id
stringlengths
1
5
url
stringlengths
32
166
title
stringlengths
1
89
text
stringlengths
15
126k
2072
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ekonomija%20ta%27%20Malta
Ekonomija ta' Malta
L-ekonomija ta' Malta hija sostanjalment industrijalizzata fuq bażi ta' servizzi. Hija kklassifikata bħala ekonomija avvanzata mill-Fond Monetarju Internazzjonali u hija l-pajjiz huwa magħdud ma' dawk li għandhom dħul għoli skont il-Bank Dinji u b'ekonomija misjuqa mill-innovazzjoni mill-Forum Ekonomiku Dinji. Bħala membru tal-Unjoni Ewropeja, Malta addottat l-ewro fl-1 ta' Jannar 2008. Ir-riżorsi prinċipali ta' Malta huma l-ġebla, il-pożizzjoni ġeografika u l-prodott tal-ħaddiem Malti. Malta tipproduċi madwar 20% ta' l-ikel li teħtieġ, għandha sorsi limitati ta' ilma ħelu u m'għandha l-ebda sors domestiku ta' enerġija. L-ekonomija tiddependi fuq is-Suq Internazzjonali, manifatturat (speċjalment elettronika u tessuti) u fuq kollox, it-turiżmu; It-Tarzna ta' Malta, li hi kumpanija tal-Gvern, timpjega madwar 3,800 ruħ. Fis-sena 2000, 'l fuq minn 1.2 miljun turist żaru l-gżejjer. Il-Prodott Gross Domestiku (PGD) per capita hu ta' $13,800, li jpoġġi lil Malta fin-nofs tal-iskala ekonomika tal-Unjoni Ewropea, bejn l-istati sinjuri li oriġinarjament iffurmaw l-UE u l-istati li kienu komunisti tal-Lvant tal-Ewropa. Malta ingħaqdet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, anki jekk kien hemm kwistjoni kbira fuq jekk dan kellux iseħħ. Id-defiċit finanzjarju fil-baġit hu problema fl-ekonomija tal-pajjiż. L-Ekonomija Peress li Malta għandha ftit riżorsi naturali u suq żgħir, l-iżvilupp ekonomiku Malti kien ibbażat fuq il-promozzjoni tat-turiżmu u fuq l-esportazzjoni tal-manifattura li titlob xogħol intensiv. Sa min nofs is-snin 80, l-espansjoni f'dawn l-oqsma kienu il-mutur għat-tkabbir ekonomiku kbir ta' Malta. Investiment fl-infrastruttura sa mill-1987 stimula żieda fil-fortuni turistiċi tal-pajjiż. Iż-żieda fit-turiżmu u l-qliegħ fil-kambju tal-munita dderivat mit-turiżmu sa mid-dawra fl-1987 kien essenzjali biex tikber l-ekonomija Maltija, u jekk wieħed iqabbel iż-żieda minn dik is-sena għal dik ta' qabilha, ta' rispettivament, 30% u 63% (żieda f'termini ta' dollari Amerikani). Wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001, l-industrija tat-turiżmu marret naqra lura. Bl-għajnuna tas-settur ekonomiku internazzjonali, bil-preżenza ta' xi riżorsi domestiċi, u b'politika li tgħin lil investiment orjentat lejn l-esportazzjoni barranija, l-ekonomija setgħet tmantni żmien ta' żieda fl-attività ekonomika. Matul is-snin 90, iż-żieda ekonomika Maltija baqgħet għaddejja, bejn wieħed u ieħor, b'dan l-istess pass . Kemm id-domanda domestika (fil-parti l-kbira konsum) u b'żieda mill-infiq tal-Gvern u l-esportazzjoni ta' servizzi u oġġetti, ikkontribwixxew għal dawn ir-riżultati tajbin. Grazzi għal dan it-tkabbir fl-ekonomija, il-pajjiż żamm livell baxx ta' nuqqas ta' xogħol. Il-pressjoni fuq is-Suq tax-Xogħol żdiedet, u nuqqas ta' ħaddima abbli biżżejjed saret xi ħaġa komuni, anki jekk l-immigrazzjoni illegali qed tiżdied, u ż-żieda fil-Qligħ Reali qed dejjem togħla. Żieda fid-domanda kemm fis-settur pubbliku u kemm fil-privat għal kreditu wassal biex -- fl-ambitu tar-rati tal-interess - iseħħ kreditu fuq ir-razzjonament lis-settur privat u l-introduzzjoni ta' ħlas mingħajr interess lill-banek. Anki b'din il-pressjoni, l-inflazzjoni tal-prezz tal-konsumatur baqgħet baxxa, li jirreffletti il-politika tar-rata tal-kambju barranija u l-fdal ta' kontroll tal-prezzijiet. Il-Gvern Malti qed jipprova jmexxi politka ta' privatizazzjoni gradwali, jieħu xi passi biex ineħħi d-dipendenza tas-swieq fuq interventi diretti mill-gvern, u żieda f'aġenziji li jikkontrollaw lis-suq imma li jħalluh liberu. Però, meta komparata ma' standards internazzjonali, l-ekonomija għada regularizzata ħafna, u tidher li għandha xi xkiel ħabba problemi strutturali antiki. Hawn bażi soda fis-settur tal-manifattura fejn jidħlu prodotti li jiġu impurtati hawn Malta hu jiġu ri-esportati wara li jkun seħħ xi tibdil jew żieda, bħal elettronika, farmaċewtiċi u tessuti; is-settur tal-manifattura għandu 'l fuq minn 250 enterpriżi barranin li jesportaw ix-xogħol tagħhom. It-Turiżmu jiġġenera 35% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD), fejn Malta irnexxiela tattira 1.2 miljun visitur fis-sena 2000. Fis-sena 2000, l-ekonomija kibret b'7% f'termini nominali u 4.3% f' termini reali. In-nuqqas ta' xogħol kien tbaxxa għal 4.4%, l-iktar livell baxx fi 3 snin. Ħafna kumpaniji li qabel kienu tal-Gvern qed jiġu pprivatiżżati - u suq qed jinħeles. Minħabba d-daħla ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kellhom jinħelsu s-swieq ta' esportazzjoni u importazzjoni lejn l-istati li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea, bit-tneħħija ta' kwoti u tariffi ta' importazzjoni Malta saret parti ħajja mis-suq komun tal-Unjoni Ewropea. Il-Politka fiskali bħalissa hi diretta biex jonqos id-defiġit fil-baġitt, probabilment ħalli Malta tkun tista tidħol fl-Euro mill-iktar fis possibli. Id-dejn pubbliku żdied minn 24% tal-PGD fl-1990 għall-56% fl-1999. L-Għan hu ta' ratio tad-defiċit mal-PGD ta' madwar 3% fi 3 snin. Fis-sena 2000 dan ir-ratio kien ta' 6.6% tal-PGD, nuqqas minn 11% mis-sena ta' qabel. Ekonomija f'ċifri oħrajn: 0% (1998) Elettriku - konsum: 1,507 GWh (1998) Elettriku - esportazzjoni: 0 kWh (1998) Elettriku - importazzjoni: 0 kWh (1998) Agrikoltura - prodotti: patata, pastard, għeneb, qamħ, xgħir, tadam, ċitru, fjuri, bżar aħdar; majjal, ħalib, tiġieġ, bajd Esportazzjoni: $1.8 biljun (1998) Esportazzjoni - Affarijiet: makkinarju u għodda tat-trasport, manufatturat; Esportazzjoni - sħab: Franza 20.7%, Stati Uniti 18.1%, Ġermanja 12.6%, Renju Unit 7.7%, Italja 4.8% (1998) Importazzjoni: $2.7 biljun (1998) Importazzjoni - Affarijiet: makkinarju u għodda tat-trasport, manufatturat; ikel, xorb, u tabakk Importazzjoni - sħab: 19.3% Italja, 17.8% Franza, 12.4% Renju Unit, 10.5% Ġermanja, 8.9% Stati Uniti(1998) Dejn Barrani: $130 miljun (1997) Għajnuna Finanzjarja Rċevuta: Mhux Pervenut Munita: 1 ewro (€) = 100 ċenteżmu 1 lira Maltija (LM) = 100 ċenteżmu - cents Rati tal-Kambju: Lira Maltija (LM) per $ Amerikan 1 - 0.4086 (Jannar 2000), 0.3994 (1999), 0.3885 (1998), 0.3857 (1997), 0.3604 (1996), 0.3529 (1995) Sena fiskali: 1 ta' April - 31 ta' Marzu Ara Wkoll Malta Referenzi
2073
https://mt.wikipedia.org/wiki/Demografija%20ta%27%20Malta
Demografija ta' Malta
Malta hija waħda mill-artijiet li għandhom l-ogħla densità ta' popolazzjoni, b'madwar 1,250 ruħ għal kull kilometru kwadru (3,000 għal mil kwadru). Abitata sa minn żminijiet preistoriċi, Malta kienet l-ewwel kolonizzata mill-Feniċi, mill-Kartaġiniżi, ir-Rumani, il-Biżantini u l-Għarab. Iktar tard, l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann, it-Taljani, u l-Ingliżi influwenzaw il-ħajja u l-kultura Maltija. Il-maġġoranza tal-barranin f'Malta, is-soltu Ingliżi rtirati jew min jiddependi fuqhom, jgħix madwar in-naħa ta' Tas-Sliema. Il-Kattoliċiżmu Ruman hu r-reliġjon uffiċjali tal-pajjiż, hekk kif stabbilit fil-Kostituzzjoni Maltija; iżda, il-libertà tal-kuxjenza u tar-reliġjon huma protetti. Malta għandha żewġ lingwi uffiċjali: Il-Malti, l-ilsien nazzjonali, u l-Ingliż, filwaqt li t-Taljan jinftiehem ħafna wkoll billi kien ukoll lingwa uffiċjali sal-1934. Ir-rata tal-litteriżmu hi ta' 90%, waqt li fl-1946 kienet 63%. L-iskola hi obbligatorja sal-età ta' 16-il sena. Statistiki VitaliNational Statistics Office Malta Profil demografiku 2012 Dawn l-istatistiki demografiċi huma meħuda minn "Index Mundi 2012" jekk mhux indikat il-kontra. Popolazzjoni: 409,836 (Lulju 2011 st.) Struttura tal-età: 0-14 snin: 15.7% (rġiel 32,829; nisa 31,198) 15-64 snin: 68.5% (rġiel 142,006; nisa 137,803) 65 snin u iktar: 15.8% (rġiel 28,305; nisa 36,192) (2011 st.) Rata tat-tkabbir tal-popolazzjoni: 0.359% (2011 st.) Rata ta' twelid: 10.31 twelid/1,000 ruħ (2011 st.) Rata tal-mortalità: 8.72 mewt/1,000 ruħ (2011 st.) Rata netta ta' migrazjoni: 2 Migrant/1,000 ruħ (2011 st.) Proporzjon tas-sessi: mat-twelid: 1.06 rġiel/nisa taħt il-15: 1.05 rġiel/nisa 15-64 sena: 1.03 rġiel/nisa 65 sena u iktar: 0.79 rġiel/nisa popolazzjoni totali: 0.99 rġiel/nisa (2011 st.) Rata tal-mortalità infantili: 3.65 mewt/1,000 twelid ħaj (2011 st.) Għomor mistenni: popolazzjoni totali: 79.85 sena rġiel: 77.57 sena nisa: 82.26 sena (2011 est.) Rata totali tal-fertilità: 1.53 twelid/mara (2011 st.) Reliġjon: Kattoliċiżmu Ruman - 91% Litteriżmu: definizzjoni: 10 snin u iktar, jafu jiktbu u jaqraw; popolazzjoni totali 92.8% rġiel: 91.7% nisa: 93.9% (Ċensiment tal-2005) Popolazzjoni skont il-lokalità L-ikbar Bliet fl-1 ta' Jannar 2017 skont stimi ufiċċjali: San Pawl il-Baħar Birkirkara Il-Mosta Tas-Sliema Ħal Qormi Ħaż-Żabbar In-Naxxar San Ġwann Marsaskala Is-Swieqi Referenzi Demografija ta' Malta
2075
https://mt.wikipedia.org/wiki/WK
WK
Fl-iskala tas-snin fil-lingwa Maltija, it-terminu WK jalludi għall-frazi Wara Kristu u joqrob l-iktar lejn it-terminu bil-Latin Anno Domini li tfisser Fis-Sena ta' Sidna, jew b'mod komplet Anno Domini Nostri Iesu Christi, is-Sena ta' Sidna Ġesù Kristu. Din titqassar għal AD jew A.D., fil-Malti, WK jew W.K.. Din hija d-deżinjazzjoni użata biex jiġu numerati s-snin skond l-Era Kristjana. Din id-deżinjazzjoni llum tintuża kemm fil-kalendarju Ġuljan u kemm f'dak Gregorjan. Din tiddefinixxi epoka skond is-sena li hi tradizzjonalment konnessa mat-twelid ta' Ġesù Kristu. Snin ilu t-terminu a.C.n. (Ante Christum Natum, Latin għal "Qabel it-twelid ta' Kristu") kien jintuża minflok QK, anki jekk issa qed jintużaw l-iktar it-termini 'QK' u 'WK'. Din is-sistema, imsejħa L-Era Kristjana, hi l-unika sistema f'użu komuni fil-Pajjiżi tal-Punent, u s-sistema prinċipali għall-kummerċ u għax-xjenza fil-bqija tad-dinja. Fil-Malti dawn it-termini jitqiegħdu wara n-numru tas-sena, pereżempju: "30 WK" mhux "WK 30". Storja Kristjaneżmu Ħin
2076
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ewropa%20%C4%8Aentrali
Ewropa Ċentrali
L-Ewropa Ċentrali hija r-reġjun bejn iż-żewġ blokok li jiffurmaw l-Ewropa tal-Punent u dik tal-Lvant. Dan it-terminu beda jintuża' iktar wara l-waqgħa tal-Komuniżmu, meta spiċċaw ħafna delineazzjonijiet. Ir-reġjun jikkomprendi (minn fuq għal isfel) mill-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija, it-Transilvanja, is-Slovenja, u partijiet mill-Balkani. Xi drabi, il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Iżvizzera huma wkoll inklużi f'dan ir-reġun Ewropew. Storikament, m'hemmx fruntieri fiżiċi li juru lil dan ir-reġun. Hu iktar kunċett ta' storja komuni, f'għaqda kontra l-Lvant ikkaratterizzat mill-Imperu Ottoman u mir-Russja. Sal-Ewwel Gwerra Dinjija, fil-Punent kien hemm preponderanza ta' konservattiżmu kontra l-ideat liberali moderni meħudin mill-kummerċ internazzjonali; u, fl-aħħar mill-aħħar, mir-Rivoluzzjoni Franċiża. Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, u iktar u iktar, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, dawn l-ideat inġenerali, u d-demokrazija liberali iktar fil-partikulari, espandew il-fruntieri tagħhom mal-Ewropa ħielsa kollha. Il-kunċett ta' Ewropa Ċentrali qiegħed jiġi użat ħafna riċentement, anki jekk fadal biex jilħaq il-kunċetti ta' Ewropa tal-Punent u tal-Lvant. F'kuntesti storiċi u kulturali, l-Ewropa tal-Lvant tidher l-iktar fejn hemm inħawi li fihom il-Ġermaniżi għexu u tħawwdu mal-Islavi u l-Magjari, u fejn il-minoranzi tar-Rom u l-Lhud għamlu kontribut kulturali qawwi. Din in-nozzjoni tilfet ħafna mill-valur tagħha ħabba l-gwerer u d-diviżjoni fiżika u ideoloġika bil-Ġermaniżi imqegħdin fil-Punent, kemm politikament u kemm fiżikament. Dan it-terminu qed jerġa' jintuża ħafna wkoll minħabba t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea. Reġjuni tal-Ewropa
2077
https://mt.wikipedia.org/wiki/G%C4%A7awdex
Għawdex
Għawdex huwa parti mill-arċipelagu Malti, u huwa t-tieni l-akbar gżira fid-daqs wara Malta. Għawdex għandu ambjent aktar rurali. Għawdex magħruf bħala l-Gżira tat-Tliet Għoljiet, kif ukoll bħala l-Gżira ta' Kalipso, isem meħud mil-leġġenda ta' Omeru fl-Odissea, li tirrakkonta kif Ulisse żbarka fuq il-gżira ta' Ogigia (li jingħad li hi Għawdex), fejn Ulisse għex man-ninfa Kalipso. Storja Bħal Malta, l-istorja ta' Għawdex tmur lura sebat elef sena. Hawn instabu siti arkeoloġiċi antiki li xi wħud minnhom huma magħrufa sew, bħalma hu t-tempju megalitiku tal-Ġgantija fix-Xagħra. Hu possibli ħafna li l-ewwel nies li għexu fuq il-Gżejjer Maltin l-ewwel ma għexu kien f'Għawdex minħabba li din hi l-ewwel gżira li tintlaħaq minn Sqallija, minn fejn ġew l-eqdem abitanti tal-Gżejjer Maltin. L-istudjużi jaħsbu li l-ewwel abitanti tal-gżira kienu joqogħdu f'għerien u f'giren. Fi żmien ir-Rumani, Għawdex sar muniċipju għalih, bi flus u tmexxija differenti minn dik ta' Melita. Ic-Ċittadella Matul iż-żminijiet, iċ-Ċittadella jew kif l-Għawdxin għadhom isejħula, “il-Kastell”, kienet isservi bħala refuġju għall-Għawdxin, l-istess bħalma l-Imdina kienet isservi għall-Maltin, kull meta l-gżejjer tagħna kienu jigu attakkati mill-furbani. Mhux l-ewwel darba li dawn kienu jiżbarkaw u jattakkaw lil Għawdex. Ma ninsewx li meta Dragut ma setax jieħu dak li ried minn Malta fl-iżbark li għamel f’Malta fl-1551, kien dar lejn Għawdex u kaxkar miegħu mal-5,000 ruħ bħala skjavi, anke jekk dawn kienu qed jistkennu ġewwa s-swar tal-Kastell. Nafu li ċ-ċitadella kienet abitata, kemm fiż-żmien il-preistorja (2000-750 Q.K.), kif ukoll fiż-żmien ir-Rumani (madwar it-218 ’il quddiem). F’dan l-aħħar perjodu nstab li kienu nbnew diversi binjiet pubbliċi, bħal pereżempju tempji lill-allat pagani, kif ukoll monumenti li ġew mibnija f’ġieħ persunaġġi distinti tal-familji imperjali. Dak iż-żmien il-parti ffortifikata taċ-ċittadella kienet twassal aktar ’l isfel milli hija llum, dan biex tkopri u tipproteġi parti kbira mir-Rabat. Meta wieħed iżur iċ-Ċittadella, wieħed jinduna li llum din hija kważi vojta mill-abitanti. Biss, il-monumenti storiċi li fiha, jindikaw passat u ħajja oħra aktar vivaċi. Żgur li l-iżjed monument impressjonanti fiċ-Ċittadella huwa l-Katidral li kien imbena bħala knisja ewlenija mill-arkitett Lorenzo Gafà, bejn l-1697 u l-1711. Fiċ-ċokon tiegħu, dan il-katidral xorta jispikka u jagħti xeħta maestuża, mibni kif inhu fuq taraġ wieqaf. L-istatura tiegħu tesprimi d-devozzjoni tal-Għawdxin lejn il-Madonna u l-fidi tagħhom f’Alla. Dan it-tempju nbena wara li ta’ qablu beda jitlef l-istabbilità tiegħu wara t-terremot tal-1693. L-istess kien ġara lill-Katidral tal-Imdina, u bħalu din il-knisja kellha tinħatt u tinbena mill-ġdid. Il-Katidral huwa ddedikat lill-Assunzjoni (il-Madonna Tiela’ s-Sema’) u l-festa titulari hi ċċelebrata fil-15 ta’ Awissu. Il-Katidral għandu koppla taparsi, fis-sens li, minflok ġiet mibnija, il-koppla ġiet impinġija minn ġewwa b’tali mod u manjiera li meta tħares lejha minn taħt, taħsibha koppla ta’ veru. Dan l-affresk huwa xogħol kapulavur tal-pittur Taljan Antonio Pippi. Ma’ dan il-katidral hemm mużew żgħir tal-knisja li huwa ta’ ċertu interess. Quddiem il-Katidral naraw statwi ta’ żewġ Papiet: dik ta’ Piju IX, li kien stabilixxa lil Għawdex bħala djoċesi fl-1864, u dik ta’ Ġwann Pawlu II, li kien żar il-Katidral fis-26 ta’ Mejju 1990. Iċ-Ċittadella llum għandha ħafna binjiet imfarrka, biss għad fadlilha wkoll ħafna monumenti storiċi li jsebbħuha. Hawn jinsabu l-Palazz tal-Isqof u l-Qorti li ilhom hemm minn ħafna żmien. Insibu wkoll il-mużew tal-arkeoloġija f’Casa Bondì. Hemm ukoll il-Mużew tal-Folklor ġo dar antika u ħelwa, kif ukoll jeżisti mużew wkoll tax-xjenza naturali. Gvernatur ta' Għawdex Fl-1551, l-awtorità tal-ħakem ta’ Għawdex, jiġifieri dak li kien jippresiedi l-ġurati fil-Kunsill Popolari (jew l-Università), kienet abolita mill-Ordni ta’ San Ġwann. Floku l-Gran Mastru appunta uffiċċjal tal-Ordni biex jagħmilha ta’ Gvernatur tal-gżira. L-ewwel gvernatur li kien appuntat f’din il-kariga kien Fra Galazjan de Sesse, uffiċjal tal-Ordni ta’ Aragona. Dan l-ewwel gvernatur spiċċa ħażin ħafna għax safa mkaxkar bħala skjav mal-bqija tal-popolazzjoni, meta fl-istess sena li kien maħtur kien seħħ l-iżbark ta’ Dragut. Il-gvernatur ta’ Għawdex kellu s-sede tiegħu fiċ-ċittadella ta’ Għawdex. Dan kien imexxi b’mod awtokratiku, megħjun mill-ġurati tal-Kunsill. Il-gvernatur kien jagħmilha ta’ mħallef (Kastellan) ta’ Għawdex. F’kawżi ta’ importanza iżgħar kien hemm il-ġurati u l-kuntistabbli. Normalment, il-gvernatur kien iżomm il-kariga tiegħu għal madwar sena, biss kien hemm bosta li damu aktar minn hekk f’din il-kariga. Fir-rigward tad-difiża tal-gżira, il-Gvernatur kien jiddelega lil-Logutenent-Kmandant tiegħu biex imexxi r-riġment tal-Infanterija u mad-disgħin muskettier. Il-gvernatur kellu salarju bażiku ta’ 300 skud fis-sena. Hu kien igawdi wkoll minn taxxi dovuti lilu mill-bdiewa. Fil-knisja ewlenija tal-Kastell, hu kellu siġġu u inġinokkjatur magħmula apposta għalih. Dawn kienu jitqiegħdu fuq il-presbiterju, fuq in-naħa tal-ambone. Il-gvernatur ta’ Għawdex dejjem kien jieħu sehem fil-purċissjonijiet li kienu joħorġu minn din il-knisja. Agrikoltura Għawdex hu magħruf għall-prodotti tal-biedja li ħafna minnhom ikunu kkunsmati f'Malta. Ġeografija Għawdex hu 'l bogħod madwar sitt kilometri fil-Majjistral mill-eqreb art ta' Malta. Għawdex għandu erja ta' 67 km², b’tul ta’ 14-il km u b’wisa’ ta’ 7.25 km. Il-gżira għandha popolazzjoni ta' 30,000 ruħ, li 6,000 elef minnhom jgħixu r-Rabat. Ħoloq esterni Visit Gozo Ritratti u Webcam ta' Għawdex CoolGozo.com Ministeru Għal-Għawdex Kamra tal-Kummerċ Għawdxija PhotoGlobe: Għawdex Mappa t'Għawdex It-Temp f'Għawdex Irħula Għawdxin Għawdex Gżejjer ta' Malta
2078
https://mt.wikipedia.org/wiki/Feni%C4%8Bi
Feniċi
Il-Feniċi kienu poplu mil-Lvant Nofsani, min-naħat ta' fuq ta' fejn illum il-pjanuri tal-Lebanon, is-Sirja u l-Palestina. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li tferrxet tul il-Baħar Mediterran fl-ewwel millenju Q.K. Anki jekk in-nies ta' dawk ir-reġjuni kienu jsejħu lilhom infushom Kanaaniti, l-isem Feniċi ingħata mill-Griegi, li kienu jsejħulhom Phoiniki - Φοινίκη (Phoiníkē); il-kelma Griega għal Feniċi kienet sinonimu ta' kulur vjola fl-aħmar, bil-Grieg φοινίξ (phoinix), minħabba l-fatt li l-Feniċi kienu jikkummerċjaw drapp miżbugħ b'dan dan il-kulur. Dan il-kulur jinsab fil-bekkum, bebbuxu tal-baħar (isem xjentifiku: Murex trunculus. Il-Feniċi baqgħu jkattru r-rotot kummerċjali tagħhom u kienu waqqfu kolonji matul il-vjaġġi tagħhom, bħal Kartaġni, Lilybaeum, Spanja, Sardinja, Malta u anki mal-kosta Afrikana fl-Atlantiku. Il-Feniċi kienu jitkellmu ilsien Semitiku imsejjaħ Puniku mir-Rumani, minħabba li l-kelma għal vjola bil-Latin kienet Puniceus. Anki jekk il-Feniċi biż-żmien naqsu mill-kummerċ tagħhom, xorta il-kultura tagħhom baqgħet ħajja matul is-sekli madwar il-Mediterran kollu. Bidu tal-Poplu Feniċju Huwa diffiċli li wieħed jistabbilixxi data u post partikolari għal kif u fejn oriġinaw il-Feniċi bħala poplu distint minn ċiviltajiet u tribujiet kontemporanji oħra. Dan għaliex dawn kienu jgħixu fi bliet separati minn xulxin b'art muntanjuża, u kull waħda minn dawn l-ibliet kellha t-tmexxija awtonoma tagħha. Minkejja li ma kienx hemm gvern wieħed li jikkmanda dawn l-ibliet f'daqqa, xorta dawn kellhom karatteristiċi li jgħaqqduhom flimkien bħala ċiviltà omoġenja. Il-Feniċi ma kienu ħadd għajr ħlief il-Kananiti li jissemmew fil-Kotba Mqaddsa. Dawn kienu jabitaw fl-ibliet ta' Tir, Sidon, Byblos, Akka, u Serepta fost oħrajn; kollha bliet max-xtut tal-Libanu, is-Sirja u f'partijiet tal-kosta Palestinjana fejn illum hemm l-istat ta' Iżrael. Biż-żmien dawn l-abitanti kienu spiċċaw imrekkna fil-pjanuri ta' qrib ix-xtut tal-Lvant Nofsani, minħabba li madwar l-1200 Q.K. sar ħafna ċaqliq ta' popli fil-Lvant Nofsani, meta daħlu l-Filistini, l-Iżraeliti, popli li emigraw mill-Eġew u l-Balkani (magħrufa bl-Ingliż bħala s-Sea Raiders jew is-Sea Peoples) kif ukoll tribujiet li qarrbu lejn l-art tal-Palestina, min-naħa tat-Tramunta bħal ma kienu l-Aramej. B'mod ironiku, ħafna mill-materjal arkeoloġiku li hu attribwit strettament għall-poplu Feniċju ma nstabx f'dawn l-ibliet imsemmija hawn fuq iżda 'l bogħod minn arthom, f'siti arkeoloġiċi mxerrda madwar il-Mediterran kollu. Fil-vjaġġi tagħhom, il-Feniċi tħalltu ma' ħafna nies u dawn il-baħħara-negozjanti influwenzaw b'diversi modi lil bosta popli, filwaqt li fl-istess ħin huma ġew influwenzati minnhom. L-ilsien tal-Feniċi kien wieħed mid-djaletti Semitiċi li żviluppaw fil-Lvant Nofsani. Kontemporanju mal-ilsien Feniċju kien hemm l-Aramajk kif ukoll l-ilsien Ebrajk. Wieħed jista' jibda' jidentifika l-Feniċi bħala poplu distint, b'ċertezza minn madwar l-1200 Q.K. Il-Feniċi juru min huma b'diversi modi, mhux biss fl-ilsien tagħhom iżda anki fit-twemmin reliġjuż u r-ritwali tagħhom, kif ukoll fil-kwalità tax-xogħlijiet artiġjanali, l-aktar fil-fuħħar, fix-xogħol ornamentali, fid-deheb, fil-vażetti tal-ħġieġ u fid-drapp ħamrani-vjola li tant kien magħruf mal-Mediterran kollu. Dan tal-aħħar x'aktarx kien ir-raġuni prinċipali għaliex il-Feniċi bdew jikkummerċjaw ma' nies tant 'il bogħod minn arthom. Fuq il-fuħħar kienu jħobbu jiddisinjaw linji ġeometriċi, spirali u linji mmewġa, disinji ta' pjanti, l-aktar il-weraq tal-palm, u disinji ta' annimali, bosta minnhom ispirati mill-Anatolja, mis-Sirja, mill-Mesopotamja, u aktar u aktar mill-arti Eġizzjana. Dawn l-artiġjana kienu jagħmlu wkoll dekorazzjoni bl-avorju fuq l-injam b'dettalji artistiċi. Modi oħra kif jiġu identifikati l-Feniċi huma mill-kitba tagħhom. Għall-ewwel darba fl-istorja il-Feniċi żviluppaw alfabett magħmul minn kwantità ta' karattri li kull wieħed minnhom jirrappreżentaw ħoss ta' konsonant. Din il-kitba ġiet studjata mill-esperti u ddeċifrata b'mod li l-kitba Feniċja tista' tinqara'. Aktar tard, ma' dawn il-konsonanti, il-Griegi żiedu l-karattri li jirrappreżentaw il-ħsejjes tal-vokali biex b'hekk għaqqdu alfabett simili għal dak li nafu bih illum. Kummerċ Madwar l-1000 Q.K., il-Feniċi kienu bdew jivvjaġġaw fuq l-imriekeb tagħhom biex jinnegozjaw l-aktar mal-abitanti ta' Ċipru. Hemm stabbilew kolonja permanenti fejn setgħu jinnegozjaw u jpartu d-drapp ħamrani-vjola tagħhom mar-ram (Kúpros - l-isem ta' Ċipru - ifisser ram). Minn Ċipru kienu wkoll jimpurtaw il-ħadid u d-deheb li f'dik il-gżira huma materja prima. Intant l-isem "Feniċi", ingħata lilhom mill-Griegi - Phoinikes, referenza għad drapp ħamrani li l-Feniċi kienu jesportaw. Din ir-referenza ma kinitx tirreferi għall-poplu kollu Feniċju, iżda aktar għal dawk in-negozjanti li jbigħu d-drapp ħamrani. Intant il-Feniċi kienu jsejħu lilhom infushom, Kananiti (bl-Akkadjan: Kinakhnu). L-istess l-Eġizzjani kienu jafuhom ukoll b'dan l-isem. Sat-tmien seklu Q.K., il-Feniċi kienu diġà bdew jinfirxu u jinnegozjaw madwar il-Mediterran kollu. Huma kienu stabbilew preżenza f'bosta portijiet għall-kummerċ f'diversi prodotti artiġjanali. Intant hawn min jgħid li l-Feniċi kienu wkoll jagħmluha ta' sensara jew intermedjarji biex ibigħu l-prodotti ta' ħaddieħor. Minħabba dan in-negozju kontinwu, dawn stabbilew l-aġenti tagħhom f'bosta portijiet u dawn min-naħa tagħhom ġabu lil qrabathom biex jgħixu magħhom b'mod permanenti. B'hekk inħolqu bil-mod il-mod il-kolonji Feniċi b'mod paċifiku u naturali. Wieħed minn dawn il-postijiet kien f'Kartaġni, fit-Tuneżija; Kart Ħadaxt tfisser, il-Belt il-Ġdida. Minn kolonja Feniċja, din il-belt kibret sew u saret belt ekonomikament u militarment b'saħħitha, tant li kienet saret indipendenti u superjuri għall-ibliet minn fejn oriġinaw il-kolonizzaturi Feniċi. Intant, sa 574 Q.K. Tir, l-iktar belt Feniċja importanti ġiet meqruda, filwaqt li Kartaġni kompliet tiffjorixxi u ħolqot anki l-kolonji satellitari għaliha fi Spanja, f'Sardenja, fil-gżejjer Baleariċi, u f'Mozja, gżira żgħira qrib Marsala. fi Sqallija. Żmien Puniku Mis-seklu ħamsa Q.K. 'il quddiem, il-kultura Feniċja fil-Mediterran ġiet eġemonizzata minn dik tal-Kartaġiniżi. Minn hawn, l-istoriċi jibdew jirreferu għal din il-kultura li saret ibbażata aktar fil-Punent tal-Mediterran, bħala waħda Punika. It-terminu "Puniku" jirreferi b'mod ġeneriku għall-kultura Feniċja ta' wara l-ħames seklu Q.K. b'referenza għal Kartaġni bħala l-bażi prinċipali. Feniċi f'Malta Mhux magħruf għaliex il-Feniċi bdew jikkummerċjaw ma' Malta. Anzi hemm dubju jekk kinux jikkummerċjaw ma' Malta. Dan għas-sempliċi raġuni li Malta ma kellha l-ebda materja prima li biha wieħed seta' jpartat mal-prodotti offruti mill-baħħara-negozjanti Feniċi. X'aktarx l-ewwel darba li l-Feniċi tefgħu saqajhom l-art kien minħabba li Malta kienet tinsab fi triqithom lejn artijiet oħra u setgħu jagħmlu waqfa fil-portijiet ta' Malta matul il-vjaġġ twil tagħhom. Jista' jkun ukoll li hawn kien isir xi tiswijiet u manutenzjoni fuq l-imriekeb tagħhom qabel ma jkomplu l-vjaġġ. Minħabba li l-Lvant ta' Sqallija kien diġà kkolonizzat mill-Griegi, il-Feniċi qatt ma stabbilew ruħhom f'dawk in-naħat ta' Sqallija. Biss, stabbilew kolonja Feniċja fuq il-gżira ta' Mozja, gżira qrib Marsala. Dan ifisser li biex il-baħħara setgħu jaslu Mozja u warajha jaqsmu għal Kartaġni jew Sardinja, riedu jgħaddu mill-Kanal ta' Sqallija u għalhekk qrib Malta. F'Malta setgħu jtellgħu fl-imriekeb tagħhom l-art biex jinxef l-injam mill-ilmu li kien beda jtaqqlu, u biex ifornu lilhom infushom bl-ilma tax-xorb u l-ikel għall-bqija tal-vjaġġ. Biex jingħata l-proviżjon u servizzi oħra, l-abitanti Maltin kienu ipartu mall-prodotti li l-Feniċi kienu qed iġorru magħhom abbord.   Fdalijiet Feniċi f'Malta L-eqdem fdalijiet ta' oġġetti, binjiet u oqbra Feniċji li nstabu f'Malta jmorru lura għall-aħħar tat-tmien / bidu tas-seba' seklu Q.K. Dawn in-nies baħħara x'aktarx lbaħħru mal-kosta tat-Tramuntana tal-Mediterran, u għamlu diversi waqfiet, l-aħħar waħda tkun fi Kreta, imbagħad salpaw lejn Malta fejn kienu jaslu wara xi erbatax il-jum. Minħabba f'hekk instabu oġġetti li jagħtu wieħed x'jifhem li dawn il-baħħara tħaltu u partu ma' dawn in-nies. Jidher li wara xi ftit, il-Feniċi mhux biss bbażaw ruħhom madwar il-portijiet Maltin, bħal f'Marsaxlokk, fejn bnew tempju iddedikat lil Axtarte fuq l-għolja ta' Tas-Silġ. Fl-iskavi li saru fl-aħħar snin fl-Imdina, u f'oqbra fl-Imtarfa u Għajn Qajjet instabu bosta indikazzjonijiet li l-Feniċi kienu wara xi ġenerazzjonijiet bdew anki jgħixu hemm b'mod permanenti, minkejja li l-Imdina hi 'l bogħod mill-portijiet. Dan ifisser li kien hemm min telaq x-xogħol ta' baħħar u daħal għal xogħol u ħajja oħra anki dik agrikola. Fost affarijiet li nstabu fl-inħawi tar-Rabat hemm is-sarkofagu li nstab f'Ħal Barka, illum esebit fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta. Dan it-tebut hu magħmul kollu kemm hu mit-tafal u hu ta' stil Eġizzju-Rodjan. Instabet ukoll bieqja b'disinji ta' għasafar fuqha, u kalċi li żgur kienu xogħol artiġjanali Grieg. Il-fuħħar miżbugħ bl-aħmar u msajjar darbtejn biex ileqq (Red slip ware) jindika li dan ix-xogħol kien isir Malta,fl-eqdem żminijiet li l-Feniċi stabbilew ruħhom hemm. Instabu wkoll diversi amuletti li juru li l-Feniċi kienu jemmnu mhux biss fl-allat tagħhom, bħal Melkart, Ba'al u Axtarte, iżda anki f'allat Eġizzjani bħal Anubis, Horus, u Isis. Ix-xbieha tagħhom kienet ta' spiss tidher fuq l-amuletti li kienu jintlibsu bħala taliżmani biex jipproteġu lilhom infushom minn kull periklu, kemm dak fiżiku kif ukoll dak spiritwali. Ma' dawn instabu amuletti bis-simbolu tal-għajn (l-uġjat), bħala simbolu tal-alla Eġizzjan, Horus. Ma' dawn instab l-Ankħ - is-simbolu tal-ħajja li jidher kemm-il darba f'idejn il-farawni Eġizzjani. Skont Antonia Cesca dawn ħafna drabi kienu impurtati minn Kartaġni. F'Malta l-ismijiet tal-allat Feniċi jidhru kemm-il darba f'diversi iskrizzjonijiet. L-isem ta' Axtarte, l-alla mara, instab kemm-il darba mnaqqax fuq il-fuħħar, fit-tempju Tas-Silġ. Bħal f'Kartaġni u f'Mozja, f'Malta jidher li kien isir is-sagrifiċċju uman - magħruf bħala, il-molk. Din kienet użanza fejn, skont kif jingħad, l-ewwel tifel imwieled fil-familja, ta' xi disa' snin, kien jinqatel u jinħaraq bħala sagrifiċċju lill-alla Ba'al. Il-post ta' dan is-sagrifiċċju hu magħruf bħala t-tofet. Għalkemm dan it-tofet qatt ma nstab f'Malta, biss fl-inħawi tal-Virtù, ir-Rabat, instabet stelae (lapida funerarja) u disinn ta' stelae oħra bl-istess tip ta' skrizzjonijiet li jsemmu l-offerta tal-Molk lill-alla Ba'al Ħamon. Fil-218 Q.K., Malta ġiet maħkuma mir-Rumani. Biss, jidher li dan l-avveniment militari u politiku ma rnexxilux joqtol u jidfen il-kultura Feniċjo-Punika, għax anki waqt il-perjodu Ruman, sa sekli wara, l-ilsien Puniku baqa' mitkellem u miktub mill-abitanti Maltin. Dan hu vverifikat mill-iskrizzjonijiet Puniċi u Griegi li instabu fuq iż-żewġ ċippi li nstabu f'Marsaxlokk, li jmorru lura għas-seklu 2 Q.K. Nota tal-aħħar dwar il-Feniċi: Meta Santu Wistin (354- 430 AD), saqsa lil xi bdiewa li kienu jgħixu qrib Kartaġni min huma, dawn wiġbuh li huma kienu Kananiti. Referenzi Storja Mediterran
2079
https://mt.wikipedia.org/wiki/Karta%C4%A1ni
Kartaġni
Kartaġni (bil-Latin: Carthago jew Karthago, bil-Grieg: Καρχηδών Karkhēdōn, bl-Għarbi: قرطاج Qarṭāj‎, li tfisser "Belt Ġdida") huwa l-isem ta' belt antika fuq ix-xatt tal-Lvant tal-lag ta' Tuneż li ilha teżisti għal madwar 3,000 sena u li llum il-ġurnata hija subborg ta' Tuneż, fit-Tuneżija. Għall-ħabta tas-sena 814 Q.K., Kartaġni nbniet minn kolonji Feniċi mill-belt ta' Tiru, u ġiet dedikata lill-alla Melkart. Fil-leġġendi naraw li din il-belt twaqqfet minn Dido, u numru ta' stejjer differenti għadhom ħajjin fil-letteratura Griega u Rumana. L-ewwel snin ta' Kartaġni kienu kkaratterizzati bi problemi bejn is-sidien tal-art u s-sidien tal-iġfna. Is-soltu, minħabba d-dipendenza tal-belt fuq il-kummerċ marittimu, is-sidien tal-iġfna kienu jikkontrollaw il-gvern, u matul is-sitt seklu Q.K., Kartaġni bdiet tiddomina l-Punent tal-Mediterran. Merkanti u esploraturi waqqfu għaqda kbira ta' rotot kummerċjali, u Kartaġni bdiet issir sinjura u b'saħħitha. Fil-bidu tas-6 seklu Q.K., Hanno n-Navigatur hu maħsub li vjaġġa mad-dawra tal-Afrika, u jista' jkun li wasal sa Sierra Leone. Sadanittant, taħt mexxej jismu Malchus, il-belt bdiet tiddomina ix-xtut ta' fuq tal-Afrika u l-intern tat-Tuneżija. Fil-bidu tal-5 seklu Q.K., Kartaġni kienet iċ-ċentru tal-kummerċ tar-reġjun, pożizzjoni li żammet sakemm il-belt ġiet attakkata u inkorporata fir-Repubblika Rumana, fl-aħħar tat-Tielet Gwerra Punika. Kartaġni kienet ħadet il-kolonji l-qodma tal-Feniċi, kolonji bħal Hadrumetum, Utica u Kerkouane, flimkien mat-tribujiet Libjani, b'firxa minn partijiet tal-Marokk sal-fruntiera mal-Eġittu. L-influwenza tagħha kienet inxterdet mal-Mediterran kollu, bil-kontroll ta' Sardenja, Malta, il-gżejjer Baleariċi u n-naħa tal-Punent ta' Sqallija. Wara l-Ewwel Gwerra Punika twaqqfu kolonji fl-Iberja (Spanja), l-iktar famuża fostom Kartaġena. Sit ta' Wirt Dinji Is-sit arkeoloġiku ta' Kartaġni ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”; il-kriterju (iii) “Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta’ tradizzjoni kulturali jew ta’ ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet”; u l-kriterju (vi) “Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma’ avvenimenti jew ma’ tradizzjonijiet ħajjin, ma’ ideat jew ma’ twemmin, jew ma’ xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta’ valur universali straordinarju”. Referenzi Tuneżija Bliet tal-Imperu Biżantin Siti ta' Wirt Dinji
2080
https://mt.wikipedia.org/wiki/Imperu%20Ruman
Imperu Ruman
L-Imperu Ruman hu t-terminu li jintuża għal għaqda ta' artijiet li kienu parti mir-Repubblika Rumana, wara li dan ġie riorganizzat taħt it-tmexxija ta' Ottavjanu, magħruf aħjar bħala Ċesri Awgustu. Anki jekk Ruma bħala repubblika rnexxielha tkabbar ammont ta' stati-tributarji, ikun żball jekk wieħed iħawwad dawn iż-żewġ entitajiet differenti. Ir-riorganizzazzjoni tal-artijiet Rumani minn Awgustu baqgħet għaddejja sħiħa mingħajr ħafna tibdil sal-wasla tal-Imperatur Dijokleżjanu. Dawn ir-riformi li saru fl-aħħar tat-tieni seklu WK dawru l-Imperu f'tetrarkija. Anki jekk is-sistema ta' Dijokleżjanu ma tantx damet f'postha, din xorta qasmet l-Imperu fi tnejn. Dan il-fatt irnexxielu jsalva l-Imperu Ruman għal mitejn sena oħra, anki jekk maqsum fl-Imperu tal-Lvant u dak tal-Punent. It-tmiem tal-Imperu Ruman tal-Punent jinżamm tradizzjonalment fis-sena 476 WK, meta l-barbaru Odovakru neħħa l-aħħar imperatur, u bagħat l-insinja tal-Imperatur tal-Punent lil dak tal-Lvant. Wara elf sena oħra, fl-1453, waqgħet Kostantinopli, u magħha l-aħħar fdalijiet tal-Imperu Ruman. Minħabba l-fatt li l-Imperu Ruman dam għal daqstant żmien, mill-31 QK sa l-1453, kien hemm ammont ta' ismijiet li ntużaw mill-istorjografi biex jiddistingwu bejn iż-żminijiet; hemm l-Imperu Biżantin, hemm l-Imperu Ruman tal-Punent, u dak tal-Lvant. L-influwenza tal-Imperu Ruman fuq il-gvern, il-liġi, il-militar, u l-arkitettura monumentali, kif ukoll influwenza fuq il-mod ta' għajxien tal-Ewropej tal-lum hi kbira ħafna. Il-Griegi (Biżantini) bdew isejħu lilhom infusom bħala Rumani, ħaġa li għadek issibha f'ċerti nħawi tal-Greċja, probabbilment bħala riżultat tal-istatus elevat tagħhom stess fl-Imperu Ruman. Titli Rumani bdew jittieħdu minn ħafna renjanti Ewropej, bħar-rejiet tar-renju tal-Franki, l-Imperu Ruman Qaddis, l-ewwel u t-tieni Imperi Bulgari, id-dinastiji Russi/ta' Kiev (czar hi korruzzjoni ta' Ċesri), u l-Imperu Ġermaniż (kaiser hi korruzzjoni ta' Ċesri wkoll). Imperu Ruman Storja tal-Ewropa Ruman cs:Starověký Řím#Císařství
2081
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0u%C5%BCeppi%20De%20Piro
Ġużeppi De Piro
