esorbitanti għaliex min kien jikteb seta' kien qed jipprova jenfasizza l-eroiżmu u r-rebħiet tal-Ordni billi jesaġera n-numru tat-telfiet kbar tal-għadu. Skont l-istess storiċi kontemporanji tal-Assedju l-Kbir, id-difensuri wkoll sofrew bit-telf ta' suldati u ta' kavallieri tal-Ordni, biss dawn kien ċiefri ħafna iżgħar. Id-difensuri kienu jkunu rrinforzati minn truppi ġodda li De Valette kien ta' spiss jibgħat minn Sant'Anġlu biex ipattu għat-tellfiet. Madankollu, jum wara l-ieħor il-bumbardamenti u l-attakki tal-għadu bdew dejjem jiħraxu u jħallu l-effett tagħhom, u l-moral u l-enerġija fiżika tad-difensuri kienu qed jonqsu ġmielhom. Fit-18 ta' Ġunju, waqt wieħed mill-bumbardamenti, Turgut Rais intlaqat f'nasu mit-tifrik li tar għal fuqu meta bomba laqtet blata fil-qrib. Hu miet ftit jiem wara, fl-istess jum li Sant'Iermu ntrebaħ mit-Torok. Fit-23 ta' Ġunju, lejlet il-festa ta' San Ġwann, sar attakk ieħor mit-Torok li dam sejjer erba' sigħat. Kien f'dan l-attakk enormi li wassal għat-telfa ta' Sant'Iermu. Il-Ġanizzari daħlu minn fuq it-tifrik tas-swar malajr u għelbu l-għadd żgħir ta' difensuri li kien għad fadal fuq saqajhom. Ħafna minn dawn is-superstiti kienu ġew maqtula fuq il-post waqt li oħrajn ittieħdu priġunieri u nbiegħu bħala skjavi. L-assedju kollu fuq il-Forti Sant'Iermu kien dam mas-26 jum u sewa prezz għoli, kemm għall-għadu kif ukoll għall-Ordni. Jingħad li t-Torok tilfu mill-inqas 6,000 suldat, inkluż nofs l-unità tal-Ġannizzari. Min-naħa tal-Ordni, madwar 1,500 difensur, li kienu jinkludu 89 Kavallier tal-Ordni, kienu nqatlu. L-għada ta' din ir-rebħa, Ochali Fartas, kursar famuż mit-Tramuntana tal-Afrika li kien ukoll involut fl-assedju, baħħar lejn Tripli biex jakkwista aktar munizzjon, u biex jidfen il-ġisem ta' Turgut Rais. Issa li l-bandiera Torka kienet qed tittajjar fuq il-Forti Sant'Iermu, u x-xwieni Torok kienu f'Marsaxmett, il-kmandanti setgħu jikkonċentraw fuq il-pjan li jmiss, l-attakk fuq il-Forti San Mikiel u l-Birgu. Is-sokkors iż-żgħir Waqt li t-Torok bdew jippreparaw biex jattakkaw l-Isla u l-Birgu, fit-2 ta' Lulju waslet armata ta' 700 mitt suldat minn Sqallija. Din kienet tikkonsisti minn suldati Spanjoli, Taljani, Sqallin 20 kanunier u 40 kavallier tal-Ordni, kollha immexxija mill-Kurunell Melchior de Robles. Mal-iżbark f'San Pawl il-Baħar, it-truppi mmarċjaw minnufih lejn l-Imdina. Imbagħad minn hemm De Robles mexxa lit-truppi tiegħu tul l-irdumijiet tan-Nofsinhar ta' Malta, biex jevita t-truppi Torok, għadda minn ħdejn Ħal Kirkop u aktar 'l isfel lejn il-Lvant biex fl-aħħar wasal il-Kalkara. Minn hemm it-truppi qasmu bid-dgħajjes għall-Birgu biex daħlu ġewwa s-swar minn passaġġ (sally port) illum magħrufa bħala t-Toqba tal-Birgu. Jibda l-attakk massiv fuq l-Isla It-truppi Torok u l-bumbardiera bil-kanuni tagħhom, ħlief għal xi ftit, irtiraw minn fuq l-Għolja Sciberras u marru lura fil-kamp prinċipali tagħhom il-Marsa. Issa l-inġiniera bdew iħaffru t-trinek ta' difiża u jiffurmaw pjattaformi għall-kanuni fuq l-għolja ta' Kordin, ftit mijiet ta' metri biss 'il bogħod minn naħa tal-Punent tal-Isla, kif ukoll ħejjew irwieħhom fuq l-għoljiet periferiċi ta' Bormla. Ġewwa, lejn l-Marsa bdew jitniżżlu mal-100 dgħajsa ta' ċertu kobor fil-baħar bi tħejjija għall-attakk kontra l-Isla minn dik in-naħa. Sadanittant kienu bdew xi bumbardamenti fuq l-Isla. De Valette kien ħalla id-difża tal-Forti San Mikiel u tal-Isla f'idejn il-kavallieri tal-Lingwa Taljana, taħt il-kmand ta' Pietro del Monte, (l-istess kavallier li wara l-mewt ta' De Vallette laħaq Gran Mastru). Bejn il-Birgu u l-Isla tqiegħed pont magħmul minn twavel tal-injam marbutin, jgħumu f'wiċċ l-ilma biex minn fuqhom ikunu jistgħu jaqsmu t-truppi tal-Ordni f'kull ħin kif meħtieġ. L-ewwel attakk kbir fuq l-Isla mit-Torok seħħ fil-5 ta' Lulju u wara dan kien hemm oħrajn. Fil-15 ta' Lulju, eluf ta' Ġanizzari rikbu d-dgħajjes mill-Marsa u qaddfu lejn l-Isla. Il-bumbardiera Torok fetħu n-nar kemm mill-għolja ta' Kordin kif ukoll mill-għoljiet ta' Bormla. Id-difensuri sparaw tiri ta' kanuni fuq id-dgħajjes li kienu qed joqorbu, u rnexxielhom jgħerrqu lil ħafna minnhom. Bosta mill-Ġannissari li kienu fuqhom inqatlu f'dan l-attakk qabel ma setgħu jinżlu l-art. Fl-istess ħin truppi Torok oħra avviċinaw il-Forti San Mikiel min-naħa tal-art, l-aktar bħala manuvra finta biex ifixklu l-attenzjoni tad-difensuri mill-attakk ta' fuq il-baħar. Daqs għaxra mid-dgħajjes il-kbar tal-Ġannizzari qaddfu lejn il-ponta tal-Isla, dik il-parti li tħares lejn il-Birgu biex jippruvaw iqaċċtu l-katina li kienet taqsam il-bajja ta' Bormla. Biss hawn sabu lil stakkament ta' suldati taħt il-kmand ta' Fra de Guiral moħbija taħt is-swar li sparaw għal fuqhom u qatlu ħafna mill-Ġannizzari. Bi tweġiba għal dan l-attakk feroċi, De Valette bagħat lil Kaptan Romegas u uffiċjali oħra bis-suldati tagħhom lejn l-Isla. Dawn qasmu minn fuq il-pont li kien inbena ftit qabel fil-baħar u ppustjaw ruħhom fuq is-swar qrib il-fortizza ta' San Mikiel. Kien dan il-kontinġent u dak ta' De Guiral li salvaw is-sitwazzjoni għax it-Torok kienu qegħdin minn fuq. Il-bumbardamenti wara dakinhar ma waqfu xejn. Mit-22 sas-27 ta' Lulju kuljum seħħu aktar bumbardamenti feroċi oħra fuq l-Isla. Ma' dan kien hemm ieħor għaddej fuq il-Birgu. Intużaw erbatax-il batterija minn fuq l-għoljiet ta' madwar dawn is-swar. Bejniethom it-Torok kellhom mas-60 kanun ta' kull tip. Dawk ta' fejn is-San Salvatur fuq l-għoljiet tal-Kalkara kienu qed jattakkaw lis-swar li jħarsu lejn il-Kalkara, magħrufa bħala Ta' Kastilja. Issa, l-inġiniera Torok bdew ukoll jittantaw iħaffru mina taħt is-swar tal-Isla, qrib fejn kien ippożizzjonat De Robles bit-truppi tiegħu, bl-intenzjoni li jisplodu l-isplussivi u jtajru s-swar. It-tħaffir baqa' għaddej għal ġranet sħaħ, iżda eventwalment, id-difensuri ndunaw x'kien qed jiġri u dawn ħaffru mina oħra min-naħa tagħhom biex ilaqqgħuha ma' dik tat-Torok u jattakkawhom minn hemm. Attakki fuq l-Isla u l-Birgu Il-bumbardamenti kostanti mit-Torok kienu kbar mhux biss fuq l-Isla iżda wkoll fuq il-Birgu. Mid-9 ta' Lulju, it-Torok kienu bdew jisparaw bil-kanuni tagħhom minn fuq l-Għolja tas-Salvatur (mhux wisq 'il bogħod minn fejn illum nafuh bħala Bighi). Bejn it-22 ta' Lulju u s-27 ta' Lulju żdiedu bil-kwantità u bl-intensità l-attakki fuq il-Birgu u l-Isla. Fit-2 ta' Awwissu, it-Torok nedew attakk ta' bosta sigħat fuq il-Forti San Mikiel. Dakinhar mietu madwar 600 suldat Tork filwaqt li d-difensuri tilfu 40 ruħ. Għal darb'oħra, fis-7 ta' Awwissu, 12,000 suldat attakkaw kemm is-swar tal-Isla kif ukoll dawk tal-Birgu simultanjament. F'din il-ġurnata, De Valette b'kontinġent żgħir mar personalment jgħin lid-difensuri fuq il-post ta' Kastilja biex jgħin għax l-għadu li kienu għoddu għeleb lis-suldati difensuri. Il-ġlied baqa' sejjer mad-disa' sigħat. F'daqqa waħda, mingħajr ħadd ma jaf għaliex, it-truppi Torok bdew jirtiraw mill-front u jaħarbu lura lejn il-Marsa. Kulħadd baqa' mbellaħ b'dan l-aġir għax l-għadu kien minn fuq. Mingħajr ma ħadd induna, armata magħmula minn mitt suldat fuq iż-żwiemel immexxija mill-kavallier tal-Ordni Mesquita, u daqs mitt suldat tal-infanterija mmexxija mill-kavallier de Lugny kienu niżlu fil-kamp Tork li dak il-ħin kien nieqes mis-suldati għassiesa. Il-qawwa tal-Ordni ħasdet lil kulħadd u qatlet bosta suldati li kien hemm fil-kamp, l-aktar dawk li kienu qed jirkupraw mill-feriti. Fl-attakk, il-qawwa tal-Imdina tat in-nar lit-tined. It-truppi Torok ta' madwar l-Isla u l-Birgu raw id-dħaħen tan-nar u malajr daħħluha f'rashom li kienet waslet armata mdaqqsa minn Sqallija. Fil-ġenn tal-mument it-truppi Torok abbandunaw il-pożizzjonijiet vantaġġużi li kienu kisbu u ġrew lura lejn il-Marsa. Meta sabu dik il-ħerba fil-kamp tagħhom, bħala tpattija t-Torok telgħu bil-gwarniġġjoni tagħhom lejn ir-Rabat biex jattakkaw l-Imdina. Biss, meta waslu hemm il-kanuni tas-swar tal-Imdina fetħu n-nar fuqhom u dawn malajr kellhom jerġgħu lura minn fejn ġew. Matul ix-xahar kollu ta' Awwissu seħħu aktar bumbardamenti u attakki tal-infanterija fuq is-swar tal-Birgu u tal-Isla. Il-parti tas-swar tal-Isla fejn kienu stazzjonati t-truppi ta' De Roble u s-swar ta' Kastilja fil-Birgu kienu l-aktar li sofrew. De Roble nnifsu ntlaqat minn tir ta' arkibus u miet. Kien hemm diversi tentattivi biex jitħaffru mini taħt is-swar taż-żewġt ibliet iżda d-difensuri ta' fuq is-swar indunaw bihom u attakkaw lill-invażuri fil-ħin biex jisfrattawlhom il-pjanijiet tagħhom li jisplodu l-fortizzi. Wieħed mill-agħar attakki seħħ fl-20 ta' Awwissu. Fit-30 ta' Awwissu, Mustafa Paxà ordna attakk massiv ieħor fuq l-Isla. Dan ukoll spiċċa fix-xejn. Wara dan l-attakk ma sarux attakki oħra kbar u l-qawwa tal-Ordni baqgħet wara s-swar tistenna. Kien bħallikieku ż-żewġ għedewwa għejjew u issa bdiet tmurilhom il-ħeġġa li jkomplu jiġġieldu. Wasla tas-sokkors il-kbir - Irfigħ tal-Assedju Fil-fatt hekk ġara. Sal-aħħar ta' Awwissu, il-moral tat-Torok kien qed imajna ġmielu. Uħud mill-ġenerali Torok kienu qatgħu qalbhom li l-assedju kien se jintemm b'suċċess. Mument minnhom, madwar 60 mirkeb Tork dehru jabbandunaw l-assedju u parpru 'l hinn. Mustafa baqa' jsostni li l-assedju għandu jitkompla. Iżda t-truppi Torok kienu qed ibagħtu minn nuqqas ta' munizzjon u provvisti tal-ikel, kif ukoll mis-sħana oppressiva ta' Awwissu. Finalment, fis-7 ta' Settembru, l-armata l-kbira ta' Don Garcia de Toledo magħmula minn madwar 10,000 suldat waslet Malta. Dawn bdew minnufiħ neżlin l-art fil-Bajja tal-Mellieħa. Bħalma għamlet il-qawwa ta' qabilhom f'Lulju, it-truppi mmarċjaw immedjatament lejn l-Imdina u stazzjonaw ruħhom barra s-swar, fir-Rabat. Ladarba t-truppi żbarkaw, ix-xwieni vojta Nsara salpaw 'il barra mill-Port il-Kbir biex juru lil De Valette li l-għajnuna militari tant mistennija kienet waslet; fl-istess ħin, De Toledo ried juri lill-għadu li issa kien hawn forza militari li wieħed kellu jibża' minnha u li l-għadu issa kien aħjar għalih li jdabbar rasu 'l hemm. Il-bastimenti ta' De Toledo mbagħad baħħru lura lejn Sqallija. Din il-wirja ta' saħħa kellha l-effett mixtieq. L-għada, it-8 ta' Settembru, il-kmandanti Torok ordnaw lit-truppi tagħhom biex iżarmaw it-tined u jimmarċjaw lejn l-Għolja Sciberras, apparentement bi tħejjija biex jimbarkaw abbord ix-xwieni tagħhom li kienu rmiġġati fil-Port ta' Marsamxett. B'hekk l-assedju fuq il-bliet tal-port imbagħad twaqqaf. Madankollu, wara ftit, deher li kienet saret bidla fil-pjanijiet. Fil-11 ta' Settembru, il-bastimenti Torok telqu minn Marsamxett mingħajr wisq truppi abbord, u baħħru tul il-kosta tal-Majjistral lejn San Pawl il-Baħar. Dan kien ifisser li l-kmandanti beżgħu li l-flotta tista' tinqabad f'Marsamxett taħt il-mira tal-kanuni tiegħu tal-għadu mill-art. It-truppi Torok għalhekk abbandunaw l-Għolja Sciberras u mmarċjaw fl-istess direzzjoni tal-Majjistral. Jidher li l-ġenerali Torok ma ridux jiġu mrekkna fuq il-peniżola tal-Għolja ta' Sciberras mill-armata ta' Don Garcia. It-Torok għażlu t-terren aktar miftuħ u għalhekk qorbu lejn l-għoljiet tan-Naxxar fejn setgħu jżommu l-aħjar pożizzjoni. B'dan il-mod kienu wkoll qed joqorbu lejn ix-xwieni tagħhom li issa setgħu jgħabbu lit-truppi minn San Pawl il-Baħar. Il-kmandanti ta' Don Garcia raw dak li kien qed jiġri mis-swar tal-Imdina u ddeċidew li jinżlu minnufiħ biex jattakkaw lit-Torok. Kontinġent militari mdaqqas mmarċja 'l isfel lejn il-Mosta tul il-pjanuri baxxi biex wasal qrib in-Naxxar. Hawnhekk seħħ konfront militari mdemmi. It-truppi Spanjoli u Taljani li kienu għadhom mimlijin b'enerġija u b'entużjażmu mill-ġlied avvanzaw faċilment u attakkaw minnufih. It-Torok eżawriti u demoralizzati ma damux ma bdew jirtiraw b'mod diżordinat, bosta minnhom billi jaqbżu l-ħitan tas-sejjieħ biex jiġru kemm jifilħu lejn ix-xwieni tagħhom sabiex jimbarkaw u jdabbru rashom. Dakinhar stess billejl, l-armata Torka, jew aħjar dak li kien fadal minnha, salpat bil-moħbi minn San Pawl il-Baħar fid-direzzjoni ta' Istanbul. Bastimenti oħra ħadu r-rotta lejn in-Nofsinhar biex jirritornaw fil-bażijiet tagħhom fit-Tramuntana tal-Afrika. L-istoriċi kontemporanji ta' dan l-assedju sostnew li matul l-assedju, it-Torok tilfu sa tliet darbiet in-numru tas-suldati Maltin u l-kavallieri tal-Ordni. Xorta waħda, l-Ordni u l-Maltin magħhom kienu ġarrbu telfiet kbir. Wara l-Assedju Issa kien wasal iż-żmien li l-Gran Mastru u s-segwaċi tiegħu jiddeċiedu jekk jerġgħux jibnu l-fortifikazzjonijiet imfarrka jew jabbandunawx lil Malta darba għal dejjem. Wara l-pożizzjoni erojka u r-rebħa miksuba, l-Ordni kien imħeġġeġ mill-mexxejja tal-pajjiżi Nsara, l-aktar mill-Papa u mill-Imperatur Filippu ta' Spanja, biex il-kavallieri jibqgħu f'Malta. Dan għaliex l-assedju wera kemm kienet importanti il-preżenza tal-Ordni, u d-difiża ta' Malta minn xi attakk tat-Torok fin-Nofssinhar tal-Ewropa. Id-deċiżjoni finalment ittieħdet minn De Valette u sħabu li l-Ordni għandu jibqa' Malta. Biss, biex jagħmlu hekk kien meħtieġ li kemm jista' jkun malajr tinbena fortizza enormi biex tipproteġi kemm il-Port il-Kbir kif ukoll dak ta' Marsamxett. Hekk sar u bis-saħħa ta' hekk inbniet belt ġdida li saret tissejjaħ il-Belt Valletta, il-belt kapitali l-ġdida ta' Malta. Biblijografija Bonello Giovanni, 'Unpublished Document from Ragusa about the Great Siege of Malta', Histories of Malta, Mysteries and Myths. Bonello Giovanni, 'An Overlooked eyewitness's account of over the Great Siege'. Histories of Malta - Versions and Diversions. Bradford Ernle, The Shield and the Sword - The Knights of Malta. Fontana Books. 1972. Bradford Ernle, The Great Siege - 1565. Penguin. 1970. Bonello Givoanni, 'German Soldiers for the Great Siege', The Sunday Times of Malta, April 6, 2008. Bonello Giovanni, 'Great Siege, small morsels', Histories of Malta, Vol. 9 - Confessions and Transgressions. Cassar George, The Great Siege, 1565 - Separating fact from fiction. Sacra Militia Foundation.2005. De Giorgio Roger, A City by an Order. Progress Press Co. Ltd. 1985. Ellul Joseph, 1565 - The Great Siege of Malta. Studiografik Ltd / Gutenberg Press. Ellul Michael, Fort St Elmo - Malta - A brief history. Progress Press. 1988. Lockhead Ian C., 'A pictorial account of the Siege of Malta'. Flair, no 27. May 2010. Pickles Tim, Malta 1565 - Last Battle of the Crusades Osprey Publishing Ltd. 1988. Stephen Spiteri, The Great Siege - Knights vs Turks - mdlxv. Gutenberg Press. 2005. Thake Robert, 'A large unexplored account of the Great Siege'. Treasures of Malta, No. 52, il-Milied 2018, Vol. 11, No. 1. Patrimonju Malti. Ara wkoll "Il-Għanja tar-Rebħa" – poeżija ta' Dun Karm Psaila Ħoloq esterni Storja tal-Ordni ta' San Ġwann Dokumentarju dwar dan l-assedju The Crescent and the Cross fuq BBC Referenzi Ordni Militari Sovran ta' Malta Storja ta' Malta 1565
2676
https://mt.wikipedia.org/wiki/Id-Dinja
Id-Dinja
Id-Dinja (), il-pjaneta li fiha ngħixu aħna l-bnedmin, hija it-tielet waħda 'l hinn mix-Xemx. Fl-ispażju, id-Dinja tidher ta' lewn ikħal skur u ovvjament xi linji bojod dejjem jinbidlu, li huma l-isħab. Il-kulur il-blu ġej mill-ilma likwidu li jieħu 70% tas-superfiċi terrestri. Il-preżenza ta' dawn l-oċeani għandha effett essenzjali għall-ħajja fuq id-Dinja. Is-simbolu astronomiku tad-Dinja huwa ċirku u fl-intern tiegħu salib. Il-linja orizzontali tirrappreżenta l-ekwatur, waqt li dik vertikali l-meridjan (Unicode: 🜨). Kompożizzjoni interna Bħall-pjaneti l-oħra, id-Dinja għandha l-qalba. Din il-qalba hija maqsuma fi tnejn, dik ġewwinija u dik ta' barra. Il-qalba ġewwinija hija magħmula l-aktar minn ħadid solidu u xi nikil u fonda biss 1,200 km (740 mil). Din il-qalba imbagħad hija mdawra bil-qalba barranija li hi magħmula minn ħadid imdewweb u hi ħarira inqas densa mill-ħadid imdewweb pur billi x'aktarx jinsabu xi 10% ta' elementi oħrajn bħall-kubrit u saħansitra l-ossiġenu. Il-qalba hija l-iżjed ħaġa densa li tinsab fid-Dinja u tagħmel terz tal-massa tad-Dinja. Fuq il-qalba hemm iż-żona ta' tranżizzjoni: strat ta' bejn 200 u 300 km (120 u 190 mil) li huwa magħruf bħala "D". Din id-"D" tvarja kimikament kemm mill-qalba kif ukoll mill-mantell tad-Dinja. Il-materjal li hemm fih jista' jkun li hu materjal li kien maħlul mill-qalba jew inkella skula mill-mantell waqt li d-Dinja kienet għadha qed tifforma. Il-qalba ġewwinija (solida) Il-qalba ta' barra (likwida) Mantell Il-Mantell ta' Fuq Litosfera Krosta (Qoxra ta' Barra) Il-Mantell t'isfel (3) tagħmel 50% tal-massa tad-Dinja u hu kompost primarjament basalt, siliċju u manjeżju, u ossiġenu. Wisq probbabli fiha wkoll xi traċċi ta' ħadid, kalċju u aluminju. Bejn il-Mantell t'isfel u dak ta' fuq (4) tinsab iż-Żona ta' Tranżizzjoni, wiesgħa 200 km- (120 mil-). Iż-żona tikkonsisti primarjament minn kalċju u aluminju. Il-mantell ta' fuq hu wisa xi 400km- (250 mil-). Il-krosta (6) hi komposta minn minerali ta' densita' baxxa bħal l-ossidu tas-siliċju u tvarja mill-ħxuna ta' 10 km- (6 mili-), krosta oċejanika, għal 50 km- (30 mil-) tal-krosta kontinentali. L-iskema li ġejja tiġbor fiha il-profonditajiet u l-karatteristika prinċipali għad-definizjoni tal-varji qxur li jagħmlu d-Dinja: 0-30/35 km -- Krosta (proprjetajiet kimiċi) 0-60 km -- Litosfera (proprjetajiet fisiċi) 60-700 km -- Astenosfera jew Mantell ta' fuq (proprjetajiet fisikċi) 30/35-2900 km -- Mantell (proprjetajiet kimiċi u fisiċi) 700-2900 km -- Meżosfera (proprjetajiet fisiċi) 2900-5100 km -- Nukleju estern jew Qalba ta' barra (proprjetajiet kimiċi u fisiċi) 5100-~6375 km -- Nukleju intern jew Qalba ġewwinija (proprjetajiet kimiċi u fisiċi) Qamar Id-Dinja għandha satellita naturali waħda li hija l-Qamar. Il-Qamar huwa satellita li tixbaħ lil Pjaneti terrestri. Id-dijametru tiegħu huwa madwar kwart ta' dak tad-Dinja. Is-satelliti naturali tal-pjaneti l-oħra huma wkoll msejħa qmura għall-qamar terrestri. Il-ġibda gravitazzjonali tal-Qamar fuq id-Dinja tikkawża l-frugħ u l-mili tal-baħar. L-istess effett fuq il-Qamar jikkaġuna l-qofol tidali: il-perijodu rotazzjonali tiegħu u ż-żmien li huwa jieħu biex jorbita madwar id-Dinja huma maqfulin flimkien, jiifieri huma l-istess. Min ħabba dan, dejjem naraw l-istess parti ta' wiċċ il-Qamar. Hekk kif il-Qamar jdur mad-Dinja, partijiet differenti minn wiċċu jiddawlu mix-Xemx u dan iwwasal għall-fażijiet lunari. Il-Qamar jista' jaffetwa drastikament l-iżvillup u l-ħajja fuq id-Dinja billi jimmodifika it-temp. Xhieda palejontologika u simulazzjonijiet bil-kompjuter juru kif it-tmejjil tal-assi terrestri hija stabbilita mill-interazzjonijiet tidali mal-Qamar. Xi teoristi jsostnu illi mingħajr din l-istabbilizzazzjoni kontra l-koppji applikati mix-Xemx u l-pjaneti lil nefħa ekwatorjali tad-Dinja, l-assi rotazzjonali jista' jkun instabbli għall-aħħar, bħalma jidher li hu għal Marte. Li kieku l-assi tar-rotazzjoni terrestri kellu jilħaq l-pjan elitiku, kien jirriżulta f'temp aħrax, u id-differenzi ta' l-istaġuni kienu jkunu estremi wkoll. Pol wieħed kien ikun dirett lejn ix-Xemx matul is-sajf u direttament `l hinn matul ix-xitwa. Ix-Xjenza planetarja li tisstudja dan l-effett tat-tmejjil ltad-Dinja tistqar ili kieku l-annimali kbar imutu u ħajjiet il-pjanti tkun ħafna iżjed diffiċli milli hi. Il-Qamar huwa biżżejjed viċin id-Dinja li jidher relattivament l-istess daqs tax-Xemx, (ix-Xemx hija 400 darba ikbar mid-Dinja iżda l-Qamar hu 400 darba eqreb) dan jippermetti l-eklissi totali u anulari tax-Xemx. l-iżjed teorija aċċetta dwar l-oriġini tal-Qamar hija, it-teorija tal-impatt ġgantesk, li tgħid li ġie ffurmat minn ħabta ta' protopjaneta id-daqs ta' Marte mad-Dinja bikrija. Din l-ipoteżi tispjega (flimkien ma' affarijiet oħra) in-nuqqas relattiv ta' ħadid u elementi volatili fil-Qamar, u l-fatt ili l-kompożizzjoni tiegħu hija kważi identika għal dik ta' wiċċ id-Dinja. Plakka tettonika tad-Dinja Il-krosta flimkien man-naħa ta' fuq tal-mantell tissejjaħ il-litosfera, qoxra riġida ta' madwar 100 sa 200 km (60 sa 120 mil) ħoxna. Din il-Qoxra hi maqsuma f'sensiela ta' plakek li jimxu relattivament ma' xulxin bir-rata ta' ftit ċentimetri fis-sena, u hekk jiġi ikkawżat il-mixi tal-kontinenti. Madwar 180,000,000 sena ilu, il-kontinenti kollha kienu magħquda f'daqqa. Għaldaqstant kien jeżisti superkontinent wieħed li jġib l-isem Pangea. Hemm tliet tipi ta'limiti tal-plakek: diverġenti (jitbgħedu), konverġenti, jersqu lejn xulxin u jiltaqgħu, fejn plakka tindradam fuq oħra. konservattivi, li waqt li mexjin jgħaddu ma' ġemb xulxin biss. It-terremoti isseħħu fil-limiti tal-plakek - il-blat ma jgħaddix ġentilemnt minn ma' xulxin u l-enerġija tiproduċi iċ-ċaqliq ta' wiċċ id-Dinja It-terremoti huma l-iżjed komuni tul limiti konservattivi u jafu jkunu aktar b'saħħithom tul limiti konverġenti. Fejn jiltaqgħu żewġ plakek kontinentali, jiffurmaw il-muntanji, għax il-krosta issir eħxen fiż-żona tal-kolliżjoni tal-blat. Fejn il-blat jitbiegħed, materjal minn tal-mantell jitla' fil-wiċċ biex jimla l-ispażji, hekk tiġi ffurmata kresta oċejanika ġdida. Dan il-materjal jista' jkun sparat 'l fuq b'saħħa tremenda; bħall-vulkani fl-Islanda. Vulkani jistgħu sseħħu wkoll fl-limiti konverġenti, meta il-krosta tal-plakka tiġi miġbuda l-isfel, tisħon u ddub, bħal fl-Andi. Vulkani bħal dawk li ffurmaw il-Hawaii huma mbegħda mil-limiti tal-plakek. huma jinsabu f'punti jaħarqu fejn ikun hemm taqlib fil-mantell. Dawn it-tip ta' vulkani jinsabu wkoll fuq il-pjaneti Marte u Venere, id-Dinja hi l-uniku pjaneta magħrufa li għandha struttura ta' plakek. Superfiċi żagħżugħa Wiċċ id-Dinja qed jiġi kontinwament mibdul, minħabba il-plakek tettoniċi. Din hi waħda mir-raġunijiet għala il-krateri ta' impatt ma tantx huma komuni fuq id-Dinja. Il-krosta oċejanika eżempju, iddum biss 200,000,000 sena qabel tiġi distrutta b'xifer ta' plakka konverġenti. Il-krateri huma wkoll mikula mill-erużjoni, jew midfuna taħt is-sedimenti. Wieħed mill-krateri l-iżjed magħruf huwa dak tal-Ariżona, USA, li żamm preservat sew minħabba li jinsab f'art niexfa u huwa pjutost reċenti -- hu ġie iffurmat biss madwar 50,000 sena ilu. Ħafna mill-krateri huma viżibbli biss mill-ispazju. Ċiksulub, li huwa wiesgħa 200 km (120 Mil) kien iffurmat madwar 65,000,000 sena ilu, huwa midfun taħt mijiet ta' metri ta' sediment ġol-Messiku. Dan il-krater huwa l-evidenza ta' impatt enormi li seta' kien il-kawża tat-tmiem id-dinożawri. L-atmosfera tad-Dinja L-Art għandha atmosfera relativament ħoxna, magħmula għat-78% ta' ażotu, għall-21% ta' ossiġenu u għal l'1% ta' argu u traċċi ta' gassijiet oħra bħal biossidu tal-karbonju u ilma. L-atmosfera taqsam is-superfiċi terrestri mill-ambjent inospitabbli tal-ispazju u iżżomm parti kbira ta' radjazzjoni solari. L-atmosfera tinqasam fi strati varji, it-troposfera, l-istratosfera, il-meżosfera, it-termosfera u l-eżosfera. Biosfera It-teoriji kurrenti dwar il-biosfera jgħidu li twildet ftit mijiet ta' miljuni ta' snin qabel il-formazioni tal-pjaneta Art, minn 3,5 u 4 miljardi ta' snin ilu. Il-biosfera hi maqsuma f'varji bjomi, fihom jgħixu il-flora u l-fawna ftit jew wisq simili. Fuq l-Art, il-bjomi huma sseparati prinċipalment skont il-latitudni. Il-bjomi fit-tramuntana taċ-ċirklu polari artiku u fin-nofs in-nhar taċ-ċirku polari antartiku huma relarivament vojta mill-ħajja animali u veġetali , waqt li dawk l-iżjed popolari jinsabu lejn l-ekwatur. Temp u staġuni L-arja sħuna tad-Dinja issaħħan it-troposfera, li issir turbolenta. Temperaturi ta' 290K (17 °C/63 °F) fuq wiċċ l-Art jaqgħu għal 220K (-53 °C/-63 °F) fil-quċċata tat-troposfera. Arja sħuna, umda titla u tiksaħ; l-ilma jikkondensa, jifforma is-sħab ta' qtar ċkejkin jew kristalli, jikreja xita, silġ u borra. L-assi tar-rotazzjoni terrestri huwa ittiltjat għal 23º. Din it-tiltjatura tikkawża l-istaġuni; meta emisfera tkun moħbija mix-Xemx, tirċieva inqas dawl, u dak id-dawl li tirċievi jaqa' f'anglu li jrid jippenetra iktar atmosfera biex jasal mal-art. Din hija ix-Xitwa għal dik l-emisfera. Minn naħa l-oħra meta emisfera tirċievi iżjed sigħat ta' dawl Xemxi hemm ikun is-Sajf. L-orbita tad-Dinja mhiex interament ċirkulari, infatti, waqt ix-Xitwa tal-emisfera tat-tramuntana, l-Art hija eqreb lejn ix-Xemx milli waqt is-Sajf. Madanakollu, l-eċċentriċità orbitali hija minima, u li l-Art tkun eqreb lejn ix-Xemx għandha effett minuri minn dak tat-tilt. Il-Ħajja fuq id-Dinja L-Art hija post uniku fis-Sistema Solari. Huwa l-uniku pjaneta li għandu ammont ta' ilma sinifikanti fuq is-superfiċi; is-superfiċi iżżomm temperaturi tajba biex il-ħajja tkun possibli. L-assi tar-rotazzjoni huwa inklinat biżżejjed biex jagħti l-istaġuni iżda mhux l-estrem tal-istaġuni bħal Uranu. Hemm diversi teoriji dwar kif oriġinat il-ħajja fuq Art, fosthom it-teorija panspermja. Il-kontenut ta' ossiġenu fl-atmosfera huma mantnut mill-fotosintesi tax-xtieli ħodor, hekk kif il-bnedmin qed jeqirdu il-veġetazzjoni il-bilanċ bejn id-djosiku tal-karbonju u l-osssiġenu qed jiġi żbilanċat.Emissjonijiet mill-fossili maħruqa qed iħallu ammont dejjem ikbar ta' djosiku tal-karbonju. Iktar ma jkun hawn djassiku tal-karbonju fl-arja l-effett serra jikber, isaħħan is-superfiċi u is-silġ polari jdub. L-istrat tal-ożonu fl-istratosfera jiproteġġi id-dinja mir-raġġi ultra vjoletti tax-Xemx. Gassijiet magħmulha mill-bniedem bħal chlorofluorocarbons ikkisru l-ożonu u b'hekk radjazzjoni tar-raġġi, li tagħmel il-ħsara tidħol f'ammoti akbar. Iktar ma Bnedmin jabbitaw il-pjaneta aktar il-biosfera (Il-parti ta' art, arja u ilma) qed tkun mhedda. Il-bnedmin għandhom jitgħallmu jirrispettaw il-fatturi li jagħmlu l-Art post li fih hu possibli l-ħajja. Kamp Manjetiku ID-DINJA DDUR fuqha nfisha darba kull 24 siegħa, b'hekk tikkawża l-qalba tal-ħadid imdewweb taħdem bħala dinamo u toħloq l-kamp manjetiku. L-kamp manjetiku jipproteġi d-Dinja mir-riħ solari. Il-partiċelli ikkargati tar-riħ solari jiġu devjati mill-kamp manjetiku tad-Dinja, hekk tiġi ikkrejata manjetosfera. Xi partiċelli jiġu maqbuda mill-manjetosfera f'żewġ faxxi semi-ċirkulari u huma msejħa l-Faxxi ta' Van Allen. Partiċelli oħrajn jinżlu spiralment f'kamp manjetiku tad-Dinja fil-poli. Il-partiċelli jirrejaġixxu mal-atmosfera ta' fuq u jikrejaw l-awrori jew id-dwal tat-tramuntana u n-nofsinhar. Ġeografija Suddiviżjonijiet geografiċi maġġuri: Kontinenti, Oċejani Area: total: 510.065.285 km2 art: 148.939.063 km2 (29,2%) ilma: 361.126.222 km2 (70,8%) Konfini: Il-linji tal-konfini terrestri jammontaw għal 251.480,24 km Linji tal-kosti: 356.000 km Rivendikazzjonijiet marittimi: żoni kontigwi: 24 mil nawtiku għall-maġġor parti tan-nazzjonijiet b'xi varjazzjonijiet plattaforma kontinentali: 200 metru ta' profondità, jew sal-profondità tal- esplorazzjoni. Oħrajn jirivendikaw 200 mil marittimu jew sal-bord tal-plattaforma kontinentali. żona ta' sajd esklusiva: 200 mil marittimu, b'varjazzjonijiet żona ekonomika esklusiva: 200 mil marittimu, b'varjazzjonijiet ilmijiet territorjali: 12 mil marittimu, b'varjazzjonijiet Nota: konfini ma stati konfinanti jistgħu ma jħallux nazzjonijiet oħra li jestendu iż-żona tas-sajd jew ekonomika sa 200 mil nawtiku. 43 nazzjon u arjiet oħra m'għandhomx aċċess għall-baħar, bħal: Afganistan, Andorra, Armenja, Awstrija, Ażerbajġan, Bjelorussja, Butan, Bolivja, Botswana, Burkina Faso, Burundi, Repubblika Ċentru-Afrikana, Ċad, Repubblika Ċeka, Etjopja, Vatikan, Ungerija, Każakistan, Kirġiżistan, Laos, Lesoto, Liechtenstein, Lussemburgu, Malawi, Mali, Moldova, Mongolja, Nepal, Niġerja, Paragwaj, Rwanda, San Marino, Slovakkja, Sważiland, Svizzera, Taġikistan, Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, Turkmenistan, Uganda, Użbekistan, West Bank, Żambja, Żimbabwe Orografija Estremitajiet tal-għoli: (imkejla b'rispett għall-livell tal-baħar) L-għola Punt: Monti Everest 8.850 m (stima tal-1999) Punt l-aktar Baxx: Fossa ta' Marianne fl-Oċejan Paċifiku −10.924 m Punt t-aktar baxxa tad-Dinja wieqfa: Baħar il-Mejjet −408 m Huwa stmat li fuq l-Art jgħixu 6.327.152.352 persuna (stima ta' Novembru 2003). L-abitat l-iżjed għan-nord huwa Alert ġewwa l-Kanada. L-abitat l-aktar għan-nofs in-nhar huwa l-stazjon ta' Amundsen-Scott f'Antartide, sitwata kważi eżattament fil-pol tan-nofs in-nhar. Ħajjiet oħra fl-Univers Huwa kważi ċert li ma teżisti l-ebda ħajja intelliġenti oħra fis-Sistema Solari. L-astronomi qegħdin iffitxu tip ta' ħajja intelliġenti oħra madwar stilel u pjaneti extra-solari. Ix-Xemx hi biss waħda mill-biljuni ta' stilel li hemm fil-galassja tat-Triq ta' Sant'Anna (bl-ingliż Milky Way). Din il-galassja hi biss sistema stellari fi ħdan l-Univers immens, ħajja għandha tinsab x'imkien ieħor f'dan il-kobor ta' Spazju. Iżda id-distanzi enormi li hemm bejn stilla u oħra u bejn galassja u oħra jagħmluha diffiċli ħafna biex jiġu skoperti forom oħrajn ta' ħajja! Ara wkoll Astronomija Pjaneta Globu Mappa tad-dinja Univers Umanità Referenzi Ħoloq esterni NASA World Wind Dehra tad-Dinja u l-Qamar Pjaneti tas-sistema solari 10 artikli essenzjali
2677
https://mt.wikipedia.org/wiki/Leonardo%20da%20Vinci
Leonardo da Vinci
Leonardo da Vinci (Leonardo di ser Piero da Vinci), (15 ta' April, 1452, Vinci, l-Italja, – 2 ta' Mejju, 1519, Amboise, Franza), kien pittur Fjorentin u bniedem ta' ġenju universali li kien fl-istess ħin, xjenzjat, inġinier, inventur, anatomista, pittur, skultur, arkitett, urbanista, botanista, mużiċista, filosfu u kittieb. Minn wara tfulitu Vinci, Leonardo studja mal-pittur u skultur famuż Fjorentin Andrea del Verrocchio. L-ewwel xogħlijiet importanti tiegħu saru fis-servizz tad-Duka Ludoviku Sforza, Milan. Wara mar jaħdem Ruma, Bolonja u Venezja u qatta' l-aħħar snin ta' ħajtu Franza, mistieden mir-Re Franġisku I ta' Franza. Leonardo da Vinci sikwit jiddeskrivuh bħala l-arketip u s-simbolu tal-bniedem tar-Rinaxximent, ġenju universali, filosfu umanista, osservatur u sperimentatur, mogħni b' "don rari tal-intwizzjoni tal-ispazju" , li l-kurżita tiegħu kienet tikkompara magħa biss il-ħila fl-invenzjoni. Ħafna awturi u storiċi iqisuh bħala wieħed mill-aqwa pitturi li qatt kien hemm u ċerti nies jikkonsidrawh bħala l-bniedem bl-aqwa talent fl-ikbar numru ta' oqsma differenti li qatt għex.. L-ewwelnett, Leonardo da Vinci hu magħruf bħala pittor. Tnejn mill-pitturi tiegħu, La Gioconda u L-Aħħar Ċena, huma pitturi famużi immens li sikwit isiru koji u parodiji tagħhom, u d-disinn tiegħu ir-Raġel Vitruvjan hu wkoll użat f'għadd kbir ta' xogħlijiet derivati. Xi ħmistax il-xogħol biss għadhom jeżistu; dan in-numru żgħir hu mħabba l-isperimentazzjoni konstanti u kultant diżastruża b'tekniki ġodda u l-prokrastinazzjoni kronika tiegħu. Però, dawn il-ftit opri, flimkien mal-pitazzi tiegħu li fihom disinji, dijagrammi xjentifiċi u riflessjonijiet dwar in-natura tal-pittura, jifformaw wirt prezzjuż immens għall-artisti ta' warajh. Bħala inġinier u inventur, Leonardo żviluppa ideat avvanzati ħafna għal żmienu, bħall-ajruplan, l-elikotteru, is-sottomarin u anke l-karrozza. Ftit ħafna mill-proġetti tiegħu seħħu jew setgħu iseħħu f'ħajtu, però xi ftit mill-invenzjonijiet żgħar tiegħu bħall-magna biex tkejjel il-limitu elastiku ta' kabil daħlet fil-proċess tal-manifattura. Bħala bniedem xjentifiku, Leonard da Vinci għamel progress kbir fl-għarfien tal-oqsma tal-anatomija, tal-inġinerija ċivili, tal-ottika u tal-idrodinamika. Bijografija Tfulija Leonardo da Vinci twieled nhar is-Sibt, 15 ta' April 1452, "fit-tielet siegħa tal-lejl", jiġifieri tliet sigħat wara l-Ave Maria, li jiġi l-10 u nofs ta' filgħaxija, minn relazzjoni ta' mħabba illeġittima bejn Messer Piero Fruosino di Antonio da Vinci, nutar, kanċillier u ambaxxatur tar-Repubblika Fjorentina u dixxendent ta' familja għanja Taljana ta' kbarat u tfajla ta' familja baxxa tar-raħal mill-villaġġ żgħir Toskan ta' Anchiano, xi żewġ kilometri 'l bogħod minn Vinci , fit-territorju ta' Firenze. . Studju dattiloskopiku tal-2006 jinnota li Caterina setgħet kienet ilsira ġejja mill-Orjent, jew għall-inqas mir-reġjun tal-Mediterran, u mhux raħħala minn of Vinci, Leonardo, jew aħjar Lionardo skont l-isem tal-magħmudija, għex l-ewwel ħames snin ta' ħajtu ma' missieru , fejn kien ittrattat bħala tifel leġittmu. Fil-magħmudija kellu ħames parrini rġiel u ħames parrini nisa, kollha mir-raħal. F'dik l-epoka, il-konvenzjoni ta' kif jissejħu n-nies ma kinitx għadha żviluppata fl-Ewropa. Il-familji tal-kbarat biss kienu jużaw il-kunjom tal-appartenenza patronimika. In-nies ordinarji kienu jissejħu b'ismhom, u b'xi żieda li tagħti iżjed preċiżjoni jekk ikun hemm bżonn: l-isem tal-missier,il-post ta' minn fejn huma, il-kunjom, l-isem tal-imgħallem għan-nies tas-sengħa, eċċ. Għalhekk, l-isem tal-artista hu Leonardo di ser Piero Da Vinci, li tfisser Leonardo, iben ser Piero Minn Vinci ; però id-"Da" għandha ittra majuskola biex turi li dan mhux patronimiku. Leonardo kien jiffirma x-xogħlijiet tiegħu sempliċemente Leonardo jew Io, Leonardo ("Jien, Leonarda"). Allura l-parti l-kbira tal-awtoritajiet jattribwixxu x-xogħlijiet tiegħu lil Leonardo mingħajr da Vinci. X'aktarx ma kienx juża isem missieru għax kien iben illeġittmu. Fl-1457, meta kellu ħames snin ommu żżewġet lil Antonio di Piero Buti del Vacca da Vinci, fuħħar mill-villaġġ, li miegħu kellha ħames ulied. Sadattant missieru żżewweġ lil Albieri degli Amadori, tfajla ta' 16-il sena minn familja għanja minn Firenze . Din billi ma kellhiex tfal tefgħet imħabbitha kollha fuq Leonarda, imma mietet ta' età żgħira fit-tqala fl-1464. Missieru minn twelidu kien kien dejjem iqisu apparti mill-familja u qatt ma għamlu leġittmu. Missieru żżewweġ tliet darbiet oħra u kellu għaxar ulied oħra wara Leonardo. Leonardo kien jinġieb mal-aħħar mara ta' missieru , Lucrezia Guglielmo Cortigiani, u f'nota sejħilha "omm għażiża u ħanina". Zijuh Francesco u nannuh Antonio da Vinci kellhom rwol importanti fit-trobbija tiegħu. Nannuh għallmu l-osservazzjoni tan-natura; kien dejjem itennilu "Po l’occhio!" (Iftaħ għajnejk!) . Left to himself, he received a free education like the other villagers of his age, learning between the ages of twelve and fifteen the rudiments of reading, writing and especially arithmetic in a scuola d'abaco (abacus school) intended for the sons of shopkeepers and craftsmen. No "man of letters", he did not study Greek and Latin there (he would learn these two languages that had to be mastered by scholars and men of letters, only imperfectly, as a self-educated person, at the age of 40) and his chaotic spelling shows this training was not without gaps. In any case, he could not claim to have studied at university. His paternal grandmother, Lucia di ser Piero di Zoso, a ceramist and close to Leonardo, is perhaps the person who introduced him to the arts. A reported omen says that a kite came from the sky and hovered over his crib, the bird's tail touching his face. Giorgio Vasari, the sixteenth century biographer of Renaissance painters, tells in the Vite (1568) the story of a local farmer who asked Ser Piero to have his talented son paint an image on a wooden shield to use as scarecrow, a buckler. Leonard, bringing together different parts of animals he observed carefully during his wanderings in the countryside, painted a picture of a dragon breathing fire, so successfully, that Ser Piero sold it to a Florentine art dealer, who resold it to the Duke of Milan. Meanwhile, having earned a profit, Ser Piero purchased a plate decorated with a heart pierced by an arrow, which he gave to the farmer. This anecdote, however, should be taken with a grain of salt, according to Paul Barolsky, because many stories from Vite are pure artistic inventions. Livré à lui-même, il reçoit une éducation assez libre comme les autres villageois de son âge, apprend entre douze et quinze ans les rudiments de lecture, d'écriture et surtout d'arithmétique dans une scuola d’abaco (école d'abaco) destinée aux fils de commerçants et artisans. Non « lettré », il n'y étudie pas le grec et le latin (il apprendra imparfaitement ces deux langues que doivent maîtriser les savants et les lettrés qu'en autodidacte seulement à l'âge de 40 ans), et une orthographe chaotique montre que cette instruction n'est pas sans lacune ; en tout cas, il ne peut prétendre à des études universitaires. Sa grand-mère paternelle, Lucia di ser Piero di Zoso, céramiste et proche de Léonard, est peut-être la personne qui l'initia aux arts. Un présage connu rapporte qu'un milan venu du ciel aurait fait un vol stationnaire au-dessus de son berceau, la queue de l'oiseau le touchant au visage. Giorgio Vasari, le biographe du des peintres de la Renaissance, raconte, dans Le Vite (1568), l'histoire d'un paysan local qui demanda à ser Piero que son talentueux fils peigne une image sur un bouclier de bois utilisé comme épouvantail, une rondache. Léonard, rassemblant différentes parties d'animaux qu'il observait attentivement lors de ses pérégrinations dans la campagne, peignit une image représentant un dragon crachant du feu, si réussie que ser Piero la vendit à un marchand d'art florentin, lui-même la revendant au duc de Milan. Entre-temps, après avoir réalisé un bénéfice, ser Piero acheta une plaque décorée d'un cœur transpercé d'une flèche qu'il donna au paysan. Cette anecdote est cependant à prendre avec précaution car, selon Paul Barolsky, de nombreux récits des Vite constituent de pures inventions poétiques. Ħoloq esterni Noti u referenzi Twieldu fl-1452 Mietu fl-1519 Xjentisti Taljani Pitturi Taljani Skulturi Taljani Inventuri Taljani
2682
https://mt.wikipedia.org/wiki/Toqba%20sewda
Toqba sewda
Toqba sewda hija oġġett ċelestali tant dens li l-qawwa gravitazzjonali tagħha żżomm kull tip ta' radjazzjoni milli taħrab inkluż id-dawl. Minħabba dan il-fatt l-oġġett isir inviżibbli. Astronomija
2684
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kostellazzjoni
Kostellazzjoni
Kostellazzjoni jew imħalla hija waħda minn 88 arji ili bihom is-sema jew l-isfera ċelesti hija maqsuma. It-terminu kostellazzjoni jista’ jfisser ukoll grupp ta’ stilel viżibli irrelatati ma’ xulxin f’diżin wieħed. Astronomija
2691
https://mt.wikipedia.org/wiki/Eklissi
Eklissi
Eklissi (verb Grieg: ekleipô, "tgħib", għalkemm derivat mill-prefiss 'ex-', " 'il bogħod minn", u l-Grieg 'leipein', "titlaq") huwa avveniment astronomiku li jseħħ meta korp ċelesti jiġi fid-dell ta' korp ieħor. Eklissi tintuża ta' spiss biex tiddeskrivi l-eklissi solari (eklissi tax-xemx), jiġifieri, meta d-dell tal-Qamar jiġi fuq wiċċ id-Dinja, jew inkella eklissi lunari (eklissi tal-qamar), meta l-Qamar jidħol fid-dell tad-Dinja. Biss, eklissi tista' tirreferi għal avvenimenti oltrè din is-sistema tad-Dinja u l-Qamar: pereżempju, pjaneta li jimxi fid-dell mitfugħ minn wieħed mill-qmura tiegħu, qamar li jgħaddi mid-dell mitfugħ mill-pjaneta tiegħu, jew qamar li jgħaddi mid-dell mitfugħ minn qamar ieħor. Eklissi hija tip ta' siżiġija. Eklissijiet huma impossibli fuq il-pjaneti Merkurju u Venere, għax dawn m'għandhomx qmura. Ara wkoll Eklissi solari Eklissi lunari Siżiġija Lista ta' eklissi solari Ħoloq esterni Katalogu ta' Ċikli Eklittiċi Fittex 5,000 sena ta' eklissijiet* Il-homepage tan-NASA dwar l-eklissijiet International Astronomical Union's Working Group on Solar Eclipses Gallerija ta' stampi ta' Eklissijiet Solari u Lunari Sit interattiv dwar l-eklissijiet Sit ta' fotografija ta' eklissijiet ta' Prof. Druckmüller Dan McGlaun's Total Eclipse web site Kollezzjoni ta' stampi dwar l-eklissijiet ta' Williams College Għalfejn il-Ħindu jemmnu li d-dimonji mitoloġiċi Rahu u Ketu jikkawżaq l-eklissi solari? Avvenimenti astronomiċi
2693
https://mt.wikipedia.org/wiki/Partit%20Nazzjonalista
Partit Nazzjonalista
Partit Nazzjonali jew Partit Nazzjonalista jista' jirreferi għal: Partiti attivi – Partit Nazzjonali, Partit Nazzjonali Ġdid – Partit Nazzjonali tal-Awstralja – Partit Nazzjonalista tal-Bangladexx – Partit Nazzjonalista –Partit Nazzjonali tan-Nies – Partit Nazzjonali Ġdid – Partit Nazzjonali – Partit Nazzjonali tal-Ħonduras – Partit tal-Kungress Nazzjonalista – Partit Nazzjonali Venezjan – Partit Nazzjonalista tal-Kanada – Partit Nazzjonali Kbir – Partit Nazzjonali Basotho, Partit Nazzjonali Progressiv – Partit Nazzjonali Sarawak – Partit Nazzjonalista – Partit Nazzjonali Awami, Partit Nazzjonali Pakistani – Partit Nazzjonali tal-Papwa Gwinea l-Ġdida – Partit Nazzjonali Britanniku, Partit Nazzjonali Skoċċiż, Plaid Cymru – Partit Nazzjonali – Partit Nazzjonalista Ċiniż – Partit Nazzjonali ta' Samoa – Partit Nazzjonali – Partit Nazzjonali ta' Seychelles – Partit Nazzjonali Slovakk – Partit Nazzjonali Sloven – Partit Nazzjonalista Bask, Blokk Nazzjonalista Galizjan – Partit Nazzjonali Magħqud – Partit Nazzjonali ta' Surinam – Partit tan-Nazzjon Tajlandiż – Partit tal-Moviment Nazzjonali – Partit Nazzjonali – Partit Nazzjonali ta' New Zealand Partiti xolti – Partit Nazzjonalista tal-Awstralja – Partit Nazzjonali – Partit Nazzjonali tal-Kanada (1979), Partit Nazzjonali tal-Kanada, Parti National, Parti nationaliste du Québec – Partit Nazzjonali (1857-1933), Partit Nazzjonali (1966-1973) – Partit Nazzjonali ta' Bretanja – Partit Nazzjonalista – Partit Nazzjonalista – Parti Negara ("Partit Nazzjonali") – Partit Demokratiku Nazzjonalista – Partit Nazzjonali – Partit Nazzjonali Britanniku (1960), Moviment Kostituzzjonali, Partit Nazzjonali (UK, 1917), Partit Nazzjonali (UK, 1976) – Partit Nazzjonali Lista ta' partiti politiċi skont l-isem ġeneriku
2694
https://mt.wikipedia.org/wiki/Partit%20Laburista%20%28Malta%29
Partit Laburista (Malta)