Ġużeppi De Piro (2 Novemberu 1877 – 17 Settembru 1933) kien saċerdot u l-fundatur tas-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl. Ħajja Ġużeppi De Piro twieled fit-2 ta' Novembru 1877, fl-Imdina. Kien is-seba' wieħed fost disat aħwa. Jekk f'dak iż-żmien in-nobbli kienu jqisuha ħaġa dispreġjattiva li jmorru jaħdmu, għalihom jidher li kien aktarx daqshekk ieħor diżonorevoli li jibagħtu lil uliedhom f'xi skola. Għall-familja De Piro, għalkemm waħda ta' barunijiet, il-każ jidher li kien differenti. Wara li ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fid-dar tal-familja, Ġużeppi għadda għal-Liċeo. Hemmhekk baqa' sakemm qagħad għall-Matrikola li permezz tagħha daħal l-Universita` Rjali ta' Malta. Wara kors ta' tliet snin fl-Arti u x-Xjenza, hu beda l-istudju għal avukat. Sa minn tfulitu, De Piro kellu namra lejn l-Arti. Ġużeppi, iż-żagħżugħ pittur, kadett u student, kien qiegħed jagħmel l-ewwel sena ta' studju tal-Liġi. Iżda De Piro kien fuq kollox żagħżugħ li kellu l-għeruq tiegħu f'familja fejn kif stqarr l-Arċisqof Pietru Pace, "...ma kienx jara fiha ħlief eżempji ta' ħajja virtuża". Saċerdozju De Piro kien imtella' fit-talb u fid-direzzjoni spiritwali. Huwa kien ilu lest għas-sejħa minn meta kien għadu tifel żgħir. Hu nnifsu jesprimi bil-kitba tiegħu: "Fit-8 ta' Mejju 1898 wara novena lill-Verġni ta' Pompei, li fiha jiena tlabtha biex tgħinni nagħraf verament ir-rieda t'Alla għalija, jien ħassejt il-qawwa li niddeċiedi fis-sewwa, ċioè favur is-saċerdozju". Xejn ma waqqfu milli jsegwi din id-deċiżjoni. De Piro kellu n-nobbiltà xi jħalli. Din kienet tfisser fost l-oħrajn it-titlu nobiljari, ħafna proprjetà mobbli u mmobbli, stil ta' ħajja lussuża u komdu, popolarità fis-soċjetà, stima, awtorità, ħafna faċilitajiet,eċċ. De Piro jgħid ukoll x'għenu biex waslu biex isir saċerdot. Fost il-ħdax ir-raġuni favur is-saċerdozju, hu jippreżenta waħda li tispjega kollox; "ix-xewqa li ningħata kollni kemm jien lil Alla wara li Hu bata tant għad-dnubiet tiegħi". Wara li tkellem ma' ommu dwar id-deċiżjoni tiegħu u ġie mgħarraf l-Arċisqof Pace, saru l-arranġamenti meħtieġa u Ġużeppi mar Ruma biex joqgħod fil-Kulleġġ Capranica u jibda l-Filosofija fl-Università Gregoriana. Ċertament meta ċaħad għal ġid materjali, De Piro ma neħħiex minnu l-krejattività, il-kuraġġ, l-enerġija u d-dedikazzjoni li bihom hu kien diġà qed jidħol għal kull biċċa xogħol. Fil-fatt minn ittra li kiteb lil ommu fil-bidu ta' l-istudju tiegħu, jidher li hu kien ippjana li jagħmel għaxar snin Ruma : wara li jlesti l-kors istituzzjonali kellu l-ħsieb li jkompli l-ispeċjalizzazzjoni fil-Liġi Kanonika. Hawnhekk, iżda, hu importanti li wieħed jirreferi għal korrispondenza oħra li nkitbet bejn Ġużeppi u l-familjari tiegħu. Ħames xhur wara li hu kien beda l-Filosofija, u allura sitt xhur wara li kien kiteb lil ommu dwar il-pjan ta' studju, oħtu Tereżina kitbitlu biex tawguralu s-suċċess fl-istudji li kien qed jagħmel. Ġużeppi kiteb lil ommu u bla tlaqliq qalilha: "Nosserva 'l Teresina biex ma toqgħodx tagħmilli ċerti awguri b'tant serjetà. Hemm awgurju wieħed li naċċetta bil-qalb. Dan hu li jien nagħraf tajjeb ir-rieda ta' Alla, u nagħmilha b'mod perfett. Dan għalija jkun biżżejjed". Wara li ġie ordnat saċerdot f'San Ġwann Latern, fil-15 ta' Marzu 1902, u ġie jagħmel l-ewwel quddiesa solenni tiegħu fil-Katidral tal-Imdina, Ġużeppi De Piro mar lura Ruma biex jispiċċa t-tielet sena Teoloġija. Fi tmiem din is-sena akkademika hu ġie Malta għal żmien qasir ħafna qabel telaq lejn l-Isvizzera għall-kura. It-talb, l-għajn ta' faraġ u l-aqwa akkumpanjament, kif stqarr l-istess De Piro, għenuh biex jegħleb il-mumenti iebsa fejn kien imċaħħad li jmur San Ġużepp u jwettaq il-ħidma ta' missjunarju : "...qalb is-silġ tal-Alpi, u daqshekk 'il bogħod mill-pajjiż fejn ħsibt li npoġġi l-proġetti tiegħi fil-konkret ma kien baqagħli xejn għajr it-talb - l-aqwa kumpanija għalija - u tlabt, tlabt, tlabt." Dam hemm sena u nofs. Fit-2 ta' Marzu 1904 Dun Ġużepp ġie lura Malta. Il-Qaddej t'Alla żamm kuntatt kontinwu m'ommu permezz tal-ittri. Din tal-aħħar, għalkemm kellha wlied oħra, kellha fiduċja kbira f'binha Ġużeppi u spiss kienet tħoss in-nuqqas tiegħu meta kien barra minn xtutna, okkażjonalment f'Ruma minħabba raġunijiet akkademiċi u fl-iSvizzera għall-kura. Minħabba f'hekk, hu ħa ħsieb li jtaffilha dan id-dispjaċir tagħha b'korrispondenza regolari. Din l-affettività ma setax jgħixha bl-istess mod ma' missieru, li miet fil-bidu tal-1898. Fil-ministeru Fil-Parroċċa tal-Qrendi (1904-1907) Meta De Piro ġie lura Malta mill-iSvizzera, fejn kien ingħata kura, huwa kien saċerdot żagħżugħ ta' 27 sena. Kien mimli proġetti għall-futur. Fl-istess ħin xejn ma eżita li jistenna ftit aktar biex jista' jpoġġihom fil-prattika. Fil-fatt, meta wasal Malta, flok intefa' għax-xogħol hu għażel li jmur joqgħod għal xi żmien fid-dar li l-familja tiegħu kellha fil-Qrendi. Hu hemmhekk mar biex ikompli jieħu saħħtu imma fl-istess ħin ma qagħadx fil-għażż. Ir-reġistri tiegħu tal-quddies juru li kien iqaddes ta' kuljum fil-knisja parrokkjali. Iżda kien kontribut li De Piro almenu kellu l-ħsieb li jagħti hawnhekk kien marbut mal-formazzjoni kontinwata tal-kleru. Huwa kien ġa ra kif għamel biex ikkuntattja s-saċerdoti tal-parroċċi qrib il-Qrendi u ħejja għalihom programm ta' laqgħat li kellhom jitmexxew minn saċerdoti oħrajn speċjalizzati fil-materji magħżula. Kienet biss ħidma ġdida li ngħatatlu li waqqfitu milli jpoġġi dan il-proġett fil-prattika. Monsinjur u Djaknu tal-Kapitlu Metropolitan ta' Malta (1911-1933) De Piro kien ipprefera ħidma sempliċi u fqira fl-Istitut ta' San Ġużepp milli jagħmel parti mill-korp diplomatiku tal-Knisja. Biex wasal għal din l-għażla hu niżżel bil-miktub ir-raġunijiet tiegħu. Fl-istqarrijiet ta' De Piro toħroġ l-umiltà safja tiegħu: "Fl-Akkademia donni nkun qegħedt ruħi fil-għoli biex ħaddieħor jarani ħalli lili jerfagħni għal xi pożizzjoni tajba; imma hu tagħlim ċert li Ġesù għandu preferenza għal dawk li jixtiequ jinħbew...diġa' jkun infinitament iżjed milli jistħoqqli jekk nasal biex insir saċerdot." Din l-istess attitudni baqgħet fih kontinwament. Fil-fatt daqs għaxar snin wara li għamel l-għażla favur San Ġużepp, De Piro kellu quddiemu sfida oħra simili. Mons. Vinċenz Vassallo, li kien id-Djaknu tal-Kapitlu Metropolitan, kien qed jikber fl-età u allura beda' jfittex koadjatur għalih innifsu. Skont ittra miktuba lil De Piro minn Dun Mikiel Anġ Pace, kappillan tal-Arċisqof Pace, kien jidher li l-Eċċellenza tiegħu kien ħaseb fih. F'risposta li kiteb lill-istess Dun Mikiel Anġ, De Piro kien ċar ħafna: "Nitolbok twassal lill-Arċisqof ir-radd ta' ħajr tiegħi talli ħa ħsiebi u ried jgħollini fil-ġieħ. Agħmilli wkoll pjaċir li twassal lill-Arċisqof li l-ġieħ li ser jiġi offert lili ma jgħoddx għalija minħabba x-xogħol li għandi. Ngħid dan biss mingħajr ma noqgħod insemmi raġunijiet oħrajn. Għalhekk, hu impossibli li naċċetta." Lill-Arċisqof hu kitiblu kliem simili. Imma fir-risposta li bagħatlu bil-miktub l-Arċisqof innifsu, jidher aktar u aktar x'kienet l-attitudni ta' De Piro quddiem l-unuri: "Inti qatt ma fittixt la postijiet u lanqas dinjitajiet. Ilqa', għalhekk, minn idejn Alla din il-proposta u aċċettaha bħala att ta' ubbidjenza lejja..." Dun Ġużeppi De Piro spiċċa biex obda u aċċetta li jkun Monsinjur u wara anki Djaknu. Segretarju tal-Arċisqof Mawru Caruana (1915-1918) Mons. De Piro kien bniedem krejattiv ħafna u enerġetiku biżżejjed biex ipoġġi fil-prattika dak li kien jaħseb fih. Dan kien ġa wrieh fl-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħu. Proprju minħabba f'hekk, wieħed ma tantx seta' jimmaġina li meta l-Arċisqof Mawru Caruana ġie Malta, hu kien sejjer jagħżel wieħed raġel li ħadem u bata fl-istess ħin: Ġużeppi De Piro. Hu kien ħa jagħżlu bħala l-ewwel segretarju tiegħu. Il-ħafna volumi ta' korrispondenza li kien hemm tul it-tliet snin ta' segretarjat ta' De Piro (1915-1918) juru biċ-ċar li hu kien bniedem verament tad-dover. Għalkemm barra din il-ħidma hu kien qed iwettaq diversi xogħlijiet oħra, qatt ma kien iħalli bla risposta lil min jiktiblu. Ir-responsabbiltà tiegħu kienet tidher ukoll fil-fatt li regolarment hu żamm kopji ta' materjal importanti. Il-Formazzjoni tas-Saċerdoti żgħażagħ (1915-) Ftit snin wara li De Piro ppjana proġett għall-formazzjoni tas-saċerdoti tal-parroċċi fil-qrib, hu ġie magħżul biex jagħmel parti minn kummissjoni li tieħu ħsieb il-formazzjoni tas-saċerdoti żgħażagħ. Kien żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija. L-Arċisqof kien jinnota li meta s-seminaristi kienu jiġu ordnati saċerdoti u joħorġu mis-seminarju biex jibdew il-pastorali tagħhom huma kienu qegħdin isibu ruħhom fi problemi kbar. Mawru Caruana rrealizza li dawn il-qassisin novelli kienu jeħtieġu saċerdoti aktar maturi u ta' eżempju tajjeb li waqt li jakkumpanjawhom f'dik l-esperjenza ġdida għalihom ikunu jistgħu jgħinuhom jgħaddu bil-mod il-mod mill-ħajja tas-seminarju għall-ftuħ tal-appostolat. Fid-19 ta' Lulju 1915, l-Arċisqof ħareġ digriet li fih wera x'kellu f'moħħu. Hu kien sejjer ikun dak prinċipalment responsabbli tal-proġett. Imma fost il-membri msemmija Mons. De Piro kien qiegħed fl-ewwel post. Rettur tas-Seminarju Maġġuri fl-Imdina(1918-1920) Fit-30 ta' Settembru 1918 l-Arċisqof Caruana għażel u nnomina lil De Piro biex ikun Rettur tas-Seminarju Maġġuri fl-Imdina. Il-kliem tan-nomina hu ċar ħafna: "Aħna nafu tajjeb kemm int bniedem ta' skola, ta' ħajja tajba, u ta' tant merti fid-Djoċesi, speċjalment fl-uffiċju tiegħek ta' Segretarju Ġenerali tagħna : uffiċju li inti qdejtu billi għoġobt, mhux biss lilna, imma wkoll lil dawk kollha li kellhom bżonn tas-servizz tiegħek. Għalhekk lilek,...Dun Ġużepp...nagħżluk u tas-servizz tiegħek. Għalhekk lilek,...Dun Ġużepp...nagħżluk u ninnominawk Rettur tas-Seminarju Maġġuri ta' San Pawl fl-Imdina". Wara li kien ilu sentejn Rettur tas-Seminarju, fis-27 ta' Awissu 1920, hu talab lill-Arċisqof biex jekk dan ma kienx jaħsibha mod ieħor, lilu jserrħu mill-uffiċċju ta' Rettur. Iżda a parti din it-talba, ir-Rettur bagħat lill-Arċisqof relazzjoni ta' ħdax-il paġna. Fiha hu jagħti rapport dwar id-diversi aspetti tal-ħajja tas-Seminarju Maġġuri. Waqt li għamel hekk, lilna kompla jtina ħliel dwar il-persuna tiegħu nnifsu. Kien żmien diffiċli u ta' ħafna taħbit, iżda De Piro wera li jrid jagħmel impenn f'ħajtu u f'xogħlu. Wara il-ħidmiet kbar ta' De Piro, huwa ġie ppreżentat fost l-oħrajn bħala membru ta' l-Assemblea Nazzjonali li fl-1919 bdiet taħdem għat-tifsil ta' Kostituzzjoni adegwata għal Malta. F'din l-istess sena, ta sehmu fil-kisba tal-paċi waqt il-kwistjoni tas-Sette Giugno. Għalkemm De Piro kien ikun xi drabi fiżikament assenti mis-Seminarju, hu wera li kien b'għajnejh miftuħin "għall-ispirtu rivoluzzjonarju mifrux mad-dinja kollha u li daħal xi ftit anke fis-Seminarju." Il-Gudja flok il-Kappillan (1922) Minħabba tilwima bejn żewġ fratellanzi dwar statwa, il-Vigarju Kurat Dun Nikol Aquilina kellu jitlaq mill-parroċċa qisu maħrub. Il-paroċċa sfat magħluqa. Kien hemm saħansitra il-kawża l-Qorti. L-Arċisqof għamel xahar sħiħ jipprova jsib min jista' jieħu r-responsabbiltà tal-parroċċa. Ċertament f'din is-sitwazzjoni ħadd ma nstab li jista' jmexxi. Proprju minħabba f'hekk, l-Arċisqof ftakar f'Mons. De Piro. Dan is-saċerdot, sentejn qabel, kien talab li jitnaqqaslu x-xogħol fid-Djoċesi speċifikament biex jista' jingħata aktar għas-Soċjetà li kien waqqaf fl-1910. Issa meta l-Arċisqof kien qed jurih xewqtu dwar il-Gudja, għalkemm ir-responsabbiltajiet mhux naqsu kienu iżda żdiedu, hu mhux talli ma rrifjutax imma mar immedjatament u miegħu ħa tnejn mill-ftit membri tas-Soċjetà tiegħu. De Piro ta kull għajnuna lil Dun Nikol Abdilla, il-kappillan il-ġdid. Malli l-qagħda rranġat xi ftit, De Piro telaq mingħajr ebda pretensjoni. Ħidmietu f'dik il-parroċċa kienet lesta. Ministru tal-Kelma u tas-Sagramenti B'dak li ġa ngħad u dak li għad irid jissemma, wieħed jasal jikkonkludi li Mons. De Piro altru li kien qiegħed jagħti s-sehem mistenni minnu. Fl-istess ħin, il-Qaddej ta' Alla jidher li kien iħoss li ma kienx ikun jgħin biżżejjed il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu jekk ma jħaddimx il-ministeru tal-predikazzjoni. Għad irridu ngħidu li hu pprova jgħix b'mod sħiħ il-mandat ta' Ġesù Kristu :"Morru fid-dinja kollha, xandru l-bxara t-tajba." Fiż-żmien meta kien għadu seminarista, De Piro ma tantx kien juri li kien sejjer ikun kapaċi jippriedka. Kien ibati minn infjammazzjoni fi griżmejh li barra li kienet qed tikkaġunalu l-uġigħ kienet qed toħloqlu diffikultajiet biex jitkellem. Għalkemm biż-żmien hu ħeles minn din il-marda, meta kien il-Qrendi bħala saċerdot novell hu kien għadu jbati l-konsegwenzi tat-T.B Kien għadu jibża' jaċċetta l-offerta li kien jagħmillu Mons. Debono, id-Direttur tal-Opra tal-Missjoni, biex jingħata għall-predikazzjoni fil-parroċċi ta' Malta. Madankollu meta għadda ftit żmien hu rebaħ din il-biża' u, għalkemm mhux ma' Mons. Debono, daħal b'dedikazzjoni għal dan l-appostolat. F'ħajtu De Piro għamel ħiltu biex xogħlu ikun dejjem eżatt u organizat. Fil-fatt, fl-Arkivji tas-Soċjetà għad hemm merfugħin prietki li hu kien jikteb, diversi drabi mill-bidu sal-aħħar, qabel jgħaddihom lill-udjenza. Għad hemm sal-lum it-total ta' mitejn u tnax, iżda li wħud mill-kitbiet mhumiex kompluti; juru li magħhom kien hemm aktar materjal. Oħrajn jagħmlu referenza għal xi waħda li tkun ġa saret imma li fil-fatt illum ma tinsabx mal-kollezzjoni. Huwa kien jerfagħhom klassifikati ġo files, priniċipalment skont il-kwalità tagħhom. Fuq quddiem tal-prietka, mhux darba u tnejn kiteb lil min kien ser jagħmilha jew anki jiddedika, fejn, meta u lil min. Għalkemm meta jipprietka hu kien juża l-Malti, il-preparazjoni miktuba kienet issir bit-Taljan, il-lingwa l-aktar faċli għal De Piro. Ġeneralment dawn il-prietki kienu jkunu marbutin sew mal-liturġija tal-Ħadd kif ukoll mal-eżerċizzi tar-Randan. Ġieli kien mitlub li jipprietka f'okkażjonijiet aktar speċjali u solenni bħalma kienu l-Kungress Ewkaristiku tal-1913, iċ-ċentinarju ta' San Franġisk t'Assisi jew Sant'Antnin ta' Padova. Peress li l-Qaddej t'Alla għex is-saċerdozju tiegħu fiż-żmien meta l-Papiet kienu qed jimbuttaw id-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Ġesù, De Piro ħass il-ħtieġa li jipprietka din l-istess devozzjoni. Fil-fatt għandna xejn inqas minn tlettax-il prietka dwar il-Qalb Imqaddsa. Għal dik li hi amministrazzjoni ta' sagramenti, wieħed ma tantx jista' jistenna li jsib dokumenti. Madankollu, xi intervisti li saru fis-snin sittin u sebgħin minn membri tas-Soċjetà lil nies li kienu jafu lil De Piro, jagħtu xi indikazzjonijiet. Skont kitba minnhom: "Għall-qrar hu kien imfittex ħafna, u kien jgħaddi s-sigħat fil-konfessjonarju". Ċittadin li ħabb lil pajjiżu Ġa ngħad li wara li Mons. De Piro ġie magħżul Rettur tas-Seminarju Maġġuri ta' Malta u beda' għaddej iż-żmien, hu beda jħoss li ma kienx possibbli għalih li jwettaq dik ir-responsabbiltà sewwa waqt li jibqa' jmexxi d-diversi ħidmiet li kellu f'dak l-istess żmien. Fit-talba tal-eżonerazzjoni li hu għamel lill-Arċisqof fis-27 ta' Awwissu 1920, hu jsemmi: "...l-Istitut għall-Missjonijiet Barranin." Imma minn barra s-Soċjetà reliġjuża-missjunarja li hu kien waqqaf u li kien qed jidderieġi, kellu ħafna ħidmiet oħrajn. Fost dawn semmejna s-sehem li ta fil-ħajja politika ta' pajjiżna. Membru tal-Assemblea Nazzjonali (1918-1921) Fit-23 ta' Novembru 1918, it-Tabib Sir Filippo Sceberras ħa f'idejh l-organizzazzjoni li kellha tieħu ħsieb dak kollu li kien meħtieġ biex Malta tasal ikollha Kostituzzjoni. It-Tabib Sceberras ma riedx li biċċa xogħol bħal din tiġi f'idejn il-politiċi. Allura huwa għamel sejħa lil kull assoċċjazzjoni ta' Malta u Għawdex biex huma jibagħtu r-rappreżentanti tagħhom. Fost l-erba' Monsinjuri li dehru għall-Kapitlu tal-Katidral ta' Malta, kien hemm Mons. De Piro. L-Assemblea Nazzjonali li sejjaħ Sceberras, iltaqgħet ħames darbiet bejn il-25 ta' Frar 1919 u s-27 ta' Marzu, 1921. Imma fis-7 ta' Ġunju 1919, il-membri tal-Assemblea, li kienu jgħoddu mitejn u sebgħin, iddeċidew li jintgħażel rappreżentant wieħed għal kull sezzjoni importanti u dawn jiffurmaw Kummissjoni Ċentrali, dejjem għat-tifsil tal-Kostituzzjoni. Il-membri li ntgħażlu kienu ħmistax biss. Fost dawn kien hemm mill-ġdid Mons. De Piro biex jirrappreżenta l-Kapitlu tal-Kattidral ta' Malta, u fl-aħħar mill-aħħar lill-kleru kollu ta' pajjiżna. Din il-Kummissjoni ltaqgħet erbatax-il darba. Ovvjament bħalma jiġri f'laqgħat bħal dawn, il-ħin ma kien ifisser xejn għax dawn is-seduti kienu jieħdu fit-tul. Iżda l-impenn ta' De Piro ma jitfissirx biss mill-fatt li hu kien jattendi regolarment kemm għal-laqgħat tal-Assemblea kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ċentrali. La kien qiegħed jirrappreżenta l-Kapitlu tal-Kattidral, allura qabel il-laqgħat imsemmija kien jeħtieġlu li jiltaqa' mal-Monsinjuri ħalli magħhom jara x'kellu jingħad lill-Assemblea jew lill-Kummissjoni. Wara l-laqgħat ta' dawn tal-aħħar, kien ċertament jerġa' jiltaqa' mal-Kapitulari biex jaġġornahom. Ma' dawn ċertament kien irid jagħmel ħafna riċerki waħdu. Meta twaqqfet is-Sotto Kummissjoni biex tistudja speċifikament ir-Reliġjon fil-Kostituzzjoni, għalkemm De Piro ma kienx membru, hu ħa ħsieb li jwassal il-proposti tal-Kapitlu tal-Kattidral u ressaqhom b'dik il-ħeġġa kollha li ma kinitx għajr il-prodott ta' twemmin sħiħ. Mill-ġdid dan kollu kien ifisser ħafna sigħat ta' xogħol fil-moħbi. Strument ta' paċi fil-ġrajja tas-7 ta' Ġunju (1919) Iżda dawn il-laqgħat kollha, bil-preparazzjoni għalihom u kultant b'laqgħat oħra mal-Kapitlu li hu kien jirrappreżenta, ma kinux kollox. Proprju waqt il-laqgħa tas-7 ta' Ġunju, it-tieni waħda tal-Assemblea, daħlet bħal feles l-istorja iebsa u delikata tas-Sette Giugno. Xi uħud mill-Maltin, miġbura fil-Belt Valletta, telgħu fis-Sala tal-Giovane Malta u xtaqu li l-mitejn u sebgħin membru tal-Assemblea jintervjenu għalihom quddiem il-Gvern Ingliż. Dan, iżda, ma seħħx."Bi ftit ta' diffikultà", jgħid il-Konti Caruana Gatto, "ġiet iffurmata delegazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-membri fittxew okkażjoni biex iwarrbu minn dak iċ-Ċirkolu". De Piro ma kienx minn dawn tal-aħħar. Flimkien mal-Avukat A. Caruana Gatto nnifsu, l-Avukat Serafin Vella, Dun Nerik Dandria, il-Kunsillier G. Vassallo u Salvu Zammit Hammet, De Piro ħabrek bla waqfien u għal tlett ijiem sħaħ, biex jinkisbu xi drittijiet li għalihom kienu qed jiġġieldu l-Maltin... u fuq kollox il-paċi. Meta, wara dawn il-ġrajjiet twaqqfet Kummissjoni ta' Inkjesta biex tisma' x-xhieda, De Piro kien wieħed minn dawk li ta l-informazzjoni li kellu. Kien attent li jgħid biss id-dritt u s-sewwa. La ried ixaqleb lejn l-Ingliżi u lanqas lejn il-Maltin. Barra minn hekk, meta x-xhieda kienet tinvolvi persuni, hu qagħad attent li ma jgħid l-ebda kelma żejda. Anke meta dan kien jinvolvi xi inġustizzja li saret lilu personalment, hu pprefera li jbatiha u jaħbiha ġo fih bla ma jxandarha. Meta, imbagħad, twaqqaf il-Kumitat "Pro Maltesi Morti il 7 e 8 giugno" biex jgħin lill-familji tal-vittmi, De Piro reġa' ta l-kontribut tiegħu, din id-darba bħala kaxxier. Strument ta' paċi bejn Lord Strickland u l-Knisja (1930) La l-kisba tal-Kostituzzjoni tal-1921 u lanqas l-ikkalmar tal-kwistjonijiet tas-Sette Giugno ma kienu t-tmiem tas-sehem li De Piro ta fil-ħajja politika ta' Malta. F'inqas minn għaxar snin wara dawn il-ġrajjiet huwa kellu jerġa' jidħol f'dik li Mons. Dandria qies il-gwerra bħala l-iżjed ħaġa ħarxa li qatt inqalgħet kontra l-Knisja u l-Kleru. Din waslet ħafna problemi kif ukoll mistoqsijiet, il-kwistjoni bejn Lord Strickland u l-Knisja. Meta fl-1927 Strickland, il-mexxej tal-Partit Kostituzzjonali, ħa l-gvern f'idejh, huwa beda juri d-disapprovazzjoni tiegħu għall-fatt li fl-Assemblea Leġislattiva ta' Malta kien hemm il-qassisin. Fl-1928 din il-kwistjoni ħraxet aktar għax iż-żewġ saċerdoti li kien hemm fl-Assemblea vvutaw kontra l-budget li ressaq Strickland, u allura ma għaddiex. It-tensjoni bejn iż-żewġ naħat kompliet tibker. Wara ħafna problemi u inkwiet, reġa' daħal De Piro. Huwa kien l-bniedem li kiseb il-paċi bejn iż-żewġ naħat. Għalkemm għadda ż-żmien, dan il-kontribut favur il-paċi baqa' mfakkar. Fil-fatt, tliet snin wara l-ġrajjiet infushom u propjru jumejn wara l-mewt tal-Qaddej t'Alla, waħda mill-gazzetti Maltin dehrilha li għandha tfakkru billi tirreferi għas-sehem f'dawn is-seħħiet. Iċ-ċertifikat tagħtulu proprju l-gazzetta tal-partit ta' Strickland: "Fi żmien li m'ilux wisq li għadda, kien hawn okkażjoni magħrufa li fiha Mons. De Piro kellu sehem sewwa u ta' ġid għal Malta. Hu ta s-sehem siewi tiegħu fil-qasam politiku, b'ħidma li bilkemm qatt dehret fil-beraħ. Fil-fatt, kien prinċipalment bil-ħila, ħidma u tattika tiegħu li t-tilwima politika u reliġjuża waslet biex waqfet... bil-ħila tiegħu, ir-relazzjonijiet bejn Knisja u Stat reġgħu ġew għall-istat tradizzjonali tagħhom: jiġifieri għal stat ta' paċi u kollaborazzjoni sinċiera. Ħadd daqsu ma kien tant adattat għal dik il-biċċa xogħol iebsa. Ħadd ma kien igawdi iżjed minnu l-fiduċja taż-żewġ naħat. Ħadd iżjed minnu ma kellu l-kwalitajiet meħtieġa biex jieħu f'idejh missjoni tant delikata. Żgur li ħadd ma kien hemm kapaċi iżjed minnu biex iwassal dik it-tilwima għal konklużjoni li ferrħitna." Senatur fit-Tielet Parlament Malti (1932-33) Minkejja l-oppożizzjoni ta' Strickland għall-preżenza tal-kleru fil-Parlament, meta fl-1932 reġgħet ingħatat il-kostituzzjoni lil Malta, l-Arċisqof Mawru Caruana xorta nnomina żewġ saċerdoti biex ikunu membri tas-Senat fit-Tielet Parlament. De Piro kien wieħed minnhom. Id-Daily Malta Chronicle qalet x'kien li ħajjar lil De Piro biex jaċċetta dan ix-xogħol meta diġà kellu tant responsabiltajiet: "Għal ftit iżjed minn sena, minn mindu nfetaħ il-Parlament preżenti, Mons. De Piro tgħabba b'ħidma oħra mal-ħafna li kellu. Hu ntgħażel bħala wieħed mir-rappreżentanti tal-Arċisqof fis-Senat. Aħna nħossu li għandna niġġudikaw li hu aċċetta li jidħol għal dik il-ħidma għaliex ra li dak kien dmir tiegħu u għaliex qatt ma fittex dak li jaqbillu. Is-sens tad-dmir u d-dedikazzjoni għall-oħrajn, fil-karattru tiegħu, dejjem inħassu li kienu qabel kull ħaġa oħra. Hu tqabad dejjem mingħajr qatt ma daħal fit-tilwim ta' bejn partit u ieħor." Għalkemm kien regolari fl-attendenza tiegħu, De Piro tkellem darba waħda biss, fil-21 ta' Frar 1933. Quddiem is-Senat kien hemm każ ta' difiża tal-moralità pubblika. "Sur President, jiddispjaċini ħafna li kwistjoni ta' moralità li kulħadd imissu jorbotha ma' qalbu u li fiha kien imiss li lkoll kemm aħna nimxu id f'id, ġiet imkaxkra fil-kamp tal-politika... dwar dak li jmiss lill-moralità, inħoss li l-mozzjoni li llum għandna quddiemna tagħtini l-possibiltà, u turini li jien fid-dmir li niftaħ fommi. Jiddispjaċini li jkolli niftaħ fommi għall-ewwel darba, f'din l-Awla proprju dwar din il-materja. Irrid infisser lill-Onorevoli Membri ta' dan is-Senat ix-xewqa kbira tiegħi li nara jitbiegħed mill-gżira tagħna kull tiġrib ta' immoralità. Imissna naħsbu, mhux biss għall-imsejkna tfajliet tagħna, imma wkoll għall-ġuvintur. Il-ħsieb tagħna għandu jkun li ntellgħuhom b'saħħithom moralment u fiżikament sabiex, 'il quddiem, ikollhom ħila jitqabdu t-taqbida tal-ħajja li lkoll irridu ngħaddu minnha". Missier l-iltiema u l-foqra Direttur tal-Istitut Fra Diegu (1907-1933) Fra Diegu Bonanno, tal-Franġiskani Minuri, fl-1860, beda jiġbor madwaru dawk it-tfajliet li minħabba diversi raġunijiet kienu jispiċċaw fit-toroq ta' Malta u jitilfu ġieħhom. Il-bidu ta' din l-inizjattiva kien fqir għall-aħħar imma aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, l-opra aktar bdiet tikber. Iżda s-snin wasslu wkoll lil Fra Diegu fit-tmiem ta' ħajtu. Hu miet fl-4 ta' Mejju 1902. Sħabu l-Franġiskani għamlu xi żmien jieħdu ħsieb dak l-Istitut imma wara ftit kellhom iħalluh. Fil-fatt huma għaddewh lid-Djoċesi fit-2 ta' Awwissu 1907. L-Arċisqof Pietru Pace talab il-parir ta' Dun Ġorġ Buġeja, ta' San Ġużepp, dwar min seta' jieħu post Fra Diegu Bonanno fit-tmexxija tal-Istitut. Buġeja ma setax jissuġġerixxi għajr lil Dun Ġużepp De Piro. L-Arċisqof ta kas ta' dan il-parir, tant li nnomina lill-Qaddej t'Alla bħala d-Direttur tal-Istitut Fra Diegu. Mons. Pace kien intebaħ li Dun Ġużeppi De Piro kien saċerdot "...twajjeb, ħabrieki, għaqli, imħeġġeġ, attiv..." Direttur tal-Istitut ta' San Ġużepp f'Santa Venera (1922-1933) Ingħad li wara li kien ilu sentejn Rettur tas-Seminarju Maġġuri fl-Imdina, De Piro talab biex jieqaf minn din il-ħidma. Xtaq li jingħata aktar għas-Soċjetà reliġjuża-missjunarja li kien għadu kif waqqaf ftit sin qabel. Minkejja li l-Arċisqof kien laqa' din it-talba tal-Qaddej t'Alla, sentejn wara, l-Eċċellenza tiegħu ppreżenta lil De Piro Istitut ieħor, dak ta' San Ġużepp, f'Santa Venera. Riedu jgħaddu ħmistax-il sena sabiex De Piro ġie magħżul għat-tmexxija ta' San Ġużepp. Direttur tal-Istitut ta' Ġesù Nazzarenu, Żejtun (1922-1933) Fl-istess sena li ngħata San Ġużepp, hu ġie mgħobbi bir-responsabbiltà tal-Istitut Ġesù Nazzarenu fiż-Żejtun. Il-kuntatti ma' Ġużeppina Curmi, il-fundatriċi, kienu ilhom li nbdew. Fl-1922 Madre Curmi xtaqet li De Piro jaċċetta li jkun Direttur tal-Istitut li issa kien qiegħed fid-dar tal-Markiż Testaferrata Bonniċi, dejjem fiż-Żejtun. Il-Monsinjur jiktiblu hekk lill-Arċisqof Caruana: "Dik id-darba, jien ma aċċettajtx ħlief wara li ġejt mitlub mill-Eċċellenza tiegħek." Billi n-numru tat-tfal kien kulma jmur jikber, Curmi ħasset il-bżonn li tibni Istitut aħjar. Fil-fatt, wara li ssellfet xi flus hi xtrat biċċa art ħdejn San Girgor u fl-1925 bdiet tibni. Malli tqegħdet l-ewwel ġebla, De Piro, għalkemm mgħobbi b'tant ħidmiet oħra, tgħabba b'ħafna xogħol materjali b'risq dak l-Istitut. Kien hu responsabbli għall-bini. Fis-16 ta' Lulju 1930 saret l-inawgurazzjoni tal-ewwel biċċa mill-bini. Id-diskors li għamel De Piro f'din l-okkażjoni jitkellem waħdu dwar id-Direttur: "Minn dik il-ġurnata li l-barka tas-sema niżlet, bil-ministeru tal-Eċċellenza Tiegħek, fuq l-ewwel ġebla, għaddew fuq ħames snin. Kienu ħames snin miżgħuda bi qtigħ il-qalb u b'faraġ... Inbeda x-xogħol ta' dan il-bini kbir, li għadu ma ntemmx għalkollox. Dak iż-żmien li bdejna, ir-reġistri kienu juru li ma kellna xejn f'idejna. Minkejja dan, konna bdejna b'rieda qawwija." De Piro żied jgħid li l-ispiża kellha taqbeż l-4,000 lira. Direttur tal-Istitut San Ġużepp, Għajnsielem, Għawdex (1925-1933) Meta Mons. Mikiel Gonzi bħala Isqof t'Għawdex, bl-għajnuna tal-kappillani ta' din id-Djoċesi, għażel lil De Piro biex jibda u jmexxi l-Istitut il-ġdid ta' San Ġużepp f'Għajnsielem, hu ħareġ digriet li barra li kien id-dokument tal-erezzjoni, kien ukoll ċertifikat sabiħ għall-Qaddej t'Alla. Fih hu jippreżentah bħala "bniedem dehen ta' tifħir", li għandu "idejn imħarrġin bl-esperjenza", u bniedem "imfaħħar". Wara li l-Isqof Gonzi u l-kappillani t'Għawdex kienu ddeċidew li jibdew Istitut għat-tfal subien f'Għawdex, l-Isqof Gonzi ta l-approvazzjoni tiegħu. Għamel ukoll l-Istatut. Meta bdew ifittxu lil min ser jipproponu bħala Direttur, u ġie aċċettat De Piro, dan tal-aħħar sab id-diffikultajiet. Waħda mill-problemi kienet li Mons. De Piro deherlu li jekk kien sejjer jintgħażel bħala Direttur, hu kellu jkollu ċerta awtonomija u libertà fit-tmexxija. Aktar minn hekk, iżda, hu ma setax jaċċetta li l-Istatuti jillimitaw in-numru ta' tfal fl-Istitut; ried li jkun hemm fiduċja sħiħa fil-Providenza. Fundatur tas-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl Mewt Wara il-ħidmiet kollha li De Piro kien għamel fosthom Direttur tal-Istitut Fra Diegu (1907-1933), Direttur tal-Istitut ta' San Ġużepp f'Santa Venera (1922-1933), Direttur tal-Istitut ta' Ġesù Nazzarenu, Żejtun (1922-1933) u Direttur tal-Istitut San Ġużepp, Għajnsielem, Għawdex (1925-1933), u sar il-Fundatur tas-Soċjeta' Missjunarju ta' San Pawl, il-Qaddej ta' Alla miet ta' malajr fis-17 ta' Settembru 1933 wara li ħassu ħażin fuq l-artal tal-Knisja ta' San Gejtanu waqt il-Barka Sagramentali. Dan ġara wara li kien mexxa l-purċissjoni tad-Duluri, fil-Ħamrun. Is-Soċjeta' llum Iżda De Piro ma mietx. Dak li ħejja fil-passat huwa l-frott ta' dak li qed twettaq is-Soċjeta'. Is-Soċjeta' baqgħet tikber f'artijiet barranin. Wara Malta u l-Etjopja, is-Soċjeta' kompliet tisseddaq fl-Awstralja (1948), fil-Kanada (1959), fil-Perù (1968), fl-Istati Uniti (1973), fil-Pakistan (1981), fl-Italja (1998) u fil-Filippini (1999). Referenzi Fr Tony Sciberras MSSP, "Il-Qaddej ta' Alla Ġużeppi De Piro" (2002) De Piro, Ġużeppi De Piro, Ġużeppi Saċerdoti Kattoliċi Maltin
2083
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jum%20il-%C4%A6elsien%20%28Malta%29
Jum il-Ħelsien (Malta)
Jum il-Ħelsien hija festa nazzjonali ċċelebrata f'Malta li tfakkar il-31 ta' Marzu, 1979, ġurnata li mmarkat il-ħelsien tal-gżejjer Maltin minn kull qawwa barranija għall-ewwel darba fl-istorja tagħha. Minn dakinhar 'l hawn ma kien hawn ebda bażi militari ta' xi nazzjon ieħor f'Malta, u b'hekk wara eluf ta' snin bħala bażi militari u navali, il-Maltin kellhom fl-aħħar is-sovranità totali ta' arthom. Dan l-avveniment seħħ meta l-bażi militari Ingliża ngħalqet wara li r-Renju Unit irrifjuta li jħallas iċ-ċens dovut lil Malta fl-1979, u peress li l-kuntratt kien jagħlaq fl-1 ta' April, il-forzi Ingliżi telqu minn Malta ġurnata qabel. Jum il-Ħelsien huwa wieħed mill-ħames Festi Nazzjonali li għandha Malta, flimkien ma' Jum l-Indipendenza, Is-Sette Giugno, Il-Vitorja u Jum ir-Repubblika. Iċ-Ċerimonja tal-Ħelsien Il-Priministru ta' Malta Dom Mintoff, fil-lejl tal-31 ta' Marzu 1979 xegħel it-torċa tal-Ħelsien fuq il-monument tal-Ħelsien, xogħol tal-iskultur Anton Agius, quddiem il-Knisja ta’ San Lawrenz il-Birgu, fost il-ferħ u l-għajat tal-pubbliku preżenti, l-isparar tal-murtali, id-daqq tal-marċi mill-baned u d-daqq ta’ qniepen tal-knejjes kollha ta’ Malta. Flimkien mal-Prim Ministru Mintoff, xegħel id-dawl tal-ħelsien George Agius, Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union. Ftit qabel, il-bandiera Ingliża tniżżlet bil-mod il-mod u flokha telgħet il-bandiera Maltija għad-daqq tal-Innu Malti u l-għajat ta’ ferħ tal-Maltin miġburin fit-toroq u fuq is-swar tal-Kottonera u, fuq in-naħa l-oħra, tal-Belt Valletta. Il-bandiera Ingliża tniżżlet mill-baħri Ingliż David Gilchrist ta’ 23 sena, signal man fuq l-HMS London wara li l-pulizija Malti Richard Cauchi ta’ 28 sena mill-Ħamrun ta s-salut. Il-baħri Ingliż imbagħad geżwer il-bandiera u ħa b’idejn il-ħaddiem Malti Carmel Boxall ta’ 22 sena mill-Birgu, li kien impjegat mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Imbagħad il-bandiera Maltija ttellgħet minn Alfred Xuereb ta’ 45 sena minn Bormla, li kien welder it-tarzna, fost ċapċip kbir, kaxxi infernali u daqq tal-qniepen tal-knejjes. Id-diskors tal-President Anton Buttigieg Wara sar diskors mill-President tar-Repubblika Anton Buttigieg, diskors li xxandar dirett fuq Xandir Malta, radju u televiżjoni. Dakinhar Buttigieg tkellem hekk: "Aħna miġburin hawn illejla biex nifirħu flimkien u niċċelebraw it-tmiem tal-bażi militari Ingliża. Miġburin hawn illejla biex fuq kollox naħilfu li qatt iżjed ma jkun hawn bażi militari barranija f’artna u li Malta tibqa’ għal dejjem Repubblika ħielsa mmexxija mill-Maltin għall-Maltin. Dan il-monument twaqqaf bħala tifkira tal-ferħ tagħna u tal-ħalfa tagħna lil dawk kollha li jiġu warajna sakemm jibqa’ jeżisti n-nisel Malti. Hija x-xorti kbira tiegħi li nkun President tar-Repubblika llum u li nagħmel dan id-diskors lilkom f’din l-okkażjoni. F’dan il-mument solenni nħoss id-demm tiegħi Malti jbaqbaq fil-vini tiegħi. Moħħi huwa mixgħul bis-sbuħija tad-dehra li qed nara madwari u qalbi tfur bl-imħabba għal Malta ommi. U nistħajjel. Nistħajjel li bħalissa kif aħna miġburin hawnhekk flimkien qegħdin jingħaqdu magħna, fl-ispirtu, mhux biss dawk li qegħdin jarawna fuq it-televiżjoni u jisimgħuna fuq ir-radju, imma dawk il-Maltin kollha mxerrdin mad-dinja. Nistħajjel li qegħdin jingħaqdu magħna ukoll, fl-ispirtu, missirijietna f’qabarhom, anke dawk li talbu u offrew sagrifiċċji għal Malta fit-tempji neolitiċi ta’ Ħal Tarxien, Ħaġar Qim u l-Ġgantija. U lil dawn il-Maltin kollha jiena ngħid: ‘Ifirħu magħna, ingħaqdu magħna f’din il-ħalfa tagħna’. Niftakar b’mod speċjali dawk il-Maltin li nġabru fit-8 ta’ Settembru 1565 f’dan il-post storiku, forsi l-aktar post storiku tal-gżejjer tagħna, fejn għad-daqq tal-istess qniepen tal-knisja ta’ San Lawrenz iżżu ħajr lil Alla għar-rebħa li kisbu fl-Assedju l-Kbir li biha salvaw liċ-ċiviltà Nisranija fl-Ewropa. Iżda għalkemm missirijietna ġġieldu u xerrdu demmhom fuq is-swar, baqgħu jkunu maħkumin mill-barrani fl-interessi tiegħu, komplew jitgħaffġu minnu, komplew jgħixu fil-miżerja, u fuq kollox pajjiżhom baqa’ fortizza li minnha l-barrani għamel il-gwerra fuq il-ġirien tagħna fil-Mediterran. Min jaf kemm minn¬hom inqatlu jew ittieħdu lsiera fil-battalji fuq il-baħar! Kemm isbaħ hija Malta tal-lum, xebh ma’ dawk iż-żminijiet. Malta tagħna tal-lum hija Repubblika ħielsa mibnija fuq ix-xogħol u mhux fuq il-privileġġi. Bis-saħħa tad-demokrazija li tħaddan, kull wieħed minn uliedha, anke l-aktar wieħed umli bħali, jista’ jsir Membru tal-Parlament, Ministru, Prim Ministru u anke President. Malta hija Repubblika li tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem, ewlieni fosthom id-dritt ta’ elezzjonijiet ħielsa, il-libertà tal-kuxjenza, il-libertà tal-kelma u l-libertà tal-assoċjazzjoni. Il-valuri morali u spiritwali tagħna jkattru għax l-imħabba tal-proxxmu ma baqgħetx biss imħabba fil-qalb, imma tbiddlet f’għemil ta’ għajnuna lill-fqar, lil nies qgħeda, lill-morda, lill-inkapaċitati, lix-xjuħ, lir-romol, lill-orfni, fil-fatt lil uliedha kollha. Fuq kollox Malta llum ħelset lilha nfisha mill-bażi militari barranija, mhux b’mibegħda jew vendetta, iżda permezz ta’ għadd kbir ta’ fidi għax hija trid twettaq missjoni ġdida ta’ sliem fil-Mediterran fl-interess tal-paċi fid-dinja kollha. Is-sliem fuq kollox ifisser li ma jkunx hemm għelm u gwerra u għalhekk it-tneħħija tal-bażi militari barranija titqies bħala pass kbir ’il quddiem fis-sliem. Madankollu l-kelma sliem tfisser aktar minn hekk. Il-kelma sliem u l-kunċett tagħha, li aħna writna mill-popli semitiċi, ma tfissirx biss in-nuqqas ta’ għelm, iżda aktar tfisser il-ġid, l-hena u r-relazzjoni¬jiet tajbin. Bil-kliem sabiħ ‘sliem għalik’ aħna flimkien mal-ġnus semitiċi nilqgħu b’merħba lil dawk li huma għeżież għalina, insellmulhom, fi kliem ieħor nixtiequlhom il-ġid, l-hena u relazzjonijiet tajbin. Dan il-kunċett ta’ sliem insibuh fil-Kotba Mqaddsa. Dan hu li tfisser il-missjoni l-ġdida ta’ Malta. Il-ġirien tagħna m’għandhomx għalxiex jibżgħu aktar minn attakk mill-barrani, immexxi minn pajjiżna. Malta issa ħielsa għal kollox u hija għal kollox f’idejna. Mhux biss m’aħniex se naħbtu għalihom, iżda rridu naħdmu flimkien magħhom għall-ġid u l-progress, sabiex il-Mediterran, storikament baħar ta’ gwerra, jinbidel f’għadira ta’ sliem. Din illum hija Malta tagħna, b’ruħ isbaħ milli qatt kellha qabel. Għal din ir-raġuni għalhekk, illum huwa l-bidu ta’ żmien ġdid fil-ġrajja ta’ Malta. Ejjew nifirħu lkoll. Doqqu l-qniepen, ixgħelu d-dwal, xejru l-bnadar u l-istandardi, itfgħu l-fjuri, doqqu l-banda u għannu innijiet ta’ glorja! Huwa minnu li fuq spallejna jaqgħu responsabbiltajiet akbar. Imma Alla jgħin lil dawk li jħobbu u li jaħdmu għall-paċi. ‘Imberkin dawk li jaħdmu għall-paċi, qal Kristu, ‘għax huma jissejħu ulied Alla’. Niżżu ħajr lill-mistednin barranin tagħna talli ngħaqdu magħna llum u ngħidulhom: aqsmu magħna l-ferħ tagħna! Fuq kollox ngħidulhom: kunu xiehda għal din il-ħalfa li għamilna, li qatt iżjed ma jkun hawn bażi militari barranija fuq artna u li Malta tibqa’ għal dejjem Repubblika demokratika ħielsa għal kollox, immexxija mill-Maltin għall-Maltin." Tqegħid ta' fjuri Il-President temm id-diskors imqanqal tiegħu b’qari tal-poeżija tiegħu Il-Kappella tal-Paċi. Wara huwa tela’ fuq il-monument biex iqiegħed bukkett ta’ fjuri ħomor u bojod f’riġlejn il-monument. Kien akkumpanjat minn żewġt itfal Maltin, Odette Buhagiar u Garry Hurst, li ssimbolizzaw il-ġenerazzjoni l-ġdida, li ukoll qiegħdu fjuri f’riġlejn il-monument. Wara tela’ l-Prim Ministru akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-GWU, li poġġew ukoll il-fjuri f’riġlejn il-monument. Warajhom telgħu jqegħdu l-fjuri l-ministri tal-kabinett Malti. Imbagħad tela’ l-Kurunell Muammar Gaddafi, Mexxej tal-Ġemeħerija Libjana, li poġġa bukkett fjuri kbir f’riġlejn il-monument, li kien milqugħ b’ċapċip kbir mill-folol preżenti. Warajh telgħu jqegħdu l-fjuri tagħhom il-membri tal-korp diplomatiku, rappreżentanti tal-Partit Laburista u tal-General Workers Union u rappreżentanti ta’ għaqdiet u assoċjazzjonijiet li waslu sa fuq il-Monument tal-Ħelsien f’korteo li telaq minn Pjazza Gavino Gulia, Bormla. Aktar kmieni, fid-daħla ta’ bejn il-Birgu u l-Isla saret ir-regatta tradizzjonali, tlielaq tal-kenuri, opri tal-baħar u fl-aħħar għadd ta’ skiers daħlu sa quddiem il-monument bit-torċa tixgħel f’idejhom. L-Innu tal-Ħelsien Dom Mintoff kien ikkummissjona lill-kompożitur magħruf Mikis Theodorakis biex jikkomponi l-mużika tal-innu "Lil Malta f'Jum il-Ħelsien", miktub mill-poeta Malti Karmenu Vassallo. L-Innu ndaqq għall-ewwel darba fil-31 ta' Marzu 1979 mill-Berlin Philharmonic Orchestra taħt it-tmexxija ta' Herbert von Karajan. Aħna minn qalbna nsellmulek, Malta! Ifraħ u thenna, Ġenna ta’ Sliem! Fuqek qatt aktar barrani ma jaħkem. Ħares ferħana, Malta, ‘l quddiem. Tlajt sal-quċċata: minn hemm ħadd ma jniżżlek. Ġensek iħarsek jibqa’ sat-tmiem. Aħna minn qalbna nsellmulek, Malta! Ommna kont dejjem, omm mill-aħjar! Bosta fl-imgħoddi rajt għawġ u tbatija. Bosta doqt f'għomrok niket u mrar. Ħajtek għaddejtha tistabar b'min ħakmek. Ħajtek lejl kienet - xitwa mill-agħar Ifraħ! Jum ġdid, Malta, sebaħ għalik: F'artek, Sultana, kulħadd jifraħ bik. Ħielsa tul għomrok kif int ma kont qatt. Ġieħek ma' ħiltek kif jixraq irbatt. Wasal sa fl-aħħar għalik il-ħelsien Beda sa fl-aħħar għalik l-egħżeż żmien. Tifkira kull sena mill-Partit Laburista Mill-1980 'l quddiem il-Partit Laburista dejjem fakkar din il-ġrajja b'kommemorazzjoni fuq l-Għolja tal-Ħelsien. Mill-1989 sal-1995 iċ-ċerimonja uffiċjali tal-Gvern ma baqgħetx issir fuq l-Għolja tal-Ħelsien il-Birgu wara xi inċidenti li kienu nqalgħu fl-1988. Mill-1996 iċ-ċerimonja uffiċjali tal-Gvern reġgħet bdiet issir fuq l-Għolja tal-Ħelsien. Il-Kwistjoni tal-Jiem Nazzjonali Fiċ-ċerimonja kommemorattiva tal-2009 il-Mexxej Laburista Joseph Muscat tkellem dwar kif Malta tista’ jimxi ‘l quddiem jekk il-Maltin iridu li jkun hawn għaqda nazzjonali. Huwa qal li bħala ġens qatt ma stajna naslu sa hawn kieku ma kienx għall-ġrajjiet li sawruna. Qal li wasal iż-żmien li ma nkomplux nitkellmu qisu hemm xi kisbiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet klassi. Huma kollha ġrajjiet li huma katina waħda. Mit-taqbida tas-7 ta’ Ġunju 1919 fejn il-Maltin qamu biex jagħtuna x-xogħol u l-ħidma u r-rebħa u liberazzjoni tal-Ewropa fil-Gwerra fit-8 ta’ Settembru. Għall-kisba importanti tal-21 ta’ Settembru 1964 fejn Ġorġ Borg Olivier kiseb l-Indipendenza u wera li jemmen fil-ħila tal-Maltin. Mill-jum rari fit-13 ta’ Dicembru 1974 fejn il-Parlament qabel kważi unanimament li Malta għandha tkun Repubblika u li l-Kap tal-Istat għandu jkun Anthony Mamo, wild Art Twelidna. Sal-appuntament mad-destin tal-31 Marzu 1979 meta l-poplu Malti mmexxi minn Dom Mintoff wera li kiber u sar Nazzjon. “Ejja nirrispettawhom kollha. Rispett mhux żebliħ. Rispett mhux tfixkil lil min irid irodd ħajr lil pajjiżna. Ir-rispett lejn il-kisbiet kollha huwa bżonnjuż biex fl-aħħar nibdew id-diskussjoni biex inżommu l-festi kollha filwaqt li naslu għal Jum Nazzjonali wieħed. Jum Nazzjonali li jgħaqqad lill-poplu Malti kollu. Dan huwa s-sens ta’ għaqda nazzjonali li ġensna qed jitlobna. Ħoloq Esterni Silta minn dokumentarju fuq dak li wassal għal Jum il-Ħelsien Jum il-Ħelsien u Dom Mintoff - silta mis-sensiela televiżiva Bijografiji Ħelsien Jiem nazzjonali
2085
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jum%20il-Vitorja
Jum il-Vitorja
Jum il-Vitorja jew Otto Settembre hija festa pubblika ċċelebrata f'Malta nhar it-8 ta' Settembru u li tfakkar il-ġrajja ta' żewġ assedji li saru fuq il-gżejjer Maltin. Din il-ġurnata taħbat ukoll mal-kommemorazzjoni tat-twelid tal-Verġni Marija, magħrufa aħjar bħala l-Bambina, festa li tiġi ċċelebrata fil-belt tal-Isla, u l-irħula tan-Naxxar u l-Mellieħa f'Malta, u x-Xagħra f'Għawdex. Ġrajjiet Fl-1565, wara iktar minn tliet xhur assedju, l-Ottomani li kienu qed jassedjaw lill-Birgu u lill-Isla rtiraw u telqu minn dik ix-xaqliba tal-gżira. Anki jekk il-battalji ma kinux spiċċaw, għax kien għad fadal battalja għan-naħat ta' San Pawl il-Baħar, jista' jingħad li dan kien l-aħħar jum tal-Assedju l-Kbir, deskritt bħala fost l-iktar wieħed imdemmi fl-istorja tad-dinja u l-ikbar assedju fl-istorja ta' Malta. Jum qabel it-8 ta' Settembru, fis-7 ta' Settembru, wasal il-Gran Soccorso, l-għajnuna minn Sqallija għal Malta, dan kien daqqa ta' ħarta għat-Torok. Fl-1943, l-Italja kienet irtirat mit-Tieni Gwerra Dinjija, u daret kontra l-Ġermanja, li preċedentement kienet alleata tagħha. Dan wassal għat-twaqqif tal-bumbardamenti min-naħa tat-Taljani fuq Malta, u t-tmiem tal-gwerra għall-Maltin. Attivitajiet Matul dan il-jum isiru diversi avvenimenti, minbarra l-attivitajiet li jsiru matul il-festi. L-attivitajiet jibdew ġurnata qabel b'attività kulturali li ssir f'Misraħ l-Assedju fil-Belt, li tinkludi qari letterarju, mużika u wirjiet artistiċi. Fil-Belt Valletta, fi Triq ir-Repubbblika, issir parata min-naħa tal-Forzi Armati ta' Malta li tgħaddi sakemm tasal quddiem il-Kon-Katidral ta' San Ġwann. Fil-post jingħata salut lill-Prim Ministru ta' Malta filwaqt li jindaqq l-Innu Malti. Aktar tard issir quddiesa pontifikali bil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet tal-Pajjiż. F'din il-ġurnata titqiegħed ukoll kuruna min-naħa tal-President ta' Malta fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir. Wara nofsinhar issir ir-Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir li hi organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport. Fiha jieħdu sehem is-soċjetatijiet affiljati ta' Bormla, Birgu, Birżebbuġa, il-Marsa, Marsamxett, il-Kalkara, l-Isla u Ħal Qormi f'numru ta' tiġrijiet bid-dgħajjes imqassim f'żewġ kategoriji, bil-klabb rebbieħ jieħu x-shield. Fil-gżira ta' Għawdex, iċ-ċelebrazzjonijiet jinkludu serata kommemorattiva li ssir fi Pjazza Indipendenza, fir-Rabat, preseduta mill-Ministru għal Għawdex. Matul din l-istess serata, minbarra servizz mill-banda tal-Forzi Armati, jitqiegħdu kuruni fuq il-Monument tal-gwerra Kristu Re. Vitorja Jiem nazzjonali
2086
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jum%20l-Indipendenza%20%28Malta%29
Jum l-Indipendenza (Malta)
Jum l-Indipendenza hija waħda mill-ħames festi nazzjonali li għandha Malta. Dan il-jum ifakkar il-kisba tal-indipendenza tal-gżejjer Maltin mir-Renju Unit nhar il-21 ta' Settembru 1964. Skont il-Kostituzzjoni tal-1964, Malta saret demokrazija parlamentari fi ħdan il-Commonwealth, l-għaqda tan-nazzjonijiet li kienu jiffurmaw parti mill-Imperu Britanniku. Wara l-Indipendenza, ir-Reġina Eliżabetta II baqgħet is-sovrana ta' Malta bit-titlu ta' Reġina ta' Malta u bil-gvernatur ġenerali jeżerċita l-awtorità f'isimha, filwaqt li d-direzzjoni u l-kontroll tal-gvern u tal-affarijiet nazzjonali kienu f'idejn il-kabinett fit-tmexxija ta' Prim Ministru Malti. F'Ġunju tas-sena 1962, Ġorġ Borg Olivier kien għamel talba formali biex Malta ssir indipendenti u f'Settembru tal-1962 attenda l-laqgħa tal-Prim Ministri tal-Commonwealth. Fit-13 ta' Lulju 1963, Borg Olivier mexxa delegazzjoni tal-Gvern Malti fil-Konferenza dwar l-Indipendenza ta' Malta u li fi tmiemha tħabbar li Malta ser issir indipendenti. Il-Kkostituzzjoni għal Malta indipendenti għaddiet mill-Parlament u approvata mill-poplu f'referendum fi Frar tal-1964. Id-Diskors tal-Prim Ministru Borg Olivier Nhar il-21 ta' Settembru, 1964, Malta saret pajjiż indipendenti. Dakinhar Borg Olivier tkellem hekk fl-Arena tal-Indipendenza, il-Furjana, huwa u jindirizza lill-Prinċep Filippu, Duka ta' Edinburgh: Id-Diskors tad-Duka ta' Edinburgh L-għada it-22 ta' Settembru sar id-Diskors mit-Tron, mill-Prinċep Filippu, id-Duka ta' Edinburgh fl-okkażjoni tal-Ftuħ tal-Parlament: Kontroversja fuq il-Jum Nazzjonali Eventwalment, taħt gvernijiet Laburisti, Malta saret Repubblika fit-13 ta' Diċembru 1974 u kisbet l-awtonomija assoluta fil-31 ta' Marzu 1979, fl-hekk imsejjaħ Jum il-Ħelsien. Fl-1987, kien ġie deċiż li Malta jkollha ħames festi nazzjonali. Nhar is-16 ta' Settembru 2009, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ippropona li Jum l-Indipendenza għandu jkun il-Jum Nazzjonali ta' Malta minflok ma jkollna ħames festi nazzjonali. Meta intervistat mill-ġurnal Illum, l-istoriku Henry Frendo, fisser kif mir-riċerki tiegħu, jirriżulta li Mhux tal-istess fehma l-Professur Godfrey Pirotta, li sostna li ma setax jaqbel mal-proposta ta' Gonzi, Referenzi Indipendenza Furjana 1964
2088
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jum%20ir-Repubblika%20%28Malta%29
Jum ir-Repubblika (Malta)
It-13 ta' Diċembru, 1974, imfakkar fil-kalendarju Malti bħala Jum ir-Repubblika, ir-reġina tar-Renju Unit ma baqgħatx kap tal-istat u minflokha nħatar Sir Anthony Mamo, bħala l-ewwel President tar-Repubblika ta' Malta. F'dan il-jum seħħu, ovvjament, xi tibdiliet fil-Kostituzzjoni tal-Indipendenza, li ġew aċċettati miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati filwaqt li Dom Mintoff ġie dikjarat l-ewwel Prim Ministru ta' Malta Repubblika. Fl-1964 Malta saret stat indipendenti, imma skont il-Kostituzzjoni, ir-Reġina tal-Ingilterra baqgħat il-Kap tal-Istat f'Malta. Ir-rappreżentant tar-Reġina f'Malta baqa' l-Gvernatur Ġenerali. Fl-1974 sar tibdil fil-Kostituzzjoni. Wara diskussjonijiet bejn iż-żewġ partiti l-kbar, il-Parlament Malti, b'maġġoranza kbira, approva numru ta' tibdiliet fil-Kostituzzjoni. Fost it-tibdiliet kien hemm dik li Malta ssir Repubblika. Il-Presidenti ta' Malta Repubblika kienu dawn: Sir Anthony Mamo (qabel sar President kien ukoll Gvernatur Ġenerali) Dr. Anton Buttiġieġ (1976-1981) Is-Sinjorina Agatha Barbara (1982-1987) Is-Sur Pawlu Xuereb – Aġent President (1987-1989) Dr. Ċensu Tabone (1989-1994) Dr. Ugo Mifsud Bonniċi (1994-1999) Dr. Guido De Marco (1999-2004) Dr. Edward Fenech Adami (2004-2009) Dr. George Abela (2009-2014) Dr Marie-Louise Coleiro Preco (2014-2019) Dr George Vella (2019-preżent) Il-President huwa l-Kap tal-Istat. Huwa jiffirma l-liġijiet li jgħaddu mill-Parlament u jamministra wkoll il-"Community Chest Fund”. L-uffiċċju tal-President jinsab fil-Palazz tal-Belt Valletta u bħala residenzi għandu l-Palazzi ta' San Anton u l-Verdala. Ta' kull sena f'Jum ir-Repubblika, il-President imexxi ċerimonji fil-Palazz, il-Belt Valletta, li fiha jagħti għadd ta' onorefiċenzi lil numru ta' ċittadini Maltin u Għawdxin li jkunu taw xi servizz lil Malta. Repubblika Jiem nazzjonali
2090
https://mt.wikipedia.org/wiki/Gwerer%20Puni%C4%8Bi
Gwerer Puniċi
Il-Gwerer Puniċi kienu sensiela ta' tliet gwerer miġġielda bejn ir-Rumani u l-belt Feniċja ta' Kartaġni. Jissejħu "Puniċi" għax ir-Rumani baqgħu jirreferu għall-Kartaġiniżi bħala Feniċi, billi l-kelma bil-Latin għall-feniċju għandha l-għerq 'Puniceus'. Il-kawża prinċipali ta' dawn il-Gwerer Puniċi kien il-kunflitt ta' interess bejn il-Kartaġiniżi u r-Rumani, kawżat minħabba l-espansjoni ta' dawn iż-żewġ superpotenzi tal-Mediterran. Ir-Rumani kienu interessati ħafna fil-portijiet u l-kolonji Kartaġiniżi. Fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Punika, Kartaġni kienet tiddomina l-Mediterran, b'imperu marittimu kbir ħafna, filwaqt li Ruma bdiet issir il-mexxejja tal-popli Latini fl-Italja. Fl-aħħar tat-Tielet Gwerra Punika, Ruma kienet rebħet l-imperu sħiħ tal-Kartaġiniżi u ħassret lill-belt ta' Kartaġni minn wiċċ id-dinja, biex b'hekk Ruma saret l-iktar nazzjon potenti fil-Mediterran. L-Ewwel Gwerra Punika (264 QK - 241 QK) kienet primarjament gwerra marittima. It-Tieni Gwerra Punika (218 QK - 202 QK) hi famuża grazzi għal Annibale u l-attakki tiegħu fl-Italja. It-Tielet Gwerra Punika (149 QK - 146 QK) spiċċat bit-telfa ta' Kartaġni. Gwerer
2092
https://mt.wikipedia.org/wiki/Atti%20tal-Appostli
Atti tal-Appostli
L-Atti tal-Appostli, (Bil-Grieg 'práxeis ton apostólon') hu ktieb fil-Bibbja u hu l-ħames wieħed fit-Testment il-Ġdid. L-Abbrevjazzjoni fil-kwotazzjonijiet Bibliċi hi: Atti. L-Atti huma, b'mod ġeneriku, rakkont storiku ta' x'ġara matul l-ewwel ftit snin tal-Knisja. Dan il-ktieb jiffoka primarjament fuq l-għemil ta' Pietru u ta' Pawlu. Din tirrakkonta kif twaqqfet il-knisja f'Ġerusalemm minn Ġakbu l-Ġust, minn bidu ta' madwar 120 membru (1:15) komposti minn Lhud u Proseliti, għal Pietru jgħammed lil Kornelju (10:44), li hu tradizzjonalment l-ewwel Ġentil mgħammed, għall-Kunċilju ta' Ġerusalemm (15), għal Ġakbu jakkuża lil Pietru li jrid idawwar il-liġi ta' Mosè (21:18), għall-arrest ta' Pawlu u l-vjaġġ tiegħu sa Ruma. Evidenza interna turi li dan il-Ktieb kien kumpann u tkomplija tal-Ktieb ta' Luqa; is-separazzjoni tiegħu minn dak il-ktieb seħħet qabel kull manuskritt li għadu msemmi. Storikament dan għandu interess qawwi: M'hemm l-ebda ktieb ieħor bħalu fit-Testment il-Ġdid jew barra minnu. Din hi l-istorja tal-Knisja; mingħajra il-kuntest tal-era tal-appostolat universali ikun bla ebda pedament. Kotba fit-Testament il-Ġdid
2094
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bi%C5%BCantini
Biżantini
Il-Biżantini hu t-terminu użat konvenzjonalment lejn il-Griegi tal-Imperu Ruman tal-Lvant li kienu jsejħu lilhom infusom Rumani matul il-Medjuevu, imperu mibni fuq il-belt ta' Kostantinopli, qabel Biżanzju, illum Istanbul. M'hemm l-ebda data speċifika li tgħid meta bdiet l-era Biżantina. Xi wħud jibdewha fil-perijodu ta' Dijoklezjanu (284WK - 305WK) minħabba l-fatt li qasam l-Imperu Ruman fi tnejn, il-pars Orientis u l-pars Occidentis. Oħrajn ipoġġu l-bidu fir-renju ta' Teodożju I (379WK - 395WK) u r-rebħa tal-Kristjaneżmu fuq il-pagani, jew, wara mewtu fl-395WK, bil-qasma totali tal-Imperu. Xi oħrajn ipoġġuha iktar 'il bogħod fl-476WK, meta l-aħħar Imperatur Ruman tal-Punent, Romulu Awgustu, kellu jabdika, biex b'hekk iħalli l-mandat ta' imperatur f'idejn l-Imperatur tal-Lvant. F'kull każ, il-proċess ta' ellenizzazzjoni li kien kontinwu u gradwali, sal-330WK, meta Kostantinu I inawgura l-kapitali l-ġdida, kien ġa beda. Storja Imperi Imperu Ruman
2095
https://mt.wikipedia.org/wiki/Normanni
Normanni
In-Normanni (korruzzjoni ta' l-isem "Northmen" jew "Norsemen", Poplu tan-Nofsinhar) kienu taħlita ta' Galli minn Franza u invażuri Vikingi mmexxijin minn Hrolf Ganger, li adotta l-isem Franċiż Rollo u ħalef li jservi lir-re ta' Franza (Karlu s-Sempliċi). Dawn il-Vikingi Daniżi u Norveġiżi bdew jokkupaw in-naħa ta' fuq ta' Franza, illum magħrufa bħala n-Normandija, fit-tieni nofs tas-Seklu IX. Fid-911, Karlu s-Sempliċi tagħhom art fil-wied tax-xmara Senna, li maż-żmien kibret sakemm saret id-Dukat tan-Normandija. In-Normanni addottaw il-Kristjaneżmu, u l-ilsien Gallo-Romantiku u rnexxielhom joħolqu identità kulturali separata minn ta' missirijiethom Skandinavi u minn tal-ġirien Franċiżi. Il-Kultura Normanna, bħall-kultura ta' ħafna komunitajiet immigranti, kienet flessibli u soda. Għal xi żmien irnexxielhom jokkupaw żoni vasti ta' art imferrxin u mhux konnessi ma' l-Ewropa kollha. Vikingi
2096
https://mt.wikipedia.org/wiki/Imperu%20Ottoman
Imperu Ottoman
{| border=1 align=right cellpadding=4 cellspacing=0 width=300 style="margin: 0 0 1em 1em; background: #f9f9f9; border: 1px #aaaaaa solid; border-collapse: collapse; font-size: 95%;" |+<big>Imperu Ottomanدولت عليهٔ عثمانیهDevlet-i Âliyye-i Osmâniyye</big> | align="center" colspan="2"| |- | align=center colspan=2 style="background:#f9f9f9;" | 1299-1923 Espansjoni tal-Imperu Ottoman bejn l-1481 u l-1683 (esklużi l-Alġerija, Sudan, Hejaz, Asir u l-Jemen) |- |Kapitali|Söğüt (1299–1309)Yarhisar (1309-1314)İnegöl (1314-1326)Bursa (1326–1365)Adrianople (1365–1453)Kostantinopli (1453–1922) |- |Gvern|Monarkija assoluta(1299-1876)(1878-1908)(1918-1922)Monarkija kostituzzjonali(1876-1878)(1908-1918) |- |Erja -1683  -1914: |5,200,000 km² (2,007,731 mi kw)1,800,000 km² (694,984 mi kw) |- |Popolazzjoni -1856 est.  -1906 est.  -1912 est. |35,350,00020,884,00024,000,000 |- |Munita|Akçe, Para, Kuruş, Lira, Sultanî |- |Preċedut minn| Imperu Biżantinu diversi pajjiżi oħra |- |Suċċessut minn| Gvern tal-Gran Assemblea Nazzjonaliu diversi pajjiżi oħra |- |Pajjiżi llum| (de facto) (de facto) (de facto) (de facto) (de facto) (de facto) |- |} L-Imperu Ottoman' kien potenza li kienet teżerċita saħħitha max-xtut tal-Baħar Mediterran li beda jeżisti fl-1281 (jew 1299) sal-1923. kien wieħed mill-ikbar Imperi li qatt dehru fuq wiċċ id-dinja, u, meta kien b'saħħtu, kien jinkludi t-Turkija, il-Lvant Nofsani, l-Afrika ta' Fuq u l-Balkani. Ġie fondat minn tribu ta' Torok Oghuz fil-Punent tat-Turkija, u kien immexxi mid- dinastija Osmanlı, dixxendenti minn dawn it-Torok. F'ċirkli diplomatiċi, l-Imperu kien jissejjaħ la Sublime Porte jew sempliċement Porte, dderivat mit-traduzzjoni franċiża tat-terminu Bâb-i-âlî, li tfisser "il-bieb l-għolja", minħabba ċ-ċerimonji ta' merħba lill-ambaxxaturi barranin mill-bieb tal-Palazz Imperjali Topkapi. Ġieli jiġi interpretat bħala riferenza għal qagħda tan-nazzjon u speċjalment tal-kapitali Istanbul; fil-fatt l-Imperu kien jidher bħala l-bieb bejn l-Ewropa u l-Asja. Fi żmienu, l-Imperu Ottoman kien jissejjaħ ukoll l-Imperu Tork jew it-Turkija minn barranin Ewropej, imma l-isem tal-pajjiż tal-lum m'ghandux jitħawwad ma' dak tal-Imperu Ottoman. L-Imperu twaqqaf minn Osman I, bl-Għarbi ʿUthmān b'hekk l-isem tal-Imperu. Fis-Seklu XVI u s-Seklu XVII, l-Ottomani kellhom wieħed mill-iktar imperi kbar u b'saħħitom fid-dinja, u xi pajjiżi Ewropej bdew iħossuhom skomdi minħabba l-avvanzi tagħhom fil-Balkani. Madanakollu l-Ottomani twaqqfu fl-Assedju ta' Malta, fil-Battalja ta' Lepanto u f'dik ta' Vjenna. Fl-1453, l-aħħar fdal tal-Imperu Biżantin sfaxxa meta Kostantinopli saret il-kapitali Ottomana bl-isem ta' Istanbul. Mill-1517 'il quddiem, is-Sultan Ottoman kien ukoll Kaliff tal-Islam, u l-Imperu Ottoman mill-1517 sal-1922 (jew 1924) kien sinonimu mal-Kaliffat, l-Istat Islamiku''. Wara l-Ewwel gwerra dinjija, fl-istess gwerra li parti kbira tal-Imperu waqa' f'idejn l-Alleati, filwaqt li l-istat Ottoman kien f'taħwid kbir, xi nazzjonalisti Torok, ħafna kienu uffiċjali għolja fil-militar, waqqfu l-istat Tork permezz tal-gwerra tal-Indipendenza Torka, kontinwazzjoni tal-gwerra bejn il-Griegi u t-Torok, il-maġġoranza fuq art li saret Torka fit-Trattat ta' Lausanne. Isem Il-kelma Ottoman hija anglicisation storika tal-isem ta' Osman I, il-fundatur tal-Imperu u tad-Dar tal-gvern ta' Osman (magħrufa wkoll bħala dinastija tal-Ottomani). L-isem ta’ Osman min-naħa tiegħu kien il-forma Torka tal-isem Għarbi ʿUthmān (عثمان). Fit-Tork Ottoman, l-imperu kien imsejjaħ Devlet-i ʿAlīye-yi ʿOsmānīye (دولت عليه عثمانیه), [34] (litteralment "L-Istat Ottoman Suprem") jew alternattivament ʿOsmānlı Devleti (عثمانلى دولت). Fit-Tork Modern, huwa magħruf bħala Osmanlı İmparatorluğu ("L-Imperu Ottoman") jew Osmanlı Devleti ("L-Istat Ottoman"). Il-kelma Torka għal "Ottoman" (Osmanlı) oriġinarjament kienet tirreferi għas-segwaċi tat-tribu ta' Osman fis-seklu erbatax, u li wara din bdiet tintuża biex tirreferi għall-elit militari-amministrattiva tal-imperu. B'kuntrast ma' dan, it-terminu "Turk" (Türk) intuża biex jirreferi għall-popolazzjoni u ghall-popolazzjoni tribali Anatolja u kien meqjus bħala terminu ta' tqaxxir meta applikat għal individwi urbani u edukati. [35] Fil-perjodu modern bikri, kelliem Tork b'edukazzjoni urbana edukata li ma kienx membru tal-klassi amministrattiva militari ħafna drabi ma jirreferix għalih innifsu la bħala Osmanlı u lanqas bħala Türk, imma aktar bħala Rūmī (رومى), jew "Rumana", li tfisser abitant tat-territorju tal-ex Imperu Biżantin fil-Balkani u fl-Anatolja. It-terminu Rūmī intuża wkoll biex jirreferi għal kelliema ta’ Tork mill-popli Musulmani l-oħra tal-imperu u lil hinn minnha. [36] Kif applikat għall-kelliema Torok Ottomani, dan it-terminu beda jintuża mill-użu fl-aħħar tas-seklu sbatax, u minflok il-kelma saret dejjem aktar assoċjata mal-popolazzjoni Griega tal-imperu, fis-sens li għadha ġġorrha fit-Turkija sal-lum. [ 37] Fl-Ewropa tal-Punent, iż-żewġ ismijiet "Imperu Ottoman" u "Turkija" spiss kienu jintużaw b'mod interkambjabbli, bit-"Turkija" tkun dejjem aktar iffavorita kemm f'sitwazzjonijiet formali kif ukoll informali. Din id-dikotomija ntemmet uffiċjalment fl-1920–23, meta l-gvern Tork, li għadu kif ġie stabbilit f'Ankara, għażel lit-Turkija bħala l-uniku isem uffiċjali. Ħafna storiċi akkademiċi jevitaw it-termini "Turkija", "Torok", u "Torok" meta jirreferu għall-Ottomani, minħabba l-karattru multinazzjonali tal-imperu. Storja Insurgenza: (c. 1299–1453) Hekk kif is-Seljuk Sultanate ta' Rum naqas fis-seklu 13, l-Anatolja kienet maqsuma f'biċċa ta' prinċipati Torok indipendenti magħrufa bħala l-Anatolji Beyliks. Waħda minn dawn il-beyliks, fir-reġjun ta 'Bitynia fuq il-fruntiera tal-Imperu Biżantin, kienet immexxija mill-mexxej tribali Tork Osman I (d. 1323/4), figura ta' oriġini oskuża minn fejn ġej l-isem Ottoman. [38 ] Is-segwaċi bikrija ta 'Osman kienu jikkonsistu kemm minn gruppi tribali Torok kif ukoll minn rinnegati Biżantini, ħafna iżda mhux kollha konvertiti għall-Iżlam. Osman estenda l-kontroll tal-prinċipat tiegħu billi kkonkerra bliet Biżantini tul ix-xmara Sakarya. Telfa Biżantina fil-battalja ta 'Bapheus fl-1302 ikkontribwixxiet ukoll għall-lok ta' Osman. Mhux mifhum sew kif il-bidu tal-Ottomani ġew biex jiddominaw il-ġirien tagħhom, minħabba n-nuqqas ta’ sorsi li jibqgħu ħajjin minn dan il-perjodu. It-teorija tat-Teżi ta’ Gaża popolari matul is-seklu għoxrin ikkreditat is-suċċess tagħhom għar-rally tagħhom ta’ ġellieda reliġjużi biex jiġġieldu għalihom f’isem l-Islam, iżda issa hija kkritikata ħafna u m’għadhiex ġeneralment aċċettata mill-istoriċi, u m’hemmx kunsens dwar in-natura tal-espansjoni bikrija tal-istat Ottoman issostitwiha. Fis-seklu wara l-mewt ta ’Osman I, il-ħakma Ottomana bdiet tiġġedded fuq l-Anatolja u l-Balkani. L-iben ta 'Osman, Orhan, qabad il-belt tal-Anatolja tal-majjistral ta 'Bursa fl-1326, u għamilha l-kapitali l-ġdida tal-istat Ottoman u ħaqqet il-kontroll Biżantin fir-reġjun. Il-belt tal-port importanti ta ’Tessalonika ġiet maqbuda mill-Venezjani fl-1387 u keċċa. Ir-rebħa Ottomana fil-Kosovo fl-1389 effettivament immarkat it-tmiem tal-poter Serb fir-reġjun, li twitti t-triq għall-espansjoni Ottomana fl-Ewropa. [41] Il-Battalja ta ’Nicopolis fl-1396, meqjusa b’mod wiesa’ bħala l-aħħar kruċjata fuq skala kbira tal-Medju Evu, naqset milli twaqqaf l-avvanz tat-Torok Ottomani rebbieħa. Hekk kif it-Torok kabbru fil-Balkani, il-konkwista ta 'Kostantinopli saret għan kruċjali. L-Ottomani diġà wrested il-kontroll ta 'kważi l-ex-artijiet Biżantini kollha li jdawru l-belt, iżda d-difiża qawwija tal-pożizzjoni strateġika ta' Kostantinopli fuq id-Dejt tal-Bosforu għamlitha diffiċli biex tiġi konkwista. Fl-1402, il-Biżantini ġew temporanjament meħlusa meta l-mexxej Turco-Mongol Timur, fundatur tal-Imperu Timurid, invada l-Anatolja Ottomana mil-lvant. Fil-Battalja ta 'Ankara fl-1402, Timur għeleb il-forzi Ottomani u ħa lil Sultan Bayezid I bħala priġunier, li jitfa' l-imperu f'diżordni. Il-gwerra ċivili wara, magħrufa wkoll bħala l-Fetret Devri, damet mill-1402 sal-1413 hekk kif ulied Bayezid ġġieldu wara xulxin. Dan intemm meta Mehmed I ħareġ bħala s-sultan u rrestawra l-poter Ottoman. It-territorji tal-Balkani mitlufin mill-Ottomani wara l-1402, inklużi Tessalonika, il-Maċedonja u l-Kosovo, aktar tard ġew irkuprati minn Murad II bejn l-1430 u l-1450s. Fl-10 ta ’Novembru 1444, Murad irrepela l-Kruċjata ta’ Varna billi għeleb l-armati Ungeriża, Pollakka u Valaġjana taħt Władysław III tal-Polonja (ukoll Re tal-Ungerija) u John Hunyadi fil-Battalja ta ’Varna, għalkemm l-Albaniżi taħt Skanderbeg baqgħu jirreżistu. Erba 'snin wara, John Hunyadi ħejja armata oħra ta' forzi Ungeriżi u tal-Wallachian biex jattakkaw it-Torok, iżda reġa 'ġie megħlub fit-Tieni Battalja tal-Kosovo fl-1448. Imperi Pajjiżi stabbiliti fl-1299 Pajjiżi li spiċċaw fl-1923
2101
https://mt.wikipedia.org/wiki/It-Tieni%20Gwerra%20Dinjija
It-Tieni Gwerra Dinjija
{{Infobox Kunflitt Militari |kunflitt = It-Tieni Gwerra Dinjija |stampa = |data = 1 ta' Settembru 1939 – 2 ta' Settembru 1945 |post = L-Ewropa, il-Paċifiku, ix-Xlokk Asjatiku, iċ-Ċina, il-Lvant Nofsani, il-Mediterran u l-Afrika. |riżultat = Rebħa Alleata. Ħolqien tal-Ġnus Magħquda. Il-qawmien tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Sovjetika bħala żewġ superpotenzi. Kreazzjoni tal-isferi tal-influwenza tal-Ewwel u t-Tieni dinja fl-Ewropa, li wassal għall-Gwerra l-Bierda. (Aktar) |kumbattent1 = Alleati. |kumbattent2 = Qawwiet tal-Assi. |kmandant1 =Politiċi:Stalin Roosevelt Chiang Kai-shek Truman Churchill De Gaulle Michele I <p>Militari:Žukov Eisenhower Montgomery Chiang Kai-shek Mao ZedongDe Gaulle |kmandant2 =Politiċi:Hitler Hirohito Tojo Mussolini Badoglio Horthy Szalasi <p>Militari:von Manstein Yamamoto Graziani |saħħa1 = |saħħa2 = |korruti1 = Total: 50 miljunMilitari: 17-il miljunĊivili: 33 miljun |korruti2 = Total: 12 miljunMilitari: 8 miljuniĊivili: 4 miljuni |noti = }} It-Tieni Gwerra Dinjija kien kunflitt mondjali li involva l-maġġoranza tal-pajjiżi tad-dinja, b'mod speċjali l-pajjiżi l-iktar avvanzati maqsumin f'żewġ alleanzi militari opposti: L-Alleati u l-Qawwiet tal-Assi. Din il-gwerra involviet il-mobilitazzjoni ta' 'l fuq minn 100 miljun rekluta militari, b'hekk hi meqjusa bħala l-iktar gwerra mifruxa fl-istorja. Fi stat ta' "gwerra totali", il-partiċipanti maġġuri poġġew il-kapaċitajiet ekonomiċi, industrijali, u xjentifiċi għas-servizz ta' isforz belliku, bl-injorar tad-distinzjoni bejn riżorsi militari u dawk ċivili. Iktar minn 70 miljun ruħ, il-maġġoranza tagħhom ċivili, inqatlu f'dan il-konflitt, li għalhekk jitqies bħala l-iktar imdemmi fl-istorja umana. In-nefqa finanzjarja totali tal-gwerra hi stimata li laħqet triljun dollaru amerikan, b'hekk hi ukoll l-iktar gwerra li swiet flus. Il-bidu tal-gwerra hu meqjus li hu Settembru 1939 bl-invażjoni tal-Polonja, u d-dikjarazzjoni ta'gwerra fuq il-Ġermanja mir-Renju Unit, Franza u d-Dominji Britanniċi. L-Allejati kienu rebbieħa, bil-Ġermanja ċċedi fit-8 ta' Mejju 1945, u r-rebħa fuq il-Ġappun fit-2 ta' Settembru. L-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti ħarġu mill-kunflitt bħala ż-żewġ superpotenzi maġġuri. Din is-sitwazzjoni fetħet il-Gwerra l-Bierda, li damet 45 sena. Il-Ġnus Magħquda ġew iffurmati bit-tama li jiġi evitat kunflitt ieħor bħal dan. L-idea ta' determinazzjoni nazzjonali imbuttata mill-gwerra aċċelerat il-moviment ta' dekolonizazzjoni fl-Asja u l-Afrika, filwaqt li fl-Ewropa tal-Punent stess bdiet miexja lejn l-integrazzjoni. Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, it-telfa tal-Ġermanja, ffirmata fit-Trattat ta' Versailles imponiet fuq dan il-pajjiż it-telfien ta' parti mdaqqsa mit-territorju, ċaħdet l-annessjoni ta' stati oħra, llimitat id-daqs tal-forzi armati Ġermanizi, u imponiet reparazzjonijiet finanzjarji kbar ħafna. Ir-Rivoluzzjoni Russa tal- 1917 u l-gwerra ċivili li din ikkawżat, wasslu għall-ħolqien tal-Unjoni Sovjetika li malajr ġiet taħt il-ħakma ta' Joseph Stalin. Fl-Italja, Benito Mussolini ħataf il-poter bħala dittatur faxxist bil-wiegħda li joħloq "Imperu Ruman Ġdid". Il-Partit Kuomintang fiċ-Ċina beda Spedizzjoni fit-Tramuntana (1926-1927) bħala programm ta' unifikazzjoni nazzjonali, kontra sinjuri tal-gwerra Ċiniżi tas-snin għoxrin, imma spiċċa mgħarraq fi gwerra ċivili kontra l-ex alleati, il-Partit Komunista Ċiniż. Fl-1931, l-Imperu Ġappuniż, li kien ilu ħafna jipprova jespandi l-influwenza tiegħu fiċ-Ċina, taħt il-kunċett tad-dritt li jaħkem fuq l-Asja, uża l-Inċident ta' Mukden bħala ġustifikazzjoni biex jinvadi l-Manċurja; iż-żewġ nazzjonijiet tqabdu f'bosta kunflitti zgħar sad-Dikjarazzjoni Tanggu li ħabbret il-waqfien tal-gwerra fl-1933. In-Nazzjonal-Soċjalist Adolf Hitler sar il-mexxej tal-Ġermanja fl- 1933 u fis beda kampanja kbira ta'riarmament. Dan ħasseb lil Franza u r-Renju Unit, li kienu batew ħafna fl-aħħar gwerra, kif ukoll l-Italja, li rat l-ambizzjonijiet territorjali tagħha jiddalmu minħabba dawk tal-Ġermanja. Biex jiżgura l-alleanza, il-Franċiżi ħallew lill-Italja ħielsa fl-operazzjonijiet tagħha fl- Etjopja, li l-Italja xtaqet taħtaf. Din is-sitwazzjoni ġiet aggravata fl-1935 meta s-Saarland ingħaqdet legalment mal-Ġermanja, u Hitler rrinunzja t-Trattat ta' Versailles, għaġġel ir-remilitarizazzjoni u daħħal il-lieva. Bl-isperanza li tinżamm il-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza u l-Italja ffurmaw il-Front ta' Stresa. L-Unjoni Sovjetika, mbeżża mill-għanijiet tal-Ġermanja li taħtaf art fil-Lvant tal-Ewropa, kkonkluda trattat ta' assistenza militari ma' Franza. Qabel jieħu effett, dan il-patt Franco-Sovjetiku kellu jgħaddi mill-burokrazija tal- Lega tan-Nazzjonijiet, li spiċċa jagħmlu bla saħħa. Biex iktar tikkomplika s-sitwazzjoni, f'Ġunju tal-1935, ir-Renju Unit iffirma trattat Navali indipendenti mal-Ġermanja, jħoll ħafna mir-restrizzjonijiet ta' qabel. L-Istati Uniti, minħabba l-ġrajjiet fl-Ewropa u l-Asja, għadda l-Att tan-Newtralità' f'Awissu. F'Ottubru, l-Italja invadiet l-Ewropa, bil-Ġermanja tkun l-uniku pajjiż fl-Ewropa li ma kkundannatx dan l-att. L-Italja allura neħħiet kull objezzjoni tagħha fuq l-għan tal-Ġermanja li tagħmel mill-Awstrija stat-satellita. Bi vjolazzjoni diretta tat-Trattat ta' Versaille u dak ta' Lokarno, Hitler rremilitarizza r- Rhineland f'Marzu tal- 1936, u hawn bilkem irċieva tweġiba mil-potenzi l-oħra. Meta bdiet il-Gwerra Ċivili Spanjola f'Lulju, Hitler u Mussolini għenu l-fazzjoni faxxista mmexxija minn Ġeneralíssimu Francisco Franco u l-forzi nazzjonalisti tiegħu fil-gwerra ċivili kontra t-Tieni Repubblika Spanjola, megħjuna mill-Unjoni Sovjetika. Iż-żewġ naħat użaw il-kunflitt biex jisperimentaw armi u metodi ta' gwerra ġodda, bil-forzi nazzjonalisti spanjoli jirbhu fl-1939. Biż-żieda fit-tensjonijiet, bedw isiru sforzi ta' konsolidazzjoni ta' poter f'bosta pajjiżi. F'Ottubru, l-Ġermanja u l-Italja ffurmaw l-Assi Ruma-Berlin u xahar wara, il-Ġermanja u l-Ġappun, bil-ħsieb li l-Unjoni Sovjetika u l-komuniżmu kien l-ikbar periklu għalihom, iffirmaw il-Patt Anti-Komintern, li l-Italja daħlet fih sena wara. Fiċ-Ċina, il-Kuomintang u l-forzi komunisti, qablu fuq waqfien mil-ġlied biex jippreżentaw front magħqud kontra l-forzi ġappuniżi. Kronoloġija Dati oħra li huma kkunsidrati bħala l-bidu tal-kunflitt jinkludu l-invażjoni ġappuniża tal-Manċurja fl-1931, il-bidu tat-Tieni Gwerra Sino-Ġappuniża, fl-1937, jew bosta dati marbutin ma' avvenimenti oħrajn. Xi sorsi jimxu mal-idea ta' A. J. P. Taylor, li jemmen li kien hemm żewġ gwerer simultanei, il-Gwerra Sino-Ġappuniża fl-Asja tal-Lvant, u t-Tieni Gwerra Ewropea fl-Ewropa u fil-kolonji tagħha, imma dawn ma sarux gwerra dinjija sakemm ma ngħaqdux fl-1941 bid-daħla fil-gwerra tal-Unjoni Sovjetika; b'hekk il-gwerra kompliet sal-1945. Għat-tmiem tal-gwerra għandha bosta dati wkoll. Xi sorsi jgħidu li dan seħħ bl-armistizju tal-14 t'Awwissu 1945, minflok fid-data li fiha l-Ġermanja ċediet b'mod uffiċjali; f'diskussjonijiet storiċi Ewropej, il-gwerra ntemmet f'Jum ir-Rebħ fl-Ewropa, il-V-E Day. It-trattat uffiċjali tat-tmiem tal-gwerra mal-Ġappun ġie iffirmat biss fl-1951, fit-Trattat ta' San Francisco. Deskrizzjoni tal-gwerra Il-gwerra fiċ-Ċina F'nofs l-1937, wara l-Inċident fuq il-Pont Marku Polo, il-Ġappun beda invażjoni sħiħa taċ-Ċina. Is-Sovjetiċi mill-ewwel għenu liċ-Ċiniżi, fatt li ħassar il-kooperazjoni Ċiniża mal-Ġermanja. Wara assalt fuq Shanghai , il-Ġappuniżi tefgħu lura l-qawwiet Ċiniżi, bil-ħtif tal-kapitali Nanġing f'Diċembru. F'Ġunju tal- 1938, iċ-Ċiniżi żammew l-avvanzata Ġappuniża billi għarrqu x-Xmara s-Safra; anki jekk dan ta' liċ-Ċiniżi biżżejjed ħin biex tiġi ffortifikata l-belt ta'Wuħan, il-belt xorta wagħet f'idejn Ġappuniżi sa Ottubru. F'dan iż-żmien, forzi ġappuniżi u sovetiċi ingaġġaw f'battalja minuri fuq l-Għadira Khasan; f'Mejju tal-1939, dawn ġew involuti f'battalja eħrex f'Khalkhin Gol, li spiċċat bi qbil ta' waqfien mill-ġlied fil- 15 ta' Settembru u r-restawr tal-istat ante bellum. Il-gwerra tibda fl-Ewropa Fl-Ewropa, il-Ġermanja u l-Italja bdew jippreparaw għat-taqbid. F'Marzu tal-1938, il-Ġermanja permezz tal- Anschluss, għaqqdet lill-Awstrija mat-territorju tagħha, li ma tantx ġabet rekriminazzjonijiet mill-poetnzi Ewropej. Inkuraġġat, Hitler beda jesponi drittijiet ġermaniżi fuq is-Sudetenland; Franza u l-Gran Brittanja ħallewh jannessi dawn l-artijiet fil-Qbil ta' Munich, bil-wiegħda li din kellha tkun l-aħħar domanda territorjali tal-Ġermanja. Hitler malajr ħarab mil-wiegħda tiegħu. F' Marzu tal-1939, il-Ġermanja u l-Ungerija okkupaw iċ-Ċekoslovakkja sħiħa, flimkien. Allarmat, u b'Hitler jiddikjara li ried jerġa' jagħqqad lil belt ta' Danżing, u allura kellu pretensjonijiet għal art Pollakka, Franza u r-Renju Unit ħarġu garanzija tal-indipendenza tal-Polonja; meta l-Italja invadiet l-Albanija f'April, l-istess garanzija ġiet estiża lir-Rumanija u l-Greċja. L-Unjoni Sovjetika pruvat tallea ruħha ma' Franza u r-Renju Unit, imma ġiet injorata minħabba suspetti fuq il-motivi tagħha u l-kapaċitajiet militari li kellha. Ftit wara l-garanziji Franko-Britanniċi lejn il-Polonja, il-Ġermanja u l-Italja fformalizzaw l-alleanza tagħhom bil-Patt tal-Azzar. Bit-twemmin li Franza u r-Renju Unit ma xtaqux jalleaw rwieħhom mal-Unjoni Sovjetika, minħabba l-biża li din setgħet tiżviluppa fi gwerra bejn Hitler u l-URSS bil-qawwiet tal-Punent jibqgħu newtrali jew jgħinu lil Hitler, l-Unjoni Sovjetika ddeċiedet li tidħol fi qbil li ma tattakkax lil Ġermanja permezz tal –Patt Molotov Ribbentrop. Dan il patt kien jinkludi qbil sigriet biex l-Ewropa tal-Lvant tinqasam bejniethom. Fl- 1 ta' Settembru, 1939, Adolf Hitler ħabbar l-invażjoni tal-Polonja u t-Tieni Gwerra Dinjija bdiet. Franza, l-Gran Brittanja, u l-Pajjiżi tal-Commonwealth ddikjaraw gwerra fuq il-Ġermanja, imma ftit li xejn wettqu operazzjonijiet belliċi apparti attakk zgħir Franċiż fis-Saarland. F' nofs Settembru, wara li ġie ffirmat armistizju mal-Ġappun, l-Unjoni Sovjetika bdiet l-invażjoni tagħha tal-Polonja. Sa' l-bidu t' Ottubru, il-Polonja nqasmet bejn il-Ġermanja u l-Unjoni Sovjetika. Matul il-battalji fil-Polonja, il-Ġappun beda l-ewwel attakk fuq il-belt ċiniża strateġikament importanti ta' Changsha; dan l-attakk falla sal-bidu t'Ottubru. Wara l-invażjoni tal-Polonja, l-Unjoni Sovjetika bdiet l-okkupazzjoni tal-Pajjiżi Baltiċi. Reżistenza Finlandiża għal pressjonijiet mill-Unjoni Sovjetika f' l-aħħar ta' Novembru wassal għall-Gwerra tax-Xitwa li damet erba' xhur, u ntemmet bit-Trattat ta' Paċi ta' Moska b'konċessjonijiet Finlandiżi. Franza u r-Renju Unit trattaw l-attakk tal-Unjoni Sovjetika fuq il-Finlandja daqslikieku din daħlet fil-gwerra fuq in-naħa tal-Ġermanja, u rrispondew għal din l-invażjoni billi qablu mal-espulsjoni tas-Sovjetiċi mill-Lega tan-Nazzjonijiet. Anki jekk iċ-Ċina kellha l-saħħa timponi l-veto fuq din l-azzjoni, hi la riedet tinqata mill-potenzi tal-punent u wisq inqas mill-Unjoni Sovjetika u għalhekk iddeċidiet li tastjeni. L-Unjoni Sovjetika xorta ma qablitx ma' din l-azzjoni, u ssospendiet kull għajnuna militari għaċ-Ċina. Sa' Ġunju 1940, il-Forzi Armati Sovjetiċi lestew l-okkupazjoni tal-istati ta' mal-Baltiku. Fl-Ewropa tal-Punent, qawwiet Brittaniċi bdew l-ewwel jibagħtu l-ewwel truppi fuq il-kontinent, però la l-Ġermanja u lanqas l-Alleati ma bdew attakki diretti fuq l-għadu. F'April, il-Ġermanja invadiet id-Danimarka u n-Norveġja biex tiddefendi l-fornituri ta' minerali tal-ħadid mill-iSvezja, li l-Alleati żgur kienu ser jippruvaw iwaqqfu. Id-Danimarka ikkapitulat mill-ewwel, u minkejja s-support tal-Alleati, in-Norveġja intrebħet f'inqas minn xahrejn. Skuntentizza Brittanika fuq il-Kampanja Norveġjiża wasslet