Il-Partit Laburista (PL) huwa partit politiku Malti ta' twemmin soċjal demokratiku, affiljat mal-Internazzjonali Soċjalista u mal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej. Twaqqaf fl-1920. Preżentament il-Gvern Malti huwa taħt tmexxija Laburista. Kien fil-gvern tal-pajjiż għaxar darbiet minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn, l-ewwel darba fl-1947 u l-aħħar li kien fl-2022. Mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn kien dejjem wieħed miż-żewġ partiti l-kbar f'Malta. Fl-Istatut (2010) tiegħu, il-Partit Laburista jiddeskrivi hekk lilu nnifsu: Fost il-kisbiet tal-Partit Laburista meta kien fil-gvern ta' Malta nsibu d-dritt tal-vot lill-mara, id-dritt tal-vot liż-żgħażagħ li jagħlqu t-18-il sena, u iktar tard anke lil dawk li jagħlqu 16-il sena, li Malta saret Repubblika u l-Kap tal-Istat Malti għall-ewwel darba kien Malti, l-għeluq tal-bażijiet militari u n-newtralità ta' Malta, għajnuna finanzjarja għal min iweġġa’ fuq il-post tax-xogħol, edukazzjoni b’xejn u għal kulħadd, ċentri tal-Kindergarten, skejjel tas-snajja’ u l-Junior Lyceums, servizzi ta' saħħa b’xejn u għal kulħadd, ċentri tas-Saħħa mferrxin mal-pajjiż, pensjoni għal min jirtira mix-xogħol bl-età, ħlas lin-nisa daqs l-irġiel għall-istess xogħol, il-ħatra tal-ewwel Ministru mara, l-ewwel Speaker mara u l-ewwel President tar-Repubblika mara, ġimgħa xogħol ta’ 40 siegħa, il-Paga Minima Nazzjonali, id-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità, unjoni ċivili u iktar tard żwieġ bejn persuni tal-istess sess, it-tneħħija tal-Piena tal-Mewt, iċ-Children’s Allowance, leave bi ħlas ta’ 13 il-ġimgħa, bonus darbtejn fis-sena, għajnuna finanzjarja lir-romol, morda u persuni b’diżabilità, ħafna mpjiegi minn investiment kbir mill-Ġermanja, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, mitjar ġdid, baċir ġdid, diversi Housing Estates, is-Sea Malta, l-Enemalta, it-Telemalta, l-Air Malta, il-Mid-Med Bank, u l-Bank of Valletta. Storja Twaqqif Il-Partit Laburista twaqqaf uffiċjalment bl-isem ta' La Camera del Lavoro, nhar il-15 ta' Ottubru 1920. Elementi importanti fit-twaqqif tal-Partit Laburista kienu: Il-ħaddiema kienu qegħdin jingħaqdu fl-ewwel unions biex jgħinu lil xulxin fi żmien ta' mard billi joħorġu kontribuzzjoni żgħira kull wieħed. Fl-1891, il-Papa Ljun XIII kien ħareġ l-ewwel enċiklika soċjali Rerum Novarum. F'Malta kien ġie l-ġiżwita Ingliż Charles Plater li eduka lill-ħaddiema fit-tagħlim soċjali tal-Knisja. Meta ġie Malta Fr Plater kien diġà marid u ftit iktar minn xahar wara miet, iżda xorta ħalla impatt kbir għax żar il-każini u għamel numru ta' laqgħat fejn spjega r-Rerum Novarum. Xi membri tal-kleru ingħaqdu mal-partit, fosthom il-Kanonku Bugelli u Dun Mikiel Gonzi, iktar tard arċisqof ta' Malta. Ma kinitx kumbinazzjoni li l-Partit Laburista għamel l-ewwel Laqgħa Ġenerali tiegħu fil-15 ta' Marzu 1921, fit-30 anniversarju tal-Enċiklika Rerum Novarum. Is-segwaċi ta' Manwel Dimech kienu attivi ħafna fit-Tarzna. Numru ta' filantropi u intelletwali Maltin kienu qed jaħdmu għal riforma soċjali. Fil-ktieb tiegħu, L-Istorja tal-Partit tal-Ħaddiema (1931), Ġużè Bonnici jikteb: Il-Partit Laburista immexxi mill-Kurunell William Savona ikkontesta l-ewwel elezzjoni ġenerali li qatt saret f'Malta, dik tal-1921. Fiha kiseb 23% tal-voti u tella’ 7 deputati f’parlament ta’ 32 deputat. Fosthom kien hemm dak li iktar tard sar Arċisqof ta' Malta, Monsinjur Mikiel Gonzi. Fl-1922, inħatru l-ewwel Ministri Laburisti wara li għal 9 xhur il-Partit Laburista daħal fi gvern ta’ koalizzjoni mal-Unione Politica Maltese. Il-Compact ma' Strickland Bejn l-1926 u l-1932 il-Partit Laburista u l-Partit Kostituzzjonali ta' Strickland ingħaqdu u kien iffurmat il-Gvern tal-Compact. Fl-elezzjoni tal-1927 il-Partit Laburista kiseb 14% tal-voti. Il-ftehim kien li l-Partit Laburista jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Partit Kostituzzjonali bil-patt li meta dan tal-ahhar ikun fil-Gvern, jgħaddi legiżlazzjoni u jieħu miżuri favur it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-ħaddiema. Fl-elezzjoni tal-1927 William Savona ma kienx elett u bħala mexxej tal-grupp parlamentari ntgħażel il-Kurunell Michael Dundon iżda f'Novembru 1928 dan irriżenja minħabba saħħtu u floku laħaq it-tabib Pawlu Boffa. Fiż-żmien il-Gvern tal-Compact, bl-insistenza tal-Partit Laburista għaddiet il-‘Workmen’s Compensation Act’ – li kienet waħda mill-ewwel liġijiet soċjali f’Malta li permezz tagħha il-ħaddiem kien iħallas sold fil-ġimgħa u jekk iweġġa’ fuq ix-xogħol kien jieħu tliet xelini fi ħlas. Din il-liġi daħlet fis-seħħ f’Awwissu 1929. Twaqqaf ukoll iċ-Ċentru ta’ Taħriġ għall-Emigranti u fl-1930 nbeda l-bini tal-Isptar San Luqa. Il-Partit Laburista mmexxi minn Boffa ħadem biex l-ilsien Malti jidħol fil-qrati. Is-Snin Tletin u Erbgħin Minħabba l-ewwel Kwistjoni Politiko-Reliġjuża ta’ bejn l-1928 u l-1932, Gerald Strickland tilef l-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 1932 u l-Partit Laburista mar il-baħar. Wara l-elezzjoni tal-1932, il-Partit Laburista li kien tella' biss siġġu wieħed, dak tat-tabib Boffa, kien f'riskju li jispiċċa mix-xena politika. Fl-1933, 9 żgħażagħ Laburisti ġew arrestati bl-akkuża li kellhom materjal sedizzjuż u 6 minnhom: Ġużè Orlando, Wiġi Azzopardi, Karmnu Carabott, Ġanni Valvo, Salvu Pulis u Joseph Storace, għaddew ġuri, tilfu l-impjieg u weħlu wkoll il-ħabs. Fis-snin tletin u erbgħin il-Partit Laburista stinka biex jingħata l-vot lin-nisa u d-dritt ta' vot wieħed biss għal kull persuna. Nhar il-5 ta' Ottubru 1943 twaqqfet il-General Workers Union, union li dejjem ħadmet viċin il-Partit Laburista. Nhar is-17 ta' Settembru 1944, Dom Mintoff ta' 28 sena inħatar Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista. Fl-elezzjoni tal-1939, il-Partit Laburista kien ġab biss 3100 vot. Fl-elezzjoni tal-1945 ivvutaw għall-ewwel darba l-irġiel kollha li kienu għalqu l-21 sena. Il-Partit Laburista f'din l-elezzjoni żied 16,000 -il vot u tella' 9 deputati fil-Kunsill tal-Gvern. L-Ewwel Gvern Laburista ta' Boffa Fl-1947 ivvutaw għall-ewwel darba in-nisa. Il-Partit Laburista rebaħ l-ewwel darba b'maġġoranza assoluta ta' 60% tal-voti tal-poplu Malti u ġab 63,145 vot. Il-Partit Nazzjonalista kien ġab 19,041 u d-Democratic Action Party 14,010 vot. Dan l-ewwel gvern Laburista fl-istorja ta' Malta kien immexxi mit-tabib Pawlu Boffa li kien ilu mexxej tal-Partit mill-1928. Fuq dan l-ewwel gvern Laburista, Dom Mintoff fil-Parlament qal hekk ħamsin sena wara, fl-1998: Qabel ma tela' l-Partit Laburista fil-gvern, fil-kamp tal-għajnuna soċjali ma kien jeżisti xejn, ma kienet teżisti l-ebda pensjoni. Kien Gvern Laburista mmexxi minn Boffa li beda jagħti din l-għajnuna u għamel l-Att tal-1948 dwar il-Pensjonijiet għax-xjuħ li b’kol­lox kien jipprovdi dawn il-be­nefiċċji: a) Pensjoni għax-xjuħ; b) Pensjoni għall-għomja; ċ) Pensjoni għal nies b’diżabilità; d) Allowance għax-xjuħ. 1949-1984: Mintoff mexxej tal-Partit Mill-ewwel xhur ta' gvern Laburista beda jinqala' diżgwid bejn il-Prim Ministru Pawlu Boffa u d-Deputat Prim Ministru, Dom Mintoff l-aktar dwar il-mod li l-gvern kien qed jimxi mal-ħakma Ingliża f'Malta. Dan wassal għal qasma, imsejħa split, fil-Partit Laburista fl-1949. Pawlu Boffa twarrab mill-Konferenza Ġenerali u dan min-naħa tiegħu beda partit ġdid bl-isem ta' Malta Workers Party, filwaqt li nhar l-10 ta' Ottubru 1949 il-Perit Dom Mintoff laħaq mexxej tal-Partit Laburista Malti fl-eta' ta' 33 sena u l-isem uffiċjali tal-partit sar Malta Labour Party. Nhar l-14 ta' Jannar 1951, twaqqfet fergħa taż-żgħażagħ ġdida fil-Partit bl-isem Labour League of Youth. L-Ewwel Gvern ta' Mintoff (1955-1958) Il-Partit Laburista mmexxi minn Mintoff rebaħ l-Elezzjoni tal-1955, b’56% tal-voti bil-proposta ewlenija tkun dik tal-integration mar-Renju Unit. B'hekk Mintoff ġie maħtur Prim Ministru ta' Malta għall-ewwel darba. Fil-Kabinett tiegħu kien hemm l-awtur famuż Ġużè Ellul Mercer, li kien inħatar Ministru tax-Xogħol, u Agatha Barbara Ministru tal-Edukazzjoni, li żmien wara kellha ssir President ta' Malta. Il-Gvern ta' Mintoff wettaq riformi kbar fis-sistema edukattiva. L-iskola saret bla ħlas u obbligatorja sakemm it-tfal ikollhom 14-il sena. Inbnew jew tkabbru 44 skola fil-pajjiż. Bdew jitqassmu kotba b’xejn u l-istudenti tal-kulleġġ bdew jingħataw dak li jissejjaħ “pocket money” waqt li nfetħu l-ewwel skejjel speċjali, fosthom għal dawk neqsin mid-dawl, is-smigħ u oħrajn bi problemi mentali. Il-Gvern Laburista għadda l-Att tal-1956 dwar l-Għajnuna Nazzjonali. Dan kien jipprovdi dawn il-benefiċċji: a) Għajnuna Soċjali; b) Għajnuna speċjali għal waqt il-qgħad; ċ) Għajnuna għall-mard; d) Għoti tal-ħalib lit-tfal tal-is­kola; e) Għajnuna dwar il-lebbra; f) Għajnuna dwar it-tuber­ko­lożi; ġ) Mediċini b’xejn. U biex jgħin dawn il-benefiċċji kollha, il-Gvern Laburista intro­duċa għall-ewwel darba t-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax). Ir-Riżenja tal-Gvern Laburista u l-Irvellijiet t'April 1958 Mintoff ried li Malta tkun integrata totalment mal-Ingliżi biex il-Maltin kien ikollhom drittijiet u ghixien ahjar, ugwali daqs il-poplu Ingliz. It-trattati sfaxxaw wara li fl-1958 tfaccat il-possibilita' li tinghalaq it-tarzna mill-Inglizi u dawn tal-ahhar ma ridux ukoll jaghtu garanzija kemm se jdumu jaghtu flus lil Malta wara dan it-trattat. Il-gvern Laburista waqqaf in-negozjati kollha mal-Ingilterra u beda jahdem favur Malta Indipendenti. Minhabba li l-Inglizi baqghu ma taw l-ebda garanzija dwar il-futur tat-tarzna, il-gvern Laburista rrizenja u minhabba dan, sehhew irvellijiet kbar mill-Maltin kontra l-Inglizi, fit-28 t'April 1958. Ħafna ġew arrestati fosthom ministri Laburisti, Bertu Hyzler u Agatha Barbara dak iz-zmien ministru tal-edukazzjoni u li hafna snin wara, nhatret l-ewwel President mara. Il-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża tas-Sittinijiet Il-Knisja mmexxija mill-Arċisqof Mikiel Gonzi beżgħet li jekk Malta tiġi integrata mal-Ingilterra, Malta ma kinitx se tibqa' l-pajjiż Kattoliku li kienet, u għalhekk interdettat l-Eżekuttiv tal-Partit kif ukoll imponiet id-dnub il-mejjet fuq min jivvota għall-Partit jew jaqra l-gazzetti tiegħu. Partitarji Laburisti bdew jindifnu f'art mhux ikkonsagrata fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, imsejħa l-"Miżbla", membri tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, bħal Lino Spiteri u Joe Micallef Stafrace iżżewġu fis-sagristiji tal-knejjes u l-attivisti Laburisti ma kinux jingħataw assolazzjoni fil-qrar. Waqt xi meetings tal-Partit Laburista kienu jindaqqu l-qniepen tal-knejjes. Dan wassal għal qasma oħra fil-partit (bil-ħolqien tal-Christian Workers Party ta' Pellegrini li dam sa l-1966) u telfa elettorali fl-1962 li saru taħt kostituzzjoni ġdida. Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1966, il-Knisja għal darb’ oħra lagħbet rwol importanti, peress li s-sanzjonijiet imposti fuq il-Partit Laburista u s-sostenituri tiegħu, kienu għadhom fis-seħħ. Iż-żminijiet kienu qed jinbidlu, u l-Knisja Kattolika indunat b'dan. Għalhekk din id-darba is-sanzjonijiet ma kinux proklamati b'mod ferventi pubblikament bħalma ġara fl-elezzjonijet ta' qabel. Iżda dan ma jfissirx li kienu inqas effettivi. Infatti kien għad hemm ħafna qassisin li waqt l-omeliji tagħhom minn fuq il-pulptu, kienu jgħaddu kummenti kontra l-Partit Laburista. Inqala' ukoll il-każ tal-Professur Pietru Pawl Saydon. Kif kien mistenni, l-elezzjonijiet reġgħu ntrebħu mill-Partit Nazzjonalista, iżda l-Partit Laburista mar aħjar mill-elezzjonijjiet preċedenti tal-1962 u żied konsiderevolment l-ammont ta' voti. Il-Partit Laburista, rebaħ 22 siġġu minn 50 u 43.1% tal-voti. It-28 siġġu l-ieħor intrebħu kollha mill-Partit Nazzjonalista, bil-partiti ż-żgħar ma jirnexxilhomx itellgħu kandidat. Ġorġ Borg Olivier b’hekk reġa’ nħatar Prim Ministru. Sar ċaqliq fir-relazzjonijiet bejn il-knisja u l-Partit Laburista meta ntbagħat f'Malta, l-isqof Mons. Emmanuel Gerada li kien jifforma parti mill-korp diplomatiku tal-Vatikan. Infatti f'April 1969, wara ħafna diskussjonijiet, anke bis-sehem ta' dak li ħafna żmien wara sar Kardinal, Patri Prospero Grech, iż-żewġ naħat laħqu ftehim u Mons. Gerada iffirma trattat mal-Partit Laburista li kien jgħid li l-Knisja ma kellix tindaħal iktar fi kwistjonijiet politiċi u li kellhom jiġu wkoll irtirati s-sanzjonijiet kollha kontra l-Partit Laburista. B'hekk il-Partit Laburista seta' fl-aħħar jikkonċentra biss fuq kwistjonijiet politiċi minflok jinħela fi ġlied żejjed kontra l-Knisja. Intant, is-sitt punti msemmija mill-Partit Laburista rigward ir-relazzjoni bejn l-istat u l-knisja, kienu iktar il-quddiem, inklużi fil-Kostituzzjoni Repubblikana tal-1974. It-Taħdidiet għall-Indipendenza Il-Partit ipparteċipa fit-taħdidiet għall-Indipendenza.Il-Partit Laburista ma qabilx ma' dak li ġie offrut ghax Malta u fil-fatt, ma kienx ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' l-Indipendenza fl-1964. Skond Mintoff din kienet "indipendenza farsa" għax postijiet u istituzzjonijiet importanti ghal Malta baqghu mmexxija u okkupati mill-Inglizi, u sahansitra r-Regina tal-Ingilterra baqghet il-Kap tal-Istat Malti. It-Tieni u t-Tielet Gvern ta' Mintoff (1971-1981) Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1971 l-MLP u l-GWU ippreżentaw programm konġunt imsemmi 'Malta Maltija fil-Paċi u l-Progress'. Il-programm kien definit bhala wieħed soċjal-demokratiku, u il-wegħdiet prinċipali kienu jinkludu it-twaqqif ta' ftehim dwar forzi militari barranin f'Malta, l-introduzzjoni ta' leġislazzjoni soċjali bħal ġimgha ta' 40 siegħa, il-paga minima, riforma fuq it-taxxa tad-dħul u pjan ekonomiku li kien jemfasizza fuq l-edukazzjoni, l-industrija, agrikoltura u sajd, turiżmu, housing, children's allowance u forom oħrajn ta' welfare. Il-programm emfasizza ukoll fuq id-drittijiet ugwali mingħajr distinzjoni ta' razza, kulur jew twemmin, kif ukoll id-dover li jwaqqaf it-tbatija u s-sofferenza li tirriżulta minn nuqqas ta' ugwaljanza bejn is-sinjur u l-fqir. Il-Partit Laburista wiegħed ukoll 50% parteċipazzjoni tal-Union fit-tmexxija tat-tarzna sabiex tkun tista' tiġi rranġata is-sitwazzjni ekonomika. Għall-elezzjonijiet ġenerali tal-1971, il-Partit Laburista iddeċieda li jiġġieled l-elezzjoni ġenerali fuq il-kwistjonijiet tal-korruzzjoni, il-qagħad u l-emigrazzjoni (ta' min isemmi li ftit xhur qabel, eluf ta' Maltin kienu emigraw lejn il-Kanada u l-Awstralja biex ifittxu ħajja u futur aħjar). Il-kampanja elettorali kienet pjuttost kwieta. L-MLP rebaħ l-elezzjonijiet bi 28 siġġu minn 55 fil-Parlament, u 50.8% tal-voti, b'maġġoranza minima ta' siġġu wieħed biss fil-Parlament. L-ewwel ħaġa li għamel Mintoff mal-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru, kienet li neħħa lil Sir Maurice Dorman minn Gvernatur ta' Malta, u minn floku laħħaq Malti, Sir Anthony Mamo; fl-1974 Sir Anthony Mamo ġie maħtur bhala l-ewwel President tar-Repubblika ta' Malta. Vapuri tal-Gwerra Amerikani ma tħallewx jużaw il-portijiet Maltin, u l-Kmandant tan-N.A.T.O. ġie ddikjarat persona non grata u għalhekk kellu jitlaq minn Malta, bil-kwartieri tan-N.A.T.O. jiġu magħluqa. Sadanittant, Mintoff laħaq bosta ftehim ma' pajjiżi barranin, bl-intenzjoni li jattira investiment lejn Malta u jingħata għajnuna finanzjarja; l-iktar għajnuna konkreta waslet mill-Libja u l-pajjiżi kommunisti, bħall-Unjoni Sovjetika u ċ-Ċina. Il-Gvernijiet Laburisti tas-sebgħinijiet ħadu bosta miżuri soċjali fosthom: In-nazzjonalizzazzjoni kif ukoll il-bidu ta' bosta kumpaniji propjetà tal-istat, fosthom l-Air Malta, is-Sea Malta, il-Bank of Valletta, il-Mid-Med Bank, it-Telemalta u x-Xandir Malta; Tnaqqis fid-differenza fis-salarji bejn l-ogħla u l-iktar grad baxx fis-servizzi ċivili; L-għoti ta' żieda għall-għoli tal-ħajja u bonuses bi flat rate minflok b'perċentwali; L-introduzzjoni tas-sistema PAYE (Pay-As-You-Earn) u higher ceiling fejn tidħol it-taxxa tad-Dħul; Il-bidu ta' skema nazzjonali tas-saħħa; Id-demolizzjoni ta' slums u l-bini ta' bosta units residenzjali għall-ħaddiema u l-familji tagħhom; Xiri bulk-buying ta' prodotti mportati bħall-ħalib, zokkor u butir bi prezzijiet orħos; Bosta riformi fil-leġislatura industrijali bħal pereżempju, it-tnaqqis tal-working week għal 40 siegħa u liġi favur paga ndaqs għal ħaddiema nisa; Iż-żieda fin-nefqa għas-servizzi soċjali kif ukoll l-introduzzjoni ta' servizzi bħaċ-Children's Allowance; It-tneħħija ta' streaming u eżamijiet fi skejjel statali; Bosta proġetti turistiċi; Inbnew oqsma industrijali ġodda u dawk eżistenti ġew imkabbra; Ġiet mibnija pista tal-ajru ġdida li kienet takkomoda vetturi tal-arju kbar; L-introduzzjoni ta' korpi tax-xogħol bħall-Korpi tal-Pijunieri, li kienu jagħmlu bosta xogħol ta' kostruzzjoni. Membri ta' dawn il-korpi kienu miċħuda mid-dritt li jissieħbu trade unions. L-Elezzjoni tal-1981 Fl-Elezzjoni tal-1981, il-Partit Laburista, avolja ġab minoranza ta' voti (49.1%) irnexxilu jirbaħ iktar siġġijiet parlamentari min-Nazzjonalisti, li rnexxielhom jirbħu 50.9% tal-voti. B'hekk l-MLP rebaħ l-elezzjonijiet ġenerali għat-tielet darba konsekuttiva. Ir-riżultat ġie meqjus bħala wieħed pervers u filfatt, Mintoff ried li jsiru elezzjonijet ġodda dik is-sena stess biex isolvu din il-polemika. Iżda l-ministri tiegħu ma ridux u b'hekk din baqgħet ma saritx. Il-Partit Nazzjonalista rreaġixxa billi ddikjara l-Gvern Laburista bħala wieħed ta' minoranza u akkuża l-Gvern b'jerrymandering. Dan wassal għal ħafna tensjoni fil-pajjiż fis-snin ta' wara. L-ebda MP Nazzjonalista ma attenda l-parlament għal tliet snin sħaħ, u dan apparti n-numru ta' bojkotts li kienu jsiru. Fost dawn kien hemm il-bojkott tat-televiżjoni tal-istat, li dak iż-żmien kien l-uniku stazzjon televiżiv lokali, kif ukoll f'ċerti retail outlets. In-numru ta' theddid u tqegħid ta' bombi ma' djar ta' nies prominenti żdied u dan inevitabilment ġab miegħu instabbilità kbira fil-pajjiż. Mintoff ippropona li Mifsud Bonnici jiġi mlaħħaq Deputat Mexxej tal-Partit u fil-fatt dan ġie elett bħala deputat mexxej fid-29 ta' Mejju, 1980. Fil-15 t'Ottubru, 1982 Dott. Karmenu Mifsud Bonnici ġie appuntat Mexxej tal-Malta Labour Party wara mozzjoni minn Dom Mintoff. Huwa ġie co-opted fil-Parlament fit-2 ta' Mejju, 1983 u ġie appuntat Ministru tal-Edukazzjoni. 1984-1992: Karmenu Mifsud Bonnici Fit-22 ta' Diċembru, 1984 Mintoff irriżenja minn Prim Ministru ta' Malta u minn floku laħaq Karmenu Mifsud Bonnici. Dom Mintoff żamm is-siġġu tiegħu fil-Parlament wara r-riżenja tiegħu minn Prim Ministru u xorta baqa' attiv politikament avolja ma baqax il-mexxej tal-partit. Beda jissuġġerixxi li jsiru emendi kostituzzjonali rigward is-sistema elettorali u l-Presidenza. Fl-20 ta' Diċembru 1986 intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partiti u sar il-bdil neċessarju. Fl-1987, il-Partit Laburista tilef l-elezzjoni. Fl-1989, il-whip tal-Partit Wenzu Mintoff u l-President Toni Abela tkeċċew mill-Partit Laburista wara li riedu lill-mexxej tal-Partit Laburista jiehu responsabbilta' politika tal-atti vjolenti li saru minn xi partitarji. Dawn ftit wara bdew partit ġdid bl-isem ta' Alternattiva Demokratika imma eventwalment reġgħu ingħaqdu mal-Partit Laburista. Fl-1992 il-Partit Laburista reġa' tilef l-elezzjoni. Mifsud Bonnici irreżenja minn mexxej. 1992-2008: Alfred Sant Wara r-riżenja ta' Karmenu Mifsud Bonnici li kien propona lil George Vella bħala Mexxej tal-Partit u dan ma aċċettax, Alfred Sant kien elett Mexxej tal-Partit Laburista mill-Konferenza Ġenerali tal-Partit nhar is-26 ta' Marzu 1992, f'elezzjoni li għaliha kkontestaw ukoll l-eks-ministri Lino Spiteri u Joe Brincat. Tmien snin wara, Lino Spiteri allega li f'din l-elezzjoni kien hemm min bagħbas fil-voti biex ma jitlax hu, tbagħbis li Spiteri qal Alfred Sant ma kellux x'jaqsam miegħu u lanqas kien jaf bih. Sant mill-ewwel iċċaqlaq biex jimmodernizza l-Partit. Il-Partit ħareġ mill-kwartieri storiċi tiegħu fil-Maċina, Bormla, għal bini ġodda tal-Kwartieri tal-Partit Laburista fil-Ħamrun, twaqqaf Super One TV u Super One Radio u inħallet l-għaqda statutorja mal-GWU u saru emedi sinjifikanti fl-istatut. Mat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali fl-1993 il-Partit iddeċieda li ma jipparteċipax formalment fl-elezzjonijiet, pożizzjoni li żamm sa l-1998, għalkemm kien jappoġġa lill-kandidati Indipendenti. It-tibdiliet li saru, kif ukoll it-telfien ta' popolarità tal-Partit Nazzjonalista, wasslu lill-Partit Laburista lura għar-rebħ fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1996, l-ewwel darba li akkwista maġġoranza assoluta mill-1976. Il-Partit Laburista mmexxi minn Alfred Sant, u d-deputati mexxejja George Vella u George Abela, rebaħ l-elezzjonijiet tal-1996 b'maġġoranza ta' 132,497 vot, żieda ta' 17,000 -il vot fuq l-elezzjoni ta' qabel, u nhar is-26 ta' Ottubru Alfred Sant ħa l-ġurament bħala Priministru. Kien ġab maġġoranza ta' 7000 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista imma kellu biss siġġu wieħed iktar. Immedjatament kif kien wiegħed qabel l-elezzjoni, Sant ħareġ lil Malta mill-Partnership for Peace tan-NATO u beda l-proċess biex titneħħa l-VAT li fil-fatt tneħħiet u minflokha daħlet taxxa bl-isem CET. Fi żmien il-Gvern ta' Sant, inħatret l-ewwel Speaker mara fl-istorja tal-Parlament Malti, l-Avukat Miriam Spiteri Debono. Inħatret ukoll l-ewwel mara bħala kap ta’ agenzija tal-Gvern meta nħatret Sina Bugeja bħala Kap Eżekuttiv ta’ Sedqa. Alfred Sant kien l-ewwel Prim Ministru Laburista li ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali tal-Indipendenza, fil-21 ta' Settembru 1997. F'April 1997, il-Gvern ta' Sant ospita l-Konferenza Ewro-Mediterranja li fiha seħħet laqgħa importanti bejn il-mexxej Palestinjan Yasser Arafat u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan, David Levy. Il-Gvern ta' Sant għamel il-Proġett ta' Buġibba, irrestawra l-Berġa tal-Baviera u l-Palazz Vilhena. Tnaddaf u ġie rranġat Wied il-Fiddien, il-moll ta’ Lazzarett. Sar il-pavimentar ta’ Triq ir-Repubblika fil-Belt. Saret l-ewwel fażi tal-proġett ta’ Chadwick Lakes. Sar proġett ta’ tisbiħ f’Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Ħaġar Qim, fil-bajja tal-Ġnejna, madwar il-Ġonna ta’ San Anton, fil-bajja tar-Rinella, il-Magħluq f’Wied il-Għajn li fih inbena teatru Grieg u ddikjarat riserva naturali u ġnien gdid fil-Baħrija. Il-Prim Ministru Sant ikkummissjona żewġ rapporti fuq it-Tarzna li t-tnejn urew il-qagħda ħażina li kienet fiha. Sant ra l-ħtieġa ta' sehem dirett fit-tmexxija tat-Tarznari mill-Gvern f’isem il-poplu, li kien qiegħed iħallas għat-telf li nġema’, u l-ħtieġa ta’ ristrutturar tal-operat tat-tarznari. Il-Kunsill tat-Tarzna sar kompost minn erbgħa membri magħżula mill-Gvern, erbgħa magħżula mill-ħaddiema u Chairman magħżul mill-Gvern. Il-Gvern ta' Sant daħal fi ftehim mal-isptar Capua Palace sabiex operazzjonijiet tal-qalb li ma setgħux isiru St. Luke’s jibdew isiru privat. Fetaħ unit gdid f’St. Luke’s għal kirurgija mhux maġġuri. Biddel il-pjanti għall-isptar Tal-Qroqq, li iktar tard issemma Mater Dei, biex dan ikun sptar ġenerali, xi ħaġa li l-Gvern Nazzjonalista ta' wara żamm. Fetaħ Dipartiment tal-Emerġenza ġdid fl-isptar ġenerali t’Għawdex. Inbniet dar għall-anzjani f’Bormla. Infetaħ Day Care Centre għall-anzjani f'Tas-Sliema u ieħor fiż-Żurrieq. Infetaħ uffiċjalment il-kumpless għal taħriġ gġall adulti b’diżabilità f’Wied il-Għajn. Iddaħħlu regolamenti ġodda ta' rmunkar u clamping. Sar il-proġett tat-traffiku tal-Marsa. Beda jsir il-breathalyser test fuq is-sewwieqa tal-vetturi, u daħlet fis-sehh is-sistema tal-VRT ghall-karozzi. Tħabbar l-ewwel Ombudsman għall-Università. Bdiet skema tal-Education Business Industry fejn edukaturi setgħu jitħarrġu dwar l-aħħar teknoloġija u proċessi industrijali. Fis-sajf tal-1998 sar xogħol ta' manutenzjoni fi 86 skola tal-Gvern. Infetah ir-Rinella Movie Park. F’Settembru 1997 twaqqfet l-Orkestra Nazzjonali ta' Malta. Inkwiet intern Iżda ma damx ma beda jberraq. Differenzi mal-eks-Mexxej tal-Partit Laburista, Dom Mintoff, żieda sostanzjali fit-tariffi tad-dawl u l-ilma u maġġoranza Parlamentari ta' siġġu wieħed ikaratterizzaw il-bidu tas-sajf ta' l-1998. Mintoff ivvota kontra l-Gvern u Sant ta parir lill-President li jxolji l-Kamra u jsejjah elezzjonijiet bikrija. F'nofs leġislatura u maqsuma l-Partit Laburista u tilef l-elezzjonijiet. Wara l-elezzjonijiet ta' l-1998 Sant baqa' mhux ikkontestat bħala Mexxej għalkemm tilef wieħed mid-deputati mexxejja tiegħu, Ġorġ Abela. Din il-leġislatura kienet ikkaratterizzata mill-kwistjonijiet politiċi madwar l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-UE, xi ħaġa li l-Partit Laburista oppona ghax hass li kien kmieni wisq ghal Malta biex taghmel dan il-pass. In-negozjati ngħalqu fl-aħħar ta' l-2002. Il-Gvern sejjaħ referendum f'Marzu imma l-Partit Laburista ta struzzjonijiet biex il-partitarji jastjenu, jivvotaw kontra, jew iħassru l-vot. Minkejja li maġġoranza ivvotat "iva" l-Partit Laburista insista li l-vot m'għaddiex peress li din ma kinitx maġġoranza tal-votanti kollha eliġibbli. Il-Gvern mill-ewwel sejjaħ elezzjonijiet ġenerali li l-MLP reġa' tilef. Sant irriżenja u ssejħet elezzjoni għal mexxej. Sant ikkontesta flimkien ma' Anglu Farrugia u John Attard Montalto. Sant ġab 66% tal voti tad-delegati u rega gie elett bhala kap tal-partit. Il-politika tal-Partit Laburista fil-konfront ta' l-UE inbidlet u kien Sant stess li ġab l-approvazzjoni tal-Konferenza Ġenerali biex jappoġġa t-test tat-Trattat Kostituzzjonali ta' l-UE ghax accetta dak li rid il-poplu. Fl-2004, fl-ewwel elezzjoni għall-Parlament Ewropew f'Malta, l-Partit Laburista ġab l-akbar ammont ta' voti u tella' tliet Membri Parlamentari Ewropej. Dawn kienu Joseph Muscat, John Attard Montalto u Louis Grech. Fl-ahhar serje ta' elezzjonijiet ghall-Kunsilli Lokali, il-Partit Laburita, immexxi minn Dr Alfred Sant, gab maggoranza assoluta ta' voti, ukoll f'lokalitajiet maghrufin ghall-appogg taghhom ghall-PN. Iżda fl-elezzjoni tat-8 ta' Marzu, 2008, il-Partit Laburista Malti reġa' tilef l-elezzjoni ġenerali għat-tielet darba konsekuttiva. B'48.79% tal-voti, l-Labour ġab biss 1,580 vot jew 0.5% inqas mill-partit Nazzjonalista. Wara din it-telfa l-mexxej Alfred Sant iddeċieda li jirreżenja, fl-10 ta'Marzu, ftit sigħat biss wara il-ħruġ tar-riżultat uffiċjali. Joseph Muscat Wara r-riżenja ta' Alfred Sant, laħaq bħala aġent kap tal-Partit Charles Mangion. Fil-5 ta' Ġunju 2008 saret l-elezzjoni għal mexxej tal-Partit Laburista, li għaliha kkontestaw ħames kandidati: George Abela, Evarist Bartolo, Marie-Louise Coleiro Preca, Michael Falzon u Joseph Muscat. Ħadd mill-ħames kandidati però ma ġab l-maġġoranza tal-voti fl-ewwel elezzjoni, b'hekk kellha tissejjaħ elezzjoni l-għada is-6 ta' Ġunju bejn l-ewwel żewġ kandidati li ġabu l-aktar voti. Dawn kienu George Abela u Joseph Muscat. Fl-elezzjoni finali Joseph Muscat inħatar mexxej tal-partit b'67% tal-voti tad-delegati. Hu sar it-tieni l-iżgħar mexxej tal-Partit Laburista wara Dom Mintoff. F'Novembru 2008, il-Malta Labour Party bidel ismu għal Partit Laburista bl-inizjali PL flok MLP. Fl-2009, il-Partit Laburista reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, din id-darba b'55% tal-voti mitfugħa filwaqt li ġab 35,000 vot aktar mill-PN. Fl-ewwel tliet snin tat-tmexxija ta' Joseph Muscat ingħaqdu mal-Partit Laburista persuni li qabel kienu jaħdmu fil-kamp Nazzjonalista bħal Manuel Mallia (li fl-2013 sar il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali)Marisa Micallef Leyson, Mario Farrugia Borg, Deborah Schembri (li fl-2013 telgħet fil-Parlament) u Cyrus Engerer (li ħiereġ għall-Elezzjonijiet Ewropej tal-2014). Ħareġ ukoll mal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet Ewropej il-Professur Edward Scicluna, li qabel ma kienx fil-politika u li fl-2013 sar Ministru tal-Finanzi, u Dr. Konrad Mizzi (li fl-2013 sar Ministru għall-Enerġija). Lydia Abela, mart iben il-President George Abela saret is-segretarju eżekuttiv tal-Partit Laburista. Robert Abela, bin il-President, ikkampanja fl-elezzjoni ġenerali favur il-Partit Laburista. John Bundy, eks-kandidat tal-PN, beda jippreżenta programm fuq ONE TV. Fil-Konferenza Ġenerali tal-2011, ħabbru li se joħorġu għall-ewwel darba għall-elezzjoni mal-Partit il-mużiċista Sigmund Mifsud, l-avukat tal-General Workers' Union Joanne Vella Cuschieri, u t-tobba Deo Debattista (li fl-2013 tela' fil-Parlament), Silvio Grixti u Godfrey Farrugia (li fl-2013 sar Ministru tas-Saħħa). F'Marzu 2012, il-Partit Laburista reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru f’35 lokalità bi swing ta’ 5.5% fil-voti favurih u tnaqqis ta’ 5.26% fil-voti għall-Partit Nazzjonalista. Il-PL ġab kważi 56% tal-voti u rebaħ lokalitajiet li tradizzjonalment dejjem kienu f’idejn il-PN, f'San Pawl il-Baħar, Ħal Safi u l-Qala. F’lokalitajiet oħrajn tradizzjonalment Nazzjonalisti, il-PL irnexxielu jżid il-voti b’persentaġġi sostanzjali fosthom f’Ħal Balzan, is-Siġġiewi u San Ġiljan fejn żied il-voti b’7%, b’4% u 10.7% rispettivament. Minn 35 lokalità li fihom saru l-elezzjonijiet, f’21 minnhom il-Partit Laburista ġab maġġoranza tal-voti. B'kollox kien hemm 61,751 li vvutaw għall-Partit Laburista, 46,409 li vvutaw għall-Partit Nazzjonalista, 1,797 vot għall-Alternattiva Demokratika u 960 għall-kandidati indipendenti. Il-PL ġab 15,342 vot iktar mill-PN, 14% iktar. Fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013, il-Partit Laburista kiseb 167,533 vot, 35,107 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 132,426 vot f’dik li tista’ tiġi meqjusa bħala l-ikbar differenza għal diversi snin tant li l-PL ġab kważi 55% u l-PN 43%, kif kien ħabbar kull stħarriġ li sar qabel l-elezzjoni. F'Marzu 2013, fl-istess jum tal-Elezzjonijiet Ġenerali 2013, il-Partit Laburista reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru fi 33 lokalità u żied il-voti fuq l-elezzjonijiet ta’ erba' snin qabel fl-istess lokalitajiet bi 2.2% biex issa ġab kważi 57%. Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista naq­qas il-voti bi kważi 2% u ġab 42%. F’dawn l-elezzjonijiet, il-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba il-kunsill lokali ta’ Birkirkara u kien hemm ħames lokalitajiet oħra li fihom il-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranza: l-Imtarfa, Tal-Pietà, il-Mellieħa, l-Imqabba u Santa Venera. Hekk fl-2013, il-Partit Laburista għandu kważi żewġ terzi, 65%, tal-lokalitajiet kollha f'idejh, 44 lokalità minn 68. Fl-elezzjonijiet każwali tal-Elezzjonijiet Ewropej li saru f'April 2013, il-Partit Laburista tella' l-ewwel Membru tal-Parlament Ewropew mara fl-istorja politika Maltija, Marlene Mizzi, li kienet ċermen tas-Sea Malta, u ġabet kważi 24,000 vot. Nhar l-24 ta' Mejju 2014, Muscat iffaċċja l-ewwel elezzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, sena wara l-ħatra tiegħu. Il-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjonijiet Ewropej għat-tielet darba b'53.3% tal-voti, 33,675 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista, li ġab 40% tal-voti. Il-Partit Laburista ġab 1.5% inqas minn kemm kien ġab fl-2009. Il-kandidat minn fost it-tnax li kienu qegħdin jikkontestaw f’isem il-Partit Laburista bl-akbar għadd ta’ voti fl-ewwel għadd kien Alfred Sant, li kiseb 48,739 vot, 36% tal-voti li kiseb il-Partit Laburista. Fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2017, il-Partit Laburista kiseb 170,976 vot, 35,280 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 135,696 vot f’dik li tista’ tiġi meqjusa bħala l-ikbar differenza minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija tant li l-PL ġab 55% u l-PN 43.7%. Robert Abela Wara r-riżenja ta' Joseph Muscat minn Mexxej tal-Partit f'Jannar 2020, nhar it-12 ta' Jannar 2020, Robert Abela nħatar Mexxej tal-Partit Laburista, u l-għada nħatar Prim Ministru. Il-Ħidma tal-Partit Laburista favur l-Ilsien Malti Fl-1923, il-membru parlamentari Robby Hamilton tal-Partit Kostituzzjonali li kien f'Compact mal-Partit Laburista ressaq mozzjoni biex il-Malti jsir it-tielet ilsien uffiċjali. Madankollu, il-mozzjoni, li kienet issekondata mill-Partit Laburista m’għaddietx. Hamilton kien l-ewwel persuna li qatt tkellmet bil-Malti fil-Parlament, anki jekk spiċċa rredikolat mill-avversarji politiċi tiegħu. Fl-1924, bis-saħħa ta’ mozzjoni mressqa mill-membru parlamentari Laburista Turu Mifsud, il-Gvern aċċetta li jippubblika l-grammatika tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, it-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija, miktub minn Ninu Cremona u Ġanni Vassallo. Sa llum dan il-ktieb għadu meqjus bħala l-qofol tal-ortografija u l-grammatika tal-Malti. Bil-ħidma tal-Partit Laburista saru emendi fl-atti li jirregolaw il-professjoni notarili li ppermettew li l-Malti jintuża f’kull dokument uffiċjali. Dehru wkoll l-ewwel avviżi bil-Malti fil-Gazzetta tal-Gvern. Il-liġi elettorali, ir-regolamenti tat-traffiku, u ċ-ċitazzjonijiet tal-qorti (apparti l-verżjoni bit-Taljan) bdew jidhru wkoll bil-Malti. Il-Partit Laburista mmexxi minn Boffa ħadem bis-sħiħ biex l-ilsien Malti jidħol fil-qrati. Min kien jaf biss bil-Malti, jiġifieri l-maġġoranza kbira tal-Maltin, lanqas biss kienu jifhmu x'kien ikun qed jingħad fuqhom. Fl-1934, il-Malti sar lingwa nazzjonali u fl-1936 sar il-lingwa tal-qrati. Dan qanqal l-għadab tal-għedewwa tal-Malti, fosthom Sir Arturo Mercieca u l-Kamra tal-Avukati. Fl-1937 il-Malti sar obbligatorju fl-Università u twaqqfet il-Katedra tal-Malti u l-Lingwi Orjentali. Fl-1998, Dom Mintoff fil-Parlament qal hekk fuq il-ħidma ta' Boffa: Fl-1971, fi żmien il-Gvern ta' Mintoff, il-Malti, għall-ewwel darba, sar il-lingwa uffiċjali tal-Università flimkien mal-Ingliż. Għall-ewwel darba wkoll, id-diskors inawgurali tal-Parlament, indirizzat mill-Gvernatur Sir Anthony Mamo, sar bil-Malti. Fil-Kostituzzjoni ta' Malta Repubblika tal-1974 il-Malti kien rikonoxxut għal darba oħra bħala l-Ilsien Nazzjonali. Fl-1974, is-sensiela Denfil ħadet post is-sensiela Ġabra ta' Ward bħala testi ta' qari fl-iskejjel primarji, serje li baqgħet tintuża għal iktar minn tletin sena. Bejn l-1976 u l-1977, fuq TVM bdiet tidher b’suċċess kbir l-ewwel sensiela televiżiva bil-Malti – F’Baħar Wieħed ta’ Lino Grech. Fl-1982, il-Partit Laburista beda s-Sensiela Kotba Soċjalisti(SKS) li fiha ġew ippubblikati kotba kbar bħal Ulied in-Nanna Venut u Il-Ħolma Maltija. Fl-istess sena l-Partit Laburista tella' l-ewwel rock opera bil-Malti, Ġensna, b'lirika ta' Raymond Mahoney u mużika ta' Paul Abela. Fis-snin disgħin il-Partit Laburista beda jorganizza l-Iljieli Mediterranji fil-Ġonna tal-Argotti, bi musicals oriġinali u ta' livell bħal Bastilja, Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika, Spiru Ċefai, Żeża tal-Flagship, It-Tfajla tal-Palazz u Manwel Manwel. Il-Partit Laburista dejjem appoġja l-għana Malti u l-kanzunetta Maltija. Sensiela Kotba Soċjalisti Fl-1982, il-Partit Laburista ħoloq diversi dipartimenti fi ħdanu, fosthom id-Dipartiment tat-Tagħrif, b'Alfred Sant bħala chairman. Fost inizjattivi ġodda ta' Alfred Sant kien hemm Dar tal-Pubblikazzjoni, is-Sensiela Kotba Soċjalisti, S.K.S. L-isem kien ingħata minn Anton Cassar, membru fl-istess dipartiment u ġurnalist. L-ewwel ktieb li ħareġ f’din is-sensiela kien il-ktieb “Il-Mixja tal-Ħaddiema lejn il-Ħelsien” ta’ Frans Sammut, ippubblikat fis-sena 1982. Warajh ġie ppubblikat il-ktieb ta' Anton Cassar “Meta l-Għawdxin kienu Mxewxa”. L-ewwel ktieb ta' Alfred Sant ippubblikat mal-S.K.S. kien fl-1988: It-28 ta’ April 1958 - Il-Ħobż u l-Ħelsien u l-aħħar wieħed George Bush f'Malta fl-2013. Sal-aħħar tal-2012, l-S.K.S. kienet ippubblikat 130 ktieb. Awturi xellugin Diversi parlamentari u attivisti Laburisti kienu awturi u promoturi tal-Malti. Fl-1939 twaqqfet ix-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti minn Ġużè Bonnici (president), Ġużè Chetcuti, Anton Buttigieg, ilkoll Laburisti, flimkien ma' Ġorġ Pisani. Ftit wara, ix-Xirka bdiet ixxandar programmi letterarji fuq ir-Rediffusion. Fost awturi xellugin, ħafna minnhom membri jew deputati parlamentari tal-Partit Laburista, insibu lil • John F. Marks - trejdunjonista u politiku, awtur tar-rumanz Tejbilhom Ħajjithom • Guliermu Arena - attiv fix-Xirka tal-Imdawlin ta’ Manwel Dimech u ġurnalista • Mikelanġ Borg - wieħed mill-fundaturi tal-Partit Laburista, kittieb ukoll ta’ drammi, fosthom Żeża tal-Flagship • Giacinto Tua - kittieb u drammaturgu. Wieħed mill-fundaturi tal-Partit Laburista. • Ċensu Busuttil - poeta, kittieb, lingwista, konferenzier, filantropu, lessikografu u politiku • Alfons Maria Galea - filantropu kbir, kittieb u fundatur tas-sensiela tal-Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien bil-Malti. Kien senatur Laburista. • Ġino Muscat Azzopardi - fundatur u editur tal-ġurnal umoristiku Dr Xekkek. Kien fl-Eżekuttiv tal-Partit Laburista u awtur ta’ rumanzi storiċi • Ġużè Bonnici - awtur ta' rumanzi u novelli • Ġużè Orlando - awtur tar-rumanz L-Ibleh • Ġużè Ellul Mercer - fis-snin tletin kien l-editur ta’ Il-Cotra, l-organu tal-Partit Laburista. Kiteb ir-rumanz Leli ta’ Ħaż-Żgħir, kif ukoll djarju tal-gwerra Taħt in-Nar. Kien Ministru fil-Gvern Laburista tal-1955-58. • Karmenu Vassallo - poeta, kittieb, traduttur u politiku. Kien wieħed mid-disà membri Laburisti fil-Kunsill tal-Gvern fl-1946. • Anton Buttigieg - poeta u politiku, Ministru fil-Gvern Laburista u wara President ta’ Malta. • Ġużè Chetcuti - poeta u kittieb ta’ novelli u rumanzi, drammi kif ukoll ta’ studji kritiċi • Ġużè Diacono - ġurnalist u kittieb ta’ drammi b’tema socjali realistika. Awtur tad-dramm Il-Madonna taċ-Ċoqqa. • Pawlu Xuereb - kittieb ta’ rumanzi. Waqqaf is-sensiela ta’ kotba Blocks. Kien politiku, Ministru fil-Gvern Laburista u Aġent President ta’ Malta. • Anton Cassar - ġurnalist • J. J. Camilleri - l-awtur ta' Aħna Sinjuri u rumanzi oħra • Lino Spiteri - awtur ta' novelli u rumanzi, Ministru fi Gvernijiet Laburisti • Philip Sciberras - poeta u awtur, deputat Laburista u Imħallef • Alfred Sant - awtur ta' drammi, rumanzi u novelli, Prim Ministru Laburista • Frans Sammut - awtur ta' rumanzi fosthom Il-Gaġġa u Samuraj • Albert Marshall - poeta u direttur tad-drama • Paul P. Borg - awtur ta' Dal-Lejl Ġie Alla Mexxejja tal-Partit 1925–1927 William Savona 1927-1928 Kurunell Michael Dundon 1928–1949 Dr Paul Boffa (Prim Ministru: 1947–1950) 1949–1984 Perit Dom Mintoff (Prim Ministru: 1955–1958, 1971–1984) 1984–1992 Dr Karmenu Mifsud Bonnici (Prim Ministru: 1984–1987) 1992–2008 Dr Alfred Sant (Prim Ministru: 1996–1998) 2008–2020 Dr Joseph Muscat (Prim Ministru: 2013-2020) 2020- Dr Robert Abela (Prim Ministru: 2020- ) L-iktar wieħed li dam mexxej tal-Partit kien Dom Mintoff, li dam 35 sena, u kien l-iżgħar mexxej meta laħaq. Kien priministru erba' darbiet, u huwa l-iktar priministru Malti li dam fil-kariga, 16 -il sena. Kien ukoll l-iktar membru parlamentari li dam fil-Parlament: 51 sena u l-iktar wieħed li kien elett drabi: 14-il darba - f'kull elezzjoni mill-1945 sal-1996. L-inqas mexxejja li damu kienu l-ewwel tnejn: Savona li dam kważi sentejn u Dundon sena u tliet xhur. Dundon kien ukoll l-ixjeħ mexxej meta laħaq. Kellu 72 sena meta laħaq. Fost il-mexxejja tiegħu, il-Partit Laburista kellu tliet avukati (Savona, Mifsud Bonnici u Abela), żewġ tobba (Dundon u Boffa), żewġ ekonomisti (Sant u Muscat) u perit (Mintoff). Boffa, Sant, Muscat, u Abela qatt ma kienu Deputati Mexxejja tal-Partit qabel ma saru Mexxejja. Deputati Mexxejja tal-Partit Skont l-Istatut tal-Partit (2010), id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament iservi ta’ Deputat Prim Ministru meta l-Partit ikun fil-Gvern u Deputat Kap tal-Oppożizzjoni meta l-Partit ikun fl-Oppożizzjoni. Huwa jieħu l-kariga u jkun responsabbli mill-istess xogħol u responsabbilitajiet ta’ Mexxej meta dan ikun assenti minn Malta jew ma jkunx f’pożizzjoni li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu. Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit fost oħrajn: i) Imexxi u jikkordina l-ħidma tal-Amministrazzjoni u l-Fergħat tal-Parti, tal-Kumitati Lokali u l-Amministrazzjonijiet Distrettwali; ii) Iżomm kuntatt kontinwu mal-Kumitati Lokali kollha u oqsma oħra tal-Partit bil-għan li jgħinhom kemm jista’ fil-problemi li jinqalgħu u jara li l-ilmenti tagħhom jiġu rizolti fi żmien qasir; iii) Jikkordina l-ħidma tas-Sezzjoni Kunsilliera. Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit għandu d-dritt li jieħu sehem fil-laqgħat tal-Grupp Parlamentari. Deputati Mexxejja għall-Parlament William Savona 1920–1925 Michael Dundon 1925–1929 1929–1947 Dom Mintoff 1947–1949 Ġużè Flores 1949–1955 Ġużè Ellul Mercer 1955–1961 Anton Buttigieg 1961–1976 Agatha Barbara 1976–1981 Wistin Abela 1981–1983 Karmenu Mifsud Bonnici 1983–1984 Ġużè Cassar 1984–1987 Joe Brincat 1987–1992 George Vella 1992–2003 Charles Mangion 2003–2008 Anġlu Farrugia 2008–2012 Louis Grech 2012-2017 Chris Fearne 2017- Deputati Mexxejja għall-Partit Joe Brincat 1976–1980 Karmenu Mifsud Bonnici 1980–1983 Ġużè Cassar 1983-1987 Joe Debono Grech 1987–1992 George Abela 1992–1998 Joe Brincat 1998–2003 Michael Falzon 2003–2008 Toni Abela 2008–2016 Konrad Mizzi 2016 Chris Cardona 2016-2020 Daniel Micallef 2020- Media tal-Partit Il-Partit Laburista għandu One Television u One Radio, stazzjonijiet tat-televixin u tar-radju rispettivament. Joħroġ il-ġurnal KullĦadd kull nhar ta' Ħadd. Il-partit għandu wkoll sit tal-aħbarijiet bl-Ingliż, il-maltastar.com kif ukoll servizz ta' telefonija ċellulari bl-isem ta' Red Touch Fone. Ġurnali tal-Partit Laburista L-ewwel ġurnal uffiċjali Laburista beda joħroġ darba fil-ġimgħa, il-Labour Opinion, f’Diċembru 1922. L-editur tagħha kien Ġanni Bencini. Il-gazzetta, għalkemm b’isem Ingliż, kienet bil-Malti, imma kultant kien ikollha suppliment bl-Ingliż. F’Lulju 1924, Bencini sar deputat parlamentari, u bħala assistent miegħu fil-gazzetta kien daħal Gino Muscat Azzopardi, pijunier ieħor tal-Partit Laburista. Inqas minn sentejn wara, Gino Muscat Azzopardi sar ukoll editur u, sadattant, kien beda joħroġ ukoll il-gazzetta tiegħu satirika Dottor Xekkek. Il-Labour Opinion waqfet fl-1926 u, flokha, il-Partit beda jippubblika Il Cotra — leħen il-ħaddiem Malti, bl-editur Gino Muscat Azzopardi, u assistent Ġużè Ellul Mercer. Fl-1930, Gino u Ġużè bidlu posthom, u Gino sar assistent ta’ Ġużè. Fl-1933 il-Gvern Ingliż issospenda l-kostituzzjoni ta’ Malta, u l-gazzetta laburista waqfet u kellhom jgħaddu ħdax-il sena biex il-Partit Laburista reġa’ kellu l-gazzetta tiegħu, The Dawn, bl-Ingliż u bil-Malti, bl-editur Turu Colombo u, aktar tard, l-ispiżjar Johnny Raimondo. Fl-1949 The Dawn saret Is-Sebħ, kollha bil-Malti, bl-editur Nestu Laiviera. Fl-1955 Laiviera sar Speaker tal-parlament Malti u floku bħala editur daħal l-istudent ta’ 22 sena Joe Micallef Stafrace. Minħabba wieħed mill-editorjali, Stafrace kien weħel erbat ijiem ħabs, fl-eqqel tal-ġlieda mal-Ingliżi f’April, 1958. Meta Is-Sebħ kien sospiż fl-1959, bdiet toħroġ gazzetta ġdida, Il-Ħelsien, b’editur mill-ġdid Nestu Laiviera, u aktar tard fl-1962 b’Lino Cassar l-assistent tiegħu. Sadattant, il-Partit beda joħroġ ukoll The Voice of Malta, darba fil-ġimgħa, kollha bl-Ingliż kull nhar ta’ Ħadd, u aktar tard bħala magazin darba fix-xahar. Fis-snin 1940 il-Partit kien joħroġ ukoll The Knight bħala magazin bl-Ingliż, b’kitba interessanti minn Dom Mintoff. L-editur uffiċjali ta’ The Voice kien Anton Buttigieg iżda l-iktar li kien jieħu ħsiebha kien Lino Cassar. Il-Knisja, f’Mejju 1961, tat l-interdett lill-membri kollha tal-eżekuttiv tal-Partit Laburista u imponiet ukoll id-dnub il-mejjet fuq il-gazzetti tiegħu. Il-Knisja neħħiet id-dnub kmieni fl-1967 u kien hawn li Il-Ħelsien waqfet u minflokha bdiet toħroġ il-gazzetta Iż-Żmien, din id-darba b’editur Lino Cassar, li sadattant kien beda joħroġ il-gazzetta umoristika Ix-Xewka. Iż-Żmien waqfet fl-1973 u kellhom jgħaddu seba’ snin oħra biex reġgħet bdiet toħroġ Il-Ħelsien, b’editur Evarist Bartolo. Meta reġgħet waqfet “Il-Ħelsien”, bdiet toħroġ fl-1993 il-KullĦadd kull nhar ta' Ħadd, bl-editur Felix Agius. Il-Ħmar, u wara Il-Ħmara (1917-37) ta' Guglielmo u Ġużi Arena Labour Opinion (1922-26) Il Cotra (1926-1933) Dr Xecchec (1925-1933) The Dawn (1944-1949) The Voice of Malta Is-Sebħ (1949-1959) Il-Ħelsien (1959-1967; 1980-1993) Iż-Żmien (1967-1973) Ix-Xewka (1967-) KullĦadd (1993- ) - l-uniku ġurnal li għadu joħroġ Personaġġi magħrufa Laburisti Glenn Bedingfield Joseph Cuschieri Ġużè Abela George Abela Robert Abela Wistin Abela Kalċidon Agius Emanuel Attard Bezzina Agatha Barbara Evarist Bartolo Ċikku Bonaci Ġużè Bonnici Joe Brincat Ċensu Bugeja Anton Buttigieg Ġużè Cassar Karl Chircop John Cole Turu Colombo Danny Cremona Joe Debono Grech Michael Dundon Ġużè Ellul Mercer Michael Falzon Ġużè Flores Alfons Maria Galea Patrick Holland Albert Hyzler Nestu Laiviera John F. Marks Daniel Micallef Freddie Micallef Joe Micallef Stafrace Konrad Mizzi Ċensu Moran Philip Muscat Ġino Muscat Azzopardi Ġużè Orlando Mike Pulis Lorry Sant Antonio Schembri Adami Edward Scicluna Lino Spiteri Leli Tabone Karmenu Vassallo George Vella Pawlu Xuereb Gerry Zammit L-Emblema tal-Partit Laburista 1924-27: L-Ewwel Emblemi L-ewwel darba li ssemmiet l-idea li l-Partit Laburista jkollu emblema tiegħu kien fi Frar tal-1924 waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-partit. Il-membri ddeċidew li jissejjaħ konkors qalb il-partitarji permezz tal-Labour Opinion, il-ġurnal tal-partit ta’ dak iż-żmien. Fis-7 ta’ Marzu 1924, l-eżekuttiv, wara diskussjoni twila għażel l-emblema tiegħu li iżda ma nafux kif kienet. Imbgħad f’Jannar 1927 reġa' ssemma l-bżonn ta' emblema. Mosè Gatt ippropona li jkunu avżati l-kumitati distrettwali biex jintbagħtu disinji li kellhom ikunu studjati flimkien ma‘ dawk id-disinji li l-partit diġà kellu – probabbli dawk tal-1924. John F. Marks, issekondat minn Ġanni Bencini, ippropona biex isir avviż f' Il-Cotra, il-ġurnal tal-partit li kien ħa post il-Labour Opinion, u jingħata 15-il jum żmien lil kull min ried jibgħat disinn tal-emblema. Din il-proposta ma għaddietx; għaddiet minflok il-proposta ta’ Mosè Gatt. Kienet iffurmata kummissjoni ta' tlieta magħmula minn Carmelo Longo, Kjeriku Egidio Galea Balzan u Giovanni Satariano biex jagħżlu mid-disinji li ntbagħtu u li issa kellu f’idejh il-kumitat eżekuttiv. Il-Kummissjoni għażlet tliet disinji u fil-11 ta' Mejju l-membri tal-eżekuttiv ivvutaw u għażlu d-disinn ta’ Alfred Gerada, meqjus bħala l-aqwa karikaturist li kien hawn f’Malta, fl-epoka ta’ qabel il-gwerra u anke għal snin wara. Id-disinn kien jinkludi arma ta' Malta fl-isfond u raġel bil-mazza: simbolu ta' enerġija, bl-iskrizzjoni bil-Malti mad-dawra, Partit tal-Ħaddiema. Il-bażi tal-arma kien l-isfar li jirrappreżenta r-reliġjon u l-ikħal għax Malta kienet parti mill-imperu Ingliż. Fiċ-ċentru tal-arma il-ħaddiem, għax għall-ewwel darba l-ħaddiem kien fiċ-ċentru tal-programm ta' ħidma ta' partit politiku. Il-Bandiera tal-Partit Ladarba ntgħażlet l-emblema, beda jkun diskuss fil-kumitat ġenerali kif kellha tkun il-bandiera tal-Partit. Kien hemm min ried li l-bandiera tkun bajda u ħamra bl-emblema fin-nofs u kien hemm min ried sfond kompletament aħmar bil-badge fin-nofs. Kien deċiż li titħalla sine die u li l-kumitati distrettwali jagħmlu l-bandiera tagħhom kif jogħġobhom. Kien hemm każini bħal dak tal-Isla, li fuq il-bjut kienu jtajru bandiera ħamra bil-badge fin-nofs u oħrajn bħal dak tal-Ħamrun li użaw abjad u aħmar u l-badge fin-nofs. It-torċa It-torċa li llum hija sinonima mal-Partit Laburista dehret għall-ewwel darba f’Diċembru 1928 bħala parti mit-titlu tal-ġurnal tal-partit Il-Cotra. Din ukoll kienet disinn ta’ Gerada. L-isem li jirrapreżenta l-Kotra Maltija nsibuh imdawwar bil-ktajjen tal-injoranza u t-tbatija, l-arma tal-partit fuq il-lemin poġġuta strateġikament biex il-ħaddiem jidher jaqtà bil-mazza l-ktajjen u jiskopri d-dawl tat-tagħlim li jillibera l-kotra biex timxi ‘l quddiem. L-arma u t-torċa kienu marbuta flimkien. Bit-tagħlim setgħet il-kotra tillibera ruħha u fl-istess ħin kellu jkun il-ħaddiem stess permezz tal-Partit Laburista li jaqta’ l-ktajjen tal-injoranza. It-Tieni Emblema Wara r-riżultat elettorali tal-1932 u l-effetti tal-ġuri tas-sedizzjoni, il-Mexxej Laburista Pawlu Boffa beda jwettaq tibdil radikali fil-partit. Fost affarijiet oħra Boffa ordna biex ma tibqax tidher u tintuża l-bandiera ħamra, bidel l-isem tal-partit minn Partit tal-Ħaddiema għal Partit tax-Xogħol u biddel ukoll l-arma tal-partit. Hekk twieldet it-tieni emblema tal-Partit Laburista. M’għandniex provi min kien id-disinjatur tal-emblema, iżda x’aktarx kien xogħol ta‘ Gerada.Fejn qabel kien jiddomina l-blu, issa jiddomina l-isfar, il-kulur kannella jirrappreżenta x-xogħol tal-art. Fejn qabel iċ-ċentru kien ħaddiem bil-mazza issa ċ-ċentru kienet flambeau. F’konferenza f’Raħal Ġdid, Boffa spjega l-emblema l-ġdida. “Iċ-ċirku isfar”, qal il-mexxej laburista, “għax aħna kattoliċi Appostoliċi Rumani bil-kliem fuqu Partit tax-Xogħol, fin-nofs arma Maltija fuq fond ikħal għax aħna partit Malti taħt il-protezzjoni tar-Renju Unit, u l-flambeau/it-torċa li tfisser progress, dawl, intelletwalità u mħabba.” Boffa spjega għaliex inbidlet l-emblema l-oħra – ir-raġel tal-mazza kien jissimbolizza ħaddiema tal-id mentri l-partit jgħid Boffa, jiddefendi lil kull klassi ta‘ ħaddiema. L-isem inbidel għax il-partit kien jirrappreżenta u jiddefendi kwalunkwe xogħol, kif ukoll lill-kapitalisti li jagħtu x-xogħol lill-ħaddiema. It-Tielet Emblema Wara l-isplit fl-1949 inħass il-bżonn li l-partit isirulu xi tibdiliet. Fl-1950 reġgħet inbidlet l-emblema tal-partit u l-isem minn ‘Partit tax-Xogħol’ inbidel għal ‘Labour Party’. Għal darba oħra l-artist mhux magħruf, għalkemm bosta jsostnu li reġa‘ kien Gerada li ddisinja l-arma il-ġdida. Il-kuluri baqgħu l-istess - Sfond blu li jirrappreżenta l-imperu Ingliż u hemm min jgħid li jirrappreżenta il-Mediterran, abjad u aħmar tal-bandiera Maltija. U l-isfar li jirrapreżenta r-reliġjon Kattolika. Fuq iċ-ċirku l-kelma, Malta, separata b’żewġ sinjali żgħar min-naħa ta‘ isfel, mill-kliem Labour Party. It-torċa li tirrappreżenta t-tagħlim u l-progress miżmuma b’id għera. L-id tal-ħaddiem li kien għadu batut u li jrid ikun hu, permezz tal-Partit Laburista biex jgħin u jerfa’ lilu nnifsu. Fis-7 ta’ April 1951 dehret l-arma l-ġdida bħala parti mit-titlu tal-ġurnal tal-partit ‘Is-Sebħ’. Fl-1955 wara li sfaxxa l-partit ta’ Boffa – il-Malta Workers Party – bħala sinjal ta’ għaqda bejn iż-żewġ partiti l-isem sar Malta Labour Party u ż-żewg linji żgħar fl-arma tneħħew. Matul is-snin saru wkoll diversi tifsiriet tal-kuluri ta’ din l-emblema fosthom dawk relatati man-newtralità u l-Mediterran. Ir-Raba' Emblema Wara l-ħatra ta' Joseph Muscat bħala mexxej tal-Partit, f'Novembru 2008 id-delegati tal-Partit Laburista qablu li tinbidel l-emblema tal-Partit Laburista. Matul l-2010 saret votazzjoni għall-emblema l-ġdida tiegħu permezz tat-telefon ċellulari. B’kollox ħadu sehem 11,178 persuna u daħlu 1,358 membri ġodda permezz tas-sistema ta’ votazzjoni. L-emblema li ntgħażlet kisbet 65% tat-total ta’ voti. Din kienet iddisinjata mill-kumpanija internazzjonali TBWA\ANG – waħda mill-kumpaniji ewlenin fil-qasam tal-komunikazzjoni. L-Innu tal-Partit Laburista L-Innu tal-Partit Laburista, li huwa forma ta' talba, inkiteb fl-1930 minn Manwel Pace b'kompożizzjoni tal-Maestro Ġużè Diacono. L-innu ġie approvat mill-Eżekuttiv tal-Partit Laburista nhar is-16 ta' April 1930. Dan l-innu ndaqq għall-ewwel darba fl-1 ta' Mejju 1930 fit-Teatru San Ġorġ Bormla. Lejn din l-Għaqda fis nittajru Xjuħ u żgħażagħ ħaddemin Leħen sbejjaħ lilna jsejjaħ Biex ningħaqdu f’dan il-ħin Issa l-jum mistenni twieled, Issa tar tal-biża' ż-żmien Bierku s-siegħa li aħna fiha Rajna d-dawl rajna l-ħelsien. Issuktaw f'dil-ħidma mbierka Jibqa' demmkom jiġri sħun, Seddqu talbkom, qawwu qalbkom, Tagħna r-rebħa fl-aħħar tkun. Tagħder qalbna l-ġuħ u l-faqar, Dmugħna jkun għall-imnikktin, Sew ħilitna kemm saħħitna, Hienja nagħtu għall-fqajrin. Li bħall-ahwa lkoll ninħabbu U li ngħinu lil xulxin Sew kif Alla b’amar ħalla L-għaqda jrid tal-ħaddemin. Issuktaw f'dil-ħidma mbierka, Jibqa' demmkom jiġri sħun, Seddqu talbkom, qawwu qalbkom, Taghna r-rebħa fl-aħħar tkun. Ħoloq oħra Pawlu Boffa Dom Mintoff Karmenu Mifsud Bonnici Alfred Sant Joseph Muscat Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta) Elezzjonijiet Ġenerali 2017 (Malta) Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2013 Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2017 Ħoloq esterni Dokumentarju ta' ONE TV fuq l-istorja tal-Partit Laburista fid-90 Anniversarju tiegħu is-sit uffiċjali tal-Partit Laburista Is-Sit tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat Kullħadd - Il-Ġurnal tal-Partit Laburista maltastar.com One Productions Partiti politiċi ta' Malta
2751
https://mt.wikipedia.org/wiki/G%C4%A7asri
Għasri
Il-Għasri hu raħal żgħir fil-gżira ta' Għawdex. Fl-2005 kien jgħodd 371 ruħ biss. Il-Għasri huwa magħruf għal l-għasel tajjeb u bnin. Sa' ftit snin ilu kien għad baqa' xi daqqaqa tal-qoton. Il-knisja parrokkjali hija ddedikata lil Corpus Christi. Din bdiet tinbena fl-1903 u ġiet ikkonsegrata fl-1916. Fis-16 ta' Diċembru 1921, l-Għasri sar parroċċa. Ta' min jsemmi l-Bażilka tal-Madonna tal-Patroċinju, li hija l-eqdem waħda f'Għawdex, u t-tielet l-eqdem fil-pajjiż. Din inbniet fl-1739. Il-fanal ta' Ġurdan, li jinsab fuq għolja f'dan ir-raħal, kien beda jinbena f'Ġunju 1852 u xogħolhu kien li jgħin lill-vapuri jew skejjen sabiex jitbiegħdu minn max-xtajta jew inkella li jiksbu d-dritt li jidħlu fil-portijiet Maltin. Taħt l-istess għolja hemm ħbula ta' raba' li jwasslu sa' Wied il-Għasri, wied dejjaq u tawwali li l-ħanek tiegħu huwa ċagħqi. Mat-tul tal-wied insibu ħafna qasab, imsejjħa bil-latin bħala arundo donax, u siġar tat-tin. Bejn l-Għasri u r-raħal tal-Għarb insibu l-irħajjel Ta' Għammar li jżomm mitt ruħ. Ta' Għammar jagħmel mal-kunsill lokali ta' l-Għasri, imma bħala parroċċa hu ma' l-Għarb. Hekk kif taqsam it-triq issib il-bażilka ta' Ta' Pinu. Is-sindku huwa Dr. Daniel Attard, maħtur f'isem il-Partit Nazzjonalista. Nistgħu ngħidu li fl-Għasri, waħda mill-iżjed bini importanti hija l-Knisja Parrokjali tal-Għasri.Insibu wkoll il-Fanal ta'Ġurdan, Wied il-Għasri u l-Bażilika tal-Patrocinju. Nies Magħrufa Għasrin L-aktar Għasri magħruf huwa Toni Calleja, folklorista li ta' kull sena jikteb dwar drawwiet u twemmin f'dan ir-raħal tant ċkejken. Kull sena joħroġ enċikolpedija dwar dan ir-Raħal, bit-titlu: Korpus. Jissemmew wkoll il-benefattur Salvu Gambin, Ġanni Saliba Ta' l-Għasfur, daqqaq tal-qoton u Ġużepp Sultana, bejjiegħ ta' l-ilma żahar. Ħoloq Sit uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta' l-Għasri Ritratti ta' Wied il-Għasri Bliet ta' Malta Għawdex
2759
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jum%20ir-Ringrazzjament
Jum ir-Ringrazzjament
Jum ir-Ringrazzjament (Thanksgiving Day) huwa festa pubblika fl-Istati Uniti li tiġi ċċelebrata fir-raba' Ħamis ta' Novembru, u fit-tieni Tnejn fil-Kanada. Storja Il-biċċa kbir tan-nies jafu biss dak li ġara nhar Jum ir-Ringrazzjament iżda ftit jiftakru li fil-ħarifa ta' 1621 fil-Lvant tal-Amerika, il-Pellegrini (grupp ta' separatisti reliġjużi mill-Ingilterra) għamlu festa ta' tlett ijiem biex jiċċelebraw sena tajba u jirringrazzjaw lill-Alla, flimkien ma' Amerikani Nattivi. Tradizzjonijiet fl-Istati Uniti Fl-Istati Uniti l-famili jeċċelebraw din il-festa billi jieklu d-dundjan. Ħafna nies iqisu l-għada ta' Jum ir-Ringrazzjament (il-Ġimgħa) bħala festa wkoll, biex b'hekk jieħdu weekend ta' erbat ijiem. Stati Uniti Festi pubbliċi fl-Istati Uniti
2786
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ewro
Ewro