għall-waqgħa tal-Prim Ministru Neville Chamberlain, b' Winston Churchill jieħu postu fl-10 ta' Mejju, 1940. L-avvanzi tal-Assi Fl-istess jum, il-Ġermanja invadiet lil Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi. L-Olanda u l-Belġju ġew assaltati u waqgħu fi ftit ġimgħat, permezz tat-tattiċi tal-blitzkrieg. Il-Linja Maġinot, ffortifikata mill-Franċiżi ddawret mill-Ġermaniżi b' manuvri fuq il-ġenb minn ġol Muntanji tal-Ardennes; dawn kienu jitqiesu bħala barriera impenetrabli għall-karrijiet armati mill-Franċiżi. Truppi Brittaniċi kienu sfurzati jevakwaw il-kontinent f' Dunkirk, bit-telf ta' ħafna mill-materjal militari li kellhom, sa' l-aħħar tax-xahar. Fl-10 ta' Ġunju, l-Italja invadiet, u ddikjarat gwerra fuq Franza u r-Renju Unit ; tnax-il jum wara, Franza ċediet u mill-ewwel inqasmet f' żoni ta' okkupazzjoni Ġermaniza u Taljana, kif ukoll stat pupazz mhux okkupat taħt ir-Reġim ta' Vichy. Fil-bidu ta' Lulju, l-qawwiet Brittaniċi attakkaw il-flotta Franċiża fl-Alġerija biex jipprevjenu li din tingħaqad ma' dik Franċiża. Bi Franza barra mill-kunflitt, il-Ġermanja bdiet kampanja ta' superjorita tal-ajru fuq l-Ingilterra bi preparazzjoni għall-invażjoni. Il-kampanja falliet u sa Settembru l-pjanijiet tal-invażjoni ġew kanċellati. Bl-użu ta' portijiet Franċiżi okkupati, il-Flotta Ġermaniża gawdiet suċċessi fuq Flotta Rjali li kienet estiża wisq, bl-użu ta' U-boats fil-linji ta' fornitura navali Brittaniċi. L-Italja bdiet l-operazzjonijiet fil-Mediterran, billi fetħet assedju f' Malta f'Ġunju, bir-rebħ tas-Somaliland Brittanika f'Awissu, u b' inkursjonijiet fl-Eġittu okkupat mill-Brittanja fil-bidu ta' Settembru. Il-Ġappun żied l-imblokk taċ-Ċina f'Settembru bil-ħtif ta' bosta bażijiet navali fit-tramuntana tal-kolonja iżolata tal-Indoċina Franċiża. Matul dan iż-żmien kollu, l-Istati Uniti newtrali ħadu xi miżuti biex jgħinu liċ-Ċina u l-Alleati tal-Punent. F'Novembru tal-1939, l-Att tan-Newtralità Amerikan ġie amendat biex iħalli x-xiri ta' munizzjonijiet mill-Alleati. Fl-1940, wara l-waqgħa ta' Franza, il-qies tal-Flotta Navali tal-Istati Uniti tkabbret ħafna u wara l-inkursjonijiet Ġappuniżi fl-Indoċina, l-Istati Uniti imblukkaw l-esportazzjoni ta' ħadid, azzar u partijiet mekkaniċi lejn il-Ġappun. F'Settembru, l-Istati Uniti qablu li jpartu ammont ta' destroyers qodma għal bażijiet Brittaniċi fil-Karibew. Fl-aħħar ta' Settembru il-Patt Tripartit bejn il-Ġappun, l-Italja u l-Ġermanja fformaliżżaw il- Qawwiet tal-Assi. Il-patt stipula li, b'eċċezzjoni tal-Unjoni Sovjetika, kull pajjiż li jattakka l-pajjiż tal-Assi ikollu jidħol fi gwerra ma' kull wieħed mill-pajjiżi msieħba. L-Unjoni Sovjetika wriet interess li tidħol f'din l-alleanza, u f'Novembru batgħet it-test tal-patt amendat; wara offriet ukoll għajnuna ekonomika li kienet tiffavorixxi ħafna lill-Ġermanja. Il-Ġermanja baqgħet siekta fuq l-ewwel proposta, iżda qablet mat-tieni waħda. Minkejja dan il-Patt, l-Istati Uniti komplew jgħinu r-Renju Unit u ċ-Ċina bl-introduzzjoni tal-qbil Lend-Lease. L-Istati Uniti ħolqu żona ta' sigurta tikkomprendi madwar nofs l-Oċean Atlantiku bil-flotta Amerikana teskorta konvojs Brittaniċi. F'Ottubru, l-Italja invadiet il-Greċja imma fi ftit jiem l-attakk twaqqaf mill-Griegi u ġie mbuttat lura fl-Albanija. Ftit wara, fl-Afrika, qawwiet tal-Commonwealth bdew attakki fuq l-Eġittu u l-Lvant Taljan tal-Afrika. Sal-bidu tal-1941, il-qawwiet taljani intefgħu lura fil-Libja mil-Commonwealth, Churchill ordna li jintbagħtu truppi biex isaħħu l-Griegi. Ir- Flotta Taljana tilfet bosta battalji navali, bil-Flotta Rjali taqla' tliet bastimenti tal-gwerra mill-kunflitt b'attakk fuq Taranto, u ħafna bastimenti oħra magħrrqa fil-Battalja ta' Kap Matapan. Il-Ġermanja malajr interveniet biex tgħin lill-Italja. Hitler bagħat qawwiet ġermaniżi fil-Libja fi Frar u sat-tmiem ta' Marzu bdew attakk fuq il-forzi tal-Commonwealth mnaqqsin ħabba l-isforz fil-Greċja. F'xahar, il-qawwiet tal-Commonwealth reġgħu intefgħu fl-Eġittu bl-eċċezzjoni tal-port mblokkat ta' Tobruk. Il-Commonwealth pruvat teħles mill-qawwiet tal-Assi f'Mejju u f'f'Ġunju, iżda falliet fiż-żewġ okkażjonijiet. Fil-bidu t'April il-Ġermaniżi intervjenew fil-Balkani, bl-invażjoni tal-Greċja u l-Jugoslavja; hawnhekk l-attakk irnexxa, u l-Alleati ġew sfurzati jevakwaw il-Greċja, u l-gżira ta' Kreta sal-aħħar ta' Mejju. L-Alleati xorta kellhom xi rebħiet importanti f'dan iż-żmien ukoll. Fil-Lvant Nofsani, qawwiet tal-Commonwealth l-ewwel waqqfu kolp ta' stat fl-Iraq li kellu l-għajnuna ta' ajruplani Ġermaniżi minn bażijiet Franċiżi kkontrollati mir-reġim ta' Vichy fil-mandat Franċiż fis-Sirja , wara, bl-għajnuna tal-Forces Françaises Libres, invadiet is-Sirja u l-Libanu biex iżomm milli jerġgħu jinqalgħu l-istess problemi. Fl-Atlantiku, il-Brittaniċi irnexxielhom jgħollu l-moral pubbliku billi għerrqu l-bastiment amirral tal-Ġermanja, il-Bismarck. Forsi l-ikbar suċċess f'dan iż-żmien kien fil-Battalja tal-Brittanja, fejn ir-Royal Air Force irnexxiela tirreżisti attakki mill-Luftwaffe, tant li fl-10 ta' Mejju 1941, Hitler ħassar il-kampanja tal-bombardament fuq l-Ingilterra. Fl-Asja, minkejja bosta azzjonijiet offensivi miż-żewġ naħat, il-gwerra bejn iċ-Ċina u l-Ġappun ma wasslet suċċessi lil ebda naħa. F'Awissu ta' dik is-sena, il-Komunisti Ċiniżi bdew offensiva fiċ-Ċina ċentrali; b'retaljazzjoni, il-Ġappun iddeċiedi li jdaħħal miżuri ta' rappreżalja fit-territorji okkupati. Biex iktar tiġi ikkumplikata s-sitwazzjoni, bdew jiżdiedu t-tensjonijiet bejn il-qawwiet komunisti u dawk nazzjonalisti fiċ-Ċina, li laħqu 'l ogħla f'Jannar tal-1941, tant li l-koperazzjoni bejn iż-żewġ fazzjonijiet ċiniżi waqfet. Bis-sitwazzjoni fl-Ewropa u l-Asja bejn wieħed u ieħor stabbli, il-Ġermanja, il-Ġappun u l-Unjoni Sovjetika bdew jippreparaw għal dak li seta' jiġri wara. Is-Sovjetiċi kienu qed jibżgħu mill-espansjoni Ġermaniża, kif ukoll minn dik Ġappuniża fil-possedimenti Ewropej mogħnija b'ħafna riżorsi minerali, b'hekk l-URSS u l-Ġappun iffirmaw qbil ta' newtralità f'April, 1941. Bil-kontra, il-Ġermanja kienet diġa qed tibgħat il-qawwiet tagħha fuq il-fruntiera Sovjetika Il-Gwerra ssir globali (1941) Fl-aħħar jiem ta' Ġunju, il-Ġermanja, flimkien ma' pajjiżi oħra membri tal-Assi u l-Finlandja, invadiet l-Unjoni Sovjetika. Dawn kisbu u okkupaw ħafna artijiet fir-Russja tal-Punent, u kkaġunaw ħafna mejtin, u saħansitra kważi waslu sa Moska, biss bl-ibliet ta' Leningrad u l- Sebastopli mhux mirbuħa, u wara l-linja tal-gwerra. Però bil-wasla tax-xitwa kiefra fir-Russja, l-offensiva tal-Assi waqfet ħesrem u s-Sovjetiċi wettqu kontro-offensiva bl-użu ta' truppi u riservi li nġiebu mill-fruntiera mal-istat satellita tal-Ġappun, il-Manċukwo. Wara l-attakk Ġermaniż fuq is-Sovjetiċi, ir-Renju Unit beda jirkupra. F'Lulju, ir-Renju Unit u l-Unjoni Sovjetika ffurmaw alleanza militari kontra l-Ġermanja u ftit wara invadew l-Iran biex jiżguraw il-Kuritur Persjan u l-fornituri ta' żejt Iranjan. F'Awissu, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ħarġu ċ- Ċarter Atlantiku, viżjoni li kienet tiggarantixxi "d-dritt ta' kull poplu li jagħżel il-forma ta' gvern li ried". F'Novembru, qawwiet tal-Commonwealth bdew kontro-offensiva fid-deżert, u rebħu lura kull avvanz li kienu għamlu l-qawwiet Ġermaniżi u Taljani. Il-Ġappun, bl-isperanza li tgawdi mill-kontroll Ġermaniż tal-Olanda, għamlet bosta talbiet, fostom anke fornitura kostanti ta' żejt, mill-Indji Olandiżi tal-Lvant; dawn il-laqgħat fallew f'Ġunju. F'Lulju, il-Ġappun ħatfu l-kontroll militari tal-Indoċina tan-nofsinhar għax mhux talli setgħet tinfluwenza l-Olanda aħjar, iżda kienet tkompli toħnoq liċ-Ċina; u jekk kien hemm bżonn ta' gwerra, kienet tipprovdi bosta bażijiet strateġiċi kontra l-Brittanja u l-Amerika. L-Istati Uniti, r-Renju Unit u l-pajjiżi l-ożra tal-punent u l-gvernijiet f'eżilju, wieġbu għal din l-inkursjoni Ġappuniża bil-friża tal-assi u l-beni Ġappuniżi, u l-Istati Uniti, li waħedha kienet tforni mat-80% taż-żejt tal-Ġappun, żiedet iż-żejt mal-lista ta' riżorsi fl-imblokk tal-Ġappun. B'dan l-imblokk mhux mistenni, il-Ġappun kien sfurzat li jew jirtita mill-aggressjoni fl-Asja, jew inkella jaħtaf iż-żejt li ried b'mod dirett; il-forzi militar ġappuniżi ma kienux jaqblu mal-ewwel għażla, u ħafna minnhom ikkunsidraw l-imblokk taż-żejt bħala dikjarazzjoni ta' gwerra siekta. . Il-Kwartierġenerali Imperjali Ġappuniż iddeċieda li jespandi perimetru ta' gżejjer għal ġoċ-ċentru tal-Paċifiku biex jgħin fi gwerra difensiva u fl-istess ħin ikun jista' jiddisponi mir-riżorsi tax-Xlokk tal-Asja; biex jipprevjeni l-agressjoni u allura jiżgura l-perimetru, kien pjanat li tiġi newtraliżżata mill-bidu l-Flotta tal-Istati Uniti tal-Paċifiku. Fis-7 ta' Settembru, il-Ġappun attakka possedimenti Brittaniċi, Olandiżi u Amerikani b'offensivi kważi simultanei fl-Asja tax-xlokk u l-Paċifiku ċentrali, fostom attakk fuq il-bażi navali Amerikana ta' Pearl Harbor. Dawn l-attakki ġiegħlu lill-Istati Uniti, r-Renju Unit, ċ-Ċina, u l-Alleati l-oħra tal-punent biex jiddikjaraw gwerra fuq il-Ġappun. L-Italja, il-Ġermanja, u l-membri l-oħra tal-Patt Tripartit wieġbu billi jiddikjaraw gwerra fuq l-Istati Uniti. F'Jannar, l-Istati Uniti, r-Renju Unit, l-Unjoni Sovjetika u ċ-Ċina, flimkien ma' tnejn-u-għoxrin stat żgħir jew gvern f'eżilju, ħarġu d-Dikjarazzjoni mill-Ġnus Magħquda, bl-affirmazjoni mil-ġdid taċ-Ċarter Atlantiku u l-formaliżazzjoni tal-alleanza kontra l-qawwiet tal-Assi. L-Unjoni Sovjetika ma mexietx bi sħiħ ma' din id-dikjarazzjoni, billi żammet il-qbil li kellhom mal-Ġappun, kif ukoll astjeniet mill-prinċipju ta' determinazjoni poplari. Il-Qawwiet tal-Assi, però, rnexxew ikomplu l-offensivi tagħhom. Il-Ġappun kien kważi żataf ix-Xlokk tal-Asja sal-aħħar t'April, 1942, keċċew l-Alleati minn Burma, ħadu ħafna priġunieri fil-Filippini, fil-Malaja,fl-Indji tal-Lvant Olandiżi u f'Singapore. Ibbumbardaw il-bażi navali f'Darwin fl-Awstralja, u għerrqu bosta bastimenti Alleati, mhux biss f'Pearl Harbor, imma wkoll il-Prince of Wales u r-Repulse fil-Baħar Ċiniż tan-Nofsinhar, fil-Baħar ta' Java u l-Oċejan Indjan. L-uniku suċċessi ta' veru kontra l-Ġappun kienu r-rebħa fejn il-belt ta' Changsha fil-bidu ta' Jannar, 1942, u rebħa psikoloġika bil-bumbardament tal-kapitali ġappuniża, Tokyo f'April. Il-Ġermanja kienet kapaċi tieħu l-offensiva mill-ġdid ukoll. Il-Flotta Ġermaniża ndunat bl-inesperjenza Amerikana fil-kamp t' gwerra bis-sottomarini, u rnexxiela tgħarraq riżorsi importanti fejn il-kosta Amerikana. Fid-deżert, bdew offensiva f'Jannar, u mbuttaw il-qawwiet Brittaniċi lura lejn il Linja ta' Gazala sal-bidu ta' Frar. Fl-Unjoni Sovjetika, il-kontro-offensiva Sovjetika tax-xitwa kienet spiċċat sa' Marzu. Fid-deżert kien hemm kalma mhux tas-soltu fl-operazzjonijiet, li tat ċans lill-Ġermanja tipprepara għall-offensiva li jmiss Idur ir-riħ Fil-bidu ta' Jannar, il-Ġappun beda jipprova jaħtaf Port Moresby permezz t'assalt amfibju biex tinqatal-linja ta' komunikazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Awstralja. L-Alleati, però, interċettaw il-messaġġ, u dawwru lura l-qawwiet navali, u waqqfu l-invażjoni. Il-pjan li jmiss tal-Ġappun, mmotivat mill-bombardament ta' Tokyo, kien li jinħataf l-Atoll ta' Midway biex jinġibdu l-aircraftcarriers Amerikani u jgħerrquhom hemm; bħala diverżjoni, il-Ġappun kellu jibgħat forzi ta' diverżjoni billi jokkupa l-gżejjer Alewzjani. Fil-bidu ta' Jannar, il-Ġappun beda jimxi ma' dawn il-pjanijiet iżda l-Amerikani, li rnexxielhom jiddeċifraw il-kodiċi sigrieti navali ġappuniżi, kienu jafu b'kollox u użaw din l-informazzjoni biex jirbħu vittorja deċiżiva fuq il-Flotta Imperjali Ġappuniża. Bil-kapaċità tagħhom drastikament mnaqqsa ħabba t-telfa f'Midway, il-Ġappun prova jikkonċentra l-attakki tiegħu billi jiffukaw fuq Port Moresby, b'kampanja minn fuq l-art fit-Territorju tal-Papua. L-Amerikani pjanaw kontro-attak fuq il-Ġappuniżi, b'pożizjonijiet fin-nofsinhar tal-Gżejjer Solomon, primarjament Guadalcanal, bħala l-ewwel pass biex jinħataf Rabaul, il-bażi navali ġappuniża prinċipali fix-Xlokk tal-Asja. Iż-żewġ pjanijiet bdew f'Lulju, però sa nofs Settembru, il-battalja ta' Guadalcanal ħadet prijorità, u t-truppi ta' New Guinea ġew ordnati li jirtiraw minn Port Moresby għall-provinċja ta' Oro. Guadalcanal malajr sar punt fokali għaż-żewġ naħat b'użu ta' truppi u materjal f'battalja t'attrizzjoni. Sal-bidu tal- 1943, il-Ġappuniżi tilfu l-gżira u rtiraw it-truppi. F'Burma, qawwiet tal-Commonwealth bdew żewġ operazzjonijiet. L-ewwel waħda, kienet offensiva fir-reġjun tal-Arakan fl-aħħar tal-1942, marret ħażin ħafna tant li kellha ssir irtitrata lura fl-India sa Mejju tal-1943. It-tieni kienet id-dħul ta' qawwiet irregolari wara l-linji Ġappuniżi fi Frar, li sal-aħħar t'April, kienet kisbet riżultati dubjużi ħafna. Fuq il-front tal-lvant tal-Ġermanja, l-Assi rebaħ f'offensiva Sovjetika fil-peniżola ta' kerch u f' Kharkov u wara bdew l- offensiva tas-sajf kontra r-Russja tan-nofsinhar f'Ġunju, 1942, bl-għan li jintrebaħ iż-żejt tal-Kawkażu. Is-Sovjetiċi ddeċidew li jwaqqfu l-irtirata tagħhom fi Stalingrad, u sa nofs Novembru l-Ġermaniżi kważi ħadu Stalingrad fi ġlied qalil fit-toroq. Meta s-Sovjetiċi bdew it-tieni kontro-offensiva tax-xitwa, bil-qtugħ tal-forzi ġermaniżi fi Stalingrad u attakk fuq il-qagħdiet Ġermaniżi fi Rzhev fejn Moska, fejn tal-aħħar falliet serjament. Sa' l-bidu ta' Frar, l-Armata Ġermaniża kienet soffriet telfiet qawwija; it-truppi fi Stalingrad kellhom iċedu u l-linja tal-front ġiet imbuttata lil hinn minn fejn bdiet l-offensiva Ġermaniża. F'nofs Frar, wara li attakk Sovjetiku batta fix-xejn, il-Ġermaniżi reġgħu attakkaw Kharkov, u dawwru l-belt russa ta' Kursk bil-qagħdiet tagħhom. Fil-punent, bil-biża li l-Ġappun seta' juża l-gżira ta' Madagaskar bħala bażi ġiegħel lil Brittaniċi jinvadu l-gżira f'Mejju, 1942. Dan is-suċċess malajr intesa meta offensiva Ġermaniża fil-Libja imbuttat il-qawwiet Alleati sa' r-raħal ta' El-Alamein, fejn irnexxielhom iwaqqfu l-qawwiet tal-Assi. Fil-kontinent, rejds ta' kommandos Alleati fuq objettivi strateġiċi, fostom ir-rejd diżastruż fuq Dieppe, wrew in-nuqqas ta' saħħa tal-Alleati tal-Punent biex jattwaw invażjoni tal-Ewropa kontinentali mingħajr preparazjoni bir-reqqa, materjal aħjar, u sigurtà operazjonali. F'Awissu l-Alleati rnexxielhom jimbuttaw t-tieni attakk fuq El Alamein u, b'telf qawwi ħafna, rnexxielhom iwasslu munizzjonijiet u għajnuna lill-gżira assedjata ta' Malta. Ftit xhur wara, l-Alleati bdew attakk tagħhom fl-Eġittu, qalgħu l-qawwiet tal-Assi mit-trunċieri u bdew javvanzaw minn ġol-Libja. Fuq ix-xtajta l-oħra tal-Afrika, invażjoni Anglo-Amerikana ta' t-Tramuntana Franċiż tal-Afrika, wasslet biex ir-reġjun daħlet fil-gwerra mal-Alleati. Hitler wieġeb għal din il-bidla ta' naħat billi okkupa l-bqija ta' Franza , anki jekk l-Ammiraljat ta' Vichy rnexxielu jgħarraq il-flotta Franċiża biex ma taqax f'idejn Ġermaniżi. Il-qawwiet tal-Assi f'dawn in-naħat irtiraw fit-Tuniżija, li kienet issa imdawra; din intrebħet mill-Alleati sa Mejju 1943. L-Alleati jibdew javvanzaw (1942) . Fl-Asja kontinentali, il-Ġappuniżi bdew żewġ offensivi serji. L-ewwel, li bdiet f'Marzu, 1944, kienet kontra l-qawwiet Brittaniċi f' Assam, fl-Indja u malajr wassal biex il-qawwiet ġermaniħi jassedjaw il-pożizzjonijiet tal-Commonwealth f' Imphal u Kohima; imma sa Mejju, qawwiet ġappuniżi oħra kienu qed jiġu assedjati f'Myitkyina minn qawwiet ċiniżi li nvadew it-tramuntana ta' Burma fl-aħħar tal-1943. It-tieni kienet fiċ-Ċina, bl-għan li jitkissru l-forzi armati ċiniżi, jiżguraw il-ferroviji bejn it-territorju okkupat mill-Ġappun, u l-bażijiet tal-ajru Amerikani. Sa Ġunju, il-Ġappuniżi rebħu l-provinċja ta'Ħenan u reġgħu bdew l-attak għal Changshafil-provinċja tal-Ħunan. Wara l-kampanja fi Guadalcanal, l-Alleati bdew bosta operazzjonijiet kontra l-Ġappun fil-Paċifiku. F'Mejju, 1943, qawwiet Amerikani ntbagħtu fil-Gżejjer Alewzjani b'risposta għall-attakk ġappuniż ; ftit wara nbdew operazzjonijiet fejn Rabaul biex tiġi iżolata din il-bażi, u attentat biex jinfetaħ il-perimetru ġappuniż fil-Paċifiku fil-gżejjer Gilbert u Marshall. Sal-aħħar ta' Marzu, 1944, l-Alleati kienu laħqu dawn l-għanijiet, biż-żieda tan-newtraliżazzjoni ta' bażi ġappuniża kbira oħra fil-Gżejjer Caroline. F'April, l-Alleati bdew operazzjoni biex terġa tittieħed in-New Guinea tal-Punent. Fil-Mediterran, qawwiet Alleati bdew invażjoni ta' Sqallija fil-bidu ta' Lulju, 1943. L-attakk fuq it-territorju taljan, biż-żieda tal-ħafna telfiet fil-gwerra, wasslet għall-waqgħa u l-arrest ta' Mussolini iktar tard matul ix-xahar. L-Alleati komplew din l-azzjoni meta invadew il-peniżola taljana fil-bidu ta' Settembru, u wkoll iffirmaw armistizju mal-Italja. Meta l-armistizju ġie dikjarat fit-8 ta' Settembru, il-Ġermanja wieġbet billi żarmat il-qawwiet Taljani, bil-ħtif ta' art Taljana, u l-bini ta' bosta linji difensivi. Fit-12 ta' Settembru qawwiet speċjali Ġermaniżi ħatfu l-Mussolini li waqqaf ir-stat satellita ġdid fit-territorju taljan okkupat mill-Ġermanja. L-Alleati ġġieldu bosta battalji u għaddew minn ħafna minn dawn il-linja, sakemm ma' waslu fejn il-linja difensiva prinċipali Ġermaniża f'nofs Novembru. F'Jannar 1944, l-Alleati attakkaw il-linja fejn Monte Cassino u pruvaw iduru l-linja bi żbarki f'Anzio.Sal-aħħar ta' Mejju, iż-żewġ offensivi rnexxew, però bosta diviżjonijiet ġermaniżi ħarbu; fl-4 ta' Ġunju Ruma ntrebħet. Operazzjonijiet ġermaniżi fl-Atlantiku wkoll soffrew f'dan il-perijodu. Sa Mejju 1943, telfiet ta' sottomarini kienu tant għoljin li l-attakki kellhom jiġu sospiżi, għax il-kontro-miżuri Alleati bdew issiru iktar u iktar effettivi. Fl-Unjoni Sovjetika, il-Ġermaniżi użaw ir-rebbiegħa u l-bidu tas-sajf tal-1943 jagħmlu l-preparazzjonijiet għal attakk kbir madwar il-belt ta' Kursk; is-Sovjetiċi bdew ndunaw b'din l-azzjoni u użaw dak il-ħin biex jiffortifikaw dik l-area. Fl-4 ta' Lulju, il-Ġermaniżi bdew l-attakk, imma madwar ġimgħa wara Hitler ikkanċella l-operazzjoni. Is-Sovjetiċi kienu kapaċi jibdew kontro-offensiva, u sa Ġunju 1944, kienu keċċew il-qawwiet tal-Assi u għamlu inkursjonijiet fir-Rumanija. F'Novembru, 1943, Franklin Roosevelt uWinston Churchill iltaqgħu ma' Chiang Kai-shek fil-Kajr u wara ma' Joseph Stalin f' Tehran. Fl-ewwel konferenza ġie determinat ir-ritorn tal-artijiet okkupati mill-ġappuniżi, u fit-tieni, l-Alleati tal-Punent qablu li jinvadu l-Ewropa Kontinentali fl-1944 u li l-Unjoni Sovjetika kellha tiddikjara gwerra fuq il-Ġappun fi tlett xhur mir-rebħa fuq il-Ġermanja. L-Alleati jersqu qrib (1944) Wara l-avvanzata Sovjetika u l-ħelsien tal-belt ta' Leningrad fi Frar 1944, il-kontro-offensiva inżammetfuq il-fruntiera tal-Estonja għal 8 xhur mill-forzi armati ġermanizi, megħjuna minn truppi Estoni maqbuda bil-lieva, u bl-isperanza li jerġgħu jwaqqfu l-istat sovran tal-Estonja. Fis-6 ta' Ġunju 1944, (magħrufa bħala D-Day), l-Alleati tal-Punent invadew it-tramuntana ta' Franza u, wara li tmexxew ħafna diviżjonijiet mill-Italja, Operazzjoni Dragoonin-nofsinhar ta' Franza wkoll. Matul il-bqija tas-sena, l-Alleati tal-Punent imbuttaw il-qawwiet ġermaniżi fil-punent tal-Ewropa, u fl-Italja waslu sal-l-aħħar linja difensiva. Fit-22 ta' Ġunju, is-Sovjetiċi bdew attakk fil-Belarus (magħrufa bħala "Operazzjoni Bagration") li wasslet għad-distruzzjoni totali tal-Grupp Ċentrali tal-Armata Ġermaniża. Ftit żmien wara, offensiva strateġika Sovjetika kbira tefgħet it-truppi Ġermaniżi fl-Ukrajna lura fil-Lvant tal-Polonja. Assalti oħra kontra l-Finlandja u r-Rumanija ġabu suċċessi oħra kbar,bil-Bulgaria, r-Rumanija u l-Finlandja jiffirmaw armistizji mal-Unjoni Sovjetika u wasslu biex qawwiet ta' reżistenza Pollakki biex jibdew bosta rvelli fil-Polonja, anki jekk l-ikbar wieħed minn dawn, f' Varsavja, ġie kondott mingħajr assistenza Sovjetika u twaqqaf wara ħafna taqbid mill-Ġermaniżi. F'Ottubru, is-Sovjetiċi bdew attakk aħrax fuq it-territorju Ungeriż okkupat mill-Ġermanja li damet għaddejja sal-waqgħa ta' Budapest fi Frar tal-1945. Sal-bidu ta' Lulju, qawwiet tal-Commonwealth fix-Xlokk tal-Asja ħelsu mill-assedju ġappuniż t'Assam, u tefgħu lil ġappuniżi lura fix-xmara Chindwin mentri ċ-Ċiniżi okkupaw lil Myitkyina. Fiċ-Ċina, il-Ġappuniżi kellhom iktar suċċessi, fejn irnexxielhom jirbħu l-belt ta' Changsha f'nofs Ġunju u dik ta' Ħengyang fil-bidu t'Awissu. Ftit wara, dawn daħlu fil-provinċja ta' Guangxi, u rebħu bosta battalji kontra qawwiet ċiniżi f'Guilin u Liuzhou f'Novembru, kif ukoll għaqqdu l-qawwiet tagħhom fiċ-Ċina u l-Indoċina sa nofs Diċembru. Fil-Paċifiku, il-qawwiet Amerikani komplew jimbuttaw il-perimetru tal-Paċifiku. F'nofs Ġunju, fl-1944, bdew offensiva kontra l-gżejjer Mariana u Palau, u rnexxielhom jagħmlu rebħa kbira fil-Baħar tal-Filippini fi ftit ġranet. Fl-aħħar t'Ottubru, qawwiet Amerikani invadew il-gżira filippina ta' Leyte; ftit wara, forzi navali Alleati rebħu battalja oħra fil-Golf ta' Leyte. Waqgħa tal-Assi, rebħa Alleata Fis-6 ta' Diċembru, 1944 qawwiet Ġermaniżi wettqu kontro-attakk fl-Ardennes kontra l-Alleati tal-Punent. L-Alleati damu sitt ġimgħat biex iwaqqfu dan l-attakk. Is-Sovjetiċi attakkaw minn ġol-Ungerija, filwaqt li l-Ġermaniżi telqu l-Greċja, l-Albanija u ġew imbuttati minn nofsinhar tal-Jugoslavja mill-partiġġjani. Fl-Italja, l-Alleati tal-Punent baqgħu mwaħħlin mal-aħħar linja difensiva. F'nofs Jannar tal-1945, is-Sovjetiċi attakkaw minn ġol-Polonja, u mbuttaw lura kważi sax-xmara Oder fil-Ġermanja, u ħatfu l-Prussja tal-Lvant. Fl-4 ta' Frar, mexxejja Amerikani, Brittaniċi, u Sovjetiċi iltaqgħu f' Yalta. Dawn qablu fuq l-okkupazzjoni tal-Ġermanja wara l-gwerra u kkonfermaw id-dħul tal-Unjoni Sovjetika kontra l-Ġappun x'ħin il-Ġermanja ċċedi. Fi Frar, qawwiet tal-Alleati tal-Punent daħlu fil-Ġermanja u waslu sax-xmara Renu , sakemm is-Sovjetiċi invadew il-Pomerania u s-Silesia. F'Marzu, l-Alleati tal-Punent daru r-reġjun industrijali tar- Ruhr, u qatgħu barra ħafna truppi Ġermaniżi, filwaqt li s-Sovjetiċi avvanzaw fuq Vjenna. Fil-bidu t'April, l-Alleati tal-Punent imbuttaw 'il quddiem fl-Italja u daħlu sew fil-Ġermanja tal-punent; f'dan iż-żmien, is-Sovjetiċi daħlu f'Berlin. F'Jum l-Elba, il-25 t'April, elementi minn forzi Amerikani u Sovjetiċi iltaqgħu flimkien fuq ix-xmara Elba, effetivament l-Alleati kienu qasmu l-Ġermanja fi tnejn. Ħafna tibdiliet fit-tmexxija tal-pajjiżi bdew jiġru f'dan iż-żmien. Fit-12 t'April, miet il-President Amerikan Roosevelt; li ġie segwit minn Harry Truman. Mussolini inqatel mill-partiġġjani taljani fit-28 t'April u jumejn wara, Hitler kkommetta swiċidju, u ġie segwit bħala mexxej tal-Ġermanja minn Karl Dönitz. Il-qawwiet Ġermaniżi ċedew fl-Italja fid-29 t'April u fl-Ewropa tal-Punent fis-7 ta' Mejju. Imma l-ġlied baqa' sejjer fuq il-front tal-lvant sakemm il-Ġermaniżi ċedew b'mod speċifiku lis-Sovjetiċi fit-8 ta' Mejju. Fi Praga, ir-reżistenza ta' elementi Ġermaniżi baqgħet għaddejja sal-11 ta' Mejju. Fit-teatru Paċifiku, qawwiet Amerikani bdew javvanzaw fuq il-Filippini u ħadu l-Leyte kollha f'1944. Wara niżlu f'Lużon f'Jannar 1945 u f'Mindanao f'Marzu.Qawwiet Ċiniżi u Brittaniċi rebħu lill-Ġappuniżi fit-tramuntana ta' Burma, u minn Ottubru sa Marzu bdew jimbuttaw sa Rangoon, li laħqu fit-3 ta' Mejju. Qawwiet Amerikani bdew jersqu lejn il-Ġappun, u ħadu lil Iwo Jima sa Marzu, u Okinawa sa Ġunju. Il-ħin kollu waqt dawn l-avvanzati, bombardamenti Amerikani mill-ajru ħassru bliet Ġappuniżi, u sottomarini Amerikani fgaw l-importazzjoni ta' kull tip ta' prodott lejn il-Ġappun. Fil-11 ta' Lulju, mexxejja Alleati ltaqgħu f'Potsdam, fejn Berlin. Dawn kkonfermaw il-qbil preċedenti fuq il-Ġermanja u reġgħu tennew li l-Ġappun kellu jċedi bla ebda kundizzjoni speċifikament bil-kliem li "l-alternattiva għall-Ġappun kienet distruzzjoni immedjata u kompleta " Matul din il-konferenza, ir-Renju Unit żamm elezzjoni ġenerali u Clement Attlee ħa post Churchill bħala Prim Ministru. Meta l-Ġappun kompla jmeri li jċedi bla kundizzjoni, l-Istati Uniti tefgħu bombi atomiċi fuq l-ibliet Ġappuniżi ta' Ħiroxima u Nagasaki fil-bidu t'Awissu. Bejniet dawn iż-żewġ bombi, is-Sovjetiċi invadiet it-territorju tal-Manċurja, okkupat mill-Ġappun, Kif miftiehem f'Yalta. Fil-15 t'Awissu, 1945 il-Ġappun ċeda, u l-gwerra ntemmet. Wara l-gwerra Fi sforz biex tinżamm il-paċi, l-Alleati ffurmaw il-Ġnus Magħquda, li uffiċjalment bdew fl-24 t' Ottubru, 1945. Minkejja dan, l-alleanza bejn l-Unjoni Sovjetika u l-Alleati tal-Punent kienet diġa bdiet issofri, minn qabel ma spiċċat il-gwerra, u ż-żewġ kampijiet malajr waqqfu l-isferi t'influwenza tagħhom. Fl-Ewropa, il-kontinent kien maqsum fi tnejn, il-Punent u l-Lvant bil-Purtiera tal-Ħadid li kienet tgħaddi mill-Ġermanja okkupata u l-Awstrija okkupata. Fl-Asja, l-Istati Uniti okkupaw il-Ġappun u amministraw il-gżejjer Ġappuniżi fil-Paċifiku, filwaqt li s-Sovjetiċi ħatfu l-gżejjer ta' Sakhalin u Kuril; iż-żewġ superpotenzi emerġenti qasmu l-Korea bejniethom. Tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika malajr evlovew fil-formazzjoni tal-alleanza NATO, mmexxija mill-Amerika u l-alleanza tal-Patt ta' Varsavja mmexxija mill-Unjoni Sovjetika; dan kien il-bidu tal-Gwerra l-Bierda bejniethom. F'ħafna partijiet tad-dinja, il-kunflitt reġa' beda taħt forma oħra ftit wara li ntemm uffiċjalment. Fiċ-Ċina, il-fazzjonijiet komunisti u nazzjonalisti malajr reġgħu bdew il-gwerra ċivili tagħhom. Il-komunisti ħarġu rebbieħa u waqqfu r-Repubblika Popolari Ċiniża fiċ-Ċina kontinentali, filwaqt li qawwiet nazzjonalisti rtiraw lura fuq il-gżira ta' Taiwan. Fil-Greċja, bdiet gwerra ċivili bejn qawwiet li jżommu mas-sultan, megħjuna mill-Anglo-Amerikani u l-qawwiet komunisti, bir-rebħa tal-qawwiet tas-sultan. Ftit wara li ntemmu dawn il-kunflitti, bdiet il-Gwerra tal-Korea bejn il-Korea tan-Nofsinhar, megħjuna mill-qawwiet tal-Punent, u l- Korea tat-Tramuntana, megħjuna mill-Unjoni Sovjetika u ċ-Ċina; din il-gwerra ntemmet bi qbil ta' waqfien t'attivitajiet militari, imma l-ebda trattat ta' paċi ma ġie iffirmat. Wara t-tmiem tal-gwerra, beda żmien twil ta' dekoloniżazzjoni fost il-bosta potenzi kolonjali Ewropej. Dan ġara minħabba bidliet fl-ideoloġiji politiċi, għejja ekonomika wara l-gwerra u x-xewqa tal-popli indiġeni li jkollhom rajhom f'idejhom. Fil-maġġoranza tald-drabi, dawn it-transizzjonijieti kienu paċifiċi anki jekk kien hemm eċċezzjonijiet bħall-Indoċina, Madagaskar, Indoneżja u l-Alġerija. F'ħafna reġjuni seħħu diviżjonijiet, minħabba raġjunijiet etniċi jew ta' reliġjon, minħabba t-tluq tal-qawwiet Ewropej; dan ġara b'mod prominenti fil-Mandat tal-Palestina, li wassal għall-kreazzjoni t' Iżrael u l-Palestina, kif ukoll fl-Indja, li ġab miegħu il-ħolqien tad-Dominju tal-Indja u d-Dominju tal-Pakistan. L-irkupru ekonomiku wara l-gwerra kien ivarja fid-diversi reġjuni tad-dinja , anki jekk b'mod ġenerali dan kien pożittiv. Fl-Ewropa, il-Ġermanja tal-Punent irkuprat malajr u sas-snin ħamsin kienet diġa rdupjat il-produzzjoni ekonomika tagħha. L-Italja ħarġet mill-gwerra b'ekonomija mfarrka imma, wkoll sal-ħamsinijiet, l-ekonomija Taljana kienet stabbli ferm u kienet qed tikber m'mod mgħaġġel. L-ekonomija tar-Renju Unit kienet fi stat ta' rovina, u baqgħet tesperjenza deklin ekonomiku relattiv għall-għexieren ta' snin wara l-gwerra. Franza reġgħet ġiet f'tagħha malajr, u malajr gawdiet minn tkabbir ekonomiku u moderniżazzjoni. L-Unjoni Sovjetika wkoll esperjenzat tkabbir ekonomiku qawwi ħafna fis-snin ta' wara l-gwerra. FL-Asja, il-Ġappun esperjenza tkabbir ekonomiku inkredibbli, li wassal biex sas-snin tmenin l-ekonomija Ġappuniża ssir waħda mill-potenzi ekonomiċi mondjali. Sal-1953, fiċ-Ċina r-restawrazzjoni ekonomika dehret li laħqet suċċess kbir, tant li l-produzzjoni kienet diġa laħqet il-livelli ta' qabel il-gwerra. Dan it-tkabbir kompla, anki jekk twaqqaf għal żmien qasir minħabba l-esperiment ekonomiku tal-Pass Kbir 'il Quddiem. Sa' l-aħħar tal-gwerra , l-Istati Uniti kienu jipproduċu madwar nofs il-produzzjoni industrijali mondjali; sa' l-aħħar tas-snin sebgħin, din id-dominazzjoni kienet naqset sew. Impatt tal-gwerra Mejtin u krimini ta' gwerra Stimi għat-total ta' mejtin madwar id-dinja kollha jvarjaw,imma l-maġġoranza jsostnu li madwar 60 miljun ruħ mietu fil-gwerra, bejn wieħed u ieħor 20 miljun suldat u 40 miljun civil. Ħafna minn dawn tal-aħħar mietu minħabba mard, ġuħ, massakri u ġenoċidji. L-Unjoni Sovjetika waħedha tilfet madwar 27 miljun ruħ fil-gwerra, madwar nofs it-total ta' mejtin. Minn dan it-total, madwar 85% kien telf minn naħa tal-Alleati (il-maġġoranza kienu Sovjetiċi u Ċiniżi) u 15% kienu minn naħa tal-Assi. Stima waġda hi li madwar 12-il miljun ċivil mietu f'kampijiet ta' konċentrament Nażisti, miljun u nofs minn bombardamenti, 7 miljuni fl-Ewropa għal kawżi oħra, u 7 miljuni u nofs fiċ-Ċina għal raġunijiet oħra. Il-figuri totali ta' mewtiet u telfien ta' ħajja mhumiex magħrufa minħabba l-fatt li l-maġġoranza assoluta tagħhom qatt ma ġew dokumentati. Ħafna minn dawn il-mejtin irriżultaw minn atti ta' ġenoċidju magħmula f'territorji okkupati mill-Assi, kif ukoll krimini ta' gwerra oħra mill-qawwiet Ġermaniżi kif ukoll Ġappuniżi. L-iktar atroċità magħrufa u magħmula mill-Ġermaniżi kien l-Olokawst, il-ġenoċidju sistematiku tal-Lhud f'territorji kkontrollati mill-Ġermaniżi u l-alleati tagħhom. In-Nażisti wettqu krimini wkoll lejn popli oħra, fosthom ir-Roma (kif ukoll il-Porajmos), l-iSlavi, u l-omosesswali]], sterminazzjoni ta' madwar ħames miljun ruħ. Għall-Ġappun, l-iktar massakru magħruf huwa l-Massakru ta' Nanking, fejn bosta mijiet t'eluf ċivili ċiniżi inqatlu u ġew abbużati. Il-Militar Ġappuniż qatel minn 3 miljun sa iktar minn 10 miljun ċivil, fil-maġġuranza tagħhom ċiniżi. Użu limitat ta' gwerra kimika u bioloġika minn qawwiet tal-Assi huwa wkoll magħruf. It-Taljani użaw il-gass mustarda fil-gwerra tal-Abbisinja, filwaqt li l-Armata Imperjali Ġappuniża użat varjetà minn dawn l-armi fl-invażjoni u okkupazjoni taċ-Ċina u f' kunflitti bikrin kontra s-Sovjetiċi. Kemm il-Ġermaniżi kif ukoll il-Ġappuniżi sperimentaw dawn l-armi fuq iċ-ċivili, u f'ċerti każi anki priġunieri ta' gwerra. Filwaqt li bosta krimini tal-Assi ingħataw prominenza fl-ewwel tribunal internazzjonali tad-dinja, krimini ta' gwerra tal-Alleati ma ġewx trattati bl-istess mod. Eżempji ta' dawn l-azzjonijiet jinkludu l-moviment furzat ta' nies fl-Unjoni Sovjetika, l-internament ta' ċittadini Amerikani b'dixxendenza ġappuniża fl-Istati Uniti, il-massakru Sovjetiku ta' ċittadini pollakki u l-użu kontroversjali ta' bombardamenti strateġiċi ta' zoni ċivili f'territorju tal-għadu, fosthom Dresden. Numru kbir ta' mewtiet jistgħu jiġu attributi, anki jekk parzjalment lill-gwerra, bħal-miżerja fil-Bengal tal-1943. Kampijiet ta' konċentrament u xogħol furzat In-Nażisti kienu responsabbli għall-qtil ta' madwar sitt miljun Lhudi (b'maġġoranza assoluta minnhom Axkenazi) kif ukoll żewġ miljun pollakki etniċi, u madwar erba' miljun oħra li tqiesu "mingħajr dritt li jgħixu" (fosthom diżabbli, disturbi mentali, priġunieri ta' gwerra sovjetiċi, omosesswali, mażuni, xiehda ta' Jehovah, u nies Roma) bħala parti minn progamm ta' sterminazzjoni pjanat u eżegwit mill-Ġermanja Nażista. Madwar 12-il miljun, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu mil-Lvant tal-Ewropa, kienu jaħdmu fl-ekonomija ġermaniża bħala furzati. Lil hinn mill-kampijiet ta' konċentrament nażisti, il-Gulags Sovjetiċi, jew kampijiet ta' xogħol oħra,wasslu għall-mewt ta' ħafna ċittadini ta' pajjiżi okkupati, bħal Polonja, Litwanja, Latvja, u l-Estonja, kif ukoll priġunieri ta' gwerra Ġermaniżi u ċittadini sovjetiċi stess li tqiesu li kienu jżommu mal-Ġermanja. Sittin fil-mija ta' priġunieri ta' gwerra sovjetiċi mietu fil-gwerra. Kampijiet ta' priġunerija Ġappuniżi wkoll kellhom rati għolja ta' mejtin, u ħafna mill-priġunieri kienu jintużaw ukoll għal xogħlijiet furzati. Ir-rati ta' priġunieri mejtin ċiniżi kien ħafna għola; filwaqt li 37,583 priġunier brittaniku, 28,500 olandiż u 14,473 Amerikan inħelsu wara li l-Ġappun ċeda, in-numru ta' ċiniżi meħlusa kien biss 56. Fid-19 ta' Frar, 1942 Roosevelt ffirma 'L-Ordni Eżekkutiv tal-Istati Uniti Numru 9066', li interna eluf ta' Amerikani-Ġappuniżi, Taljani emigrati fl-Amerika, kif ukoll dawk mill-Ġermanja, u xi emigranti mill-Ħawaii li ħarbu minn Pearl Harbor. 150,000 Ġappuniż ġew internati mill-gvernijiet tal-Kanada u tal-Istati Uniti, u madwar 11,000 Ġermaniż u Taljan li kienu residenti fl-Istati Uniti. L-użu ta' xogħol furzat mill-Alleati sar fil-maġġoranza tal-każi fil-Lvant, bħal Polonja, imma iktar minn miljun ġew użati wkoll fil-Punent. Sa Diċembru tal-1945 awtoritajiet Franċiżi kienu jistmaw li madwar 2,000 priġunier Ġermaniż kienu qed imutu jew jispiċċaw feruti f'inċident ma' attivitajiet ta' bonifika ta' mini. Front ċivili u produzzjoni Fl-Ewropa, qabel il-bidu tal-Gwerra, l-Alleati kellhom vantaġġi kbar fil-kampijiet ta' popolazzjoni u ekonomija. Fl-1938, l-Alleati tal-Punent (Renju Unit, Franza, Polonja u d-Dominji Brittaniċi) kellhom popolazzjoni 30% ikbar u prodott gross domestiku (PGD) ta' 30% ikbar mill-Qawwiet tal-Assi ta' dawk iż-żminijiet (Ġermanja u Italja); jekk jingħaddu l-Kolonja, il-vantaġġi għall-Alleati kienu jiġu madwar 5:1 f'popolazzjoni u madwar 2:1 fil-PGD. Fl-Asja, iċ-Ċina kellha popolazzjoni sitt darbiet ogħla mill-Ġappun, imma PGD 89% ogħla biss; dan jiġi għal madwar tlett darbiet il-popolazzjoni u PGD 38% ogħla jekk wieħed jinkludi kolonji ġappuniżi. Anki jekk il-vantaġġi ekonomiċi u ta' popolazzjoni tal-Alleati ġew fgati bl-użu tat-tattika tal-Blitkrieg, dawn saru l-fatturi deċisivi fl-1942, u wara d-dħul tal-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika fin-naħa tal-Alleati, il-gwerra intefgħet fuq linji t'attrizzjoni. Anki jekk il-kapaċità tal-Alleati li jipproduċu iktar mill-Assi is-soltu titqies li kienet minħabba l-ammont ta' riżorsi naturali li kellhom l-Alleati, fatturi oħra, bħar-riluttanza tal-Ġermanja u l-Ġappun li jħallu lin-nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol, il-bombardament strateġiku tal-Alleati u d-dewmien biex il-Ġermanja taqleb għall-ekonomija bellika, ikkontribwew b'mod qawwi ħafna fil-gwerra. Mhux hekk biss, kemm il-Ġermanja u kif ukoll il-Ġappun, qatt ma pjanaw li jiġġieldu gwerra twila, u ma kienux ekwipaġġati għaliha. Biex itejbu l-produzjoni tagħhom, il-Ġermanja u l-Ġappun użaw miljun ta' nies bħala skjavi u furzati, il-Ġermanja użat adwar 12-il miljun persuna, il-maġġoranza tagħhom mil-Lvant tal-Ewropa, filwaqt li l-Ġappun uża 'l fuq minn 18-il miljun ruħ fil-Lvant Imbiegħed. Okkupazzjoni waqt il-gwerra Fl-Ewropa, l-okkupazzjoni territorjali ġiet taħt żewġ forom differenti. Fil-punent, fit-tramuntana u fiċ-ċentru tal-Ewropa (Franza, Norveġja, Danimarka, l-Olanda, u l-Boħemja u l-Moravia anessi miċ-Ċekoslovakkja) il-Ġermanja stabbilixxiet politika ekonomika li ġabret madwar 69.5 biljun reichmark sal-aħħar tal-gwerra; din is-somma ma tinkludix is-sakkeġġ ta' prodotti industrijali, materjali belliċi, materja prima u prodotti oħra. Għalhekk, id-dħul minn pajjiżi okkupati kien iktar minn 40% tad-dħul minn taxxi fil-Ġermanja, figura li wara żdiedet għal 40% tad-dħul totali tal-Ġermanja għat-tul tal-gwerra. Fil-Lvant, ir-riżorsi naturali u l-materja prima mwiegħda mill-politika ta' lebensraum qatt ma nkisbu minħabba movimenti fil-frontijiet tal-gwerra u l-kunċett sovjetiku li wara irtirati ma jitħalla xejn li seta' jintuża mill-Ġermaniżi. Bil-kontra tat-territorji okkupati fil-punent, il-politika razzjali nażista kienet tinkoraġġixi brutalità lejn il-popolazzjonijiet Slavi tal-lvant, peress li dawn kienu jitqiesu inferjuri. Kienu ħafna għalhekk il-mejtin f'eżekuzzjonijiet tal-massa u massakri ta' tindif etniku. Minkejja li gruppi ta' reżistenza ġew iffurmati fit-territorji okkupati, dawn ma tantx fixklu attivitajiet ġermaniżi la fil-lvant u lanqas fil-punent, sa tmiem l-1943. Fl-Asja, il-Ġappun kien isejjaħ lil pajjiżi taħt okkupazzjoni bħala parti mill-iSfera ta' ko-prosperità Asjatika, essenzjalment eġemonija ġappuniża f'isem il-liberazzjoni ta' popli kkoloniżati. Minkejja li l-qawwiet ġappuniżi kienu ngħataw merbħa bħala liberaturi minn dominanza Ewropea f'ħafna territorji, il-brutalità eċċesiva tagħhom dawret l-opinjoni pubblika kontrihom fi ftit ġimgħat. Fl-avvanzati inizjali tagħhom il-Ġappuniżi ħatfu madwar 4 miljun barmil żejt mitluqin fir-ritirata Alleata, u sal-1943 kienu kapaċi jżidu l-produzzjoni ta' żejt fl-Indji tal-Lvant Olandiżi għal iktar minn 50 miljun barmil, 76% tal-produzzjoni tal-1940 Avvanzati fit-teknoloġija u fix-xjenza bellika Matul il-gwerra, l-ajruplani komplew fir-rwolijiet tagħom tal-Ewwel Gwerra Dinjija, dawk ta' rikonjizzjoni, fighters, bombardieri u għajnuna tat-truppi tal-art, imma kull kamp ġie avvanzat b'mod konsiderevoli. Żewġ żidiet importanti kienu dawk tat-trasport mill-ajru, il-kapaċità li tmexxi matejal militari, għodda u truppi, anki jekk f'numri modesti; u l-użu tal-bombardament strateġiku, l-użu ko-ordinat tal-bombardieri biex jattakaw bliet jew ċentri ċivili bl-għan li tbaxxi l-produzzjoni u twaqqa' l-moral. Armi ta' kontra l-ajru komplew javvanzaw, biż-żieda ta' difiżi bħar-radar u artillerija kontra l-ajru, bħall-kanun ta'88mm Ġermaniż. Ajruplani bi propulsjoni jet raw l-ewwel operazzjonijiet tagħhom matul din il-gwerra, u anki jekk id-dħul tard tagħhom fil-gwerra ftit li xejn kellu effet fuq ir-riżultat, il-ftit ajruplani li ntużaw matul il-gwerra wasslu għal tibdil enormi fil-flottot t'ajruplani militari u ċivili. Fil-baħar, filwaqt li avvanzi saru f'kważi kull qasam navali, iż-żewġ żoni ta' żvilupp kkonċnetraw rwieħhom fuq l-aircraft carriers u s-sottomarini. Anki jekk fil-bidu tal-gwerra il-qasam militari ajrunawtiku kellu relattivament suċċessi modesti ħafna, azzjonijiet f' Taranto, Pearl Harbor, il-Baħar Ċiniż tan-Nofsinhar u l-Baħar tal-Koralli malajr stabilixxew lill-aircraft carriers bħala l-iktar bastiment importanti fi gwerra, iktar mill-bastimenti tal-gwerra. Fl-Atlantiku, escort carriers dehru bħala parti fundamentali tal-konvojs, b'żieda drammatika tar-radju ta' protezzjoni effettiva tal-vapuri u billi soddew it-toqba fl-Atlantiku ċentrali. Lil hinn mill-effikaċja tagħhom, il-carriers kienu ħafna iktar ekonomiċi mill-bastiment tal-gwerra minħabba r-roħs relattiv fil-press tal-ajruplani u l-fatt li ma kellhomx bżonn ta' ħxuna fl-armaturi ta' protezzjoni tagħhom. Kulħadd stenna li s-sottomarini, li dehru importanti ħafna fl-ewwel gwerra, kienu ser jerġgħu joħorġu bħala fundamentali fit-tieni waħda. Il-Brittaniċi ffokaw fuq l-iżvilupp ta' miżuri fi sfond ta' gwerra anti-sottomarina, b'tattiċi, għodda u vapuri, bħas-sonar u l-konvojs; il-Ġermanja ffokat iktar fuq l-iżvilupp offensiv ta' din l-arma, b'diżinji bħas-sottomarin Tip VII u t-tattika wolfsrudel. Bilmod il-mod, teknoloġiji żviluppati kontinwalment mill-Alleati, bħal Leigh light, qanfud, klamar, u t-torpedos intelliġenti ħarġu rebbieħa. Fuq l-art, il-gwerra mbidlet b'mod drastiku mill-frontijiet tal-gwerra statiċi tal-Ewwel Gwerra Dinjija, u saru ħafna iktar fluwdi u mobbli. Bidla importanti kienet il-kunċetti ta' armi kkumbinati, b'kordinazzjoni stretta ħafna bejn elementi differenti fil-gwerra; it-tank, li kien diġa ntuża fl-għajnuna tal-fanterija fl-ewwel gwerra, evolva biex sar l-arma primarja għal dawn il-qawwiet. Fl-aħħar tas-snin tletin, id-disinji tat-tankijiet tal-gwerra kienu diġa avvanzaw ħafna iktar minn dawk tal-ewwel gwerra, u l- avvanzati tkomplew matul is-snin tal-gwerra, b'żidiet fil-veloċità, armatura u qawwa. Sal-bidu tal-gwerra, ħafna armati kienu jikkunsidraw it-tank bħala l-aħjar arma kontriha nnifisha, u żviluppaw tankijiet għal dak l-iskop speċifiku. Dawn il-ħsibijiet ġew negati bl-attaki diżastrużi ta' tankijiet b'armaturi ħfief kontra xulxin, u bid-duttrina Ġermaniża li tevita ġlied dirett bejn it-tankijiet; dan tal-aħħar, flimkien mal-użu ġermaniż tal-armi kkumbinati, kienu fost l-elementi ta' suċċess fit-tattika tal-blitzkrieg fil-Polonja u Franza. Intużaw wkoll ħafna metodi biex jitkissru t-tankijiet, fosthom artillerija indiretta, u kanuni disinjati kontrihom (kemm miġbudin u mixjin b' saħħithom), mini, u suldati b'armi speċjali, u tankijiet oħrajn. Anki jekk ħafna armati kienu mekkaniżati, il-fanterija baqgħet tifformas-saħħa prinċipali tal-armati, u matul il-gwerra, ħafna mill-armi tal-fanterija kienu jixbħu jew disinjati fuq dawk tal-ewwel gwerra. Xi uħud mill-avvanzi primarji kienu fl-użu ta' machine guns mobbli, l-iktar eżempju famuż fosthom l- MG42 Ġermaniż, u ħafna submachine guns li kienu tajbin ħafna għal ġlied mill-qrib, f'ġungli jew ċentri urbani. L-assault rifle, kien żvilupp li sar fl-aħħar tal-gwerra, li kien jagħqqad l-aħjar fost il-vantaġġi tar-rifle u tas-submachine gun, sar l-istandard tal-armati wara l-gwerra. Fil-kamp ta' komunikazzjonijiet, ħafna mill-pajjiżi belliġġerenti kbar pruvaw isolvi l-problemi tal-kumplessità u s-sigurtà preżentati fl-użu ta' kodiċi fil-kriptografija billi ħolqu bosta magni apposta, l-iktar famuża fosthom il-magna Enigma tal-Ġermanja. SIGINT (signals intelligence) kien il-proċess li jħassar id-dekriptazjoni, bl-iktar eżempji magħrufa jkunu l-Brittanika ULTRA u d-dekriptazzjoni alleata tal-kodiċi navali ġappuniżi. Aspett importanti ieħor tal-intelliġenza militari kien l-użu t'operazzjonijiet ta' taħwid tal-għadu, operazzjonijiet li l-Alleati użaw għal bosta drabi b'ħafna suċċessi, fosthom l-operazzjonijiet Mincemeat u Bodyguard, li dawwret l-attenzjoni Ġermaniża mill-invażjonijiet ta' Sqallija u n-Normandija, rispettivament. Riżultati importanti oħra milħuqa fil-kampijiet tal-inġinjerija u t-teknoloġija li waslu jew matul jew b'riżultat tal-gwerra jinkludu l-kompjuters (Z3, Colossus, u ENIAC), missili gwidati u rokits moderni, il-Proġett Manhattan u l-iżvilupp tal-armi nukleari, l-iżvilupp ta' portijiet artifiċjali u pajpijiet taż-żejt taħt il-kanal ingliż.
2106
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A6%27Attard
Ħ'Attard
Ħ'Attard hu raħal fiċ-ċentru ta' Malta, b'popolazzjoni ta' madwar 10,000 ruħ. Flimkien ma' Ħal Balzan u Ħal Lija, jifforma parti mit-"Tlett Villaġġi". Ħ'Attard sar parroċċa fl-1499 u il-patruna tiegħu hija Santa Marija. Raħal arjuż ħafna u jista' jitqies bħala sabiħ, l-aktar li llum fih inbnew bosta djar kbar u vilel ta' min jitgħaxxaq bihom. Il-postijiet ta' ċerta importanza i hemm fih huma il-Palazz ta' Sant'Anton u l-ġonna tiegħu, l-Istadju Nazzjonali kif ukoll il-Park Nazzjonali, u l-Villaġġ ta' l-Artiġjanat f' Ta' Qali. Ħ'Attard huwa msemmi għall-ward u l-fjuri li jkabbar kif tixhed il-mottu tiegħu "Floriger Rosis Halo" (Iffjurit bil-Ward Imfewwaħ). Zoni f'Ħ'Attard Misraħ Kola Hal-Warda Ta' Qali Robbu Tal-Ħemsija Ta' Ħemsija Ta' Qali Crafts Village Ta' Sagħat Ta' Vnezja Tal-Madliena Tal-Madonna Tal-Maltija Ta' Qassati Il-Ħotob Il-Ħofor Santa Katerina Ta' Fġieni Ta' l-Idward Ta' Srina Ta' Vestru Tal-Fuklar Tal-Karri Tal-Mirakli Wied il-Ħemsija Wied Inċita Wied is-Sewda Toroq Prinċipali f'Ħ'Attard Triq Ħaż-Żebbuġ Triq il-Linja Triq il-Mosta Triq il-Pitkali Triq il-Prinjola Triq in-Nutar Zarb Triq iz-Zaghfran Triq l-Imdina Triq Sant' Antnin Triq Santa Katarina Triq Victor Vassallo Vjal De Paule Koordinati: Innu ta' Ħ'Attard Isma l'innu
2107
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A6al%20Balzan
Ħal Balzan
Ħal Balzan huwa villaġġ fiċ-ċentru ta' Malta. Flimkien ma' Ħ'Attard u Ħal Lija, jifforma parti mit-"Tlett Villaġġi". Ir-raħal kien jikkonsisti fi ftit djar u għelieqi, iżda maż-żmien kiber u fis-seklu 17 sar parroċċa. Fl-2019 gew registrati 4,768 abitant. Etimoloġija F’Malta, ħafna ismijiet tal-irħula huma identiċi għal ċerti kunjomijiet tal-familja, bħal Attard u Lija. Għalhekk, xi wħud jemmnu li r-raħal ta' Ħal Balzan wiret ismu minn familja li kunjomha kien Balzan. Balsan (Balzan) letteralment tfisser kollettur tat-taxxa jew kollettur tal-kontribuzzjonijiet. Il-kollettur tat-taxxa dak iż-żmien probabbli kien jgħix f'Ħal-Balzan li kien jifforma parti minn Birkirkara. Wirt Storiku u Kultura Koordinati: Il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Balzan fiha diversi xogħlijiet tal-arti minn pitturi famużi Maltin bħal Giuseppe Calleja, Chev. Emvin Cremona u Paul Camilleri Cauchi. L-istatwa użata fil-festa tar-raħal ċċelebrata fil-ġimgħa ta' 2 ta‘ Lulju, hija minquxa fl-injam mill Salvatore Dimech (is-Sarċ) u turi l-Madonna flimkien mal-Arkanglu Gabrijel. Il-festa sekondarja tal-parroċċa hija dik ta' San Valentinu. Bħal Ħ'Attard u Ħal-Lija, Ħal Balzan huwa mfittex bħala post poplari ta' residenza. Il-popolazzjoni żdiedet matul iż-żmien minħabba l-iżviluppi fuq skala kbira bi blokki ta’ appartamenti li qed jinbnew flok vilel antiki u l-ġonna tagħhom. Dan l-iżvilupp qed iseħħ l-aktar fil-periferija tar-raħal, u ċ-ċentru storiku għadu ppreservat. Ħal Balzan huwa villaġġ li jgawdi minn Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana. Arkitettura Knejjes Kappella tal-Annunzjata (Parroċċa l-Antika) Din il-knisja nbniet fis-Seklu 17. Kif tlestiet fl-1655, malajr beda jinħass li ma kienitx toffri biżżejjed spazju għall-popolazzjoni li dejjem kienet qed tikber. L-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida tqiegħdet fl-1669 u l-binja l-ġdida ġiet imbierek fl-1695. Il-Perit mhux magħruf iżda d-disinn ta' barra jista’ jiġi attribwit lill-istil Toscan. Id-Disinn tal-koppla huwa nfluwenzat mill-Barokk, stijl li kien għadu kif dahal f'Malta f'dawk iż-żminijiet. L-Entratura tal-knisja tinkludi statwa tal-ġebel tal-Madonna f’nicca li fuq quċċata tagħha nsibu tieqa tal-ħġieġ f'forma ta’ ċirku. Il-żelfry nbniet fl-1708 bil-koppla titlesta sena qabel. Parroċċa tal-Annunzjata Din il-Knisja Parrokkjali, mibnija fis-seklu 17 tinsab fil-qalba tar-raħal. Il-barka u t-tqegħid tal-ġebla tal-fondazzjoni seħħew fis-26 ta’ Diċembru 1669. Fr. Domenico Ellul, dak iż-żmien kien Kappillan. In-nies tal-lokal kienet ilha titlob għal knisja akbar biex takkomoda l-popolazzjoni tar-raħal li kompliet tiżdied sena wara sena. Wara ħafna talbiet, inkluża petizzjoni uffiċjali ppreżentata minn Fr. Ellul lil Vigarju Ġeneral Mongr Cauchi, it-talb tagħhom intlaqa'. Mons. Balaguer ikkonferma d-decizjoni uffiċjali tiegħu fil-11 ta’ Lulju 1663. Il-forma tal-knisja ssegwi r-regoli stabbiliti mill-knisja fil-Konċilju ta' Trentu li jiddettaw li jkun hemm il-bini fil-pjan ta’ salib. In-Nave huwa maħsub biex iwassal għall-altar ewlieni li jiffaċċja l-Lvant, b'spazju allokat b’mod speċjali għall-Kor. Partijiet mill-knisja u l-faċċati tagħha ġew restawrati f’Settembru 2020 bħala parti mill-fondi disponibbli permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Knisja tal-Assunzjoni Il-knisja li naraw illum inbniet fl-1846 fuq l-insistenza ta Rev. Salvu Sammut Pullicino li ried jibni knisja fl-istil li kien popolari dak iż-żmien. Fit-Tieni Gwerra Dinjija l-knisja kienet użata bħala dar temporanja għal refuġjati li kienu ħarbu mill-Kottonera. Aktar tard, din il-knisja serviet wkoll bħala spazju ta’ tagħlim għall-istudenti tal-Liġi tal-Università ta’ Malta. Wara l-gwerra kienet użata bħala maħżen għall-istatwi u dekorazzjonijiet oħra użati fil-festa. Wara li ġiet restawrata, hija serviet bħala kappella dedikata għall-adorazzjoni. Quddiem il-knisja nsibu statwa tal-Madonna li tmur lura għall-bidu tas-seklu 19. Kapella ta' Santu Rokku Din il-knisja tinsab fi Triq it-Tlett Knejjes, ħdejn il-Kappella tal-Annunzjata (il-parroċċa l-antika). Il-kappella nbniet fl-1593 fl-istess sena li kienet feġġet il-Pesta. Il-vittmi taʼ din il-marda ġew midfuna fil knisja. Il-pittura prinċipali fil-kappella turi lil Santu Rokku, San Pawl u San Sebastian, it-tliet qaddisin protetturi kontra l-marda qerrieda. Knisja tal-Bon Pastur Din il-kappella żgħira taghmel parti mill-kunvent tar-Ragħaj it-Tajjeb kienet dedikata lil San Ġużepp. Din ġiet iddisinjata mill-Perit Vincenzo Busuttil u l-kostruzzjoni tal-ġebel tħalla f’idejn il-bennej Piju Ebejer. Hija ġiet inawgurata fl-4 ta’ April 1870. Knisja ħafna akbar inbniet bejn l-1898 u l-1901. Dan il-bini ġdid kien iddedikat lill-Qalb taʼ Ġesù. L-Arċisqof Monsinjur Peter Pace bierek il-kappella fis-7 ta’ Frar 1901. Ir-Reverenza lil Santu Rokku Ta' sikwit niltaqghu ma' statwi, ismijiet ta' toroq, niċeċ u monumenti oħra ta' tifkira madwar Malta b' reverenza lil Santu Rokku. Il-twemmin huwa li Santu Rokku huwa l-qaddis protettur kontra l-pesta u reverenza lejh tipproteġi l-abitanti kontra l-pesta u kull forma oħra ta' mard ta' dak iż-żmien. F’Ħal Balzan hemm kappella, triq, kif ukoll statwa ddedikati lil Santu Rokku. L-istatwa tinsab fil-kantuniera tat-triq bl-istess isem sabiex tissorvelja u tipproteġi n-nies li jgħixu fir-raħal. Postijiet ta' Wirt Storiku u Importanza Palazzo Bosio Villa Macedonia Kappella ta' San Anard Akwadotti ta' Wignacourt Mwielda fil-Lokalita' Rev. Monsignor John (Gwann) Dimech ( 1922-2009) Piju Ebejer (1874-1931) Bennej Prim Gabriel Caruana Artist (1929-2018) Fra Giuseppe Zammit Bernardo Manduca Piscopo Macedonia (1891-1971) Prof. John Borg Isqof Joseph Grech Giuseppe Frendo Mikel Scicluna - Lotta (29 Lulju 1929 – 20 Marzu 2010) Għaqdiet Reliġjużi Tal-Bon Pastur - Dar Merħba Bik huwa kunvent tas-Sorijiet Rgħaj It-Tajjeb (Good Shepherd) li waslu Malta minn Smyrna fl-1858. Kif waslu ngħataw dar f’Ħal-Lija mill-Marquis Testaferrata biex titwaqqaf skola bl-akkomodazzjoni għall-tfajliet li kienu jiġu minn Sqallija. Illum dan il-bini jservi bħala s-sit tal-Kunsill Lokali, is-Servizzi Soċjali u l-Posta fir-raħal. Is-sorijiet kienu joffru ukoll klassijiet għall-orfni u nisa li riedu jibdlu ħajjitom. Il-kunvent f’Ħal-Balzan inbena f'1868 bl-għajnuna taʼ ħafna benefatturi. Ix-xogħol tal-kunvent għadu għaddej sal-lum fejn joffri kenn lin-nisa u lit-tfal tagħhom mill-vjolenza domestika, jgħin lill-ommijiet li jsibu ruħhom waħedom kif ukoll lill-irġiel refuġjati u lill-familji tagħhom li jispiċċaw f’Malta. Il-Kunvent magħruf bħala Stella Maris huwa il-lok tal-Missjunarji Franġiskani taʼ Marija inbena fil-1926. Din il-binja sservi bħala kunvent, kappella u skola. L-Iskola ta' Stella Maris adottat is-sistema ta’ tagħlim ta’ Montessori meta fetħet fl-1944. Ftit snin wara, fl-1950, l-iskola bdiet toffri klassijiet ta’ kindergarten flimkien ma' l-iskola primarja għas-subien. Mill-2008 l'hemm l-Iskola Stella Maris saret skola li tipprepara l-istudenti għall-Kulleġġ San Alwiġi fejn l-istudenti kienu jmorru biex jiksbu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom. Kunsill Lokali Balzan Il-Kunsill Lokali ta' Ħal-Balzan huwa kompost minn: Dr Angelo Micallef (Sindku) Stephen Gatt (Kunsillier) Mary Louise Briffa (Kunsilliera) Dr Oliver Nicholas De Gaetano (Kunsillier) Ms Doriette Farrugia (Segretarja) Servizzi fil-Komunità Ufficcju Parrokjali Knisja ta' Ħal-Balzan, Triq Idmejda Kunsill Lokali Ħal-Balzan, Triq il-Kbira Għassa tal-Pulzija, Pjazza Bertu Fenech Centru tas-Saħħa, Triq il-Kbira Każin Partit Laburista, Triq it-Tliet Knejjes Każin Nazzjonalista, Triq il-Kbira Malta Hospice Movement, Vjal il-Bon Pastur Sport Il-Klabb tal-Futbol ta' Ħal-Balzan (Balzan Football Club) ġie imwaqqaf fl-1937. Huwa tim li jikkompeti fil-Livell Premier tal-Futbol Malti. It-tim ilu jikseb riżultati promettenti b’mod konsistenti f'dawn l-aħħar 5 snin b' klassifikazzjonijiet fit-tieni post u anke f’dawk finalisti fl-aħħar ftit snin. Fl-2019, huma rebħu l-FA Trophy ta' Malta wara li għelbu lil Valletta FC. Għaqdiet Mużikali Każin Tal-Banda San Gabriel Soċjetà Filarmonika Marija Annunzjata Toroq Prinċipali Triq Birbal Triq Idmejda Triq Il-Kbira Triq Il-Mitħna Triq It-Tliet Knejjes Triq L-Imdina Triq San Franġisk Vjal De Paule Wied Ħal Balzan Referenzi Bliet ta' Malta
2108
https://mt.wikipedia.org/wiki/Birgu
Birgu
Il-Birgu (magħruf ukoll bħala Vittoriosa) hija belt u antika, forsi daqs l-Imdina. Billi tinsab fuq ilsien li joħroġ fil-Port il-Kbir, dejjem kellha rwol ewlieni fil-kummerċ u l-kuntatti ma' barra. Il-Birgu kiber minn nitfa ta' raħal għal belt kummerċjali u li tilqa' l-barranin, suldati, baħrin u negozjanti. Ir-residenti ta' din il-lokalità dejjem sabu l-kenn mill-ħakkiema li għal sekli sħaħ kienu jgħixu ġol-Forti Sant’Anġlu, magħruf fiż-Żmien Nofsani bħala l-Castrum Maris. Mal-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1530, il-Birgu sar il-bażi tal-flotta tal-Ordni, u serva bħala l-kwartier prinċipali tal-Kavallieri. L-Ordni saħħaħ il-Forti Sant'Anġlu, tella' swar fuq in-naħat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Birgu. Il-kavallieri ta'San Ġwann għexu fil-Birgu fi djar mibnija għalihom skont l-ilsiena differenti li l-kavallieri. Dawn id-djar huma magħrufa bħala bereġ. Fil-Birgu kien hemm bereġ bħal ma wara nbnew il-Belt, biss iżgħar. Berġa li hemm il-Birgu biss mhux il-Belt u din hi l-Berġa tal-Ingilterra. Dan minħabba li l-Ilsien tal-kavallieri Ingliżi waqaf milli jappartjeni għall-Ordni għax Enriku VIII ma baqax fidil lejn il-Papa u t-twemmin Kattoliku u stabbilixxi r-reliġjon tiegħu, il-Knisja Anglikana. Matul l-Assedju l-Kbir tal-1565 il-Birgu żamm sod kontra l-qawwa militari Ottomana. Kien mill-Forti Sant'Anġlu lil-Gran Mastru La Valletta dderiġa id-difiża kontra t-Torok, l-aktar meta l-Fort Sant'Iermu waqa' f'idejn l-għadu. Wara l-Assedju l-Kbir, il-Birgu ingħata t-titlu ta' Belt Rebbieħa - Città Vittoriosa. Wara l-Assedju tal-1565, il-Gran Mastru La Vallette ddeċieda li jibni belt ġdida fuq l-Għolja Xiberras. Wara li l-Ordni spostja ruħu u mar fil-belt il-ġdida din dlonk saret il-belt kapitali ta' Malta. Xorta waħda l-Birgu kif ukoll Bormla u l-Isla żammew l-importanza tagħhom minħabba li nieshom baqgħu jagħtu kull tip ta' servizz lill-Ordni, speċjalment f'dak li kellu x'jaqsam mall-kummerċ, artiġjanat u tbaħħir fuq ix-xwieni tal-Ordni. Il-Knisja Parrokkjali tal-Birgu hi ddedikata lil San Lawrenz, u l-festa ssir fl-10 t'Awwissu. Fil-Birgu hemm ukoll il-knisja tal-Lunzjata miħmuma mill-patrijiet Dumnikani li għandhom il-kunvent tagħhom bieb ma' bieb tal-istess knisja. Dawn ukoll jiċċelebraw il-festa tagħhom iddedikata għall-qaddis fundatur tagħhom, San Duminku. Din il-festa tkun iċċelebrata l-aħħar Ħadd ta' Awwissu. Il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu L-inkwiżizzjoni daħlet uffiċjalment f’Malta fl-1561, meta l-Isqof Domenico Cubelles, beda jagħmila wkoll ta' delegat appostoliku tal-Papa bħala Inkwiżitur. Is-sede tal-Inkwiżitur kienet stabbilita fejn qabel l-Ordni ta’ San Ġwann kellu l-Qorti tiegħu. Imbagħad, fl-1574, il-Papa Gregorju XIII bagħat lil Mons. Pietro Duzina biex jagħmilha ta’ Inkwiżitur u ta’ delegat appostoliku f’Malta, b’kariga superjuri minn dik tal-Isqof. Id-dmir tal-Inkwiżitur kien primarjament li jassigura li t-twemmin Nisrani f’Malta, kien jsewgi r-regoli stabbilit fil-Konċilju ta’ Trento (1545-1563). Bejn l-1561 u l-1798, kien hawn f’Malta b’kollox 62 inkwiżitur, li minnhom, 24 laħqu kardinali. Tnejn minn dawn il-kardinali mbagħad ġew eletti papiet. Dawn kienu l-Inkwiżitur Fabio Chigi, li kien elett bħala l-Papa Alessandru VII, u l-Inkwiżitur Antonio Pignatelli, li leħaq bħala l-Papa Innoċenz XII. L-inkwiżitur kien jgħix u jamministra fil-palazz tiegħu l-Birgu. Fl-1625, l-Inkwiżitur Visconti bena palazz żgħir fil-kampanja fin-naħa tal-Fawwara, mhux wisq ’il bogħod mill-Buskett. L-aħħar Inkwiżitur spiċċa mkeċċi minn Malta flimkien mal-Kavallieri tal-Ordni, minn Napuljun fl-1798. Il-Forti Sant'Anġlu Il-Forti Sant Anġlu huwa x’aktarx l-aktar forti antik li jeżisti fil-gżejjer Maltin. Wisq probabbli, l-oriġini tal-forti Sant’ Anġlu hu eqdem minn dawn tal-Mdina. Dan għaliex il-forti Sant’Anġlu kien jiddomina l-Port il-Kbir u jiddefendi d-daħla tiegħu għax il-kanuni tal-forti kienu jkunu mmirati ‘l hinn. Ta’ min wieħed jgħid li fl-inħawi ta-din il-forti kienet saret battalja qalila fuq ix-xwieni bejn l-Aragonisi u l-Angevini fit 8 ta’ Lulju tal-1283.  Din il-battalja kienet biex ngħidu hekk determinant biex l-Aragonisi jaħkmu lil Malta. Fil-perjodu medjoevali, Sant’Anġlu kien miżmum mill-Kastellan li kien jirrapreżenta l-interessi tan-nobbli li kienu jaħkmu lil Malta minn Sqallija u Spanja. Dan il-kastellan ma tantx kien jingwala mall-Capitano della Verga jew kif nafuh aħjar il-ħakem tal-Mdina. Kien fl-1530 meta ġew il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann li l-Forti Sant’Anġlu beda jieħu s-sura li nafuh biha llum.  Dan il-forti kien wisq importanti għall-Kavallieri li ddeċidew li jżommu ruħom protetti wara s-swar tiegħu.  Meta l-Ordni wasal Malta, fl-1530, kien taħt dawn is-swar li Kavallieri ħallew irmeġġjati x-xwieni tagħhom – fosthom il Gran Caracca. Waqt l-Assedju l-Kbir li dam sejjer sitt xhur, il-Gran Mastru La Vallette kien jidderiġi d-difiża kontra l-għadu Ottoman minn hawn. Kien minn hawn li l-Gran Mastru kien jibgħat it-truppi u l-proviżjon li kienu jonqsu f’Sant’Iermu tul l-assedju ta’ dik il-fortizza fuq Monte Sciberras.   Wara l-Assedju il-Kbir, Sant’ Anġlu kompla jiġi rrinfurzat, minkejja li issa l-Gran Mastru u l-Kavallieri marru jabitaw fil-Belt il-ġdida in-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir.   Meta ġew l-Ingliżi f’Malta fl-1800, Sant’Anglu kien l-għażla naturali li biex jipproteġu x-xwieni tagħhom.   Aktar minn hekk, eventwalment, Sant’ Anglu sar uffiċjalment il-kwartier ġenerali  għall-flotta Ingliża.  Sant’Anglu issa beda jissejjah H.M.S. St. Angelo iġifieri Her/ His Majesty’s Ship bħallikieku l-Forti kien bastiment ankrat. Illum il-parti ta’ fuq nett ta’ Sant’Anglu reġgħet ġiet mogħtija lil-Ordni ta’ San Ġwann b’ċens. Il-parti ta’ nofs infetħet għall-pubblika taħt is-sorveljanza u l-management ta’ Heritage Malta. Il-isfel ta’ ħdejn il-baħar, illum isservi bħala moll u ambjent ta’ rmiġġ għall-jottijiet u opri tal-baħar oħra. Koordinati: Nies Magħrufa Ġirbin Josette Ċiappara, artista tal-palk Pawlu Boffa 1890-1962, tabib u politiku li sar Prim Ministru ta' Malta (1947 - 1950) Lino Buġeja 1930-2017, storiku u ambjentalista Mikiel Fsadni 1916-2013, storiku Dumnikan u kittieb dwar il-giren Melchiorre Gafà 1636-1667, skultur Lorenzo Gafà 1639 - 1703 perit li ddisinja il-Katidral tal-Imdina, dak ta' Għawdex u bosta knejjes oħra Miriam Gauci 1958- , sopran Mikiel Gonzi 1885-1984, arċisqof Antonio Micallef 1808-1898, awtur ta' kotba legali Denis Mizzi , futboler ma' Malta magħżula Laurence Mizzi 1931- , xandar u kittieb Ġużè Porsella-Flores 1886-1963, kittieb Pawlu Privitera , kaptin Malti tal-woterpolo Martin Scicluna , futboler ma' Malta magħżula Hilda Mallia Tabone 1932 - 1978, sopran Napuljun Tagliaferro 1843-1915, rettur ta' l-Universita u arkejologu Lorenzo Żahra 1926- , storiku Nestu Laiviera 1908 - 1984, Politiku, (Partit Laburista), membru Parliamentari, (1962 - 1971) Għaqdiet Sportivi It-tim tal-futbol Vittoriosa Stars twaqqaf minn Feliċ Grima fl-1906, għalkemm hemm ħjiel li Vittoriosa Melita kienu diġa lagħbu fl-1902. Fl-1912 bdew jieħdu sehem fil-Kampjonat Malti. Għalkemm il-Vittoriosa Stars huma tim minn belt żgħira xorta baqgħu jieħdu sehem, anki jekk l-unuri kienu l-ftit. Fl-1954-55 rebħu t-Tieni Diviżjoni u s-sena ta' wara dehru fl-għola kampjonat Malti. Wara sena ġew relegati, sakemm fl-1975-76 ġew it-tieni fit-Tieni Diviżjoni u promossi. Din id-darba rnexxilhom iżommu sentejn mal-kbar sakemm fl-1977 tilfu posthom. Illum it-tim jilgħab fil-format ġdid tal-Kampjonat Premier. Il-każin preżenti jinsab fid-dar imsejħa Domus Panis Celestis, illi qabel kienet isservi bħala ċentru ta' tagħlim reliġjuż tal-Mużew. Postijiet ta' interess fil-Birgu Il-Knisja Parrokkjali ta'San Lawrenz, Xatt ta' San Lawrenz (jew tidħol minn Misraħ ir-Rebħa. Il-Palazz tal-Inkwiżitur, Triq il-Mina l-Kbira Il-Mużew Nazzjonali Marittimu, Birgu Marina Il-Forti Sant'Anġlu, Birgu Marina Il-Knisja tal-Lunzjata, Triq il-Mina l-Kbira Il-Mużew tal-Paroċċa, L-Oratorju ta' San Ġużepp (tidħol minn Misraħ ir-Rebħa) Is-swar tal-Birgu (naħa li tagħti għal fuq il-Kalkara It-toroq dojoq u antiki tal-Birgu (il Collacchio) Avvenimenti rikurrenti fil-Birgu Il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir Jum il-Ħelsien - Iċ-ċelebrazzjoniet tal-31 ta' Marzu madwar u fuq il-Monument tal-Ħelsien. Regatta Il-Festa ta' San Lawrenz - 10 ta' Awwissu Il-Festa ta' San Duminku - l-aħħar Ħadd ta' Awwissu Jum il-Vitorja - Serata ċerimonjali fis-7 ta' Settembru Birgu Fest - t-2. weekend ta' Ottubru Il-Monti ta' nhar ta' Tlieta - barra s-swar ta-Birgu Il-Monti ta' nhar ta' Ħadd (car boot sale / flea market) fil-ground tal-Fortini Ħoloq esterni birgu.gov.mt Kunsill Lokali tal-Birgu Każin ta' San Lawrenz Każin ta' San Duminku Vittoriosa Stars F.C. Bliet ta' Malta
2109
https://mt.wikipedia.org/wiki/Birkirkara
Birkirkara
Birkirkara hija belt fiċ-ċentru ta' Malta. Hija l-aktar belt popolata fuq il-gżira, bit-24,356 abitant f'2020 Il-belt tikkonsisti f'ħames parroċċi awtonomi: Santa Elena, San Ġużepp Ħaddiem, il-Madonna tal-Karmnu, Santa Marija u San Ġorġ Preca (Swatar). Il-Mottu tal-belt huwa "In hoc signo vinces" ("B'dan is-sinjal inti tirbaħ") għall-viżjoni tas-salib li kellu l-Imperatur Kostantinu bin Santa Elena, li wasslet għall-konverżjoni tiegħu għall-fidi Nisranija, u l-arma għandha salib aħmar sempliċi, b'kuruna fuqha. Etimoloġija Birkirkara tfisser “ilma kiesaħ” jew “ilma mexxej" L-isem jirreferi ghal post ta' wied fil-belt. Oriġinarjament, l-isem kien miktub bħala Birchircara, b'influwenza mill-ortografija Taljana li tradizzjonalment ma tużax l-ittra “K”. Ta’ spiss jitqassar bħala B’kara/Kara. Ġeografija Birkirkara tinsab f’wied. Minhabba din il-pozizzjoni, hija maghrufa għall-għargħar fi ġranet b’maltempati kbar billi l-ilma li jaqa fin-Naxxar, Ħ'Attard u Ħal-Balzan jispicca jghaddi minnha. Ġew proposti diversi proġetti biex jghinu f'dan ir-rigward. Klima Birkirkara ghandha klima Mediterranja Csa taħt il-klassifikazzjoni tal-Klima Koppen Birkirkara tgawdi xtiewi ħfief bi ftit xita u sjuf sħan xotti. It-temperatura tal-belt tvarja minn 10 sa 31 °C (50.5 sa 87.3 °F) matul is-sena Storja Birkirkara hija waħda mill-eqdem bliet f’Malta b’referenza rrekordjata fl-1402 fil-kitba ta' Luttrell, Anthony T, Cappella of Birkarkam Hija ssemmiet fir-Rapport Ekkleżjastiku tal-1436 li jsemmi l-parroċċi f’Malta u Għawdex li kienu jeżistu dak iż-żmien, li minnhom Birkirkara ħareġ bħala l-akbar parroċċa. Matul is-snin żviluppaw diversi parroċċi u subborgi minn Birkirkara, fosthom Sliema, San Ġiljan, Imsida, il-Ħamrun fis-seklu 19 u Santa Venera fil-bidu tas-seklu 20. Fis-snin aktar reċenti, San Ġwann (1965) u Tal-Ibraġ li hareg minn Birkirkara biex jifforma parti mill-lokalità tas-Swieqi fl-1993. Tul is-snin Birkirkara kibret f’ċentru kummerċjali importanti kif ukoll f’żona residenzjali b’densità għolja ta’ popolazzjoni. Knejjes Il-Parroċċa ta' Birkirkara kienet ilha mill-1360 bil-kappella ta' Santa Elena fil-limiti tal-Għargħar. Fl-1436, l-Isqof Mons. Dusina rrikonoxxiha bħala waħda mill-għĦaxar Parroċċi ta' Malta. Fil-5 ta' Diċembru 1630, Papa Urbanu VIII waqqaf il-Kolleġjata Elenjana permezz ta' Bolla Papali bl-isem "Sacri Apostolatus Ministerio". Dan kien fi żmien il-Kappillan Dun Filippu Borgia (1567-1649). Il-Knisja ta' Santa Elena Il-Knisja ta' Santa Elena nbniet f'post l-aktar ċentrali ta' Birkirkara u akbar fid-daqs minn ta' qabilha, u hi r-raba' knisja parrokkjali. Din bdiet tinbena fl-1727, l-Isqof Gaspare Gori Mancini qiegħed l-ewwel ġebla tal-Knisja. Taħt l-ewwel ġebla tqiegħdu midalja ta' Santa Elena kif ukoll l-ismijiet tal-Papa u l-Isqof ta' dak iż-żmien. Fl-20 ta' Ottubru 1782, l-Isqof Vincenzo Labini ikkonsagra l-Knisja taħt it-titlu tal-Imperatriċi Santa Elena. Fit-18 ta' Jannar 1950, Papa Piju XII għolla l-Knisja għall-unur ta' Bażilka Minuri bl-unuri kollha. Knisja l-Qadima Il-knisja ta’ Santa Marija, magħrufa bħala l-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara, tinsab il-barra miċ-ċentru storiku ta’ Birkirkara, fuq il-naħa l-oħra tal-wied. Inbniet għall-ħabta tal-1607 fuq pjanta ta' Vittorio Cassar, iben Ġlormu Cassar. Meta Vittorio Cassar miet, fl-1607, ix-xogħol fuq il-knisja tkompla minn Tommaso Dingli. Fil-post fejn hemm il-knisja llum, qabel kien hemm knisja medjevali. Meta l-Kapitlu iddeċieda li jitlaq mill-knisja u jmur fil-Knisja ta’ Sant’ Elena riedu jwaqqgħu l-knisja l-qadima. Wara 120 sena il-knisja ingħalqet u ġiet abbandunata. Dun Gejtanu Mannarino, magħruf għar-Rewwixta tal-Qassisin tal-1775, indifen f’din il-knisja. Matul il-Pesta l-Kbira tal-1813, f'din il-knisja ndifnu l-mejtin. Sa madwar l-1850 il-koppla tal-Knisja kienet għadha f’postha, imma partijiet mis-saqaf kienu ga waqgħu sa mill-1830. Fl-1969, beda xogħol kbir fuq din l-knisja biex tkun tista' terġa' tibda tintuża wara ħafna snin ta’ abbandun totali. Fl-1992, l-Arcisqof Ġużeppi Mercieca kien ħass il-bżonn pastorali li din iż-żona ta’ Birkirkara tkun awtonoma, jiġifieri indipendenti mill-parroċċa ta’ Sant’ Elena. Nhar it-8 ta’ Mejju 2005, iż-żona pastorali awtonoma ta’ Santa Marija reġgħet saret Parroċċa għaliha. Arkitettura u Postijiet Importanti Birkirkara jospita ħafna postijiet importanti: Malta Financial Services Authority (MFSA), ir-regolatur finanzjarju ta’ Malta għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu f’Birkirkara. Il-Kulleġġ San Alwigi l-Akwadott ta’ Wignacourt mibni fis-seklu 17. Il-Bażilika ta’ Santa Liena, li tospita l-akbar qanpiena tal-knisja f’Malta. Simonds Farsons Cisk – l-ewwel Birrerija f'Malta Dar Pirotta Dar Papa Frangisku – Kenn immexxi mill-fergħa Maltija ta’ Caritas Internationalis Villa Chelsea issa dar il-Fondazzjoni Richmond – Karità li toffri Programmi ta’ Riabilitazzjoni l-Istazzjon l-Antik tal-Ferrovija li llum jinsab fi ġnien pubbliku. Il-ferrovija ta’ Malta li kienet tintuza bħala mezz ta’ trasport importanti kienet tieqaf hawn. Il-Ferroviji ngħalqu fl-1931. Teatru Roxy Torri ta' Birkirkara (Ghar il-Gobon) Torri tal-Wejter Villa Lauri Mitħna Ta’ Ganu Monumenti Monument ta' Sir Anthony Mamo Nicca ta' l-Erwieh Kunsill Lokali ta' Birkirkara Il-Kunsill ta' Birkirkara jinsab fit-tieni sular tac-Centru Civiku f' Birkirkara. Il-membri tal-Kunsill presenti huma dawn : Joanne Debono Grech (Sindku) Karl Cutajar (Vici - Sindku) Justin Schembri Nancy Aquilina Rita Borg Kaylocke Buhagiar Antoine Attard Owen Patrick Attard John Mary Calleja Deborah Mifsud John Mizzi Marie Claire Zammit Bonello Francis Pullicino Carmel Attard (Segretarju) Żoni f'Birkirkara Il-Bwieraq Fleur-De-Lys L-Imrieħel Ta' Ganu Ta' Paris Tal-Qattus Is-Swatar Ħas-Sajjied Sport F'Birkirkara is- St. Joseph Sports Club huwa magħruf l-aktar għas-sezzjoni tal-Atletika tiegħu, iżda għandu wkoll sezzjonijiet attivi ohra bħaċ-ċikliżmu, it-triathlon, l-għawm, u t-team tal-futbol li jikkompeti fil-Kompetizzjoni tal-IASC ( Inter Amateur Soccer Competition - Malta) Birkirkara F.C. rebaħ il-Premier League Malti erba’ darbiet u pparteċipat fl-EUFA Europa League fl-2015-16. Mwielda fil-Lokalita' Koordinati: Żewġ personalitajiet prominenti mill-lokal huma Eddie Fenech Adami u Alfred Sant, li servew bħala Prim Ministri ta’ Malta għal numru ta’ snin. Birkirkara huwa wkoll il-post fejn twieled l-ewwel President ta’ Malta Anthony Mamo Ġemellaġġi Birkirkara għandha ġemellaġġi ma' Grosseto, Italja Sorrento, Italja Longobardi, Italja Referenzi Ħoloq esterni Kunsill Lokali ta' Birkirkara Birkirkara u s-salib Empress Helen en fete Birkirkara: Informazzjoni ġenerali Bliet ta' Malta
2110
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kristjane%C5%BCmu
Kristjaneżmu