Ewro huwa l-isem tal-munita Ewropea. L-ewro (simbolu: €; kodiċi bankarju: EUR), il-flus ta' għoxrin-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija il-Belġju Ċipru l-Estonja il-Finlandja Franza il-Ġermanja il-Greċja l-Irlanda l-Italja il-Kroazja il-Latvja il-Litwanja il-Lussemburgu l-Pajjiżi l-Baxxi Malta il-Portugall is-Slovakkja is-Slovenja u Spanja li flimkien jissejħu ż-żona tal-ewro. Pajjiżi oħra li jinsabu barra ż-żona tal-ewro iżda jużaw l-ewro bħala l-munita ta' pajjiżhom huma: Andorra il-Kosovo Monako il-Montenegro San Marino u l-Vatikan flimkien ma' dawn il-pajjiżi mhux indipendenti li huma: il-Kosovo, l-Gujana Franċiża, Reunion, Saint-Pierre-et-Miquelon, Guadeloupe, Martinique u Mayotte. Fil-qasam tal-flus l-ewro ġab riforma sinifikattiva fl-Ewropa; bidla li kontinent kien ilu ma jara bħalha minn żmien l-Imperu Ruman. L-ewro mhux biss mekkaniżmu li jipperfezzjona s-Suq Uniku Ewropew billi jiffaċilita l-kummerċ ħieles fost il-membri taż-żona tal-ewro, imma hu meqjus, mill-fundaturi tiegħu bħala pass mill-iktar kruċjali fil-proġett tal-integrazzjoni politika Ewropea. Il-muniti ewro tal-pajjiżi fiż-żona tal-ewro Il-muniti ewro tal-Awstrija 1ċ : turi l-ġenzjana, fjura tal-Alpi Awstrijaċi 2ċ : turi l-'edelweiss', fjura tal-Alpi Awstrijaċi 5ċ : turi l-primula, fjura tal-Alpi Awstrijaċi 1ċ : turi l-Katidral ta' San Stiefnu, Arkitettura Gotika ta' Vjenna 20ċ : turi l-Palazz Belvedere, eżempju ta' stil Barokk 50ċ : turi l-Bini tas-Seċessjoni ta' Vjenna, eżempju ta' art nouveau 1 ewro: turi lil Wolfgang Amadeus Mozart, kompożitur Awstrijak famuż 2 ewro : turi lil Bertha von Suttner, paċifista radikali u rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi Il-muniti ewro tal-Belġju Il-muniti ewro kollha, jiġiefri l-muniti ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha u monogramma tar-Re Albertu II tal-Belġju. Il-muniti ewro ta' Ċipru 1ċ, 2ċ, 5ċ : 10ċ, 20ċ, 50ċ : juru 'xini ta' Kyrenia', xini tipiku Ċiprijott, ta' żmien 400 sena Q.K. 1 ewro, 2 ewro: juru l-'Idolu ta' Pomos', skultura preistorika ta' madwar 3000 Q.K. Il-muniti ewro tal-Estonja Il-muniti ewro kollha, jiġifieri l-muniti ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru l-mappa ġeografika tal-pajjiż, akkumpanjata mill-kelma "Eesti" (Estonja). Il-muniti ewro tal-Finlandja Il-muniti ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, u 50ċ juru l-Iljun Ħabbar tal-Finlandja, li jinsab fuq l-arma Finlandiża. 1 ewro : turi ċ-ċinji jtiru fuq pajsaġġ Finlandiż. Iċ-ċinju hu l-għasfur nazzjonali tal-Finlandja. 2 ewro: turi l-frotta u l-werqa ta' pjanta li ġejja mill-familja ta' tuta. Il-muniti ewro ta' Franza 1ċ, 2ċ, 5ċ : juru l-Pittura ta' Marianne, is-simbolu tar-Repubblika Franċiża 10ċ, 20ċ, 50ċ : juru ż-żarrgħaja, tema meħuda mill-munita Franċiża ta' qabel. 1 ewro, 2 ewro: juru siġra bi stil magħmula f'eżagonu bil-kliem 'Liberté Egalité Fraternité' Il-muniti ewro tal-Ġermanja 1ċ, 2ċ, 5ċ : juru fergħa mis-siġra tal-Balluta Ġermaniża, li kienet tidher ukoll fuq il-munita Ġermaniża. 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-Bieb ta' Brandeburgu, li hu simbolu ta' diviżjoni u unità. 1 ewro, 2 ewro: juru l-ajkla Ġermaniża, li hi simbolu tas-sovranità tal-Ġermanja Il-muniti ewro tal-Greċja 1ċ: turi xini Ateniż tas-seklu 5 Q.K. 2ċ: turi xini tal-bidu tas-seklu 19 magħruf bħala 'korvetta' 5ċ: turi tanker modern, simbolu tal-impriża Griega 10ċ: turi lil Rigas Velestinlis-Fereos (1757 - 1798), poeta Grieg 20ċ: turi lil Ioannis Kapodistrias (1776 - 1831), statista Grieg 50ċ: turi lil Eleftherios Venizelos (1864 - 1936), politiku Grieg 1 ewro: dehra tas-seklu 5 Q.K., il-munita tal-4 drakmi ta' Ateni (munita f'munita) 2 ewro: turi l-ħtief ta' Ewropa minn Żeus f'forma ta' barri Il-muniti ewro tal-Irlanda Il-muniti ewro kollha, jiġifieri l-muniti ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru l-arpa tradizzjonali tal-Irlanda. Il-muniti ewro tal-Italja 1ċ: turi l-Castel del Monte, kastell tas-seklu 13 li jinsab qrib Andria, fil-Pulja 2ċ: turi t-Torri Mole Antonelliana, torri li jissimbolizza l-belt ta' Turin 5ċ: turi l-Kolossew ta' Ruma, anfiteatru Ruman famuż 10ċ: turi t-twelid ta' Venere, pittura ta' Sandro Botticelli 20ċ: turi l-iskultura 'Forom Uniċi tal-Kontinwità fl-Ispazju' ta' Umberto Boccioni 50ċ: turi l-istatwa ekwestra ta' Marku Awrelju 1 ewro: turi r-Raġel Vetruvjan, tpinġija ta' Leonardo da Vinci 2 ewro: turi xbieha ta' Dante Alighieri, pittura ta' Raffaello Il-muniti ewro tal-Latvja Il-muniti ewro kollha, jiġiferi ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro. Il-muniti ewro ta' Litwanja Il-muniti ewro kollha, jiġiferi ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro. Il-muniti ewro tal-Lussemburgu Il-muniti ewro kollha, jiġiferi ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha tal-Gran Duka Enriku tal-Lussemburgu Il-muniti ewro ta' Malta Fl-artiklu Muniti tal-ewro ta' Malta għandek issib iktar dettall dwar il-muniti tal-ewro Maltin 1ċ, 2ċ, 5ċ : juru l-Altar tat-Tempji tal-Imnajdra 10ċ, 20ċ, 50ċ : juru l-Arma tar-Repubblika ta' Malta 1 ewro, 2 ewro: juru is-Salib tal-Kavallieri ta' Malta Il-muniti ewro ta' Monako 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-arma ta' Monako 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-monogramma tal-Prinċep Albertu II 1 ewro u 2 ewro: juru xbieha tal-Prinċep Albertu II Il-muniti ewro tal-Pajjiżi l-Baxxi Il-muniti ewro kollha, jiġifieri ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha tar-Reġina Beatriċe, bit-titlu tagħha madwar ix-xifer. Il-muniti ewro tal-Portugall 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-arma rjali tal-1134 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-arma rjali tal-1142 1 ewro u 2 ewro: juru l-arma rjali tal-1144 Il-muniti ewro ta' San Marino 1ċ: turi t-tielet torri "Il Montale" 2ċ: turi l-istatwa tal-Libertà 5ċ: turi l-ewwel torri "La Guaita" 10ċ: turi l-Bażilika ta' San Marino 20ċ: turi pittura ta' San Marino mill-iskola ta' Guercina 50ċ: turi t-tliet torrijiet li huma: La Guaita; La Cresta u Il Montale 1 ewro: turi l-arma nazzjonali ta' San Marino 2 ewro: turi l-bini tal-gvern Il-muniti ewro tas-Slovakkja 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-muntanja Kriváň, fil-katina tal-Muntanji Tatra 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-kastell ta' Bratislava 1 ewro u 2 ewro: juru l-arma tas-Slovakkja (salib patrijarkali fuq tliet għoljiet) Il-muniti ewro tas-Slovenja 1ċ: turi ċ-Ċikonja, meħuda mit-talleru Sloven ta' qabel 2ċ: turi l-Ġebla tal-Prinċep 5ċ: turi l-pittura, 'The Sower' ta' Ivan Grohar 10ċ: turi idea ta' Joze Plecnik, għal bini tal-Parlament Sloven 20ċ: turi żewġ żwiemel Lipizzani 50ċ: turi l-muntanja Triglav 1 ewro: turi lil Primoz Trubar, protestant riformista Sloven 2 ewro: turi lil France Preseren, Poeta romantiku Sloven u l-ewwel linja tas-seba' strofa tal-innu nazzjonali Il-muniti ewro ta' Spanja 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-Katidral ta' Santiago de Compostela 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru lil Miguel de Cervantes, kittieb Spanjol 1 ewro u 2 ewro: juru xbieha tar-Re Juan Carlos I Il-muniti ewro tal-Vatikan Il-muniti ewro kollha, jiġifieri l-muniti ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI Il-Karti tal-Flus tal-ewro Hemm seba' karti tal-flus tal-ewro: il-5 ewro, l-10 ewro, l-20 ewro, il-50 ewro, il-100 ewro, il-200 ewro, u l-500 ewro. Is-seba' karti tal-flus tal-ewro huma bbażati fuq tema ta' disinn komuni - "Żminijiet u Stili Ewropej". Fuq in-naħa ta' quddiem tal-flus insibu t-twieqi u l-bibien li jissimbolizzaw l-ispirtu miftuħ u ta' kooperazzjoni fl-Ewropa. it-tnax-il stilla tal-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw id-dinamiżmu u l-armonija tal-Ewropa tal-lum. Fuq in-naħa ta' wara ta' kull karta tal-flus hemm pont wieħed mis-seba' perjodi tal-istorja arkitettonika Ewropea. Dawn jissimbolizzaw il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni mill-qrib li jeżistu bejn il-ġnus tal-Ewropa u bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja. Il-karti tal-flus huma l-istess (minn wara u minn quddiem) fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-ewro, u bħall-muniti ewro, huma valuta legali f'kull pajjiż ta' din iż-żona monitarja Ewropea fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-karti tal-flus tal-ewro huma dawn: Il-Ħames Ewro: għandha l-kulur griż u tirrappreżenta l-Arkitettura Klassika L-Għaxar Ewro: għandha l-kulur aħmar u tirrappreżenta l-Arkitettura Romanika L-Għoxrin Ewro: għandha l-kulur ikħal u tirrappreżenta l-Arkitettura Gotika Il-Ħamsin Ewro: għandha l-kulur oranġjo u tirrappreżenta l-Arkitettura Rinaxximentali Il-Mitt Ewro: għandha l-kulur aħdar u tirrappreżenta l-Arkitettura Barokka u tar-Rokokò Il-Mitejn Ewro: għandha l-kulur isfar fil-kannella u tirrappreżenta l-Arkitettura tal-Art Nouveau Il-Ħames Mitt Ewro: għandha l-kulur vjola u tirrappreżenta l-Arkitettura Moderna tas-seklu 20 Unjoni Monetarja u Ekonomika L-ewro ġie stabbilit bi prova tal-1992 permezz tat-Trattat ta' Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea li sar biex jistabbilixi l-Unjoni Monetarja u Ekonomika. Biex idaħlu din il-munita l-ġdida, l-Istati Membri kellhom jobdu ċerti regoli stretti bħal defiċit tal-baġit ried ikun inqas minn tlieta fil-mija tal-PDG, dejn tinqas minn sitta fil-mija tal-PDG, inflazzjoni baxxa, u rati ta' interess qrib dawk tal-UE. Fit-Trattat ta' Maastricht, ir-Renju Unit u d-Danimarka ngħatalhom il-permess li jistgħu ma jimxux fuq dan il-pass li jwasal għad-dħul tal-ewro. L-ekonomisti li għenu biex joħolqu jew jikkontribwixxu l-ewro jinkludu lil Robert Mundell, Wim Duisenberg, Robert Tollison, Neil Dowling, Fred Arditti u Tommaso Padoa-Schioppa. Referenzi 1. Rapport dwar l-Ismijiet tal-Munita Ewropea (PDF) Ħoloq esterni Karti tal-flus tal-ewro Ekonomija tal-Unjoni Ewropea‎ Muniti
2789
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pangea
Pangea
Alfred Wegener kien l-ewwel wieħed li ippropona il-mixi tal-kontinenti fil-ktieb tiegħu Die Entstehung der Kontinente und Ozeane (bil-Ġermaniż; "L-Origni tal-Kontinenti u Oċjani") ippublikat fl-1915. Huwa ssuġerixxa illi 200 miljun sena ilu eżista superkontinent wieħed bl-isem ta' Pangea (Art Kollha)(mill-Grieg γεα =Art, παν=Kollha). Din ma kinitx proprja xi idea ġdida, imma Wegener offra diversi linji ta' evidenza biex isaħħaħ il-proposta tiegħu. Paġni Relatati Astronomija Pjaneta Art Preistorja‎ Kontinenti
2805
https://mt.wikipedia.org/wiki/Alfred%20Wegener
Alfred Wegener
Alfred Lothar Wegener (Berlin, 1 ta' Novembru 1880 – Groenlandja, 3 ta' Novembru 1930) kien meterojolgu Ġermaniż. Xogħolijiet Thermodynamik der Atmosphäre, 1911 u 1924 Die Entstehung der Kontinente und Ozeane, Wind- und Wasserhosen in Europa, 1917. Das detonierende Meteor vom 3. April 1916, 3 1/2 Uhr nachmittags in Kurhessen, 1917 u 1918 Der Farbenwechsel grosser Meteore, 1918 Durch die weiße Wüste, 1919 Theorie der Haupthalos, 1926 Versuche zur Aufsturztheorie der Mondkrater, 1920 Die Entstehung der Mondkrater, 1921 Pilotballonaufstiege auf einer Fahrt nach Mexiko März bis Juni 1922 Vertraulicher Bericht über die Grönland-Expedition 1929 Vorlesungen über Physik der Atmosphäre, 1935 Mit Motorboot und Schlitten in Grönland, 1935 Ħoloq esterni Sit elettroniku tal-Istitut Alfred Wegener Alfred-Wegener-Stiftung Wegener Zentrum für Klima und globalen Wandel - Graz Alfred Wegener, Entdecker der Plattentektonik Alfred-Wegener-Schule in Kirchhain, Hessen Alfred Wegener; Wind- und Wasserhosen in Europa, Vieweg, Braunschweig, 1917, 301 S. Digitalisiert (PDF) bei TorDACH Twieldu fl-1880 Mietu fl-1930 Ġeofiżiċi Xjentisti Ġermaniżi Meteoroloġisti Ġermaniżi Ġeoloġisti Ġermaniżi
2808
https://mt.wikipedia.org/wiki/Joe%20Sacco
Joe Sacco
Joe Sacco (twieled 1960) huwa artista tal-komiks (wkoll magħrufin bħala strixxikli) u ġurnalista Malti. Ħa fama internazzjonali fl-1996 meta ingħata l-American Book Award għall-istrixxiklu Palestine. Huwa wkoll famuż għall-istrixxiklu fuq il-Gwerra tal-Bosnja bl-isem ta' Safe Area Goražde. Sacco twieled Malta f'Ħal-Kirkop fl-1960. Missieru kien inġinier u ommu għalliema. Ta'sena il-familja tiegħu emigrat lejn l-Awstralja fejn għadda tfulitu sakemm fl-1972, fl-età ta' 12 il-sena, flimkien mal-familja tiegħu, mar l-Istati Uniti (Los Angeles). Għamel l-ewwel esperjenzi fil-ġurnaliżmu meta beda jaħdem fil-gazzetta ta' l-iskola Sunset High School f'Beaverton, Oregon. Waqt li il-Ġurnaliżmu kien l-interess ewlieni tiegħu, dan kien wkoll żmien fejn żviluppa xejra umoristika u satirika. Iggradwa minn-Sunset High School fl-1978. Beda studju tal-ġurnaliżmu fl-Università ta' Oregon u ggradwa hemm b'B.A. fl-1981. Wara impjieg qasir mal-ġurnal tal-Għaqda Nazzjonali tan-Nutara (Amerikani), xogħol li biħ b'ebda mod ma stagħdar , tilef kull-xewqa li jisr ġurnalista. Fl-1983 iddeċida li jmur Malta. F'intervista fuq il-BBC jgħid: "...I sort of decided to forget it and just go the other route, which was basically take my hobby, which has been cartooning, and see if I could make a living out of that,". F'Malta beda jaħdem bħala artista ta' komiks romantiċi f'sensiela ta' strixxikli jisimhom Imħabba Vera. Kien proprija b'dan ix-xogħol li Joe Sacco beda l-karriera tiegħu ta’ artista tal-komiks. Waqaf jaħdem fuq dan il-proġett fl’għadd 6 tal-pubblikazzjoni meta irritorna lura lejn l-Amerka. Is-sensiela kienet suċċess. Aktar minn hekk kienet pass importanti fl-iżvilupp tal-komiks f'Malta . Fl-1985, lura fl-Amerka, waqt li kien qiegħed Portland, Oregon, ħadem bħala ko-editur ta' komik li joħroġ kull xahar, il-Portland Permanent Press. Kien f'dan iż-żmien li ġie mqabbad mill-Fantagraphics Books sabiex joħrog l-antoloġija tal-komiks Centrifugal Bumble-Puppy, għalkemm din m'għamlitx xi suċċess kbir. Sacco ppubblika l-ewwel serje, Yahoo, waħdu bejn l-1988 u l-1992. Din kienet waħda mit-titli awtobijografiċi li dehru fi stamperiji tal-komiks żgħar ta' dan iż-żmien. Iżda l-istint ġurnalistiku u l-interess vast ta' Sacco kienu atipiċi; Yahoo kien jixbaħ bejn wieħed u ieħor il-forma libera ta' David Collier u Harvey Pekar iżda b'ton iktar satiriku u b'inqas attenzjoni lokali. Fost affarijiet oħra, huwa akkumpanja rock band u f'tour Ewropew, ossessjona ruħu bil-media coverage dwar il-Gwerra tal-Golf u kiteb dwar il-ħajja ta' kuljum ta' stripper. Dik il-parti ta' Yahoo dwar il-Gwerra tal-Golf tefgħat lil Sacco fi studju dwar il-politika tal-Lvant Nofsani. Mar l-Israel u fit-Territorju Palestinjan biex jagħmel riċerka għall-ewwel xogħol kbir tiegħu. Palestine hija kollezzjoni ta' biċċiet kemm qosra u twal, uħud minnhom juru l-vjaġġi u l-esperjenzi ma' Palestinjani (u xi Lhud), u xi wħud jiddramatizzaw l-istejjer li kien sema'. Palestine ħareġ taħt forma ta' serje ta' comic book mill-1993 sa l-2001 u wara ġie ppublikat f'diversi ħarġiet. Fl-1996, l-ewwel pubblikazzjoni rebħet l-American Book Award. Aktar tard, fi tmiem il-Gwerra tal-Bożnija, Sacco mar Sarajevo u Goražde u pproduċa serje ta' rapporti fuq l-istil ta' Palestine, ir-rumanz impinġi Safe Area Goražde u The Fixer, u l-kollezzjoni ta' l-stejjer War's End. Safe Area Goražde rebħet l-Eisner Award għal Best Original Graphic Novel fl-2001. Huwa kkontribwixxa xogħlijiet qosra oħra taħt forma ta' rappurtaġġ grafiku għal diversi magażins fuq suġġetti li jvarjaw mill-ħruxija tal-gwerra sal-mużika blues. Sacco, li bħalissa jgħix fi New York City, ħadem kemm-il darba għall-American Splendor ta' Harvey Pekar. Aktar riċentement sacco Kiteb u penġa żewġ strixxikli fuq l-inġustizzji fl-Iraq ippublikati f'The Guardian , kif wkoll strixxiklu ta' 16 il-paġna f' Harper's Magazine. Għażla bibljografika 2005: War's End. w:en:Drawn and Quarterly. ISBN 1896597920 2004: The Fixer. Drawn and Quarterly. ISBN 1896597602 2003: Notes from a Defeatist. [selected stories from Yahoo] Fantagraphics Books. ISBN 1560975105 2003: The Fixer: A Story from Sarajevo. Fantagraphics Books. ISBN 1896597602 2002: Safe Area Goražde: The War in Eastern Bosnia 1992-1995. Fantagraphics Books. ISBN 1560974702 2001: Palestine. [collection of entire series] Fantagraphics Books. ISBN 156097432x 1984: Imħabba Vera (għadd 1-6), PEG, Malta. Referenzi Ħoloq esterni Fantagraphics Books: Joe Sacco Biografija ta' Joe Sacco minn Fantagraphics Brueghel in Bosnia Intervista f' L.A. Weekly. The Art Of War Intervista f' Mother Jones. Intervista ma Joe Sacco - intervista fuq Weekend America Joe Sacco goes to war to write a comic book - Intervista fuq Minesota Public Radio Joe Sacco - Presentazzjoni mgħotija minn Joe Sacco f' Novembru 2007 fil-Walker Art Center fuq The Walker Channel, arkivju ta' Taħdidiet mgħotija fil-Walker Art Center. (fajl Awdjo .mp4), sors Twieldu fl-1960 Nies Maltin Ġurnalisti Maltin Artisti Maltin Nies ħajjin
2815
https://mt.wikipedia.org/wiki/Imperu%20Brittaniku
Imperu Brittaniku
L-Imperu Brittaniku kien l-ewwel potenza mondjali kif ukoll l-ikbar imperu fl-istorja tad-dinja. Dan l-imperu kien il-prodott ta' sekli ta' kolonjaliżmu minn pajjiżi Ewropej, l-iktar prominenti fosthom kienu Spanja, il-Portugall, il-Pajjiżi Baxxi, Franza u l-Gran Brittanja. Sal-1921 l-Imperu Brittaniku kien jikkontrolla madwar 458 miljun ruħ — bejn wieħed u ieħor kwart tal-popolazzjoni mondjali — u kien jikkomprendi 13 miljun mil kwadru (iktar minn 33 miljun km²), kważi terz tal-art kollha tad-dinja. Anki jekk mis-snin sittin 'l hawn dan l-imperu żżarma, għad fadal influwenza qawwija fuq bosta pajjiżi u f'ħafna sferi, bħal prattiki ekonomiċi, ġuridiċi u sistemi ta' gvern, it-tixrid ta' ħafna sports tipiċi ingliżi (bħall-futbol) kif ukoll it-tixrid tal-Lingwa Ingliża. Imperi Imperjaliżmu Kolonjaliżmu
2818
https://mt.wikipedia.org/wiki/Indoewropew
Indoewropew
L-Indoewropew hija kostruzzjoni xjentifika ta', dik li tissejjaħ protolingwa: lingwa prototipika komuni, li minnha nissoponu li tnisslu d-diversi lingwi tal-familja Indoewropea. Illum huwa meqjus aktar preċiż li nitkellmu fuq il-Proto-Indoewropew għaliex rikostruzzjoni, fis-sens ta' lingwa li tista' tintuża għall-komunikazzjoni, mhijiex possibli. Rikostruzzjonijiet ta' l-Indoewropew iwasslu biss għall-għerq ta' kliem, fenomeni fonoloġiċi u strutturi sintattiċi bażiċi. Il-lingwi tal-familja Indoewropeja jingħad li għandhom relazzjoni ġenetika (mhux fis-sens darwinistiku). Biex jigi ikkonstatat jekk lingwa għandhiex relazzjoni ġenetika ma' lingwa oħra, il-lingwi jiġu mqabbla fuq il-bażi tar-regoli fonetici tagħhom. Billi jmorru lura f'numru ta' rikostruzzjonijiet, il-lingwisti huma kapaci jestrapolaw u jaslu għall-protolingwa. Naturalment ma jeżistux sorsi miktuba ta' l-Indoewropew. Sprachbund vs. Relazzjoni Ġenetika Ta' min jiddistingwi bejn, l-hekk imsejjaħ Sprachbund u r-Relazzjoni Ġenetika. Sprachbund hija kelma Ġermaniża li tfisser "unjoni/għaqda lingwistika" u tiġi użata mil-lingwisti f'diversi lingwi bħala kelma teknika. Bħala Sprahchbund nifhmu grupp ta' Lingwi li x-xebh ta' bejniethom hu bbażat fuq kuntatt lingwistiku li seħħ f'ċertu punt ta' l-evoluzzjoni tal-lingwa osservata. Dawn il-lingwi ma jistgħux ikunu ġenetikament relatati – jekk tassew, din tkun relazzjoni mbiegħda ħafna. Dan huwa dak li jagħżel Sprachbund minn Familja Lingwistika, li għaliha, ir-relazzjoni ġenetika hija essenzjali. L-Indoewropew ma ġiex iffurmat fi Sprachbund iżda tnissel minn familja waħda. Sprachbund tingħaraf mill-fatt li relazzjoni bejn żewġ lingwi ma turix xebh fil-vokabularju biss iżda xebh fl-istruttura wkoll. Fi kliem aktar ġenerali, nistgħu ngħidu li lingwi ta' l-ewwel tip għandhom l-istess omm, l-oħrajn kienu ġirien għal żmien twil. Lingwa Lingwi Indo-Ewropej Lingwistika
2819
https://mt.wikipedia.org/wiki/Brendi
Brendi
Brendi (li hija verżjoni mqassra ta' brandywine, mill-Olandiż brandewijn—inbid jaħraq) huwa terminu ġenerali għal inbid distillat, normalment 40–60% ethyl alcohol b'volum. Minbarra inbid, dan l-ispirtu jista' jiġi magħmul anke mill-meraq ta' l-għeneb jew meraq tal-frott fermentat. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-brendi jkun magħmul mill-għenba. Normalment jiġi servut bħala xarba ta' wara l-ikel. Alkoħol
2820
https://mt.wikipedia.org/wiki/Repubblika%20tal-Irlanda
Repubblika tal-Irlanda
Ir-Repubblika tal-Irlanda hija nazzjon fl-Ewropa u tagħmel parti mill-gżira tal-Irlanda. Il-bqija tal-gżira, jiġifieri l-Irlanda ta' Fuq hija parti ntegrali tar-Renju Unit. Għandha popolazzjoni ta' 4.2 miljun ruħ. Il-belt kapitali tagħha hi Dublin, li tgħodd nofs miljun ruħ u li tinsab tħares fuq il-Baħar tal-Irlanda. Bliet oħra kbar huma Cork b' 120 elf ruħ, Galway b' 73 elf, Limerick b' 53 elf u Waterford b' 46 elf. Fost l-aktar gżejjer magħrufa hemm dawk tal-Gżejjer Aran, fl-għarb tal-gżira u dik ta' Achill, li tintleħaq minn County Mayo. Għalkemm il-pajjiż huwa ġar tar-Renju Unit u fil-parti l-kbira jitkellem l-ilsien Ingliż, kien ma' dan ir-renju li kellhu l-aktar taqbid fl-istorja mdemmija tiegħu. Tant li l-element patrijottiku jgħaffas ħafna, imqar jekk b'mod xejn komplimentuż, fuq il-passat storiku ta' bejniethom. Dan jidher ċar fil-letteratura u l-mużika Irlandiża, meqjusa fost l-ifjen fl-Ewropa. Storja Ir-Repubblika tal-Irlanda twieldet wara li Lloyd George, f'isem ir-Renju Unit u l-Kuruna Brittanika, għadda l-Att tal-Gvern dwar l-Irlanda fl-1920. Dan kien ifisser il-ħolqien ta' żewġ parlamenti, wieħed minnhom għan-naħa ta' fuq, fil-parti l-kbira f' Ulster. Il-parti li baqgħet tagħmel mar-Renju Unit saret magħrufa bħala Northern Ireland, l-Irlanda ta' Fuq. F' Diċembru 1921 ġie ffirmat it-Trattat Anglo-Irlandiż u b'hekk twaqqfet l-Irish Free State. Din baqgħet magħrufa hekk sal-1949, meta ġiet iddikjarata r-Repubblika tal-Irlanda, li nqatgħet mill-Commonwealth. Fl-1955 ir-Repubblika tal-Irlanda saret membru sħiħ tal-Ġnus Maqgħuda. Reliġjon Il-poplu Irlandiż iħaddan, fil-parti l-kbira, it-twemmin kattoliku. Dan it-twemmin kien l-għeruq ta' ħafna mit-tilwim mar-Renju Unit. Il-muntanja ta' Croagh Patrick, f'County Mayo, hija meqjusa bħala waħda sagra u lejn tmiem ta' kull Lulju, eluf kbar ta' pellegrini jixxabtu magħha sakemm jilħqu l-quċċata bħala parti mis-sagriċċju għal dnubiethom. San Patrizju huwa l-patrun tal-pajjiż. . Għalkemm ir-reliġjon kattolika ma hijiex daqstant b'saħħitha daqs ftit tas-snin ilu, xorta tibqa' forża nfluwenti fil-ħajja ta' kuljum. Madanakollu filwaqt li d-dibattitu dwar l-abort jibqa' jaħraq ħafna, ħarġu numru ta' skandli tal-ġerarkija tal-knisja li tappnulha l-istima tagħha. Fosthom hemm il-każ tal-Magdalene laundries, li kienu djar li jilqgħu tfajliet Irlandiżi li jinqabdu tqal. Hawn ġew mikxufa l-għadd kbir ta' abbużi li saru fuq dawn it-tfajliet. Il-film The Magdalene Sisters (2002) ta' Paul Mullan, kompla jnaqqas is-saħħa tal-knisja, b'akkużi ta' ipokrezija fejn jidħlu l-morali nsara. Il-kantanta Sinead O'Connor wkoll rikbet fuq il-karru tal-akkużi. Kittieba Fost il-kittieba ewlenin li ħarġu mill-Irlanda nsibu lil Jonathan Swift, Oscar Wilde, William Butler Yeats, Samuel Beckett, James Joyce u George Bernard Shaw. Huwa ironiku li fost l-aqwa kittieba bl-Ingliż tas-Seklu Għoxrin kienu mnissla mill-istess poplu li kien qed jiġġieled għal-ħelsien politiku. Tant li erba' kittieba Irlandiżi rebħu l-Premju Nobel Għal-Letteratura. Dawn kienu William Butler Yeats fl-1923, George Bernard Shaw fl-1925, Samuel Beckett fl-1969 u Seamus Heaney fl-1995. Kittieba Irlandiżi li għamlu isem fl-aħħar snin jinkludu lil Brendan Behan, l-awtur ta' Borstal Boy fl-1958, Brian Friel, li kiteb id-dramm Dancing at Lughnasa fl-1990, u Neil Jordan minn Sligo, li minbarra l-kitbiet bħal Nights in Tunisia u The Dream of a Beast, qiegħed iħalli impatt fil-qasam taċ-ċinema. Mużika L-Irlanda tat kontribut kbir ħafna fil-qasam mużikali Brittaniku li jiżboq bil-bosta l-għadd ta' popolazzjoni. Dan seħħ anki fil-qasam tar-rokk, pop rokk u naturalment fil-mużika keltika. Il-grupp The Corrs, magħmul minn membri tal-familja Corr minn Dundalk kien wieħed li għamel suċċess kbir, bil-ħoss mexxej u qabbieżi tagħhom. Fejn tidħol il-mużika jidher li ma hemmx differenza jekk l-artist huwiex mill-Irlanda ta' Fuq jew mir-Repubblika, anki fejn jidħlu temi patrijottiċi u l-imħabba lejn art twelidhom, mingħajr fruntieri politiċi. Tant li l-kantawtur Paul Brady, li jkanta The Island trabba' f' Strabane, County Tyrone. Madankollu fir-Repubblika tal-Irlanda, hemm drawwa li kunċert mużikali, imqar jekk ġewwa nitfa' ta' pabb, jispiċċa bl-innu nazzjonali The Soldier's Song. Fost l-aqwa mkejjen sabiex wieħed jisma' mużika folk tajba, jissemmew Westport (Irlanda) f'County Mayo, Sligo u Letterkenny f'County Donegal. Sport L-isports l-aktar li jintlagħbu huma r-rugby, il-futbol, il-Gaelic football u l-hurling. Għalkemm ħafna futbolers magħrufa Irlandiżi għamlu ħoss jilgħabu fil-kampjonati Ingliżi, il-Gaelic Football jibqa' l-attivita' sportiva li twaqqaf il-pajjiż. Tant, illi Croke Park, ġewwa Dublin, jesa' 82,500 ruħ u jkun mimli daqs bajda waqt logħbiet jaħarqu tal-finali All Ireland tal-istess Gaelic football. Il-futbol huwa sport popolari ħafna u r-Repubblika Irlandiża ħadet sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1990, 1994 u 2002, kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej Euro 88, xi drabi b'suċċess kbir. Il-kampjonat Irandiż huwa ftit jew wisq dgħajjef, b'ħafna mill-plejers tat-tim nazzjonali jilgħabu barra 'l pajjiż. L-istadju nazzjonali ta' Lansdowne Road bħalissa qed jerġa jinbena mill-ġdid u bi ħsiebu jinfetaħ fl-2009 . Huwa se jkun jesa' 50,000 ruħ. Referenżi Ħoloq esterni Sit tal-Gvern tar-Repubblika Irlandiża Ritratti tal-Irlanda Stati membri tal-Unjoni Ewropea Pajjiżi gżejjer Repubbliki Ewropa tat-Tramuntana Ewropa tal-Punent Pajjiżi stabbiliti fl-1937
2822
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tibdil%20fil-Lingwa
Tibdil fil-Lingwa
Tibdil fil-Lingwa wkoll magħruf bħala Drift (tkarkir, xejra, xeħta), fil-lingwistika jirreferi għat-tibdil, jew tendenza ta' tibdil bil-mod f'lingwa jew djalett, li eventwalment jwassal għall tibdil ta' l-istruttura. Għalkemm, dan it-tibdil jidher, li jsir b'mod każwali, ħafna drabi jiġbed f'ċerta direzzjoni. Eżempju ta' dan il-proċess huwa spostament tal-vokali (vowel shift). L-iżvilupp fl-użu tal-kliem ukoll juri ċerta direzzjoni fit-tifsir tal-kliem li jingħataw tifsira iktar dejqa jew tifsira iktar wiesgħa. Lingwistika
2823
https://mt.wikipedia.org/wiki/Fonolo%C4%A1ija
Fonoloġija
Il-fonoloġija hija fergħa fil-lingwistika li tistudja l-ħsejjes lingwistiċi mil-lat tal-funzjoni tagħhom u tal-organizzazzjoni tagħhom fil-kliem. Tradizzjonalment, din tiffoka fuq l-istudju ta' sistemi ta' fonemi f'lingwi partikolari, imma tista' tkopri wkoll kwalunkwe analisi lingwistika. Etimoloġija u definizzjoni Il-kelma fonoloġija ġejja mill-Grieg φωνή (phōnḗ) li tfisser "vuċi, ħoss", u s-suffiss -loġija li ġej mill-Grieg λόγος (lógos) għal "kelma, suġġett ta' diskussjoni". It-tifsiriet ta' dan it-terminu jvarjaw. Nikolai Trubetzkoy f'Grundzüge der Phonologie (1939) jiddefinixxi fonoloġija bħala "l-istudju ta' ħsejjes li jappartjenu għas-sistema ta' lingwa", bil-kontra tal-fonetika, li huwa "l-istudju ta' ħsejjes li jappartjenu għall-att tad-diskors". Ara wkoll Fonetika Fonema Lingwistika
2829
https://mt.wikipedia.org/wiki/Anton%20Buttigieg
Anton Buttigieg
Anton Buttigieg, (Qala, Għawdex, .19 ta’ Frar 1912 - 5 ta' Mejju 1983), avukat, Viċi Prim Ministru, poeta u t-tieni President ta' Malta. Tfulija u Żgħożija Buttigieg kien it-tielet tarbija ta’ Salvu u Concetta, imwielda Falzon. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Qala (1916-1922), fis-Seminarju ta’ Għawdex (1923-1927). Issokta bl-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f’Malta (1928-1930) u fl-Università ta' Malta. Iggradwa b’Baċellerat tal-Arti fl-1934 u ġab Dottorat fil-Liġi fl-1940. Avukat, Pulizija u Ġurnalist Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija huwa ħadem ta' avukat, u kien spettur tal-pulizija fil-kontroll tal-ikel (1942-1944). Wara l-Gwerra, mill-1944 sal-1948, kien ġurnalist tal-Qorti mat-"Times of Malta". Kien editur tal-ġurnal Laburista "The Voice of Malta" mill-1959 sal-1970. Politiku L-ewwel darba li daħal fil-politika kien mal-Partit Kostituzzjonali ta' Strickland fl-1951. Ħareġ għall-elezzjonijiet ġenerali tal-1951 u l-1953 ma' dak il-Partit imma ma ġiex elett. Fl-1955, Ġużè Ellul Mercer ikkonvinċieh joħroġ mal-Partit Laburista għall-elezzjoni li saret dik is-sena. Daħal fil-Parlament fl-1956 minflok Ġużè Flores li sar imħallef. Kien Delegat tal-Partit għall-Konferenzi Kostituzzjonali ta’ Malta li saru f'Londra fl-1958 u fl-1964. Mill-1959 sal-1961 kien President tal-Partit Laburista. Fl-1962, Buttigieg li kien Kattoliku konvint, ikkontesta mal-Partit Laburista minkejja li dan kien interdett mill-Knisja, fi żmien il-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża, u kien elett fuq it-tmien distrett. Inħatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Reġa' kien elett fl-elezzjonijiet tal-1966, tal-1971 u tal-1976. Kien rappreżentant tal-Partit fl-Assemblea Konsultattiva tal-Kunsill tal-Ewropa (1967-1971), fejn kien elett Viċi President (1967-1968). Fl-1971, meta l-Partit Laburista immexxi minn Dom Mintoff tela' fil-gvern, huwa nħatar Ministru tal-Ġustizzja u tal-Parlament u Deputat Prim Ministru. President ta' Malta Fis-27 ta' Diċembru 1976 inħatar bħala t-tieni President tar-Repubblika ta’ Malta, kariga li żamm sal-1982. Fi żmien il-Presidenza tiegħu telqu l-aħħar suldati Ingliżi minn Malta, fil-31 ta' Marzu 1979, li sar Jum Nazzjonali magħruf bħala Jum il-Ħelsien. Poeta Buttigieg beda jippubblika mill-1928. L-ewwel ma kiteb kien L’insegnamento dei Sepolcri fir-rivista tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Fl-1929 beda jippubblika l-poeżiji fil-Pronostku Malti u rebaħ is-sitt premju bil-poeżija "Sajf". Buttigieg kien wieħed mill-membri tal-bidu tal-Għaqda tal-Malti (Università) fl-1931, imwaqqfa minn Rużar Briffa u Ġużè Bonnici. Kien ukoll Membru tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti. Jibqa' magħruf bħala l-Poeta tan-Natura għal ħafna poeżiji li għandu fuq is-suġġett. Buttigieg kien l-ewwel wieħed li uża stili ta' poeżija Ġappuniża bħat-tanka u l-ħajku, u ppubblika żewġ kotba ta' poeziji satiriċi u ċajtiera bl-isem ta' Ejjew nidħku ftit (1962) u Ejjew nidħku ftit ieħor (1965). Fihom Buttigieg jittratta l-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża b'umoriżmu u b’sarkażmu. Il-Kebbies tal-Fanali Waħda mill-isbaħ poeżiji tiegħu li saret klassika tal-Letteratura Maltija. Kull fl-għaxija kif mal-għabex tnin u tmut saħħet il-jum, jiġi Majsi bis-sellum, u jixgħelli taħt it-tieqa fanal ċkejken, li tal-lejl itaffi d-diqa. Saħħti wkoll qed inħossha tmut kuljum, iżda msejkna l-Poeżija, kull fl-għaxija, dlonk tixxabbat mas-sellum, u ġo qalbi tixgħel naqra ta' fanal, illi jtaffi ftit id-diqa sa ma jmut ta' ħajti l-fdal. Alla ħares ma kienx Majsi illi jagħmel ftit tad-dija; u ma' Majsi – Alla ħares – ma kenitx il-Poeżija! Fuq din il-poeżija, Dr. Adrian Grima jgħid hekk: F'Ġunju 2009, il-kantanta Doreen Galea ħarġet CD b'poeżiji kantati b'mużika ta' Dominic Galea, bl-isem Ommi. Waħda mill-poeżiji hija Il-Kebbies tal-Fanali, fejn leħen Galea donnu ngħata l-laqta ta’ raħħal jgħanni u jfaħħar xogħol il-kebbies. Pubblikazzjonijiet Poeżija Lirika "Mill-Gallarija ta' Żgħożiti". - 1949 "Fanali bil-Lejl". - tin". - 1973"Il Mare di Malta". - selezzjoni ta' poeżiji maqluba għat-Taljan - 1974"Il-Għanja tas-Sittin". - 1975"The Lamplighter". - selezzjoni ta' poeżiji maqluba għall-Ingliż - 1977"Qabs el Mosbah". - selezzjoni ta' poeżiji maqluba għall-Għarbi - 1978"Poeziji Miġbura - L-ewwel Volum" - L-ewwel żewġ kotba."From the Balcony of my Youth" u "Lamps in the Night" ġew mitbugħa f'volum wieħed bit-titlu ta' "Collected Poems" - 1978. Poeżija Umoristika"Ejjew nidħku ftit" - 1963"Ejjew nidħku ftit iehor" - 1966 Ħajki u Tanki "Il-Muża bil-Kimono"' - 1968. Premjijiet Fl-1971 rebaħ il-premju għall-poeżija, imniedi mill-Gvern ta' Malta. Fl-1972 rebaħ il-premju Ġużè Muscat Azzopardi għall-poeżija. Fl-1975 iċ-Circolo Culturale Rhegium Julii ta' Reggio Calabria ppremjah bi plakka tal-fidda għall-poeżiji tiegħu. Fl-1977 rebaħ il-Premju Internazzjonali tal-Kultura Mediterranja għall-poeżija mogħti miċ-Centro di Cultura Mediterranea" ta' Palermo. Fl-1979 ingħata l-Ewwel Premju u Diploma Speċjali għall-Poeżija fl-Ewwel Kategorija miċ-Centro Culturale Artistico Letterario ta’ Brindisi. Fl-1979 rebaħ il-Premju Letterarju ta’ Malta għall-ewwel volum tal-awtobijografija tiegħu Toni tal-Baħri''. Ħajja Personali - Tliet żwiġijiet Ta’ 32 sena żżewweġ l-ewwel mara tiegħu, Carmen (imwielda Bezzina) u kellhom tlett itfal: John (Dr. John Buttigieg B.A., LL.D., M.P) - Rose (miżżewġa lil Dr. Joe Brincat, B.A. (Lond.), B.Sc. (Econ.) (Lond.), LL.D., M.P.) u Manolo Buttigieg LL.D., avukat). Wara l-mewt tal-ewwel mara li mietet seba’ xhur wara t-twelid tat-tielet tarbija, Anton Buttigieg iżżewweġ lil Connie Scicluna fl-1953, li iżda sfortunatament tilifha wkoll tliet snin wara f'inċident tat-traffiku f'Londra. Ta’ 63 sena Anton Buttigieg iżżewweġ mill-ġdid lill-Iskoċċiża Margery Helen Patterson. Mewt Anton Buttigieg miet fl-età ta’ 71 sena, nhar il-5 ta' Mejju 1983. Ingħata funeral statali u jinsab midfun fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Nhar il-5 ta’ Mejju 1985 ġie inawgurat monument f’ġieħu fil-Blata l-Bajda quddiem id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà tal-MUSEUM. Kittieba Maltin bil-Malti Buttiġieġ, Anton Buttiġieġ Buttiġieġ Buttiġieġ Buttiġieġ Politiċi tal-Partit Laburista (Malta) Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista (Malta) Avukati Maltin Għawdxin Anton
2843
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ru%C5%BCar%20Briffa
Rużar Briffa
Rużar Briffa (1906 - 1963) kien poeta u dermatologu Malti daqskemm figura ewlenija fil-letteratura Maltija. Studja fl-iskola elementari tal-Gvern f’Sant’ Iermu u l-Liċeo tal-Belt u wara li għadda mill-eżamijiet tal-Matrikola, fl-1923 beda jgħallem fl-iskejjel elementari. Kellu jkun l-ewwel għalliem bil-matrikola fid-Dipartiment. Tabib u Dermatologu Ftit xhur wara, fl-1924, beda l-istudju tiegħu fil-mediċina, fl-Università ta’ Malta u ssoktah f’Londra fil-Venereoloġija u d-Dermatoloġija. Fl-1932 sar speċjalista tal-mard tal-ġilda. Baqa’ magħruf għall-umiltà u l-qalb kbira li wera mal-morda, speċjalment mal-lebbrużi. Skont martu Louisette, ix-xewqa tiegħu fil-professjoni medika kienet li jkabbar il-ġmiel fil-ġilda u jnaqqas il-kruha tagħha, u dan l-aspett jixref sikwit fil-versi tiegħu, tant li fi żmienu kien magħruf bħala l-Poeta tas-Sbuħija. Lura f’Malta, Briffa nħatar tabib anzjan fis-sezzjoni tal-mard tal-ġilda fl-Isptar Ċentrali. Kien ukoll speċjalista tal-marda tal-lebbra fl-Isptar San Bartilmew fl-Imgieret u fl-Isptar Chambray ta’ Għawdex. Matul il-pesta li kellna f’Malta fis-snin 1936-37, Ruzar kien jaħdem fl-Isptar ta’ Lazzarett f’Manoel Island. Fl-1938 kien mar fil-Lvant Imbiegħed fejn ħadem u studja fi sptarijiet f’Kalkutta, Gobra, Bankura u Madras. Matul il-gwerra, meta kien mar joqgħod San Giljan, Rużar kien speċjalista onorarju tad-dermatoloġija fil-Malta War Memorial Hospital for Children. Tul l-istess żmien kien ukoll Supretendent fl-Isptar Blue Sisters. Bejn is-snin 1951 u 1963, Rużar kien jgħallem id-dermatoloġija u l-veneoroloġija fl-Università ta’ Malta. L-Għaqda tal-Malti Flimkien ma’ sieħbu Ġużè Bonnici, fl-1931 waqqaf l-Għaqda tal-Malti – Università, li għadha attiva sal-lum, u beda joħroġ ir-rivista Leħen il-Malti. Poeta "Qatt ma kelli l-ħsieb li nistampa dawn il-poeżiji fi ktieb. Uħud minnhom ktibthom fi żmien ta’ dwejjaq kbar, oħrajn ta’ ferħ. U ktibthom għalija…." Dan kien kliem il-poeta nnifsu li deher fl-ewwel ġabra ta’ poeżiji li ppubblika bl-isem Poeżiji fl-1971 grazzi għall-insistenza tat-tieni mara tiegħu Louisette u ta’ ħabibu P. Valentin Barbara. Il-biċċa l-kbira tal-poeżiji tiegħu kitibhom fuq folji maqtugħa ta’ xi ktejjeb tal-but jew fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ pakketti vojta tas-sigaretti. Oħrajn kitibhom fuq karti tar-riċetti mediċi, fuq boroż, insomma, fuq kulma kien jiġi għal idejh f’waqt ta’ muża. Rużar Briffa baqa’ magħruf bħala l-poeta taċ-ċokon u tas-sempliċità. Għalkemm kiteb ftit, Briffa kien apprezzat fit-tul minn diversi kritiċi letterarji. Bosta kitbu fuqu. Dawn huma xi kummenti li hu nnifsu għadda fuq il-poeżija bħala interpretazzjoni individwali u bħala espressjoni artistika, universali: "Il-poeżiji tiegħi la huma ġrajjiet kbar, la ħsibijiet profondi fuq il-Ħajja u lanqas xewqat għolja ta’ Dinja oħra. Huma biss impressjonijiet, biex ngħid hekk ‘snapshots’ tal-ħajja ta’ kuljum kif tħosshom qalbi. Anki s-‘snapshot’ għandu l-qawwa tiegħu għax ħafna drabi fiċ-ċokon tiegħu jiġbor irqaqat li f’ritratt kbir kienu jitilfu mir-reqqa tagħhom ... jiena wkoll inħoss li l-poeżiji tiegħi għandhom il-qawwa tas-sempliċità." "Ma ktibtx għall-fama. Il-Poeżija għalija xejn ma hi ħaġa ta’ gost imma aktarx ta’ tbatija kbira." "Jolqotni ħsieb u jdum iberren f’moħħi għal xhur sħaħ – xi drabi għal snin. Imbagħad f’daqqa jtini ferħ ta’ ġenn. Inkun fejn inkun ikolli nieħu lapis u karta u f’temp ta’ minuta toħroġ weħidha l-poeżija. Ebda poeżija ma ħaditli iżjed minn ħames minuti biex niktibha." "l-poeżija m’għandhiex tfittex ħlief li tilħaq il-qalb tal-qalb tal-bniedem, u jekk anki jirnexxilha tagħmel dan darba biss, allura l-poeżija tkun laħqet l-aqwa tagħha." Poeżiji tiegħu Jum ir-Rebħ U l-Kotra qamet f’daqqa – u għajtet: “Jien Maltija! Miskin min ikasbarni, - miskin min jidħak bija!” U l-Kotra għanniet f’daqqa – u semmgħet ma’ l-irjieħ L-Innu ta’ Malta tagħna, – u l-leħen kien rebbieħ, Fuq ngħas l-imgħoddi ġwejjef, – in-ngħas ta’ l-Apatija Xħin ruħna kienet rieqda – ġo sodda barranija; U l-ombra ta’ Vassalli – qamet minn qiegħ il-qabar, U għajtet: “Issa fl-aħħar – jiena se nsib is-sabar.” Dawn il-versi jalludu għall-protesta li kienet saret fl-Empire Stadium mis-sapporters Maltin fit-2 ta’ Marzu, 1945 qabel ma bdiet il-logħba ta’ ħbiberija bejn Malta u t-tim Jugoslav, Hadjuk ta' Split (Hrvatski nogometni klub Hajduk Split), li dik il-ħabta kien magħruf mad-dinja kollha. L-King’s Own Band daqqew kemm l-innu nazzjonali Jugoslav u kemm il-God Save the King, mingħajr ma daqqew l-Innu Malti. Il-folla maqrusa fil-laħam il-ħaj qamet bil-wieqfa u bdiet tkanta spontanjament il-versi ta’ Dun Karm fuq mużika ta’ Dr Robert Sammut. Dan il-waqt emozzjonanti ferm li kien baqa’ fuq fomm kulħadd għal ġimgħat sħaħ, tpenġa permezz tal-kelma minn Rużar Briffa fil-poeżija t’hawn fuq. F`din il-poezija jidher is-sens qawwi ta` patrijotizmu tal-Maltin li qamu mill-apatija li kien fiha taht hakmiet barannin. Lil Ommi Bennini ħa norqod, Benninni bil-ħlewwa, Kull diqa nessini, Nessini kull dnewwa; benninni bil-lajma ta’ leħnek jirtogħod, benninni, benninni, hekk, hekka, bil-mod. Aħbili li hemm barra Qed jokrob ir-riħ, bħal ruħ qiegħda tfittex, għalxejn il-mistrieħ. Benninni, benninni, nessini kull dieqa, benninni, bħal meta kont ċkejken fin-nieqa, u l-għanja tennili – il-għanja ta’ dari – tat-tfajjel imqareb mitluf ġewwa x-xagħri: “Iżd’ommu wisq talbet lit-twajjeb Bambin, u Dan it-triq sablu, għaliex hu ħanin.” Jien ġrali bħat-tfajjel, tbegħidt wisq mid-dar, u kollox sibt hieni, sakemm il-lejl sar, u nfirxet ir-reżħa u d-dlam fuq ix-xagħri, u sfajt għajjien mejjet, imriegħex minn dwari. Fejn taf, għażiż’ommi, kemm ra l-iben tiegħek minn xħin telaq daru u nfired minn miegħek! Benninni, benninni, fissidni bħal dari … hekk … hekk … iva, daħhal subgħajk ġewwa xagħri; W għannili, bil-ħlewwa, il-għanja tas-sewwa. Hawn jinħass il-poeta introvers li bil-lirika tiegħu fassal il-pedament tal-poeżija moderna Maltija L-Għanja tal-Imnikket O Madonna tad-Duluri, Mhux il-ward Jiena fittixt ħa nsebbaħ darek U nfewwaħlek lil altarek, Imma x-xewk minn qalb ix-xagħri U għollieq, marrâd, musfari, O Madonna tad-Duluri, Dana biss! O Madonna tad-Duluri, l-oħrajn ġew U bid-deheb għammru lil darek, U bil-ħaġar sawru altarek – Jiena biss kont il-barrani Mingħajr ward u deheb il-għani, Jiena biss! O Madonna tad-Duluri, Ma stmerrejtx Int l-imnikket ġewwa darek, ‘Ma tbissimt minn fuq altarek, Kollok ħlewwa, kollok ħniena, Serraħt Int lill-qalb għajjiena. Inti biss! Nofsinhar Sajfi Barra bis-sħana qiegħda mgħaxxa l-ħajja Taħt xemx li tikwi - l-eħrex xemx sajfija - U kollox ħiemed, bħallikieku l-ġrajja Waqfu tal-jum, imbikkma minn did-dija. Fuq għolja bżar, żunżan bil-qtajja’qtajja’ Irewwaħ ġewnħu; joħroġ mill-ħamrija ħanfus sewdieni, bl-akbar skiet jissajja ħa jsib il-qmuħ imxerrda fil-mogħdija. Ħiemed il-mewġ jitniegħes ġewwa l-qala; il bogħod ‘il bogħod jitriegħex qlugħ bajdani bil-mod il-mod, u donnu le jaf l-għala. Hekk bla taf l-għala tħoss il-qalb tixxabba’ Minn kulm’hu dwarha, tikbi lill-warrani, U mdejqa tnin, bix-xewqa tal-imħabba. Quo Vadis? Weħidha, fuq l-għolja ġeblija, imbiegħda mill-bqija ta’ ħutha fil-qalb ħadranija tal-wied, ix-xwejħa ħarruba magħtuba mit-toqol tas-snin qed tħares madwarha ħa tara il-għaġla tan-nies għaddejjin ...U taħseb: kemm huma mgħaġġlin, fejn huma sejrin għal dejjem bla sabar min-nieqa sal-qabar dal-ħalja bnedmin? Fejn huma l-għeruq? Qatt lilhom ma trażżan il-bewsa tar-riħ? Qatt lilhom ma tlajjem is-sħana tax-xemx? Għaliex ftit mistrieħ għalihom ma hemmx, u l-lehma biss tagħhom il-ħajja tas-suq? Waħdi Waħdi tlajt l-għoljiet xemxija taż-żgħorija; ħadd ma qalli x’għandi nsib … bogħod … jew qrib … Waħdi sibtha l-lehma tiegħi dak in-nhar li tgħannqet miegħi is-Sbuħija! Lejl u nhar, Ġunju Frar kollox xorta mingħalija, basta l-ħajja dejjem ħajja. Hekk għaddew leħħu ntfew l-isbaħ snin, minn ġuf dinja qerredija misruqin. ‘Mma fil-ħarba ta’ snin twal tbiddlu d-dwal kollox jagħti fis-sewdieni aktarx tinsa l-lewn ewlieni 'Mma s-Sbuħija għadha miegħi taqsam ferħ u dwejjaq tiegħi Għadni dejjem, dejjem jien, anke jekk kiebi u għajjien: il-poeta taż-Żgħorija il-poeta tas-Sbuħija. Minn kull ma ħlomt f'żgħożiti Minn kull ma ħlomt f'żgħożiti, Infittex kollox baħħ. Il-qalb xiħa w għajjiena Ma tafx tgħid ħlief "aħħ". Li ħlomt kien kollu ħolma, Li għext kien ħajja biss. Aħ kieku t-tnejn ingħaqdu, Il-qamar kont immiss. Issa qasira l-ħajja, U l-ħolm duħħan itir........ Il-Ballatella tal-Funtana Din kienet l-aħħar poeżija li kiteb. U qniepen, qniepen, qniepen, Qniepen viċin, ’il bogħod, Leħinkom f’dell l-għaxija Minn fomm il-għajn jirtogħod. Funtana misterjuża Ta’ ħolm u ta’ xewqat. għanjiet ta’ żmien warrani Fit-tempju ilhom mitfija; Imma llum minn ġol-Funtana Mill-ġdid il-liturġija. Funtana misterjuża Ta’ ħolm u ta’ xewqat. Bakkan fiċ-ċimiterji, Fis-sħarijiet tal-qamar, U żfin minn dlam l-alkovi; Titniegħed l-għajn bla sabar. Funtana misterjuża Ta’ ħolm u ta’ xewqat. Mewt Rużar Briffa miet nhar it-22 ta’ Frar, 1963. Il-bijografija sħiħa tiegħu dehret fl-1984 f'xogħol tal-Professur Oliver Friggieri. Ħoloq Esterni L-Akkademja tal-Malti: Bijografiji Dokumentarju qasir fuq Rużar Briffa fis-Sensiela Tikka Il-Poeżiji ta' Briffa fuq CD-Rom Poeti Maltin Tobba Maltin Twieldu fl-1906 Mietu fl-1963
2845
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0u%C5%BC%C3%A8%20Bonnici
Ġużè Bonnici
Ġużè Bonnici (Valletta, 14 ta' Awwissu 1907 - 6 ta' Ottubru 1940) kien politiku u awtur. Bin Pawlu u Ġovanna mwielda Debono, it-tnejn Għawdxin, Ġużè Bonnici kien it-tieni wild tagħhom. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Belt, is-Seminarju t'Għawdex u l-Università ta' Malta minn fejn ġab il-B.Sc. u Ph.C. fl-1927. Fl-1931 sar tabib. Inħatar Kap tad-Dipartiment fl-Isptar Ċentrali. Fl-1934 iżżewweġ lil Evelyn Testa u kellu tliet ulied. Politika Ġużè Bonnici sar delegat tal-Partit Laburista fl-1926, ħames snin wara t-twaqqif tiegħu. Daħal fl-Eżekuttiv fl-1928. Fl-1931 ħareġ il-ktieb L-Istorja tal-Partit tal-Ħaddiema, fuq l-ewwel għaxar snin tal-Partit. Qatt ma kkontesta l-elezzjonijiet ġenerali, forsi għax miet ħesrem fl-età ta' 33 sena. Ħidma għall-Ilsien Malti Ġużè Bonnici kien wieħed mill-fundaturi u l-ewwel President tax-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti. Fl-1931 waqqaf l-Għaqda tal-Malti (Università) ma' sieħbu Rużar Briffa, it-tnejn studenti tal-Mediċina, bil-għan li l-Malti jingħata l-prestiġju li jistħoqqlu fl-Università. Bdew ukoll il-pubblikazzjoni Leħen il-Malti. Fl-1938 beda jippubblika Ġabra ta' Kitba Maltija, minn Dar tal-Pubblikazzjoni Excelsior li kien xtara minn butu fil-Belt, Triq Sant'Ursula, u f'sentejn ħareġ tnax-il ktieb, bl-għajnuna tal-Kaptan A.V.Laferla, il-Professur Saydon u Ġużè Chetcuti. F'din is-sensiela kien hemm Anġli tan-Niket ta' Ġino Muscat Azzopardi, Taħt Tliet Saltniet ta' Ġużè Aquilina, Leli ta' Ħaż-Żgħir ta' Ġużè Ellul Mercer, San Ġwann ta' Ġużè Galea, Is-Salib tal-Fidda ta' Wistin Born u r-rumanzi tiegħu stess Il-Qawwa tal-Imħabba u Ħelsien. Stampa ukoll tliet kotba bil-poeżiji ta' Dun Karm. Kiteb ir-rumanzi: Imħabba u mibegħda (1927) ġrajja ta' żmien il-Feniċi Il-Qawwa tal-Imħabba (1938) Ħelsien (1940) Lejn ix-Xemx(1974) Kiteb ukoll: L-Istorja tal-Partit tal-Ħaddiema (1931) It-Trobbija tat-Tfal (1932) Il-Ġmiel ta' Ġisimna (1939) - ġabra ta' artikli fuq is-saħħa li kien kiteb f' Il-Berqa Ġuzè Bonnici : ħidmietu u kitbietu hi teżi tal-Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) li Nora Sammut għamlet fl-Università ta' Malta fl-1974. Fl-1990 ġie stampat id-dramm tiegħu Imħabba aktar mill-Ħajja. Fl-2007, f'għeluq il-100 sena minn twelidu, l-Għaqda tal-Malti - Università ħarġet In-Novelli, in-novelli miġbura ta' Ġużè Bonnici. Tobba Maltin Kittieba Maltin bil-Malti Politiċi tal-Partit Laburista (Malta) Politiċi Maltin
2851
https://mt.wikipedia.org/wiki/Immanuel%20Mifsud
Immanuel Mifsud
Immanuel Mifsud (Raħal Ġdid, 12 ta' Settembru 1967) huwa kittieb Malti tal-proża u l-poeżija. Għal xi żmien kien imdaħħal fit-teatru sperimentali. Kiteb sitt ġabriet ta' novelli, sitt ġabriet ta' poeżija u anki xi stejjer għat-tfal. Xogħlijiet Proża Stejjer ta' Nies Koroh, 1991 Il-Ktieb tas-Sibt Filghaxija, 1993 Il-Ktieb tal-Maħbubin Midruba, 1999 L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut, 2002 (rebaħ il-Premju Nazzjonali għal-Letteratura fl-2002) Kimika, 2005 Happy Weekend (bl-Ingliż), 2006 Stejjer li ma kellhomx jinkitbu, 2008 Poeżija Fid-Dar ta' Clara, 1998 Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri, 2001 Polska-Slovensko, 2004 km, 2005 Confidential Reports, 2005 Letteratura għat-tfal Stejjer li Kibru fl-Art, 2004 Referenzi Ħoloq esterni Sit uffiċjali Blogg tal-kittieb Twieldu fl-1967 Nies ħajjin Kittieba Maltin bil-Malti Kittieba Maltin bl-Ingliż Poeti Maltin Poeti bil-Malti Poeti bl-Ingliż Novellisti Maltin
2853
https://mt.wikipedia.org/wiki/Saturnu%20%28pjaneta%29
Saturnu (pjaneta)