Il-Kristjaneżmu jew ir-Reliġjon Nisranija, tinkludi l-knejjes kollha li kienu jiffurmaw parti mill-ewwel moviment ta' twemmin fil-verità u l-eżistenza f'Ġesù Kristu. Dawn jissejħu Kristjani jew Insara. Ir-Reliġjon Nisranija, hija l-ikbar reliġjon fid-dinja u tinsab fil-kontinenti kollha fejn jgħixu n-nies. Iktar minn 2 biljun ruħ huma Insara. Iżda fost dawn l-Insara jeżistu differenzi, uħud minnhom mhux żgħar, għalkemm iħaddnu ħafna twemmin komuni li jgħaqqadhom flimkien. It-termini Kristjan u Nisrani Dan it-terminu jintuża qabel xejn għall-perjodu tal-ewwel elf sena qabel ma seħħew ix-xiżmi bejn l-Insara tal-Punent, li baqgħu mal-Papa, u l-Insara tal-Lvant, magħquda taħt il-mant tal-Patrijarka ta' Kostantinopli. Dan il-perjodu jibda mal-mewt ta' Ġesu Kristu u jagħlaq fl-1054 meta seħħet ix-Xiżma. It-terminu Kristjani jew Insara wara l-1054 jista' jintuża għal kwalunkwe denominazzjoni tal-Kristjaneżmu: prinċipalment, il-Kattoliċiżmu Ruman (dawk l-Insara li żammew lill-Papa bħala mexxej spiritwali tagħhom), l-Ortodossi (dawk li ma xtaqux lill-Papa u baqgħu taħt il-Patrijarki tagħhom) u, wara ftit sekli, il-Protestanti li huma stess huma ssuddiviżi fil-Luterani, il-Kalvinisti u l-Anglikani, fost l-oħrajn. Jeżistu wkoll ammont ta' setet li jsejħu lilhom infushom bħala Kristjani, imma ħafna mid-drabi dawn ma jiġux rikonoxxuti mil-friegħi l-oħra ħabba konnessjoni ma' xi ideat, li skont l-oħrajn huma ereżiji hekk kif deskritti fil-Konċilji tal-Knisja fl-ewwel sekli tal-eżistenza tagħha. Twemmin bażiku Il-Kredu Waħda mill-ewwel stqarrijiet tal-Fidi hija l-Kredu, hekk imsejjaħ "tal-Appostli". "1. Jiena nemmen f'Alla l-Missier li jista' kollox, li ħalaq is-sema u l-art 2. u f'Ġesu Kristu, Ibnu wieħed Sidna, 3. li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Vergni, 4. bata taħt Ponzju Pilatu, sallbuh, miet u difnuh, 5. niżel bejn l-imwied, fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, 6. tela' fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin t'Alla l-Missier, li jista' kollox, 7. minn hemm għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin. 8. Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, 9. il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-xirka tal-qaddisin, 10. il-maħfra tad-dnubiet, 11. il-qawma tal-imwiet, 12. u l-ħajja ta' dejjem. Amen." Stqarrija oħra bikrija ta' fidi hija l-Kredu ta' Niċea-Kostantinopli: "Jiena nemmen f' Alla wieħed, il-Missier li jista' kollox, li ħalaq is-sema u l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx. U f'Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta' Alla, imnissel mill-Missier qabel kull żmien. Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel, mhux magħmul, natura waħda mal-Missier: u bih sar kollox. Niżel mis-smewwiet għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna. U ħa l-ġisem bis-setgħa ta' l-Ispirtu s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skond il-Kotba Mqaddsa, u tela' s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier. U għandu jerga' jiġi bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja: li ġej mill-Missier u mill-Iben; li hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u ma' l-Iben: hu li tkellem b'fomm il-profeti. U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika. Nistqarr magħmudija waħda għall-maħfra tad-dnubiet. U nistenna l-qawma mill-imwiet, u l-ħajja taż-żmien li ġej. Amen." Ġesù Għall-Insara kollha, il-persuna ta’ Ġesù Kristu hija waħda ċentrali.l-insara jaqblu li ħajtu għandha tittieħed bħala eżempju u li t-tagħlim tiegħu dwar l-imħabba u d-dixxipulat għandhom ikunu s-sisien tar-relazzjonijiet bejn il-bnedmin. Dak li nafu dwar Ġesu, storikament insibuh fl-Evanġelji tat-Testment il-Ġdid fil-Bibbja. Kotba oħra tat-Testment il-Ġdid jiġbor fil-qosor it-twemmin tal-knisja Nisranija tal-bidu. San Pawl, ngħidu aħna, kien jemmen li Ġesu ma kienx biss il-perfezzjoni tal-ħajja umana iżda li kien ukoll Alla. Ġesu kien isejjaħ lil Alla “Missier” u għalhekk l-Insara jsejħu lil ġesu “l-Iben ta’ Alla.” Is-Salib Il-mewt bit-tislib u l-qawmien mill-mewt ta’ Ġesu, għamlu mis-salib iċ-ċentru tal-fidi Nisranija u s-simbolu ewlieni ta’ l-imħabba ħelliesa ta’ Alla l-Missier. Din l-imħabba, fit-Testment il-ġdid u fit-tagħlim Nisrani, hija l-iktar attribut (kwalita) importanti f’Alla. L-Insara jemmnu li Alla huwa omnipotenti, ġust, infinit u immutabbli, iżda fuq kollox li “Alla huwa mħabba.” Il-ħolqien mix-xejn tad-dinja u l-ħolqien tal-bniedem kienu espressjonijiet ta’ dik l-imħabba, kif kienet ukoll il-miġja ta’ Kristu. It-Trinità Il-pożizzjoni speċjali ta’ Kristu wasslet lill-ewwel Insara biex ‘ipoġġuh’ flimkien mal-Missier u iktar tard ma’ “l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier bagħat fl-isem ta’ Ġesù” - kif tinsab fil-forma użata fis-sagrament tal-magħmudija u f’ħafna kredi tal-ewwel sekli. Wara ħafna kontroversji u riflessjoni, dik l-istqarrija ħadet il-forma tad-duttrina ta’ Alla bħala Trinità, Alla wieħed fi tliet persuni. Il-Magħmudija Il-magħmudija “fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u tal-Ispirtu s-Santu” kienet sa mill-bidu l-mod kif Insara ġodda jidħlu fil-Knisja. L-Ewkaristija Ir-ritwal l-ieħor aċċettat fost l-Insara huwa l-Ewkaristija, jew l-Ikla tal-Mulej, li fiha l-Insara jaqsmu flimkien il-ħobż u l-inbid, li permezz tagħhom jesprimu u jagħrfu r-realta tal-preżenza ta’ Kristu hekk kif ifakkruh fl-għaqda ta’ dawk li jemmnu. L-Ewkaristija iżda saret ukoll waħda mill-iktar kwistjonijiet jaħarqu fost l-Insara, li ma jaqblux dwar il-“preżenza” ta’ Kristu fil-ħobż u nbid ikkonsagrat u dwar l-effett li tħalli f’min jirċeviha. Il-Knisja Aspett fundamentali tal-fidi Nisranija hija l-komunita Nisranija nnifisha — il-knisja. Kristu wiegħed lid-dixxipli li se jibqa’ magħhom “għal dejjem, sal-aħħar taż-żmien” u dan seħħ fil-“ġisem mistiku tiegħu fid-dinja,” il-knisja kattolika (universali). Ir-relazzjoni ta’ din il-knisja għad-diversi forom ta’ Kristjanita madwar id-dinja kollha hija l-ikbar fattur ta’ konflitt bejn dawn il-forom ta’ knisja. Il-Kattoliċi Rumani jemmnu li huma l-Knisja vera u xi Protestanti wkoll jemmnu li huma l-knisja vera. Iżda, iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar l-Insara ta’ kull denominazzjoni, qed jaħdmu għall-għaqda mill-ġdid bejn il-knejjes Insara. Il-Moviment Ekumeniku Il-Moviment Ekumeniku huwa moviment li jaħdem għall-koperazzjoni u għall-għaqda bejn il-knejjes Insara. Il-kelma ekumeniku ġejja mill-Grieg oikoumene (“universali”); għalhekk il-konċilji ekumeniċi tal-knisja, li l-ewwel wieħed sar f’Niċea fis-sena 325, kienu jissejħu hekk għax ir-rappreżentanti kienu jiġu mill-knejjes ta’ minn madwar id-dinja kollha magħrufa dak iż-żmien. Fis-seklu 19, il-kelma ekumeniku saret tfisser il-ħidma tal-Knisja Kattolika għall-għaqda ta’ l-Insara u għat-tiġdid tal-Knisja. Sas-seklu 20, ftit li xejn saru sforzi biex l-Insara jerġgħu jingħaqdu flimkien wara sekli ta’ firdiet, ir-Riforma Protestanta u kwistjonijiet oħra. Kienu l-Protestanti li fil-bidu tas-seklu 20 bdew jaħdmu fil-moviment ekumeniku. Il-World Missionary Conference tal-1910, li sar f’Edinburgh, kien il-bidu ta’ l-ekumeniżmu kif nafuh illum. Fl-1948 twaqqaf il-World Council of Churches, li fil-bidu tas-snin tmenin kien jinkludi iktar minn 295 knisja f’iktar minn 90 pajjiż. Dan kollu sar mill-Protestanti sakemm fl-1920, il-Patrijarkat ta’ Kostantinopli ħareġ enċiklika li ssejjaħ lill-Insara kollha biex jingħaqdu. Il-Knejjes Ortodossi tal-Lvant ilhom membri tal-World Council sa mit-twaqqif tiegħu. Iżda l-Knisja Kattolika baqgħet ma aċettatx dan il-moviment. Għall-Knisja, l-għaqda tal-knisja kienet tfisser li s-“setet” xiżmatiċi jerġgħu lura lejn il-“knisja waħda u vera”. Il-bidla ġiet fl-1959, meta l-Papa Ġwanni XXIII sejjaħ il-Konċilju. Il-Papa ħoloq Segretarjat għall-Għaqda ta’ l-Insara. Għall-ewwel darba, fl-1961 huwa ppermetta li osservaturi Kattoliċi jattendu uffiċjalment għall-assemblea tal-World Council of Churches. Meta Vatikan II fetaħ il-bibien tal-Basilika ta’ San Pietru fl-1962, l-osservaturi Protestanti u Ortodossi ingħataw postijiet ta’ unur u ġew inklużi fil-ħidma kollha tal-Konċilju. L-2500 isqof Kattoliku li attendew il-Konċilju (1962-65) trattaw l-għaqda ta’ l-Insara. Id-digriet tagħhom, li ħareġ fl-1964, ma kienx jitkellem fuq “xiżmatiċi” iżda fuq “aħwa mifrudin minna” u kkundanna dnubiet kontra l-għaqda li saru tul is-snin, kemm minn Kattoliċi, kif ukoll minn Protestanti. Is-suċċessur tiegħu, Papa Pawlu VI, fl-1964 kellu laqgħa storika u ta’ ħbiberija mal-Patrijarka Ortodoss f’ġerusalemm, l-ewwel laqgħa bejn il-mexxejja taż-żewġ knejjes wara 500 sena. Fl-1966, l-arċisqof ta’ Canterbury, kap tal-Knisja Anglikana żar lill-Papa Pawlu VI, u fl-1967 il-Papa żar lill-Patrijarka Ortodoss fit-Turkija. Fit-tmeninijiet, il-moviment ekumeniku ra qbil fuq kwistjonijiet duttrinali li qabel kienu jqajmu ħafna diżgwid, u koperazzjoni fil-livelli kollha. Dan sar minħabba diskussjonijiet li kienu saru fis-snin sebgħin bejn id-diversi knejjes Insara—Anglikani, Ortodossi, Protestanti, u Kattoliċi. Il-Kattoliċi u l-World Council of Churches ħadmu flimkien f’oqsma bħal ħidma għall-pai, studji dwar żvilupp dinji, u għajnuna għall-vittmi tad-diżastri. Dawk li qed jaħdmu għall-għaqda bejn il-knejjes jagħmluha ċara, li huma mhumiex ifittxu għaqda li tinsa d-differenzi bażiċi ta’ twemmin. Ħafna jsostnu li baqa' ħafna ostakli iżda progress jista’ jsir jekk jagħfsu iktar fuq dak li jgħaqqadhom milli fuq dak li jifridhom. Kristjaneżmu Reliġjon
2114
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bormla
Bormla
Koordinati: Bormla, hi waħda mit-tlett ibliet li jinsabu wara s-swar doppji tal-Kottonera li jiċċirkondaw lill-Bormla, lill-Birgu u lill-Isla madwar il-Port il-Kbir. Bormla hi magħrufa wkoll bħala Cospicua, titlu li jindika kemm din il-belt kienet rikonoxxuta bħala belt importanti kemm fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann kif ukoll fi żminijiet aktar riċenti. Kien il-Gran Mastru Marc'Antonio Zondadari li fl-1722 ddikjara din il-belt bħala belt li tispikka u għalhekk iddikjaralha t-titlu ta' Città Cospicua. Bormla kienet l-aħħar belt mit-tlieta li hemm fil-Kottonera li żviluppat biss illum għandha l-ikbar popolazzjoni fosthom. Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera jduru l-aktar madwar din il-belt. Fl-1776, l-Ordni beda jibni baċir f'Bormla. Minn dakinhar 'il quddiem xogħol l-abitanti ta' Bormla kien jiffoka l-aktar max-xogħol u mat-tiswija tal-bastimenti. Dan ix-xogħol sar aktar importanti għalihom meta fl-1848 l-Ingliżi bnew l-ewwel baċir, il-Baċir Nru 1. fil-parti ta' ġewwa magħrufa bħala, tad-Daħla tal-Franċiżi (Ing. French Creek). Kien l-aktar minħabba dan il-baċir li matul it-Tieni Gwerra Dinjija Bormla kienet fil-mira tal-attakki tal-ajru tal-Assi. Il-popolazzjoni ta' Bormla hi ta' 5,395 ruħ (2014) u hija l-iktar waħda ppopolata mit-Tlett Ibliet. Il-festa ta' Bormla hi dik tal-Immakulata Kunċizzjoni li tiġi ċċelebrata fit-8 ta' Diċembru. Etimoloġija L-oriġini tal-isem Bormla probabbilment ġej mill-isem Bur Mula: il-Bur (Ing. meadow) tal-Mulej. Postijiet ta' interess Il-knisja parrokkjali ddedikata lil-Immakulata Kunċizzjoni. Il-Knisja ta' Santa Tereża. Bir Mula Heritage (dar antika li fiha hemm esebiti kwantità ta' oġġetti). Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera. L-ambjent madwar il-Baċir Nru 1, qrib Pjazza Gavino Gulija. Ix-Xatt ta' Bormla li jibqa' tiela' lejn il-Birgu. Id-daħla ddekorata fi stil Barokk ta' Santa Liena (bl-Ingliż: St. Helena's Gate; 1738). Id-daħla ta' Verdala (ta' żmien l-Ordni) u l-Barrakki ta' Verdala (bl-Ingliż: Verdala Barracks; 1883). It-toroq dojoq ta' madwar il-knisja parrokkjali u l-Oratorju u lil hinn minnhom. Is-Suq ta' nhar ta' Tlieta. Pjazza Santa Margarita. Nies Magħrufa Bormliżi Dom Mintoff, is-6 ta' Awwissu 1916-2012, Prim Ministru ta' Malta fl-1955-1958 u fl-1971-1984 Karmenu Mifsud Bonnici, 1933-, Prim Ministru ta' Malta fl-1984-1987 Ugo Mifsud Bonnici, 1932-, politiku u President (Emeritus) ta' Malta Carmelo Mifsud Bonnici (Il-Gross), 1897-1948, politiku u ministru Ġużè Chetcuti, 1914-2006, kittieb Abram Gatt, 1863-1944, arġentier u statwarju Maggie Borg, ambjentalista mal-Greenpeace Joe. H. Griffiths, 1910-, kowċ tat-tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta Gavino Gulia, 1835-1889, tabib, naturalista, editur ta' Il Barth Maltese Paolino Vassallo, 24 ta' Lulju 1856-20 ta' Jannar 1923, kompożitur Erin Serracino Inglott, 1904-1983, lingwista u kittieb (l-iskola tar-raħal issemmiet għalih) Gianni Vella, 1885-1977, artist Mario Azzopardi, qaddief tad-dgħajjes tat-tiġrija u kitarrista Ħoloq esterni Sit elettroniku dwar Bormla Referenzi Bliet ta' Malta
2115
https://mt.wikipedia.org/wiki/Fgura
Fgura
Il-Fgura hija belt fin-nofsinhar ta' Malta u hija wieħed mit-68 kunsill lokali. L-oriġini tal-isem tal-lokal mhux ċert. Uħud isostnu li ġej mill-kelma figura b'referenza għax-xbieha tal-Madonna tal-Karmnu li kienet teżisti fil-lokal sa mis-seklu sbatax, u li kienet tissejjaħ il-figura tal-Madonna. Oħrajn jaħsbu li l-isem oriġinali kien 'Tal-Fgura' u jaraw konnessjoni mal-istess isem ta' post fl-Gharb (Għawdex). Isem u simboli Tradizzjoni vokali u ħajja tgħix fl-isem tal-belt: l-istudjuż E.B. Vella qabbel "Fgura" mal-kelma Maltija "Figura" - bl-Ingliż "Figure". Dan jirrigwarda d-drawwa ta’ abitanti anzjani ta' din il-belt, li tieqaf quddiem niċċa dedikata lill-Madonna tal-Għolja tal-Karmelu. Kienet id-drawwa li n-nies tal-Fgura jsejħu din l-istatwa "il-figura". L-istemma tal-Fgura hija magħmula minn strixxa orizzontali ħamra li fiha tliet stilel tad-deheb b'ħames ponot, iċċentrati fuq sfond abjad. Jum il-Fgura ġie stabbilit mill-kunsill lokali fl-1994, u l-ewwel ċelebrazzjoni tiegħu saret fit-30 ta’ Ottubru. Issa huwa ċċelebrat fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru. Il-qaddis patrun tal-Fgura hija l-Madonna tal-Karmelu u festa annwali fl-unur tagħha tiġi ċċelebrata fit-tieni Ħadd ta’ Lulju. Il-Fgura għandha wkoll waħda mill-knejjes ta’ għamla l-aktar partikolari f'Malta, mibnija fil-forma ta' tinda. Storja Mill-apparenza l-Fgura tidher belt ġdida mibnija fis-sittinijiet, iżda minkejja dan hemm oriġini antiki mistura. Il-belt għandha għeruq preistoriċi (bosta oqbra fiż-żona jixhdu dan) u hemm biżżejjed provi sabiex wieħed jissuġġerixxi li kienet abitata fi żmien il-Feniċi. Il-prova hija li bejn it-28 ta' Ottubru u l-21 ta' Diċembru 1948, 6 oqbra Puniċi instabu fil-Fgura - l-aktar fi Triq il-Liedna. Dawn l-oqbra ilhom jeżistu sa mit-tielet u r-raba' seklu Q.K. - kollha għandhom forma irregolari u fihom instabu fdalijiet umani, fdalijiet tal-annimali, fuħħar u materjali oħra tal-bronż. Triq partikolari ssemmiet 'Triq is-Sejba Punika' bħala tifkira ta' din is-sejba storika. Il-Fgura, li tinsab aktar 'il ġewwa mill-Kottonera, ġiet influwenzata mit-tkabbir tat-Tarzna, b'mod speċjali wara l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Fgura tmiss mal-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera fit-tramuntana, ma' Ħaż-Zabbar fin-nofsinhar u ma' Ħal Tarxien fil-Punent. Illum il-ġurnata l-Fgura għandha waħda mill-akbar densitajiet ta' popolazzjoni fil-pajjiż. Riċentement din kibret lejn in-naħat tal-Port il-Kbir u kienet waħda mill-ibliet li raw żvilupp mgħeġġel, tant li issa waslet biex tintemm l-espansjoni tagħha. Il-Fgura issa saret waħda mill-akbar ċentri kummerċjali fin-naħat tan-nofsinhar tal-gżira. L-emblema tal-Fgura hija magħmula minn strixxa ħamra orizzontali bi 3 stilel ta' ħames ponot, iċċentrata fuq sfond abjad - din daħlet mat-twaqqif tal-Kunsill Lokali tal-Fgura fl-1993. Din l-arma ħadet post oħra preċedenti li kien inħolqot bl-inizjattiva tal-Kunsill Ċiviku. Jum il-Fgura ġie stabbilit mill-kunsill lokali fl-1994 u l-ewwel ċelebrazzjoni tiegħu saret fit-30 ta' Ottubru. Din hija issa ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru. Il-qaddis patrun tal-Fgura hija l-Madonna tal-Karmnu u tiġi ċċelebrata festa annwali f'ġieħha fit-tieni Ħadd ta' Lulju. Il-Fgura għandha wkoll waħda mill-aktar knejjes partikolari f'Malta minħabba li l-knisja hija forma ta' tinda. Fis-sena 1945 il-patrijiet Karmelitani tal-Provinċja Karmelitana Maltija waqqfu kunvent fl-istess lokal. Il-Fgura saret Parroċċa fl-1965. Il-knisja parrokkjali preżenti nfetħet għall-pubbliku fl-1988, u kienet ikkonsagrata fl-1 ta' Frar 1990 mill-Arċisqof Joseph Mercieca. Postijiet ta’ Interess Il-Knisja parrokkjali tal-Fgura Madonna tal-Karmelu Main article: Our Lady of Mount Carmel Parish Church, Fgura Il-knisja parrokkjali tal-Fgura nbniet fl-1988 u ddedikata lil Madonna tal-Karmelu fl-1 ta’ Frar 1990, fuq proġett tal-perit Victor Muscat Inglott u l-inġinier strutturali Godfrey Azzopardi mis-sittinijiet. Il-knisja parrokkjali hija mibnija fi stil modern tal-Kunsill post-Vatikan II, bis-saqaf appoġġat f'erba’ punti biex jipprovdi disinn simetriku, filwaqt li jżomm pjan kwadru fil-bażi fuq iż-żewġ assi. Kien maħsub li jiġi apprezzat bħala struttura wieqfa mdawra minn spazju miftuħ. Il-knisja parrokkjali tal-Fgura hija inkluża fl-Inventarju Nazzjonali tal-2011 tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin taħt ID 00009. Il-Monument tas-Salib Hemm monument fi Triq Hompesch, magħruf  bħala 'Il-Monument tas-Salib' mir-residenti tal-Fgura. Dan il-monument ġie inawgurat mill-Ministru Ugo Mifsud Bonnici fi Frar 1990, eżattament meta l-Fgura ċċelebrat il-25 anniversarju tagħha minn meta saret parroċċa fl-1965. Dan il-monument kien ġie ddisinjat mill-iskultur Ġanni Bonniċi u nbena mill-apprentisti tal-iskola Ġlormu Cassar. Dan il-monument tqiegħed fil-post eżatt fejn knisja żgħira ddedikata lill-Madonna tal-Karmelu nbniet fl-1790 minflok niċċa li kienet ilha hemm għal żmien twil. Bħala tifkira ta’ din in-niċċa nbniet niċċa ġdida fi Triq il-Karmelu. Il-monument jistrieħ fuq erba’ kolonni u għandhom tifsira sinifikanti. Tlieta minn dawn il-kolonni jirrappreżentaw il-bliet li l-Fgura tmiss magħhom: - Paola, Tarxien u Żabbar (ittieħdu limiti minn dawn il-postijiet sabiex tkun tista’ tiġi fformata l-Parroċċa tal-Fgura fl-1965). L-oħra tirrappreżenta l-Parroċċa tal-Fgura. Fil-bażi ta’ dan il-monument hemm 4 lapidi. Dawn jirrappreżentaw il-25 anniversarju minn meta l-Fgura saret parroċċa, l-inawgurazzjoni ta’ dan il-monument u waħda hija kopja ta' ġebla oħra li kienet tinsab fuq in-naħa ta’ knisja li nbniet fl-1844. Din il-lapida ġiet miktuba bil-Latin u tgħid l-istorja ta’ din il-knisja. Pjazza Reggie Miller Pjazza Reggie Miller (Wesgħa Reggie Miller) huwa spazju miftuħ imżejjen b'siġar tal-palm fuq in-naħa tal-lemin tal-Knisja Parrokkjali. Is-sit oriġinali ġie żviluppat fi ġnien li ġiet inawgurata fit-28 ta’ Marzu 1976 mill-Ministru Lorry Sant. Reggie Miller kien trejdjunjonist u l-fundatur tal-General Workers' Union, l-iktar trejdjunjon b'saħħtu f'Malta. Il-ġnien oriġinali kien fih għadira tal-ħut u arloġġ tax-xemx iddisinjat minn Paul Ignatius Micallef. Il-Kunsill Lokali tal-Fgura, meta ġie stabbilit fl-1993, identifika dan l-ispazju bħala wieħed mill-ewwel proġetti tiegħu u malajr żviluppah fi pjan kwadru miftuħ għad-disinn tal-Viċi Sindku Saviour Camilleri. Il-pjazza l-ġdida ġiet inawgurata fl-10 ta’ Frar 1996. Fl-1996 il-Kunsill Lokali Fgura waqqaf monument tal-Madonna tal-Karmnu, li kien iddisinjat u eżegwit mill-iskultur tal-Fgura Alfred Camilleri Cauchi. Kunsill Lokali Fgura Kunsilli Lokali f'Malta ġew stabbiliti permezz ta’ leġislazzjoni fil-Parlament f'Lulju 1993. L-ewwel elezzjoni lokali fil-Fgura saret fis-16 ta' April 1994, u elezzjonijiet suċċessivi saru kull tliet snin fit-2 Sibt ta' Marzu. L-ewwel sindku tal-Fgura kien Anthony Degiovanni. Huwa ġie sostitwit minn Saviour Camilleri fl-1997, imma rritorna fil-kariga tiegħu fl-1 ta’ April 2000. Madankollu, Anthony Degiovanni irriżenja mill-kariga fl-2004, u warajh ġie Darren Marmara. Is-6 elezjoni tal-Kunsill Lokali Fgura saru fis-6 ta’ Ġunju 2009. Is-sindku preżenti, Darren Marmara ġie kkonfermat għat-3 darba konsekuttiva. Madankollu, fis-7 ta’ Lulju 2010, id-deputat sindku Anthony Degiovanni flimkien mal-kunsillieri tal-ħaddiema tiegħu ppreżentaw mozzjoni ta' fiduċja fis-sindku preżenti, Darren Marmara. Il-mozzjoni kellha tiġi diskussa fis-16 ta’ Lulju, imma meta l-laqgħa tal-kunsill lokali kienet waslet biex tibda, is-sindku irriżenja mill-kariga u qal li fil-jiem preċedenti, hu u l-familja tiegħu rċivew diversi theddid. Ma ngħatat l-ebda raġuni uffiċjali għalfejn is-sindku ġie mġiegħel jirriżenja. Laqgħa għall-elezzjoni ta’ sindku ġdid, skedata għall-21 ta' Lulju kellha tiġi posposta sat-3 ta’ Awwissu, wara deċiżjoni mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, li sabet li kien hemm irregolaritajiet fil-mod kif il-laqgħa ġiet imsejħa. Id-debuttant Byron Camilleri, student tal-liġi ta’ 23 sena ġie nominat bħala r-raba' sindku tal-Fgura. Byron Camilleri ġie kkonfermat is-sindku għat-tieni mandat, wara l-elezzjonijiet li saru fid-9 ta’ Marzu 2013. Byron Camilleri kiseb numru rekord ta' voti u sar l-ogħla kandidat fil-punteġġ fl-elezzjonijiet ta’ Marzu 2013, u kiseb aktar minn 4,000 voti tal-ewwel għadd. Id-deputat sindku l-ġdid kien Matthew Vella. Il-membri l-oħra tal-kunsill huma: Charles Bonello, Mark Lombardo, Pierre Dalli, Ryan Ellul, Raymond Deguara, Jesmond Zammit u Renè Zammit. Pierre Dalli sar is-sindku fl-2017 wara l-elezzjoni ġenerali. Byron Camilleri ġie elett fil-parlament u għalhekk is-sindku kellu jinbidel. Mark Lombardo ġie elett fl-elezzjonijiet kollha tal-kunsill lokali li saru minn meta ġew stabbiliti fl-1993. Kummissjoni Festa Esterna 16 ta' Lulju Fgura A.D.1993 Il-Kummissjoni Festa Esterna hija l-għaqda ta' l-armar tal-Parroċċa tal-Fgura. Qabel it-twaqqif tal-Kummissjoni Festa Esterna fil-Fgura kien hawn numru sabiħ ta’ dilettanti li kienu jarmaw it-toroq tagħhom fuq bażi separata. Fost dawn huma r-residenti tat-Triq Mater Boni Consilii u t-toroq tal-madwar. Dawn kienu toroq li kienu jintramaw mir-residenti nfushom. Iżda għall-ħabta tas-sena 1967 twaqqaf l-ewwel kumitat tal-festa f'isem il-parroċċa. Kienet fuq l-inizjattiva ta’ P. Innoċenz Zerafa O.Carm. li twaqqaf dan il-kumitat. Min dak in-nhar il-parroċċa bdiet tieħu ħsieb tarma u tixgħel l-inħawi tal-knisja u t-triq prinċipali. Kienet ukoll taħseb għal-banda il-Ħadd filgħaxija u n-nar ta` l-art u l-ajru. Iżda kienet fis-sena 1992 li l-parroċċa kienet ħasset il-ħtiega li twaqqaf Kummissjoni sabiex tieħu ħsieb tarma u torganizza il-festa tal-padruna tagħna Omm u Ġmiel tal- Karmelu. Din il-kummissjoni hija dik preżenti. L-ewwel Kummissjoni Festa Esterna twaqqfet fil-5 ta’ Marzu 1993 u l-ewwel prokuratur tal-festa kien P. Adrian Cassar Pulis O.Carm. F’ dawn iż-żminijiet kienet ukoll inħasset il-ħtieġa li jkollha post fejn isiru il-laqgħat u jinżamm l-armar tal-festa. Iżda ftit żmien wara l-kummissjoni akkwistat maħżen fi Triq il-Karmelitani fejn seta jinżamm l-armar tal-festa. F`għeluq il-5 snin mit-twaqqif tal-Kummissjoni ġiet imżanżna l-arma tal-Kummissjoni. Fis-sena 1998 lahaq it-2 prokuratur tal-Kummissjoni u dan kien P. Joe Saliba O.Carm. Għall-festa ta` l-1999, sar standard tal-Kummissjoni Festa Esterna u dan jinġarr fil-purċissjoni nhar il-festa. Fis-sena 2006 il-Kummissjoni reġa kellha prokuratur ġdid, P. Renald Lofreda O. Carm. Mit-twaqqif tal-Kummissjoni fil-Fgura sa llum tista' tgħid li l-ħidma ma waqfet qatt. Dan jidher biċ-ċar fil-jiem tal-festa bl-armar ġdid kull sena. Il-Fgura hija l-akbar parrocca li tkun qed tiċċelebra l-festa tagħha fit-2 Ħadd ta' Lulju. Referenzi Bliet ta' Malta
2116
https://mt.wikipedia.org/wiki/Furjana
Furjana
Il-Furjana (bl-Ingliż "Floriana") hija msemmija għall-inġinier militari Taljan Pietro Paolo Floriani, mill-belt ta' Maċerata, l-inġinier responsabbli għall-bini tas-swar tal-Furjana. Il-bini tal-Furjana, kien ġie proġettat mill-Gran Mastru Antoine Manoel De Vilhena, fil-fatt din il-belt hi magħrufa wkoll bħala 'Borgo Vilhena' jew 'Città Vilhena'. Il-Knisja tal-Furjana hija ddedikata lil San Publju, qaddis Malti, l-ewwel isqof Malti u patrun mhux biss tal-Furjana iżda protettur ta' Malta; dan hu l-istess Publju msemmi fl-istorja tan-nawfraġju ta' San Pawl. Il-Banda tal-Furjana hi msemmija Socjeta' Filarmonika Vilhena, ad unur tal-fundatur tal-belt, Vilhena. Għal dawn l-aħħar snin, Pjazza San Publju fil-Furjana, magħrufa aħjar bħala l-Fosos, kien il-post fejn seħħu ħafna avvenimenti storiċi għal Malta, bħal funzjoni ċċelebrata mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fejn ġew ibbeatifikati San Ġorġ Preca, Injazju Falzon u Swor Maria Adeodata Pisani. Bliet ta' Malta Furjana
2122
https://mt.wikipedia.org/wiki/Merkurju
Merkurju
Merkurju jista' jirreferi għal: Merkurju – Pjaneta tas-Sistema Solari Merkurju – Element kimiku Merkurju – Divinità tal-mitoloġija Rumana
2123
https://mt.wikipedia.org/wiki/Merkurju%20%28pjaneta%29
Merkurju (pjaneta)
Merkurju () huwa l-pjaneta l-aktar viċin tax-Xemx, u t-tieni l-iżgħar pjaneta tas-Sistema Solari. Merkurju jorbita f’inqas minn 88 jum. Qatt 'il bogħod wisq mix-Xemx, Merkurju xi drabi jista’ jidher jiddi fil-baxx tal-punent immedjatament wara nżul ix-Xemx jew baxx fil-lvant eżatt qabel ż-żerniq. Ir-Rumani semmew dan il-pjaneta wara d-divinità Rumana Merkurju, possibilment minħabba l-moviment pjuttost veloċi tiegħu. Is-simbolu astronomiku ta' Merkurju huwa ċirku fuq linja qasira vertikali, b'salib taħt u nofs-ċirku fuq iċ-ċirku. Din hija verżjoni stilizzata ta' ras id-divinità bl-elmu tal-ġwienaħ. Qabel il-5 seklu QK, dan il-pjaneta kellu żewġ ismijiet, għax kien għadu mhux magħruf illi dan il-pjaneta seta jidher fuq iż-żewġ naħat tax-xemx; b'hekk ħoloq ċertu konfużjoni. Filgħaxija kien magħruf bħala Ermes, filwaqt li meta kien jidher filgħodu kien magħruf bħala Apollo, li kien assoċjat ħafna ma' l-alla Grieg tax-xemx, Elios. Pitagora huwa kreditat talli għaraf li dawn iż-"żewġ pjaneti" kienu fil-verità, l-istess pjaneta. Il-kulturi Ċiniżi, Koreani u Ġappuniżi jirreferu għal dan il-pjaneta bħala l-Istilla ta' l-Ilma, ibbażat fuq il-Ħames Elementi. Struttura u Kompożizzjoni Id-densità ta' Merkurju tixbah ħafna lil dik tal-Art, iżda huwa maħsub li proporzjonalment, fiha daqs darbtejn iżjed ħadid mill-pjaneti oħrajn. Il-qalba tiegħu hi magħmula minn nikil u ħadid, u jestendi għal ¾ tar-radju tal-pjaneta. L-kamp manjetiku ta' Merkurju hija baxxa ħafna, u minħabba li Merkurju jdur fuqu nnifsu bil-mod, huwa improbbabli li l-kamp manjetiku tiegħu hija kkawżata mill-moviment rotazzjonali tal-qalba likwida tiegħu. Iżda hu improbbabli wkoll li l-qalba għadha likwida, għaliex hu pjaneta ta' daqs zgħir u viċin wisq tax-Xemx biex jieħu dak it-tul ta' żmien biex jagħqad. Xi astronomi jemmnu li l-kamp manjetiku hu kkawżat minn xi ġibda ffriżata ġol-qalba. L-atmosfera tiegħu hija rqiqa ħafna wkoll, u tipproduċi pressa ta’ 2 x 10-11 ta' dik tal-Art. L-iktar element komuni huwa l-ossiġnu, segwit mis-sodju u l-idroġenu. Jinstabu ukoll atomi ta’ potassju u elju. L-idroġenu u l-elju huma maqbudin mir-riħ solari; l-ossiġnu, sodju u potassju wisq probbabli kienu meħlusin minn ġebel ivvaporizzat waqt in-nifdiet mikrometejorojdjali. Sħana kif ukoll Reżħa Il-wiċċ ta' Merkurju jsofri mill-iktar tibdil fit-temperaturi estremi minn kull pjaneta ieħor. L-atmosfera rqiqa tiegħu ma sservix biex tipproteġġih mis-sħana estrema tax-Xemx. Minħabba d-distanza ravviċinata max-Xemx, it-temperatura ta' wiċċ Merkurju taf tilħaq sa 700K (427 °C/800 °F). Minħabba r-rotazzjoni ħafifa fuq l-assi tiegħu u l-perjodu rotazzjonali mgħaġġel, l-iljieli jafu jdumu għal xhur sħaħ. Għaldaqstant, it-temperaturi fl-iljieli ta' Merkurju jistgħu jkunu baxxi immens: 100K (-173 °C/-279 °F), wieħed mill-iksaħ mkejjen tas-Sistema Solari. Minħabba li Merkurju jdur kważi għal kollox perpendikularment fuq il-pjan tal-orbita tiegħu, hemm reġjuni fil-poli--fuq l-artijiet ta' xi krateri--li qatt ma jaraw Xemx. Ritratti tar-radar reċenti juri li jista' jkun li fuq wiċċ Merkurju jinstabu depożiti ta' silġ magħmul mill-ilma. Għamlet Wiċċ Merkurju S'issa, vettura spazjali waħda rnexxilha tersaq viċin l-ewwel pjaneta. Fl-1974 u l-1975, Mariner 10 għamel tliet titjiriet f'serbut ta' 756 km (470 mil) imma, minħabba l-mod kif Merkurju jorbita max-Xemx, kien possibli biss li jittieħdu ritratti ta' 45% biss ta' wiċċu. Wiċċ Merkurju huwa mħaffer u jista' jiġi maqsum f'għoljiet u xgħajriet. L-għoljiet huma iżjed mħaffra mix-xgħajriet. Il-krateri ta' Merkurju huma simili għall-krateri li jinstabu fuq il-qamar u kienu mħaffrin l-iżjed mill-impatti tal-metjoriti kmieni fil-ħajja tas-sistema solari. Il-ħofor iż-żgħar huma għamla ta' bowls. Il-ġibda manjetika ta' Merkurju hija bejn wieħed u ieħor 2.5 darbiet iktar minn dik tal-qamar, materjal (ejecta) li jiġi provokat mill-impatti ma' jivvjaġġax daqshekk 'il bogħod bħal fuq wiċċ il-qamar. L-ikbar konsegwenza ta' impatti hija il-Caloris Basin b'dijametru ta 1,340 kilometru (833 mil), li sar xi 3,850,000,000 sena ilu meta oġġett ta' xi 150 km (90 mil) ħabat ma' Merkurju. L-impatt sismiku vvjaġġa dritt tul il-pjaneta kollha u frakkassa l-wiċċ fuq il-parti opposta. Il-Basin huwa mdawwar minn irdum konċentritiku (concentric ridges) 'il fuq minn 2 km (1.2 mil) għoljin. Ix-xgħajriet jestendu madwar u fil-Caloris Basin, dan seta' kien magħmul minn lava maħlula tippenetra l-wiċċ. Merkurju għandu xi għamliet waħdanin bħat-tawalin, sinwużi għamliet qishom—għoljiet magħrufa bħala lobate scraps. Dawn jestendu mill-għoli minn 100 metru għal 2 km (1.2 mil) u mit-tul minn 20 sa 500 km (12 sa 300 mil). Ġew iffurmati meta Merkurju kesaħ u għaqad bil-mod, b'hekk ġew maħluqa dawn ix-xorta ta' tikmix fil-magma ssolidifikata. Pjaneti tas-sistema solari
2127
https://mt.wikipedia.org/wiki/Venere%20%28pjaneta%29
Venere (pjaneta)
Venere hija pjaneta msemmija għall-alla Rumana tal-Imħabba. U għandha isem Malti li għadu jintuża xi drabi: iż-Żahrija (). Minħabba li hija ftit biss iżgħar mill-Art iżda jinstab iżjed viċin tax-Xemx, qabel kienu jaħsbu li Venere kienet xi ġenna tropikali; infatti hija infern tropikali b'temperaturi li jlaħħqu m'ogħla s-sema, atmosfera tossika u xitaaċituża. Venere hija l-eqreb pjaneta tad-Dinja. Bħalma hija Merkurju, Venere qatt ma tkun 'il bogħod ħafna mix-Xemx. Filgħodu kmieni u filgħaxijiet, tiddi brillantament fuq ix-Xefaq; Venere hi ħafna drabi msejħa 'il-Kewba ta' Filgħodu'. Apparti mix-Xemx, u l-Qamar, Venere hija l-iktar ħaġa brillanti li nistgħu naraw fis-sema. Sal-lum bosta titjiriet spazjali ntbgħatu lejn Venere, ħafna minnhom b'suċċess. Fost il-missjonijiet fl-ispazju għal din l-eqreb pjaneta tagħna hemm: Il-Mariner 2 (Stati Uniti tal-Amerika) (1962) Il-Mariner 5 (Stati Uniti tal-Amerika) (1967) Venera 5-6-8 (eks Unjoni Sovjetika) (1968-1970) L-iktar vettura spazjli reċenti hija l-Magellan tan-Nasa Amerikana, li rnexxilha timmappa 99% ta' wiċċ il-pjaneta. Struttura u kompożizzjoni L-istruttura interna ta' Venere hija wisq probabbli simili ħafna ta' dik tal-Art,b'qalba tan-nikel u ħadid imdawra b'mantle tas-silicate. Ma jidhirx li Venere għandha ġibda manjetika qawwija ħafna. Dan jista' jkun minħabba li ddur bil-mod ħafna fuq l-assi tagħha, fil-fatt, Venere tieħu biss 243 jum biex ddur 360º, jew inkella jista' jkun li minħabba li m'għandhiex qalba likwida esterna. Barra li hija bil-mod ħafna ir-rotazzjoni ta' Venere hija retrograda--fid-direzzjoni opposta tal-Pjaneta l-oħra (bl-eċċezzjoni ta' Uranju) u l-pożizzjoni opposta ta' kif idur max-Xemx. Kawża ta' dan jista' jkun li kienet impatt enormi li soffra l-Pjaneta matul l-istorja bikrija tiegħu, iżda l-ebda evidenza ta' dan m'għadha ġiet skoperta. Atmosfera Tossika L-atmosfera ta' Venere hija ħoxna immens, din testendi minn 250 km (155 mil) 'il fuq mis-superfiċi , u hija 96.5% dijossidu karboniku (Carbon Dioxide) b'ammonti ċkejkin ta' nitroġenu u traċċi żgħar ta gassijiet oħrajn. Id-dijossidu karboniku ġie prodott mill-attivita' vulkanika li kien hemm fuq wiċċ Venere fl-istadji bikrin tal-istorja tagħha. Id-dijossidu karboniku huwa gass li jżomm ir-radjazzjoni tar-raġġi tax-Xemx milli toħroġ mill-atmosfera, iktar komuni magħruf bħala l-Effet Serra! Wiċċ Venere huwa tant jaħraq illi kull tip ta' xita (ix-xita fuq Venere hija magħmula minn aċtu tal-Kubrit (sulfer) tiġi vvaporizzata qabel ma tilħaq l-art. Jinstabu madwar 30 km (19-il mil) ta' arja ċara 'l fuq mill-art. imbagħad ċpar li jwassal sal-bidu tal-istrat tas-sħab! Il-pressa tal-atmosfera ta' Venere hija 90 darba iktar minn dik tal-Jiġifieri jekk Astronawta jipprova jinżel fuqu jiġi mgħaffeġ minnufih! L-istrat tas-sħab fuq Venere jżommna milli naraw wiċċu iżda b'tekniki moderni li jużaw il-lażer, illum nistgħu naraw 99% tal-kompożizzjoni tagħha. Għamliet Vulkaniċi jiddomidaw fuq wiċċ Venere. Relattivament xgħajriet Vulkaniċi ċatti jgħattu 85% tal-wiċċ. maqsumha minn kanali jserrpu tal-lava. L-itwal Kanal huwa l-Baltis Vallis, li jestendi sa 6,800 km (4,200 mil). L-iktar vulkani komuni fuq Venere huma dawk li għandhom Għamla kważi ċirkulari (għat-tond). Vulkani li jitkejlu minn 20 u 100 km (12 u 600 mil)fid-dijametru ta' spiss ikollhom depożiti distintivi ta' radjazzjoni mormija minn riħ ċentrali tal-lava. L-Għoljiet ewlenija ta' Venere (biex insejħulhom hekk) huma l-Isthar Terra u Aphrodite Terra. Tal-ewwel tinstab fl-emisfera tan-nofsinhar tal-pjaneta waqt lil Aphrodite Terra nsibuha fil-parti t'isfel tal-Pjaneta. Fuq Venere ma narawx krateri daqs kemm naraw fuq il-qamar jew fuq il-Pjaneta Merkurju. Dan għaliex il-kwantità kbira ta' attività Vulkanika li għandha Venere. Pjaneti tas-sistema solari
2129
https://mt.wikipedia.org/wiki/Venere
Venere
Venere tista' tirreferi għal: Venere - Pjaneta tas-sistema solari Venere - Definizjoni ta' mara sabiħa ħafna Venere - Divinità tal-mitoloġija Rumana
2162
https://mt.wikipedia.org/wiki/Marte%20%28pjaneta%29
Marte (pjaneta)
Dan l-artiklu huwa dwar il-pjaneta Marte. Għall-figura storika Rumana mur Marte (mitoloġija). Għal tifsiriet oħrajn mur Marte. Marte () jinstab iżjed 'l bogħod mix-Xemx milli hija l-Art tagħna, u huwa biss nofs id-daqs tagħha b'densità tixbaħ lil dik tal-Qamar. Dan juri li l-qalba tal-ħadid ta' Marte għandha volum proporzjonalment iżgħar meta imqabbla ma' dawk tal-pjaneti terrestri l-oħrajn. Marte għandha kamp manjetiku dgħajjef, iżda xi riċerki juru li xi darba dan il-pjaneta kellu wieħeda qawwi mhux ħażin. L-assi tar-rotazzjoni ta' Marte huwa mxeqleb ftit biss iżjed min dak ta' l-Art. Marte jorbita madwar ix-Xemx bħall-Art u jesperjenza staġuni simili wkoll bħalha, għalkemm ix-xtiewi fin-nofsinhar tal-pjaneta huma iksaħ u itwal minn dawk tat-tramuntana. Struttura u kompożizzjoni Marte għandu il-kapep polari bi stati ta' silġ ta' diossidu tal-karbonju staġonali; l-emisfera t'isfel tista' żżomm xi diossidu tal-karbonju tul is-sena Marzjali. L-atmosfera hi rqiqa u komposta primarjament minn diossidu tal-karbonju. Il-pressa atmosferika hija biss 1% ta' dik tal-Art; jista' jkun li fl-imgħoddi kienet ikbar iżda l-gravità dgħajfa ta' Marte tfisser li diffiċli għalih li jżomm atmosfera densa. Billi l-atmosfera mhix wiesgħa biżżejjed ma tista' żżomm l-ebda tip ta' effett serra li żżomm il-pjaneta sħun, għalhekk it-temperatura matul il-jum rarament titla' iżjed minn 273K (0º C/32º F) u bil-lejl tinżel bil-wisq inqas! Għamlet Wiċċ Marte Kien xi darba emnut li fuq dan il-korp ċelesti kien hemm xi tip ta' ħajja intelliġenti--ħlejqiet li jissieltu kontra it-tmiem tal-pjaneta tagħhom billi jibnu digi u kanali tal-ilma biex jipprovduh fejn kien nieqes u jsaqqu l-artijiet nixfa. Marte huwa niexef imma l-ebda evidenza ta' ħajja ma' nstabet-- il-kanali kienu biss illużjonijiet tas-sistemi foqra li kienu jintużaw għall-osservazzjoni. Wiċċ Marte jista' jiġi mqassam fi tnejn--bħall-pjaneti l-oħra għandha l-għoljiet u x-xagħajriet, ta' l-ewwel jinsabu fil-biċċa l-kbira fl-emisfera tan-nofsinhar u għandhom ħafna krateri. Ix-xagħajriet huma inqas imħaffra u għandhom inqas żmien mill-għoljiet. Il-krateri ta' Marte huma bil-wisq differenti minn dawk tal-Qamar, il-materjal misjub ħdejhom jissuġġerixxi li xi darba kien hemm ilma jew silġ fuq wiċċ il-pjaneta; għamliet oħra bħal widien li jixbħu xmajjar imnixxfa, ukoll iħassbu fi preżenza imgħoddija ta' ilma ġieri fuq Marte. Fl-1998 Mars Global Surveyor interċetta livelli għoljin ta' amatite, minerali li normalment jiġi prodott minn ilma, li fih ammont sostanzjali ta' ħadid, msaħħan minn attività vulkanika! Fuq Marte jinsab l-ikbar vulkan tas-Sistema Solari, l-Olympus Mons, li jogħola sa' 27 km (17-il mil)--iktar minn tliet darbiet daqs l-Everest. Il-Pjaneta l-aħmar Marte huwa tassew aħmar, il-lewn huwa ikkawżat mill-ossidu tal-ħadid, simili tas-sadid, li jgħatti l-parti l-kbira tal-pjaneta. Ħafna drabi tempesti tar-riħ jaħkmu wiċċ il-pjaneta kollu. Wisq probabbli dawn it-tempesti huma ikkaġunati mit-tibdil fl-atmosfera fuq l-istrati tas-silġ polari u dik ta' fuq il-blat: li huwa iktar sħun. Partiċelli tat-trab fl-arja jikkawżaw dik l-għamla ħamranija fl-atmosfera tal-pjaneta. Esplorazzjoni ta' Marte L-ewwel missjoni lejn dal-pjaneta saret fis-sena 1965 u kien jisimha Mariner 4, segwew il-Mariner 6 u 7 li daru ma' Marte iżda ma daħlux fl-orbita waqt li fl-1971 Mariner 9 daħlet fl-orbita. Vikings 1 u 2 laħqu 'l Marte fl-1976; it-tnejn kellhom orbiter u lander, u wasslulna informazzjoni għal aktar minn erba' snin. L-orbiters ġibdu ritratti tal-wiċċ kollu b'riżoluzzjonijiet ta' ftit mijiet ta' metri. Fl-1989, Phobos2 ħa fotografija tal-qamar ta' Marte, li appuntu jġieb l-isem ta' Phobos, iżda minħabba ħsarat fis-sistema kompjuterizzata il-kommunikazzjonijiet intilfu. Missjonijiet oħra mingħajr suċċess segwew, waħda minnhom kienet il-Pathfinder mission, li niżżlet lander fuq is-superfiċi fir-reġjun Chryse Planitia fl-4 ta' Lulju 1997. Fl-istess sena, Mars Global Surveyor beda' l-istudju tal-ġeoloġija u l-mineraloġija tal-wiċċ u skopra l-kamp manjetiku dgħajjef ta' Marte. Il-Qmura ta' Marte Marte għandha żewġ qmura: Phobos li tfisser biżgħa u Deimos li tfisser paniku. It-tnejn li huma ċkejkna, b'forma irregolari , u t-tnejn li huma ġew skoperti fl-1877 minn Asaph Hall ġewwa l-osservatorju Navali fl-Istati Uniti tal-Amerika. Huwa emmnut li kemm Phobos u kemm Deimos huma asterojdi li ġew miġbuda fl-orbita ta' Marte. Phobos għandu krater kbir, Stickney, li huwa madwar 10 km (6 mili) għat-tul, dan il-qamar idur ma' Marte fi tmien siegħat u x'aktarx se jaqa' fuq il-pjaneta f'inqas minn 100,000,000 sena. Deimos huwa ħafna iżgħar minn Phobos u jorbita madwar Marte minn aktar bogħod. Għandu inqas tħaffir u ħafna minnhom jidru li ġew parzjalment mimlija b'sediment. Pjaneti tas-sistema solari
2179
https://mt.wikipedia.org/wiki/Marte
Marte
Marte tista' tirreferi għal: Marte - Pjaneta tas-sistema solari. Marte - Alla tal-gwerra fil-mitoloġija Rumana.