Saturnu huwa is-sitt pjaneta mix-Xemx. Huwa ġgant gassus, it-tieni l-ikbar pjaneta fis-sistema solari kollha, qablu jiġi Ġove. Saturnu għandu sistema ta' ċrieki prominenti, li prinċipjalment huma komposti minn partiċelli ta' silġ b'ammonti iċken ta' partiċelli ta' trab ġebli. Il-pjaneta ġie msemmi għall-alla Ruman Saturnu. Is-simbolu tiegħu huwa il-minġel ta' l-istess divinità. (Unicode: ♄). Parametri orbitali Il-forma ta’ Saturnu hija viżibilment mgħaffġa fil-poli: id-dijametri ekwatorjali u polari ivarjaw kważi b'10% (120.536 km kontra 108.728 km). Din il-forma hija riżultat tar-rotazzjoni mgħaġġla tiegħu u l-kompożizzjoni fluwida tiegħu, għaldaqstant faċli biex jiddeforma. Anki il-ġganti gassusi l-oħra huma ddeformati bl-istess mod, iżda b’manjiera ħafna inqas evidenti. Saturnu huwa wkoll dak il-pjaneta b’densità medja inqas minn dik ta' l-ilma: biss 0,69 g/cm3. Fis-sewwa il-valur medju hu kumbinazzjoni ta’ densitajiet baxxi ħafna, fl-atmosfera tal-pjaneta, u densitajiet aktar elevati fl-intern, sikurament aktar mill-ilma. Saturnu jorbita madwar ix-Xemx f'distanza medja ta' 1426,98 miljuni ta' km, u jdum ma jagħmel dawra sħiħa max-Xemx f'29,458 sena terrestri. L-orbita tiegħu hija inklinata 2,488° rispett l-eklittika. Dawl ix-Xemx jidher 100 darba inqas intens meta jiġi mqabbel mal-kejl effettwat mill-Art. B'massa ta' 95 darba aktar u volum ta' 700 darba aktar minn dak terrestri, Saturnu huwa it-tieni l-akbar pjaneta tas-sistema solari wara Ġove. L-assi tar-rotazioni hu inklinat għal 26,73 gradi, u jirregola il-pjaneta għal ċiklu ta' staġuni analogu għal dak terrestri u marzjan, iżda ħafna aktar twil. Il-perjodu tar-rotazjoni ta' Saturnu fuqu nnifsu ivvarja skond il-kwota; l-istrati superjuri, fir-regjuni ekwatorjali, jieħdu 10,233 siegħa biex iwwetqu dawra kompluta, waqt li l-qalba u l-mantell idduru f'10,675 siegħa. Atmosfera L-atmosfera ta' Saturnu turi affarijiet simili għal dik ta' Ġove, iżda ħafna iktar dghajfa u iżjed wiesgħa viċin l-ekwatur. Dawn l-oġġetti huma tant dgħajfa li qatt ma kienu ġew oservati qabel il-wasla tas-sondi Voyager. Minn dak iż-żmien it-teleskopji ta' l-Art tjiebu ħafna, li osservazjonijiet regulari tal-karatteristiċi atmosferiċi ta' Saturnu jistgħu issiru faċilment. Filfatt instabu tempesti ovali ta' ħajja twila simili għal dik ta' Ġove. Fil- 1990 it-Teleskopju Spazjali Hubble osservata sħaba (nube) bajda enorme viċin l-ekwatur tal-pjaneta, u oħra kienet osservata fl-1994. Ċrieki Manjetiċi Iċ-ċrieki ta' Saturnu huma magħmula minn partiċelli primarjament ta' silġ-ilmi. Huma magħmula wkoll minn oġġetti kbar għexieren ta' metri. Dawn jestendu 'l barra darbtejn daqs ir-radju ta' Saturnu. Saturnu għandu tliet ċrieki prinċipali: A,B u Ċ, li bejnithom il-partiċelli huma madwar 1 ċm u 5-10 m. A u B huma isseparati mid-diviżjoni ta' Cassini, li kienu innutati l-ewwel darba fl-1675. Huwa maħsub li d-diviżijoni ta' Cassini kienet ikkawżata minn effett gravitazzjonali ta' qamar ta' Saturnu Mimas. Id-diviżjoni hija qasma ta' xi, bejn wieħed u ieħor, 5,000 km (3,000 mil). Skrutinju minn qrib il-pjaneta minn Voyager 1 juru li din il-qasma hija mimlija minn partiċelli fini u kwantità ta' ċrieki dgħajfa. Ċirku A Dan iċ-ċirku għandu sensiela kbira ta' ċriketti, u qasmiet, fosthom insibu il-Fetħa ta' Enke, li hija 325 km- (200 mil) wisgħa. Din il-fetħa, jew qasma hija osservabbli anki b'teleskopji amatorjali. Ċirku B Dan huwa l-iżjed wieħed li jiddi miċ-ċrieki kollha, fil-parti ċentrali ta' dan iċ-ċirku insibu 'spkes'-li huma mkejjen mudlama, fejn plasma ta' partiċelli huma imtella' 'l hemm minn kampijiet manjetiċi, mill-pjan taċ-ċirku stess . Ċirku Ċ Iċ-ċirku Ċ jinsab ġewwa ċ-ċirku B stess. Dan iċ-ċirku għandu għamla ta' kanali u hu magħmul minn ħafna ċrieket ċkejkna. Fl-1980, Voyager 1 innota ftit ċrieki joħorġu 'l barra minn ċirku Ċ u jespandu, dawn jibqaw ħerġin sa ma jiffurmaw iċ-ċirku D. Ċirku E Dan iċ-ċirku hu viżibbli meta tħares lejn iċ-ċrieki b'mod partikolari. Il-materjal ta' dan iċ-ċirku jinsab biswit il-qamar Enkeladu, u dan il-qamar jista' jkun is-sors ewlieni tal-materjal li jinsab f'ċirku E. Ċirku F Dan kien skopert minn Pioneer II fl-1979. Dan kien l-ibgħad ċirku mill-pjaneta Saturnu qabel ma' ġie skopert l-aħħar ċirku, (G), hu ċirku fin u huwa magħmul primarjament minn trab. Żewġ qmura zgħar jiraw l-F: Prometeju u Pandora. Ta' l-ewwel jorbita Saturnu ġoċ-ċirku stess, waqt li Pandora tinsab barra, il-perturbazzjonijiet gravitazzjonali ta' dawn il-qmura iżommu il-granelli ta' trab tas-silġ ġoċ-ċirku Ċirku G L-iktar ċirku reċenti li ġie skopert huwa G, huwa dejjaq, xi 8,000 km (5,000mil). Kien skopert mill-vettura spazjali Voyager fl-1981. Qmura ta' Saturnu Saturnu għandu 22 qmura magħrufa. Ħafna minnhom jinsabu ġewwa iċ-ċrieki. L-akbar qamar ta' Saturnu, Titanu, kien skopert fl-1655 minn Christian Huygens. Huwa it-tieni l-kbar qamar fis-sistema solari, huwa l-uniku wieħed li għandu atmosfera (predominanti hu l-ammont ta' nitroġenu bi traċċi ta' idrocarbonju). Fl-2004 il-vettura spazjali Cassini kienet mibgħuta biex tinvestiga x'hemm moħbi wara s-sħab ta' Titanu. Hu maħsub li jista' jkun li jinsabu traċċi ta' Metanu likwidu fuq wiċċ Titanu, sors ta' Metanu misjub fl-atmosfera. Il-bqija tal-qmura ta' Saturnu jistgħu jiġu maqsuma f'żewġ gruppi: dawk ċkejknin u ddeformati u l-oħrajn ta' daqs ittermedju kesħin. Hemm 10 qmura zgħar imsemmija. Sitta minnhom jinfluwenzaw is-sistema taċ-ċrieki kollha inklużi Pan u Atlas li jgħinu biex tkun krejata d-diviżjoni Enċke fiċ-ċirku A. Fobe huwa l-iżjed wieħed imbiegħed mill-qmura, u jorbita ma' Saturnu f'distanza ta' iktar minn 12,000,000 km (7,000,000 mil). Fost il-qmura ta' daqs intermedju jinsabu Mimas, Enkeladus, Tetis, Dione, Rea, u Ipetu. Rea hija l-ikbar minn dan il-grupp u hija gravament imħafra. Ipetu huwa inużwali b'tarf skur u emisfera dijuża. Ħoloq esterni NASA's Saturn fact sheet NASA's Cassini mission to Saturn Change of seasons on Saturn Theoretical description of the rings of Saturn A Trip Into Space Desċrizzjoni u ritratti ta' Saturnu Planets - Saturn Gwida ta' Saturnu għat-tfal. Cassini: Titan Behind Rings of Saturn Pjaneti tas-sistema solari
2857
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sfera%20%C4%8Belesti
Sfera ċelesti
Fl-astronomija u n-navigazzjoni, l-isfera ċelesti hija sfera rotazzjonali imaġinarja ta’ raġġ ġgantesk, konċentrika u koassjali ma’ l-Art. L-isfera ċelesti hija dik l-sfera fuq liema jidru li huma imwaħla l-astri kif narawhom mill-Art. L-oriġni ta’ illużjoni bħal din tinstab fil-fatt li iktar ‘l hinn minn ċerta distanza m’aħniex kapaċi nivvalutaw sewwa d-distanza tal-iġsma, għalhekk l-astri jidru kollha tal-istess distanza. Ħafna mis-soċjetajiet antiki kienu jemmnu li l-kwiekeb kienu ekwidistanti mill-Art u li l-isfera kienet il-mudell veru tal-univers. Dan il-mudell huwa asstrazzjoni utli, iżda mhux korett. L-oġġetti kollha li naraw fis-sema huma daqshekk 'il bogħod li d-distanza tagħhom hija impossibli biex tikkalkulha billi sempliċiment tħares lejhom. Peress li d-distanzi huma indeterminati, kull ma wieħed irrid jagħmel hu biss li jkun jaf id-direzzjoni lejn l-oġġett biex isibu fis-sema. F’dan is-sens il-mudell tal-isfera ċelesti huwa għodda prattika għal-astronomija pożizzjonali. Waqt il-jum żewġ punti tal-astri biss huma viżibbli u dawn huma il-poli ċelesti Pol tat-Tramuntana Ċelesti u Pol tan-nofs in-nhar Ċelesti. Is-sema tidher li ddur fuqna mil-lvant għall-punent, u tlesti ċirkwit komplut f'24 siegħa siderali. Dan il-fenomenu iseħħ minħabba id-dawrien tal-Art fuq l-assi tagħha. L-isfera ċelesti tidher għalhekk iddur fuqha nfisha madwar assi mgħoddija mill-poli: l-assi ċelesti. Hekk kif l-Art iddur fuq l-assi tagħha, l-oġġetti fuq l-isfera ċelesti tagħti l-impressjoni li qed iddur madwar il-poli ċelesti. L-ekwatur ċelesti huwa ċ-ċirkonferenza massima ekwidistanti mill-poli ċelesti, li jaqsam l-isfera ċelesti fiż-żewġt emisferi Tramuntana u Nofs in-nhar. Dawk li jissejħu stillel fissi — il-parti l-kbira tal-astri — iżommu l-pożizzjoni relativa tagħhom (jew aħjar issir varjazzjoni iżda minima), u għaldaqstant huma ta' riferiment għall-isfera ċelesti. Huma tradizjonalment miġbura f’kostellazjonijiet, u għalhekk jagħtu riferiment approssimativ għall-iġsma ċelesti. Pożizzjonijiet aktar preċiżi tal-astri jistgħu jiġu individwati permezz tal-Koordinati ċelesti. Astronomija
2862
https://mt.wikipedia.org/wiki/Faxxa%20ta%27%20Kuiper
Faxxa ta' Kuiper
L-esitenza tal-Faxxa ta Kuiper kienet issuġġerita sa minn qabel ma ġiet osservata. Minħabba l-fatt li l-Kometi ta' perijodu qasir iduru madwar ix-Xemx fuq l-istess pjan u fl-istess direzzjoni bħall-pjaneti, huwa probabbli li huma joriġinaw mill-pjan tas-Sistema Solari. F'Awissu 1992, l-ewwel oġġett tal-Faxxa ta' Kuiper ġie skopert minn David Jewitt u Jane Luu, u xi 100 oġġett simili ġew skoperti wara dik id-data. Kien issuġġerit ukoll li ċ-ċkejken Plutone u qamru Karonte x'aktarx jagħmlu parti mill-Faxxa ta' Kuiper, hekk ukoll kif jista' jkun li hu Tritone, l-akbar satellita ta' Nettunu. Tritone huma satellita barra min normal, l-orbita tiegħu madwar Nettunu hija retrograda (kontra l-orbita tal-oħrajn). Din l-imġieba iġġiegħel lill-esperti jaħsbu li oriġinarjament kienet oġġett tal-Faxxa ta' Kuiper u ġiet maqbuda mill-kamp gravitazzjonali ta' Nettunu. Astronomija Sistema solari
2863
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kometa
Kometa
Kometa hi boċċa magħmula kważi kollha mis-silġ li tivvjaġġa fl-ispazju. Il-kometi huma differenti ħafna mill-asterojdi. Fis-sistema solari, l-orbiti tal-kometi jaslu iżjed 'il bogħod minn Plutone. Il-parti l-kbira huma mbegħdin ħafna mix-Xemx, imma xi ftit minnhom jiġu qrib id-Dinja biżżejjed biex inkunu nistgħu narawhom billejl. Għandhom "dnub" twal għax ix-Xemx iddewweb is-silġ. Id-denb ta' kometa ma jitkaxkarx warajha, imma jipponta direttament 'l hemm mix-Xemx, għaliex itajru r-riħ solari. Il-qalba iebsa tal-kometa tissejjaħ in-nukleu. Hi waħda mill-oġġetti l-iżjed suwed fis-sistema solari. Meta raġġi dawl ġiet immirata fuq in-nukleu tal-Kometa ta' Halley, il-kometa rriflettiet 4% tad-dawl lura lejna. Hemm min ra kometa titkisser f'biċċiet: il-Kometa Biela kienet waħda minn dawn. Kien hemm kometa oħra li rawha taħbat ma' pjaneta: il-Kometa Shoemaker-Levy 9 ħabtet ma' Ġove fl-1994. L-orbiti ta' xi pjaneti jimxu flimkien fi gruppi. L-Astronomi jaħsbu li dawn il-kometi huma l-biċċiet ta' oġġett wieħed li tfarrak. Perjodiċità Hemm kometi perjodiċi li jiġu u jerġgħu jiġu u hemm oħrjan li jiġu darba biss. Il-kometi perjodiċi għandħom firxa wiesgħa ta' perjodi orbitali, minn ftit snin sa mijiet ta' eluf ta' snin. Dawk ta' perjodu qasir joriġinaw fil-Faxxa ta' Kuiper, jew fid-disk diffuż assoċjat magħha li qegħdin 'l hemm mill-orbita ta' Nettunu. Jaħsbu li l-kometi ta' perjodu itwal joriġinaw fis-Sħaba ta' Oort, sħaba sferika ipotizzata ta' korpijiet tas-silġ fin-naħa ta' barra tas-Sistema Solari. Il-kometi ta' perjodu twil jiġu bis-saħħa lejn ix-Xemx mis-sħaba ta' Oort minħaba l-perturbazzjonijiet gravitazzjonali kkawżati jew mill-pjaneti massivi tan-naħa ta' barra tas-Sistema Solari (Ġove, Saturnu, Uranu, u Nettunu), jew stilel oħra. Kometi Iperboliċi li huma rari jgħaddu darba min-naħa ta' ġewwa tas-sistema Solari qabel ma jintefgħu fl-ispazju interstellari matul it-trajettorju iperboliku. Ġew osservati wkoll ' Eχokometi ', kometi 'l barra mis-sistema solari tagħna, u jista' jkun li dawn komuni fil-galassija Triq ta' Sant'Anna. Fost il-kometi perjodiċi magħrufin kollha dik li tidher l-aktar spiss hi l-kometa ta' Encke, li kienet identifikata għall-ewwel darba fl-1786. Il-perjodu tagħha hu ta' elf, mitejn u 6 ijiem (3.3 snin) u dan l-iqsar li nafu bih. L-itwal perjodu, min-naħa l-oħra hu tal-kometa ta' Delevan, identifikata fl-1914, li għaliha l-orbita għadha ma ġietx determinata bil-preċiżjoni: kalkulu approssimattiv ibassar li terġa' tidher xi 749 miljun sena oħra. Storja tal-kometi Il-kelma kometa ġejja mill-kelma Taljana cometa, bil-Latin cometes, li hi l-latinizzazzjoni tal-kelma Griega κομήτης (komētēs), li oriġinalment kienet tfisser "bix-xagħar twil", mill-kelma κόμη (komē), li tfisser "xagħar tar-ras". Il-filosfu u xjenzjat Grieg Aristotle kien l-ewwel wieħed li uża l-forma mnissla ta' κόμη, κομήτης, biex jiddeskrivi li ra bħala "stilel bix-xagħar". Is-simbolu astronomiku għall-kometi hu , magħmul minn diska bi tliet estensjoniet qishom tliet xagħriet. Fl-antik in-nies kienu jibżgħu mill-kometi. Ma kinux jafu xinhuma jew mnejn ġejjin. Kien min kien jaħseb li kienu blalen tan-nar mibgħuta fid-dinja mix-xjanten jew l-allat biex jeqirduha. Kienu jgħidu li kull meta tidher kometa iġġib magħha x-xorti ħażina. Kull meta tidher kometa imut re. wieħed minn dawn l-eżempji jidher fit-Tapazzerija ta' Bayeux, meta l-kometa ta' Halley reġgħet dehret. Kienu jaħsbu wkoll li l-kometi jwaqqfu l-ġwerer u jġibu l-ġuħ. Kien ir-Rinaxximent meta x-xjenzati bdew iqisu l-kometi b'inqas suspett u jibbażaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq ix-xjenza. Tycho Brahe rraġuna li l-kometi ma jiġux mid-dinja, u l-kalkuli tiegħu urew li l-kometa żgur huma 'l bogħod sitt darbiet daqs kemm id-dinja hi mill-qamar. Edmond Halley (li l-Kometa ta' Halley hi msemmija warajh) irraġuna li l-kometi huma perjodiċi, jiġifieri jidhru kull xi ftit ta' mijiet ta' snin. Hekk kien l-ewwel wieħed li bassar id-dehra ta' kometa, il-Kometa ta' Halley. Isaac Newton ukoll studja l-kometi. Beda jinteressa ruħu meta dehret kometa fix-xitwa tal-1680–1681, u kiteb dwarha lil John Flamsteed. Induna li l-kometi jagħmlu dawra ta' U (parabola) madwar ix-xemx. Qabel Newton qal hekk, kienu jaħsbu li l-kometi jispiċċaw fix-xemx, imbagħad toħroġ kometa oħra minn wara xemx. Lista ta' kometi famużi Kometa 19P/Borrelly Kometa 2P/Encke Kometa Hyakutake Kometa Hale-Bopp Kometa ta' Halley Kometa Humason Kometa Ikeya-Seki Kometa Machholz Kometa McNaught (C/2006 P1) Kometa Shoemaker-Levy 9 Kometa Kohoutek Referenzi Ħoloq esterni Are Comets Made of Antimatter? Comets Page at NASA's Solar System Exploration International Comet Quarterly How to Make a Model of a Comet Catalogue of the Solar System Small Bodies Orbital Evolution Astronomija
2877
https://mt.wikipedia.org/wiki/Buddi%C5%BCmu
Buddiżmu
Il-Buddiżmu hu bbażat fuq it-tagħlim ta' Siddhārtha Gautama li għex fl-Indja bejn il-563 u l-483 Q.K. Skont dan it-twemmin, il-ħajja ma tintemx mal-mewt iżda terga' tiġġedded fi twelid mill-ġdid. L-iskop tal-Buddiżmu hu li l-bniedem joħroġ miċ-ċiklu tedjanti tat-twelid, ix-xjuħija u l-mewt billi jilħaq l-istat tan-Nirvana, stat mhux maħkum mil-liġi tal-bidla kontinwa u t-tbatija.Fiċ-ċentru tat-tagħlim Buddist, wieħed isib l-erba' Veritajiet Nobbli: Fil-ħajja hemm it-tbatija u l-ħajja hi kkaratterizzata minn nuqqas ta' sodisfazzjon. L-oriġini tat-tbatija hi l-ġibda għamja lejn is-senswalità. Wieħed jista' joħroġ mit-tbatija. Il-mod kif wieħed joħrog mit-tbatija huwa li jimxi skont il-gwida maqsuma fi tmien partijiet: Fehma korretta Intenzjoni tajba Użu tajjeb tad-diskors Imġiba u azzjoni tajba Stil ta' għajxien korrett Sforz ġust Kontroll u perfezzjoni tal-fakultajiet konxji Konċentrazzjoni ġusta Il-meditazzjoni tagħmel parti essenzjali fil-ħajja ta' Buddist. Permezz tal-kwiet tal-meditazzjoni, wieħed isib is-serħan il-moħħ li jgħin lill-individwu fid-deċiżjonijiet tal-ħajja ta' kuljum. Barra min hekk, wieħed jagħmel ħbieb miegħu nnifsu sabiex ikun jista' jħobb ukoll lill-oħrajn. Hemm diversi għamliet ta' Buddiżmu iżda dawn nistgħu naqsmuhom kollha taħt żewg skejjel. Dik tat-"Theravada" li hi l-eqdem skola u dik tal-"Mahayana". Madankollu nsibu wkoll iż-Żen li xi nies iqisuh bħala dixxendent tal-Mahayana u oħrajn iqisuh bħala skola separata. Hemm differenzi sostanzjali bejn it-tliet skejjel iżda fil-fond tagħhom wieħed isib l-istess sustanza. Reliġjon Terminoloġija reliġjuża
2891
https://mt.wikipedia.org/wiki/Emblema%20ta%27%20Malta
Emblema ta' Malta
L-Emblema ta' Malta hija l-emblema ta' Malta. L-emblema attwali ta' Malta hija deskritta mill-Att dwar l-Emblema u s-Siġill Pubbliku ta' Malta tal-1988. L-emblema turi tarka b'rappreżentazzjoni eraldika tal-Bandiera Nazzjonali ta' Malta. Fuq it-tarka tidher kuruna tad-deheb donnha magħmula mill-ġebel bi tmien turretti (għalkemm ħamsa biss jidhru rappreżentati fl-emblema) li jirrappreżentaw il-fortifikazzjonijiet ta' Malta kif ukoll il-fatt li Malta hija stat. Madwar it-tarka hemm girlanda b'żewġ friegħi, dik tal-lemin taż-żebbuġ u dik tax-xellug tal-palm. Dawn huma simboli tal-paċi u huma tradizzjonalment assoċjati ma' Malta. Dawn il-friegħi għandhom kulur naturali, u huma marbuta flimkien b'żigarella bajda. In-naħa ta' wara taż-żigarella huwa ta' kulur aħmar. Fuq din iż-żigarella hemm miktub bl-iswed, Repubblika ta' Malta b'ittri kapitali. Ara wkoll Bandiera ta' Malta Storja ta' Malta Kultura ta' Malta Politika ta' Malta Links esterni Simboli nazzjonali ta' Malta Simboli nazzjonali ta' Malta
2920
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bel%C4%A1ju
Belġju
Il-Belġju (Olandiż: België; Franċiż: Belgique; Ġermaniż: Belgien), uffiċjalment ir-Renju tal-Belġju, huwa pajjiż li jinsab fuq il-fruntiera bejn il-parti tal-Ewropa fejn hu mitkellem l-ilsien Ġermaniż u l-kultura rumanza, hu maqsum fi tliet reġjuni. Fit-tramuntana hemm il-Fjandri li l-popolazzjoni tagħhom titkellem bil-lingwa Fjamminga (varjanti tal-Olandiż) u tagħmel madwar 58% tal-popolazzjoni totali u fin-nofsinhar hemm il-Wallonja, kważi għal kollox Frankofona bl-eċċezzjoni ta' komunità żgħira li titkellem bil-Ġermaniż, li tagħmel 32% tal-popolazzjoni nazzjonali totali. Fin-nofs jinsab ir-reġjun tal-belt ta' Brussell, Bruxelles-Capitale, uffiċjalment bilingwi, għalkemm hu kważi għal kollox Frankofon, u fih tgħix 10% tal-popolazzjoni. Barra minn hekk fuq il-fruntiera mal-Ġermanja fil-Wallonja hemm il-komunità li titkellem bil-Ġermaniż li hi magħmula mill-komuni annessi mal-Ġermanja Nażista fl-1940-1945 u li kienet ċediet il-Ġermanja lill-Belġju fl-1919. Il-Belġju kien fost il-membri fundaturi tal-Unjoni Ewropea u l-belt kapitali Brussell hi s-sedi ta' bosta istituzzjonijiet komunitarji. Storja Il-pajjiż juri traċċi ċari tal-preżenza umana li jmorru lura għaż-żminijiet preistoriċi, speċjalment fis-siti megalitiċi ta' Oppagne u ta' Wéris, fejn jinsabu olmen interessanti L-ewwel nies li għexu fil-Belġju, imsejħin Belġi, kienu magħmula prinċipalment minn tribujiet Ċelti li kin jgħixu fil-Gallja tat-Tramuntana u kienu megħluba minn Ġulju Ċesri fl-54 QK, kif dan iddeskriva fil-ktieb tiegħu De Bello Gallico . Kien Ċesri stess li nnota l-qlubija kbira tal-Belġi fil-battalja, hekk li ikteb: "horum omnium fortissimi sunt belgae" jiġifieri "fost il-popli kollha tal-Gallja, l-iżjed qalbiena huma l-Belġi." L-isem tal-pajjiż ġej mit-terminu "Gallia Belgica" li kienu jużaw ir-Rumani. F'Tirlemont/Tienen hemm xi oqbra Rumani msejħa "Trois tumuli" (Tumuli de Grimde) fil-forma ta' tliet għoljiet żgħar. Hemm siti funerari Rumani oħra f'Guèronne u f'Billemont (Trou de Billemont). Dawn hu magħmula minn tumuli b'kamra sepolkrali u oqbra li jixbħu ħafna lill-oqbra Etruski u qieshom setgħu kienu nbnew fuq siti ta' żminijiet iżjed antiki. Wara l-waqa' tal-Imperu Ruman (seklu V), il-tribujiet Ġermaniċi invadew il-provinċja Rumana ta' Gallja. Waħda minn dawn ir-razez, il-Franki, fl-aħħar waqqfu renju ġdid taħt il-ħakma tad-dinastija Merovinġja. Klodovew I kien l-aktar famużi minn dawn ir-rejiet: huwa kkonverta għall-Kristjaneżmu u kien jiġġverna mit-tramuntana ta' Franza, iżda l-imperu tiegħu kien jinkludi wkoll il-Belġju. Studjużi Nsara, l-aktar il-patrijiet Irlandiżi, ippriedkaw il-Kristjaneżmu u bdew ix-xogħol tal-konverżjoni tal-invażuri pagani. Il-Merovinġi ma kellhomx ħajja twila wisq, u warajhom ħadet il-poter f'idejha d-dinastija Karolinġja: wara li Karlu Martell waqqaf l-invażjoni ta' Spanja mill-Għarab (732 battalja ta' Poitiers), ir-re famuż tagħhom, Karlumanju, ġabar il-parti kbira tal-Ewropa taħt is-sovranità tiegħu u ġie nkurunat "Imperatur tal-Imqaddes Imperu Ruman " mill-Papa (Milied tat-800). Il-fewdaliżmu Ewropew sar il-bażi tal-istabilità militari, politika u ekonomika. Il-Kristjaneżmu iffjorixxa permezz tal-protezzjoni ta' dawn il-mexxejja u permezz tat-twaqqif ta' komunitajiet reliġjużi u monasteri, ta' knejjes u pellegrinaġġi. Ir-reġjun wara ingħaqad mal-Pajjiżi l-Baxxi, u hekk l-ewwel għadda taħt id-dominju tal-Borgonja imbagħad ta' Spanja, sakemm il-provinċji Protestanti iddikjaraw ruhhom indipendenti (ara Pajjiżi l-Baxxi). Wara ġiet il-ħakma Awstrijaka li bdiet mill-Paċi ta' Utrecht (1713), u xi għexieren ta' snin wara dik Franċiża taħt Napuljun. Wara d-depożizzjoni ta' Napuljun, megħlub fil-Battalja ta' Waterloo fit-18 ta' Ġunju 1815, il-Belġju reġa' ngħaqad mal-provinċji tat-Tramuntana f'Renju tal-Pajjiżi Baxx sa meta, fl-1830, ir- Rivoluzzjoni Belġjana wasslet għat-twaqqif ta' stat indipendenti Belġjan (rikonoxxut fl-1839). Ir-Re Belġjan, Leopoldu I ta' Sassonja-Koburgu, intgħażel bl-għajnuna tal-Brittaniċi. In-newtralità tal-pajjiż ġiet garantita kontra l-aggressjoni militari futura minn barra. Din in-newtralità ġiet miksura fl-1914, meta l-Ġermanja invadiet il-Belġju bħala parti mill-Pjan Schlieffen. Id-deċiżjoni Brittanika li tunura l-obbligi tagħha tat-trattat kif ukoll tal-Entente cordiale ma' Franza, spiċċat biex daħħlet ir-Renju Unit fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Belġju pprova jerġa' lura għan-newtralità fis-snin 30, iżda reġa' ġie invadut mill-Ġermanja fl-1940. Wara it-Tieni Gwerra Dinjija il-politika ta' newtralità ġiet abbandunata, u l-Belġju ssieħeb fin-NATO u l-Komunità Ekonomika Ewropea. Il-Belġju kellu kolonja importanti fil-Afrika matul l-istorja tiegħu: Il-Konferenza ta' Berlin tal-1884/1885 tat il-Kongo lir-re Leopoldu II bħala proprjetà privata tiegħu u sejjaħlu l-Istat Ħieles tal-Kongo. Għalih l-Stat Ħieles kienet primarjament sors ta' dħul mill-avorju u l-lastiku u d-djamanti u il-popolazzjoni lokali kienet ittrattata bi ħruxija u salvaġġerija kbira. Minħabba l-importanza tal-kummerċ tad-djamanti, il-belt Belġjana ta' Antwerpen saret ċentru ta' fama dinjija f'dan is-settur. Fl-1908, il-pressjoni internazzjonali kontra l-ħruxija tar-Re Leopold tant saret qawwija li Leopoldu II kien imġiegħel jagħti l-proprjetà tiegħu lill-istat Belġjan bħala kolonja. Minn dakinhar l-Istat Ħieles tal-Kongo sar il-Kongo Belġjan sakemm kiseb l-indipendenza fl-1960. L-involviment Belġjan barra l-pajjiż żdied wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, meta żewġ kolonji Ġermaniżi, l-Irwanda u l-Burundi, ġew fdati lill-Belġju mis-Soċjetà tan-Nazzjonijiet. Mill-bidu tas-seklu XX l-istorja tal-Belġju kienet dejjem iżjed iddominata mill-awtonomija dejjem tikber taż-żewġ komunitajiet ewlenin tagħha, Fjamminga u Wallona. Biex jikkonferma dan, naraw li minn madwar 1970, ma baqgħux jeżistu partiti nazzjonali fil-Belġju, iżda biss partiti Fjammingi jew Walloni. It-tentattivi ripetuti biex jitwaqqfu partiti nazzjonali, ipproduċew r-riżultati, f'termini ta' voti, ta' inqas minn 1% tal-elettorat. Il-partiti ta' Brussell qatt ma qabdu (bħal fil-każ tal- "Blauwe Leeuwen" u tal-"Rode Leeuwen" tal-Fjammingi fi Brussell), jew ingħaqdu ma' wieħed mill-partiti liberali tal-komunità Frankofona (bħall-FDF). Għalhekk, ix-xena politika hi waħda ta' sistema tewmija li tirrifletti ż-żewġ komunitajiet dominanti li hemm. Wara l-elezzjonijiet parlamentari ta' Ġunju tal-2007 dawn il-firdiet politiċi marru għall-agħar, tant li kaxkru l-pajjiż fi kriżi kostituzzjonali partikolarment severa. F'Novembru 2007 kien hemm dimostrazzjoni popolari fi Brussell favur l-għaqda tal-pajjiż u kontra l-pjan biex jinbidel f'konfederazzjoni ta' stati awtonomi fuq bażi etno-lingwistika. Ġeografija Morfoloġija Il-Belġju jkopri erja ta' 30,510 km², u l-ikbar wisa' tiegħu (minn Ostend sa Arlon) hi ta' 318 km. Rigward il-fruntieri, il-fruntiera ma' Franza fiha 620 km, mal-Pajjiżi l-Baxxi fiha 450 km, dik mal-Ġermanja fiha 167 km, u fl-aħħar dik mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu hi twila 148 km, b'tul totali ta' 1385 km. Il-pajjiż jinsab bejn 50º u 51º lat. Tramuntana u bejn 3º u 6 º lonġ. Lvant. Il-Belġju jista' jinqasam fi tliet reġjuni fiżiċi ewlenin: il-pjanura tal-kosta, li tinsab fil-Majjistral, il-pjanuri ċentrali u r-reġjun bl-għoljiet tal-Ardennes, li jasal sax-Xlokk. L-istrixxa tal-kosta, twila 66 km, hi baxxa u ramlija, ikkaratterizzata minn duni tar-ramel u polderijiet. Polder hu biċċa art qrib jew taħt il-livell tal-baħar, li ttieħdet mill-baħar u hi protetta minnu minn digi, jew, aktar il-ġewwa, għalqa li tnixxfet mill-ilma permezz ta' kanali artifiċjali. Fl-intern insibu r-reġjun tal-pjanuri ċentrali. Din hi erja li titla bil-mod il-mod mingħajr qatt ma taqbeż l-għoli ta' 100m 'l fuq mil-livell tal-baħar, ikkaratterizzata minn widien fertili, irrigati minn xmajjar numerużi u minn kanali artifiċjali. 'L hemm u 'l hawn tista' niltaqgħu ma' żoni ftit eħrex, fejn hemm ukoll għerien u goli żgħar. Ir-reġjun tal-Ardennes, li essenzjalment jinfirex man-nofsinhar tas-sistema tal-wied Sambre-Meuse, mhux maħdum wisq. F'din ix-xahra għolja bil-blat fil-wiċċ u mhux tajba għall-biedja fil-kobor, ikkaratterizzata minn foresti xi mdaqqiet folti ħafna, id-densità tal-popolazzjoni hija ħafna inqas minn fl-erji tat-Tramuntana, u għalhekk iż-żona ġiet ikkonservazzjoni aħjar. L-ogħla punt insibuh fuq l-għoljiet tal-Ardennes: is-Signal de Botrange, li hu 694 metru għoli biss. Idrografija Il-xita kontinwa u l-impermjabbilità tal-art jiżguraw li l-xmajjar Belġjani huma ġeneralment mimlijin ħafna bl-ilma, iżda kważi l-ebda waħda minnhom ma tibqa' fit-territorju tal-pajjiż għal kolox. Il-partijiet tal-Belġju l-baxxi u ta' għoli medju jitfgħu l-ilmijiet tagħhom fl-iScheldt, xmara tipika tal-pjanura, ta' pendil baxx u passaġġ regolari. Għalkemm għandha l-bidu tagħha fi Franza u l-fomm fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-iScheldt hi x-xmara Belġjana per eccellenza fis-sens li permezz tal-friegħi tagħha l-ilma ta' kważi nofs it-territorju jiskolja fiha. Fin-nofsinhar, il-Meuse l-ewwel tħaffer widien fondi fil-pjanura għolja tal-Ardennes, u mbagħad tidħol f'gandott kbir lonġitudinali li jiltaqa' fl-ewwel parti mas-Sambre, l-unika fergħa importanti fuq ix-xellug; fuq il-lemin, jinżlu fiha mill-Ardennes bosta friegħi ftit jew wisq qosra. Ix-xmajjar Belġjani huma kważi kollha navigabbli u għalhekk jikkostitwixxu rotot ta' komunikazzjoni importanti; huma magħqudin flimkien permezz ta' sistema kumplessa ta' kanali li tinfirex fuq tul totali ta' madwar 1,600 km navigabbli. Klima Il-klima hi tat-tip Atlantiku, ikkaratterizzata fuq il-kosta minn umdità għolja u varjazzjoni żgħira fit-temperatura. Fl-intern it-temperatura tinbidel iżjed u x-xtiewi huma eħrex. Ix-xita hi abbondati u regolari. Il-Belġju jgawdi klima li b'kollox nistgħu insejħulha Atlantika; iżda sija għaliex l-art tidħol 'il ġewwa fil-kontinent, u sija minħabba l-pjanura għolja tal-Ardennes, hemm differenzi li jinħassu u jiddependu mill-altitudni u d-distanza mill-baħar. It-temperaturi medji jiżdiedu meta nersqu lejn il-kosta. It-temperatura sajfija medja hi ta' 25 °C, l-ogħla tax-xitwa hi ta' 7.2 °C, il-minimu u l-massimu annwali rrekordjati fl-imgħoddi huma: -30.1 °C e +37.8 °C. Il-preċipitazzjoni hi nferxa sewwa max-xhur tas-sena, iżda s-sistema hi Oċeanika (bix-xita fl-istaġuni kollha imma l-iżjed fil-ħarifa) biss fuq il-kosta, waqt li fl-intern tal-pajjiż diġà tinħass l-influwenza tal-Ewropa kontinentali, b'iżjed xita fis-sajf. Is-sistema tar-riħ turi l-influwenza dominanti tal-Atlantiku: f'kull staġun il-mases ta' arja oċeaniċi jinġabru fuq il-Belġju u jġiebu ħafna umdità. Mhuwiex rari, madankollu, ir-riħ mill-lvant, speċjalment fir-rebbiegħa, li jista' jġib fuq l-art għolja ġranet ċari, b'kesħa qawwija. Flora u fawna L-oqsma bil-foresti tal-pjanuri u r-reġjuni bl-għoljiet huma komposti l-jżjed minn siġar latifolji bħal kwerċi (quercus), ulmi (ulmus), u fl-għoli iżjed siġar tal-fagu. Fil-qalba tal-Ardennes insibu minflok foresti ta' siġar koniferi u 'l hawn u 'l hemm xagħri u xagħri mistagħdra. Hemm għadd kbir ta' speċi ta' pjanti tal-fjuri bħal ġjaċinti, virgawreja, pervinka u diġitali. Il-fawna selvaġġa li tgħix l-iżjed fl-oqsma forestali, tinkludi l-volpi, it-tassu (meles meles), l-iskojjattlu (sciuridae), il-ballottra u l-martra (martes). Fir-reġjuni muntanjużi jgħixu ċ-ċingjali u ċ-ċriev. Żoni protetti Billi għandu popolazzjoni densa, Il-pajjiż baqgħalu ftit oqsma li ma ntmessux mill-punto di vista naturalistiku. Il-protezzjoni titmexxa, b'mod frammentat, l-ewwelnett mill-istat, il-komunitajiet u r-reġjuni, imbagħad mill-provinċji u l-komuni, li jirrappreżentaw il-korpi amministrattivi responsabbli. Dawn jistgħu jagħmlu interventi b'mod awtonomu u indipendenti minn xulxin. Għalhekk l-organizzazzjonijiet privati għandhom sehem importanti ħafna fil-promozzjoni ta' azzjonijiet integrati għall-ħarsien tan-natura. Ftit minn dawn, fl-1952, ħolqu għaqda nazzjonali għall-ħarsien tan-natura, flimkien mal-Assoċjazzjoni tar-riservi naturali u ornitoloġiċi tal-Belġju u l-assoċjazzjoni Wielewaal. B'kollox, iż-żona protetta hi żgħira ħafna, tlaħħaq biss madwar 2.8% tal-pajjiż, iżda fir-realtà ż-żoni attwalment protetti (dawk li jaqgħu taħt ir-riżervi naturali ta' proprjetà u tmexxija pubblika) jokkupaw ftit aktar minn 0.5%. Bħalissa fil-Belġju hemm 97 riżervi naturali u 3 riżervi forestali statali, filwaqt li hemm 263 "riżervi naturali awtorizzati" ta' proprjetà u tmexxija privata, li jistgħu jieħdu vantaġġ mis-sussidji li joffri l-gvern. Ir-riżervi privati huma ġeneralment iktar limitati fid-daqs għalkem ir-riżervi Belġjani ġeneralment m'humiex kbar. Il-Park Nazzjonali tal-Hautes-Fagnes Eifel biss, stabbilit fl-1984 fil-provinċja ta' Liège, fih erja vasta (67,850 ettaru) u varjetà akbar ta' terreni. L-ewwelnett, hemm il-foresta, li tkopri 50% tal-park, imbagħad xagħri mistagħdra, it-terren fluvjali tax-xmara Our u dak b'żewġ lagi artifiċjali ta' Robertville u Butgenbach. Fost ir-riżervi naturali dak ta' Zwin għandu importanza partikolari. Hemm żona niedja stabbilita fl-1952 b'inizjattiva privata (mill-Assoċjazzjoni tal-riżervi naturali u l-ornitoloġiċi), mifruxa fuq 150 ettaru, li 25 minnhom huma fil-territorju Olandiż. Dan huwa ambjent ta' interess kbir, magħmul l-iżjed minn pjanuri mtajnin, xagħri mistagħdra milħin u għadajjar, fejn jiskennu varjetà kbira ta' għasafar akwatiċi. Il-popolazzjoni L-ewwel insedjamenti L-eqdem traċċi umani li nstabu fil-Belġju huma tal-bniedem Neanderthal. Il-fdalijiet tal-Paleoliku tat-tard u tan-Neolitiku li ġie warajh (sejbiet ta' Hesbaye u Hainaut) huma rari u żgħar. Bil-kuntrarju hemm sejbiet numerużi ta' abitazzjoni fuq l-arbli fil-Fjandri tal-punent u Brabant, li ppersistew sal-età tal-ħadid (kif juru s-siti arkeoloġiċi ta' Neckerspeel, Austruweel u Contich). L-ivilupp demografiku u l-lingwi Hu magħruf fiż-żgur minħabba x-xhieda ta' Ġulju Ċesri, li xi razez Ċeltiċi fl-età storika kienu diġà f'mewġa wara l-oħra ħadu post in-nies indiġeni. Imbagħad l-immigrazzjoni minħabba l-konkwista Rumana illatinizzat kompletament ir-reġjun, u wara, meta xi tribujiet Ġermaniċi bdew jinvadu l-pjanuri tat-tramuntana, l-element Ċeltiku-Ruman skenn fl-artijiet għolja tan-nofsinhar, fejn seta' jżomm l-ilsien tiegħu. Minn din il-firxa antika fuq it-territorju Belġjan ta' żewġ popolazzjonijiet ta' nisel differenti ġejja d-dupliċità lingwistika li għadha tikkaratterizza l-abitanti tal-Belġju: fil-Fjandri, ir-reġjun tat-tramuntana tal-pajjiż, jitkellmu bil-Fjamming, varjanti tal-Olandiż waqt li fil-Wallonja, fil-Belġju tan-nofsinhar, jitkellmu bil-Franċiż (fil-fatt id-djalett qadim Wallun m'għadhux użat iżjed mill-popolazzjoni). Fil-Wallonja hemm wkoll minoranza ta' lsien Ġermaniż, li tikkonsisti f'madwar 70,000 rappreżentant, ikkonċentrati f'disa' komuni madwar il-bliet ta' Eupen u Sainth-Vith, fil-provinċja ta' Liege/Luik. Ir-reġjun ta' Brussell huwa uffiċjalment bilingwi, għalkemm is-sehem Frankofonu hu wisq ikbar. Fl-1830, meta l-Belġju twaqqaf bħala stat indipendenti, il-popolazzjoni ammontat għal 3,785,000 abitant; fl-1914, lejliet il-gwerra, kien hemm 7,500,000 abitant: il-popolazzjoni tal-pajjiż irduppjat f'inqas minn seklu. Wara, minħabba l-gwerra, u fuq kollox minħabba li r-rata tat-twelid naqset bil-mod, iż-żieda kienet ferm iktar baxxa: fl-1947 l-abitanti laħqu t-8 miljuni u nofs u fl-1961 missu d-9 miljuni. Anki l-mortalità naqset bil-mod matul l-aħħar seklu u dan ippermetta li r-rata tat-twelid tibqa' ogħla mir-rata tal-mewt, però b'ħafna inqas. Ta' min jinnota madankollu, li storikament l-element Fjamming dejjem kien ogħla mill-element Wallun. Xejriet demografiċi reċenti Mis-snin sittin ir-ritmu tat-tkabbir demografiku kien dejjem jonqos: fl-erbgħin sena ta' wara l-popolazzjoni Belġjana żdiedet ftit aktar minn miljun. Din iż-żieda seħħet l-iżjed fil-perjodu bejn l-1961 u l-1980, li matulha n-numru ta' reżidenti kważi laħaq l-10 miljuni, imbagħad żdiedu biss b'200,000 matul l-għoxrin sena ta' wara, bir-rati medji annwali qrib iż-żero. Din l-istażi demografika dehret l-iżjed fis-snin tmenin, li matulhom il-popolazzjoni żdiedet biss b'15,000: it-tnaqqis fir-rata tat-twelid fil-Belġju huwa fil-fatti marbut ma' tnaqqis sinifikanti fid-dħul ta' migranti minn barra, depressat mill-kriżi fis-settur tal-azzar, wieħed mill-opportunitajiet ta' impjieg ewlenin fil-pajjiż. Is-snin disgħin kienu, min-naħa l-oħra, karatterizzati minn żieda iktar sostnuta, li fil-bidu tas-seklu XXI wasslet għal popolazzjoni 'l fuq sewwa minn 10,200,000 ruħ (waqt li fl-aħħar tal-2007, il-popolazzjoni kienet ta' 10,585,000 abitant). Fil-bażi ta' din il-qalba ħafifa fit-tendenza hemm id-dħul tal-emigranti – stimulat mit-titjib fis-sitwazzjoni ekonomika – u l-fatt li r-rata tat-twelid reġghet bdiet tiela' : din tal-aħħar li kienet dejjem niżla minn wara l-gwerra, mit-tieni nofs tas-snin disgħin stabilizzat u mbagħad żdiedet ftit, u laħqet fl-2006, il-valur tal-11.5 ‰. Id-differenza dejjem tikber bejn mar-rata tal-mortalità ggarantit bilanċ naturali pożittiv u żieda żgħira. Id-densità tal-popolazzjoni tal-Belġju, bi 345 abitant/km², hi t-tielet l-ogħla fl-Unjoni Ewropea (wara dik ta' Malta u l-Pajjiżi l-Baxxi). L-istruttura tal-età turi popolazzjoni li qed tixjieħ, mingħajr differenzi reġjonali kbar: il-grupp ta' età bejn il-15 u l-65 sena jirrappreżenta madwar 65.5% tat-total, filwaqt li dik taż-żgħażagħ taħt il-15-il sena jilħaq 17.5%, b'tendenza għal aktar tnaqqis. L-għomor mistenni ma juriex varjazzjonijiet reġjonali sinifikanti u kkalkulat li hu ta' 77 sena għall-irġiel u 82 għan-nisa. Id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni Id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni turi ċertu diżomoġenjità spazjali, wirt ta' ġrajjiet storiċi u ekonomiċi li wasslu għal konċentrazzjoni demografika fiċ-ċentri ewlenin urbani u d-distretti minerarji u industrijali. Għalhekk hemm differenzi sinifikanti reġjonali. Ir-reġjun Fjamming hu dak l-aktar popolat, b'58% tal-popolazzjoni totali (6,120,000 abitant) u densità ta' 447 abitant/km²; l-erji ewlenin tal-popolazzjoni huma fuq il-kosta, fosthom il-bliet ta' Antwerpen, Gent u Brugge, l-erja emerġenti ta' Kortrijk u l-pol Limburgiż. Fir-reġjun tal-Wallonja joqgħodu madwar terz tal-popolazzjoni totali (3,435,000), b'densità ħafna inqas minn dik Fjamminga (202 abitant km/²). Affettwat b'mod ċar mill-avvenimenti storiċi tal-popolament hemm il-wied Haine-Sambre-Meuse, b'żewġ agglomorati kbar li jikkorrispondu maż-żoni urbani ta' Liège u Charleroi. L-ikbar konċentrazzjoni demografika hi fir-reġjun urban ta' Brussell, li jinsab fiċ-ċentru ta' żona b'densità għolja ta' popolazzjoni, delimitata minn Antwerpen, Leuven, Nivelles u Gent. L-agglomerazzjoni Brusselliża taqbeż il-miljun abitant (1,031,000), kważi wieħed minn għaxra tal-popolazzjoni totali u għandha densità tipika tal-konċentrazzjonijiet urbani kbar, ogħla minn 6,200 abitant /km². Urbanizzazzjoni u deurbanizzazzjoni Ix-xibka urbana tal-Belġju hi folta ħafna, tmien bliet jaqbżu l-100 000 reżident u sittax għandhom popolazzjoni ta' bejn 50,000 u 100,000 abitant, waqt li hemm ħafna bliet żgħar b'popolazzjoni ta' anqas minn 5000 abitant. Wara l-kapitali Brussell (1,031,000 abitant), il-bliet prinċipali tal-pajjiż huma: Antwerpen (466,000 reżident), Gent (235,000) u Brugge (117,000) fir-reġjun Fjamming, Charleroi (201.000), Liège (189,000) u Namur (107,000 ) fil-Wallonja. Il-grad ta' urbanizzazzjoni – bħala perċentwali tal-popolazzjoni li tgħix fl lokalitajiet urbani – fil-Belġju hu ta' intensità li m'għandu paragun fl-ebda pajjiż Ewropew ieħor, u hu hekk li jpoġġi r-Renju fl-ewwel postijiet fil-klassifika dinjija: il-perċentwal tela' sa ma laħaq, fin-nofs tas-snin disgħin, is-97%, fil-livelli ta' Singapor u ta' Ħong Kong. Fost it-tendenzi riċenti fl-urbanizzazzjoni hemm tnaqqis demografiku fiċ-ċentri urbani b'popolazzjoni ta' aktar minn 100,000 ruħ. F'dan il-proċess ta' deurbanizzazzjani li kien diġà beda tard fis-snin sebgħin, in-nies ippreferew soluzzjonijiet reżidenzjali tat-tip periurbani u marru joqgħodu fil-limiti taż-żoni rurali. Konsegwentement, mis-snin tmenin, il-bliet ta' daqs medju, b'popolazzjoni ta' bejn 10,000 u 50,000 ruħ kibru relattivament, iżda kienu l-bliet aktar żgħar, speċjalment dawk fir-reġjun Fjamming, li wrew vitalità demografika kbira. Ġie osservat ukoll mis-snin disgħin li kien hemm irkupru demografiku – għalkemm modest f'termini assoluti – tal-insedjament tat-tip rurali, grazzi għax-xibka ta' trasport effiċjenti li għenet biex bosta ħaddiema li jaħdmu fil-bliet fl-industrija u fis-settur tas-servizzi jżommu jew jadottaw reżidenzi rurali. Speċifikament, hemm predominanza ta' djar rurali f'xi distretti tal-Fjandri tal-Punent, Limburgu, Brabant, Hainaut u Liège. Karatteristiċi tal-migrazzjoni L-iżvillup demografiku li sar fil-Belġju wara t-Tieni Gwerra Dinjija ġab dħul konsistenti ta' ħaddiema barranin. L-importanza tal-fenomenu tidher ċar meta wieħed iqies il-perċentaġġ ta' reżidenti ta' nisel barrani fil-popolazzjoni totali (9.8%). Dan il-perċentaġġ huwa t-tielet l-ogħla fl-Ewropa. Matul is-seklu 19 kollu u fl-ewwel għexieren tas-seklu 20, il-movimenti tal-emigrazzjoni u immigrazzjoni kienu modesti, b'iżjed ħruġ minn dħul. Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, però, l-immigrazzjoni bdiet taqbeż l-emigrazzjoni. Infatti ħafna ħaddiema ġew mill-pajjiżi ġirien biex jaħdmu fl-industriji u fil-minjieri. Fl-aħħar tas-snin sebgħin, in-numru totali ta' barranin fil-Belġju qabeż b'kemm kemm id-900,000. Fis-snin tmenin il-kriżi tal-azzar ġabet tnaqqis fl-immigrazzjoni. Fis-snin disgħin, minħabba li s-sitwazzjoni ekonomika ttejbet, kien hemm xi rkupru fl-immigrazzjoni, għalkemm ma kinetx kostanti. Skont l-aħħar stimi, ir-reżidenti ta' nisel barrani se jaqbżu l-miljun. L-akbar komunitajiet se jkunu l-Marokkini (b'356,000 ruħ), imbagħad it-Taljani (253,000), it-Torok (167,000), il-Franċiżi (88,600) u l-Olandiżi (42,000). Ċittadin Belġjan fil-ħamsa għandu nisel mhux Belġjan, u żewġ miljun Belġjan għandhom immigranti fost l-antenati tagħhom. Gruppi etniċi Fil-Belġju, l-argument etniku hu marbut profondament ma' dak lingwistiku u wassal għall-ħolqien ta' stat federali uniku fid-dinja tat-tip tiegħu. Fil-fatt, fil-pajjiż jitkellmu bi tliet lingwi li magħhom hi assoċjata l-eżistenza ta' tliet gruppi lingwistiċi: il-Fjammingi (ta' lingwa Olandiża fil-forma lokali tagħha msejħa Fjamming), il-Walluni (ta' lingwa Franċiża) u l-Ġermaniżi ta' lingwa Ġermaniża. Kull wieħed mit-tliet gruppi lingwistiċi ewlenin jissejjaħ Komunità, terminu li jikkorrispondi ma' suddiviżjoni kulturali amministrattiva fi ħdan l-istat federali, flimkien ma' suddiviżjoni ulterjuri tal-Federazzjoni fi tliet reġjuni, reġjuni li ma jaqblux eżatt mad-definizzjoni tal-komunitajiet deskritti. Fil-fatt, hu diffiċli ħafna li titħaddet fuq "grupp etniku" fil-każ tal-Belġju għax dan jista' jkun grupp lingwistiku permezz tal-pożizzjoni ġeografika u mhux grupp etniku. Kull Komunità tieħu ħsieb l-edukazzjoni u l-kultural tan-nies li jitkellmu bil-lingwa tagħha li jgħixu f'żoni monolingwi u/jew bilingwi fit-territorju: il-Komunità Frankofona, il- Komunità Fjamminga u l-Komunità Ġermanofona tal-Belġju. Skond l-aħħar ċensiment lingwistiku – li sar fl-1990 – aktar minn nofs il-popolazzjoni Belġjana hi ta' lingwa Olandiża (58.2%), filwaqt li l-Franċiż hu t-tieni lingwa (34.1% ), segwita mill-Ġermaniż li jitkellmuh inqas minn 1% tal-popolazzjoni. Il-bqija tal-popolazzjoni titkellem b'lingwi oħra (pereż. l-Għarbi, it-Taljan, il-Portugiż ...). Dawn huma immigranti li għadhom jitkellmu bl-ilsien nattiv tagħhom. . Inħolqu tliet reġjuni fl-istat Belġjan għall-organizzazzjoni tal-ħajja ekonomika tal-komunitajiet u tal-belt kapitali, Brussell, li hi bilingwi (Franċiż-Olandiż). L-ewwel reġjun hu l-Fjandri, fejn il-lingwa uffiċjali hi l-Olandiż (fil-verżjoni Fjamminga). Dan ir-reġjun għaqqad l-organi amministrattivi tiegħu ma' dawk tal-Komunità Fjamminga b'sede governattiv wieħed fi Brussell. It-tieni hi reġjun hu l-Wallonja, fejn il-lingwa uffiċjali hi l-Franċiż. Fil-Wallonja tinsab ukoll il-Komunità ta' lingwa Ġermaniża konċentrata fiz-zoni tax-Xlokk u b'sede f'Eupen. Ir-reġjun tal-Wallonja għandu s-sede f'Namur, filwaqt li l-Komunità ta' lingwa Franċiża għandha sede fi Brussell. It-tielet reġjun tal-Belġju hu r-reġjun ta' Bruxelles-Capital, fir-realtà enklavi bilingwi (Franċiż-Olandiż), li tinsab ġeografikament fir-reġjun tal-Fjandri. Madankollu, Brussell hi prinċipalment Frankofona (70% tal-popolazzjoni), u 10% mill-abitanti biss jitkellmu bl-Olandiż u mill-inqas 20% jitkellmu b'lingwa oħra; dawn huma immigranti li għadhom jitkellmu bil-lingwa nattiva tagħhom. Dawn iċ-ċifri huma sorsi ta' kunflitt bejn il-Komunitajiet. Allura Brussell hi uffiċjalment bilingwi. Ir-reġjun ta' Brussell fih 19-il muniċipalità: Anderlecht, Auderghem, Berchem-Sainte-Agathe, Bruxelles, Etterbeek, Evere, Forest, Ganshoren, Ixelles, Jette, Koekelberg, Molenbeek-Saint-Jean, Saint-Gilles, Saint-Josse-ten-Noode, Schaerbeek, Uccle, Watermael-Boitsfort, Woluwe-Saint-Lambert u Woluwe-Saint-Pierre. Dak li s-soltu hu magħruf bħala Brussell fir-realtà hu wieħed mid-19-il muniċipalità (u l-kapitali) tal-reġjun amministrattiv imsejjaħ reġjun ta' Bruxelles-Capital. Biex nikkumplikaw l-affarijiet, Brussell hi wkoll il-belt kapitali tal-Belġju, il-kapitali reġjonali tal-Fjandri, il-kapitali tal-Komunità Frankofona tal-Belġju u l-kapitali tal-Unjoni Ewropea. Reliġjon Il-Kattoliċeżmu huwa r-reliġjon ewlenija, iżda l-pajjiż għaddej minn proċess qawwi ta' sekularizzazzjoni. Fl-2010, 60% tal-popolazzjoni kienu jqisu ruħhom Kattoliċi, filwaqt li 87% tal-popolazzjoni kienu twieldu ġo familji Kattoliċi. Fl-1980 kienu jqisu ruħhom Kattoliċi 72% tal-Belġjani, u dan il-perċentaġġ naqas għal 68% fl-1990 u għal 65% fl-2005. Hemm minoranzi ta' Misilmin, Protestanti u Lhud. Ir-reliġjon kienet waħda mid-differenzi bejn in-nofsinhar Kattoliku u t-tramuntana Protestanta tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, li wasslet għall-firda tan-nofsinhar, fl-1830, u għat-twelid tal-Belġju tal-lum. Dan jispjega wkoll in-numri prevalenti ta' Kattoliċi. Mill-1830, il-Kattoliċeżmu kellu wkoll rwol importanti fil-politika Belġjana, pereżempju fl-hekk imsejħa "gwerer skolastiċi" ("guerres scolaires" bil-Franċiż) bejn il-liberali u l-Kattoliċi li kien hemm l-ewwel bejn l-1879 u l-1884 u mbagħad bejn l-1954 u l-1958. Is-sistema politika Il-Belġju huwa monarkija kostituzzjonali federali fejn ir-Re huwa l-kap tal-istat u l-prim ministru huwa l-kap tal-gvern f’sistema multipartitarja. Is-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet mhumiex ċentralizzati, iżda maqsumin bejn 3 livelli ta’ gvern: il-gvern federali, 3 komunitajiet ibbażati fuq il-lingwa (Fjamminga, Franċiża u Ġermaniża) u 3 reġjuni (il-Fjandri, il-Kapitali ta’ Brussell u l-Vallonja). Legalment kollha huma ugwali, iżda għandhom setgħat u responsabbiltajiet għal oqsma differenti. Brussell, flimkien mal-belt tal-Lussemburgu u Strasburgu, hija waħda mit-tliet sedi uffiċjali tal-istituzzjonijiet Ewropej. Organizzazzjoni tal-istat Suddiviżjonijiet storiċi u amministrattivi Fl-14 ta' Lulju 1993 saret reviżjoni tal-Kostituzzjoni bil-ħolqien ta' Stat Federali bbażat fuq tliet livelli: Il-gvern federali bis-sedi tiegħu fi Brussell It-tliet komunitajiet lingwistiċi: Il-komunità Frankofona Il-komunità Fjamminga Il-komunità Ġermanofona Il-tliet reġjuni: Ir-Reġjun ta' Bruxelles-Capitale (li għandu popolazzjoni li jitkellmu bil-Franċiż u l-Olandiż ta' madwar 960,000 ruħ) Il-Fjandri (li għandhom popolazzjoni ta' madwar 6 miljuni prinċipalment jitkellmu bl-Olandiż Il-Wallonja (li għandha popolazzjoni ta' 3.3 miljuni prinċipalment jitkellmu bil-Franċiż) Kull wieħed mill-aħħar żewġ reġjuni hu maqsumin f'5 provinċji. Il-Fjandri (ta' lingwa Olandiża; Vlaanderen bl-Olandiż, Flandre jew Flandres bil-Franċiż, Flandern bil-Ġermaniż): Antwerpen Limburgu Oost-Vlaanderen West-Vlaanderen Vlaams-Brabant Il-Wallonja (ta' lingwa Franċiża, barra disa' muniċipalitajiet fil-parti tal-Lvant tal-provinċja ta' Liège li jagħmlu l-Komunità Ġermanofona; Wallonie bil-Franċiż, Wallonie bil-Fjamming, die Wallonie bil-Ġermaniż): Brabant Wallon Namur Liège Hainaut Luxembourg Ir-Reġjun ta' Bruxelles-Capitale (Région de Bruxelles-Capitale bil-Franċiż, Brussels Hoofdstedelijk Gewest bl-Olandiż, die Region Brüssel-Hauptstadt bil-Ġermaniż). Kull provinċja hi fl-aħħar maqsuma f'distretti amministrattivi u mbagħad f'muniċipalitajiet imsejħin communes bil-Franċiż u gemeenten bil-Fjamming. Ir-Reġjun ta' Bruxelles-Capitale hu magħmul minn distrett wieħed. Bliet prinċipali (1) Rigward il-belt kapital, ngħatu l-popolazzjoni taż-żona urbana tagħha kollha, identifikabbli mar-reġjun Bruxelles-Capitale sħieħ. Fil-fatt, il-popolazzjoni tal-muniċipalità ta' Brussell-Belt waħida, (imsejħa Bruxelles-Ville, Brussel-Stad) tammonta għal 143,056 abitant. Fil-figura għall-popolazzjoni ta' Brussell fit-tabella huma magħdudin ukoll il-komuni ta' Anderlecht, Schaerbeek / Schaarbeek, Ixelles / Elsene eċċ., li jiffurmaw mal-belt kapital xibka urbana u għalhekk jistgħu jiġu assimilati. Istituzzjonijiet Il-Belġju huwa monarkija kostituzzjonali u stat federali, li l-kap tal-istat tiegħu hu r-Re Albert II. Is-sistema politika tal-pajjiż hi bbażata fuq struttura konfederali kumplessa, imsaħħa bl-emendi kostituzzjonali tal-1993, proposti bl-għan li tiġi evitata l-firda finali bejn il-komunita Fjamminga u dik Walluna. Madankollu fadal residwu sostanzjali ta' tensjonijiet ta' natura politiko-ekonomika bejn iż-żewġ gruppi etniċi. Il-federaliżmu Belġjan hu bbażat fuq il-kunċett tal-"ekwipollenza tan-normi", fi kliem ieħor, il-gvern federali m'għandu l-ebda dritt li jmur kontra jew jinjora d-digrieti maħruġin mir-reġjuni konfederati. Hemm Parlament Federali, maqsum f'żewġ kmamar: il-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senat. Politika Il-Belġju hu monarkija popolari u demokrazija parlamentari kostituzzjonali. Il-parlament federali bikamerali huwa magħmul minn Senat u Kamra tar-Rappreżentanti. L-ewwel waħda hi magħmula minn 40 politiku eletti direttament u 21 rappreżentant maħturin mit-tliet parlamenti tal-Komunità, 10 senaturi li huma co-opted u wlied ir-re, bħala senaturi bi dritt li fil-prattika ma jivvutawx. Il-150 rappreżentant tal-kamra jiġu eletti taħt sistema ta' vot proporzjonali minn 11-il distrett elettorali. Fil-Belġju hu obbligatorju li wieħed jivvota u għalhekk il-pajjiz għandu waħda mid-ogħla rati ta' parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet fid-dinja.<ref name=Franklin> Rafael López Pintor, Maria Gratschew, Voter Turnout Rates from a Comparative Perspective, 2002, International Institute for Democracy and Electoral Assistance, </ref>. Ir-Re (bħalissa Albertu II) huwa l-kap tal-istat, għalkemm bi prerogattivi limitati. Huwa jaħtar il-ministri, inkluż il-Prim Ministru, li jkollhom il-fiduċja tal-Kamra tar-Rappreżentanti biex jiffurmaw il-gvern federali. In-numri tal-Ministri li jitkellmu bl-Olandiż u bil-Franċiż huma ndaqs kif inhu preskritt fil-kostituzzjoni (il-Prim Ministru ma jgħoddx). Is-sistema ġudizzjarja hi bbażata fuq il-liġi ċivili u ġejja mill-kodiċi Napoleonika. L-ogħla qorti hu l-Qorti tal-Kassazzjoni u l-Qorti tal-Appell hu livell taħtu. L-istituzzjonijiet politiċi tal-Belġju huma kumplessi; il-parti l-kbira tal-poter politiku huwa organizzat bil-ħsieb li l-komunitajiet kulturali ewlenin jkunu rappeżentati. Minn madwar l-1970, il-partiti politiċi Belġjani importanti inqasmu f'komponenti distinti li jirrappreżentaw prinċipalment l-interessi politiċi u lingwistiċi ta' dawn il-komunitajiet. Il-partiti ewlenin ta' kull Komunità, għalkemm qrib lejn iċ-ċentru politiku, jappartienu għal tliet gruppi ewlenin: Il-Liberali fil-lemin, il-Demokristjani fiċ-ċentru u s-Soċjalisti fix-xellug. Xi partiti importanti oħra inħolqu tard fis-seklu li għadda, l-aktar madwar temi lingistiċi, nazzjonalisti, jew ambjentali u reċentement inħolqu oħrajn b 'xi għan liberali speċifiku. Is-sensiela ta' gvernijiet Demokratiċi Kristjani ta' koalizzjoni mill-1958 inqatgħet fl-1999 waral-kriżi tad-dijossina, skandlu enormi tat-tniġġiż tal-ikel. . "Koalizzjoni qawsalla" inħolqot minn sitt partijiet: il-Liberali, id-Demokratiċi Soċjali u l-Ħodor Fjammingi u Frankofoni. Wara, ġiet iffurmata "koalizzjoni vjola" magħmula mil-Liberali u d-Demokratiċi Soċjali billi l-Ħodor kienu tilfu l-parti l-kbira tar-rappreżentanti fl-elezzjoni tal-2003. Il-gvern immexxi mill-Prim Ministru Guy Verhofstadt mill-1999 sal-2007 rnexxielu jagħmel baġit bilanċjat, xi riformi tat-taxxa, riforma fis-suq tax-xogħol, għamel skeda għat-tneħħija gradwali tal-enerġija nukleari u ppropona leġiżlazzjoni għal prosekuzzjoni iżjed ħarxa fil-każ tad-delitti tal-gwerra u iżjed ħanina fil-każ tad-drogi ħfief. Naqqas ir-restrizzjonijiet kontra l-ewtanażja u l-legalizza ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Il-gvern kien favur diplomazija aktar attiva fl-Afrika u kontra l-invażjoni tal-Iraq. Il-koalizzjoni ta' Verhofstadt marret ħażin fl-elezzjoni ta' Ġunju 2007. Għal aktar minn sena, il-pajjiż kien fi kriżi politika. Din il-kriżi kienet hekk serja li ħafna osservaturi ħasbu li l-Belġju se jinqasam fi tnejn. Mill-21 ta' Diċembru 2007 sal-20 ta' Marzu 2008 it-tielet gvern temporanju ta' Verhofstadt kien fil-poter. Din il-koalizzjoni kienet magħmula mid-Demokristjani Fjammingi u Frankofoni, il-Liberali Fjammingi u Frankofoni flimkien mal-Partit Soċjalista Frankofona. Fl-20 ta' Marzu 2008, il-gvern il-ġdid immexxi mid-Demokristjan Fjamming Yves Leterme, ir-rebbieħ veru tal-elezzjonijiet federali ta' Ġunju tal-2007, ħa l-ġurament quddiem ir-re . Fil-15 ta' Lulju 2008 Leterme 2008 ħabbar ir-riżenja tal-kabinett lir-re, billi ma kien sar l-ebda progress fir-riformi kostituzzjonali. F'Diċembru tal-2008 reġa' offra r-riżenja tiegħu lir-re wara l-kriżi finanzjarja marbuta mal-bejgħ tal-bank Fortis lil BNP Paribas . Din id-darba r-riżenja tiegħu ġiet aċċettata u d-demokristjan Fjamming Herman Van Rompuy ħa l-ġurament bħala Prim Ministru fit-30 ta' Diċembru 2008. Wara li Herman Van Rompuy ġie nnominat l-ewwel President tal-Kunsill Ewropew permanenti fid-19 ta' Novembru 2009, fil-25 ta' Novembru offra r-riżenja tal-gvern tiegħu lir-Re Albertu II. Ftit sigħat wara, gvern il-ġdid taħt il-Prim Ministru Yves Leterme ħa l-ġurament. Fit-22 ta' April 2010, Leterme reġa’ offra r-riżenja tal-kabinett tiegħu lir-re wara li wieħed mill-partiti imseħbin fil-koalizzjoni, l-OpenVLD, irtira mill-gvern, u fis-26 ta' April 2010 ir-Re Albertu uffiċjalment aċċetta r-riżenja. Fl-elezzjonijiet parlamentari fil-Belġju fit-13 ta' Ġunju 2010 in-nazzjonalisti Fjammingi, N-VA saru l-akbar partit fil-Fjandri, u l-Partit Soċjalista PS l-akbar partit fil-Wallonja. Minn dakinhar il-Belġju kien immexxi mill-gvern proviżorju taħt Leterme waqt li qegħdin isiru negozjati għall-formazzjoni ta' gvern ġdid li bħalissa huma wieqfa. Sat-30 ta' Marzu 2011 il-Belġju waqqaf rekord dinji ġdid għaż-żmien li għadda mingħajr gvern uffiċjali (dan ir-rekord qabel kien waqqfu l-Iraq matul il-gwerra). Peress li dan iż-żmien qabeż sena sħiħa, qiegħed ikun hemm ħafna dubji dwar jekk il-gvern fil-post jistax jibqa' jeżisti u jwettaq biss ix-xogħol urġenti. Il-Belġju fl-UE Hemm 21 membru tal-Parlament Ewropew mill-Belġju. Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern Belġjan, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat. Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur. Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-Presidenzi Belġjani: Jan-Ġun 1958 | Jan-Ġun 1961 | Jan-Ġun 1964 | Jan-Ġun 1967 | Jan-Ġun 1970 | Jan-Ġun 1973 | Lul-Diċ 1977 | Jan-Ġun 1982 | Jan-Ġun 1987 | Lul-Diċ 1993 | Lul-Diċ 2001 | Lul-Diċ 2010 Il-Kummissarju nominat mill-Belġju għall-Kummissjoni Ewropea hu Didier Reynders, li hu responsabbli għall-Ġustizzja. Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”. Il-Belġju għandu 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri. Il-Belġju għandu 10-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE ta' rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE. Il-Belġju jikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tiegħu fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Belġju, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE. L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. Ċifri tal-2018 għall-Belġju Nefqa totali tal-UE fil-Belġju – € 8.514-il biljun (ekwivalenti għal 1.86% tal-ekonomija Belġjana) Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 3.840 biljun (ekwivalenti għal 0.84% tal-ekonomija Belġjana) Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Belġju jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent. Ekonomija L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Belġju fl-2018 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (22.1%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (19.4%) u l-industrija (16.7%). Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 73% tal-esportazzjonijiet tal-Belġju (il-Ġermanja 18%, Franza 14% u n-Netherlands 12%), filwaqt li barra mill-UE 5% jmorru fl-Istati Uniti u 2% fl-Indja u fiċ-Ċina. F’termini ta’ importazzjonijiet, 64% jiġu minn Stati Membri tal-UE (in-Netherlands 18%, il-Ġermanja 13% u Franza 9%), filwaqt li barra mill-UE 7% jiġu mill-Istati Uniti u 4% miċ-Ċina. Struttura ekonomika L-ekonomija Belġjana, minkejja xi nuqqasijiet strutturali, hija waħda mill-aktar avvanzati fl-Ewropa. L-iżvilupp tagħha huwa dovut għal varjetà ta' fatturi ġeografiċi u storiċi: il-pożizzjoni ġeografika strateġika fiż-żona l-aktar ekonomikament dinamika tal-kontinent Ewropew; ix-xibka komprensiva u effiċjenti ta' konnessjoniijiet bil-baħar, bix-xmajjar u bl-art, li għamlet possibbli l-livell għoli ta' integrazzjoni ekonomika mal-pajjiżi ġirien; l-esperjenza kummerċjali tradizzjonali u stabbilita, li dejjem saqet l-ekonomija Belġjana lejn is-swieq internazzjonali, mgħejuna minn sistema ta' portijiet mill-aktar żviluppati fl-Ewropa; it-tradizzjoni antika tas-snajja u industrijali ġejja mill-Medjuevu (it-tessuti tal-Fjandri, l-armeriji ta' Liege, il-neffieħa tal-ħġieġ ta' Charleroi). L-industrija Belġjana, billi gawdit mill-preżenza ta' oqsma ta' faħam vasti, daħlet kmieni fl-industrijalizzazzjoni. Fil-fatt, fis-seklu 19, il-Belġju kienet fost l-ewwel pajjiżi li intlaħqu mir-Rivoluzzjoni Industrijali, billi sfruttaw il-faħam tal-Haine-Sambre-Meuse, il-faċilità ta' komunikazzjonijiet u d-disponibbiltà ta' ħaddiema abbundanti u kwalifikati. Il-Belġju qiegħed fit-18-il post fl-Indiċi ta' Żvilupp Uman (2010) waqt li Malta qiegħda fit-33 post. Trasport u rotot ta' komunikazzjoni Fis-seklu 19, il-Belġju kien fost il-pijunieri fl-iżvilupp tal-ferroviji u l-kumpanniji Belġjani pparteċipaw fin-nofs tal-Ewropa fil-kostruzzjoni u fit-tmexxija ta' linji ġodda. Kienet Belġjana wkoll il-kumpannija li mexxiet is-sevizz ta' ristoranti u sodod fuq it-treni fl-Ewropa, il-Compagnie Internationale des Wagons-Lits, mwaqqfa mill-Georges Nagelmackers. Antwerp, li tinsab fuq l-iScheldt, 84 km mill-baħar, hija wieħed mill-portijiet l-iżjed traffikużi fid-dinja (it-tieni fl-Ewropa wara l-port ta' Rotterdam fil-qrib). Il-xmajjar tal-Belġju huma konnessi permezz ta' sistema kumplessa ta' kanali li għandha tul totali ta' madwar 1,600 km navigabbli. Meta nżidu ma' dawn 152,250 km ta' toroq u 3,542 km ta' lini ferrovjarji insibu xibka tant estensiva li tagħmel il-Belġju l-pajjiż bl-ogħla densità ta' linji ta' komunikazzjoni fid-dinja. L-ajruport prinċipali fil-pajjiż hu l-ajruport internazzjonali ta' Brussell. Diskrepanzi reġjonali F'xenarju ekonomiku li fit-total hu pożittiv, jidhru diverġenzi reġjonali sinifikanti. Il-Wallonja, ir-reġjun tal-minjieri li kien industrijalizzat kmieni u kien il-mutur prinċipali tal-ekonomija Belġjana sas-snin sebgħin, sofriet kriżi profonda fis-settur tal-azzar u ffaċċat s-seklu 21 bil-ħtieġa li tirristruttura l-industrija, b'livell ta' żvilupp iktar baxx minn dak tal-pajjiżi ġirien u b'rata ta' qgħad għolja. Ir-reġjun effiċjenti ta' Brussell hu metropoli kbira u moderna, kożmopolitana ħafna u mitfugħa b'mod qawwi fuq l-industrija tas-servizzi, li tibbenefika mill-Unjoni Ewropea u mill-globalizzazzjoni ekonomika, iżda li tidher imfixkla mid-daqs żgħir tat-territorju (inqas minn 1% tat-territorju Belġjan). Bla dubju il-Fjandri bħalissa huma l-aqwa reġjun tal-pajjiż mill-punto di vista ekonomiku. Dawn igawdu mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, mill-infrastruttura ta' komunikazzjoni (is-sistema ta' portijiet Antwerp-Ghent-Zeebrugge, xibka tat-toroq integrata sewwa fid-direzzjonijiet prinċipali Ewropej tramuntana-nofsinhar u punent-lvant, xibka ferrovjarja żviluppata sew, l-Ajruport Internazzjonali ta' Brussell), minn ekonomija orjentata ħafna lejn l-esportazzjoni (madwar żewġ terzi tal-produzzjoni industrijali tal-Fjandri huma għall-esportazzjoni), minn ambjent soċjo-ekonomiku li jattira l-kapital barrani u minn struttura produttiva flessibli u teknoloġikament avvanzata. Enerġija u riżorsi naturali Storikament, il-faħam kien ir-riżors minerali prinċipali tal-Belġju. Dan jinsab fiż-żewġ widien prinċipali: il-minjieri ta' Haine-Sambre-Meuse, li m'għadhomx jintużaw mis-snin sittin billi inħlew ir-riżervi li jistgħu jiġu estratti faċilment, u dawk ta' Kempen, fejn baqa' xi attività żgħira ta' estrazzjoni. Matul is-seklu dsatax id-depożiti tal-ħadid u ż-żingu li jinsabu fil-wied ta' Sambre-Meuse kienu sfruttati intensivament, imma issa inħlew. Għall-kuntrarju il-minjieri tal-ġibs u tal-franka qrib Tournai, Mons u Liège, għadhom importanti. Dawn jipprovdu l-materjal lil industrija sinifikanti tas-siment. Hemm ukoll barrieri tal-irħam u depożiti ta' ramel użat fil-manufattura tal-ħġieġ, u tafal użat fil-produzzjoni tal-brikek u oġġetti taċ-ċeramika. Ir-riżorsi tal-ilma huma kkonċentrati fin-nofsinhar tal-pajjiż. Il-parti l-kbira tax-xmajjar oriġinaw fl-Ardennes u jmorru lejn it-tramuntana. Is-sistema kumplessa ta' akwadotti, kanali u lagi artifiċjali tiżgura li d-distribuzzjoni ġeografika tar-riżorsi tal-ilma hija bilanċjata. Iċ-ċentrali nukleari ta' Doel fil-provinċja ta' Antwerpen, is-sors ewlieni tal-elettriku, tipprovdi żewġ terzi mid-domanda nazzjonali. Il-bqija tad-domanda għall-enerġija jipprovduha iċ-ċentrali termoelettriċi u, parti minima iċ-ċentrali ġeotermiċi u idroelettriċi. Settur tal-agrikoltura Bħal dik tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-agrikoltura Belġjana hi fil-parti l-kbira "artifiċjali" u tinħadem fuq raba' li oriġinarjament ma kinitx adatta għall-biedja, ħlief xi art tajba li tinsab fin-nofs tal-Belġju, u li saret siewja għall-agrikoltura biex xogħol tal-bniedem matul mijiet ta' snin, permezz tat-tinxif tal-polders, tat-tisħin artifiċjali tal-art u tal-isforzar tax-xtieli fis-serer. Għalkemm hi pprattikata b'mod intensiv u bl-għajnuna tat-teknoloġija moderna, l-agrikoltura għandha sehem dejjem aktar jonqos fl-istruttura ekonomika Belġjana u tirrappreżenta biss 1% tal-PGD u timpjega biss 2% tal-ħaddiema. Anki l-erja agrikola qiegħda tonqos kuljum, u niżlet minn aktar minn 50% fis-snin sittin għal ftit aktar minn kwart tal-erja tal-pajjiż. Qiegħed jinbidel ukoll id-daqs medju tal-irziezet u ftit ftit l-irziezet żgħar qegħdin jgħibu u minflok qegħdin jiżviluppaw strutturi korporattivi li jistgħu jattiraw l-investimenti fil-makkinarju u t-teknoloġiji ġodda meħtieġa sabiex tiżdied il-produttività tal-art. Il-Fjandri, li tradizjonalment huma agrikoli, għadhom l-aktar reġjun li għandu attività agrikola. Din l-attività tagħmel aktar minn żewġ terzi tal-valur miżjud totali tas-settur. Inqas minn terz jista' jiġi attribwit lill-Wallonja, filwaqt li l-kontribuzzjoni tal-reġjun ta' Brussell, m'għandniex xi ngħidu kważi ma teżistix. L-ortikultura għandha post ta' importanza partikolari. Din hi pprattikat prinċipalment fil-Fjandri u tirrappreżenta kważi kwart tal-produzzjoni agrikola kollha. Fil-qasam tal-fjuri l-ażalji u l-begonji tal-Fjandri tal-Lvant huma famużi mad-dinja kollha. Il-prodotti l-importanti l-oħra huma l-pitravi, iċ-ċikwejra, il-kittien, iċ-ċereali u l-patata. Madankollu t-trobbija tal-bhejjem (majjali, l-iżjed fil-Fjandri, u l-baqar għal-laħam u l-ħalib), hi l-qasam prinċipali fl-agrikoltura u tagħmel kważi żewġ terzi tal-valur totali. Is-sajd li jsir l-iżjed fl-iskolji tal-Baħar tat-Tramuntana mhuwiex importani wisq. Fl-aħħar għandha nsemmi l-forestrija li ssir prinċipalment fl-Ardennes u Kempen. Settur tal-manifattura Minkejja l-effetti negattivi tal-kriżi tal-azzar u d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom fis-snin tmenin xi oqsma tradizzjonali (b'mod partikolari it-tessuti), il-Belġju bedu s-seklu 21 bħala pajjiż li għandu bażi industrijali b'saħħitha, li tokkupa iktar minn kwart tal-popolazzjoni attiva u tikkontribwixxi 25% tal-PGD u għandu indiċi tal-produttività li tiela' minkejja l-kriżi fil-bidu tal-aħħar għaxar snin. L-oqsma prinċipali tas-settur tal-manifattura, kemm f'termini ta' prodotti u kemm ta' mpjieg, huma l-ipproċessar tal-ikel, il-kimika u metallurġija. Huma importanti wkoll il-mekkanika (speċjalment il-kostruzzjoni tal-vaguni tal-ferrovija u l-assemblaġġ ta' karozzi barranin), il-petrokimika, l-elettronika u elettroteknika, it-tessuti u l-produzzjoni tal-karta. Ix-xogħol fl-injam u fil-ħġieġ (il-fabrika tal-kristall ta' Val Saint-Lambert hi magħrufa sewwa) għandu ċerta importanza u tradizzjoni antika. X'uħud miċ-ċentri tal-manifattura ewlenin jinsabu f'żoni urbani kbar. L-aktar importanti hi l-agglomerazzjoni ta' Antwerp, li għandha struttura industrijali orjentata lejn setturi li jeħtieġu kapital intensiv kbir u huma marbutin mill-qrib mal-faċilitajiet tal-port (kimika elettronika, ikel). Ix-xogħol tal-ħaġar prezzjuż, tipiku għal din iż-żona hu żviluppat ħafna. It-tieni ċentru industrijali tal-Belġju hu r-reġjun metropolitan ta' Brussell, ibbażat prinċipalment fuq prodotti ta' konsum fil-wisa' u kontenut teknoloġiku għoli. L-istruttura tal-manifattura fl-inħawi ta' Ghent hi magħmula minn qalba antika ta' industrijalizzazzjoni ħafifa (fuq kollox tessuti) u iżjed reċenti ċentru kimiku u l-metallurġiku madwar il-faċilitajiet tal-port tagħha. Ir-reġjuni industrijali l-oħra tal-Belġju, li jinsabu barra ċ-ċentri urbani ewlenin, qegħdin fl-intern tal-Fjandri, b'mod partikolari fl-inħawi ta' Kortrijk li huma karatterizzati b'xibka densa integrata u flessibbli ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (tat-tessuti, għamara, prodotti tal-metall), u fil-Grigal, li għall-kuntrarju dejjem kellu industrija tqila u kapital li fil-parti l-kbira ġej minn barra (assemblaġġ tal-karozzi, kimika). Settur tas-servizzi Bħal fil-pajjiżi żviluppati kollha, is-settur ekonomiku ewlieni tal-Belġju hu s-settur tas-servizzi, li jikkontribwixxi kważi tliet kwarti tal-impjiegi u tal-PGD. Is-servizzi privati (kummerċ, trasport u komunikazzjoni, servizzi finanzjarji u assigurazzjoni, kiri, attivitajiet professjonali) jaqbżu sewwa l-attivitajiet tal-amministrazzjoni pubblika, sintomu ta' struttura soċjo-ekonomika avvanzata. Il-fergħa l-aktar importanti tas-settur tas-servizzi huwa l-kummerċ, li fl-aħħar tas-snin disgħin aktar milli rdoppja meta nqabbluh mal-bidu tas-snin tmenin u jagħti ftit inqas impjieg mill-qasam kollu tal-manifattura. Ta' min jinnota b'mod partikolari li l-kummerċ, speċjalment ma' barra, fl-ekonomija Belġjana, dejjem kien marbut mal-pożizzjoni ċentrali li jokkupa l-pajjiż fir-reġjun l-aktar għani tal-Ewropa u mal-iżvilupp eċċezzjonali tal-infrastruttura tat-trasport. Dawn il-kondizzjonijiet partikolari għamlu l-Belġju pajjiż b'ekonomija estremament miftuħa, li fl-bidu tas-seklu 21 sar l-għaxar qawwa kummerċjali tad-dinja, u kellu sehem ta' 3.2% mill-kummerċ dinji kollu. L-oġġetti prinċipali ta' esportazzjoni huma l-makkinarju u t-tagħmir tat-trasport, il-prodotti kimiċi u l-farmaċewtiċi, il-ħaġar prezzjuż, it-tessuti u l-prodotti tal-ikel. Min-naħa l-oħra, it-tagħmir tat-trasport, il-karburanti, il-prodotti kimiċi, l-ikel u t-tessuti jagħmlu l-parti l-kbira tal-importazzjoni. Is-sħab kummerċjali ewlenin tal-Belġju huma pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (l-iżjed il-Ġermanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit), li jirrappreżentaw madwar żewġ terzi tal-esportazzjoni u aktar minn 70% tal-importazzjoni. Il-żona ta' Brussell fiha l-akbar konċentrazzjoni ta' servizzi avvanzati minħabba s-sehem tagħha bħala l-belt kapitali nazzjonali u l-pożizzjoni tagħha f'salib it-toroq tar-relazzjonijiet internazzjonali. Hemm għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom il-banek, il-kumpaniji ta' assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-organizzazzjonijiet supranazzjonali, il-laboratorji tar-riċerka u l-istituzzjonijiet akkademiċi. Fl-inħawi ta' Antwerpen insibu predominanza ta' servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tal-porti u l-importazzjoni-esportazzjoni. Fir-reġjun tal-Wallonja, id-dgħjufija tas-sistema industrijali u d-dipendenza storika fuq iċ-ċentri finanzjarji u politiċi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet li jinsabu fil-belt kapitali, xekklu l-iżvilupp ta' settur tas-servizzi modern, li hawn hu magħmul prinċipalment mill-amministrazzjoni pubblika. It-turiżmu mhux ta' min iħallih barra. Dan hu kkonċentrat essenzjalment fil-bliet tal-arti, iċ-ċentri tal-għum mal-kosta u fir-reġjuni bl-għoljiet tal-Ardennes. Tradizzjonijiet Gastronomija Min-numru ta' stilel li kisbu r-ristoranti Belġjani matul is-snin mill-Gwida Michelin (għalkemm inqas fis-snin reċenti ) naraw li l-kċina Belġjana hi fost l-aqwa fl-Ewropa. Din kisbet dan is-suċċess billi interpretat mill-ġdid il-kċina tradizzjonali tal-ġirien Franċiżi b'mod oriġinali għal kollox, billi adattatha għall-prodotti tipiċi li joffri t-territorju tal-pajjiż. Il-kċina Belġjana fil-fatt għandha ħafna karatteristiċi reġjonali li joffru varjetà wiesgħa ta' riċetti u ingredjenti. Fost l-aqwa tal-arti kulinarja Belġjana insibu ċ-ċikkulata, il-birra, il-patata moqlija, il-famużi kbejjeċ ta' Brussell (kaboċċi taz-zokk) u l-wafels (bil-Fjamming) jew Gaufres (bil-Franċiż). Ċikkulata Mal-Iżvizzera, il-Belġju hu l-pajjiż bl-aqwa t-tradizzjoni għall-produzzjoni taċ-ċikkulata fid-dinja. Dan għandu bħala xhieda l-fatt li l-marki Belġjani bħal Neuhaus, Cote d'Or, Leonidas u Godiva huma magħrufa u apprezzati kullimkien. Il-Belġjani għandhom wkoll l-unur li vvintaw il-pralines, ċikkulatini minn barra jqarmċu u minn ġewwa rotob. Fil-pajjiż hemm aktar minn 2000 ħanut li jispeċjalizza fil-bejgħ dan il-prodott, minn praline mimlija bil-pistaċċi, ġellewż jew frott, saċ-ċangaturi klassiċi kummerċjali. Birra Fil-Belgu jipproduċu aktar minn 601 tipi differenti ta' birra. Ħafna mill-birra kkunsmata fil-pajjiż tikkonsisti f'lager kummerċjali bħal Jupiler, Maes jew Stella Artois, imma huma wkoll popolari l-ales ukoll kummercali, imma eqreb lejn il-tradizzjoni Belġjana, bħal Leffe, Grimbergen, Hoegaarden u Affligem, li jappartienu kollha għal gruppi industrijali kbar. L-aktar prestiġjużi huma l-prodotti artiġjanali tal-birreriji żgħar (hemm madwar 120 minnhom mal-pajjiż). Fosthom hemm it-Trappist magħmula mill-patrijiet, il-Lambic, speċjalità unika tal-Belġju bil-fermentazzjoni spontanja prodotta biss fiż-żona fil-Lbiċ ta' Brussell imsejħa Pajottenland u Deus, Brut des Flanders li hi prodotta mill-birrerija Brouwerij Bosteels ta' Buggenhout (belt żgħir ħdejn Mechelen, fit-tramuntana ta' Brussell) magħmula bl-istess teknika bħax-xampanja: fermentazzjoni fit-tank u “remuage” u “dégorgement”. Dawn il-prodotti eċċellenti jattiraw dilettanti madwar id-dinja. Il-birra tintuża ħafna fil-preparazzjoni ta' riċetti bbażati fuq il-laħam u l-ħut (pereżempju l- maskli jissajru fil-birra) bħal ma jintuża l-inbid f'ħafna pajjiżi oħra. Patata moqlija Il-Belġjani kburin ħafna bil-patata moqlija tipika li jsajru ("frieten" jew "frites"). Għaliha hemm xorta ta' venerazzjuni. Komuni ħafna il-kjoskijiet fit-toroq, fl-istazzjonijiet eċċ. Imsejħa "frituur" fil-Fjandri u "friterie" fil-Wallonja. Platti Bħala l-ewwel kors, il-Belġjani spiss jieklu l-minestra u soppa sħuna (passata tal-ħaxix). Partikolarment popolari huma pereżempju s-soppa tal-kaboċċi, krema u perżut nej u l-krema tal-piżelli, tal-kurrat u tar-rabarbru. Jieklu wkoll torti tipiċi mmelħa, li l-ingredjent bażiku tagħhom jista' jkun il-kbejjeċ ta' Brussell jew ħaxix ieħor. Ħlewwiet Għal dak li jirrigwarda d-deżerti, il-Belġjani spiss joffru l-ġobon (hemm ħafna kwalitajiet prodotti lokalment), wara l-ikla u qabel il-ħelu tradizzjonali, fil-manjiera tal-Franċiżi. Imma fost id-deżerti l-aktar famużi, għandhom il-wafels (bil-Fjamming) jew gaufres (bil-Franċiż), ċaldi rotob u sħan servuti pereżempju biċ-ċikkulata mdewba jew bil-krema u frawli. Fost it-torti l-aktar famużi għandhom waħda bil-lanġas u t-tuffieħ u zokkor tal-kannamieli, imma għaliha għandhom bosta riċetti skont it-tradizzjoni u l-festi. Iservu tipi differenti ta' deżerta fil-kolazzjon jew bħala ikla ħafifa, u mhux biss wara l-ikel. Il-Belġju għandu tradizzjoni importanti fil-produzzjoni tal-galettini u jispikka speċjalment f'dawk bil-butir u ħwawar Arti Pittura u skultura Nistgħu nitkellmu dwar l-arti Belġjana mill-1830 'l hawn, is-sena tar-rivoluzzjoni u l-indipendenza mill-Pajjiżi l-Baxxi. L-artisti nattivi tal-Belġju tas-sekli ta' qabel jaqgħu taħt l-arti Fjamminga Fil-Belġju, fl-ewwel nofs tas-seklu 19 kien mifrux in-neoklassiċiżmu tat-tip Franċiż, u warajh fi ftit għexieren ta' snin, ġie r-Romantiċiżmu Pariġin. L-iSkola pajsaġġistika ta' Tervuren fetħet it-triq għall-"Impressjoniżmu" u l-"Fauviżmu Brabantin". Fil-bidu tas-seklu 20 stabbilew ruħhom l-espressjoniżmu, is-simboliżu u il-Modern Style. Il-Belġju jista' jiftaħar b'ħafna artisti magħrufa mad-dinja kollha, fosthom Peter Paul Rubens, René Magritte, Jan van Eyck Pieter Bruegel il-kbir, Hans Memling, James Ensor, Paul Delvaux u Folon Jean-Michel. René Magritte huwa x'aktarx l-artista Belġjan l-aktar famuż. Flimkien ma' Paul Delvaux, huwa r-rappreżentant ewlieni ta' l-istil surrealista. Fl-arti kontemporanja, ta' min ifakkar is-sehem li ħadu ż-żewġ artisti Belġjani Dotremont u Guillaume Corneille fil-formazzjoni tal-grupp espressjonista COBRA (mill-inizjali ta' Kopenħagen (Copenhague bil-Franċiż), Brussell, Amsterdam) Arkitettura Fl-arkitettura hu magħruf sew l-isem ta' Victor Horta, wieħed mill-ideaturi tal-arkitettura Art Nouveau, stil li kellu influwenza qawwija fuq l-istili arkitettoniċi tas-20. Fil-Belġju hemm varjetà kbira ta' mużewijiet u wirjiet. Fost il-mużewijiet ewlenin hemm il-"Mużew Irjali tal-Belle Arti" f'Antwerpen, li għandu ġabra ta' min jammiraha ta' xogħlijiet ta' Peter Paul Rubens, u l-"Mużew Irjali tal-Belle Arti tal-Belġju" fi Brussell, li fih ċinema, sala tal-kunċerti, u xogħlijiet minn perjodi differenti. Letteratura Il-letteratura Belġjana Fjamminga bdiet mar-rebħa tal-indipendenza, li iffavoriet il-firxa ta' romantiċizmu magħmul minn taħlita ta' nazzjonaliżmu u provinċjaliżmu li mit-temi tagħhom il-kittieba ħadu elementi soċjali u psikoloġiċi biex jistudjawhom u jifluhom. Lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, il-letteratura Belġjana kienet influwenzata mil-letteratura Ġermaniża u l-letteratura Olandiża. Iċ-ċentru tagħha kien ir-rivista ambizzjuża u innovattiva, van Nu en Straks ("Illum u Għada") li twaqqfet fl-1893. Fl-istess snin bdiet tikber il-letteratura bl-ilsien Franċiż, li ċ-ċentru tagħha kien ir-rivista Jeune Belgique ("Belġju Żagħżugħ"), imwaqqfa minn Max Waller fl-1881. Minn dak il-mument il-letteratura bil-lingwa Franċiża bdiet tassorbi l-innovazzjonijiet kollha introdotti fi Franza, ibda minn naturaliżmu, bit-temi soċjali u psikoloġiċi tiegħu. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija u bejn iż-żewġ gwerer il-poeżija Belġjana saret aktarx Dadaista u espressjonista, waqt li l-letteratura Fjamminga resqet dejjem iżjed qrib lejn dik Olandiża. Fost il-kittieba l-iżjed magħrufa insibu il-Frankofoni Nathalie Gassel, Maurice Maeterlinck, Amélie Nothomb u Georges Simenon, flimkien ma' Henri Michaux, li kien kittieb u pittur. Il-kittieba kbira Franċiża Marguerite Yourcenar kellha ommha Belġjana. Fost il-kittieba bl-Olandiż hemm Willem Elsschot, Hugo Claus Jef Geeraerts Tom Lanoye Herman Brusselmans u Kristien Hemmerechts. Teatru F'dak li jirrigwarda t-teatru bl-ilsien Franċiż, waqt li fir-Rinaxximent kienet moda t-traġedja, fis-seklu 17 l-iżjed li kien hemm kienu rappreżentazzjonijiet imtellgħin mill-Ġiżwiti bbażati fuq temi reliġjużi, u kien is-seklu 19 li ra l-ewwel tentattivi biex jinħoloq teatru nazzjonali bbażat fuq id-drammmi storiċi. Kienu x-xogħlijiet ta' Maurice Maeterlinck biss fit-teatru Belġjan li laħqu dimensjoni internazzjonali. It-teatru bl-ilsien Fjamming, kellu evoluzzjoni ftit differenti. Fil-Medju Evu kieu mferrxin ħafna id-drammi fuq ir-rumanzi u rappreżentazzjonijiet sagri ta' mirakli. Matul ir-Rinaxximent l-awturi klassiċi kienu jippredominaw u fis-seklu 19 il-moviment teatrali kollu rċieva spinta qawwija kemm fl-organizzazzjoni u kemm fir-realizzazzjoni. Mużika Antwerpen u Brussell fis-Seklu XV kienu diġà saru ċentri mużikali importanti u ffjorixxew fl-iżvilupp tal-mużika polifonika u l-kontropuntistika, mgħallma mill-Akkademja tal-Mużika. Matul dan il-perijodu, dehru bosta artisti, fosthom Joaquim Déspres. Fis-sekli li jmiss fuq l-art Belġjana ġew ipperfezzjonati l-kompożizzjoni sagra u l-motett għall-kor doppju maħluq minn Henri Dumont fis-Seklu XVII. Adolphe Sax hu magħruf għall-invenzjoni tas-sassofonu fl-1841. Fis-seklu XX il-kompożituri Belġjana żviluppaw il-mużika dodekafonika, elettronika u l-mużika ħafifa. Jacques Brel huwa l-kantawtur Belġjan l-aktar magħrufa. Django Reinhardt u Toots Thielemans huma fost dawk li kkontribwew għall-fama tal-ġazz fil-Belġju. Fil-mużika kummerċjali/alternattiva insibu xi artisti importanti, l-iżjed il-Hooverphonic mill-provinċja ta' Antwerpen, awturi ta' xi albums ta' fama internazzjonali. Il-leader tagħhom, Alex Callier, huwa wkoll kompożitur u produttur importanti ta' livell dinji. Id-dEUS, l-Ancient Rites, l-Ocean of Sadness, is- SoulWax u l-K's Choice huma gruppi Belġjani oħra li laħqu ċerta fama internazzjonali. Sport Il-Belġju hu rappreżentat tajjeb fid-dinja tal-isport. L-isport nazzjonali huwa ċ-ċikliżmu, li fih il-pajjiż għandu r-rekord għall-kampjonati tad-dinja fit-triq (xi 25 midalja tad-deheb). Fil-Belġju jiġu organizzati xi wħud mit-tlielaq klassiċi l-iżjed impotranti taċ-ċikliżmu bħar-Ronde van Vlaanderen, il-Flèche Wallonne u l-Liège-Bastogne-Liège. Eddy Merckx, wieħed mill-aqwa ċiklisti li qatt kien hemm, hu Belġjan. Dan rebaħ it-Tour de France ħames darbiet, il-Giro d'Italia ħames darbiet, il-Vuelta a España darba, tliet Kampjonati tad-Dinja, żewġ tours tal-Belġju u t-Tour tal-Isvizzera. Tom Boonen, ċiklista kbir ieħor Belġjan, rebaħ it-titlu tad-dinja fl-2005, u Philippe Gilbert, fl-2011 rebaħ it-trittiku tal-Ardennes: Amstel Gold Race, Flèche Wallonne, Liège -Bastogne-Liège. Il-futbol hu popolari ħafna. It-tim nazzjonali tal-futbol li għandu l-laqam ta' "Rode Duivels" (jiġifieri x-xjaten ħomor) kien it-tielet fil-Kampjonati Ewropej tal-1972, it-tieni f'dawk tal-1980 u r-raba' fit-Tazza tad-Dinja tal-1986. Bħalissa jokkupa l-it-62 pożizzjoni fil-klasifika tal-FIFA ta' April tal-2011 (mis-sit tal-FIFA). Din il-pożizzjoni tirrappreżenta waqa' vertikali mill-2002, meta kien għadu jokkupa s-16 il-post fil-klassifika. It-tim beda jmur lura fl-2004, u dan deher ċar fl-2006, meta għall-ewwel darba f'28 sena, il-Belġju ma daħalx fit-Tazza tad-Dinja. It-tim nazzjonali tal-futbol Belġjan ma kkwalifikax għall-Euro 2008 u lanqas għat-Tazza tad-Dinja fl-2010. Il-Belġju kellu wkoll żewġ champions nisa tat-tennis, il-Fjamminga Kim Clijsters u l-Wallona Justine Henin, Fl-atletika il-Belġjani kellhom bosta nies importanti, fosthom Kim Gevaert u t-tewmin Kevin Borlée u Jonathan Borlée fil-ġiri, u Tia Hellebaut fil-high jump. Kellhom wkoll ċampjins tad-dinja fil-Motocross, (Roger De Coster, Robert Joel Everts Stefen Georges Jobe). Fl-awtomobiliżmu Jacky Ickx, meqjus minn ħafna bħala l-aqwa sewwieq Belġjan li qatt kien hemm, għal naqra ma rebaħx il-Kampjonat Dinji tal-Formula 1 fl-1969 u fl-1970. Kellhom ukoll lil Thierry Boutsen u Bertrand Gachot. Fit-table tennis kellhom lil Jean-Michel Saiveu David Waefelaer u fil-Ġudo Ingrid Berghmans, li ħadet midalja tad-deheb, fil-Kampjonat tad-Dinja fl-1984. Referenzi Ħoloq esterni Sit uffiċjali tal-Monarkija Belġjana Sit uffiċjali tal-Gvern Federali Belġjan Profili tal-Pajjiżi mill-FAO: Il-Belġju Sit uffiċjali tal-Uffiċju tat-Turiżmu Belġjan * Ewropa tat-Tramuntana Ewropa tal-Punent Pajjiżi stabbiliti fl-1830 Monarkiji kostituzzjonali
2923
https://mt.wikipedia.org/wiki/Wolfgang%20Amadeus%20Mozart
Wolfgang Amadeus Mozart
Wolfgang Amadeus Mozart (Johannes Chrysostomus Wolfgangus Theophilus Mozart) kompożitur famuż tal-Mużika Klassika. Il-fama ta' Mozart hija tant kbira li ismu jippersonifika l-mużika klassika tal-punent. Hu meqjus bħala wieħed mill-akbar ġenji mużikali u sa llum għadu ħaj fi qlub il-mużiċisti ta' kull stil u talent. Għalkemm miet ta' eta żgħira, f'ħajtu kkompona madwar 600 xogħol, fosthom il-melodija famuża Eine kleine Nachtmusik, u l-Marċ Tork flimkien ma' 41 sinfonija u kollezzjoni kbira ta' mużika għall-pjanu u mużika vokali. Ħajja Imwieled f’Salzburg, l-Awstrija nhar is-27 ta’ Jannar 1756, Amadeus trabba f’ambjent mużikali mill-aqwa. Ta’ erba’ snin beda jitgħallem il-mużika għand missieru, kompożitur u vjolinista tal-Isqof ta’ Salzburg li kien ukoll il-Prinċep tal-belt. Barra li beda jdoqq xi strumenti tal-korda ta’ età tenera kien diġà beda jikkomponi xi bċejjeċ. Ta’ sitt snin flimkien ma’ oħtu Marianne, kien jagħti l-kunċerti f'Munich u Vjenna. Ta' disa' snin kien diġà żar Londra, Pariġi u bliet oħra fejn wera l-kapaċità mużikali mill-aqwa li kellu. Fl-1768, Vjenna, kiteb l-ewwel opra tiegħu La Finta Semplice fuq talba tal-Imperatur Awstrijak. Imma l-opra ttellgħet s-sena ta’ wara f’belt twelidu, Salzburg. Ta’ tlettax -il sena Mozart sar Direttur tal-Kunċerti fil-Qorti tal-Isqof ta’ Salzburg. Aktar tard beda jikkomponi ammont kbir ta’ xogħlijiet u żar Milan, Ruma u bliet oħra Taljani. Mozart ma jistagħx jitqies bħala xi nnovatur jew riformatur fil-qasam mużikali. Il-vjaġġi li għamel qarrbuh lejn l-istili mużikali differenti ta’ żmienu. Billi ħallat dawn l-istili rnexxielu joħloq stil għalih, mużika mmarkata b’melodija mill-aqwa u li tirrifletti varjetà ta’ emozzjonijiet. Fl-1772, miet l-Arċisqof ta’ Salzburg u s-suċċessur tiegħu ftit kien jimpurtah mill-mużika ta’ Mozart, għalhekk wara ħafna tilwim u polemiċi, Mozart ħalla Salzburg u mar Vjenna. Għalkemm beda jirċievi diversi kummissjonijiet, Mozart ma rnexxilux jistabbilixxi ruħu mill-ewwel ġo Vjenna. Hemm iltaqa’ mal-kompożitur anzjan Haydn u t-tnejn saru ħbieb mill-aqwa, tant li Mozart iddedikalu sett ta’ sitt kwartetti tal-korda. Fl-1782 iżżewweġ lil Costance Weber. Biex jaqla’ x’jiekol taha għat-tagħlim tal-mużika, beda jagħti kunċerti ħfief u jikkomponi danzi melodjużi. Fl-1786 hu kkompona Le Nozze di Figaro waqt li s-sena ta’ wara kiteb kapolavur ieħor - Don Giovanni. Fl-1788, l-Imperatur Joseph II impjegah bħala mużiċista fil-palazz tiegħu b’salarju ta’ 80 lira fis-sena. Għalkemm dan kien salarju fenominali għal dak iż-żmien xorta baqa’ mċappas bid-djun li kien għamel. Matul dik is-sena stess f’sitt ġimgħat ikkompona l-aħħar tliet sinfoniji, is-Sinfonia fid-Do maġġuri magħrufa bħala Jupiter, is-Sinfonia fil-Mi bemoll maġġuri u s-Sinfonia fis-Sol minuri. Fl-1790 kiteb ukoll l-opra Cosi Fan Tutte. Mozart ikkompona ‘l fuq minn 600 biċċa xogħol, dawn ġew irranġati f’ordni kronoloġiku fis-seklu dsatax mill-Awstrijak Ludwig von Kohchel. Ix-xogħlijiet strumentali tiegħu wasslu l-mużika klassika fil-grad ta’ perfezzjoni. Bħala pjanist ċelebri kkompona diversi xogħlijiet biex hu stess setà jesegwihom f’diversi kunċerti. Kien l-ewwel surmast tal-hekk imsejħa kunċerti tal-pjanu tant li kiteb madwar 25 minnhom. Kiteb ukoll diversi sonati u xogħlijiet għall-kwartetti tal-korda. Fost l-40 sinfonija li kiteb, l-aktar popolari huma dawk li kiteb fl-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu. L-Aħħar Snin Fl-aħħar sena ta’ ħajtu kkompona l-famuża opra 'il-Flawt Maġiku' u l-Messa de Requiem, xogħol korali li fiha tista’ tgħid antiċipa l-mewt tiegħu stess, minħabba li lanqas laħaq spiccaha u komplieha wara mewtu l-alliev tiegħu Sussmayr. Mozart kien l-aqwa kompożitur operistiku ta’ żmienu. Kemm l-opri komiċi u anke dawk klassiċi huma mmarkati b’intensità drammatika mill-aqwa. Mifni bil-mard u bit-tbatija tax-xogħol, Wolfgang Amadeus Mozart miet nhar il-5 ta' Diċembru 1791, fl-età żgħira ta’ 35 sena. Bħalma għex ta’ fqir, hekk wara mewtu difnuh f’qabar komuni, qalb it-tallaba. Imma mhux l-istess ġralha l-mużika tiegħu, li baqgħet tiġi apprezzata dejjem iżjed mal-mixja taż-żmien u li għamlet lil Mozart fost l-aqwa kompożituri li qatt dehru taħt il-kappa tax-xemx. Lista ta’ Xogħlijiet Prinċipali ta’ Mozart Opri liriċi Die Schuldigkeit des ersten Gebotes K 35 (l-ewwel parti biss) Apollo et Hyacinthus K 38 - (13 ta’ Mejju 1767, Università ta’ Salisburg) Bastien und Bastienne K 50 - (2 ta’ Ottubru 1890, Architektenhaus, Berlin) La finta semplice K 51 - (1 ta’ Mejju 1769, Qorti tal-Arċisqof, Salisburg) Mitridate, re di Ponto K 87 (K.74a) - (26 ta’ Diċembru 1770, Teatro Regio Ducale, Milan) Ascanio in Alba K 111- (17 ta’ Ottubru 1771, Teatro Regio Ducale, Milan) Il sogno di Scipione K 126 - (1 ta’ Mejju 1772, Residenza Arċiveskovili, Salisburg) Lucio Silla (opera) Lucio Silla K 135 - (26 ta’ Diċembru 1772, Teatro Regio Ducale, Milan) La finta giardiniera K 196 - (13 ta’ Jannar 1775, Redoutensaal, Monaco) Il re pastore K 208 - (23 ta’ April 1775, Residenza Arċiveskovili, Salisburgo) Zaide K 344 (opra mhux kompluta) – (27 ta’ Jannar 1866, Frankfurt) Thamos König in Ägypten K 345 (kori e intermezzi mużikali) Idomeneo (opra)|Idomeneo, ossia Ilia ed Idamante, K366 - (29 ta’ Jannar 1781, Court Theatre, Monaco) Die Entführung aus dem Serail K384 - (16 ta’ Lülju 1782, Burgtheater, Vjenna) L'oca del Cairo K 422 (opra mhux kompluta) (1784, ta’ April 1860, Frankfurt) Lo sposo deluso, ossia La rivalità di tre donne għall-un solo amante K 430 (opra mhux kompluta) (1784) Der Schauspieldirektor K 486 (trad: L'impresarju Teatrali) (7 ta’ Frar 1786, Palazz Schönbrunn, Vjenna) Le nozze di Figaro K 492 - (1 ta’ Mejju 1786, Burgtheater, Vjenna) Don Giovanni K 527 - (29 ta’ Ottubru 1787, Teatru Nazzjonali ta’ Praga) Così fan tutte K 588 - (26 ta’ Jannar 1790, Burgtheater, Vjenna) Die Zauberflöte K 620 (trad. Il-flawt maġiku) (30 ta’ Settembru 1791, Teatru dei Wieden, Vjenna) La clemenza di Tito K 621 - (6 ta’ Settembru 1791, Teatru Nazzjonali ta’ Praga) Opri sagri Litaniae de venerabili altaris Sacramento K 125 Exultate Jubilate K 165 (158a) fil-Fa maġġuri Spatzen-Messe Missa brevis K 220 Credo-Messe K 257 Spaur-Messe K 258 Krönungsmesse K 317 Missas solemnis K 337 Vesperae solemnes de confessore K 339 Quddiesa fid-Do minuri K 427 Ave verum Corpus K 618 Quddiesa tar-Requiem K 626 Kompożizzjoniet strumentali Sinfoniji Sinfonija n. 25 fis-Sol minuri K 183 Sinfonija n. 28 fid-Do maġġuri K 200 Sinfonija n. 29 fil-La maġġuri "A mezza orchestra" Sinfonija n. 31 fir-Re maġġuri K 297 "Pariser" Sinfonija n. 32 fis-Sol maġġuri K 318 Sinfonija n. 33 fis-Si bemoll maġġuri K 319 Sinfonija n. 34 fid-Do maġġuri K 334 Sinfonija n. 35 fir-Re maġġuri K 385 "Haffner" Sinfonija n. 36 fid-Do maġġuri K 425 "Linzer" Sinfonija n. 38 fir-Re maġġuri K 504 "Praga" Sinfonija n. 39 fil-Mi bemoll maġġuri K 543 Sinfonija n. 40 fis-Sol minuri K 550 Sinfonija n. 41 fid-Do maġġuri K 551 "Jupiter" Sinfonija concertante għall-vjolin, vjola u orkestra fil-Mi bemoll maġġuri K 364 Sinfonija konċertanti għall-oboe, klarinett, kornu u fagott fil-Mi bemoll maġġuri K297b Kunċerti Kunċert għall-pjanuforti n. 19 - K 459 "Incoronazione" Kunċert għall-pjanuforti n. 20 - K 466 Kunċert għall-pjanuforti n. 21 - K 467 Kunċert għall-pjanuforti n. 22 - K 482 Kunċert għall-pjanuforti n. 23 - K 488 Kunċert għall-pjanuforti n. 24 - K 491 Kunċert għall-pjanuforti n. 25 - K 503 Kunċert għall-pjanuforti n. 26 - K 537 "Kronungskonzert" Kunċert għall-pjanuforti n. 27 - K 595 Kunċert għall-flawt u arpa - K 299 Kunċert għall-kornu n. 3 - K 447 Kunċert għall-klarinett - K 622 Kunċert għall-vjolin n.1 - K 207 Kunċert għall-vjolin n.1 - K 216 Kunċert għall-vjolin n.1 - K 218 K Kunċert għall-vjolin n.1 - K 219 K Kunċert għall-fagott u orkestra - K 191 K Kunċert għall-kornu n. 1 - K 412 Sonati Sonata għall-pjanuforti n. 1 fid-Do maġġuri K 279 Sonata għall-pjanuforti n. 2 fil-Fa maġġuri K 280 Sonata għall-pjanuforti n. 3 fis-Si bemoll maġġuri K 281 Sonata għall-pjanuforti n. 4 fil-Mi bemoll maġġuri K 282 Sonata għall-pjanuforti n. 5 fis-Sol maġġuri K 283 Sonata għall-pjanuforti n. 6 fir-Re maġġuri K 284 Sonata għall-pjanuforti n. 7 fid-Do maġġuri K 309 Sonata għall-pjanuforti n. 8 fil-La minuri K 310 Sonata għall-pjanuforti n. 9 fir-Re maġġuri K 311 Sonata għall-pjanuforti n. 10 fid-Do maġġuri K 330 Sonata għall-pjanuforti n. 11 fil-La maġġuri K 331 Sonata għall-pjanuforti n. 12 fil-Fa maġġuri K 332 Sonata għall-pjanuforti n. 13 fis-Si bemoll maġġuri K 333 Sonata għall-pjanuforti n. 14 fid-Do minuri K 457 Sonata għall-pjanuforti n. 16 fid-Do maġġuri K 545 Sonata għall-pjanuforti n. 17 fis-Si bemoll maġġuri K 570 Sonata għall-pjanuforti n. 18 fir-Re maġġuri K 576 Kwartetti u Kwintetti Kwartett K 370 għall-oboe, vjolin, vjola u vjolinċell Kwartett K 387 Kwartett K 458 "Il-Kaċċa" Kwartett K 465 "Kwartett tad-dissonanzi" Kwintett għall-klarinett u kordi fil-La maġġuri K 581 Kwintett għall-pjanuforti u strumenti tan-nifs fil-Mi bemoll K 452 Pitturi Kompożituri Awstrijaċi Mozart, Wolfgang Amadeus Mozart, Wolfgang Amadeus
2925
https://mt.wikipedia.org/wiki/Knisja%20Vera%20ta%27%20%C4%A0es%C3%B9
Knisja Vera ta' Ġesù
Il-Knisja Vera ta' Ġesù hija denominazzjoni Nisranija indipendenti li nħolqot f'Bejġing, iċ-Ċina, fl-1917. Iċ-ċermen attwali tal-Assemblea Internazzjonali tal-KVĠ huwa l-predikatur Yung-Ji Lin. Illum il-ġurnata hemm bejn wieħed u ieħor 1.5 miljun kredent fi tmienja u erbgħin pajjiż u sitt kontinenti. Il-knisja ħarġet mill-fergħa Pentekostali tal-Kristjaneżmu li spuntat fil-bidu tas-seklu għoxrin. Il-knisja hija wkoll aderenti mat-teoloġija tal-Pentekostali Waħdanija (id-duttrina tal-Isem ta' Ġesù). Huma kienu wkoll wieħed mit-tliet knejjes indiġeni Ċiniżi li eżistew qabel il-ħakma Komunista fiċ-Ċina fl-1949. L-għan tal-knisja huwa li tgħallem il-Vanġelu lill-pajjiżi kollha qabel it-Tieni Miġja ta' Ġesù. L-għaxar duttrini u twemmin prinċipali L-għaxar duttrini u twemmin prinċipali tal-knisja huma: Spirtu s-Santu: "Li nirċievu l-Ispirtu s-Santu, bix-xhieda tat-taħdit bl-ilsna, hu l-garanzija li nirtu s-Saltna tas-Sema". Magħmudija: "Il-magħmudija bl-ilma huwa s-sagrament għall-maħfra tad-dnubiet u għar-riġenerazzjoni. Il-magħmudija għandha sseħħ f'ilma naturali, bħax-xmajjar, il-baħar, jew għajn. Il-ministru tal-magħmudija, li jkun diġà rċieva l-magħmudija tal-ilma u l-Ispirtu s-Santu, imexxi l-magħmudija fl-isem tal-Mulej Ġesù Kristu, u l-persuna li tkun qed tirċievi l-magħmudija għandha tiġi mgħaddsa fl-ilma b'rasha baxxa u wiċċha jħares 'l isfel". Ħasil tas-saqajn: "Is-sagrament tal-ħasil tas-saqajn jippermetti wieħed biex isir ħaġa waħda mal-Mulej Ġesù. Iservi wkoll bħala tifkira dejjiema li wieħed għandu jkollu l-imħabba, l-qdusija, l-umiltà, l-maħfra u jkun ta' servizz. Kull persuna li tkun irċiviet il-magħmudija bl-ilma irid ikollha saqajha maħsula f'isem Ġesù Kristu. Il-ħasil ta' xulxin tas-saqajn għandu jsir kull meta hu xieraq". L-Ewwel Tqarbina: "L-Ewkaristija huwa s-sagrament biex ifakkar il-mewt tal-Mulej Ġesù Kristu. Din tippermetti lilna biex jkollna sehem mil-laħam u d-demm tal-Missier tagħna u li nkunu f'għaqda waħda miegħu sabiex inkunu nistgħu jkollna ħajja dejjiema u niġu mqajjma fl-aħħar jum. Dan is-sagrament għandu jsir spiss kemm jista' jkun. Iridu jintużaw ħobż bla ħmira u meraq tal-għeneb biss". Is-Sibt: "Il-jum tas-Sibt, is-seba' jum tal-ġimgħa, huwa Jum Qaddis, imqaddes minn Alla. Għandu jiġi osservat taħt il-grazzja ta' Alla għat-tifkira tal-ħolqien u s-salvazzjoni ta' Alla u b'tama ta' mistrieħ etern fil-ħajja li ġejja". Ġesù Kristu: "Ġesù Kristu, il-Kelma li saret laħam, miet fuq is-salib għall-fidwa tad-dnubiet, qam minn bejn l-imwiet fit-tielet ġurnata u tela' s-sema. Hu hu l-uniku Salvatur tal-bniedem, il-Ħallieq tas-smewwiet u l-art, u l-uniku Veru Alla". Il-Bibbja: "Il-Bibbja Qaddisa, li tikkonsisti mit-Testment il-Qadim u l-Ġdid, hi ispirata minn Alla, l-uniku verità bil-miktub, li tikkonsisti min-normi ta' imġieba liema kull Kristjan irid isegwi biex ikun Kristjan veru". Salvazzjoni: "Is-Salvazzjoni tingħata bil-grazzja ta' Alla permezz tal-fidi. Dawk li jemmnu għandhom jafdaw fuq l-Ispirtu s-Santu biex jaspiraw għall-qudisja, biex jonoraw 'l Alla, u biex iħobbu lill-umanità". Il-Knisja: "Il-Knisja Vera ta' Ġesù, stabbilita minn Sidna Ġesù Kristu, permezz tal-Ispirtu s-Santu matul iż-żmien tax-"xita posterjuri", hija l-vera knisja restawrata taż-żmien Appostoliku". It-Tieni Miġja: "It-Tieni Miġja ta' Ġesù se sseħħ fl-aħħar jum meta Hu jinżel mis-sema biex jiġġudika lid-dinja: it-tajbin jingħataw ħajja eterna, filwaqt li l-ħżiena jiġu kkundannati għal dejjem". Referenzi Denominazzjonijiet Protestanti Pentekostaliżmu Appostoliku
2929
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mara
Mara
Mara hija uman adult tas-sess femminili. Nużaw il-kelma "mara" (pl. nisa) f'kuntest ta' sesswalità bijoloġika. Mara għandha utru u hija l-kontraparti tar-raġel; is-sess maskili. Bniedem
2930
https://mt.wikipedia.org/wiki/Aristotli
Aristotli
Aristotli (Grieg Αριστοτέλης Aristotelēs) (twieled 384 qK f'Stagira, fil-Maċedonja, il-Greċja; miet 7 ta' Marzu, 322 qK f'Chalicis, Euboea, il-Greċja) kien filosfu Grieg. Aristotli bil-Malti hu magħruf ukoll bħala Aristotele, Aristotile u Aristotlu Ħafna nies huma ta' l-opinjoni li flimkien ma' Platun, Aristotli huwa wieħed mill-iktar filosfi importanti fejn jidħol il-ħsieb tad-dinja tal-Punent. Jingħad li Aristotli kiteb madwar 150 ktieb. Introduzzjoni Missier Aristotli, Nicomachus, kien it-tabib tar-re Amyntas tal-Maċedonja. Minn tmintax sa seba' u tletin sena, Aristotli għex Ateni, fejn kien ukoll wieħed mill-istudenti ta' Platun. Il-filosfi l-kbar tal-Greċja antika kienu Aristotli, Platun, u Sokrate. Platun kien l-għalliem ta' Aristotli, u minn naħa tiegħu, Socrate għallem lil Platun. Dawn it-tliet ħassieba rnexxielhom isawwru l-filosofija tal-Punent kif nafuha llum, mill-filosofija Griega. Aristotli għallem lil Alessandru l-Kbir, li aktar 'il quddiem rebaħ il-Lvant Nofsani kollu. L-ideat ta' Platun kienu primarjament li t-tagħrif li nieħdu mis-sensi huwa konfuż u mhux pur. L-għerf ġenwin jista' jittieħed biss mir-ruħ, wara li din titgħallem taħseb u jirnexxielha tiċħad id-dinja. Ir-ruħ biss jista' jkollha tagħrif dwar il-"Forom", jew aħjar, kif inhuma verament l-affarjiet. Id-dinja m'hija xejn aktar ħlief kopja ta' dawn il-"Forom" u għalhekk mhix perfetta. Fuq dan l-aspett, Aristotli kien jaħsibha differenti. Huwa kien tal-fehma li l-għerf li nġibu mis-sensi huwa iktar importanti. Dawn il-ħsibijiet eventwalment saru l-bażi tal-metodu xjentifiku wara mijiet ta' snin. Parti kbira mill-kitbiet ta' Aristotli li għandna f'idejna illum il-ġurnata huma noti tad-diskorsi tiegħu. Xi xogħlijiet importanti tiegħu jinkludu Fiżika, Metafiżika, Etika, Politika, De Anima (Dwar ir-Ruħ), u Poetika. Storja u influwenza tax-xogħol ta' Aristotli Ftit li xejn nafu dwar x'sar mix-xogħolijiet ta' Aristotli wara li miet sa l-ewwel seklu qK. Hemm xi leġġendi li jgħidu li l-kollezzjoni sħiħa tal-kitbiet tiegħu tħalliet f'idejn Theophrastus, li kien is-suċċessur tiegħu. Jingħad li dan ta' l-aħħar ħeba x-xogħlijiet ta' Aristotli biex ma jħallix li dawn jinsterqu, jinsterqu jew inkella jiġu distrutti. Dawn kienu reġgħu nstabu fis-sena 70 qK. Filosfi Griegi Twieldu fit-384 QK Mietu fit-322 QK
2931
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kur%C3%B3w
Kurów
Kurów () huwa villaġġ fil-Lbiċ tal-Polonja, li jinsab bejn Puławy u Lublin, fuq ix-xmara Kurówka. Skont statistika maħruġa fl-2009, kien hemm 2822 abitant jgħixu f'dan il-villaġġ. Fost il-ħafna attrazzjonijiet turistiċi, hemm knisja rinaxximentali (restawrata fl-1692) fejn hemm midfuna l-familja Zbąski, kif ukoll xi skulturi ta' Santi Gucci (1587). Kurów huwa wkoll il-post fejn twieled il-ġeneral Wojciech Jaruzelski. Villaġġi fil-Polonja
2933
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kultura
Kultura
Kultura hija kelma li tintuża biex tispjega il-mod t'għixien tan-nies jew il-mod kif jagħmlu ċerti affarijiet. Grupp ta' nies jitqies li għandu kultura separata meta dan jitbiegħed mill-bqija tan-nies bil-mod kif jaħseb u jagħmel l-affarijiet. Kulturi huma dawk l-affarjiet li jagħmlu kull pajjiż uniku. Hawn ħafna nies li ma jaqblux ma' l-ispjega jew id=definizzjoni ta' kultura. Għal ħafna din hija l-opinjoni tas-soċjetà intera, li tista' tiġi riflessa fil-lingwa, letteratura, reliġjon, mużika, kostumi, eċċ. Xi soċjetajiet huma għonja kulturalment. Il-kultura tmur oltrè mill-ġid materjali, ijġifieri l-affarjiet li tuża u tipproduċi l-kultura stess. Il-kultura tkopri ukoll l-fehemiet, it-twemmin u l-valuri tal-poplu f'dik il-kultura. Reġjuni jew pajjiżi differenti għandhom kulturi differenti. Pereżempju, il-Ġappuniżi għandhom il-kimono u ċ-ċerimonji tat-te. Kumpaniji jew organizzazzjonijiet (gruppi ta' nies) jista' jkollhom kultura separata. Antropoloġija hija x-xjenza li tistudja n-nies u kif dawn jirrelataw ma' xulxin. L-antropoloġisti jemmnu li n-nies jużaw simboli biex jikkomunikaw u jesprimu l-esperjezni tagħhom - huma min huma, dak li jemmnu, minn fejn ġew. Għall-antropoloġisti dawn is-simbolu huma dik li aħna nafu bħala kultura. Pereżempju, immigrati jistgħu jibqgħu iħaddnu xi ftit mit-tradizzjonijiet tal-pajjiż minn fejn oriġinaw. Billi jżommu il-kultura tagħhom b'dan il-mod, huma jkunu qed jesprimu min huma u minn fejn huma ġejjin. Fis-seklu dsatax, humanists bħal poeta Ingliż u essayist Matthew Arnold (1822-1888) uża l-kelma "kultura" biex tirreferi għall ideali ta 'raffinament individwali tal-bniedem, ta "l-aħjar li ġie maħsub u qal fid-dinja." [5] Dan il-kunċett tal-kultura huwa komparabbli mal-kunċett Ġermaniża ta 'bildung: "... l-kultura tiġi insegwiment ta' perfezzjoni totali tagħna permezz ta 'jkollna li jkunu jafu, fuq il-materji kollha li jikkonċernaw l-aktar minna, l-aħjar li jkun ġie maħsub u qal fid-dinja. "[5] Fil-prattika, il-kultura msemmija ideali elite u kien assoċjat ma 'attivitajiet bħall-arti, mużika klassika, u l-kċina haute. [6] Kif dawn il-formoli kienu assoċjati mal-ħajja urbane, "kultura" kienet identifikata ma "ċivilizzazzjoni" (minn lat. CIVITAS, belt). Aspett ieħor tal-moviment Romantic kien hemm interess fil-folklor, li wassal għall-identifikazzjoni ta '"kultura" fost il-għemilhom. Din id-distinzjoni hija ta 'spiss karatterizzati bħala li bejn "kultura għolja", jiġifieri dak tal-grupp deċiżjoni soċjali, u "kultura baxx." Fi kliem ieħor, l-idea ta '"kultura" li żviluppaw fl-Ewropa matul is-sekli 19 18 u kmieni riflessi l-inugwaljanzi fis-soċjetajiet Ewropej [7]. Matthew Arnold kuntrast "kultura" ma '"anarkija;" L-Ewropej oħrajn, wara filosofi Hobbes Thomas u Jean-Jacques Rousseau, kuntrast "kultura" bi "l-istat tan-natura." Skond Hobbes u Rousseau, l-Amerikani Native li kienu qed maħkuma mill-Ewropej mill-sekli 16 fuq kienu jgħixu fi stat ta 'natura; din l-oppożizzjoni kienet espressa permezz tal-kuntrast bejn kelma "ċivilizzati" u "uncivilized." Skond dan il-mod ta 'ħsieb, wieħed jista' tikklassifika xi pajjiżi u nazzjonijiet kif aktar ċivilizzata minn oħrajn u xi nies kif aktar koltivati minn oħrajn. Dan il-kuntrast wassal għat-teorija Herbert Spencer tal Soċjali Darwinism u t-teorija Lewis Henry Morgan ta 'evoluzzjoni kulturali. Hekk kif xi kritiċi argumentaw li d-distinzjoni bejn il-kulturi għolja u baxxa hija verament espressjoni tal-kunflitt bejn għemilhom Ewropej u mhux għemilhom, xi kritiċi argumentaw li d-distinzjoni bejn in-nies ċivilizzat u uncivilized huwa verament espressjoni tal-kunflitt bejn Ewropea setgħat kolonjali u suġġetti kolonjali tagħhom. Oħra kritiċi seklu 19, wara Rousseau, jkunu aċċettaw din id-differenzazzjoni bejn il-kultura ogħla u aktar baxxa, imma raw l-irfinar u s-sofistikazzjoni tal-kultura għolja kif corrupting u żviluppi mhux naturali li joskuraw u jgħawġu natura essenzjali tan-nies. Dawn il-kritiċi kkunsidrat mużika folk (kif prodotti mill-persuni li jaħdmu ta 'klassi) li onestament jesprimu b'mod naturali tal-ħajja, filwaqt li mużika klassika deher superfiċjali u decadent. Ugwalment, din il-fehma spiss tiġi ppreżentata popli indiġeni bħala "savages nobbli" jgħixu awtentiċi u qatt ma ġew kundannati, mhux ikkomplikati u uncorrupted mis-sistemi kapitalist ħafna stratifikat tal-Punent. Fl-1870 Edward Tylor (1832-1917) applikati dawn l-ideat tal-kultura ogħla kontra baxx biex tipproponi teorija ta 'l-evoluzzjoni tar-reliġjon. Skond din it-teorija, ir-reliġjon tevolvi minn aktar polytheistic għal forom aktar monoteistiċi. [8] Fil-proċess, huwa definiti mill-ġdid kultura bħala sett differenti ta 'attivitajiet karatteristiċi ta' kull soċjetajiet umani. Din il-fehma witta t-triq għall-għarfien modern tal-kultura Soċjetà
2934
https://mt.wikipedia.org/wiki/Poe%C5%BCija
Poeżija
Poeżija tista' tieħu ħafna forom u tista' tiddeskrivi bosta affarjiet. Tista' tagħmel sens jew le, tista' tkun bir-rima jew mingħajra, u anke t-tul ivarja ħafna bejn poeżija u oħra. Jaf ukoll ikollha laqta umoristika kif ukoll serja. Bħala struttura, poeżija tista' ssegwi forma tradizzjonali u regolari, kif ukoll forma iktar irregolari. Teżisti wkoll il-poeproża, li hija poeżija li ssegwi forma tradizzjonali prożaika. Kittieb Malti li huwa magħruf għal din it-teknika huwa Victor Fenech. Li tgħid xi ħaġa b'mod poetiku jiġifieri tesprimi ruħek b'mod artistiku.