2185
https://mt.wikipedia.org/wiki/Akkademja%20tal-Malti
Akkademja tal-Malti
L-Akkademja tal-Malti hija għaqda li taħdem favur it-tixrid tal-lingwa Maltija. Din twaqqfet fl-14 ta' Novembru, 1920, bħala L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti. L-ewwel ħsieb tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti kien li jintagħżel alfabett li jkun imħaddem mill-kittieba kollha tal-Malti. L-alfabett ġie stabbilit b'mod finali fit-18 ta' Diċembru, 1921. Manwal tal-ortografija Inħasset ukoll il-ħtieġa li barra alfabett ikun hemm manwal tal-ortografija tal-Malti. Dan il-manwal deher fl-1924, u kien jismu Tagħrif fuq il-Kitba Maltija. Kien ktieb li fl-ewwel taqsima kellu regoli tal-ortografija u fit-tieni taqsima grammatika qasira li tiswa wkoll biex wieħed jifhem u jħaddem tajjeb ir-regoli tal-ortografija. It-Tagħrif inħadem minn Ninu Cremona. Kien stampat mill-Gvern fl-istamperija tiegħu, u kien meqjus bħala l-manwal uffiċjali tal-ortografija tal-Malti mill-membri tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u dawk li jaqblu magħhom. Fl-1934, l-ortografija tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti saret l-ortografija uffiċjali tal-Gvern u, bil-mod il-mod, ħafna kittieba bdew jimxu fuqha. Wara l-1934 l-ortografija mgħallma fl-iskejjel kienet dik tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, iżda billi t-Tagħrif qatt ma reġa' ġie stampat, il-manwali l-aktar komuni kienu ż-żewg grammatiki ta' Cremona, waħda qasira għall-klassijiet iż-żgħar, u l-oħra itwal għall-klassijiet il-kbar. Fl-1984 inħasset il-ħtieġa li l-Akkademja tal-Malti tagħti xi regoli dwar kliem ta' nisel Rumanz jew Ingliż li dwaru kważi xejn ma kien hemm fit-Tagħrif. B'hekk ħarġet iż-Żieda mat-Tagħrif. Imbagħad fl-1992 l-Akkademja ħarġet l-Aġġornament tat-Tagħrif. Kemm iż-Żieda kif ukoll l-Aġġornament kienu dokumenti qosra. It-tnejn kisbu l-approvazzjoni tal-gvern taż-żmien li fih ħarġu, iżda mhux dejjem waslu f'idejn dawk kollha li jiktbu bil-Malti. Minħabba f'hekk, u billi t-Tagħrif qatt ma kien stampat mill-ġdid, l-Akkademja ħasbet li tiġbor ir-regoli kollha tal-kitba li jinsabu fit-tliet dokumenti li semmejna fi ktieb wieħed għall-kumdità ta' kulħadd. Għalhekk, fl-1998, ħarġet din il-ġabra f'forma ta' ktejjeb. Ara wkoll Akkademja tal-Malti. Regoli tal-Kitba tal-Malti. (1998) Klabb Kotba Maltin. . Ħoloq esterni Is-sit tal-Akkademja tal-Malti Lingwa Maltija Organizzazzjonijiet
2199
https://mt.wikipedia.org/wiki/Alof%20de%20Wignacourt
Alof de Wignacourt
Fra Alof de Wignacourt (1547 – 14 ta’ Settembru 1622) kien nobbli Franċiż li sar l-54 Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm mill-10 ta’Frar 1601 sal-mewt tiegħu fl-1622. Hu ingħaqad mal-Ordni fl-10 ta’ Frar tal-1564, ta’ sbatax-il sena, sena qabel l-Assedju l-Kbir. Ġie elett Gran Mastru fl-1601. Wignacourt jibqa’mfakkar l-aktar għall-kostruzzjoni tal-Akwadott msemmi għalih sal-lum, li kien tlesta fil-21 ta’ April, fl-1615. Ħafna mill-fondi biex inbena dan l-akkwadott li mir-Rabat jasal sal-Belt ħariġhom minn butu. Wignacourt jibqa’ wkoll magħruf għal bini ta’ torrijiet kostali. Dawn kienu, it-torri ta’San Tumas f'Wied il-Għajn, it-Torri ta’ San Luċjan, Marsaxlokk, It-Torri ta’Santa Marija, fuq Kemmuna, u t-Torri ta’ San Pawl il-Baħar, li baqa’ msemmi għal ismu. Matul ir-renju tiegħu, fl-1614 qawwa Ottomana għamlet tentattiv biex tiżbarka f’Malta u tattakka l-niesha. Sitt elef raġel niżlu l-art fil-Bajja ta’ Marsascala, u wettqu attakk fuq ir-raħal taż-Żejtun. Il-kavallerija tal-Ordni u l-Maltin mmexxija mill-Kmandant de Verdelin,  irnexxielhom jegħlbu lit-Torok li rtiraw, mingħajr ma nqatel l-ebda suldat Malti. L-armatura uffiċjali kollha mnaqqxa u ndurata bid-deheb li kien jilbes f'okkażjonijiet speċjali tiegħu għadha teżisti u hija waħda mit-teżori tal-armerija tal- Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta. Alof de Wignacourt miet b’puplessija waqt li kien jikkaċċja, fl-14 ta’Settembru 1622 fl-età ta’ 75 sena. Ħoloq esterni Gran Mastru Fra Alof de Wignacourt Wignacourt Wignacourt Wignacourt
2237
https://mt.wikipedia.org/wiki/Litwanja
Litwanja
Il-Litwanja (Litwan:Lietuva), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Litwanja (Litwan:Lietuvos Respublika) hi pajjiż fl-Ewropa ta' Fuq, u l-akbar mit-tliet Stati Baltiċi. Hi tinsab tul ix-xatt tax-xlokk tal-Baħar Baltiku, lejn il-lvant tal-Iżvezja u d-Danimarka. Il-pajjiż huwa mdawwar mill-Latvja lejn it-tramuntana, il-Bjelorussja lejn il-lvant u n-nofsinhar, il-Polonja fin-nofsinhar, u l-Kaliningrad Oblast għall-Lbiċ. Il-Litwanja għandha popolazzjoni stmata ta' 3 miljuni (2012), u l-belt kapitali u l-akbar belt tagħha hija Vilnius. Il-Litwani huma Nies Baltiċi, u l-lingwa uffiċjali, il-lingwa Litwana, hija waħda minn żewġ lingwi ħajjin (flimkien mal-Latvjan) fil-fergħa Baltika tal-familji tal-lingwi Indo-Ewropej. Is-sistema politika Il-Litwanja hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president - li jaħtar lill-prim ministru. Il-Parlament huwa korp leġiżlattiv unikamerali. Il-pajjiż huwa maqsum f’60 muniċipalità, b’sindki eletti direttament. Il-kummerċ u l-ekonomija L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Litwanja fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (32.2%), l-industrija (21.9%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (14.3%). Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 59% tal-esportazzjonijiet tal-Litwanja (il-Latvja 10%, il-Polonja 8% u l-Ġermanja 7%), filwaqt li barra mill-UE 14% jmorru fir-Russja u 5% fl-Istati Uniti. F’termini ta’ importazzjonijiet, 69% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 12%, il-Polonja 11% u l-Latvja 7%), filwaqt li barra mill-UE 15% jiġu mir-Russja u 3% miċ-Ċina. Il-Litwanja fl-UE Hemm 11-il membru tal-Parlament Ewropew mil-Litwanja. Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentantiFittex it-traduzzjonijiet disponibbli tal-link preċedentiEN••• tal-gvern Litwan, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat. Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur. Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-presidenzi Litwani: Lul-Diċ 2013 Il-Kummissarju nominat mil-Litwanja għall-Kummissjoni Ewropea hi Virginijus Sinkevičius, li hu responsabbli għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”. Il-Litwanja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri. Il-Litwanja għandha 7 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE. Il-Litwanja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Litwanja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE. L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. Ċifri tal-2018 għal-Litwanja: Nefqa totali tal-UE fil-Litwanja – € 2.071 biljun (ekwivalenti għal 4.80% tal-ekonomija Litwana) Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 0.356 biljun (ekwivalenti għal 0.83% tal-ekonomija Litwana) Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mil-Litwanja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent. Referenzi Litwanja Repubbliki Stati membri tal-Unjoni Ewropea Pajjiżi stabbiliti fl-1990
2275
https://mt.wikipedia.org/wiki/4%20ta%27%20Settembru
4 ta' Settembru
L-4 ta' Settembru hija l-247 ġurnata tal-Kalendarju Gregorjan (il-248 fis-snin bisestili). Fadal 118 ġurnata għall-aħħar tas-sena. Avvenimenti 476 - Romolo Augustolo, l-aħħar Imperatur Ruman tal-Punent, ġie depost minn Odoacre, li pproklama lilu nnifsu Re ta' l-Italja. 1260 - Battalja ta' Montaperti, rebħa tal-ghibellini gwidati minn Farinata ta' l-Uberti 1781 - Los Angeles tiġi fundata bħala "El Pueblo de Nuestra Senora La Reina de Los Angeles de Porciuncula" minn grupp ta' 44 koloni Spanjoli. 1870 - L-Imperatur Napuljun III ta' Franza ġie depost u ġiet proklamata it-Tielet Repubblika. 1886 - Gwerer Indjani: Wara kważi 30 sena ta' taqbid, il-kap Apache Ġeronimo flimkien ma' l-aħħar grupp ta' ġellieda tiegħu ċeda għall-Ġeneral Nelson Miles, fi Skeleton Canyon fl-Ariżona. 1888 - George Eastman irreġistra l-marka Kodak, u rċieva brevett għall-magna fotografika tiegħu li tutilizza r-romblu. 1894 - Fi New York, 12,000 ħaddiema tat-tessuti jistrajkjaw kontra l-kundizzjonijiet ta' xogħol fil-fabbriki. 1923 - F'Lakehurst (New Jersey), l-ewwel diriġibili Amerikan, il-USS Shenandoah, jagħmel it-titjira inawgurali tiegħu. 1940 - Tieni gwerra dinjija: Il-USS Greer issir l-ewwel vapur Amerikan li ġie attakkat minn sottomarin Ġermaniż fil-gwerra, anki jekk sa dak il-mument l-USA kienu newtrali. L-episodju żied it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. 1944 - Tieni gwerra dinjija: Il-11-il diviżjoni korazzata Britannika teħles il-belt ta'Anversa fil-Belġju. 1945 - Tieni gwerra dinjija: It-truppi Ġappuniżi ta' l-ISola Wake iċedu l-armi, wara li rċevew l-aħbar li l-Ġappun ċeda. 1948 - Ir-Reġina Guglielmina I ta' l-Olanda tabdika għal raġunijiet ta' saħħa. 1951 - L-ewwel trasmissjoni televiżiva interkontinentali b'diretta, issir minn San Francisco għall-okkażjoni tal-Konferenza tat-trattat ta' paċi Ġappuniż. 1957 - Krisi ta' Little Rock - Orville Faubus, gvernatur ta' l-Arkansas, jitlob il-Gwardja Nazzjonali biex timpedixxi l-istudenti suwed milli jinkitbu fil-Little Rock Central High School ta' Little Rock. 1967 - Gwerra tal-Vjetnam: Tibda l-Operazzjoni SWIFT: il-Marines Amerikani iniedu missjoni ta' riċerka u distruzzjoni fil-provinċji ta' Quang Nam u Provinċja ta' Quang Tin. Din ser tikkawża l-Battalja tal-Wied ta' Que Son, li fiha ser imutu 114 Amerikan u 376 Nordvjetnamit f'erbat ijiem. 1972 - Ġermanja: L-għawwiem Mark Spitz jirbaħ is-seba' midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Monako. Ħadd qablu, jew warajh, ma kien jaf jagħmel aħjar minn hekk. Ir-rekord tiegħu ta' seba' midalji tad-deheb f'edizzjoni waħda tal-Logħob għadu sal-lum intatt. 1995 - Ir-Raba' konferenza mondjali dwar in-nisa tiftaħ f'Peking, b'iktar minn 4.750 delegati provenjenti minn 181 nazzjon. 1996 - Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji Kolumbjani (FARC) jattakkaw bażi militari fi Guaviare (Kolumbja), li tat il-bidu għall-tliet ġimgħat ta' gwerrilja li ser tkun il-kaġun tal-mewt ta' mill-inqas 130 Kolumbjan. 1997 - F'Lorain (Ohio), l-aħħar Ford Thunderbird toħrog mill-katina ta' muntaġġ. Twieldu 1241 - Alessandro III ta' l-Iskozja, Re Skoċċiż 1768 - François-René de Chateaubriand, kittieb u diplomatiku Franċiż († 1848) 1824 - Anton Bruckner, kompożitur Awstrijakk († 1896) 1832 - Antonio Agliardi, diplomatiku Taljan 1851 - John Dillon, nazzjonalista Irlandiż († 1927) 1875 - Kirby Rollin, kittieb, rebbieħ tal-Premju Pulitzer 1891 - Fritz Todt, żviluppatur ta' l-awtostrade Ġermaniżi 1892 - Darius Milhaud, kompożitur Franċiż († 1974) 1896 - Antonin Artaud, kommedjografu u attur Franċiż († 1948) 1905 - Mary Renault, rumanzier († 1983) 1906 - Max Delbrück, bijologu Ġermaniż 1908 - Richard Wright, kittieb Amerikan († 1960) 1908 - Edward Dmytryk, reġista Kanadiż († 1999) 1913 - Kenzo Tange, arkitett Ġppuniż 1928 - Dick York, attur Amerikan († 1992) 1931 - Mitzi Gaynor, attrice Amerikan 1937 - Dawn Fraser, għawwiema, rebbieħa olimpjonika 1941 - Sushilkumar Shinde, politiku Indjan 1957 - Khandi Alexander, attriċi Amerikana 1957 - Patricia Tallman, attriċi Amerikana 1960 - Damon Wayans, attriċi Amerikana 1970 - Daisy Dee, kantanta u attriċi Olandiża 1974 - Carmen Consoli, Kantawtriċi Taljana 1981 - Beyoncé Knowles, kantanta Amerikana ("Destiny's Child") Mietu 799 - Musa al-Kazim, Imam sciita 1804 - Richard Somers, uffiċjal tal-marina Amerikana 1852 - William MacGillivray, naturalista u ornitologu 1864 - John Hunt Morgan, leader militari Konfederat 1907 - Edvard Grieg, kompożitur Norveġiż 1963 - Robert Schuman, statista Franko-Ġermaniż 1965 - Albert Schweitzer, tabib Ġermaniż 1974 - Marcel Achard, kommedjografu Franċiż 1989 - Georges Simenon, kittieb Belġjan (n. 1903) 1991 - Tom Tryon, attur u rumanzier Amerikan (n. 1926) 1991 - Dottie West, kantant Amerikan tal-mużika country (n. 1932) 1993 - Hervé Villechaize, attur Franċiż (n. 1943) 1995 - William Kunstler, prokuratur legali 2003 - Tibor Varga, vjolinista, diretture t'orkestra u pedagogu 2004 - Alphonso Ford, ċestista Festi u rikorrenzi Nazzjonali Reliġjużi Viterbo - Festa di Santa Rosa da Viterbo, patrona della Città. La sera della vigilia viene effettuato il trasporto dell'imponente Macchina di Santa Rosa, alta circa 30 metri. Santi cattolici: San Bonifacio I, Papa Sant'Ida ta' Herzfeld, armla San Mosè, profeta Santa Rosalia, verġni, eremita ta' Palermo 04 Settembru
2281
https://mt.wikipedia.org/wiki/Seklu%2017
Seklu 17
I millenju | II millenju | III millenju Seklu XIV | Seklu XV | Seklu XVI | Seklu XVII | Seklu XVIII | Seklu XIX | Seklu XX Snin 1600 | Snin 1610 | Snin 1620 | Snin 1630 | Snin 1640 Snin 1650 | Snin 1660 | Snin 1670 | Snin 1680 | Snin 1690 Avvenimenti Asja Wasla tal-missjunarji Kattoliċi fl-Asja. Ewropa Persunaġġi importanti René Descartes (Karteżju) (La Sibyllière, Indre-et-Loire, 1596 - Stoccolma, 1650), filosofu Franċiż. Galileo Galilei (Pisa, 1564 - Arcetri, 1642), fiżiku u astronomu Taljna, fundatur tal-fiżika moderna. Marcello Malpighi (Crevalcore, 1628 - Ruma, 1694) tabib, inventur ta' l-istoloġija Molière (Pariġi, 1622 - id., 1673) (Jean-Baptiste Poquelin dit Molière), kittieb drammatiku u kommedjografu Franċiż. Isaac Newton (Woolsthorpe, Lincolnshire, 1642 - Londra, 1727), matematiku, fiżiku u astronomu Ingliż, kittieb tallPhilosophiæ naturalis principia mathematica, li jesponi t-teorija tal-gravitazzjoni universali. Blaise Pascal (Clermont-Ferrand, 1623 - Parigi, 1662), filosofo, matematiku u fiżiku Franċiż. Il Cardinale di Richelieu (Pariġi, 1585 - id., 1642) (Armand Jean du Plessis, detto Richelieu), statista Franċiż. Jan Vermeer, pittur Olandiż (Delft, 1632-1675) Invenzjonjiet, skoperti, innovazjonijiet 1609 : Invenzjoni tat-teleskopju minn Galileo Galilei. 1642 : Invenzjoni tal-kalkulatur mekkaniku minn Blaise Pascal. 1647 : Invenzjoni tal-barometru minn Evangelista Torricelli. Seklu 17
2288
https://mt.wikipedia.org/wiki/Napuljun%20I%20ta%27%20Franza
Napuljun I ta' Franza
Napuljun Bonaparti, magħruf f'pajjiżu bħala Napoléon I (Ajaccio, 15 ta' Awwissu 1769 – Sant'Elena, 5 ta' Mejju 1821) kien ġeneral Franċiż matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, mexxej ta' Franza bħala Prim Konslu ta' l-Ewwel Repubblika Franċiża mill-11 ta' Novembru 1799 sat-18 ta' Mejju 1804, kien ukoll Imperatur tal-Franċiżi (Empereur des Français) u Re tal-Italja bħala Napoleon I mit-18 ta' Mejju 1804 sas-6 t' April 1814 u għal darb' oħra bejn l-20 ta' Marzu u t-22 ta' Ġunju 1815. Napuljun hu kkunsidrat bħala ġenju militari, hu magħruf li kkmanda u rebaħ ħafna kampanji famużi u ta' suċċess, iżda hu magħruf ukoll għal xi fallimenti spettakolari. Fi ftit iktar minn għaxar snin, akkwista l-kontroll ta' parti kbira mill-Ewropa tal-Punent u dik Ċentrali, b'konkwisti jew alleanzi, sakemm tilef il-Battalja tan-Nazzjonijiet viċin Leipzig f'Ottubru tal-1813, li wasslitu għall-abdikazzjoni u l-eżilju tiegħu ftit xhur wara. Hu kien eżiljat fil-gżira tal-Elba. Irnexxielu jerġa' jiġi lura mill-eżilju u għamel il-kampanja famuża tal-Mitt Jum (les Cent Jours), però tilef battalja deċiżiva f'Waterloo fil-Belġju fit-18 ta' Ġunju 1815, ftit wara ta' ruħu f'idejn l-Ingliżi, u spiċċa eżiljat fil-gżira ta' Sant Elena (gżira ċkejkna li tinstab mili 'l bogħod fin-naħa tal-Lvant ta' fejn illum hemm l-Angola, fl-Afrika), fejn miet. Barra mir-rebħiet militari, Napuljun jibqa' mfakkar għall-Kodiċi Napoleoniku u hu kkunsidrat minn xi wħud bħala sovran imdawwal. Oħrajn jarawh bħala dittatur tirannikali, fejn il-karriera tiegħu qatlet il-miljuni ta' nies. Napuljun ta ħafna titli monarkiċi lill-membri ta' familtu, il-Bonaparti. Anke jekk dawn ir-renjijiet ma tantx damu wara l-waqgħa tiegħu, neputih, Napuljun III, irrenja lil Franza iktar tard fis-seklu dsatax. Fl-1997, Frans Sammut ħareġ il-ktieb Bonaparti f'Malta li fih analizza s-sitt ijiem li Napuljun Bonaparti qatta' f'Malta meta l-Franċiżi rebħu u okkupaw lil Malta. Il-ktieb inqaleb għall-Franċiż fl-2008. Twieldu fl-1769 Mietu fl-1821 Storja ta' Franza
2291
https://mt.wikipedia.org/wiki/5%20ta%27%20Settembru
5 ta' Settembru
Il-5 ta' Settembru hija il-248 ġurnata tal-Kalendarju Gregorjan (il-249 fis-snin bisestili). Fadal 117 ġurnata għall-aħħar tas-sena. Settembru Ġranet tas-sena
2315
https://mt.wikipedia.org/wiki/Eli%C5%BCabetta%20II
Eliżabetta II
Eliżabetta II (Elizabeth Alexandra Marija; twieldet fil-21 ta' April 1926 u mietet fit-8 ta' Settembru 2022) kienet il-monarka kostituzzjonali ta' 16-il stat sovran (magħrufa bħala r-realms tal-Commonwealth) u territorji tagħhom u d-dipendenzi, kif ukoll kap tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet ta' 54 membru. Kienet Gvernatur Suprem tal-Knisja tal-Ingilterra u, f'xi realms tagħha, twettaq it-titolu tad-Difensur tal-Fidi bħala parti mit-titlu sħiħ tagħha. Fuq l-adeżjoni tagħha fis-6 ta' Frar 1952, ir-Reġina Eliżabetta saret Kap tal- Commonwealth u reġina ta' seba' pajjiżi tal-Commonwealth indipendenti: ir-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstralja, New Zealand, l-Afrika t'Isfel, il-Pakistan u s-Sri Lanka. Mill-1956 sal-1992, l-għadd ta' realms tagħha varjaw minn territorji kisbu l-indipendenza u xi realms saru repubbliki. Flimkien mal-ewwel erba' pajjiżi msemmija hawn fuq, ir-Reġina Eliżabetta kienet monarka tal-Ġamajka, il-Barbados, il-Baħamas, il-Grenada, Papwa Gwinea l-Ġdida, il-Gżejjer Solomon, Tuvalu, Santa Luċija, San Vinċenz u l-Grenadini, il-Beliże, Antigwa u Barbuda u San Kitts u Nevis. Ir-renju tagħha huwa l-itwal wieħed għal monarka Brittanika; ir-Reġina Victoria saltnet għal iktar minn 63 sena u r-renju tagħha kien it-tieni l-itwal. Eliżabetta twieled f'Londra u ġiet edukata privatament id-dar. Missierha aderixxa għat-tron bħala Ġorġ VI fl-1936 wara l-abdikazzjoni ta' ħuh Edward VIII; minn dak iż-żmien kienet l-eredi għat-tron. Hija bdiet biex twettaq doveri pubbliċi matul it-Tieni Gwerra Dinjija, li fihom serviet fis-servizz territorjali awżiljarju. Fl-1947 hija żżewġet lill-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgu, u miegħu kellha erbat itfal: Charles, Anne, Andrew, u Edward. Is-Servizz nkurunat tagħha sar fl-1953 u kien l-ewwel li xxandar. Ir-Reġina għamlet żjarat u laqgħat storiċi ħafna li jinkludu ż-żjara statali lir-Repubblika tal-Irlanda u żjarat reċiproċi għand l-Papa u minnu. Ir-Reġina rat bidliet kostituzzjonali ewlenin fir-realms tagħha, bħad-devoluzzjoni fir-Renju Unit u l-patriation tal-kostituzzjoni Kanadiża. Żminijiet ta' importanza personali tagħha kienu jinkludu t-twelid u ż-żwiġijiet tat​​-tfal tagħha, it-twelid tan-neputijiet tagħha, l-investitura tal-Prinċep ta' Wales, u ċ-ċelebrazzjoni ta' tragwardi bħall-ġublew tal-fidda, tad-deheb, tad-djamanti u tal-platinu tagħha, fl-1977, fl-2002, fl-2012 u fl-2022 rispettivament. Referenzi Twieldu fl-1926 Mietu fl-2022 Monarki Brittaniċi
2317
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jum%20l-Indipendenza
Jum l-Indipendenza
Jum l-Indipendenza hija festa pubblika li tikkommemora l-ġurnata meta pajjiż jkun sar nazzjon indipendenti. Indipendenza Festi pubbliċi Listi ta' pajjiżi
2320
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jum%20il-%C4%A6elsien
Jum il-Ħelsien
Jum il-Ħelsien tista' tirreferi għal: Jum il-Ħelsien (Bjelorussja) fil-25 ta' Marzu fil-Belarus, huwa l-anniversarju ta' meta ġiet stabbilita r-Repubblika tal-Poplu tal-Bjelorussja fl-1918 Jum il-Ħelsien (Malta) fil-31 ta' Marzu, huwa l-anniversarju ta' meta t-truppi Ingliżi telqu għal kollox minn Malta fl-1979 Jum il-Ħelsien (Portugall) fil-25 t'April, huwa l-anniversarju tal-Carnation Revolution fil-Portugal, 1974 Jum il-Ħelsien (Afrika t'Isfel) fis-27 t'April, huwa l-anniversarju ta' l-ewwel elezzjoni ġenerali fl-Afrika t'Isfel wara t-tmiem ta' l-apartheid fl-1994 Jum il-Ħelsien Dinji fid-9 ta' Novemberu, hija ġurnata li tfakkar il-waqa' tal-Ħajt ta' Berlin fl-1989 Isem informali għall-anniversarju (25 ta' Marzu) ta' meta għaddiet l-iSlave Trade Act 1807 fir-Renju Unit Festi pubbliċi
2323
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pjaneta
Pjaneta
Pjaneta huwa korp ċelesti ta' massa sinjifikattiva li jorbita madwar stilla, u li ma jipproduċix enerġija permezz ta' fużjoni nukleari. Qabel is-snin '90 kienu magħrufa biss disa' pjaneti (kollha fis-Sistema Solari tagħna). Fl-aħħar tal-2002, kienu iktar minn 100 pjaneta magħrufa, kollha skopruti bħala pjaneti extrasolari. Il-kelma pjaneta ġejja mill-Grieg, mill-kelma li kienet tintuża għal vagabond. Fl-astronomija antika, il-pjaneti vagabondi kienu l-korpi ċelesti viżibili li kienu jbiddlu l-koordinati ċelesti ekwatorjali. Dawn kienu l-Qamar, ix-Xemx, Merkurju, Venere, Marte, Ġove, u Saturnu. Għal sekli sħaħ l-astronomi fittxew spjegazzjoni għaċ-ċaqliq tal-pjaneti li jidhru jivvagabondaw fuq l-isfond tal-kwiekeb ‘fissi’. Kien fis-seklu sbatax meta Johannes Kepler iddetermina li huma jorbitaw max-Xemx f’orbiti ellitiċi, li ċ-ċaqliq tagħhom kien kompletament mifhum. L-astronomi ħafna drabi jsejħu l-asterojdi "pjanetini" (pjaneti żgħar), u l-korpi planetari ikbar (dawk li normalment jissejħhu pjaneti) "pjaneti maġġuri". Il-pjaneti tas-Sistema Solari jistgħu jinqasmu f'żewġ kategoriji skond il-kompożizzjoni tagħhom. Dawk li jixbħu d-Dinja (komposti prinċipalment minn ġebel) huma magħrufa bħala pjaneti terrestri. It-terrestri huma relattivament żgħar, komposti prinċipalment minn blat u metalli, u għandhom atmosferi rqaq. L-atmosferi differenti jikkawżaw il-kundizzjonijiet fuq il-wiċċ ta’ kull pjaneta terrestri biex ivarjaw konsiderevolment. Id-Dinja tagħna biss, bl-oċeani vasti tagħha u bl-atmosfera rikka bl-ossiġnu u nitroġenu, hija kapaċi li żżomm forma ta’ ħajja avvanzata. Dawk komposti minn materjal gassuż, bħal Ġove, huma magħrufa bħala Ġovjani, jew inkella ġganti gassużi. L-erba' pjaneti gassużi, huma: Ġove nnfisu, Saturnu, Uranu u Nettunu, huma komposti l-iktar minn idroġenu u elju. Ġove huwa l-ikbar u l-iktar pjaneta massiv fis-sistema solari, iżda anki Nettunu — l-iżgħar mill-pjaneti Ġovjani — għandu dijametru erba’ darbiet iżjed minn dak tad-Dinja. Xi drabi tiġi wżata kategorija oħra għal dawk il-korpi bħal Plutone, komposti prevalentement minn silġ: din il-kategorija ta' pjaneti tinkludi wkoll ħafna korpi non planetari, bħal qmura ta' pjaneti esterni (pereżempju Titanju). Il-Pjaneti tas-Sistema Solari Il-pjaneti tas-Sistema Solari huma (f'ordni ta' distanza mix-Xemx): Merkurju Venere jew Zahrija Dinja bil-Qamar, ħafna drabi kkunsidrata bħala pjaneta doppju Marte jew Mars jew Il-Hamra Ġove Saturnu Uranu Nettunu Sa ftit żmien ilu (Awissu 2006) Plutone kien jitqies ukoll bħala pjaneta, iżda llum dan m'għadux jitqies bħala tali iżda bħala pjaneta nanu; bħala l-ikbar asterojda tal-faxxa ta' Kuiper. Il-pjaneti kollha tas-Sistema Solari (minbarra d-Dinja) għandhom isimhom li ġej mill-mitoloġija Rumana. Anki l-ismijiet tal-qmura ġejjin minn ismijiet ta' allat jew ta' persunaġġi tal-mitoloġija klassika, u xi mdaqqiet anki minn karattri tad-drammi ta' Shakespeare. L-asterojdi jistgħu jiġu msemmija, b'diskrezjoni ta' min skoprihom, b'isem kwalunkwe (bl-approvazzjoni tal-Unjoni Astronomika Internazjonali). Ġew proposti ħafna pjaneti ipotetiċi, bħal Eris iżda dan bħal Plutone qed jiġi kkunsidrat bħala Pjaneta nanu. Eris (uffiċjalment 136199 Eris, u qabel 2003 UB313) kien skopert minn Michael E. Brown, Chad Trujillo, u David Rabinowitz fil-5 ta' Jannar, 2005, minn ritratti li ġew meħuda fil-21 ta' Ottubru, 2003. Huma riedu jagħtuha l-isem Ksina (en: Xena) iżda l-Unjoni Astronomika Internazjonali, l-għaqda internazzjonali tal-Astronomija tatha l-isem tal-alla Grieg tad-diżarmonija, Eris. L-isem latin hu Discordia. Wieħed mir-raġuni għala intgħażel dan l-isem hu biex jirrifletti t-taħwid u l-konfużjoni li hemm fil-komunità tal-astronomi dwar in-natura tal-oġġett (il-pjaneta nana). Kważi il-pjaneti extrasolari kollha (dawk barra s-Sistema Solari) skoperti s'issa għandhom massa daqs jew ikbar minn ta' Ġove, l-ikbar pjaneta tagħna (l-unika eċċezzjoni hija komposta minn tliet pjaneti orbitanti pulsar, il-bqija ta' splużjoni ta' supernova. Dawn huma l-uniċi tliet pjaneti extrasolari ta' massa simili għad-Dinja). Il-mottiv huwa derivat minn effett ta' selezzjoni, li fih l-istrumenti tagħna huma kapaċi li jaraw biss pjaneti kbar ħafna u biswit għall-istilla tagħhom, għax l-effetti gravitazzjonali tagħhom huma ikbar u allura iktar faċli li jidhru. Jeżistu probabilment, ħafna iktar pjaneti extrasolari li għadna ma nistgħux niskopru. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-pjaneti skopruti s'issa, mhux simili għall-ġganti gassużi li nafu, għax huma tant viċin l-istilla tagħhom li għandhom temperaturi elevati (anki sa' eluf ta' gradi għal xi wħud), u spiss ikollhom orbita altament ellittika, li twassalhom alternattivament, viċin u 'l bogħod mill-istilla tagħhom. Huwa maħsub li l-pjaneti ġew ffurmati fil-kollass tan-nebulosa stess, li kienet l-oriġini tal-istilla ċentrali. Il-mudelli ta' formazzjoni planetarja, jipprevedu li fil-bidu jiffurmaw biljuni ta' korpi żgħar ħafna, li eventwalment jingħaqdu u jiffurmaw korpi ikbar meta jaħbtu ma' xulxin. Il-pjaneti fl-opri letterarji u ċinematografiċi L-esplorazzjoni ta' pjaneti oħra huwa tema kostanti tal-fantaxjenza, speċjalment b'rabta ma' forom ta' ħajja aljeni. Tnejn mill-iktar serje televiżivi fantaxjentifiċi ċelebri, Star Trek u Stargate SG-1, huma bbażati fuq is-sejba ta' pjaneti u ċiviltajiet ġodda. Referenzi Ħoloq esterni NinePlanets.org - dawra mas-Sistema Solari International Astronomical Union Solar System Live (orrery interattiva) Solar System Viewer (animazzjoni) Stampi tas-sistema solari Renderings of the planets NASA Planet Quest Working definition of "planet" from IAU WGESP — Dan Green's page on planet classification Gravity Rules: The Nature and Meaning of Planethood; S. Alan Stern; 22 ta' Marzu, 2004 On the status of Pluto; IAU, 3 ta' Frar, 1999 Pjaneti
2333
https://mt.wikipedia.org/wiki/Astrolo%C4%A1ija
Astroloġija
L-Astroloġija (mill-Grieg: αστρολογία = άστρον, astron, "kewkba" + λόγος, logos, "kelma") hija waħda mit-tradizzjonijiet jew sistemi li huma msejsin fuq l-idea-bażi li t-tagħrif tal-pożizzjonijiet apparenti tal-korpi ċelesti jgħin sabiex l-għerf dwar ir-realtà u l-eżistenza umana fuq id-dinja jiġi mifhum, interpretat u organizzat. It-tradizzjonijiet astroloġiċi huma lkoll ibbażati fuq il-qagħdiet u ċ-ċaqliq relattivi tad-diversi korpi ċelesti - sew dawk reali kif ukoll dawk interpretati - hekk kif jidhru fil-waqt u l-post tat-twelid jew ta' kwalunkwe ġrajja li tkun qiegħda tiġi eżaminata. Fil-qofol dawn huma l-assi tax-Xemx, tal-Qamar, tal-pjaneti, ta' l-Axxendent u tan-Nofsissema, u tal-punti qamrin. Min jipprattika l-astroloġija jissejjaħ astrologu.