2936
https://mt.wikipedia.org/wiki/Adolf%20Hitler
Adolf Hitler
Adolf Hitler (20 t'April, 1889 - 30 t'April, 1945) kien politiku Ġermaniż, imwieled l-Awstrija, dittatur tal-Ġermanja Nażista u kap tal-Partit Nażista jew il-Partit Nazzjonali Soċjalista Ġermaniż tal-Ħaddiema -(Ġermaniż: Nationalsozialistische Deutsche Arbeiterpartei, abbrevjata NSDAP),. Hitler ħa sehem bħala suldat fl-Ewwel Gwerra Dinjija u ngħata unur għall-kuraġġ. Hitler ingħaqad mal-partit li kien il-prekursur tal-Partit Nażista, id-DAP fl-1919 u sar kap tal-NSDAP fl-1921. Attentat ta' kolp ta' stat imsejjaħ il-Putsch tal-ħanut tal-birra falla fi Munich fl-1923, u Hitler spiċċa l-ħabs. Hemm kiteb il-ktieb, Mein Kampf. Kif ħareġ irnexxielu jiġbed in-nies warajh, billi pprietka n-nazzjonaliżmu Ġermaniż, l-anti-semitiżmu, l-anti-kapitaliżmu, u l-anti-komuniżmu, b'oratorija kariżmatika u bil-propaganda. Wara l-elezzjoni tal-1933, inħatar Kanċillier u malajr trasforma r-Repubblika Weimar fit-Tielet Reich, dittatorjat ta' partit wieħed mibni fuq l-ideali totalitarji u awtokratiċi tal-Partit Nazzjonali Soċjalista. Mill-1934 Hitler sar il-Kap tal-Istat. Hitler immilitarizza l-ekonomija u s-soċjetà Ġermaniża. Il-programm ta' xogħlijiet pubbliċi, ħafna minnhom li kienu diġa nbdew taħt ir-Repubblika ta' Weimar, qatgħu perjodu ta' qagħad li għaddiet minnha il-Ġermanja wara l-Ewwel Gwerra Dinjija ikkawżati minn riċessjoni ġenerali fl-Ewropa wara l-Ewwel Gwerra Dinjija u minn kundizzjonijiet iebsa imposti fuq il-Ġermanja fit-trattat ta' Versailles. Il-gvern ta' Hitler kien għoddu ħakem l-Ewropa kollha, huwa responsabbli tad-deportazzjoni u l-qtil ta' miljuni ta' nies li ġew iddikjarati mhux mixtieqa mill-gvern Nażista; dan huwa magħruf bħala l-Olokawst. Adolf Hitler ikkommetta suwiċidju fl-1945, f'Berlin; hemm min jgħid li Hitler uża pistola filwaqt li oħrajn isostnu li ntuża l-velenu. Tfulija Adolf Hitler twieled fi Braunau am Inn, fl-Awstro–Ungerija, ir-raba' wilt minn sitta ta' Alois u Klara. Meta kellu 3 snin il-familja tiegħu marret tgħix f'Passau, il-Ġermanja, u wara Leonding qrib Linz, u Hafeld qrib Lambach, fejn missieru taha għall-biedja u t-trobbija tan-naħal. Adolf beda jmur skola f'Fischlham. Kien iħobb ħafna jilgħab tal-"Cowboys and Indians" u beda jiffissa fuq il-gwerra meta qara ktieb bl-istampi fuq il-Gwerra Franko-Prussa li sab qalb l-affarijiet ta' missieru. Fil-Mein Kampf kiteb: F'Lambach, Hitler attenda skola Kattolika li kienet tinsab f'kunvent Benedittin tas-seklu 11 li fuq il-ħitan tiegħu kien hemm imnaqqxin salib f'forma ta' swastika. Hemm Hitler ta' 8 snin kien ikanta fil-kor tal-Knisja, u jimmaġina lilu nnifsu qassis. Il-mewt bil-ħosba ta' ħuh iżgħar minnu, Edmund, fl-1900 ġabet bidla f'Adolf. Minn tifel kunfidenti u estrovert li kien isib l-iskola faċli, huwa sar skontruż, maqtugħ, magħluq fih innifsu u dejjem f'konflitt ma' missieru u l-għalliema tiegħu. Hitler kien viċin ħafna t'ommu, imma mhux l-istess ma' missieru, li kien awtoritarju u spiss kien isawtu, speċjalment wara l-fallimenti li l-missier kellu fil-biedja. Alois ried lil ibnu jsir uffiċjal tad-dwana Awstrijak, kif kien hu fiż-żmien u dan ġab konflitt kbir bejniethom. Minkejja li Adolf tkarrablu biex imur fl-iskola klassika biex isir artist, missieru bagħtu fi skola teknika fl-1900. Hitler irribella, u m'għaddiex mill-eżamijiet tal-ewwel sena apposta biex forsi missieru jibdel fehmtu. Imma missieru ma ċediex u Hitler iktar sar ribelluż. Għal Hitler, in-Nazzjonaliżmu Ġermaniż malajr sar ossessjoni, mod kif jirribella kontra missieru, li dejjem serva bi kburija lill-gvern Awstrijak. Ħafna min-nies li kienu jgħixu mal-fruntiera Ġermano-Awstrijaka kienu jqisu lilhom infushom Ġermano-Awstrijaċi, imma Hitler kien jistqarr biss il-lealtà tiegħu lejn il-Ġermanja. Bi sfida lill-monarkija Awstrijaka u lil missieru, Hitler u sħabu kien jħobbu jużaw it-tislima Ġermaniża "Heil", u jkantaw l-Innu Ġermaniż "Deutschland Über Alles" flok dak Awstrijak. Wara li missieru miet ħabta u sabta fl-1903, l-imġiba ta' Hitler fl-iskola marret għall-agħar, tant li tkeċċa. Daħal fir-Realschule fi Steyr fl-1904, imma wara t-tieni sena, għamel lejl jiċċelebra ma' sħabu, u kif kien f'sakra ma jarax art qatta' ċ-ċertifikat tal-iskola u użah bħala toilet paper. Meta xi ħadd wera kif spiċċa ċ-ċertifikat lill-kap tal-iskola, dan tah ħasla kbira, probabilment l-iktar esperjenza umiljanti li qatt kellu f'ħajtu. Hitler tkeċċa u qatt ma reġa' daħal iktar fi skola. Ta' ħmistax-il sena, Hitler għamel l-Ewwel Tqarbina, nhar it-22 ta' Mejju 1904, fil-Katidral ta' Linz. Il-parrinu tiegħu kien Emanuel Lugert, ħabib ta' missieru. Żgħożija Mill-1905 ’il quddiem, Hitler beda jgħix fi Vjenna bil-flus li kienet tibgħatlu ommu u bl-għajnuna li kienet tingħata lill-iltiema. L-Akkademja tal-Belle Arti ta’ Vjenna (1907–1908), m’aċċettatux darbtejn għax iġġudikatu mhux "addattat għall-pittura", u ingħata l-parir li jaqbad it-triq tal-arkitettura. Iżda Hitler ma kellux il-preparazzjoni akkademika meħtieġa biex jidħol fi skola tal-arkitettura. Fl-1907, omm Hitler mietet ta’ 47 sena b’kanċer tas-sider. Ma kinitx faċli l-ħajja tiegħu ta’ pittur fi Vjenna, jipprova jbigħ il-pitturi tiegħu lin-negozjanti u lit-turisti. Spiċċa bla flus u fl-1909, beda jgħix f’rifuġju għal dawk bla dar. Anti-semita Hitler jgħid li sar anti-Semita fi Vjenna, li kellha komunità kbira Lhudija, fosthom Lhud Ortodossi li kienu ħarbu mill-massakri tar-Russja. Fi Vjenna kien hemm ħafna razziżmu. Hitler seta’ kien influwenzat mill-ideologu anti-Semita Lanz von Liebenfels, mill-kliem ta’ Karl Lueger, fundatur tal-Partit Kristjan-Soċjali u Sindku ta’ Vjenna u mill-kompożitur Richard Wagner. Hitler seta’ kien influwenzat ukoll minn Martin Luteru u l-ktieb tiegħu Fuq il-Lhud u l-Gideb tagħhom. F’Mein Kampf, Hitler ifaħħar lil Luteru bħala ġellied kbir, statista vera, u riformatur kbir, flimkien ma’ Richard Wagner u Federiku l-Kbir. Madankollu, f’dan iż-żmien, Hitler spiss kien ikun mistieden għall-ikel f’dar nobbli Lhudija, u kien jingwalaha tajjeb man-negozjanti Lhud li kienu jippruvaw ibigħu l-pitturi tiegħu. Iżda iktar ma għadda żmien iktar Hitler beda jara fil-Lhud għedewwa tar-razza Arjana u ħatja tal-kriżi fl-Awstrija. Ra ċerti forom ta’ soċjaliżmu u bolxeviżmu, li kellhom ħafna mexxejja Lhud, ukoll bħala movimenti Lhud. Iktar tard waħħal fil-Lhud għat-telfa tal-Ġermanja fl-Ewwel Gwerra Dinjija u anke l-problemi ekonomiċi li ġew wara. Fi Munich Fl-1913 mar jgħix Munich. Hemmhekk għal xi żmien ħarab milli jagħti servizz militari għall-Awstrija imma mbagħad ġie arrestat. Wara eżami fiżiku ma nstabx biżżejjed f’saħħtu u tħalla jmur lura Munich. Iżda meta l-Ġermanja daħlet fil-Gwerra f’Awwissu 1914, talab lir-Re Ludovigu III tal-Bavarja ħalli jkun jista’ jservi fir-riġment Bavariż. It-talba tiegħu ntlaqgħet. Suldat Hitler serva fi Franza u l-Belġju fis-16-il Riġment Bavariż. Kien fuq il-Front oċċidentali, espost ħafna għall-attakki tal-għadu. Ħa sehem f’numru ta’ battalji kbar, fosthom l-Ewwel Battalja ta’ Ypres, il-Battalja ta’ Somme, il-Battalja ta’ Arras u l-Battalja ta’ Passchendaele. Fil-Battalja ta’ Ypres (Ottubru 1914), li saret magħrufa fil-Ġermanja bħala l-Massakru tal-Innoċenti, inqatlu madwar 40,000 suldat tal-infanterija f’20 jum, tant li sa Diċembru t-taqsima ta’ Hitler minn 250 niżlet għal 42. Darbtejn Hitler kien unurat għall-qlubija. Ingħata s-Salib tal-Ħadid, it-Tieni Klassi, fl-1914, u s-Salib tal-Ħadid, l-Ewwel Klassi, fl-1918, imma qatt ma ġie promoss għal Unteroffizier jew kapural. Fl-1916, kien ferut f’siequ fil-Battalja ta’ Somme, imma f’Marzu 1917 irritorna fuq il-Front. Nhar il-15 ta’ Ottubru 1918, Hitler iddaħħal fi sptar tal-kamp tal-gwerra, wara attakk tal-gass mustarda. Hitler jgħid li b’din l-esperjenza ikkonvinċa ruħu l-missjoni ta’ ħajtu kellha tkun dik li "jsalva l-Ġermanja." Matul il-gwerra, Hitler sar patrijott Ġermaniż appassjonat, għalkemm dam biex sar ċittadin Ġermaniż sal-1932. Huwa nħasad bil-kapitulazzjoni tal-Ġermanja f’Novembru 1918 anke meta l-armata Ġermaniża kienet għadha tokkupa territorju tal-għadu. Bħan-nazzjonalisti Ġermaniżi l-oħra, kien jemmen li l-armata "mhux megħluba fil-kamp tal-battalja," kienet traduta mill-politiċi u mill-Marxisti, iktar tard imlaqqma, il-Kriminali ta’ Novembru. It-Trattat ta’ Versailles ċaħħad lill-Ġermanja minn ħafna territorju, iddemilitarizza r-Renanja, impona sanzjonijiet ekonomiċi, reġa’ ħoloq il-Polonja, u tefa’ t-tort tal-orruri kollha tal-gwerra fuq il-Ġermanja. Dan kollu l-Ġermaniżi rawh bħala umiljazzjoni, u dan kien it-tapit mifrux għall-axxeża ta’ Hitler fil-poter. Jidħol fil-Politika Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, Hitler baqa’ fl-armata u mar lura Munich. Beda jieħu sehem fil-korsijiet tad-Dipartment tal-Edukazzjoni u l-Propaganda tar-Reichswehr taħt il-Kaptan Karl Mayr. F’Lulju 1919, Hitler sar spija tar-Reichswehr, biex jinfiltra partit żgħir, il-Partit tal-Ħaddiema Ġermaniżi (DAP). Waqt li kien qed jispija fuq dan il-partit, Hitler intlaqat mill-ideat anti-semiti, nazzjonalisti, anti-kapitalisti u anti-Marxisti tal-fundatur tad-DAP, Anton Drexler li ried gvern b’saħħtu u soċjaliżmu mnaddaf mil-Lhud. Drexler min-naħa tiegħu ntlaqat mill-ħiliet oratoriċi ta’ Hitler u stiednu jingħaqad mal-partit. Hekk għamel nhar it-12 ta’ Settembru 1919. Sar ukoll is-seba’ membru tal-kumitat eżekuttiv tad-DAP. Hemm Hitler iltaqa’ ma’ Dietrich Eckart, wieħed mill-fundaturi tad-DAP li kien jemmen fil-miġja ta’ “Messija Ġermaniż” u meta’ ltaqa’ ma’ Hitler fl-1919 kien konvint li sabu. Eckart sar il-konsulent speċjali ta’ Hitler, billi għallmu kif jilbes u kif jitkellem, u laqqgħu ma’ ħafna nies. Biex isir iktar jappella, il-partit biddel ismu għal Partit Nazzjonali Soċjalista Ġermaniż tal-Ħaddiema (Nationalsozialistische Deutsche Arbeiterpartei, abbrevjata NSDAP). Hitler spiċċa mill-armata f’Marzu 1920 u ntefa’ b’ruħu u b’ġismu fl-attività tal-partit. Sa mill-1921, Hitler kien sar oratur tajjeb quddiem folol kbar. Fi Frar, Hitler tkellem quddiem folla ta’ sitt elef ruħ fi Munich. In-NSDAP kien ibbażat fi Munich, li kienet il-mekka tan-nazzjonalisti anti-Marxisti. F’Hitler raw mod kif jaslu għall-għanijiet tagħhom. Fis-sajf tal-1921 Hitler mar Berlin iżur gruppi nazzjonalistiċi, u fl-assenza tiegħu nqalgħet rivolta fit-tmexxija tal-Partit fi Munich, għax kien hemm min irid ineħħi lil Hitler. Hitler mar jiġri lura Munich, u nhar il-11 ta’ Lulju 1921 ta r-riżenja tiegħu. Meta rrealizzaw li mingħajr Hitler kien se jispiċċa l-Partit, huwa sab ix-xoqqa f’moxtha u ħabbar li kien lest imur lura fil-Partit jekk jieħu post Drexler bħala mexxej, b’poteri illimitati. Għall-bidu il-kumitat eżekuttiv tan-NSDAP irreżista imma kellu jċedi taħt il-pressjoni vjolenti ta’ Hitler u n-nies ta’ madwaru. Il-proposta ta’ Hitler għaddiet b’543 vot favur u wieħed biss kontra. Nhar id-29 ta’ Lulju 1921, Adolf Hitler sar il-Führer tal-Partit Nażista, l-ewwel darba li uża dak it-titlu. Fost l-ewwel segwaċi tiegħu kien hemm Rudolf Hess, l-eks pilota tal-ajru Hermann Göring, u l-kaptan tal-armata Ernst Röhm, li iktar tard sar il-Kap tas-SA (Sturmabteilung), li kienet tipproteġihom waqt il-meetings u tattaka lill-oppożituri. Hitler ġibed ukoll l-attenzjoni tan-negozjanti, u assoċja ruħu mal-Ġeneral anzjan Erich Ludendorff. Il-Putsch tal-Birrerija Inkoraġġit mill-appoġġ li beda jikseb, Hitler iddeċieda li juża lil Ludendorff f’attentat ta’ kolp ta’ stat li baqa’ magħruf bħala l-"Putsch tal-Birrerija". Il-Partit Nażista beda jikkopja lill-Faxxisti Taljani fil-mod kif jilbsu u anke fil-politika tagħhom, u fl-1923, Hitler ried jimita l-“Marċ fuq Ruma” ta’ Benito Mussolini. Hitler u Ludendorff kisbu l-appoġġ ta’ Gustav von Kahr, il-mexxej de facto tal-Bavarja, u persuni influwenti fir-Reichswehr u fil-pulizija. Flimkien kienu qegħdin jippjanaw li jiffurmaw gvern ġdid. Nhar it-8 ta’ Novembru 1923, Hitler u s-SA baqgħu deħlin bi vjolenza waqt laqgħa pubblika immexxija minn Kahr f’birrerija fi Munich. Iddikjara li kien għamel gvern ġdid ma’ Ludendorff u ordna lil Kahr itih appoġġ biex iwaqqgħu l-gvern ta’ Berlin iżda Kahr irtira l-appoġġ tiegħu u mal-ewwel opportunità li ġietu ħarab u ngħaqad mal-oppożizzjoni għal Hitler. L-għada, meta Hitler u s-segwaċi tiegħu mmarċjaw mill-birrerija sal-Ministeru tal-Gwerra Bavariż bħala bidu għall-"Marċ fuq Berlin", il-pulizija fetħet in-nar fuqhom. Sittax –il membru tal-Partit Nażista nqatlu. Hitler ħarab lejn id-dar ta’ Ernst Hanfstaengl u kkontempla li jneħħi ħajtu; mart Hanfstaengl ipperswadietu ma jagħmilx dan. Ma damx wisq ma ġie arrestat mixli bi tradiment lejn l-Istat. Waqt il-ġuri, Hitler ingħata ħin kemm irid biex jitkellem, u l-popolarità tiegħu splodiet ’il fuq meta fid-difiża tiegħu huwa ta leħen lis-sentimenti nazzjonalistiċi tant diffużi fost il-poplu. Hekk sar figura nazzjonali. Nhar l-1 ta’ April 1924, Hitler ingħata sentenza ta’ ħames snin priġunerija fil-Ħabs ta’ Landsberg. Hitler ingħata trattament preferenzjali mill-gwardjani tal-ħabs u rċieva ħafna ittri ta’ ammiraturi. Tmien xhur ingħata l-maħfra u nħeles mill-ħabs fuq ordni tal-Qorti Suprema Bavariża, nhar l-20 ta’ Diċembru 1924. Jekk wieħed jgħodd iż-żmien li għamel f’kustodja kawtelari, Hitler għamel biss ftit iktar minn sena ħabs. Mein Kampf Fil-ħabs, huwa ddetta ħafna mill-ewwel volum ta’ Mein Kampf (Il-Ġlieda tiegħi, li oriġinarjament kien semmieh Erba’ snin u nofs ta’ Ġlied kontra l-Gideb, l-Istupidità u l-Viljakkerija) lil Rudolf Hess. Il-ktieb li ddedikah lil Dietrich Eckart, kien awtobijografija u espożizzjoni tal-ideoloġija tiegħu. F’Mein Kampf Hitler kien influwenzat minn The Passing of the Great Race ta’ Madison Grant, li Hitler kien isejjaħlu "l-Bibbja tiegħi." Ħareġ f’żewġ volumi fl-1925 u l-1926, u nbigħu 240,000 kopja tiegħu bejn l-1925 u l-1934. Sal-aħħar tal-gwerra, madwar 10 miljun kopja nbigħu jew tqassmu - il-miżżewġin ġodda u s-suldati kienu jingħataw kopja b’xejn. Lejn il-Poter Wara l-falliment tal-putsch il-Partit Nażista u l-organi tiegħu kienu projbiti fil-Bavarja, imma Hitler ikkonvinċa lil Heinrich Held, il-Priministru tal-Bavarja li jneħħi l-projbizzjoni, bil-wegħda li l-Partit kien se jfittex li jikseb il-poter politiku b’mezzi demokratiċi biss. Għalkemm fis-16 ta’ Frar 1925 il-projbizzjoni tneħħiet, Hitler reġa’ qala’ projbizzjoni oħra, din id-darba fuq id-diskors fil-pubbliku, wara diskors xewwiexi li kien għamel. Wara li Gregor Strasser, ħuh Otto u Joseph Goebbels ħolqu fazzjoni iktar xellugija fil-Partit, Hitler iċċentralizza iktar il-Partit. Ma kinux iktar il-gruppi li jagħżlu l-mexxejja tagħhom imma s-superjuri minn fuq għal isfel, u s-sudditi riedu jobdu bla ma jistaqsu. Il-punt ta’ żvolta politiku għal Hitler seħħ meta l-Great Depression laqtet lill-Ġermanja fl-1930. Ir-Repubblika Weimar kienet attakkata fil-miftuħ mill-konservattivi tal-lemin, il-monarkisti, il-Komunisti u n-Nażisti. Kif il-partiti demokratiċi sabu ruħhom ma jistgħux jaqblu fuq il-kontro-miżuri għall-kriżi, il-koalizzjoni tagħhom spiċċat u ħa posthom gvern ta’ minoranza. Il-Kanċillier il-ġdid, Heinrich Brüning tal-Partit Kattoliku taċ-Ċentru, kien imexxi b’digrieti presidenzjali ta’ emerġenza billi ma kellux maġġoranza fil-Parlament. Il-Parlament hekk ma setax jaħdem u dan witta t-triq għal forma ta’ gvern awtoritarju. F’Settembru 1930 saru elezzjonijiet prematuri. Il-partiti demokratiċi tilfu l-maġġoranza tagħhom u n-Nażisti sparaw ’il fuq bi 18% tal-voti u b’107 siġġijiet. Mid-disa’ l-iżgħar partit saru t-tieni l-ikbar partit. Il-Ħruq tar-Reichstag Ftit wara li Hitler kien ħa l-poter fl-1933 huwa xolja r-Reichstag jew il-Parlament u sejjaħ elezzjonijiet ġodda. Fi Frar ta’ dik is-sena inħaraq parti mir-Reichstag u Hitler waħħal fil-Komunisti biex b’hekk irnexxielu jirbaħ l-elezzjoni b’maġġoranza żgħira. F’Marzu r-Reichstag ta poteri dittatorjali lil Hitler. B’hekk wara dan il-Parlament ftit li xejn iltaqa’. It-Tieni Gwerra Dinjija L-ewwel invażjonijiet F’Ottubru 1936 Hitler iffirma ftehim ma’ Mussolini. Hitler kien jemmen li l-Ġermanja kellha bżonn tespandi fil-Lvant biex ikollha iktar art għall-biedja u l-industrija. Meta fl-1938 Hitler okkupa l-Awstrija għax qal li l-Ġermaniżi t’hemmhekk kienu qed jiġu ppersegwitati, ħadd ma pprotesta. Sitt xhur wara okkupa ċ-Ċekoslovakkja. Billi l-Ingilterra u Franza beżgħu li tfaqqa’ gwerra qablu mal-Patt ma’ Munich. Anti-semitiżmu Meta r-reġim Nażista tela’ fis-setgħa fil-Ġermanja f’Jannar 1933, mill-ewwel beda jieħu miżuri sistematiċi kontra l-Lhud. Mill-1933 sal-1939, saru sforzi organizzati mill-Partit Nażista biex jeliminaw lil-Lhud mill-ħajja ekonomika. Il-Lhud tkeċċew mill-pożizzjonijiet li kellhom mal-gvern, u l-avukati u tobba Lhud tilfu l-klijenti Ġermaniżi tagħhom. L-intrapriżi Lhudi kienu jiġu likwidati jew jinxtraw b’valur ħafna inqas minn kemm jiswew minn kumpaniji li ma kinux tal-Lhud. Id-dħul li l-Lhud kienu jagħmlu minn bejgħ kif ukoll dak li jġemmgħu, kien suġġett għal taxxa speċjali. “Il-Lejl tal-Ħġieġ Imkisser” F’Novembru 1938, wara li żagħżugħ Lhudi qatel diplomatiku Ġermaniż f’Pariġi, is-sinagogi kollha fil-Ġermanja ġew maħruqa, it-twieqi tal-ħwienet Lhud tkissru, u eluf ta’ Lhud ġew arrestati. Dal-“Lejl tal-Ħġieġ Imkisser” (Kristallnacht) kien sinjal għal-Lhud fil-Ġermanja u l-Awstrija biex jitilqu malajr kemm jista’ jkun. Mijiet ta’ eluf ta’ Lhud irnexxielhom isibu kenn f’pajjiżi oħra, iżda numru daqstant ieħor kbir ta’ Lhud, ħafna minnhom xjuħ u foqra, baqgħu hemm jistennew destin inċert. L-Invażjoni tal-Polonja F’Awissu 1939 il-Ġermanja iffirmat patt ma’ l-Unjoni Sovjetika, u f’dan il-patt iż-żewġ pajjiżi bil-moħbi qasmu l-Polonja. Hitler attakka l-Polonja f’Settembru 1939. Il-Pollakki maljar ingħelbu u l-alleati tagħhom, l-Ingliżi u l-Franċiżi, m’għamlu xejn biex jgħinuhom. Fir-rebbiegħa ta’ l-1940 Hitler ħataf id-Danimarka u n-Norveġja u ftit wara l-Olanda , l-Belġju u Franza. Meta Hitler okkupa l-Polonja żied kważi żewġ miljuni Lhud taħt is-setgħa tiegħu. Ir-restrizzjonijiet li saru fuq il-Lhud tal-Polonja kienu eħrex minn dawk fil-Ġermanja. Il-Lhud fil-Polonja kienu mġiegħla jgħixu f’ghettos imdawra b’ħitan u barbed wire. Il-ghettos kienu bħal bliet magħluqin minn kullimkien. Kull ghetto kellu kunsill Lhudi li kien responsabbli għad-djar, sanità, u produzzjoni. L-ikel li kien jitħalla jidħol fil-ghettos mill-Ġermaniżi kien jikkonisti biss f’qamħ u ħaxix bħal ġdur, karrotti u pitravi. Fil-ghetto ta’ Varsavja, ir-razzjon uffiċjali għal kull abitant ma kienx jaqbeż l-1200 kalorija. Xi ikel li kien jidħol bil-black-market, kien jinbiegħ bi prezzijiet m’għola s-sema, u l-qgħad u l-faqar kienu mferrxa. Id-djar kienu mimlijin nies, b’sitta jew sebgħa min-nies f’kull kamra, u l-marda tat-typhus kienet komuni. Fl-Unjoni Sovjetika Waqt li kien qed jiġri dan kollu fil-Polonja, f’Ġunju 1941, il-Ġermaniżi invadew l-Unjoni Sovjetika (USSR). L-SS qassmet 3000 gwardja f’unitajiet speċjali fit-territorji Sovjetiċi, biex joqtlu l-Lhud kollha on the spot. Dawn l-action squads kienu nvoluti f’massakri sħaħ, li ħafna drabi kienu jsiru f’fossijiet jew irdumijiet qrib l-ibliet. Xi drabi r-residenti kienu jaraw dawn il-massakri, u aħbarijiet dwar dan ma damux ma bdew jaslu f’diversi kapitali tad-dinja. Is-“Soluzzjoni Finali” Xahar wara dan, it-tieni fit-tmexxija wara Hitler, Hermann Göring, bagħat direttiva lill-kap tal-SS, Reinhard Heydrich, bl-ordni li jorganizza “soluzzjoni finali għall-kwistjoni Lhudija” fl-Ewropa kollha dominata mill-Ġermanja. F’Settembru 1941, il-Lhud tal-Ġermanja riedu jilbsu badges jew armbands immarkata bi stilla safra. Fix-xhur ta’ wara, għexieren ta’ eluf ġew deportati fil-Polonja u fi bliet maħtufa mill-USSR. Sadanittant kienet qed titħejja innovazzjoni oħra: il-kamp tal-mewt. Kampijiet attrezzati biex jiggassjaw lin-nies inbnew fuq l-art tal-Polonja okkupata. Ħafna mill-vittmi kellhom jinġiebu mill-ghettos tal-qrib. Mill-ghetto ta’ Varsavja biss, inġiebu iktar minn 300,000. L-ewwel trasporti kienu mimlijien b’nisa, tfal jew xjuħ li ma setgħux jaħdmu; il-Lhud li setgħu jaħdmu kienu jinżammu iżda fl-aħħar kienu jispiċċaw maqtula huma wkoll. L-ikbar deportazzjonijiet seħħew fis-sajf ta’ l-1942. Id-destinazzjoni ta’ dawn it-trasporti ma kinux jiġu mgħarrfa lill-komunitajiet Lhud, iżda rapporti ta’ massakri sħaħ fl-aħħar waslu għand il-Lhud li kienu għadhom ħajjin u għand il-gvernijiet ta’ l-Istati Uniti u l-Ingilterra. F’April 1943, il-65,000 Lhudi li kien baqa’ Varsavja irreżistew lill-pulizija Ġermaniża li daħlet fil-ghetto, f’battalja li damet sejra tliet ġimgħat. Bejn Lulju u Ottubru 1942 iktar minn 300,000 abitant tal-ghetto ta’ Varsavja ntvagħtu fil-kampijiet ta’ konċentrament u nqatlu. Is-60,000 Lhudi li kien għad baqa’ nqatlu f’din ir-reżistenza erojka. Fejn kien possibli, il-Ġermaniżi ġabru l-propjetà kollha tad-deportati. Fil-Ġermanja, il-kontijiet tal-bank ġew konfiskati, u minn Franza, Belġju u Olanda okkupati, l-għamara tal-Lhud kienet titwassal il-Ġermanja biex tingħata lil persuni li djarhom kienu ġew ibbumbardjati. It-trasport tal-vittmi lejn il-kampijiet tal-mewt kien isir bil-ferrovija. Il-karrijiet li kienu jwasslu l-Lhud kienu jimxu bil-mod bi skedi speċjali għad-destinazzjoni tagħhom. Ħafna drabi l-morda u x-xjuħ kienu jmutu fit-triq. Auschwitz Auschwitz, qrib Krakow, kien l-akbar kamp tal-mewt, li b’differenza mill-oħrajn uża l-gass idroġenu li malajr kien iwassal għall-effett mixtieq. Il-vittmi ta’ Auschwitz kienu ġejjin mill-Ewropa kollha: Norveġja, Franza, Olanda, Italja, Ġermanja, ċekoslovakja, Ungerija, Polonja, Jugoslavja, u Greċja. Ħafna priġunieri, Lhud u mhumiex, kienu jitħaddmu; xi priġunieri kienu jintużaw f’esperimenti mediċi, b’mod partikulari għall-isterilizzazzjonijiet. Għalkemm il-Lhud u ż-żingari (gypsies) biss kienu jiġu ggassjati regolarment, mijiet ta’ eluf ta’ priġunieri oħra f’Auschwitz mietu bil-ġuħ, bil-mard jew iffuċillati. Biex jgħattu dnubhom, bnew krematorji kbar biex fihom jinħarqu l-iġsma ta’ dawk li ġew iffuċillati. Fl-1944 il-kamp ġie fotografat mill-ajruplani ta’ l-Alleati li kienu qed ifittxu l-industriji; il-fabbriki ġew ibbumbardjati iżda l-kampijiet le. Ir-Riżultati tax-Shoah Meta l-gwerra ntemmet, miljuni ta’ Lhud, Slavi, żingari, omosesswali, Xhieda ta’ Ġeħova, Komunisti, u oħrajn fil-mira tan-Nażisti, kienu nqatlu fl-Olokawst. Il-Lhud maqtula kienu madwar 6 miljuni: madwar 3 miljuni fil-kampijiet ta’ konċentrament, miljun u nofs iffuċillati, u iktar minn 600,000 fil-ghettos. L-Alleati ġew pressati biex joħolqu art permanenti fil-Palestina għal-Lhud li baqgħu ħajjin. It-twaqqif ta’ Israel, tliet snin wara l-waqgħa tal-Ġermanja kien għalhekk effett ta’ l-Olokawst. Mewt Adolf Hitler ikkommetta suwiċidju fl-1945, f'Berlin; hemm min jgħid li Hitler uża pistola filwaqt li oħrajn isostnu li ntuża l-velenu Politiċi Ġermaniżi Nies tat-Tieni Gwerra Dinjija Twieldu fl-1889 Mietu fl-1945 Kanċillieri tal-Ġermanja
2937
https://mt.wikipedia.org/wiki/No%20%28teatru%29
No (teatru)
In-No (能) huwa forma ta' teatru li jsib l-għeruq tiegħu fil-Ġappun fis-seklu 14 fost dawk ta' kultura għolja, kuntrarju għall-kabuki li huwa t-teatru iktar vulgari (mhux f'sens moralistiku). It-testi tan-no huma mibnija b'tali mod li jistgħu jiġu interpretati b'mod ħieles mill-ispettatur; dan huwa dovut għall-partikolarità tal-lingwa użata li tikkonsisti minn ħafna omofoni. It-teatru No huwa kkaratterizzat minn maskri karatteristiċi, il-grazzja tal-atturi, kif ukoll il-lajma li biha jiġu interpretati l-partijiet. Rappreżentazzjoni tipika tan-No tkun twila bejn 30 u 120 minuta. Ir-repertorju kollu tan-No jgħodd mal-250 rappreżentazzjoni, maqsuma f'ħames kategoriji (organizzati skont it-tema prinċipali): l-ewwel kategorija: rappreżentazzjonijiet fuq id-divinità. it-tieni kategorija: rappreżentazzjonijiet fuq il-ġellieda. it-tielet kategorija: rappreżentazzjonijiet fuq in-nisa. ir-raba' kategorija: rappreżentazzjonijiet varji. il-ħames kategorija: rappreżentazzjonijiet fuq id-dimonji. Ġappun Ġeneri teatrali
2938
https://mt.wikipedia.org/wiki/Galileo%20Galilei
Galileo Galilei
Galileo Galilei (twieled fil-15 ta' Frar 1564 – miet fit-8 ta' Jannar 1642) kien astronomu, fiżiku u filosfu Taljan li huwa assoċjat mar-Rivoluzzjoni Xjentifika. Galileo huwa kkreditat li tejjeb it-teleskopju sabiex ikun jista' jifli l-stilel u l-pjaneti; infatti huwa rnexxielu jiskopri erba' mill-qmura ta' Ġove. Ta wkoll il-kontribut tiegħu fil-qasam tal-fiżika fejn għamel osservazzjonijiet u titjib dwar l-ewwel prinċipju ta' Newton, it-tieni prinċipju ta' Newton, kif ukoll qbil u support mat-teoriji ta' Nikola Koperniku. Bħalma għamel Koperniku qablu, Galileo kien stqarr li x-xemx kienet iċ-ċentru tal-galassja u mhux id-dinja, il-Knisja Kattolika Rumana arrestatu u għedditu li tikkundanah għall-mewt fuq bażi ta' tixrid ta' ereżiji. Biex jevita l-piena, Galileo kellu jistqarr li dak li kien qed jgħid, kif ukoll it-tagħlim ta' Koperniku kien kollu gideb. Il-Knisja xorta ġiegħelitu jibqa' maqful ġo daru sakemm miet. Galileo ġie mogħti t-titlu ta' "missier l-astronomija moderna", bħala "missier il-fiżika moderna", u "missier ix-xjenza". Ix-xogħol u l-esperimentazzjonijiet tiegħu huma meqjusa li jikkumplimentaw il-kitbiet ta' Francis Bacon u għenu mhux ftit biex jistabbilixxu l-metodu xjentifiku. Il-karriera ta' Galileo kienet tikkoinċidi ma' dik ta' Johannes Kepler. Xogħol Galileo huwa kkunsidrat maqtugħ ferm minn dak ta' Aristotli. Barra minn hekk, il-kunflitt tiegħu mal-Knisja Kattolika Rumana huwa meqjus bħala eżempju bikri u sinjifikanti, ta' kunflitt bejn l-awtorità u l-libertà tal-ħsieb, partikolarment fix-xjenza, fis-soċjetà tal-Punent. Ħoloq Esterni Biography of Galileo Galilei b'ħoloq ma' oġġetti relatati miżmumin fl-Istitut u Mużew ta' l-Istorja tax-Xjenza, Firenze, l-Italja. Galileo theme-based virtual visit to the Institute and Museum of the History of Science in Florence, Italy including videos Galileo's "Notes on Motion" - online digital edition with transcriptions Galileo's compass an educational interactive application to explore online the history and uses of Galileo's compass Galileo//Thek@ - an online digital archive of Galilean resources (including bibliographies, biographies, digital books, itineraries, manuscripts, experiments, documents, iconography, and more Galileo Affair catholic.net The Galileo Affair by Paula Newall. The Warfare of Science With Theology The Galileo Project at Rice University CCD Images through a Galilean Telescope Modern recreation of what Galileo might have seen; includes directions for using Galileo//Thek@ website about Galileo Galilei at danask.com Electronic representation of Galilei's notes on motion (MS. 72) From Myth to History and Back -- Reviews of two books on Galileo PBS Nova Online: Galileo's Battle for the Heavens Stanford Encyclopedia of Philosophy entry The Galilean Library, an educational site dedicated to Galileo Galileo's writings in Italian language, an Italian site dedicated to free e-texts Galileo Galilei, in the Catholic Encyclopedia found online on New Advent, an orthodox Catholic website Col, Joël. Entre Galilée et l'Église : la Bible., Une mise au point. Étude. ISBN 2-9520299-0-3, AutoEdition Méguila. Galilei, Galileo Galilei, Galileo Galilei, Galileo
2939
https://mt.wikipedia.org/wiki/Oscar%20Wilde
Oscar Wilde
Oscar Fingal O'Flahertie Wills Wilde (twieled f'Dublin fis-16 ta' Ottubru 1854 – miet f'Pariġi fit-30 ta' Novembru 1900) kien drammaturgu bisesswali Irlandiż. Huwa magħruf għal xogħlijiet kbar fosthom Salomé, L-Importanza li tkun Serju (The Importance of Being Earnest), Żewġ Ideali (An Ideal Husband), u Ir-Ritratt ta' Dorian Grey (The Portrait of Dorian Grey). Wilde kien kittieb tal-era Vittorjana. Kien ġie arrestat u kkundannat għal sentejn xogħol iebes minħabba relazzjoni sesswali li kellu ma' ġuvni iżgħar minnu. Dan il-fatt huwa maħsub illi kkontribwixxa għall-mewt tiegħu fl-età ta' 46 sena. Ħoloq esterni Oscar Wilde Wilde, Oscar Wilde, Oscar Wilde, Oscar Wilde, Oscar Kittieba Brittaniċi bl-Ingliż
2940
https://mt.wikipedia.org/wiki/Miguel%20de%20Cervantes
Miguel de Cervantes
Miguel de Cervantes Saavedra (Alcalá de Henares, 29 ta' Settembru 1547 – Madrid, 22 ta' April 1616) kien rumanzier, poeta u drammaturgu Spanjol. L-aqwa xogħol tiegħu huwa r-rumanz Don Quixote, rikonoxxut bħala l-ewwel rumanz modern. Ix-xogħlijiet tiegħu huma sikwit meqjusa bħala fost l-iktar importanti fil-letteratura kollha. L-influwenza tiegħu fuq il-lingwa Spanjola tant kienet kbira li l-Ispanjol kultant jissejjaħ la lengua de Cervantes (Il-lingwa ta' Cervantes). Bijografija Tfulija u żgħożija Aktarx li Miguel de Cervantes twieled Alcalá de Henares. Ma nafux il-jum eżatt meta twieled, imma x'aktarx kien fid-29 ta' Settembru, il-festa tal-arkanġlu San Mikiel, billi kien hemm it-tradizzjoni li jagħtu l-isem tal-qaddis tal-ġurnata lit-trabi li jitwieldu dakinhar. Miguel de Cervantes tgħammed f'Alcalá de Henares (Spanja) fid-9 ta' Ottubru 1547 fil-parroċċa ta' Santa María la Mayor. Fl-att tal-magħmudija nsibu miktub: Missieru, Rodrigo de Cervantes, kellu antenati minn Cordoba imma kien ġej mill-Galizja, kien kirurgu, professjoni li iżjed tixbaħ 'il dik ta' tabib tal-lum. Skont xi awturi, pereżempju, Américo Castro u Daniel Eisenberg, miż-żewġ naħat tal-familja, Cervantes kellu antenati li kienu Lhud ikkonvertiti għall-Kristjaneżmu. Imma oħrajn bħal Jean Canavaggio ma jaqblux u jgħidu li din id-dixxendenza qatt ġiet ipprovata. Ommu kienet Leonor de Cortinas Sánchez, li ma nafux wisq fuqha. Ħutu kienu Andrés (1543); Andrea (1544); Luisa (1546), li saret pirjola fil-kunvent tal-Karmelitani; Rodrigo (1550), suldat li kien miegħu meta ġie inkalzrat fl-Alġerija; Magdalena (1554) u Juan, nafu bihom biss għax kienu msemmijin fit-testment ta' missierhom. Ta' min jinnota li l-isem “Saavedra” qatt ma kien deher f'xi dokument fiż-żgħożija ta' Cervantes u ħutu qatt ma użawh. L-isem li ngħata meta twieled kien “Miguel de Cervantes Cortinas”. Beda juża l-isem “Saavedra” biss wara li ġie lura mill-ħabs tal-Alġerija, forsi biex ismu ma jitħallatx ma' dak ta' ċertu ieħor Miguel de Cervantes Cortinas li kien tkeċċa mill-qorti. Lejn l-1551, Rodrigo de Cervantes ħa l-familja tiegħu toqgħod Valladolid. Minħabba d-djun li kien jagħmel, bosta drabi mar il-ħabs u ġidu kien ikkonfiskat. Fl-1556, telaq lejn Cordoba sabiex jiġbor il-wirt li kien ħallielu Juan de Cervantes, in-nannu tal-kittieb, u fl-istess ħin jaħrab mill-kredituri. M'għandniex ħjiel eżatt dwar il-bidu tal-istudji ta' Miguel de Cervantes, li bla dubju, qatt ma waslu sa livell universitarju. Jista' jkun li studja Valladolid, Cordoba jew Sivilja. Però hemm il-possibbiltà li setà studja fil-kulleġġ tal-Kumpanija ta' Ġesù, billi fir-rumanz Id-diskussjoni bejn il-klieb jagħti deskrizzjoni ta' kulleġġ tal-Ġiżwiti li qisha allużjoni għall-ħajja tiegħu ta' student. Fl-1566 mar joqgħod Madrid. Hemm kien jattendi l-Estudio de la Villa, immexxi mill-professur tal-grammatika Juan López de Hoyos, li fl-1569 ippubblika ktieb fuq il-marda u l-mewt tar-reġina Eliżabetta ta' Valois, it-tielet mara tar-re Filippu II. López de Hoyos inkluda f'dal-ktieb tliet poeżiji ta' Cervantes, “id-dixxiplu għażiż u maħbub tagħna” li huma l-ewwel xogħol lettarju tiegħu li nafu bih. F'dak iż-żmien Cervantes beda jattendi għar-rappreżentazzjonijiet teatrali tal-attur u drammaturgu Lope de Rueda u sar iħobb ħafna t-teatru, kif tenna fit-tieni parti ta' Don Quijote, minn fomm il-persunaġġ prinċipali, se le iban los ojos tras la farándula (hu ħabb id-dinja teatrali). Il-ħarba lejn l-Italja u l-Battalja ta' Lepanto Għad hemm konservata ordni ta' Filippu II bid-data tal-1569 fejn jikkmanda li jiġi arrestat Miguel de Cervantes, akkużat li fera fi dwell 'il ċertu Antonio Sigura. Jekk dan kien veru l-istess Cervantes, din setgħet kienet ir-raġuni għaliex mar l-Italja. Wasal Ruma f'Diċembru tal-istess sena. Hemmhekk qara' l-poeżiji kavallereski ta' Ludovico Ariosto u d-Djalogi tal-imħabba, ta' ispirazzjoni neoplatonika, miktubin mil-Lhudi seferadita, León Hebreo, li influwenzaw l-idea tiegħu tal-imħabba. Cervantes tgħallem l-istil tal-arti Taljana u baqa' dejjem jiftakar fiha bil-pjaċir, kif jidher pereżempju, fL-avukat Vidriera, wieħed minn Novelas ejemplares (Novelli Eżemplari) u bosta allużjonijiet fix-xogħlijiet l-oħra tiegħu. Mela daħal fis-servizz ta' Giulio Acquaviva li laħaq kardinal fl-1570, u li x'aktarx kien sar jafu ġewwa Madrid. Mar miegħu Palermo, Milan, Firenze, Venezja, Parma u Ferrara. Ma damx ma daħal suldat fil-kumpannija tal-kaptan Diego de Urbina, fir-reġiment tal-infanterija ta' Miguel de Montcada u imbarka fuq ix-xini Marquesa. Fis-7 ta' Ottubru 1571 ħa sehem fil-battalja ta' Lepanto, mal-armata tal-Lega Mqaddsa taħt il-kmand ta' Don Juan tal-Awstrija, “bin is-sajjetta tal-gwerra Karlu V, ta' memorja hienja” u nofs-aħwa mar-re. Din l-armata kienet magħmula mill-forzi tal-Papa, Spanja, ir-Repubblika ta' Venezja, ir-Repubblika ta' Genoa, id-Dukat ta' Savoja u l-Kavalieri ta' Malta. F'dokument legali dettaljat ta' tmien snin wara naqraw hekk: Minn dak iż-żmien kien imlaqqam el manco de lepante (l-immankat ta' Lepanto). Għalkemm idu x-xellugija fejn intlaqat ma ġietx maqtugħa, din ma kienx jista' jċaqlaqha għax ċomba kienet qatgħetlu nerv fiha. Dawn il-ġrieħi ma' kinux gravi għax fl-1572, wara sitt xhur fi sptar f' Messina, Cervantes reġa' qabad il-ħajja militari. Ħa sehem fl-ispedizzjonijiet navali ta' Navarino (1572), Corfù, Bizerta, u Tuneż (1573). Kollha kienu taħt il-kmand tal-kaptan Manuel Ponce de León u fir-reġiment tal-famuż Lope de Figuero li deher fEl alcalde de Zalamea, (Is-sindku ta' Salamea) ta' Pedro Calderón de la Barca. Aktar tard, dar il-bliet ewlenin ta' Sqallija u Sardenja, ta' Genoa u tal-Lombardija. Fl-aħħar qagħad sentejn Napli sal-1575. Cervantes wara dejjem wera ruħu kburi li ħa sehem fil-battalja ta' Lepanto, li kienet għalih, kif kiteb fid-daħla ta' Don Quijote, Priġunier fl-Alġerija Fis-26 ta' Settembru 1575, flotta Torka taħt il-kmand ta' Arnaut Mamì ħadu lil Miguel u 'l ħuh Rodrigo priġunieri huma u sejrin minn Napli lura lejn Spanja abbord il-galera Sol. Qabduhom fl-għoljiet ta' Cadaqués de Rosas jew Palamós, li qegħdin fejn illum tissejjaħ Costa Brava u ħaduhom l-Alġerija. Cervantes ingħata lir-renegat Grieg Dali Mamì bħala lsir. Meta nstabu fuqu ittri ta' rakkomandazzjoni minn Don Juan tal-Awstrija u d-Duka de Sessa, dawk li qabduh ħasbu li kien bniedem importanti ħafna u li setgħu jiksbu rahan tajjeb għalih. Għalhekk talbu ħames mitt skud tad-deheb biex jeħilsuh. Matul il-ħames snin li kien priġunier, Cervantes, ta' raġel kuraġġuż u determinat li kien, ipprova jaħrab erba' darbiet. Biex sħabu priġunieri ma jbatux bir-ritaljazzjoni dejjem ħa r-responsabbiltà hu mal-għedewwa. Dejjem kien jippreferi li jieħu t-torturi milli jikxef lil sħabu. Mis-sorsi uffiċjali u l-ktieb ta' Fra Diego de Haedo Topografija u Storja tal-Alġerija (1612), għandna informazzjoni importanti fuq il-priġunerija tiegħu. Din l-informazzjoni tikkomplementa il-kummiedji Los tratos de Argel u Los baños de Alger u r-rakkont tal-istorja tal-priġunier, inkluż fl-ewwel parti ta' Don Quijote bejn il-kapitli 39 u 41. Ilu magħruf li x-xogħol li ppubblika Haedo ma kienx miktub minnu kif ammetta hu stess. Skont Emilio Sola, l-awtur kien Antonio de Sosa, Benedittin li kien priġunier ma' Cervantes u kitbu x-xogħol flimkien. Mela x-xogħol ta' Haedo mhux xhieda indipendenti tal-ħajja ta' Cervantes fl-Alġerija, imma l-biċċa l-kbira miktub minn Cervantes stess u għalhekk jisħaq sewwa fuq l-eroiżmu tiegħu. L-ewwel attentat biex jaħrab ma rnexiex billi l-kompliċi Għarbi li kellu jieħu 'l Cervantes u l-sħabu Waħran, abbandunhom wara l-ewwel jum. Il-priġunieri reġgħu ittieħdu l-Alġerija fejn ġew maqfulin u mgħassa iżjed minn qabel. Sadattant omm Cervantes irnexxielha tiġbor flimkien somma ta' dukati biex tipprova teħles iż-żewġ uliedha. Fl-1577, wara li nnegozjat mal-kalzriera, safa li l-kwantità ta' dukati ma kinux biżżejjed biex teħlishom it-tnejn. Għalhekk Miguel ried li jinħeles ħuh li rritona lejn Spanja. Rodrigo kellu pjan li tlesta minn ħuh biex iħarrbhu ma' erbatax jew ħmistax oħra. Cervantes kellu jinħeba mal-priġunieri l-oħra ġo għar u jistennew galera spanjola li kellha tgħabbihom. Il-galera veru waslet u ppruvat tersaq lejn ix-xatt darbtejn imma fl-aħħar qabduha. L-insara moħbijin ġol-grotta inkixfu minħabba traditur bil-laqam ta' el Dorador (l-induratur). Cervantes allura qal li hu biss kien responsabbli li organizza l-ħarba u li kien ikkonvinċa l-oħrajn biex isegwuh. Is-Sultan tal-Alġerija Azán Bajá, qaflu fil-“banju” jew ħabs, marbut bil-ktajjen, fejn baqa' hemm għal ħames xhur. It-tielet attentat kien ippjanat minn Cervantes bl-għan li jmorru sa Waħran bl-art. Bagħat hemm Għarbi nisrani b'ittra għal Martin de Cordoba, ġeneral ta' dak il-post fejn spjegalu kif ried jagħmel u talbu li jibgħatlu xi gwidi. Sadattant il-messaġġier inqabad bl-ittri fuqu. L-ittri kienu juru ċar li Miguel de Cervantes kien qiegħed imexxi kollox u għalhekk kien ikkundannat għal elfejn daqqa ta' bastun. Billi ħafna qabżu għalih qatt ma nagħta dan il-kastig. L-aħħar attentat ta' ħarba kien megħjun minn soma konsiderevoli ta' flus li tah merkant Valenzjan li kien l-Alġerija. Cervantes xtara fregata li setgħet tgħabbi sittin priġunier nisrani. Meta kollox kien sejjer tajjeb, wieħed minn dawn li kienu sejrin jinħelsu, it-tabib Juan Blanco de Paz, li qabel kien patri Dumnikan, kixef il-pjan kollu lil Azán Bajá. Bħala ħlas it-traditur ingħata skud u ġarra xaħam. Allura Azán Bajá qafel lil Cervantes f'ħabs iżjed żgur fil-qalba tal-palazz tiegħu u wara ddeċieda li jieħdu Kostantinopli, minn fejn kien kważi impossibbli li jaħrab. Għal darb'oħra Cervantes ħa r-responsabbiltà kollha. F'Mejju tal-1580, il-patrijiet Trinitarjani, Fra Antonio de la Bella u Fra Juan Gil marru l-Alġerija (din l-ordni ta' patrijiet kellha bħala għan il-ħelsien tal-priġunieri anki billi jinbidlu huma stess mal-priġunieri). Fra Antonio telaq fuq spedizzjoni ta' ħelsien waqt li Fra Juan Gil, li kellhu f'idejh tliet mitt skud biss, ipprova jeħles lil Cervantes, li għalih kienu qegħdin jitolbu ħames mitt skud. Il-patri għalhekk beda jiġbor s-somma li kienet tonqsu minn fost il-merkanti nsara. Irnexxielu jagħmel dan meta Cervantes, marbut b'żewġ ktajjen, kien diġà fuq il-galera mikrija minn Azán Bajá li kienet sejra lejn Kostantinopli. Bil-ħames mitt skud li nġabru bil-ħniena, Cervantes inħeles fid-19 ta' Settembru 1580. Fl-aħħar, fl-24 ta' Ottubru, wasal lura Spanja ma' żewġ priġunieri oħra meħlusin bl-istess mod. Wasal Denia, minn fejn telaq lejn Valencia. F'Novembru jew Diċembru ngħaqad lura ma' familtu ġewwa Madrid. Lura fi Spanja F'Mejju tal-1581, Cervantes mar il-Portugall fejn dak iż-żmien kien qiegħed il-qorti ta' Filippu II, bil-ħsieb li jsib xi xogħol biex jerġa' jibda ħajtu mill-ġdid u jħallas id-djun li kienet għamlet il-familja tiegħu biex tipprova tħarrbu mill-Alġerija. Minn hemm intbagħt fuq kummissjoni sigrieta lejn Waħran billi kien jaf sewwa l-kultura u d-drawwiet tal-Afrika ta' Fuq. Għal dan ix-xogħol irċieva 50 skud. Mar lura Liżbona u wara xi sena telaq lejn Madrid. Fi Frar tal-1582, talab mingħajr suċċess biex jieħu post fl-Indji, li kien vakanti. F'dawn is-snin, il-kittieb kellhu relazzjoni ta' mħabba ma' Ana Villafranca (jew Franca) de Rojas, il-mara ta' Alonso Rodríguez, lukandier. Minn din ir-relazzjoni twieldet tifla li ssemmiet Isabel de Saavedra, u li hu rrikonoxxa. Fit-12 ta' Diċembru 1584, iżżewweġ lil Catalina de Salazar y Palacios fir-raħal ta' Esquivias qrib Toledo. Catalina kienet tfajla ta' inqas minn għoxrin sena li ġabet magħha dota żgħira. Għandna x'naħsbu li daż-żwieġ bla ulied kienu ukoll fallut. Wara li kien miżżewweġ sentejn, Cervantes telaq fuq vjaġġ twil mal-Andalusija. X'aktarx li l-ewwel xogħol letterarju importanti tiegħu, La Galatea, kitbu bejn l-1581 u l-1583. Kien ippubblikat f'Alcalá de Henares fl-1585. Sa dak iż-żmien kien għadu ppubblika biss xi artikli f'xogħlijiet ta' oħrajn jew f'kollezzjonijiet li jiġbru il-ħidmiet ta' bosta poeti. La Galatea hu maqsum f'sitt kotba, imma “l-ewwel parti” biss inkitbet. Cervantes wiegħed li jkompliha imma qatt ma ġiet stampata. Fil-prologu, jiddeskrivi x-xogħol bħala eglogu u jisħaq fuq kemm kien iħobb 'l-poeżija. Dan kien rumanz pastorali, forma li kienet diġà dehret Spanja fid-Diana ta' Jorge de Montemayor. Minnha wieħed jista' jaqta' x'kotba kien qara meta kien suldat fl-Italja. Iż-żwieġ tiegħu ma Catalina ma rnexxiex u hu u l-mara infirdu wara sentejn mingħajr ma kellhom tfal. Cervantes qatt ma semma l-mara tiegħu fit-testi awtobijografiċi, imma kien l-ewwel wieħed li daħħal fil-letteratura Spanjola s-suġġett tad-divorzju permezz tal-entremés L-imħallef tad-divorzji. Naħsbu li ż-żwieġ ma kienx hieni allavolja f'dan l-entremés isostni li más vale el peor concierto / que no el divorcio mejor ("aħjar l-agħar qbil / milli l-aħjar divorzju"). L-aħħar snin Fl-1587, ivvjaġġa mal-Andalusija bħala kummissarju tal-proviżjonijiet għall-Armada Invinċibbli. Fis-snin li għamel bħala kummissarju, reġa' mexa t-triq minn Madrid għall-Andalusija, li tgħaddi minn Castilla-La Mancha. Dan hu l-itenerarju ta' Rinconete u Cortadillo. Imbagħad mar jogħqod Sivilja fejn aktar tard ħadem bħala kollettur tat-taxxi. Fl-1597 ntbagħat il-ħabs wara li falla l-bank fejn kien iqiegħed il-flus miġburin mit-taxxi. Kien hemm fil-ħabs, skont il-prologu tax-xogħol, li immaġina għall-ewwel darba l-persunaġġ ta' Dun Kixott. Ma nafux jekk riedx jgħid li beda jikteb il-prologu fil-ħabs jew biss li ġietu l-idea hemm. Cervantes isemmi impriġuniment ieħor fil-ħabs ta' Castro del Río (Cordoba) imma dan kien qasir ħafna. Jidher li qatt ma mar fl-għar ta' Medrano, f'Argamasilla de Alba. Fl-1605, ippubblika l-ewwel parti ta' dak li kien sejjer ikun il-kapulavur tiegħu: In-nobbli inġenjuż Don Quijote de la Manche. Fih waqqa' għaċ-ċajt b'mod l-iżjed pulit il-kilba għall-avventuri romantiċi u kavallereski li kellhom in-nies ta' żmienu. Dan ix-xogħol immarka t-tmiem tar-realiżmu bħala l-forma estetika letterarja aċċettata u ħoloq il-ġeneru tar-rumanz li kien ħa jkollu influwenza tremenda. It-tieni parti, Il-kavallier inġenjuż don Quijote de la Manche, damet ma dehret sal-1615. Din il-parti ħarġet sentejn wara li kienet dehret kontinwazzjoni apokrifa tal-ewwel parti iffirmata mill-misterjuż Alonso Fernández de Avellaneda li skont ċerti storiċi, kien il-kittieb Lope de Vega, jew għall-inqas wieħed mid-dixxipli u ħbieb tiegħu li kien minn Aragona (jista' jkun ukoll li kien grupp ta' ħbieb ta' Lope). Iż-żewġ xogħlijiet jagħtu lil Cervantes statura fl-istorja tal-letteratura universali li tħabbatha ma' dik ta' Dante Alighieri, William Shakespeare, Michel de Montaigne u Goethe bħala wieħed mill-kolonni tal-letteratura tal-punent. Fl-1613, bejn iż-żewġ partijiet ta' Don Quijote, dehru n-Novelli eżemplari. Din kienet ġabra ta' tnax-il rakkont qasir miktuba xi snin qabel. Dawn għandhom ispirazzjoni oriġinali u jippruvaw forom narattivi diversi bħas-satira luċjaneska (Id-diskussjoni bejn il-klieb), ir-rumanz pikaresk (Rinconete u Cortadillo), il-miscelánea (L-avukat Vidriera), ir-rumanz biżantin (L-Ispanjola Ingliża, In-namrat ġeneruż) u r-rumanz pulizjesk (Il-qawwa tad-demm). Għal ċerti minhom, pereżempju l-Estramadurjan għajjur, hemm edizzjonijiet oħra riskoperti fis-seklu 19, bħall-manuskritt ta' Porras de la Cámara. Din il-ġabra kienet biżżejjed biex ittieh statura importanti fil-letteratura Kastiljana. Il-kritika letterarja tinstab f'ħafna mix-xogħlijiet tiegħu. Tidher fil-Galatea u f'''Don Quijote u ddedika għaliha il-Vjaġġ lejn Parnażu (1614), poeżija twila f'terzetti inkatinati. Fl-1615 ippubblika Tmien kummidji u tmien entremés ġodda li qatt ma kienu rappreżentati, imma d-dramm tiegħu l-iżjed populari daż-żmien, L-Assedju ta' Numancia, iżjed mit-Trattat tal-Aġerija, baqa' ma' ħariġx sas-seklu 18. Ir-rumanz It-Taħbit ta' Persiles u Siġiżmunda ħareġ wara mewtu, u d-dedikazzjoni lill-Konti de Lemos li kien għenu ħafna matul ħajtu u li lilu kien iddedika t-tieni parti ta' Don Quijote u n-Novelli Eżemplari, iffirmaha jumejn biss qabel miet. Dan ir-rumanz Biżantin, li skont l-awtur ipprova jikkompeti mal-mudell klassiku Grieg ta' Eljodoru, fi żmienu kellu bosta edizzjonijiet, imma ntesa u ġie mdellel mit-trijonf indisputabbli ta' Don Quijote. Cervantes uża' grupp ta' persunaġġi prinċipali minflok tnejn. Hekk antiċipa ir-realiżmu maġiku. B'ċertu mod, ikkristjanizza l-mudell oriġinali billi uża t-tema ta' lhomo viator, u laħaq il-quċċata fl-aħħar tax-xogħol bl-anagnoriżi taż-żewġ maħbubin Perjandro u Awristela: L-influwenza ta' Cervantes fil-letteratura universali hi hekk li l-Ispanjol hu sikwit imsejjaħ il-"lingwa ta' Cervantes". Cervantes miet Madrid fit-23 ta' April, 1616. Skop artistiku Filwaqt li kien qiegħed jikteb parodija ta' ġeneru li kien sejjer lura, bħar-rumanz kavalleresk, ħoloq ġeneru ieħor mimli ħajja, ir-rumanz polifoniku, fejn jissovrimporri l-ideat u l-punti di vista li jitħalltu b'mod komplikat mar-realtà stess waqt li jirrikorri wkoll għall-fantażija. F'dik l-epoka, il-poeżija epika kienet tinkiteb ukoll bil-proża, u mix-xogħol ta' qabel ta' Lope de Vega għat-teatru, mingħajr l-ebda rispett għall-mudelli klassiċi, irriżulta r-realiżmu fir-rakkonti li ħareg minn tradizzjoni twila letterarja fi Spanja ġejja minn Cantar del Mío Cid, u li minn hemm infirxet mal-Ewropa fejn Cervantes kellu iżjed dixxipli milli fi Spanja. Ir-rumanz realistiku kollu tas-seklu 19 kien influwenzat min dan il-kapulavur. Min-naħa l-oħra, xogħol importanti ieħor ta' Cervantes, In-Novelli eżemplari juri l-firxa u l-wisa' tal-iskop tiegħu u x-xewqa li jesperimenta bl-istrutturi narrattivi. F'dil-ġabra ta' novelli l-kittieb esperimenta bin-novella biżantina (L-Ispanjola Ingliża), in-novella tal-pulizija (Il-qawwa tad-demm, L-Estramadurjan għajjur), id-djalogu Luċjanesk (Id-diskussjoni bejn il-klieb), il-miscelánea (L-avukat Vidriera), in-novella pikareska (Rinconete u Cortadillo), etc. Xogħlijiet Rumanzi Ir-rumanzi ta' Cervantes, f'ordni kronoloġika, huma dawn: La Galatea (1585), rumanz pastorali bil-proża u l-versi, ibbażat fuqu ġeneru introdott fi Spanja bi Diana ta' Jorge de Montemayor fl-1559. Is-suġgett tiegħu hu l-fortuni u l-isfortuni fl-imħabba fil-ħajja ta' numru ta' rgħajja tfajliet, li jgħaddu ħajjithom ikantaw u jdoqqu. El ingenioso hidalgo don Quijote de la Mancha (1605): l-ewwel volum ta' Don Quijote. Novelas ejemplares (1613), ġabra ta' tnax-il novella qasira ta' tipi diversi fuq problemi soċjali, politiċi u storiċi fi Spanja ta' Cervantes: La gitanilla (It-tfajla żingara) El amante liberal (In-Namrat Ġeneruż) Rinconete y Cortadillo La española inglesa (L-Ispanjola Ingliża) El licenciado Vidriera (L-Avukat Vidriera) La fuerza de la sangre (Il-Qawwa tad-Demm) El celoso extremeño (L-Estremadurajan Għajjur) La ilustre fregona (Is-Seftura Distinta) Novela de las dos doncellas (Iż-Żewġ Tfajliet) Novela de la señora Cornelia (Is-Sinjura Cornelia) Novela del casamiento engañoso (Iż-Żwieġ bil-Qerq) El coloquio de los perros (Id-diskussjoni bejn il-Klieb) Segunda parte del ingenioso hidalgo don Quijote de la Mancha (1615): It-tieni volum ta' Don Quijote. Los trabajos de Persiles y Segismunda (1617). Los trabajos hu l-aħjar xiehda li s-suġġetti tar-rumanz Biżantin kienu għadhom ħajjin imma wkoll li kienu għadhom ħajjin il-forom u l-ideat tar-rumanz Spanjol tat-tieni Rinaxximent. F'dax-xogħol li kien ippubblikat wara mewtu, Cervantes jirrakkonta storja ta' mħabba ideali u t-taħbit li ma jitwemminx ta' koppja li telqu mir-reġjuni Artiċi biex waslu Ruma, fejn isibu tmiem hieni għall-avventuri komplikati tagħhom. Poeżija Xi wħud mill-poeżiji tiegħu qegħdin f' La Galatea. Kiteb ukoll Dos canciones a la armada invencible. L-aħjar xogħol tiegħu però jinstab fis-sunetti, l-iżjed fAl túmulo del rey Felipe en Sevilla. Fost il-poeżiji importanti tiegħu jispikkaw il-Canto de Calíope, l-Epístola a Mateo Vázquez, u l-Viaje del Parnaso (Vjaġġ lejn Parnażu), (1614). Dan tal-aħħar huwa l-iżjed xogħol tiegħu ambizzjuż bil-versi, allegorija li l-biċċa l-kbira tikkonsisti minn rivisti ta' poeti kontemporanji. B'pargun mal-kapaċità tiegħu bħala rumanzier, Cervantes hu sikwit meqjus bħala poeta medjokru, minkejja li hu stess kien dejjem jittamma li jkun rikonoxxut għat-talenti poetiċi tiegħu. Drammi Il-fama tad-drammi ta' Cervantes naqset ukoll, imma tnejn minhom, El trato de Argel u La Numancia, (1582), fil-bidu għamlu impatt kbir u ma kienx hemm bħalhom sakemm deher Lope de Vega. L-ewwel wieħed minn dawn maqsum f'ħames atti kien ibbażat fuq l-esperjenzi tiegħu meta kien priġunier fl-Alġerija u fih tratta l-ħajja tal-ilsiera nsara fl-Alġerija. Id-dramm l-ieħor, Numancia hi deskrizzjoni tal-assedju ta' Numancia mir-Rumani mimlija traġedji u nieqes għal kollox mill-ħtiġijiet tal-arti drammatika. Aktar tard Cervantes kiteb 16-il xogħol ieħor għall-palk li fosthom tmienja huma drammi sħaħ: El gallardo español, Los baños de Argel, La gran sultana, Doña Catalina de Oviedo, La casa de los celos, El laberinto de amor, La Entretenida, El rufián dichoso, Pedro de Urdemalas, dram sensittiv fuq picaro li jmur jogħqod maż-żingari minħabba li kien iħobb tfajla minnhom. Kiteb ukoll tmien fares qosra (entremeses) : El juez de los divorcios, El rufián viudo llamado Trampagos, La elección de los alcaldes de Daganzo, La guarda cuidadosa, El vizcaíno fingido, El retablo de las maravillas, La cueva de Salamanca, El viejo celoso (Ix-Xiħ Għajjur). Dawn id-drammi u entremeses huma miġburin f'Ocho comedias y ocho entremeses nuevos, nunca representados (Tmien kummidji u tmien entermeses li qatt ma kienu rappreżentati) , li dehru fl-1615. L-entremeses ta' Cervantes li l-ordni u d-data tal-kitba tagħhom ma nafuhomx, qatt ma ttellgħu fi żmienu. Fidil għall-ispirtu ta' Lope de Rueda, Cervantes tahom xeħta ta' rumanzi bi trama sempliċi, it-tip ta' deskrizzjoni normalment assoċjata mar-rumanzi u l-iżvilupp tal-karattri. Id-djalogu hu sensittiv u ħafif. Cervantes jinkludi xi wħud mid-drammi tiegħu fost ix-xogħlijiet li kien sodisfatt bihom l-iżjed u kien jagħti t-tort lill-pubbliku għan-nuqqas ta' interess fihom. Din l-imġiba xi nies jispjegawha billi jgħidu li hu kien kontrarjuż u oħrajn bil-fatt li kien vanituż. Imma diffiċli nispjegaw kif Cervantes bil-moħħ penetranti u profond li kellu ma ndunax bil-limiti tat-talenti drammatiċi tiegħu, u l-iżjed meta naħsbu fit-traġedja tiegħu Numancia ma nistgħux naħfrulu l-qerq tiegħu innifsu li ma setax jeħles minnu. Cervantes kellu raġun iqis ruħu mogħni bil-ġenju għall-poeżija drammatika; imma ma żammx l-indipendenza kif messu żamm fil-konflitt kontra dak li kien mixtieq mill-pubbliku Spanjol f'xogħlijiet drammatiċi; u meta tilef din l-indipendenza u ċeda għar-regoli imposti minn ħaddieħor, l-invenzjoni u l-lingwa tiegħu waqgħu għal-livell ta' poeta ta' talent inferjuri. L-intriċċi, l-avventuri u s-sorpriżi, li f'dik l-epoka kkaratterizzaw id-drammi Spanjoli, ma kinux jaqblu mal-ġenju ta' Cervantes. L-istil naturali tiegħu kien profond u eżatt wisq biex jikkonformaw ma' ideat fantastiċi, espressi bil-versi irregolari. Noti u referenzi Ħoloq esterni L-ewwel kapitlu ta' Don Quixote bil-Malti Testi elettroniċi ta' Cervantes mill-Proġett Gutenberg Biblioteca Virtual Miguel de Cervantes – websajt bl-Ispanjol b'numru ta' ħoloq u awdjo ta' Don Quixote ta' Cervantes Don Quixote, Miguel de Cervantes Sit elettroniku dedikat lil Miguel de Cervantes CLM Quijote Cervantes fl-Università ta' Alcalá de Henares Inizzjattiva Cervantes Twieldu fl-1547 Mietu fl-1616 Kittieba tar-Rinaxximent Poeti Spanjoli Kittieba Spanjoli Rumanziera Spanjoli
2941
https://mt.wikipedia.org/wiki/H.%20G.%20Wells
H. G. Wells
Herbert George Wells (21 ta' Settembru, 1866 – 13 ta' Awissu, 1946) kien l-awtur ta' ħafna kotba lejn l-aħħar tas- Snin 1800. Huwa kiteb kotba bħal Ir-Raġel Inviżibbli (The Invisible Man), Il-Magna tal-Ħin (The Time Machine) u Il-Gwerra bejn id-Dinjiet (The War of the Worlds). Huwa spjega wkoll, kif dawn l-affarjiet li kiteb setgħu jsiru realtà. Wells, H. G. Wells, H. G. Kittieba Brittaniċi bl-Ingliż
2942
https://mt.wikipedia.org/wiki/Dante%20Alighieri
Dante Alighieri
Dante Alighieri (Durante degli Alighieri), poeta, politiku u kittieb Fjorentin (twieled bejn l-14 ta' Mejju u t-13 ta' Ġunju 1265 f'Firenze u miet fl-14 ta' Settembru 1321 f'Ravenna). Dante kien l-ewwel poeta kbir tal-ilsien Taljan, u l-ktieb tiegħu Il-Kummiedja Divina hu meqjus bħala wieħed mill-kapulavuri tal-letteratura universali. Iż-żgħożija Nafu li l-familja tiegħu kienet familja importanti Fjorentina, li kienet iżżomm mal-partit tal-Gwelfi u li isimha — fil-forma tagħha oriġinali — kien Alaghieri. Missieru, Alighiero di Bellincione, kien Gwelf abjad, imma ma sofriex il-vendetta tal-Gibellini, wara r-rebħa tagħhom fil-Battalja ta' Montaperti, u dan ta ċertu prestiġju lill-familja. Omm Dante kienet Bella degli Abati; Bella hu d-diminuttiv ta' Gabriella, imma jfisser ukoll "sabiħa". Mietet meta Dante kellu 13-il sena, fl-1278 (missieru miet 5 snin wara fl-1282). Alighiero kien jgħix għal xi żmien ma' Lapa di Chiarissimo Cialuffi (mhux ċert jekk kinux miżżewġin), u kellu żewġt ulied magħha, ħu Dante, Francesco, u oħtu, Tana (Gaetana). Meta Dante kellu 12-il sena, fl-1277, ġie miftiehem iż-żwieġ tiegħu ma' Gemma, bint Messer Manetto Donati, u wara żżewwiġha. Iż-żwiġijiet miftehmin f'dawn l-etajiet baxxi ma kinux ħaġa rari u għalihom kienet issir ċerimonja importanti li teħtieġ kuntratti uffiċjali ffirmati quddiem in-nutar. Dante kellu tliet ulied minn Gemma: Jacopo, Pietro u Antonia. Antonia daħlet soru bl-isem ta' Sor Beatrice. Ieħor jismu, Giovanni, kien jgħid li kien bin Dante u akkompanjah fl-eżilju imma m'hemm l-ebda prova li kien ibnu. Ftit nafu dwar l-edukazzjoni ta' Dante; wieħed jista' jippreżumi li studja d-dar. Għadda xi żmien Bolonja u f'Firenze tgħallem fl-iskola Franġiskana ta' Santa Croce, taħt Remiġju dei Girolami tal-iskola Dumnikana ta' Santa Maria Novella u taħt Brunetto Latini. Iltaqa' ma' poeti u beda ħbiberija soda ma' Guido Cavalcanti. Huwa kważi ċert li studja l-poeżija Toskana, fil-mument meta l-iskola poetika Sqallija, grupp kulturali minn Sqallija, bdiet issir magħrufa fit-Toskana. Minħabba l-interessi tiegħu skopra l-menestrelli, il-poeti Provenzali u l-kultura Latina. Jidher ċar li kellu ammirazzjoni kbira lejn Virġilju "Inti l-imgħallem tiegħi u l-awtur tiegħi; inti dak biss li minnu ħadt l-istil sabiħ li għamilli unur.", kiteb fil-Kummiedja Divina (L-Infern — Canto I). Wieħed irid jenfasizza li fil-Medjuevu l-fdalijiet tal-Imperu Ruman kienu saru mifrudin għal kollox, u baqa' xi tużżana stati żgħar, b'mod li Sqallija kienet imbiegħda (kulturalment u politikament) mit-Toskana daqs li din kienet minn Provenza: ir-reġjuni ma kellhomx l-istess lingwa u l-komunikazzjoni kienet diffiċli. Nistgħu nissoponu li Dante bħan-nies intellettwali ta' żmienu, kien raffinat u kellu bosta interessi biex ngħidu hekk "internazzjonali". Beatrice u l-Vita Nuova Kien fl-1274 li Dante ltaqa' għall-ewwel darba ma' Beatrice. Isimha veru kien Bice di Folco Portinari, iżżewġet lil Simone de Bardi u mietet fl-1290. Ftit nafu fuq l-istorja tal-imħabba tiegħu għal Beatrice, issublimata fil-Vita Nuova (miktuba bejn l-1292 u l-1294) li fiha ddeskriva l-ewwel laqgħa ma' Beatrice, li dak iż-żmien kellha biss disa' snin. Qabel it-tieni laqgħa għaddew disa' snin oħra (spjega iżjed tard it-tifsira simbolika tan-numru disa', in-numru ta' Beatrice). Fil-Vita Nuova Dante ddeskriva l-imħabba tiegħu u d-disperazzjoni li ħass meta mietet Beatrice. Irrakkonta l-kriżi profonda li qabditu, il-ġiri tiegħu 'l hemm u 'l hawn u l-avventura tiegħu ma' "sinjura nobbli" (bla dubju allegorija għall-filosofija), u fl-aħhar l-indima tiegħu. Għalkemm il-Vita Nuova hi x'aktarx ispirata mill-ħajja personali ta' Dante, bosta kritiċi għandhom dubju fuq l-eżistenza vera ta' Beatrice, jaraw fiha figura allegorika (xi wħud għadhom tal-fehma sal-lum li fil-Kummiedja Divina, Virġilju jirrappreżenta r-raġuni naturali, u Beatrice t-teoloġija). Ħolma li kellu Dante, u li daħħalha mal-ewwel poeżija fil-ktieb, tagħtina xi dawl: lil Dante jidhirlu l-alla Mħabba fi sħaba tan-nar u jġib miegħu lil Beatrice għarwiena mdawra b'liżar lewn id-demm. L-alla Mħabba jżomm f'idu l-qalb taqbad bin-nar ta' Dante u jagħtiha 'l Beatrice biex tikolha, imbagħad jitla' lejn is-sema magħha. Din il-ħolma turi r-rikkezza u l-qawwa evokatriċi tal-poeta fil-Vita Nuova, xogħol diffiċli biex ninterpretawh: it-tradizzjoni mistika (is-sħaba tan-nar pereżempju) imħabbla mat-tradizzjoni kortiża (l-istorja tal-qalb li tittikel), is-sejħiet lill-"fidili tal-imħabba" u l-laqgħat ta' dami jistiednu qari eżoteriku, waqt li l-viżjonijiet u l-ħolm enigmatiku jqiegħed ix-xogħol f'dimensjoni f'l-istess ħin eskatoloġika (il-mewt ta' Beatrice bħala orizzont) u misterjuża. Beatrice ġiet sikwit imxebbħa ma' qaddisa (b'referenza għall-aġjografija Franġiskana b'mod partikulari), u wieħed mill-aħjar manjieri li bihom nistgħu inħarsu lejn din il-figura ta' mara sovrana hi billi nistudjaw l-analoġiji notevoli ma' Kristu. Jekk inwarrbu fil-ġenb id-deskrizzjoni tal-virtujiet u r-rakkonti tal-mirakli li nsibu mferrxin mal-ħajja tal-qaddisin, bħalhom, il-Vita Nuova tiġbor fiha il-misterji ta' Beatrice. Il-Vita Nuova, li kienet diġà differenti mill-istil ta' dak iż-żmien, id-"Dolce Stil Novo", hi magħmula minn xi tletin poeżija, il-biċċa l-kbira sunetti, jixgħelu bi fjamma ta' mħabba u mistiċiżmu fl-istess ħin. Tnejn u erbgħin kapitlu bil-proża jikkumentaw fuq il-versi wieħed wieħed. Dante jagħlaq dan ix-xogħol bi stqarrija qisha viżjoni mis-sema li daħħal wara l-aħħar sunett: Ħa jikteb xi ħaġa li ħadd qatt ma kiteb, biex jgħanni l-glorja tal-maħbuba. Forsi kien diġà ħaseb fil-kapulavur tiegħu, il- Kummiedja Divina. Fjorentin attiv Dante kellu sehem attiv ħafna fil-ħajja politika ta' Firenze. Fil-ġlied li kien iħarbat l-Italja f'dak iż-żmien, Dante kien Gwelf akanit: indaħal f'bosta espedizzjonijiet kontra l-Gibelllini ta' Arezzo, ta' Bolonja u ta' Piża, u kontribwixxa ħafna bil-qlubija tiegħu għar-rebħa ta' Campaldino (1289) kontra l-Gwelfi ta' Arezzo, kif ukoll tal-kastell ta' Caprona, kontra 'l Piżanin (1290). Temm b'suċċess għadd kbir ta' missjonijiet politiċi u nħatar prijur ta' Firenze fl-1300, jiġifieri sar wieħed mill-maġistrati supremi tal-eżekuttiv. Imma l-Gwelfi , li kienu jiddominaw Firenze kienu maqsumin f'żewġ partiti: isSuwed, favur il-politika papali ta' Bonifazju VIII, u l-Bojod, li riedu iżjed awtonomija għall-belt. Fl-1300, il-papa Bonifazju VIII ried li l-komuni Toskani jkunu taħt il-ħakma imperjali ta' Ruma. Minn dak il-mument, Dante sar iżomm bil-qawwa man-naħa tal-Gwelfi bojjod, jiġifieri kontra l-indħil tal-papa. F'Ottubru tal-1301, bħala membru tal-Kunsill tal-mija, mar Ruma biex jipprova għall-aħħar darba biex issir konċiljazzjoni. Sadattant, Charles de Valois (1270-1325), jirrapreżenta 'l-papa, mar Firenze u ħataf il-belt bl-għajnuna tal-Gwelfi suwed trijunfanti. Bdew l-akkużi u s-sentenzi. Dante sar jaf fi triqtu lura li kien ikkundannat għal qliegħ illiċtu u insubordinazzjoni lejn il-papa u Charles de Valois. Irrifjuta li jidher quddiem il-qorti. Sentenza oħra li ħarġet fl-10 ta' Marzu 1302 mill-podestà Cante Gabrielli ta' Gubbio, ikkundannatu għall-ħruq. Ġidu kollu ġie kkonfiskat u hu ġie eżiljat ma' Gwelfi bojod oħra u qatt ma mar lura Firenze iżjed. Eżilju prolifiku Fil-bidu tal-eżilju, Dante kien jaħseb biex jassedja l-belt, flimkien ma' Gwelfi u Gibellini eżiljati oħra. Imma malajr abbandunah dan il-ħsieb u beda jiġri minn belt għal belt, jiġġieled kontra l-miżerja u jfittex il-protezzjoni fil-qortijiet tal-Italja ta' fuq: Forlì, Verona, Siena u għal darba oħra Arezzo. Għadda xi żmien Pariġi fejn kien jattendi l-università u fl-aħħar spiċċa Ravenna għand Guido de Polenta, fejn miet bil-malarja fil-lejl tat-13 jew l-14 ta' Settembru 1321, wara li kien ipprova għal xejn imur lura pajjiżu. Il-qabar veru tiegħu, ordnat mill-kardinal Gonzaga fl-1780, qiegħed Ravenna, fil-pjazza San Francesco, fiċ-ċentru storiku tal-belt. S'issa l-Fjorentini għadhom jixtiequ jieħdu lura l-fdalijiet tiegħu biex iqegħduhom f'sarkofagu fiċ-ċenotafju, mibni minn Luigi de Cambray Digny bl-istatwi ta' Stefano Ricci, li nistgħu naraw fin-navi tal-knisja ta' Santa Croce ta' Firenze, imma Ravenna baqgħet tirrifjuta li tagħti lura 'l din il-belt il-ġisem ta' persunaġġ li keċċiet. It-trattati De vulgari eloquentia Is-snin tal-eżilju kienu għal Dante perjodu ta' attività intellettwali sfieqa. Fl-1303, ikkonċentra fuq il-kwistjoni tal-lingwa vulgari u kiteb fuqha trattat bil-Latin: De vulgari eloquentia. L-ewwel ktieb kien iddedikat għal-bidu tal-ilsna, u wara għall-analisi tad-djaletti differenti Taljani. Dante wasal għall-konklużjoni li l-ebda lingwa vulgari m'hi aħjar minn oħra. Għalhekk kien jittama li titwaqqaf lingwa vulgari waħda li setgħet tinfirex mal-peniżola Taljana kollha. Fit-tieni ktieb, Dante wera li lingwa vulgari imma kkurata tista' tintuża għas-suġgetti l-iżjed nobbli, u tista' tiġi applikata fl-istil traġiku. Il Convivio Deher li fl-1305 Dante waqaf mill-kitba ta' De vulgari eloquentia mingħajr ma' lestiha, meta kien kiteb biss żewġ kotba mill-erbgħa li kienu ppjanati fil-bidu. Issa beda jipprattika l-ideat tiegħu billi tefa' ruħu fuq ix-xogħol monumentali tiegħu bid-djalett Toskan: Il Convivio. Fih is-suġġetti li s-soltu kienu jiġu ttrattati bil-Latin bħal: il-ġerarkiji tal-anġli, it-tifħir tal-filosofija u x-xjenza bħala t-triq għall-iżvilupp tal-bniedem, l-eżaltazzjoni tan-nobbiltà bħala valur intellettwali u morali li jikseb l-individwu, etc. Qisu Dante ħa f'idejh il-missjoni li jiftaħ il-bibien tal-kultura u tax-xjenzi antiki u kontemporanji għal numru ikbar. Barra minn hekk, ċerti passaġġi tal-Convivio għandhom l-għan li jiddefendu l-awtur mill-akkużi miġjubin kontra tiegħu. Jgħid fuq l-imrar li kellu f'qalbu minħabba li tkeċċa minn Firenze, belt twelidu li rabbietu fi ħdanha qabel tefgħetu 'l barra. Il Convivio fil-bidu kellu jkun fih ħmistax-il trattat, imma l-ewwel erbgħa biss inkitbu. De Monarchia Dante reġa' dar għal-Latin biex jesprimi l-opinjonijiet politiċi tiegħu fit-trattat De Monarchia, miktub bejn l-1313 u l-1318. Forsi kienet il-mewt ta' Neriku VII fl-1313 li tagħtu l-idea li jikteb trattat ġdid. In fatti, mal-mewt tar-re għebet għal kollox kull tama li Dante xi jum jara l-awtorità imperjali terġa’ taħkem il-peniżola, għad-dannu tal-ħakma tal-papa. Fl-ewwel ktieb tat-trattat, Dante jfaħħar il-monarkija universali bħala sistema politika ideali biex tiggarantixxi l-paċi u, hekk l-hena tal-bnedmin. It-tieni ktieb jipprova juri li hu l-poplu Ruman li għandu jkollu l-awtorità suprema, għax hu bid-dritt l-eredi tal-Imperu Ruman, jiġifieri skont ir-rieda t'Alla, u mhux biss bil-forza. Fl-aħħar, it-tielet u l-aħħar ktieb jittratta r-relazzjonijiet bejn l-imperatur u l-papa, l-awtorità tat-tnejn ġejja minn Alla, imma kull wieħed għandu jeżerċitaha fil-qasam proprju tiegħu: il-qasam spiritwali għall-papa u l-qasam temporali għall-imperatur. It-trattat kien meqjus bħala eretiku u mqiegħed fuq l-indiċi tal-kotba projbiti fejn baqa' sal-1881. Dante x'aktarx kien ukoll l-awtur ta' Quaestio de aqua et terra, trattat qasir li jipprova juri li l-isferi tal-ilma u tal-art m'humiex konċentriċi. Barra mit-trattati, wiritna żewġ egloġi bil-Latin mibnija fuq il-manjiera ta' Virġilju li minn żogħżitu kien jammira bil-qalb. Dawn kienu risposti ndirizzati lil Giovanni del Virgilio li kien jgħallem ir-retorika fl-università ta' Bolonja u kien iċanfar lil Dante talli kien kiteb il-Kummiedja Divina bit-Toskan minflok bil-Latin. Esperiment poetiku oriġinali Il-kollezzjoni ta' Le Rime li tiġbor fiha 54 biċċa hija tassew xogħol ta' sperimentazzjoni poetika. Minkejja li l-ġabra u l-organizzazzjoni ta' dawn il-kitbiet saru wara Dante, x'aktarx li hu kien l-awtur tal-parti l-kbira tal-poeżiji. Fost dawn il-kitbiet sperimentali, insibu r-rime petrose li tiġbor fiha żewġ għanjiet li jiddeskrivu ritratt ta' mara b'qalb tal-blat li ma jistgħux ma tjfakkruniex fil-poeżiji tal-trovaturi Provenzali. Il-kapulavur ta' ħajtu Dante beda jikteb il-Kummiedja Divina mill-1306 u x'aktarx baqa' sejjer biha sa mewtu. Ix-xogħol fil-bidu kellu sempliċiment l-isem Commedia, imma wara, il-kummentaturi ewlenin tal-ktieb żiedu l-aġġettiv divina. Ix-xogħol jirrakkonta vjaġġ immaġinarju ta' narratur li jsib ruħu f'daqqa waħda ġo foresta mudlama. Hemm, jiltaqa' ma' Virġilju li jistiednu jidħol ġod-dinja ta' lil hemm. Dante jsegwiħ u jibda' d-dawra tiegħu b'żjara lill-infern u wara lill-purgatorju u fl-aħħar lill-ġenna. Il-vjaġġ sħiħ lil Dante ħadlu l-ġimgħa mqaddsa kollha tas-sena 1300. Immexxi minn Virġilju, niżel id-disa' ċrieki tal-infern, imbagħad tela' s-seba' terrazzi tal-purgatorju sal-ġenna tal-art u fl-aħħar tela' fid-disa' sferi konċentriċi tal-ġenna. Virġilju qdieh bħala gwida sal-bieb tal-ġenna, imma ma setax jidħol ġewwa miegħu għax billi kien twieled qabel il-miġja ta' Kristu, ma setagħx jibbenefika mill-Passjoni tiegħu. Għalhekk kienet Beatrice li ħaditu f'idejha u mexxiet 'l Dante fl-Empirew. Fetħet il-bieb tas-salvazzjoni, imbagħad San Bernard iggwida r-rakkontatur fil-Warda tal-Qaddisin sal-viżjoni suprema. Ir-rakkont miktub fl-ewwel persuna, hu vjaġġ tassew innovattiv. Matulu, Dante jiltaqa' ma' xi mitt personalità, mill-figuri kbar mitiċi tal-antikità bħall-filosfi sal-personalitajiet lokali kontemporanji ta' Dante. Dan ix-xogħol monumentali nistgħu naqrawh f'bosta manjieri differenti, hu fl-istess ħin rakkont tal-vjaġġ personali ta' Dante, manwal teoloġiku nisrani li jiddeskrivi d-dinja ta' lil hemm, rumanz ta' valur etiku u morali u wkoll riflessjoni fuq it-tfittxija għas-salvazzjoni eterna. Parti mill-ġenju ta' Dante kien f'li kien jaf iħallat il-postijiet immaġinarji ma' esperjenzi konkreti. Minkejja li l-azzjoni ssir f'univers totalment metafiżiku, Dante kien jaf jiddeskrivi dawn l-imkejjen b'mod iddettaljat u jagħnihom b'ħafna realiżmu waqt li għammarhom b'dawn il-figuri kollha famużi u m'humiex. Fl-aħħar ta' vjaġġ għani imma iebes, is-salvazzjoni mogħtija lin-narratur hu messaġġ ta' tama għall-umanità kollha: il-wegħda tas-salvazzjoni għal kulħadd. Dante fil-kultura moderna I|l-ħajja u x-xogħol ta' Dante kellhom influwenza determinanti fuq it-tiswir tal-identità Taljana u b’mod ġenerali fuq il-kultura moderna. Hemm għadd kbir ta' kittieba u intellettwali li użaw u jkomplu jużaw il-Kummiedja u x-xogħlijiet l-oħra Danteski bħala għajn ta' ispirazzjoni tematika, lingwistika u espressiva. Hawn nagħtu ftit minhom. Letteratura Taljana tas-seklu 20: Fix-xogħol poetiku ta' Eugenio Montale jintużaw sikwit termini u formuli mill-poeżija u mill-Kummiedja ta' Dante. Il-poeta Mario Luzi uża bosta drabi it-temi Danteski u b'mod partikulari 'purgatorjali', pereżempju fil-poeżija La notte lava la mente. F' "Se questo è un uomo" ta' Primo Levi insibu bosta riferimenti għall-inżul Dantesk fl-Infern; barra minn hekk wieħed mill-kapitli hu strutturat bħala l-kontinwazzjoni tal-vjaġġ ta' Ulisse fil-canto XXVI tal-Inferno. Letteratura dinjija tas-seklu 20: Il-poeta Thomas Stearns Eliot ħa ispirazzjoni minn Dante u fil-v. 63 tal-poeżija The waste land (L-art iddeżolata) jittraduċi letteralment il-versi 56-57 tat-tielet canto tal-Inferno: "i' non averei creduto / che morte tanta n'avesse disfatta". Il-passaġġ jiddeskrivi għodwa Londiniża fejn il-folla tan-nies sejrin ix-xogħol hi assoċjata max-xbieha Danteska tal-ignavi. Fl-istess "The waste land", f' "What the thunder said" jiċċita espliċitament il-v. 148 tal-canto XXVI tal-Purgatorio:"Poi s'ascose nel fuoco che gli affina". Barra minn hekk jagħti l-vs 61-66 tal-canto XXVII tal-Inferno fid-daħla tal-poeżija "The Love Song of J. Alfred Prufrock". Fin-novella The Celestial Omnibus il-kittieb Ingliż Edward Morgan Forster introduċa persunaġġ misterjuż "ta' ġilda saffra, leħitu tal-biza' u għajnejh fil-ħofra", li "kien jismu Dan xiħadd" li kien imexxi vettura stramba biż-żwiemel, li fiha kien hemm miktub "Lasciate ogni baldanza voi ch'entrate"; imma wieħed mill-karattri, is-Sur Bons qal li kienet "lashy arty" jew xi ħaġa hekk u li baldanza kienet żball għal speranza. Fl-aħħar tad-dawra f'dinjiet abitati minn persunaġġi kbar tal-leġenda u tal-poeżija, it-tifel li temm il-vjaġġ "ħass weraq friski fuq ġbinu. Xi ħadd kien inkurunah." Il-poeta Ezra Pound kien jaf fil-fond il-poeżija Danteska u użaha f'xi passaġġi tax-xogħol ewlieni tiegħu, The Cantos. Il-poeta Arġentin Jorge Luis Borges li kien wieħed mill-kittieba l-iżjed importanti tas-seklu 20 tant kien jammira 'l-Kummiedja ta' Dante li wasal biex jgħid li kienet l-aħjar xogħol letterarju ta' kull żmien, il-quċċata tal-letteraturi. Kien kiteb Disa' saġġi Danteski u ta ħafna taħdidiet fuq il-poeżija sagra. Fix-xogħol tiegħu bosta drabi ttraduċa xi passaġġi mill-Kummiedja li inserixxa fil-poeżiji tiegħu bħal perezempju fil-"Poema conjetural" fejn ikompli l-episodju ta' Bonconte fil-Purgatorio, V. Noti u referenzi Ħoloq esterni Dante online (Società Dantesca Italiana) Dante Dartmouth Project La Commedia online Dante u Firenze ta' Marina Marietti, Professur fl-università ta' Pariġi III-Sorbonne Nouvelle. Dante u Beatrice (1883) — Pittura ta' Henry Holliday Koch u Dante — Id-disinji ta' Koch tal-Kummiedja Divina Ċentru Dantesk tal-Patrijiet Minuri Konventwali, Ravenna Qari u kummenti bit-Taljan minn Vittorio Sermonti tal-ewwel Cantica ta' Dante Qari u kummenti bit-Taljan minn Vittorio Sermonti tat-tieni Cantica ta' Dante Qari u kummenti bit-Taljan minn Vittorio Sermonti tat-tielet Cantica ta' Dante Ħajja ta' Dante bl-istampi Stanford Encyclopedia of Philosophy: Il-filosofija fix-xogħol ta' Dante The World of Dante multimedja, testi, mapep, gallerija, databażi, mużika, riżorsi għall-għalliema, kronoloġija Multimedja The Princeton Dante Project testi u multimedja The Dartmouth Dante Project databażi ċerkabbli ta' kummentarji Il-proġett Gutenberg Alighieri, Dante Alighieri, Dante Alighieri, Dante Alighieri, Dante
2944
https://mt.wikipedia.org/wiki/Friedrich%20Nietzsche
Friedrich Nietzsche
Friedrich Wilhelm Nietzsche (twieled f'Röcken, viċin Lützen, fil-15 ta' Ottubru 1844 - miet f'Weimar, fil-25 ta' Awwissu 1900) kien wieħed mill-iktar filosfi importanti tas-seklu 19 u kellu influwenza imponenti, artikulata u kontroversjali fuq il-ħsieb filosofiku tas-seklu 20. Twieldu fl-1844 Mietu fl-1900 Filosfi tas-seklu 19 Filosfi atei Eżistenzjalisti Filosfi Ġermaniżi
2952
https://mt.wikipedia.org/wiki/Karl%20Marx
Karl Marx
Karl Marx (5 ta' Mejju, 1818 Trier, Ġermanja – 14 ta' Marzu, 1883 Londra) kien filosfu Ġermaniż influwenti ħafna, ekonomista politiku, u organizzatur rivoluzzjonarju tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema. Filwaqt li Marx indirizza numru vast ta' punti u suġġetti, huwa jibqa' miftakar l-aktar għall-analiżi tal-istorja f'termini tal-ġlieda bejn il-klassijiet, miġbura fis-sentenza introduttorja tal-Manifest Komunista: "L-istorja tas-soċjetà eżistenti sal-lum, hija l-istorja tal-ġlieda bejn il-klassijiet."'' Teoristi Marx, Karl Marx, Karl Marx, Karl Marx, Karl Marx, Karl Marx, Karl Marx, Karl Marx, Karl Marx, Karl Komuniżmu
2954
https://mt.wikipedia.org/wiki/Filosfi%20tas-Seklu%20XIX
Filosfi tas-Seklu XIX
Lista ta' filosfi Immanuel Kant, 1724 - 1804 Gotthold Ephraim Lessing, 1729 - 1781 Moses Mendelssohn, 1729 - 1786 Georg Johann Hamann, 1730 - 1788 Thomas Jefferson, 1743 - 1826 Johann Gottfried von Herder, 1744 - 1803 Jeremy Bentham, 1748 - 1832 Solomon Maimon, 1754 - 1800 Friedrich Schiller, 1759 - 1805 Mary Wollstonecraft, 1759 - 1797 Johann Gottlieb Fichte, 1762 - 1814 Anne Louise Germaine Necker, Baronne de Staël-Holstein, 1766 - 1817 Wilhelm von Humboldt, 1767 - 1835 Friedrich Ernst Daniel Schleiermacher, 1768 - 1834 Georg Wilhelm Friedrich Hegel, 1770 - 1831 Friedrich Wilhelm Joseph von Schelling, 1775 - 1854 Johann Friedrich Herbart, 1776 - 1841 Bernard Bolzano, 1781 - 1848 Karl C.F. Krause, 1781 - 1832 Arthur Schopenhauer, 1788 - 1860 Auguste Comte, 1798 - 1857 Ludwig Andreas Feuerbach, 1804 - 1872 John Stuart Mill, 1806 - 1873 Charles Darwin, 1809 - 1882 Søren Aabye Kierkegaard, 1813 - 1855 Mikhail Bakunin, 1814 - 1876 Karl Marx, 1818 - 1883 Frederick Engels, 1820 - 1895 Herbert Spencer, 1820 - 1903 Fyodor Dostoevsky, 1821 - 1881 Wilhelm Dilthey, 1833 - 1911 Thomas Hill Green, 1836 - 1882 Franz Brentano, 1838 - 1907 Ernst Mach, 1838 - 1916 Charles Sanders Peirce, 1839 - 1914 William James, 1842 - 1910 Peter Kropotkin, 1842 - 1921 Friedrich Nietzsche, 1844 - 1900 Georg F.L.P. Cantor, 1845 - 1918 Francis Herbert Bradley, 1846 - 1924 Bernard Bosanquet, 1848 - 1923 Hans Vaihinger, 1852 - 1933 Josiah Royce, 1855 - 1916 Sigmund Freud, 1856 - 1939 Henri Bergson, 1859 - 1941 John Dewey, 1859 - 1952 Edmund Husserl, 1859 - 1938 Charlotte Perkins Gilman, 1860 - 1936 Lou Andreas Salomé, 1861 - 1937 Alfred North Whitehead, 1861 - 1947 George Santayana, 1863 - 1952 John Ellis McTaggart, 1866 - 1925 Ara wkoll Filosofija f'Malta Filosofija
2957
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0u%C5%BC%C3%A8%20Stagno
Ġużè Stagno
Ġużè Stagno huwa rumanzier li twieled f'Marsaxlokk fil-21 ta' Settembru, 1976. Huwa meqjus bħala l-enfant terrible tal-letteratura kontemporanja Maltija. L-ewwel ktieb tiegħu Nbid ta' Kuljum ġie ppubblikat fl-2001 u bih irnexxielu jirbaħ l-premju MAPA, kif ukoll spiċċa fit-tieni post fil-Premju Letterarju għall-istess ktieb. Fl-2003, Stagno ppubblika t-tieni ktieb tiegħu Xemx Wisq Sabiħa li ntlaqa' tajjeb ħafna mill-pubbliku kif ukoll mill-kritiċi u spiċċa wkoll fit-tieni post fil-Premju Letterarju ta' l-2003. Attwalment, Stagno qed jaħdem fuq numru ta' proġetti fosthom rumanz storiku u skript għat-televiżjoni.
2959
https://mt.wikipedia.org/wiki/Adrian%20Grima
Adrian Grima
Adrian Grima twieled fl-1968 u huwa attivist, kittieb, poeta kif ukoll għalliem tal-letteratura Maltija fl-Università ta' Malta. Speċjalizza fil-metafora u l-preżenza tal-Mediterran fil-letteratura Maltija, żewġ suġġetti li jgħallem fil-Fakultà ta' l-Arti. Kiseb id-Dottorat, taħt is-superviżjoni tal-Professur Joseph A. Buttigieg u l-Professur Oliver Friggieri, b'teżi dwar ħames metafori li sawru l-immaġinarju nazzjonali fil-letteratura Maltija. F'Mejju ta' l-2005, Dr. Grima nħatar Kap tal-Kumitat Tekniku għal-Letteratura mill-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti u ħa ħsieb l-organizzazzjoni ta' l-ewwel Festival Internazzjonali tan-Novella li sar f'Diċembru. F'Novembru ta' l-istess sena, mexxa simposju Ewropew dwar il-promozzjoni internazzjonali tal-letteratura li sar f'Malta organizzat minn Inizjamed u Literature Across Frontiers. Adrian Grima huwa l-koordinatur ta' l-inizjattiva kulturali Mediterranja Inizjamed, organizzazzjoni li waqqaf flimkien ma' oħrajn fl-1998. Fl-1999 ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu It-Trumbettier, ġabra ta' poeziji bil-Malti, flimkien mat-traduzzjonijiet tagħhom bl-Ingliż. B'an il-ktieb Grima rnexxielu jasal fit-tieni post fil-Premio Tivoli Europa Giovani għal kotba ta' poeżija ppubblikati fl-Ewropa fl-1999. F'Diċembru ta' l-2005 ippubblika The Tragedy of the Elephant, ġabra ta' poeżiji tradotti għall-Ingliż, fis-sensiela Contemporary Maltese Literature in Translation. It-tieni ktieb ta' Dr. Grima ħareġ f'Mejju, 2006 u jismu Rakkmu, isem imnebbaħ minn poeżija li tinsab fil-kollezzjoni stess. Dan il-ktieb huwa kollezzjoni ta' poeżiji miktuba bejn l-1995 u l-2005. Uħud mill-poeżiji tiegħu dehru f'pubblikazzjonijiet fl-Italja, Franza, Ċipru, l-Iżrael, l-Olanda, l-Awstrija, il-Ġermanja, u Korsika, u qara x-xogħlijiet tiegħu f'Malta, Belfast, Ċipru, Delfi, Katanja, Ruma u l-Ħag. Dr. Grima huwa l-editur ta' bosta kotba ta' letteratura kontemporanja bil-Malti. Ipproduċa u ppreżenta wkoll għadd ta' programmi fuq ir-radju. Bibljografija It-Trumbettier, 1999 Gżejjer - Letteratra mill-Periferiji, 2001 (editur) Gżejjer ta' Diversità Kulturali/Islands of Culutra Identity (flimkien ma' Kevin MacNeil), 2001 Bliet (u Miti), 2002 (editur) F'Kull Belt Hemm Kantuniera, 2003 (editur) "Dgħajjes Qodma u Maħmuġin" - Dun Karm, id-Dielja u l-Barranin, 2004 Ktieb għall-Ħruq, 2005 (editur) It-Trankwillità Qarrieqa tat-Test, 2005 (editur) The Tragedy of the Elephant, 2005 Rakkmu, 2006 Ħoloq esterni Is-sit uffiċjali tal-kittieb Is-sit tal-Kumitat Tekniku tal-Letteratura Maltija Is-sit ta' l-għaqda kulturali Inizjamed Babelmed: Is-sit dwar il-kultura fil-Mediterran, ta' liema Dr. Grima huwa wkoll il-korrispondent Malti Twieldu fl-1968 Poeti Maltin Kittieba Maltin Edituri Maltin Letteratura Kontemporanja Maltija
2961
https://mt.wikipedia.org/wiki/Maria%20Grech%20Ganado
Maria Grech Ganado
Maria Grech Ganado (twieldet fl-1943) hija poetessa bilingwi Maltija. Hija bint Dr Walter Ganado u għalhekk neputija ta' Dr Herbert Ganado, l-awtur ta' Rajt Malta Tinbidel. Biex titħabbar it-twelid ta' Maria lil Dr Herbert Ganado li kien internat inġustament fl-Uganda, peress li ma setgħux jibagħtulu telegrammi, minflok bagħtulu lira f'isem Maria u fehem li kienet twieldet l-ewwel neputija tiegħu. Studjat fl-universitajiet ta' Malta, Cambridge u Heidelberg. Kienet l-ewwel mara Maltija li nħatret full-time lecturer fl-Università ta' Malta fl-1971. Iżżewġet fl-1972 lil Louis Grech u għandha tlett itfal, fosthom Xandru Grech. Fl-1995, wara waqfa ta' iżjed minn 20 sena, reġgħet bdiet tgħallem sakemm irtirat fi Frar tal-2003. Maria hija poetessa bilingwi; tikteb kemm bl-Ingliż u bil-Malti. Il-poeżiji Ingliżi tagħha ġew ippubblikati f'rivisti prestiġjużi fl-Ingilterra u l-Awstralja. Ħarġet erbgħa ġabriet ta' poeżiji bil-Malti, Iżda Mhux Biss (1999), li rebaħ il-Premju Letterarju fis-sena 2000, Skond Eva (2001) u Fil-Ħofra Bejn Spallejha (2005) u Taħt il-Kpiepel t'Għajnejja (2014). Uħud mill-poeżiji tagħha jidhru wkoll f'antoloġiji Maltin kif ukoll Taljani, Franċiżi, Spanjoli, Litwani, Ceki u oħrajn . Fis-sena 2000 ingħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Grech Ganado kitbet ukoll poeżija ferm populari li jisimha Jum San Valentin. Din il-poeżija hija ddedikata lill-maħbub tagħha li ttradiha u hi kellha ssofri ċerti konsegwenzi minħabba dan it-tradiment. Jum San Valentin hija poeżija li bħalissa hawn ħafna studenti li qegħdin jitgħallmuha fl-iskejjel sekondarji. Monografija tal-poeżiji tagħha hi studjata wkoll għal-Livell Avvanzat tal-Matsec. Biblijografija Iżda Mhux Biss, 1999 Skond Eva, 2001 Ribcage, 2001 Fil-Ħofra Bejn Spallejha, 2005 Cracked Canvas, 2005 Memory Rap, 2005 Taħt il-Kpiepel t'Għajnejja, 2014 Framed, 2018 Twieldu fl-1943 Kittieba Maltin Tradutturi Maltin Poeti Maltin Letteratura Kontemporanja Maltija
2963
https://mt.wikipedia.org/wiki/Simone%20Inguanez
Simone Inguanez
Simone Inguanez (Bormla, 3 ta' Diċembru 1971) hija kittieba u poetessa Maltija. L-ikbar minn tliet aħwa, wara li qattgħet l-ewwel snin ta' ħajjitha tgħix Bormla, aktar tard marret tgħix flimkien ma' familtha f'Santa Luċija. Illum Simone tgħix il-Kalkara. Iggradwat mill-Università ta' Malta fil-liġi, forensika u psikoloġija. Fl-2005 ippubblikat il-ktieb tagħha, Ftit Mara, Ftit Tifla. Simone tifforma parti minn għadd ta' gruppi u għaqdiet letterarji u hija isem magħruf sew fil-qasam letterarju. Xogħlijiet Water, Earth, Fire and I, 2005 Ftit Mara, Ftit Tifla, 2005 Nies ħajjin Twieldu fl-1971 Poeti Maltin Kittieba Maltin bil-Malti Kittieba Maltin bl-Ingliż Nies minn Bormla
2966
https://mt.wikipedia.org/wiki/Norbert%20Bu%C4%A1eja
Norbert Buġeja
Norbert Bugeja twieled is-Siġġiewi fl-1980. Huwa għallem il-letteratura Ingliża u l-kritika letterarja fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela ta' l-Università ta' Malta u ħadem bħala ġurnalist. Kiteb il-lirika għal diversi kanzunetti tal-grupp Etnika u kien attiv fl-organizzazzjoni kulturali Inizjamed sa mill-bidunett taghha. Għal ħames snin kien l-editur letterarju tal-gazzetta IL-GENSillum. Ix-xogħlijiet letterarji tiegħu kisbu popolarità fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa ta' qarrejja Maltin u dehru f'għadd ta' antoloġiji, ġabriet, ġurnali letterarji (fosthom 'Cadences', ġurnal letterarju ta' l-Università ta' Ċipru) u programmi tar-radju u t-televiżjoni. Qara x-xogħlijiet tiegħu f'għadd ta' festivals letterarji. Il-Poeżija Il-poeżija ta' Norbert Buġeja taħfen l-aspetti varji ta' l-urbanità kontemporanja u tagħmel dan b'idjoma għal kollox friska fil-letteratura ta' Malta. Buġeja kontinwament ifittex is-sbuħija fl-ambjenti li ħoqna b'idejna: l-ibliet li fihom tinħma ħjjitna ta' kuljum. L-ibliet li nafu jew ma nafux bihom, it-toroq imdella li nibżgħu minnhom, il-pjazez li niskartaw jew li nfittxu biex nagħmlu frattarija, il-ħwienet fejn ninnegozjaw magħna nfusna, il-bars fejn nidħlu nsegwu lil ħajjitna tixjieħ u tintelaq minn grokk għal grokk. Buġeja jfittex metafora ġdida għal-letteratura Maltija, miktuba fi xbihat oriġinali u b'reqqa kbira fit-teknika letterarja, fil-metrika, r-ritmu u l-prosodija. Jinsisti fuq il-modi differenti kif il-poeżija 'tasal' ghand l-udjenza meta tinqara, u ghaldaqstant ifittex li janima l-qari ta' xogħlijietu b'mod li jinvolvi lil min ikun qiegħed isegwi l-poeżija f'intimità akbar max-xogħol. Norbert Bugeja iggradwa b'summa cum laude fil-Baċellerat u b'Distinction fil-Masters fil-letteratura Ingliża mill-Università ta' Malta. Bħalissa qiegħed iħejji d-dottorat fil-letteratura Ingliża u l-postkolonjaliżmu fl-Ingilterra. L-ewwel ġabra ta' xogħlijiet tiegħu kienet Stay, Fairy Tale, Stay - memoirs of a City Cast Adrift (Midsea Books, 2005. Trad. Maria Grech Ganado). Ippubblika għadd ta kitbiet kritiċi u qara diversi papers f'konferenzi akkademiċi, fosthom fl-Istitut Mediterranju u fid-Dipartiment ta' l-Ingliż fl-Universita ta Malta. Fl-2005 qara x-xogħol tiegħu fil-Konferenza EACLALS (European Association for Commonwealth Language and Literature Studies). Il-ġabra l-ġdida ta' poeżiji tiegħu bil-Malti (kitbiet li pproduċa fil-perjodu 1999-2006) mistennija tkun ippubblikata dalwaqt. F'kumment tieghu dwar il-poeżija ta' Buġeja, Albert Marshall iddeskrivih bħala poeta ewlieni li qed jgħaqqad il-pont tal-poezija Maltija mas-seklu wiehed u ghoxrin. Bibljografija Stay, Fairy Tale, Stay! Memoirs of a City Cast Adrift, 2005 Referenzi Ħoloq esterni Twieldu fl-1980 Poeti Maltin Letteratura Kontemporanja Maltija
2970
https://mt.wikipedia.org/wiki/Clare%20Azzopardi
Clare Azzopardi
Clare Azzopardi (5 ta' Lulju, 1977) hija awtriċi Maltija. Ħajja Hija temmet l-istudji tagħha fl-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta fl-1999. Fl-2002 bdiet l-istudji tagħha tal-Masters mal-Università ta' Sheffield, l-Ingilterra. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Kulleġġ Ġ.F. Abela. Xogħlijiet Il-poeżiji u l-istejjer qosra tagħha dehru f'diversi antoloġiji. Il-kitba tagħha nqalbet għall-Ingliż u dehret f'In Focus, Transcript, Words without Borders, West 47, Lettre International (Ungerija) and Kulturas Forms. Fl-2005, Azzopardi ippubblikat Others, Across, żewġ stejjer qosra li nqalbu għall-Ingliż u fl-2006 ippubblikat ġabra ta' novelli, Il-Linja l-Ħadra ("The Green Line"). Kitbet ukoll, fost testi oħrajn, In-Nisa Jafu Kif, Pretty Lisa u L-Interdett Taħt is-Sodda li nqaleb għall-Franċiż (Éditions Théatrales) u għall-Għarbi (I-ACT). Ħadet sehem f'diversi festivals letterarji fosthom il-Jaipur Literature Festival, l-Indja u l-Vrisak Festival ġewwa Rijeka, il-Kroazja. Biblijografija Kitba għat-tfal Meta l-Milied ma Ġiex Ġużeppina Hemm dal-post telqulu l-kuluri Mingu Il-Qtates ta' max-xatt Is-Sinjura Klaws Senduq Kuluri/Buffuri Senduq Riżorsi għall-Għalliema Esperimenti tax-xjenza (100 attivita) Kalejdoskopju 3-6 1.MT, 2.MT, 3.MT, 4.MT Terramaxka Tikka Malti 1a,1b, 2a, 2b, 3a, 3b, 4a, 4b Tikka Qari (series) Proża u poeżija għall-adulti Others, across Il-Linja l-Ħadra Din Mhix Tazza Klijenti Antipatici u Kapuccini Kesħin Għaraq Xort'Oħra Kulħadd ħalla isem warajh L-Art tal-Kliem Castillo Traduzzjonijiet mill-Franċiż Le Loup Qui Voulait Changer de Couleur Le Loup Qui ne Voulait Plus Marcher Berlingot est un Superhéros Zafo Le Petit Pirate Séraphin, Le Prince Des Dauphins Rosetta Banana N'est Pas Craca Crocky Le Crocodile A Mal Aux Dents Camille Veut Une Nouvelle Famille Les Bêtises de Manon Manon est Malade Le Dent de Manon L'Anniversaire de Manon Manon s'Habille Toute Seule La Grande Fabrique Des Mots Le Loup qui Avait Peur De Son Ombre Le Loup Qui S'amait Beaucoup Trop Le Loup Qui Decouvrait Le Pays Des Contes Le Loup Qui Encûetait au Musée P'tit loup va sur le pot P'tit loup n'aime que les pâtes Teatru L-Esperimenti ta' Fiona L-Interdett taħt is-Sodda In-Nisa Maltin Jafu Kif Pretty Lisa Twieldu fl-1977 Kittieba Maltin bil-Malti Letteratura Kontemporanja Maltija Clare Tradutturi mill-Franċiż għall-Malti Tradutturi mill-Ingliż għall-Malti
2975
https://mt.wikipedia.org/wiki/Russja
Russja
Ir-Russja (Russu: Россия), magħrufa uffiċjalment bħala l-Federazzjoni Russa (Russu: Российская Федерация), hi pajjiż fit-tramuntana tal-Ewroasja. Hija repubblika federali semi-presidenzjali, li tinkludi 83 suġġett (diviżjoni) federali. Mill-majjistral għal-lbiċ, ir-Russja taqsam fruntiera man-Norveġja, il-Finlandja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja (it-tnejn ma' Kaliningrad Oblast), il-Bjelorussja, l-Ukrajna, il-Ġeorġja, l-Ażerbajġan, il-Każakistan, iċ-Ċina, il-Mongolja, u l-Korea ta' Fuq. Ir-Russja taqsam ukoll fruntiera marittima mal-Ġappun madwar il-Baħar ta' Okhotsk, u l-Alaska madwar l-Istrett Bering. Bi 17,075,400 kilometru kwadru (6,592,800 mi kw), ir-Russja hija l-akbar pajjiż fid-dinja u tkopri aktar minn 12.5% miż-żona tal-art abitata tad-Dinja. Ir-Russja hija wkoll l-aktar nazzjon popolat b'143 miljun ruħ (2012). Testendi mal-Asja tat-Tramuntana kollha u hi mifruxa fuq disa' żoni tal-ħin. Ir-Russja tinkorpora firxa wiesgħa ta' ambjenti. L-istorja tan-nazzjon bdiet b'dik tas-Slavi tal-lvant, li ħarġu bħala grupp li jintgħaraf fl-Ewropa bejn is-seklu 3 u 8 QK. L-istat medjevali ta' Rus' twaqqaf fis-seklu 9 mill-gwerriera Varanġjani u d-dixxendenti tagħhom li komplew imexxuh. Fis-sena 988, l-istat adotta il-Kristjaneżmu Ortodoss mill-Imperu Biżantini, u hekk bdiet is-sintesi ta' kulturi Biżantini u Slavi li ddefiniet il-kultura Russa għall-millenju li jmiss.Fl-aħħar, Rus' imqasam f'numru ta' stati żgħar; Il-parti l-kbira mill-artijiet ta' Rus' invażjawhom il-Mongoli u saru tributarji tan-nomadiċi Orda tad-Deħeb. Bilmod, il-Gran Dukat ta' Moska rriunifika l-prinċipalitajiet Russi ta' madwar. B'hekk inkisbet l-indipendenza mill-Orda tad-Deħeb, u beda jiddomina l-wirt kulturali u politiku ta' Rus' ta' Kiev. Sas-seklu 18, in-nazzjon kien kiber ħafna permezz ta' konkwisti, annessjonijiet, u esplorazzjoni u sar l-Imperu Russu, li kien it-tielet l-akbar imperu fl-istorja, jibda mill-Polonja fl-Ewropa sal-Alaska fl-Amerika ta' Fuq. Wara r-Rivoluzzjoni Russa, ir-Repubblika Sovjetika Federattiva Soċjalista Russa saret l-akbar kostitwent li twassal għall-Unjoni Sovjetika, l-ewwel stat soċjalist kostituzzjonalment fid-dinja u superpotenza rikonoxxuta, li kellha rwol deċiżiv fir-rebħa alleata fit-Tieni Gwerra Dinjija. L-era Sovjetika rat xi wħud mill-aktar kisbiet teknoloġiċi sinifikanti fis-seklu 20, inkluż l-ewwel bniedem li mar fl-ispazju. Il-Federazzjoni Russa saret l-istat suċċessur tar-RSFS Russa wara x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika fl-1991, u hija rikonoxxuta bħala l-personalità legali kontinwa tal-Gvern tal-Unjoni Sovjetika. L-ekonomija Russa hija klassifikata t-tmiem l-akbar mill-PGD nominali u s-sitt l-akbar mix-xiri tal-parità tas-saħħa. Il-minerali estensivi u r-riżorsi tal-enerġija tar-Russja, huma l-akbar riżervi fid-dinja, kif ukoll għandhom wieħed mill-akbar produtturi taż-żejt u gass naturali globalment. Ir-Russja hija wieħed mill-ħames pajjiżi li għandhom l-istati tal-armi nukleari rikonoxxuta u jippossjedu l-akbar ħażna ta' armi tal-qerda tal-massa. Ir-Russja hija qawwa kbira u membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u membru tal-G8, tal-G20, tal-Kunsill tal-Ewropa, tal-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku, tal-Organizzazzjoni ta' Kooperazzjoni ta' Shanghai, tal-Komunità Ekonomika Ewrasjana, tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), u hija wkoll il-membru prinċipali tal-Istati Indipendenti tal-Commonwealth. Referenzi Russja Pajjiżi stabbiliti fl-1991
2979
https://mt.wikipedia.org/wiki/It-Trumbettier
It-Trumbettier
It-Trumbettier huwa ktieb ta' poeżiji bil-Malti u traduzzjonijiet bl-Ingliż ta' Adrian Grima li ħareġ fl-1999. Premjijiet Dal-ktieb rebah it-tieni premju fil-Premio Tivoli Europa Giovani għall-kotba ta' poeżija ppubblikati fl-Ewropa fl-1999. Trumbettier
2980
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bernard%20Cauchi
Bernard Cauchi
Bernard Cauchi (Awwissu 1976) huwa storiku, kittieb u għalliem Malti. Ippubblika l-ewwel kitbiet tiegħu fi Frekwenzi ta' Spirti fis-Sakra (1997), ktieb ta' poeżiji bix-xogħlijiet ta' erba' awturi. Minn dak iż-żmien, involva ruħu fil-qasam politiku, ambjentali kif ukoll letterarju fi ħdan il-moviment kulturali Inizjamed, u fi gruppi xellugin. Ikollabora wkoll fil-ġabra ta' kitbiet "Knisja tat-Triq" (2006). Hu huwa ghalliem tal-iskola ta' San Albert u jaghlem diversi suggetti bhal History u anke Mediteranean Experience. Sors - Student ta San Albert. Referenzi Ħoloq esterni Twieldu fl-1976 Nies ħajjin Kittieba Maltin bil-Malti
2988
https://mt.wikipedia.org/wiki/Enrico%20Mizzi
Enrico Mizzi
Enrico Mizzi, magħruf popolarment bħala Nerik Mizzi (Valletta, 20 ta' Settembru, 1885 – Valletta, 20 ta' Diċembru, 1950) kien politiku Malti li għal ftit serva bħala Prim Ministru ta' Malta. Hu jibqa' l-uniku Prim Ministru li miet fil-kariga, fl-età ta' 65 sena. Kien ukoll l-inqas wieħed li dam Prim Ministru, tliet xhur biss. Kien Kap tal-Partito Democratico Nazionalista l-ewwel u tal-Partito Nazionalista (il-Partit Nazzjonalista tal-lum il-ġurnata) sa mewtu. Tfulija Enrico Mizzi kien iben dak li sejħulu Pater Patriae (Padre della Patria jew Missier il-Patrija) jiġifieri Fortunato Mizzi u Maria Sofia Fogliero de Luna. Missieru kien avukat Għawdxi iben Maġistrat Għawdxi, waqt li ommu kienet mara ta' nazzjonalità Taljana li kienet residenti f'Malta. Fortunato Mizzi miet, fost niket kbir, fl-1905 meta ibnu Nerik kien għad kellu 19-il sena. Missier Nerik, Fortunato Mizzi, kien patrijott u nazzjonalista kbir. Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi fil-Partito Nazionale (imsejjaħ ukoll Partito Anti-Riformista) ta' Fortunato Mizzi l-antenat politiku ta' dak li kellu jsir il-Partit Nazzjonalista. F'dik l-epoka fejn l-awtoritajiet Imperjali Ingliżi ma kinux idumu jaħsbuha biex jippersegwitawk għal dak li tgħid u tistqarr. Kienet omm Nerik Mizzi, jew in-nazzjonalità Taljana tagħha, li l-aktar tat problemi lil Nerik Mizzi. Bosta kkunsidraw lil Enrico Mizzi bħala estremista fl-attakkament tiegħu għal-lingwa u l-kultura Taljana ta' Malta. Fil-fatt, bosta kienu jiddeskrivu lil Nerik Mizzi bħala estremista, radikali, idealista, irredentista, Faxxista u saħansitra traditur. L-ewwel erba' aġġettivi kienu jingħadu saħansitra minn bosta Panzavecchiani, li kienu kkunsidrati bħala nazzjonalisti moderati. Politika Minkejja li kien studja l-liġi fl-Università ta' Ruma u ta' Urbino, Nerik bilkemm qatt ipprattika l-professjoni legali tiegħu. Huwa kien iħossu aktar miġbud lejn il-politika u l-ġurnaliżmu – li għalihom baqa' magħruf sal-lum il-ġurnata. Il-karriera politika tiegħu tista' tgħid li bdiet f'Novembru tal-1915 meta ħareġ bħala kandidat għal Għawdex – fejn ingħata appoġġ liema bħalu. F'ħidmitu ħadem bis-sħih biex jikseb Kostituzzjoni liberali mill-Ingliżi. F'Mejju tal-1917 ġie arrestat f'daru stess u intbagħat għal sena l-ħabs – liema sentenza inbidlet mill-Gvernatur Methuen f'tbeżbiża serja, minflok ħabs. Waqt l-ewwel laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali, Nerik Mizzi ġie nominat u maħtur Segretarju tal-Assemblea b'vot unanimu. Twaqqif tal-Partit Nazzjonalista Fl-1921 Nerik ifforma l-Partito Democratico Nazionale, li fl-istess sena tella' erba' kandidati fuq Għawdex. Wara l-elezzjonijiet tal-1924 il-partit ta' Nerik ifforma gvern ta' koalizzjoni mal-Unione Politica Maltese. Fl-1926 dawn iż-żewġ partiti ingħaqdu u saru il-Partito Nazionalista – liema partit eventwalment spiċċa jmexxi fl-1942. Mizzi kien magħruf bħala “cavaliere senza macchia e senza paura” – kavallier bla tebgħa u bla biża'. Hu baqa' magħruf għall-patrijottiżmu u nazzjonaliżmu tiegħu, fi żmien fejn Malta kienet taħt il-ħakma Ingliża li kienu jikkuntrastaw mal-kultura nazzjonali Maltija, l-identità xi ftit jew wisq Taljana, il-lingwa Taljana f'Malta u reliġjon Kattolika Rumana. L-imperu kien wieħed fil-maġġoranza tiegħu Protestant, u bosta Nazzjonalisti kienu jemmnu li b'xi mod dawn jinfiltraw din ir-reliġjon f'Malta wkoll, li dak iż-żmien kienet meqjusa bħala “cattolicissima”. Mizzi u sħabu kienu jaħsbu li l-Ingliżi riedu jaqtgħu lill-Maltin mill-Ewropa f'kull settur sabiex ikunu jistgħu jikkontrollawh aħjar. Dan kien jinkludi l-proċess biex ikisser il-lingwa Taljana f'Malta, li kienet ilha f'Malta għal bosta sekli f'kull qasam tal-ħajja Maltija. L-Awtoritajiet Imperjali, skont il-Keenan Report li kien ikkummissjonat mill-istess Awtoritajiet Imperjali, bdew jaraw kif il-lingwa Maltija terġa' ssir djalett tal-Għarbi klassiku fi stat pur – u b'hekk jitneħħa kull element rumanz li kien fiha. Din kienet biss waħda fost il-proposti kulturali li riedet lill-Maltin eqreb tal-Ingliżi u aktar ‘il bogħod mit-Taljani – kulturalment, lingwistikament u anke politikament. Huwa permezz ta' din il-perspettiva li wieħed jista' jifhem għaliex Mizzi kien magħruf bħala “kavallier bla biża'”, hekk kif kull affinità mat-Taljani kienet meqjusa bħala theddida għall-Imperu Ingliż. Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kien Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ, tal-Agrikultura, tas-Sajd, tal-Posta u tal-Edukazzjoni. Deportat fl-Uganda Fit-30 ta' Mejju tal-1940 filwaqt li Mizzi kien il-Malta Printing Press, ġie arrestat u miżmum fil-Fortizza tas-Salvatur. Fi Frar tal-1942, il-Gvernatur Dobbie ħarreġ warrant illegali għad-diportazzjoni ta' 47 Maltin għall-Uganda – fosthom kien hemm Nerik Mizzi wkoll. Waqt l-eżilju tiegħu, Mizzi kien jagħmel dak li jista' biex iżomm aġġornat mas-sitwazzjoni politika f'Malta. Huwa żamm f'kuntatt mal-Membri Nazzjonalisti Eletti l-oħra tal-Kunsill tal-Gvern – Ġorġ Borg Olivier u Giuseppe Schembri. Riorganizzazzjoni tal-PN Il-grupp reġa' ddaħħal f'Malta fit-8 ta' Marzu tal-1945, fejn Nerik ma tilef l-ebda minuta u reġa' qabad bil-ħidma politika tiegħu billi jattendi s-Seduta tal-Kunsill fil-15 ta' Marzu. Malli wasal lura, Nerik fittex li jorganizza lill-Partit Nazzjonalista mill-qiegħ. L-ideoloġija tal-Partit Nazzjonalista, l-appoġġ li dan kellu għal-lingwa u għall-kultura Taljana ta' spiss kienet tintuża kontrih minn dawk li kienu jopponuh. Il-gazzetti ta' Strickland, magħruf bħala l-għadu ta' Mizzi kienu jpinġu lil Mizzi bħala traditur, bħala individwu b'simpatija lejn l-Italja Faxxista. Prim Ministru ta' Malta Ħames snin wara, f'Settembru tal-1950 Nerik Mizzi sar il-Prim Ministru ta' Malta – liema kariga damet biss tliet xhur, hekk kif fl-20 ta' Diċembru tal-1950, Mizzi miet fir-residenza tiegħu fil-Belt Valletta. Mewtu Enrico Mizzi, fuq is-sodda tal-mewt, qal testwalment dawn il-kliem, bil-lingwa Taljana: "Chiedo perdono a Dio di tutti i miei peccati. Se questa è la Sua volontà, io accetto volentieri la morte . Dite a tutti che ho fatto sempre il mio dovere e ho la coscienza tranquilla di aver fatto tutto per la Patria. Perdono a tutti come voglio che tutti perdonino a me." Wara dik il-frażi, dar fuq ibnu, illum il-Mons. Fortunato Mizzi fundatur tal-Moviment Azzjoni Soċjali, u qallu dejjem bit-Taljan: "Abbi cura di mamà, combatti per la Religione e per la Patria." (“Ħu ħsieb lil ommok, u ġġieled għar-reliġjon u għall-patrija.”) Mintoff ifaħħar lil Mizzi Wara l-mewt tal-Prim Ministru Nerik Mizzi, kienet saret seduta tal-Parlament f'ġieħu, li fiha taw l-eloġji tagħhom il-Prim Ministru ġdid Ġorġ Borg Olivier, Pawlu Boffa u Dom Mintoff. Mintoff kellu kliem ta' tifħir għal Nerik Mizzi, fejn fost l-oħrajn talab li ebda bniedem ma jħammġu fil-futur. Mintoff qal hekk dwar Mizzi: "...ahna sibnieh dejjem avversarju nadif, mingħajr odju, mingħajr vendetta...Kien bniedem li wera bil fatti illi l-ideal tiġġieled għalih mhux biss meta r-riħ ikun jonfoħ favur tiegħek imma wkoll fit-tempesti, ukoll fin-niket u fl-għawġ...huwa qatt ma biddel l-opinjonijiet tiegħu imma baqa' ta' karattru sod, baqa' Malti, l-aqwa fost il-Maltin." Karmenu Mifsud Bonnici jgħid li "l-ewwel wieħed li qam joħodlu b'idejh u jifraħ lil Mintoff fis-Sala tal-Arazzi fil-Palazz fejn kien jiltaqa' il-Parlament kien Robbie Borg Olivier, ħu Ġorġ Borg Olivier, li kien għadu kif sar Prim Ministru." "Dak ta' Mintoff kien l-aqwa u l-isbaħ fost it-tliet diskorsi. Għax għalkemm kien avversarju politiku aħrax ta' Mizzi, Mintoff wera li kien jammirah li f' ħajtu żamm dejjem sod, u bata għall-prinċipji politiċi tiegħu kontra l-ħakma fuq Malta tal-Gvern Imperjali Ingliż. Mintoff ma xxaħħahx ifaħħar il-patrijottiżmu ta' Mizzi u wera li kien se jkun huwa fit-tmexxija tal-ġlieda għad-drittijiet politiċi tal-poplu Malti, mingħand il-Gvern Imperjali Ingliż." "Għaddew 66 sena minn dik is-seduta Parlamentari li għaliha kont preżenti ma' żgħażagħ oħra fl-iStrangers Gallery. Għadu f' moħħi l-kliem kommoventi ta' Mintoff dwar Nerik Mizzi. Għadha quddiem għajnejja wkoll ix-xena impressjonanti ta' kif Nazzjonalisti akkaniti li kienu fl-iStrangers Gallery marru kollha madwar Mintoff biex jifirħulu u joħdulu b'idejh." Is-suċċessuri tiegħu Nhar id-19 ta' Settembru 1985, Eddie Fenech Adami qal li, "Il-karattru u l-valuri ta' Nerik Mizzi jpoġġuh f'livell li għandhom ikunu l-ispirazzjoni tal-Partit Nazzjonalista f'kull żmien għaliex għandhom bażi dejjiema." Nhar id-19 ta' Diċembru 2010, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi sejjaħlu "l-patrijott tal-valuri" u "l-valuri tiegħu jitqassru fil-motto Nazzjonalista 'Religio et Patria'." Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi Fl-2010, flimkien mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, Monsinjur Fortunato Mizzi waqqaf il-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi biex mhux biss tfakkar lill-ewwel żewġ Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, iżda wkoll biex tamministra l-propjetà, l-arkivji u l-memorabilia kollha tal-familja Mizzi. Issa hemm pjanijiet biex din il-Fondazzjoni, li s-segretarju tagħha huwa Richard Muscat, tikkonverti d-dar ta' Nerik Mizzi u tal-Monsinjur Fortunato Mizzi, fl-ewwel mużew tal-istorja politika f'Malta. Kwotazzjonijiet "L-onestà hija l-aħjar politika u għal din ir-raġuni aħna għandna nagħmlu d-dmirijiet tagħna mingħajr ma noqgħodu naħsbu fis-sagrifiċċji li dawn jiswelwna." - (It-tielet Kungress tal-Partito Democratico Nazionalista, 15 ta' Jannar 1923, Hotel de France, il-Belt Valletta) "Id-difisa tar-Religion taghna keghda issir dejjem izjed mehtiegia imhabba specialment li spirtu materialista li, biex nghid hecc, invada cull classi sociali tal gzejjer taghna u li m'hu xejn inkas pericolus mill comunismu." (1950) Referenzi Nerik Mizzi: il-ħajja ta' patrijott Malti (1975) Malta: Lux Press. Politiċi Maltin Twieldu fl-1885 Mietu fl-1950 Prim Ministri ta' Malta Mexxejja tal-Partit Nazzjonalista (Malta) Politiċi tal-Partit Nazzjonalista (Malta)
2994
https://mt.wikipedia.org/wiki/Renault%20Samsung%20Motors
Renault Samsung Motors
Renault Samsung Motors, hija kumpanija li timmanifattura l-vetturi tas-sewqan fil-Korea t'Isfel. Kumpaniji Kumpaniji li jimmanifatturaw vetturi fil-Korea t'Isfel
2998
https://mt.wikipedia.org/wiki/-onimija
-onimija
Kliem fil-Malti bis-suffiss -onimu (mill-Grieg onoma li tfisser "isem") jirreferi għal kliem bi proprjetajiet partikolari. Damma ta' kliem li jispiċċa -onimu akronimu: sigla komposta mill-ewwel ittri ta' titlu, isem, eċċ. antroponimu: isem ta' bniedem antonimu: kelma li turi oppost grammatika
3001
https://mt.wikipedia.org/wiki/Suffiss
Suffiss
Fil-lingwistika suffiss hu affiss li jista' jinhemeż ma' morfema. Huwa suffiss dak l-affiss li jinhemeż mal-morfema fuq il-lemin jew fuq wara tagħha. Eżempju: organizza (verb) + -azzjoni (suffiss) —> organizzazzjoni (nom). Ara wkoll l-eżempju ta' suffiss użat għall-ismijiet ta' pajjiż li jispiċċaw bi -stan. Lingwistika fr:Affixe#Place des affixes nn:Affiks#Suffiks
3002
https://mt.wikipedia.org/wiki/Affiss
Affiss
L-Affiss hu morfema li tinhemeż ma' morfema biex tiġi ffurmata kelma. Hemm affissi derivattivi, bħal dawk tal-Malti -ità (veru - verità) jew diż- (onest - diżonest), jew inflettivi, bħal dawk tal-plural fil-Malti -ijiet (bank - bankijiet) jew tal-ewwel (jew tat-tieni) persuna singular fil-perfett -t (kiteb - ktibt). Grammatika
3004
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ideolo%C4%A1ija
Ideoloġija
Il-kelma ideoloġija wettqet l-introduzzjoni tagħha fil-lingwa Maltija permezz tal-influss ta' vokabolarju Taljan fl-istess lingwa. Di fatti però l-kelma ideoloġija mhix oriġinarjament Taljana iżda ġiet introdotta mill-filosofu Franċiż Antoine Destutt de Tracy (1754-1836) li uża l-kelma idéologie, li jerġa' hija komposta minn verżjoni Franċiża tal-Grieg idea u s-suffiss Grieg logia. B'hekk ikollna l-kelma effettivament Griega ideologia li hawnhekk hija miktuba bi skritt Latin. Ġeneralment ideoloġija tirreferi għal sistema konċettwali ta' ideat, suppost internament koerenti, li jispjegaw fost l-oħrajn il-prinċipji u l-pedamenti fil-kuntest ta' ideat u jwasslu għall-miri definiti jekk applikati korrettament. L-ideoloġija, in teorija, tispeċifika l-miri u tispira l-mezzi. Tagħti wkoll limiti ta' azzjoni b'mod ġenerali u għal kwistjonijiet partikolari, u bażikament isservi biex tiggwida l-operat ta' min iħaddanha. Spiss, ideoloġija u ideoloġija politika huma ikkunsidrati sinonimi, iżda anke jekk bħala drawwa meta ngħidu ideoloġija nassoċjawha direttament mal-politika, jista' ikun hemm ideoloġiji mhux politiċi u anke ideoloġiji li mhux komplessi. L-ideoloġija hija għodda teoretika utli sabiex wieħed jagħraf jikklassifika ħsieb minn ieħor u speċjalment gruppi ta' ideat assoċjati ma' xulxin f'ideoloġija. Għaldaqstant, l-ideoloġija hija għodda klassifikatorja f'sens passiv iżda kapaċi tkun mezz ta' kif jittrawmu ideat ġodda u ideoloġiji ġodda. Spiss min jgħid li jħaddan ideoloġija, ma jagħmilx dan b'mod ortodoss u puritan u dan joħloq kunflitti meta mhux biss wieħed iħaddan ideoloġija iżda meta jabbina magħha tikketta li kapaċi ma tapplikax għal ċertu ideat imħaddnin. Ħafna wkoll iħaddnu ideoloġija u lanqas ikunu jafu biha għax ma jkunux ħasbu b'mod strutturali, xjentifiku u għaldaqstant klassifikatorju fil-konfront tal-ħsieb tagħhom. L-ideoloġiji huma rifless u anke fonti tal-ħsieb ta' kull wieħed minnha, anke dawk li m'għandhomx jew ma jridux ideoloġija. Politika
3037
https://mt.wikipedia.org/wiki/Immanuel%20Kant
Immanuel Kant
Immanuel Kant (22 t'April, 1724 - 12 ta' Frar, 1804) kien filosfu Ġermaniż. Huwa twieled u miet fi Königsberg, il-Prussja. Kant studja l-filosofija fl-Università tal-post u iktar 'l quddiem laħaq professur tal-filosofija. Kant twieled f'familja Luterana u għaldaqstant fi tfulitu attenda skola Luterana. Fl-1740 daħal fl-Università ta' Königsberg u hemmhekk studja dwar il-filosofija ta' Gottfried Leibniz u Christian Wolff. Kant kellu interess partikolari ħafna fit-teoriji ġodda tal-fiżika li ħareġ bihom Isaac Newton. Kant kien influwenza kbira fuq il-ġenerezzjoni żagħżugħa ta' żmienu, bħal ngħidu aħna, il-ħassieba Ġermaniżi Fichte, Schelling, Hegel u l-kittieba Helder, Schiller, u Goethe. Kant, Immanuel Kant, Immanuel Kant, Immanuel
3042
https://mt.wikipedia.org/wiki/Il-Ktieb%20tar-Ri%C4%A7%20u%20l-Fjuri
Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri
Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri huwa ktieb ta' poeżiji bil-Malti ta' Immanuel Mifsud li ħareġ fl-2001. Dan il-ktieb huwa ġabra ta' sittin poeżija miktuba bejn l-1989 u l-2001. Id-diżillużjoni bl-imħabba titħallat ma' l-imħabba tas-sabiħ, iċċelebrata l-aktar fil-versi erotiċi. Anki hawn jinstab il-vjaġġ bħala tema ċentrali, bil-kittieb li jsir il-pellegrin fi tfittxija għal xi ħaġa mhijex magħrufa. Minkejja l-kulur u l-ġmiel, xi poeżiji joħorġu fid-deher aspetti aktar negattivi tal-ħajja tal-kittieb. Xi wħud minn dawn il-poeżiji kienu tradotti għall-Ingliż minn Maria Grech Ganado, u nqalbu wkoll għall-Katalan, għas-Slovakk u s-Sloven, fejn inqraw f'festivals tal-poeżiji f'dawn il-pajjiżi. Premjijiet Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri ta' Immanuel Mifsud ġie fit-tieni post għall-Premju Letterarju tal-2002. Dakinhar, l-ewwel premju ma ngħatax. Poeżija bil-Malti Letteratura bil-Malti
3049
https://mt.wikipedia.org/wiki/Michel%20Foucault
Michel Foucault
Michel Foucault (twieled fil-15 ta' Ottubru 1926 – miet fil-25 ta' Ġunju 1984) kien filosfu Franċiż li kien jokkupa siġġu fil-Collège de France, li huwa stess intitola "L-Istorja tas-Sistemi tal-Ħsieb". Il-kitbiet tiegħu kellhom impatt enormi fuq xogħlijiet oħra: l-influwenza ta' Foucault kienet testendi mill-umanitajiet u x-xjenzi soċjali, sa oqsma ta' studju applikat u professjonali. Foucault huwa magħruf l-aktar għall-kritiċi tiegħu ta' bosta istituzzjonijiet soċjali, l-iktar il-psikjatrija, mediċina, u s-sistema tal-ħabs, kif ukoll għat-teoriji tiegħu dwar l-istorja tas-sesswalità. It-teoriji ġenerali tiegħu li jirrigwardaw il-poter u r-relazzjoni bejn il-poter u l-għerf, kif ukoll l-ideat tieghu riward id-"diskors" b'relazzjoni ma' l-istorja tal-ħsieb tal-Punent, ġew diskussi u applikati estensivament. Foucault kien ukoll kritiku ta' l-identitajiet implikati mis-soċjetà, mill-identità ta' raġel/mara u l-omosesswalità sa dik kriminali u ta' attivisti politiċi. It-teoriji ta' Foucault dwar l-identità huma spjegati bl-osservazjoni tiegħu illi l-identità omosesswali uriet progress matul is-snin minn att implikat sa identità implikata. Twieldu fl-1926 Mietu fl-1984 Filosfi tas-seklu 20 Filosfi Franċiżi Storiċi Franċiżi Filosfi politiċi Filosfi LGBT Kittieba omosesswali Filosofija tas-sesswalità Teorija Postmoderna Poststrutturaliżmu Teorija psikoanalitika Skulari tal-Marksiżmu Filosofija soċjlia Strutturaliżmu Retoriċi
3054
https://mt.wikipedia.org/wiki/Abjad
Abjad
L-Abjad hu kulur. Minnu nnifsu magħmul mill-kuluri kollha l-oħra. Infatti, jekk tgħaddi faxx ta' dawl abjad minn go priżma, il-faxx jinqasam fil-kuluri kollha. Idjoma Abjad karti jew Abjad silġ - Dawn iż-żewġ idjomi jintużaw biex juru li xi oġġett hu abjad ħafna, bħas-silġ. Jintuża ħafna drabi wkoll meta persuna tkun ma tiflaħx u l-lewn tal-ġilda tagħha jkun bajdani. Kuluri
3058
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ra%C4%A1el
Raġel
Raġel hu uman adult tas-sess maskili. Nużaw il-kelma "raġel" (pl. irġiel) f'kuntest ta' sesswalità bijoloġika. Raġel hu l-kontraparti tal-mara; is-sess femminili. Bniedem
3060
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ik%C4%A7al
Ikħal
L-ikħal jew blu hu l-lewn assoċjat mal-baħar u s-sema. Kuluri
3061
https://mt.wikipedia.org/wiki/Isfar
Isfar
L-Isfar hu l-lewn assoċjat max-xemx. Idjoma Isfar lellux - Il-lellux huma fjuri slavaġ sofor u din l-espressjoni tinuża biex turi li xi ħaġa hi safra ħafna. Kuluri
3062
https://mt.wikipedia.org/wiki/Iswed
Iswed
L-Iswed hu l-lewn assoċjat mad-dlam. Fil-verità dal-kulur ifisser in-nuqqas ta' kuluri oħra, l-oppost tal-abjad li hu magħmul mill-kuluri kollha. Idjoma Iswed faħma - Din l-idjoma tintuża biex turi li xi oġġett hu iswed ħafna, daqs il-faħam. Kuluri
3063
https://mt.wikipedia.org/wiki/A%C4%A7mar
Aħmar
L-Aħmar hu wieħed mill-kuluri tal-ispettru li hu perċepit mill-għajn uman. Għandu frekwenza minuri u, konsegwentament, għandu tul tal-mewġa ikbar mill-kuluri l-oħra viżibbli (bejn 630 u 760 nanometri). Hu wieħed mit-tliet kuluri primarji li miegħu jiżdiedu l-kuluri, fejn il-kulur komplementarju hu l-aħdar. Fil-passat kien ikkunsidrat ukoll bħala kulur primarju sottrattiv, waqt li l-kulur użat fl-istampar modern hu l-maġenta. Fil-psikoloġija tal-kulur umana, l-aħmar hu assoċċjat mas-sħana, l-enerġija u d-demm, u emozzjonijiet li jaġitaw lid-demm, fosthom ir-rabja, il-passjoni, u l-imħabba. Użu, simboliżmu u espressjoni verbali Bil-bidu tar-Rivoluzzjonijiet ta' l-1848, l-aħmar tas-"soċjalisti" kien użat fl-Ewropa mir-rivoluzzjonarji, ħafna drabi taħt forma ta' bandiera ħamra. Dan il-kulur kien użat ukoll bħala l-kulur tal-flokkijiet ta' l-armata ta' Giuseppe Garibaldi fi żmien ir-Risorgimento. Il-bandiera ħamra u sewda tissimbolizza l-anarkija. L-aħmar hu l-kulur li jindika s-sħana, per eżempju fil-mapep meteoroloġiċi. L-aħmar jattira l-ettenzjoni, u b'hekk jintuża' fis-sinjali ta' perikulu u biex juri l-emerġenzi Dan hu l-kulur tan-nar. Idjomi Maltin Aħmar nar – oġġett hu aħmar ħafna, jixbah lin-nar. 'Ħammartli wiċċi - ġegħiltni nistħi. Kuluri
3064
https://mt.wikipedia.org/wiki/A%C4%A7dar
Aħdar
L-Aħdar hu l-lewn assoċjat mal-pjanti u n-natura. L-ikbar parti tal-pjanti huma ħodor minħabba il-klorofilla, kimika li tgħin lill-pjanti jiffurmaw z-zokkor mid-dawl tax-xemx, l-arja u l-ilma. Kuluri
3066
https://mt.wikipedia.org/wiki/Gwerra%20Anglo-%C5%BBan%C5%BCibarjana
Gwerra Anglo-Żanżibarjana
Il-Gwerra Anglo-Żanżibarjana kienet miġġielda bejn ir-renju Unit u Żanżibar fis-27 t'Awwissu 1896. B'ħin kumplessiv ta' 45 minuta biss, din il-gwerra għandha r-rikordju tal-iqsar gwerra fl-istorja. Il-gwerra faqqgħet wara li s-Sultan Hamad bin Thuwaini, li bil-qalb kollha kien qiegħed jikkoopera mal-amministrazzjoni kolonjali tal-Brittanja, miet fil-25 t'Awwissu, u n-neptui tiegħu, Khalid bin Bargash, ħataf il-poter b'kolp ta' stat. Il-Britanniċi kienu jappoġġjaw kandidat ieħor, Hamud bin Muhammed, għax kienu jemmnu li setgħu jaħdmu u jmorru tajjeb miegħu, u b'hekk taw ultimatum lil Bargash biex jabdika. Bargash irrifjuta u minflok għaqqad armata ta' madwar 2,800 ruħ flimkien mal-jott armat tas-Sultan, l-H.H.S. Glasgow li kien ankrat fil-port. Filwaqt li t-truppo ta' Bargash bdew jiffortifikaw il-palazz, il-Marina Rjali ġabret ħames vapuri tal-gwerra fil-port qudddiem il-palazz (tliet krużers moderni, l-Edgar class krużer armat HMS St George, il-Pearl class krużer protett HMS Philomel, l-Archer class cruiser HMS Racoon, u żewġ gunboats HMS Thrush; HMS Sparrow). Il-Britanniċi wkoll kellhom gruppi ta' Marini Rjali biex jagħtu s-support lill-armata regolari "lealista" ta' Żanżibar, li kienet tammonta għal 900 ruħ f' żewġ battaljuni mmexxija mill-Ġeneral Lloyd Mathews, li għamel żmien bħala logutenen tal-Marina Rjali. Allavolja s-Sultan fl-aħħar, iddeċieda li jinneggoza l-paċi permezz tar-rappreżentant tal-Istati Uniti li kien hemm fuq il-gżira, il-vapuri tal-Marina Rjali fetħu n-nar fuq il-palazz fid-9 ta' filgħodu tas-27 t'Awwissu, hekk kif għalaq l-ultimatum. Il-Glasgow ġie mgħarraq fi ftit ħin, u l-palazz waqa'. Kif ra hekk, Bargash irtira malajr lejn il-konsulat Ġermaniż fejn ingħata asylum. Il-bumbardament waqaf wara 45 minuta. Il-Britanniċi ordnaw lill-Ġemaniżi biex jagħtuhom jeħilsu lis-sultan tagħhom, iżda dan irnexxielu jaħrab bil-baħar fit-2 t'Ottubru. Huwa baqa' jgħix f'eżilju f'Dar es Salaam sakemm inqabad mill-Britanniċi fl-1916. Wara ngħata l-permess biex jgħix f'Mombasa, fejn eventwalment miet fl-1925. Ara wkoll Il-Gwerra tat-Tliet Mija u Ħamsa u Tletin Sena: probabbilment l-itwal gwerra fl-istorja. Ħoloq esterni Artiklu tal-Global Frontiers dwar il-gwerra L-entrata fil-Guinness Book of Records Żanżibar Gwerer tar-Renju Unit Gwerer tal-Afrika
3068
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mikhail%20Gorbachev
Mikhail Gorbachev
Mikhail Sergeyevich Gorbachev (bir-Russu: Михаи́л Серге́евич Горбачёв; twieled fit-2 ta' Marzu 1931 – miet fit-30 ta' Awwissu 2022) kien politiku Russu. Hu serva bħala t-tmien u l-aħħar mexxej tal-Unjoni Sovjetika bejn l-1985 u l-1991. It-tentattivi tiegħu għar-riformi wasslu għat-tmiem tal-Gwerra l-Bierda, kif ukoll ikkawżaw tmiem is-supremazija politika tal-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika (PKUS) u x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika. Fl-1990 ingħata l-Premju Nobel għall-Paċi. Gorbachyov u t-tmiem tat-tmexxija Komunista Mikhail Gorbachyov, li tela' fil-poter f'Marzu ta' l-1985, fl-età ta' 54 sena, kien l-aktar mexxej b'talent u dinamiku li r-Russja kienet rat għall-ħafna snin. Kien determinat li jbiddel u jerġa' jagħti l-ħajja lil pajjiż wara s-snin sterili wara l-waqgħa ta' Krushchev. Hu kellu f'moħħu li jagħmel dan billi jimmodernizza lil Partit Komunista bl-ideat ġodda ta' glasnost (ftuħ) u perestroika (ristrutturar - ekonomiku u soċjali). Dan il-ħsieb ġdid mal-ewwel ħalla impatt fuq il-politika barranija, b'inizjattivi ġodda għal dètente, relazzjonijiet maċ-Ċina, tluq mill-Afganistan u fl-aħħar it-tmiem tal-Gwerra Bierda lejn l-aħħar ta' l-1990. Gorbachyov wera biċ-ċar x'kien ħażin fl-Unjoni Sovjetika, f'diskors li għamel waqt Konferenza tal-Partit fl-1988. Hu qal li s-sistema kienet wisq ċentralizzata u għalhekk ma ħallietx spazju għall-inizzjattiva individwali lokali. Kienet ibbażata kompletament fuq kontroll u tmexxija mill-istat u indirizzata wisq lejn id-difiża u industriji kbar u b'hekk kien hemm nuqqas ta' ġid lejn il-konsumatur. Gorbachyov ma riedx itemm il-Komuniżmu; ried ibiddel is-sistema preżenti, li kienet għada wisq Stalinista, ma waħda soċjalista li kienet umana u demokratika. Ħoloq esterni Il-Fondazzjoni Gorbachev Twieldu fl-1931 Mietu fl-2022 Presidenti tar-Russja Politiċi Russi Premju Nobel għall-Paċi
3073
https://mt.wikipedia.org/wiki/Asterojde
Asterojde
Asterojde tixbah ħafna lill-pjaneti, imma hija iżgħar. L-isem "asterojde" ġej mill-Grieg antik u jfisser "bħal stilla". L-asterojdi jafu jidhru bħal stillel żgħar fis-sema u huma wkoll iduru max-Xemx mhux bħall-istillel. Bħall-pjaneti, l-asterojdi ma jistgħux jipproduċu d-dawl. Minħabba f'hekk, ħafna nies jaħsbu li l-isem "asterojde" m'huwiex adattat u minflok kien hemm min ippropona l-isem "planetojde" ("bħal pjaneta"). Bosta asterojdi huma magħmula minn ġebla, iżda xi wħud minnhom huma magħmula mis-silġ jew mill-metall. Ħafna mill-asterojdi li hemm fis-Sistema Solari tagħna jinsabu f'dik li hija magħrufa bħala l-faxxa tal-asterojdi bejn Marte u Ġove.
3076
https://mt.wikipedia.org/wiki/The%20Beatles
The Beatles
The Beatles kienet band popolari tas-sittinijiet. Il-membri tal-band kienu John Lennon, Paul McCartney, George Harrison, u Ringo Starr. L-oriġini tal-band kienu f'Liverpool, l-Ingilterra. Il-band eventwalment saret popolari mad-dinja kollha, u jitqiesu bħala waħda mill-iktar bands influwenti fl-istorja tal-mużika. Għall-bidu Alan Williams kien il-maniġer tagħhom, u iktar 'il quddiem postu ħadu Brian Epstein. George Martin kien il-produttur ta' bosta mill-albums tagħhom. Kellhom 13-il album u numru ta' films. Biegħu il-fuq minn biljun (1,000,000,000) rekord, inklużi albums u singles. Fl-1970, l-istress u l-fama għamlu tagħhom u The Beatles sfaxxaw u ma baqgħux idoqqu iktar flimkien. L-erbgħa li huma iżda, bdew karrieri ta' solisti. John Lennon ġie assassinat fl-1980, imma t-tliet Beatles l-oħra ingħaqdu fis-snin 1990 u ħarġu żewġ rekords oħra. Dawn kienu "Free As A Bird" u "Real Love". Il-vuċi ta' John intużat f'dawn id-diski, għaliex il-Beatles l-oħra żiedu l-mużika fuq xi wħud mit-tejpijiet antiki tiegħu. Diskografija Please Please Me (1963) With the Beatles (1963) A Hard Day's Night (1964) Beatles for Sale (1964) Help! (1965) Rubber Soul (1965) Revolver (1966) Sgt. Pepper's Lonely Hearts Club Band (1967) Magical Mystery Tour (1967) (Double EP) The Beatles (White Album) (1968) Yellow Submarine (1969) Abbey Road (1969) Let It Be (1970) Diski Xi diski popolari tal-Beatles huma: She Loves You I Wanna Hold Your Hand A Hard Day's Night Help! Yesterday Paperback Writer Yellow Submarine All You Need is Love Hey Jude Back in the U.S.S.R. Let it Be The Long and Winding Road Films A Hard Day's Night (1964), dirett minn Richard Lester, co-starred Wilfrid Brambell, Norman Rossington, John Junkin, Lionel Blair, Victor Spinetti, u Derek Nimmo Help! (1965), dirett minn Lester, co-starred Leo McKern, Eleanor Bron, Victor Spinetti u Roy Kinnear Magical Mystery Tour (1967), TV special ta' siegħa Yellow Submarine, (1968) kartun Let it Be (1970), film-dokumentarju dwar il-produzzjoni ta' l-album li jġib l-istess isem Links esterni Awdjo u vidjo ma ' The Beatles għall-użu ħieles taħt liċenzja Creative Commons Beatles, The
3080
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mu%C5%BCew
Mużew
Mużew huwa post fejn jinżammu diversi oġġetti relatati u ħafna drabi wieħed ikun jista' jara kif dawn l-affarijiet inbidlu maż-żmenijiet. F'mużew tal-Istorja pereżempju wieħed isib oġġetti varji u stejjer ta' x'ġara f'artu mill-preistorja sal-lum il-ġurnata. F'mużew tal-Istorja Naturali mbagħad, wieħed isib annimali u pjanti (ibbalzmati jew foloz) li kienu jgħixu minn żminijiet ilu u li issa jaf anke ġew estinti.
3082
https://mt.wikipedia.org/wiki/AIDS
AIDS
AIDS huwa l-akronimu ta' Acquired Immune Deficiency Syndrome jew, aħjar bil-Malti, Sindrome ta' immunodefiċjenza akkwiżita u tiddefinixxi is-sindrome sseħħ minħabba n-nuqqas ta' linfoċiti T (T lymphocytes). Fost il-manifestazzjonijiet insibu infezzjonijiet rikorrenti minn mikroorganiżmi li normalment ma jkunux patoġeniċi (ċioè, ma jikkawżawx mard jew ħsara), kif ukoll żieda drastika fin-numru ta' tumuri, kemm dawk ta' natura komuni, kif ukoll dawk karatteristiċi ta' pazzjenti immunokompromessi (li għandhom sistema immunitarja difettuża) u wkoll tumuri partikolari u rari li jimmanifestaw ruħhom biss f'din is-sindrome, bħal ngħidu aħna Kapsosi sarcoma. Illum il-ġurnata nafu li l-AIDS hija kkawżata mill-virus HIV. Attwalment is-sindrome hija inkurabbli, jiġifieri mhux possibbli li jiġi eradikat totalment il-virus mill-ospite. Iżda t-terapija eżistenti, li hija ħafna iktar aħjar u tollerata minn dik użata fis-snin '80, jirnexxila tnaqqas il-viremja b'mod effettiv ħafna. L-andament kliniko-patoloġiku tas-sindrome huwa estermament varjabbli bejn l-individwi affettwati, u dan minħabba l-fatt li l-progressjoni ta' l-infezzjoni tiddependi fuq fatturi ġenetiċi kemm tal-virus (Campbell et al., 2004; Campbell et al., 2005; Senkaali et al., 2005) kif ukoll ta' l-ospite (Clerici et al., 1996; Morgan et al., 2002a; Tang et al., 2003), u tiġi wkoll affettwata mill-kundizzjonijiet iġeniċi u ko-infezzjonijiet (Morgan et al., 2002b; Lawn et al., 2004). Fil-pajjiżi fejn il-kura anti-retrovirali u anti-neoplastika, kif ukoll kura għall-infezzjonijiet opportunistiċi, huma disponibili, il-mortalità ta' l-AIDS tiġi ridotta ħafna (Palella et al., 1998). Dawn però għandhom ħafna effetti kollaterali (Montessori et al., 2004), u hemm ċans li l-pazzjenti jiżviluppaw reżistenza għall-farmaċi jew inkella ma jkollhomx aċċess għal din it-tip ta' mediċina. Bibljografija Becker, S., Dezii, C. M., Burtcel, B., Kawabata, H. and Hodder, S. (2002) Young HIV-infected adults are at greater risk for medication nonadherence. MedGenMed. 4, 21 PMID 12466764 Campbell, G. R., Pasquier, E., Watkins, J., Bourgarel-Rey, V., Peyrot, V., Esquieu, D., Barbier, P., de Mareuil, J., Braguer, D., Kaleebu, P., Yirrell, D. L. and Loret E. P. (2004) The glutamine-rich region of the HIV-1 Tat protein is involved in T-cell apoptosis. J. Biol. Chem. 279, 48197-48204 PMID 15331610 Campbell, G. R., Watkins, J. D., Esquieu, D., Pasquier, E., Loret, E. P., Spector, S. A. (2005) The C terminus of HIV-1 Tat modulates the extent of CD178-mediated apoptosis of T cells. J. Biol. Chem. 280, 38376-39382 PMID 16155003 Adachi A, Gendelman HE, Koenig S, Folks T, Willey R, Rabson A, Martin MA. (1986) Production of acquired immunodeficiency syndrome-associated retrovirus in human and nonhuman cells transfected with an infectious molecular clone. J Virol. 59, 284-291 PMID 3016298 Aldrovandi GM, Feuer G, Gao L, Jamieson B, Kristeva M, Chen IS, Zack JA. (1993) The SCID-hu mouse as a model for HIV-1 infection. Nature 363, 732-736 PMID 8515816 Baumann E, Bethell T, Bialy H, Duesberg PH, Farber C, Geshekter CL, Johnson PE, Maver RW, Schoch R, Stewart GT, et al. (1995) AIDS proposal. Group for the Scientific Reappraisal of the HIV/AIDS Hypothesis. Science 267, 945-946 PMID 7863335 Busch MP, Eble BE, Khayam-Bashi H, Heilbron D, Murphy EL, Kwok S, Sninsky J, Perkins HA, Vyas GN. (1991) Evaluation of screened blood donations for human immunodeficiency virus type 1 infection by culture and DNA amplification of pooled cells. N Engl J Med 325, 1-5 PMID 2046708 Canaani E, Tronick SR, Robbins KC, Andersen PR, Dunn CY, Aaronson SA. (1980) Cellular origin of the transforming gene of Moloney murine sarcoma virus. Cold Spring Harb Symp Quant Biol. 44 Pt 2, 727-734 PMID 6253207 Ciesielski CA, Marianos DW, Schochetman G, Witte JJ, Jaffe HW. (1994) The 1990 Florida dental investigation. The press and the science. Ann Intern Med 121, 886-888 PMID 7978703 Cohen J. (1994) The Duesberg phenomenon. Science 266, 1642-1644 PMID 7992043 Cohen J. (1994a) Duesberg and critics agree: Hemophilia is the best test. Science 266, 1645-1646 PMID 7992044 Cohen J. (1994b) Fulfilling Koch's postulates. Science 266, 1647 PMID 7992045 Cohen J. (1994c) The epidemic in Thailand. Science 266, 1647 PMID 7992046 Cohen J. (1994d) Could drugs, rather than a virus be the cause of AIDS? Science 266, 1648-1649 PMID 7992047 Duesberg PH. (1987) Retroviruses as carcinogens and pathogens: expectations and reality. Cancer Res 47, 1199–220 PMID 3028606 Duesberg PH. (1988) HIV is not the cause of AIDS. Science 241, 514, 517 PMID 3399880 Duesberg PH. (1989) HIV and AIDS: correlation but not causation. Proceedings of the National Academy of Sciences 86, 755–64 PMID 2644642 Duesberg PH. (1992) AIDS acquired by drug consumption and other noncontagious risk factors. Pharmacol Ther. 55, 201-277 PMID 1492119 Duesberg PH. (1996a) Inventing the AIDS virus. Regnery Publishing, Inc. Duesberg PH. (1996b) AIDS: Virus or Drug Induced?Springer Papadopulos-Eleopulos E, Turner VF, Papadimitriou J, Page B, Causer D, Alfonso H, Mhlongo S, Miller T, Maniotis A, Fiala C. (2004) A critique of the Montagnier evidence for the HIV/AIDS hypothesis. Med Hypotheses 63, 597-601 PMID 15325002 Galéa P and Chermann JC (1998) HIV as the cause of AIDS and associated diseases Genetica 104, 133-142 PMID 10220906 Grisson RD, Chenine AL, Yeh LY, He J, Wood C, Bhat GJ, Xu W, Kankasa C, Ruprecht RM. (2004) Infectious molecular clone of a recently transmitted pediatric human immunodeficiency virus clade C isolate from Africa: evidence of intraclade recombination. J Virol. 78, 14066-14069 PMID 15564517 Horton R. (1995) Will Duesberg now concede defeat? Lancet 346, 656 PMID 7658817 Hirsch VM, Johnson PR. (1994) Pathogenic diversity of simian immunodeficiency viruses. Virus Res. 32, 183-203 PMID 8067053 Jackson JB, Kwok SY, Sninsky JJ, Hopsicker JS, Sannerud KJ, Rhame FS, Henry K, Simpson M, Balfour HH Jr. (1990) Human immunodeficiency virus type 1 detected in all seropositive symptomatic and asymptomatic individuals. J Clin Microbiol. 28, 16-19 PMID 2298875 Jaffe HW, Darrow WW, Echenberg DF, O'Malley PM, Getchell JP, Kalyanaraman VS, Byers RH, Drennan DP, Braff EH, Curran JW, et al. (1985) The acquired immunodeficiency syndrome in a cohort of homosexual men. A six-year follow-up study. Ann Intern Med. 103, 210-214 PMID 2990275 Joag SV, Li Z, Foresman L, Stephens EB, Zhao LJ, Adany I, Pinson DM, McClure HM, Narayan O. (1996) Chimeric simian/human immunodeficiency virus that causes progressive loss of CD4+ T cells and AIDS in pig-tailed macaques. J. Virol. 70, 3189-3197 PMID 8627799 Koch R. (1884) Mitt Kaiser Gesundh 2, 1-88 Koch R. (1893) J. Hyg. Inf. 14, 319-333 Liska V, Khimani AH, Hofmann-Lehmann R, Fink AN, Vlasak J, Ruprecht RM. (1999) Viremia and AIDS in rhesus macaques after intramuscular inoculation of plasmid DNA encoding full-length SIVmac239. AIDS Res Hum Retroviruses. 15, 445-450 PMID 10195754 Locher CP, Barnett SW, Herndier BG, Blackbourn DJ, Reyes-Teran G, Murthy KK, Brasky KM, Hubbard GB, Reinhart TA, Haase AT, Levy JA. (1998) Human immunodeficiency virus-2 infection in baboons is an animal model for human immunodeficiency virus pathogenesis in humans. Arch Pathol Lab Med. 122, 523-533 PMID 9625420 Monti-Bragadin C, Ulrich K. (1972) Rescue of the genome of the defective murine sarcoma virus from a non-producer hamster tumor cell line, PM-1, with murine and feline leukemia viruses as helpers. Int J Cancer 9, 383-392 PMID 4339414 O'Brien SJ, Goedert JJ. (1996) HIV causes AIDS: Koch's postulates fulfilled. Curr Opin Immunol. 8, 613-618 PMID 8902385 O'Brien SJ (1997) The HIV-AIDS debate is over. HIV News Line 3 O'Neil SP, Novembre FJ, Hill AB, Suwyn C, Hart CE, Evans-Strickfaden T, Anderson DC, deRosayro J, Herndon JG, Saucier M, McClure HM. (2000) Progressive infection in a subset of HIV-1-positive chimpanzees. J Infect Dis. 182, 1051-1062 PMID 10979899 MMWR weekly (1981a) Pneumocystis Pneumonia- Los Angeles June 5, 30 250-252 MMWR weekly (1981b) Kaposi's Sarcoma and Pneumocystis Pneumonia among homosexual men - New York City and California July 4, 30 305-308 Nkengasong JN, Maurice C, Koblavi S, Kalou M, Yavo D, Maran M, Bile C, N'guessan K, Kouadio J, Bony S, Wiktor SZ, Greenberg AE. (1999) Evaluation of HIV serial and parallel serologic testing algorithms in Abidjan, Cote d'Ivoire. AIDS 13, 109-117 PMID 10207552 Peebles PT, Gerwin BI, Scolnick EM. (1976) Murine sarcoma virus defectiveness: serological detection of only helper virus reverse transcriptase in sarcoma virus rescued from nonmurine S + L-cells. Virology 70, 313-323 PMID 57666 Root-Bernstein R. (1993) Rethinking AIDS: the tragic cost of premature consensus. New York: Free Press Samdal HH, Gutigard BG, Labay D, Wiik SI, Skaug K, Skar AG. (1996) Comparison of the sensitivity of four rapid assays for the detection of antibodies to HIV-1/HIV-2 during seroconversion. Clin Diagn Virol. 7, 55-61 PMID 9077430 Schmidt CG. (1984) The group-fantasy origins of AIDS. J Psychohist. 12, 37-78 PMID 11611586 Silvester C, Healey DS, Cunningham P, Dax EM. (1995) Multisite evaluation of four anti-HIV-1/HIV-2 enzyme immunoassays. Australian HIV Test Evaluation Group. J Acquir Immune Defic Syndr Hum Retrovirol. 8, 411-419 PMID 7882108 Sinoussi F, Mendiola L, Chermann JC. (1973) Purification and partial differentiation of the particles of murine sarcoma virus (M. MSV) according to their sedimentation rates in sucrose density gradients. Spectra 4,237-243 Tebit DM, Zekeng L, Kaptue L, Krausslich HG, Herchenroder O. (2003) Construction and characterisation of a full-length infectious molecular clone from a fast replicating, X4-tropic HIV-1 CRF02.AG primary isolate. Virology 313, 645-652 PMID 12954230 Toplin I. (1973) Tumor Virus Purification using Zonal Rotors. Spectra 4, 225-235 Urassa W, Godoy K, Killewo J, Kwesigabo G, Mbakileki A, Mhalu F, Biberfeld G. (1999) The accuracy of an alternative confirmatory strategy for detection of antibodies to HIV-1: experience from a regional laboratory in Kagera, Tanzania. J Clin Virol. 14, 25-29 PMID 10548127 van den Berg H, Gerritsen EJ, van Tol MJ, Dooren LJ, Vossen JM. (1994) Ten years after acquiring an HIV-1 infection: a study in a cohort of eleven neonates infected by aliquots from a single plasma donation. Acta Paediatr. 83, 173-178 PMID 8193497 Weiss RA, Jaffe HW. (1990) Duesberg, HIV and AIDS. Nature 345, 659-660 PMID 2163025 Rossi Luca (1999) Sex Virus Feltrinelli-I Canguri Cayley, W. E. Jr. (2004) Effectiveness of condoms in reducing heterosexual transmission of HIV. Am. Fam. Physician. 70, 1268-1269 PMID 15508535 Clerici, M., Balotta, C., Meroni, L., Ferrario, E., Riva, C., Trabattoni, D., Ridolfo, A., Villa, M., Shearer, G.M., Moroni, M. and Galli, M. (1996) Type 1 cytokine production and low prevalence of viral isolation correlate with long-term non progression in HIV infection. AIDS Res. Hum. Retroviruses. 12, 1053-1061 PMID 8827221 Decker, C. F. and Lazarus, A. (2000) Tuberculosis and HIV infection. How to safely treat both disorders concurrently. Postgrad Med. 108, 57-60, 65-68 PMID 10951746 Dias, S. F., Matos, M. G., Goncalves, A. C. (2005) Preventing HIV transmission in adolescents: an analysis of the Portuguese data from the Health Behaviour School-aged Children study and focus groups. Eur. J. Public Health 15, 300-304 PMID 15941747 Dybul M, Fauci AS, Bartlett JG, Kaplan JE, Pau AK; Panel on Clinical Practices for Treatment of HIV. (2002) Guidelines for using antiretroviral agents among HIV-infected adults and adolescents. Ann Intern Med. 137, 381-433 PMID 12617573 Feldman, C. (2005) Pneumonia associated with HIV infection. Curr Opin Infect Dis. 18, 165-170 PMID 15735422 Gao, F., et al. (1999) Origin of HIV-1 in the Chimpanzee Pan troglodytes troglodytes. Nature 397, 436–441 PMIID 9989410 Gray F, Adle-Biassette H, Chrétien F, Lorin de la Grandmaison G, Force G, Keohane C. (2001) Neuropathology and neurodegeneration in human immunodeficiency virus infection. Pathogenesis of HIV-induced lesions of the brain, correlations with HIV-associated disorders and modifications according to treatments. Clin. Neuropathol. 20, 146-155 PMID 11495003 Guerrant, R. L., Hughes, J. M., Lima, N. L., Crane, J. (1990) Diarrhea in developed and developing countries: magnitude, special settings, and etiologies. Rev Infect Dis. 12 Suppl 1, S41-50 PMID 2406855 Guss, D. A. (1994a) The acquired immune deficiency syndrome: an overview for the emergency physician, Part 1. J. Emerg. Med. 12, 375-384 PMID 8040596 Guss, D. A. (1994b) The acquired immune deficiency syndrome: an overview for the emergency physician, Part 2. J. Emerg. Med. 12, 491-497 PMID 7963396 Heaton RK, Grant I, Butters N, White DA, Kirson D, Atkinson JH, McCutchan JA, Taylor MJ, Kelly MD, Ellis RJ, et al. (1995) The HNRC 500--neuropsychology of HIV infection at different disease stages. HIV Neurobehavioral Research Center. J. Int. Neuropsychol. Soc. 1, 231-251 PMID 9375218 Holmes, C. B., Losina, E., Walensky, R. P., Yazdanpanah, Y., Freedberg, K. A. (2003) Review of human immunodeficiency virus type 1-related opportunistic infections in sub-Saharan Africa. Clin Infect Dis. 36 656-662 PMID 12594648 Laga, M., Nzila, N., Goeman, J. (1991) The interrelationship of sexually transmitted diseases and HIV infection: implications for the control of both epidemics in Africa. AIDS 5 Suppl 1, S55-S63 PMID 1669925 Lawn, S. D. (2004) AIDS in Africa: the impact of coinfections on the pathogenesis of HIV-1 infection. J. Infect.Dis. 48, 1-12 PMID 14667787 Luft, B. J. and Chua, A. (2000) Central Nervous System Toxoplasmosis in HIV Pathogenesis, Diagnosis, and Therapy. Curr. Infect. Dis. Rep. 2, 358-362 PMID 11095878 Marx, J. L. (1982) New disease baffles medical community. Science 217, 618-621 PMID 7089584 MMWR weekly (1992) 1993 Revised classification system for HIV infection and expanded surveillance case definition for AIDS among adolescents and adults. December 18, 41 (RR17), 001 Montessori, V., Press, N., Harris, M., Akagi, L., Montaner, J. S. (2004) Adverse effects of antiretroviral therapy for HIV infection. CMAJ 170, 229-238 PMID 14734438 Morgan, D., Mahe, C., Mayanja, B. and Whitworth, J. A. (2002a) Progression to symptomatic disease in people infected with HIV-1 in rural Uganda: prospective cohort study. BMJ 324, 193-196 PMID 11809639 Morgan, D., Mahe, C., Mayanja, B., Okongo, J. M., Lubega, R. and Whitworth, J. A. (2002b) HIV-1 infection in rural Africa: is there a difference in median time to AIDS and survival compared with that in industrialized countries? AIDS 16, 597-6032 PMID 11873003 Orendi JM, Boer K, van Loon AM, Borleffs JC, van Oppen AC, Boucher CA. (1998) Vertical HIV-I-transmission. I. Risk and prevention in pregnancy. Ned. Tijdschr. Geneeskd. 142, 2720-2724 PMID 10065235 Palella, F. J. Jr, Delaney, K. M., Moorman, A. C., Loveless, M. O., Fuhrer, J., Satten, G. A., Aschman, D. J., Holmberg, S. D. (1998) Declining morbidity and mortality among patients with advanced human immunodeficiency virus infection. HIV Outpatient Study Investigators. N. Engl. J. Med. 338 853-860 PMID 9516219 Reeves, J. D. & Doms, R. W. (2002). "Human Immunodeficiency Virus Type 2" Journal of General Virology 83, 1253–1265 PMID 12029140 Rothenberg, R. B., Scarlett, M., del Rio, C., Reznik, D., O'Daniels, C. (1998) Oral transmission of HIV. AIDS 12, 2095-2105 PMID 9833850 Sadler, M. and Nelson, M. R. (1997) Progressive multifocal leukoencephalopathy in HIV. Int. J. STD AIDS 8, 351-357 PMID 9179644 Saitoh A, Hull AD, Franklin P, Spector SA. (2005) Myelomeningocele in an infant with intrauterine exposure to efavirenz. J Perinatol. 25, 555-556 PMID 16047034 Satishchandra P, Nalini A, Gourie-Devi M, Khanna N, Santosh V, Ravi V, Desai A, Chandramuki A, Jayakumar PN, Shankar SK. (2000) Profile of neurologic disorders associated with HIV/AIDS from Bangalore, south India (1989-96). Indian J. Med. Res. 111, 14-23 PMID Schneider, M. F., Gange, S. J., Williams, C. M., Anastos, K., Greenblatt, R. M., Kingsley, L., Detels, R., Munoz, A. (2005) Patterns of the hazard of death after AIDS through the evolution of antiretroviral therapy: 1984-2004. AIDS 19, 2009-2018 PMID 16260908 Senkaali, D., Muwonge, R., Morgan, D., Yirrell, D., Whitworth, J. and Kaleebu, P. (2005) The relationship between HIV type 1 disease progression and V3 serotype in a rural Ugandan cohort. AIDS Res. Hum. Retroviruses. 20, 932-937 PMID 15585080 Sperling RS, Shapiro DE, Coombs RW, Todd JA, Herman SA, McSherry GD, O'Sullivan MJ, Van Dyke RB, Jimenez E, Rouzioux C, Flynn PM, Sullivan JL. (1996) Maternal viral load, zidovudine treatment, and the risk of transmission of human immunodeficiency virus type 1 from mother to infant. N Engl J Med. 335, 1621–1629 PMID 8965861 Tang, J. and Kaslow, R. A. (2003) The impact of host genetics on HIV infection and disease progression in the era of highly active antiretroviral therapy. AIDS 17, S51-S60 PMID 15080180 Tovanabutra, S., Robison, V., Wongtrakul, J., Sennum, S., Suriyanon, V., Kingkeow, D., Kawichai, S., Tanan, P., Duerr, A., Nelson, K. E. (2002) Male viral load and heterosexual transmission of HIV-1 subtype E in northern Thailand. J. Acquir. Immune. Defic. Syndr. 29, 275-283 PMID 11873077 UNAIDS (2005) AIDS epidemic update. December 2005. Wadia RS, Pujari SN, Kothari S, Udhar M, Kulkarni S, Bhagat S, Nanivadekar A. (2001) Neurological manifestations of HIV disease. J. Assoc. Physicians India. 49, 343-348 PMID 11291974 White DA, Heaton RK, Monsch AU. (1995) Neuropsychological studies of asymptomatic human immunodeficiency virus-type-1 infected individuals. The HNRC Group. HIV Neurobehavioral Research Center. J. Int. Neuropsychol. Soc. 1, 304-315 PMID 9375225 World Health Organisation (1990) Interim proposal for a WHO staging system for HIV infection and disease. WHO Wkly Epidem Rec 65, 221-228 PMID 1974812 Zaidi, S. A. and Cervia, J. S. (2002) Diagnosis and management of infectious esophagitis associated with human immunodeficiency virus infection. J. Int. Assoc. Physicians AIDS Care (Chic Ill) 1, 53-62 PMID 12942677 Zhu T, Korber BT, Nahmias AJ, Hooper E, Sharp PM, Ho DD.(1998) An African HIV-1 Sequence from 1959 and Implications for the Origin of the Epidemic. Nature 391, 594–597 PMID 9468138 Ara wkoll :en:AIDS/references Ħoloq esterni HIV Insite HIV/AIDS Mard tas-sistema immunitarja Mard infettiv Pandemiċi Mard trasmess sesswalment (STD) Viroloġija