2334
https://mt.wikipedia.org/wiki/Xemx
Xemx
Ix-Xemx hija stilla. Tiddi għax tipproduċi enerġija fiha nfisha fil-qalba tagħha. Ix-Xemx hija estremament importanti għall-ħajja fuq l-Art: kull sħana, dawl u enerġija tiġi mix-Xemx. L-Art torbita madwar ix-Xemx, bħalma jagħmlu bosta korpi oħra, fosthom pjaneti, asterojdi, meteoriti, kometi u trab spazjali. Is-simbolu astronomiku tax-Xemx huwa ċirku b'tikka fin-nofs . Twieldet Kewkba Il-kwiekeb jiffurmaw minn sħab kiesaħ u dens, fil-medja interstellari: is-sħab enormi ta' trab u gass li jinsabu madwar l-istilel. Il-medja interstellari hija magħmula prinċipalment mill-idroġenu u l-elju, iżda meta ġenerazzjonijiet imgħoddija ta' kwiekeb għebu, tefgħu elementi itqal mill-idroġenu u l-elju. Għalhekk kwiekeb zgħar mill l-istess żmien tax-Xemx, fihom dawn l-elementi. Il-massa tax-xemx hi ta' madwar 2×1030 kg, u hi ħarira iktar elevata minn dik ta' stilla medja. Madwar 74% tal-massa tagħha hi magħmula mill-idroġenu, 25% mill-elju u l-bqija hu magħmul minn kwantità ta' traċċi ta' elementi itqal. Jaħsbu li x-Xemx għandha xi 5 biljun sena, u li tinsab f'nofs triq tas-sekwenza ta' evoluzzjoni ewlenija tagħha. Matulha, reazzjonijiet ta' fużjoni nukleari fil-qalba tax-xemx jgħaqqdu bis-sħana l-idroġenu ma' l-elju. F'temp ta' qisu 5 biljun sena oħra x-xemx issir nebula planetarja. Kultant xi stimulu hu meħtieġ biex tibda' kontrazzjoni ta' sħaba. Din taf tkun il-ġibda gravitazzjonali ta' kewkba għaddejja, il-mewġa ta' densita' fi ħdan ta' galassja spirali jew xokk minn splużjoni ta' supernova. Xi astronomi jsostnu li supernova fil-qrib bdiet sħaba u naqset mid-daqs sa ma x-Xemx iffurmat xi 4,600,000,000 sena ilu. Hekk kif is-sħaba naqset mid-daqs, il-pressa u temperatura telgħu fin-nofs sakemm tal-aħħar saret daqshekk taħraq u l-pressa hekk kbira li l-fużjoni nuklejari bdiet. L-fużjoni nuklejari hija l-qawwa li kull kewkba għandha, u ġox-Xemx l-ammonti vasti ta' idroġenu li qed jiġu mibdula għal elju, jipproduċu l-enerġija. Kewkba titwieled meta tibda l-fużjoni nuklejari. Tul il-ħajja kollha ta' kewkba jkun hemm bilanċ sħiħ bejn il-gravità (li tipprova tnaqqas id-daqs tal-istilla) u l-pressa li tipprova tinbuttha l-bogħod. Kewkba tkun l-iżjed stabbli waqt li taħraq l-idroġenu ġewwa qalbha. F'dan l-istadju hija msejjħa kewkba fis-sekwenza ewlenija. Ix-Xemx hija attwalment f'dan l-istadju ta' ħajjitha u għandha tibqa taħraq l-idroġenu ta' qalbha għal 5,000,000,000 jew 6,000,000,000 sena oħra. Xjuħija u mewt Meta l-idroġenu kollu tal-qalba jintuża , ix-Xemx tibda' taħraq l-idroġenu ġol-atmosfera tagħha qoxra wara qoxra. Huwa u l-font tal-enerġija joħroġ 'il barra, ix-Xemx tespandi u tiksaħ, u ssir ġganta ħamra. Meta l-idroġenu jintuża kollu, ix-Xemx tikkrolla. Il-qalba tisħon ħafna iktar sakemm terġa' ssir fużjoni nuklejari oħra, iżda din id-darba huwa l-elju li jinħaraq jipproduċi l-karbonju. L-elju jinħaraq f'ħafna inqas ħin mill-idroġenu, għalhekk jiġi kkonsmat f'perijodu iqsar. Meta x-Xemx terġa tikkrolla, issa, il-qalba ma tisħonx biżżejjed u ma jkunx possibli li sir fużjoni nuklejari oħra. Ix-Xemx issir nana bajda, tiksaħ gradwalment u tmut. Struttura tax-Xemx IL-QALBA tax-Xemx hija żona ta' madwar 20% tad-dijametru solari. Minn ġol-qalba u reġjun li jestendi sa 70% tar-raġġ solari, l-enerġija tiġi rradjata 'il barra. Iż-żona konvettiva, li hi wiesgħa madwar 30% tar-raġġ solari tinsab wara dan ir-reġjun. Ir-radjazzjoni prodotta f'qalbet ix-xemx hija forma ta' raġġi Gamma: l-iżjed radjazzjoni enerġetika. Jaħsbu li r-radjazzjoni fiha l-fotoni, li huma 'pakketti' ta' enerġija. It-tip ta' radjazzjoni jiddependi fuq kemm għandhom enerġija dawn il-fotoni. Hekk kif il-fotoni jimxu 'l barra , jitilfu l-enerġija, u hekk issiru raġġi X, u wara ultravjola, viżibbli u infra-aħmar. Foton waħda taf iddum mijiet ta' eluf ta' snin biex tilħaq il-fotosfera għax tiġi kontinwament mifruxa, merħija, u rijammessa matul il-vjaġġ tagħha. Aħna naraw ix-Xemx bħal diska ta' dawl jiddi (qatt m'għandna nħarsu lejn ix-Xemx direttament għax nagħmlu ħsara kbira lill-għajnejna). Dan għaliex aħna evolvejna biex nirrispondu għar-radjazzjoni li nsejħu dawl viżibbli. Ix-Xemx tarmi tul lis-spektrum elettromanjetiku kollu, iżda il-biċċa l-kbira ta' dawl viżibbli jiġi prodott fil-fotosfera, li xi minn daqqiet hi magħrufa bħala s-superfiċi jew il-wiċċ! Lil hinn mill-fotosfera hemm il-kromosfera-- bejn 2,000 u 10,000 km (1,200 sa' 6,200 mil) wiesgħa--u iżjed 'l barra mbagħad insibu l-atmosfera ta' barra, il-korona, li testendi 'l barra għal eluf t' eluf ta' kilometri. It-temperatura tiżdied tul il-kromosfera u tilħaq madwar 10,000K (10,000 grad Selsjus/18,000 grad Ferenajt) sal-qiegħ ta' żona ta' tranżizzjoni. F'din iż-żona t-temperaturi jogħlew bosta eluf ta' gradi iżjed. Ma nifmhux kompletament ir-raġuni għaliex il-korona għandha tiġi tant imsaħħna iżda avvenimenti ta' rikonnessjoni manjetika (meta kampijiet manjetiċi jerġgħu jingħaqdu wara separazzjoni temporanja) tista' tkun ir-raġuni--splużjoni ta' enerġija tiġi prodotta meta linji ta' kampijiet manjetiċi jingħaqdu mill-ġdid. Newtrini Xemxin BARRA MILLI tipproduċi fotoni, il-fużjoni nuklejari tikkreja wkoll in-Newtrini. Dawn huma partiċelli elementari negliġibbli mingħajr massa jew mingħajr karga. Ma tantx jinteraġixxu ma' materjal ordinarju, u ma jeħdux dawk il-mijiet ta' eluf ta' snin biex jaqsmu x-Xemx anzi kważi mill-ewwel jgħaddu minn naħa għall-oħra u jiġu emanati bir-rata ta' 6 x 1014 newtrina kull metru kwadru tas-superfiċi xemxija fis-sekonda. Huma jgħaddu rapidament ukoll mill-Art. Imbnew detectors tan-newtrini, iżda riżultati juru biss terz ta' newtrini mistennija. Bosta raġunijiet għal dan ġew diskussi iżda l-ebda teorija għadha ma ġiet aċċettata. Tebgħat Xemxin JEKK INĦARSU lejn ix-Xemx f'dawl abjad, kultant, fuqha jidru bħal tikek skuri . Dawn it-tikek jissejħu tebgħat Solari, jew tebgħat Xemxin, u kienu jidhru regolarment fis-seklu dsatax. It-tebgħat huma indikazzjoni ċara tal-attivita' kontinwa tax-Xemx; ħafna tebgħat juru li kewkba bħax-Xemx tkun attiva. Attività tat-tebgħat Xemxin isseħħu, bejn wieħed u ieħor, fuq perijodu ta' 11-il sena, li hu magħruf primarjament bħala iċ-Ċiklu tax-Xemx . Infatti, minħabba effenti manjetiċi, huwa effetivament ċiklu ta' madwar 22 sena, li hu magħruf bħala iċċiklu solari manjetiku. L-kamp manjetiku tax-Xemx hu simili għal dik tal-Art, iżda ix-Xemx għandha Plasma. L-idroġenu f'temperaturi għoljin bħal 15,000,000K/ 27,000,000 °F fiċ-ċentru u xi 6,000K/10,340 °F fil-fotosfera, li l-elettroni huma imwaddba 'l Barra, l-atomi tal-idroġenu jħallu baħar ta' joni kkargati pożittivament u elettroni ikkargati negattivament. Ġo Plasma simili, il-linji tal-kampijiet manjetiċi jkunu magħluqa ġo nassa, huma ma jkunx jistgħu jiċċaqalqu liberament ġewwa partiċelli ikkargati, għalhekk hekk kif ix-Xemx iddur u l-plasma tiċċaqlaq, il-linji tal-kamp manjetiku jiġu ippakkjati flimkien ġo reġjuni lokaliżati. Is-sħana f'dawn ir-reġjuni tiġi imrażżna u huma jidhru skuri kontra il-bqija tal-fotosfera. Fid-Dell skur tat-tebgħat Xemxin, it-temperatura tista' tilħaq sa 1,000K (1,000 °C/1,800 °F). Kampijiet manjetiċi fi ħdan it-tebgħat Xemxin jafu jkunu 10,000 darba s-saħħa normali tal-kamp Xemxi. Avvenimenti splużivi Ix-Xemx għandha ġisem dinamiku u turbolenti. Hi tarmi kontinwament partiċelli ta' elettroni u protoni. Dan jisejjaħ ir-riħ solari. Ix-Xemx titfa' leħħ ta' ammonti kbar ta' plasma u enerġija ġor-riħ solari, waqt li dak li jintefa' 'l barra mill-korona huma bżieżaq enormi ta' plasma li jespandu minn ġol-korona u 'l barra ġo l-ispazju. Eklissi Solari IX-XEMX u l-qamar jidru, bejn wieħed u ieħor, ta' l-istess qies hemm fuq fis-sema. Iżda l-qamar hu xi 400 darba iżgħar mix-Xemx, imma wkoll 400 darba eqreb. Waqt eklissi totali tax-Xemx, il-qamar jgħatti il-fotosfera, b'hekk jinkixfu il-kromosfera u l-inviżibbli korona. Li kieku il-Qamar idur mad-Dinja bl-istess mod li hija ddur max-Xemx (elitiku), allura l-eklissi totali tax-Xemx kienet issir kull darba li jkun hemm Qamar ġdid. Madanakollu, l-orbita Qamrija hija inklinata għal xi 5 gradi lejn l-elitiku, għaldaqstnat il-Qamar xi kultnat jgħaddi fuq, jew taħt ix-Xemx fis-sema. Huwa biss meta l-Qamar jinsab fl-istess pjan elitiku tad-dinja f'qamar ġdid eklissi solari hija possibli li sseħħ. L-orbiti tal-Art u l-Qamar mhumiex ċirkulari, għalhekk id-dijametri angulari tal-Qamar u x-Xemx li jidrhu fis-smewwiet ivvarjaw. Hekk si minn daqqiet il-Qamar jidher iżgħar mix-Xemx u eklissi anulari ssir; ċirku mill-fotosfera jdawwar l-Qamar u l-korona tax-Xemx ma tidhirx. Għal min josserva huwa possibli li jara eklissi totali tax-Xemx biss jekk ikun qiegħed taħt l-ombra ewlenija tal-qamar. Fid-dell penumbrali ikun possibli biss li wieħed jara eklissi parzjali tax-Xemx. Sistema solari
2335
https://mt.wikipedia.org/wiki/Qamar
Qamar
Il-qamar huwa l-unika satellita naturali tad-dinja. Jorbita l-pjaneta tagħna minn 350,000 għal 400,000 km; jakkumpanja d-dinja fit-tidwir madwar l-istilla tax-xemx. Ġieli jissejjaħ Luna (mill-kelma Latina għal qamar), jew Selene. Is-simbolu tal-qamar hu nofs qamar (Unicode: ☾). Minbarra l-kelmtejn qamri u lunari, it-termini Selene/Seleno- u Ċinzjan (ismijiet l-allat Selene u Ċinzja) jirreferu wkoll għall-qamar (aposelene, selenoċentriku, selenografija, periċinzjan, eċċ.). Id-dijametru tal-qamar huwa madwar kwart ta’ dak tad-dinja. Is-satelliti naturali tal-pjaneti l-oħra huma wkoll msejħa qmura bħall-qamar terrestri. Il-qamar huwa l-uniku korp ċelesti (barra d-dinja) li fuqu rifes il-bniedem. Struttura u kompożizzjoni Minkejja li ħafna iżgħar mill-pjaneti l-oħra, il-qamar jista' jitqies bħala terrestri. Jista' jkun li għandu qalba solida tal-ħadid, inqas minn 360 km. Fuq din il-qalba nsibu l-mantell, li jesa' madwar id-90% tal-volum tas-satellita. In-nuqqas ta' qalba fluwida jispjega għala l-qamar għandu kamp manjetiku dgħajjef. Il-krosta tvarja fil-ħxuna minn ftit għexieren ta' kilometri taħt il-marja għal aktar minn 100 km fl-għoljiet. Fejn hemm fondoq, il-krosta tant iddgħajfet minn taħt li l-mantell tqabbeż 'il barra u kisser qiegħ il-fondoq. F'dawn il-punti, il-materjal tal-mantell l-iżjed dens jipproduċi il-flutwazzjonijiet fil-kamp gravitazzjonali; dawn ir-reġjuni ta' gravità ogħla huma magħrufa bħala konmas. Fl-atmosfera lunari nstabu l-gassijiet elju, neon, argon, u radon. Billi kważi m'għandux atmosfera, m'hemm l-ebda tip ta' tħassir fuq is-superfiċi lunari. Il-qamar mhux protett la mir-riħ solari u lanqas mill-impatti mikrometeoritiċi. Minħabba n-nuqqas ta' atmosfera, is-superfiċi qamrija tbati minn temperaturi estremament baxxi billejl u temperaturi estremament għoljin matul il-jum. Jingħad li fil-pol tan-Nofsinhar-Fondoq Aitken (l-ikbar u l-iktar fondoq għoli magħruf fis-Sistema Solari kollha) jistgħu jeżistu xi ammonti ċkejkna ta' ilma ffriżat; id-dawl tax-xemx qatt ma mess il-pol tan-Nofsinhar-Fondoq Aitken. Għamlet wiċċ il-qamar Meta nħarsu lejn il-qamar minn din id-dinja mingħajr strumenti ottiċi, nilmħu reġjuni skuri li huma l-marja (singular mare; bil-Malti, ibħra), imħalltin u mferrxin ma' reġjuni oħra aktar ċari. Kien darba maħsub li dawn il-marja kienu ibħra likwidi iżda t-teleskopji wrew li huma arji ta' lava bażaltika. L-iktar fattizzi ovvji tal-qamar huma l-krateri tal-impatti. Dawn ivarjaw minn ħofor żgħar magħmula minn mikrometeoriti għall-ikbar fondoq ta' 'l fuq minn elf kilometru. Il-materjal li nbeżaq mill-impatti ħoloq krateri oħra sekondarji. Xi krateri għandhom kisja tal-eġekta (materjal) li jifraq għal mijiet ta' kilometri mill-punt tal-impatt. Il-muntanji u l-għoljiet biswit il-ħofor iffurmaw minn boċoċ enormi ta' eġekta li ħarġu mill-impatti prinċipali. Ħafna mill-krateri huma ċirkulari; minn hawn nindunaw li l-materjal mill-ispazju miftuħ li kkawża l-impatti ġie ivvaporizzat u kienet din ir-raġuni li xi krateri ġew imħaffra. Għamliet vulkaniċi Apparti mill-krateri tal-impatti, fuq il-qamar insibu wkoll ħofor li ġew magħmula minn attività vulkanika kmieni fl-istorja qamrija. Fost dawn il-fondoqijiet ta' min isemmi Summit u Rimless. Iżda l-akbar prova ta' attività vulkanika bikrija huma l-marja. Dawn iffurmaw meta impatti ġganteski seħħew fuq is-superfiċi lunari u ħallew ħofor kbar, żbroffaw il-vulkani u l-lava li ħarġet minnhom imliet il-krateri. Tagħrif ieħor Il-ġibda gravitazzjonali tal-qamar fuq id-dinja tikkawża l-frugħ u l-mili tal-baħar. L-istess effett fuq il-qamar jikkaġuna l-qofol tal-marea: il-perjodu rotazzjonali tiegħu huwa l-istess bħaż-żmien li jieħu biex jorbita madwar id-dinja. B'riżultat ta’ dan, aħna naraw dejjem l-istess parti ta’ wiċċ il-qamar. Bħalma l-qamar idur mad-dinja, partijiet differenti minn wiċċu jiġu mdawla mix-xemx, u dan iwassal għall-fażijiet lunari. Il-qamar jista’ jaffettwa drastikament l-iżvilupp u l-ħajja fuq id-dinja billi jimmodifika t-temp. Xhieda paleontoloġika u simulazzjonijiet bil-kompjuter juru li t-tmejjil tal-assi terrestri jiġi stabbilit mill-interazzjonijiet tal-marea mal-qamar. Xi teoriċi jsostnu li mingħajr din l-istabbilizzazzjoni kontra l-koppji applikati mix-xemx u l-pjaneti lin-nefħa ekwatorjali tad-dinja, l-assi rotazzjonali jistgħu jkunu instabbli għall-aħħar, bħalma jidher li hu għal Marte. Billi l-qamar huwa qrib id-dinja, tant li jidher kważi daqs tax-xemx (ix-xemx hija 400 darba ikbar mid-dinja iżda l-qamar hu 400 darba eqreb), dan jippermetti l-eklissi totali u anulari tax-xemx. Oriġini lunari L-iżjed teorija aċċettata dwar l-oriġini tal-qamar hija t-teorija tal-impatt ġgantesk, li tgħid li ġie ffurmat minn ħabta ta’ protopjaneta d-daqs ta’ Marte mad-dinja bikrija. Din l-ipoteżi tispjega (flimkien ma’ affarijiet oħra) in-nuqqas relattiv ta’ ħadid u elementi volatili fil-qamar, u l-fatt li l-kompożizzjoni tiegħu hija kważi l-istess bħal dik ta’ wiċċ id-dinja. Il-qamar bħala satellita tad-dinja għall-komunikazzjoni 'Earth-Moon-Earth' (EME) hija forma ta' komunikazzjoni bir-radju fejn is-sinjali mid-dinja jintbagħtu lejn il-qamar u dawn jiġu riflessi mill-wiċċ tal-qamar lura lejn id-dinja. Din is-sistema tintuża mid-dilettanti tar-radju. Il-qamar u l-isfera ċelesti Bejn wieħed u ieħor, kull 28 jum, il-qamar jagħmel orbita sħiħa tal-isfera ċelesti. Għal min josserva mill-art, jgħodd madwar 29,5 jum minn qamar ġdid għall-ieħor li jmiss (ara fażijiet lunari). Dan minħabba l-moviment kontemporanju tad-dinja. Il-qamar jibqa' dejjem f'reġjun wieħed tas-sema li huwa ż-Żodijaku, li jestendi madwar tmien gradi 'l fuq u 'l isfel mill-eklittika. Din tiġi maqsuma mill-qamar kull ġimagħtejn. Fażijiet lunari Il-qamar idur dawra sħiħa madwar id-dinja kull xahar. F'dan il-perjodu, il-ġeometrija bejn it-tliet korpi - id-dinja, il-qamar, ix-xemx - tinbidel. Il-qamar jidher biss meta d-dawl tax-xemx jaqa' fuqu. F'qamar mitluf, xejn ma jkun jidher mis-satellita naturali tad-dinja għax tkun qiegħda bejnha u x-xemx, bid-dawl kollu tagħha jaqa' fuq il-parti tas-superfiċi lunari li ma tidhirx mid-dinja. L-isbaħ għamliet tal-qamar jidru fit-terminatur, il-linja bejn il-lejl u n-nhar. Eklissi lunari Xi kultant, il-qamar jgħaddi minn quddiem id-dell tad-dinja; dan ma jiġrix kull qamar kwinta għaliex il-qamar ma jdurx mad-dinja fuq l-istess pjan kif hija torbita madwar ix-xemx (eklittika), iżda meta l-qamar idur fuq l-istess pjan tal-eklittika, isseħħ l-eklissi lunari. Il-bniedem fuq il-qamar Total ta' 12-il persuna niżlu fuq is-superfiċi qamrija bejn l-1969 u 1972. Dawn l-astronawti żaru sitt reġjuni u ġabu magħhom fuq id-dinja 382 kg ta' materjal lunari. Qabel il-missjoni Apollo, wiċċ il-qamar kien attentament studjat minn vetturi spazjali Sovjetiċi u Amerikani. Darba minnhom, waqt wieħed mid-diskorsi tiegħu, il-President Amerikan John F. Kennedy wiegħed li l-bniedem kien se jitla' fuq il-qamar qabel l-1970 u minn dak il-ħin bdiet il-ġirja għall-ispazju. L-ewwel sitt Apollojiet intużaw bħala prova, u b'xorti ħażina tliet astronawti tilfu ħajjithom waqt esperimenti fuq id-dinja, imma s-suċċess fl-aħħar wasal meta Buzz Aldrin u Neil Armstrong ħarġu barra mill-vettura spazjali u għamlu l-ewwel passi fuq il-qamar fiż-żona msemmija Baħar it-Trankwillità fl-1969. Apollo 12 niżel ħdejn is-sit ta' Surveyor 3, li kien niżel fl-oċean Prosellarum sentejn qabel. Partijiet mis-surveyor ġew irritornati fuq id-dinja għall-eżamijiet. Apollo 14 niżel fl-arja ta' Fra Mauro. L-astronawti tal-aħħar tliet Apollijiet koprew ħafna iktar art minn dawk tal-bidu, u dan għaliex kienu megħjuna mir-rovers spazjali. Minn mindu l-aħħar bniedem ħalla l-qamar fl-1972, ma kien hemm l-ebda pjan ieħor għal iżjed sbarki qamrin. Ħoloq interni Art Pjaneta Eklissi Referenzi Qiegħda fil-ponta ta' lsieni, Ġużè Gatt, Klabb kotba Maltin, 2006. The Universe, Pam Spence u Iain Nicolson, Publisher:HarperCollins. Ħoloq esterni Sistema solari
2336
https://mt.wikipedia.org/wiki/Axxendent
Axxendent
L-Axxendent ta' pożizzjoni ġeografika f'punt fiż-żmien huwa l-punt fuq iż-żodjaku li jinzerta l-orizzont tal-Lvant, skond kif jidher minn dak il-post u f'dak il-ħin. L-Axxendent astroloġiku, jew ir-Rising Sign, huwa s-simbolu żodjakali li kien tiela' fuq ix-xefaq tal-lvant fil-mument meta individwu ħa l-ewwel nifs f'din id-dinja. Jekk, pereżempju, xi ħadd jitwieled eżattament fi tlugħ ix-xemx u x-xemx tinzerta fl-Iljun dak il-ħin, l-Axxendent ikun fl-istess simbolu bħas-Simbolu-xemx; il-persuna b'hekk minbarra li titwieled taħt l-istilla ta' l-Iljun, ikollha l-Axxendent fl-Iljun (l-Iljun ikun kemm kewkbet it-twelid kif ukoll l-Axxendent ta' l-individwu). Astroloġija
2338
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ordni%20ta%27%20San%20%C4%A0wann
Ordni ta' San Ġwann
L-Ordni Sovran Militari u Ospitalier, magħruf aħjar bħala l-l-Ordni ta' San Ġwann, beda bħala fondazzjoni Benedittina li tieħu ħsieb il-kura ta' dawk morda fl-Art Imqaddsa fis-Seklu XI. Biż-żmien, l-Ordni żvilluppa wkoll fi rħieb u gwerriera biex jiddefendi bosta proprjetajiet li kellu fl-Art Imqaddsa, għax dawn minn żmien għall-ieħor kienu jkunu attakkati minn qawwiet militari. Fl-1291 l-Ordni kellu jitlaq mill-Art Imqaddsa u mar Ċipru fejn dam sal-1310. Imbagħad minn hemm l-Ordni stabbilixxa ruħu f'Rodi. Aktar ma għadda ż-żmien, l-Ordni beda jirċievi ħafna artijiet fl-Ewropa li minnhom kien jid]ol qliegħ finanzjarju (risponciones), li bih l-Ordni seta' isostni ruħu kif ukoll l-atttivitajiet spitaljeri, militari u reliġjużi tagħhom. F'Ċipru u aktar tard f'Rodi, l-Ordni bena flotta ta' xwieni u mriekeb oħra biex iżomm il-kuntatt ta' kull bżonn mal-Ewropa kif ukoll biex jiddefendi ruħu kontra l-għadu. F'Rodi, il-flotta saret aktar attiva b'mod aggressiv meta bdiet topera s-sibi u tattakka bastimenti Musulmani biex tieħu l-merkanzija li dawn kienu jġorru. Fl-1480, l-Ordni kien assedjat f'Rodi għall-ewwel darba mill-forzi Ottomani, iżda ħareġ rebbieħ. Fl-1522, is-Sultan Tork Sulejman II, keċċa lill-Ordni minn Rodi. L-Ordni sab diversi portijiet ta' kenn u fl-aħħar stabbilixxa ruħu f'Viterbo. Fl-1530, l-Imperatur Karlu V, ikkondecedilhom lil Malta b'ċens simboliku ta' falkun kull sena u b'obbligu li l-Ordni jiddefendi t-teritorju tal-Imperatur fi Tripli. Id-deċiżjoni li l-Ordni ta’ San Ġwann jibqa’ f’Malta għal dejjem ittieħdet wara l-Assedju l-Kbir tal-1565. Ftit xhur wara l-Gran Mastru flimkien mal-Kavallieri Gran Croce ddeċida li l-Ordni għandu jibqa' Malta u jagħmel minn kollox biex isaħħaħ id-difiża tiegħu kontra l-Imperu Ottoman. La Valletta qiegħed l-ewwel ġebla tal-belt il-ġdida li kellha ġġib ismu fuq Monte Sciberras, f'ċerimonja li saret fit-28 ta' Marzu tas-sena 1566 x'imkien fin-naħa ta' Putirjal.  La Vallette miet fl-1568 ta' 74 sena u għalhekk ma leħaqx jara x-xogħol tal-fortifikazzjonijiet tal-Belt lesti. Warajh leħaq Fra Pietro del Monte, li fit-18 ta' Marzu tal-1571 telaq flimkien mal-Kavallieri tal-Ordni mill-Birgu biex jibdew jabitaw fil-Belt Valletta. Wara li semgħu quddiesa solenni fil-knisja ta’ San Lawrenzil-Gran Mastru rikeb il-barca magisteriale u qasam lejn il-Belt il-Ġdida fuq l-Għolja Xebb ir-Ras.   Fl-ewwel snin wara li l-Ordni beda jamministra mill-Belt Valletta, bdew jinbnew bosta bini pubbliku. L-aktar importanti, kien il-Palazz fejn kellu jgħix u jamministra il-Gran Mastru, is-Sacra Infermerija - l-isptar tal-Ordni, li kellu jkun l-aqwa fl-Ewropa, u l-forn tal-Ordni, fejn seta’ jissajjar il-ħobż fi kwantitajiet kbar kemm għal ħajja ta' kuljum fil-Belt kif ukoll għal fuq ix-xwieni. Wara dawn bdiet tinbena l-knisja konventwali ta' San Ġwann (1574- 1578). Inbnew ukoll bosta bereġ fejn  il-kavallieri setgħu jgħixu f'kommunitajiet skont il-Lingwa / ir-reġġjun li kien jappartjenu għalihom. Wara dawn inbnew ukoll bosta residenzi privati biex iħajru aktar Kavallieri tal-Ordni li kienu jgħixu barra minn Malta biex jiġu jgħixu hawn. Fin-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir, l-aktar max-xatt tal-Birgu, baqa’ jikber l-arsenal fejn kienu jinbnew u jissewwew il-ħames galeri, il-frejgati u bastimenti żgħar li kellu l-Ordni. Ħafna nies minn Malta kollha issa bdew jitħajru jiġu jgħixu fl-inħawi tal-Port il-Kbir biex jaħdmu fix-xogħol li kellu x'jaqsam mal-bastimenti u man-navigazzjoni. Fost ix-xogħol li kien jista' jgħinhom jaqilgħu x'jieklu kien hemm il-bini kontinwu tal-fortifikazzjonijiet, l-aktar, dak tas-swar ta' madwar it-Tlett Ibliet, il-Birgu, Bormla u l-Isla. Apparti minn hekk il-popolazzjoni rurali kienet ukoll bdiet tagħmel aktar bejgħ u profitti mill-uċuh li tkabbar fl-għelieqi, l-aktar il-qoton, li kien jinħadem f'tessuti u fi qlugħ tal-bastimenti. Bosta qoton kien anki esportat l-aktar lejn Spanja u Franza.  Il-qanneb u l-kittien kienu jitkabbru u jinħadmu għal użu lokali. Fil-Birgu, Bormla u l-Isla kien hemm 'il fuq minn mitejn ruħ li kienu magħrufa għax xogħol tal-ħbula. L-Ordni kien ġmielu jistabblixxi kuntatti kummerċjali u diplomatiċi ma’ bosta pajjiżi fl-Ewropej. Dan għen biex il-prestiġju tal-Gran Mastru u tal-Ordni kiber u għola, tant li l-Kavallieri tal-Ordni ma baqgħux rikonoxxuti bħala dawk l-irħieb gwerriera iżdda aktar bħala istituzzjoni aristokratika u kważi indipendenti mir-rejjiet Ewropej. F’każ ta’ aggressjoni mill-Imperu Ottoman fir-reġjun tal-Mediterran, l-Ordni seta’ jgħin minn żmien għal ieħor bl-iskwadra navali żgħira tiegħu. Hekk seħħ fil-Battalja ta’ Lepanto u fil-Gwerra ta’ Kandja.   Minkejja l-awtonomija tiegħu, l-Ordni kien għal bosta żmien sottomess għall-qawwa u l-influwwenza tar-Rejiet Burboniċi fi Franza li dak iż-żmien kienet l-akbar potenza fl-Ewropa. Apparti hekk, l-akbar numru ta' Kavallieri fl-Ordni kienu Franċiżi u dawn kellhom naturalment ċertu alleanza mar-Re tagħhom aktar milli lejn l-Ordni. Barra minn hekk, ħafna mill-ġid tal-Ordni kien ġej direttament mill-qliegħ ta’ taxxi imposti f'artijiet fi Franza. Il-liġijiet tal-Ordni kienu kultant joqorsu fil-laħam il-ħaj lill-Maltin. Anki l-qassisin u l-Isqof kienu kemm-il darba ħassewhom magħkusa mid-deċiżjonijiet u t-taxxi imposti fuqhom mill-Ordni.  Fl-1775, kienet numru kbir ta' qassisin u oħrajn immexxija minn Dun Gejtanu Mannarinu, ikkomplottaw biex iwaqqgħu l-Ordni, għaliex fost l-oħrajn kienet ħarġet liġi kontra l-kaċċa. Ir-ribelljoni seħħet fit-8 ta' Settembru, jum it-tifkira tal-Assedju l-Kbir. Wara li dawn ħatfu lil Sant'Iermu u l-Kavalier ta' San Ġakbu f'idejhom, Dun Gejtanu u sħabu kellhom iċedu u bosta minnhom ingħataw il-mewt jew inkella ġew mitfugħin il-ħabs għal għomorhom. L-Ordni ta' San Ġwann baqa' f'Malta sal-1798 meta fl-10 ta' Ġunju Il-Gran Mastru Ferdinand Von Hompesch u l-Ordni ċedew Malta lil Napuljun Bonaparti u Malta spiċċat taħt it-tmexxija tal-Franċiżi. L-Ordni wara Malta Wara li tkeċċew minn Malta bosta mill-membri tal-Ordni ta ' San Ġwann sparpaljaw mal-Ewropa kollha, u żammew profil baxx għal bosta deċennji wara. Nukleju ta’ Kavallieri sabu residenza temporanja f'Messina, Katanja u Ferrara. Fl-1834, l-Ordni - stabbilixxa kwartier f'Ruma, fejn għadu bbażat sal-lum, fil-Palazz Maġistrali f'Via Condotti, nru. 68, kif ukoll fil-l-Villa Maġistrali fuq l-Għolja Aventin. Illum, l-Ordni ta’ San Ġwann reġa' mar lura għar-rwol oriġinali li kellu f’Ġerusalemm, jiġifieri dak li jieħu ħsieb lin-nies fil-bżonn. L-għan prinċipali tal-Ordni hu dak li jgħin lill-anzjani u nies oħra fil-bżonn, lill-persuni b'diżabilità, lir-refuġjati, lill-persuni bla dar, lil dawk li għandhom mard terminali u mard serju ieħor bħal-lebbra. Dan ix-xogħol isir bla ħlas u mad-dinja kollha, mingħajr distinzjoni ta ' razza jew twemmin. F'diversi pajjiżi - inklużi Franza, il-Ġermanja u l-Irlanda - l-assoċjazzjonijiet lokali tal-Ordni jservu ta’ ċentri ta' taħriġ tal-ewwel għajnuna, u servizzi mediċi ta' emerġenza. Il-membri tal-Ordni jgħoddu madwar 12,500 kavallier u dames. Mad-dinja kollha. Hemm xi 80,000 voluntier permanenti u 20,000 persunal mediku inklużi tobba, infermiera, awżiljarji u paramediċi. Permezz tal-korp ta' għajnuna dinjija -‘ Malteser International ’- l-Ordni hu wkoll involut biex jgħin lill-vittmi ta’ diżastri naturali, epidemiji u gwerer. Lista ta' Gran Mastri ta' l-Ordni Il-Beatu Gerardu Sasso (1099-1120) Raymond du Puy de Provence (1120-1160) Auger de Balben (1160-1163) Arnaud de Comps (1162-1163) Gilbert d'Aissailly (1163-1170) Gastone de Murols (c. 1170-1172) Gilbert of Syria (1172-1177) Roger de Moulins (1177-1187) Hermangard d'Asp (1187-1190) Garnier de Naplous (1190-1192) Geoffroy de Donjon (1193-1202) Alfonse of Portugal (1203-1206) Geoffrey le Rat (1206-1207) Guerin de Montaigu (1207-1228) Bertrand de Thessy (1228-1231) Guerin de Montaigu (1231-1236) Bertrand de Comps (1236-1240) Pierre de Vielle-Bride (1240-1242) Guillaume de Chateauneuf (1242-1258) Hugues de Revel (1258-1277) Nicolas Lorgne (1277-1284) Jean de Villiers (1284-1294) Odon de Pins (1294-1296) Guillaume de Villaret (1296-1305) Foulques de Villaret (1305-1319) Helion de Villeneuve (1319-1346) Dieudonné de Gozon (1346-1353) Pierre de Corneillan (1353-1355) Roger de Pins (1355-1365) Raymond Berenger (1365-1374) Robert de Juliac (1374-1376) Jean Fernandez de Heredia (1376-1396) Riccardo Caracciolo (1383-1395) Gran Mastru Rivali Philibert de Naillac (1396-1421) Antonio Fluvian de Riviere (1421-1437) Jean de Lastic (1437-1454) Jacques de Milly (1454-1461) Piero Raimondo Zacosta (1461-1467) Giovanni Battista Orsini (1467-1476) Pierre d'Aubusson (1476-1503) Emery d'Amboise (1503-1512) Guy de Blanchefort (1512-1513) Fabrizio del Carretto (1513-1521) Philippe Villiers de L'Isle-Adam (1521-1534) Piero de Ponte (1534-1535) Didier de Saint-Jaille (1535-1536) Jean de Homedes (1536-1553) Claude de la Sengle (1553-1557) Jean Parisot de la Valette (1557-1568) Pierre de Monte (1568-1572) Jean de la Cassiere (1572-1581) Hugues Loubenx de Verdalle (1581-1595) Martin Garzez (1595-1601) Alof de Wignacourt (1601-1622) Luis Mendez de Vasconcellos (1622-1623) Antoine de Paule (1623-1636) Juan de Lascaris-Castellar (1636-1657) Antoine de Redin (1657-1660) Annet de Clermont-Gessant (1660) Raphael Cotoner (1660-1663) Nicolas Cotoner (1663-1680) Gregorio Carafa (1680-1690) Adrien de Wignacourt (1690-1697) Ramon Perellos y Roccaful (1697-1720) Marc'Antonio Zondadari (1720-1722) Antonio Manoel de Vilhena (1722-1736) Raymond Despuig (1736-1741) Manuel Pinto da Fonseca (1741-1773) Francisco Ximenes de Texada (1773-1775) Emmanuel de Rohan-Polduc (1775-1797) Ferdinand von Hompesch zu Bolheim (1797-1799) Paul I of Russia (1798-1801) de facto Giovanni Battista Tommasi (1803-1805) Innico Maria Guevara-Suardo (1805-1814) Lejutant André Di Giovanni (1814-1821) Lejutant Antoine Busca (1821-1834) Lejutant Carlo Candida (1834-1845) Lejutant Philippe di Colloredo-Mels (1845-1864) Lejutant Alessandro Borgia (1865-1871) Lejutant Giovanni Battista Ceschi a Santa Croce (1871-1879) Lejutant Giovanni Battista Ceschi a Santa Croce (1879-1905) Caleazzo von Thun und Hohenstein (1905-1931) Ludovico Chigi Albani della Rovere (1931-1951) Angelo de Mojana di Cologna (1962-1988) Andrew Willoughby Ninian Bertie (1988-2008) Matthew Festing (2008-2017) Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto (2018-present) Ħoloq esterni Sit uffiċjali Palazzo Malta Aktar qari Blouet Brian, The Story of Malta. Midsea Books, 2017. Buttigieg Emmanuel & Philips Simon, Islands and Miltiary Orders, c. 1291 - c. 1798. Freller Thomas, Malta - The Order of St John. Midsea Book Ltd. 2004. Mallia Milanes, (ed,) Hospitaller Malta 1530 - 1798. Mireva Publications. 1993. Mercieca Simon, Les Chevaliers de Saint Jean a Malte, Miller Distributors Ltd. 1916. Sacra Militia - (serje ta' pubblikazzjonijiet) (BDL). Ordni Militari Sovran ta' Malta
2365
https://mt.wikipedia.org/wiki/Atmosfera
Atmosfera
L-atmosfera hija l-ġabra ta' gassijiet ta' madwar id-Dinja jew madwar kwalunkwe korp ċelesti. Tista' titqies ukoll bħala l-massa jew l-involukru ta' gassijiet ta' madwar korp ċelesti, pereżempju tad-Dinja, li jinżammu f'posthom bil-qawwa gravitazzjonali tal-korp ċelesti. Astronomija
2371
https://mt.wikipedia.org/wiki/Xjenza
Xjenza
"Fergħa ta' l-għerf li jimxi fuq il-metodu xjentifiku jew prinċipji oġġettivi bl-osservazzjoni sistematika u esperimentar b'fenomeni. Tittratta l-aktar dwar il-materja u l-funzjonijiet ta' l-univers fiżiku". Etimoloġija Il-kelma "xjenza" mnissla mil-Latin "scientia", tfisser għarfien. Sa mill-Illuminiżmu din il-kelma kienet tfisser kwalunkwe sistematika jew rekordjar preċiż tal-għarfien. Huwa għalhekk li x-xjenza dak iż-żmien kellha l-istess tifsir tal-filosofija, fis-sens wiesa' tal-kelma. Kien hemm distinzjoni bejn ix-xjenzi naturali u x-xjenzi morali. Din tal-aħħar ix-xjenza ġiet ridotta għax-xjenzi naturali biss. L-oqsma ta' studju kemm il-darba jinqasmu fix-xjenzi hekk imsejħa tqal u fix-xjenzi l-ħfief. Dawn iż-żewġ termini (li mhux dejjem huma kondiviżi minn kulħadd) huma ħafna drabi sinonimi tax-xjenzi naturali u tax-xjenzi soċjali, rispettivament. Il-Fiżika, il-Kimika, il-Bijoloġija u l-Ġeoloġija huma lkoll xjenzi tqal. Fost ix-xjenzi l-ħfief hemm l-Antropoloġija, l-iStorja, il-Psikoloġija u s-Soċjoloġija. xjenza pura Xjenza 10 artikli essenzjali
2376
https://mt.wikipedia.org/wiki/Idro%C4%A1enu
Idroġenu
Propjetajiet L-idroġenu huwa element gassuż bla lewn, ma jintegħimx u ma jinxtammx. Hu l-eħfef element kimiku (simbolu H). In-numru atomiku tiegħu huwa 1 u għandu piż atomiku ta' 1.00794. Ħoloq esterni Tavla Perjodika Viżwali - Idroġenu Tavla Perjodika Viżwali - Idroġenu Informazzjoni Non-Metalli Elementi kimiċi
2377
https://mt.wikipedia.org/wiki/Metodu%20xjentifiku
Metodu xjentifiku
Metodu li jgħarrex biex jiskopri l-għerf, Hu msejjes fuq tbassiriet falsifikabbli, l-ittestjar tagħhom b'mod empiriku, u jagħżel l-iktar spjegazzjoni sempliċi li taqbel mad-dejta magħrufa. Għalkemm mhux perfett, il-metodu xjentifiku hu kruċjali biex noqorbu lejn għamla ta' verità oġġettiva. Xjenza
2389
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ewropa
Ewropa
F'sens ġeoloġiku u ġeografiku, l-Ewropa hija peniżola; il-parti tal-punent tal-Ewrasja. Xorta hija meqjusa bħala kontinent għal motivi kulturali. L-Ewropa hija kontinent żgħir b'10,400,000 km² (l-Awstralja biss hija iżgħar minnha) imma għandha 799,000,000 abitant (statistiċi tal-2003) li jqiegħduha fit-tielet post fil-lista ta' kontinenti l-iktar popolati (wara l-Asja u l-Afrika); bejn wieħed u ieħor fl-Ewropa tinsab persuna minn kull tmienja tal-popolazzjoni mondjali. L-Ewropa influwenzat b'mod notevoli l-istorja u l-kultura tad-dinja ċivilizzata. Andreas Kaplan jiddefinixxi l-Ewropa bħala l-akbar diversità kulturali fl-iżgħar distanzi ġeografiċi. Il-pożizzjoni ċentrali tal-Ewropa, kuntrarju għall-kontinenti l-oħra, kif ukoll il-preżenza tal-baħar, dejjem iffavorixxew il-komunikazzjoni bejn il-popli tad-diversi reġjuni u l-migrazzjoni lejn ir-reġjuni l-oħra tad-dinja. Il-klima xejn kiefra li tinsab fil-parti l-kbira tal-kontinent, għenet ukoll biex dan il-kontinent jiġi abitat b'mod dens. Il-baħar jifforma l-parti l-kbira tal-konfini naturali tal-Ewropa. Fit-Tramuntana hemm il-Baħar Artiku, fil-Punent l-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar il-Mediterran, il-Baħar l-Iswed, u l-Kawkasu, fil-Lvant il-Baħar Kaspju, il-katina muntanjuża tal-Urali u x-xmara Ural. L-oriġini tal-isem "Ewropa" L-isem "Ewropa" ġej mil-lingwa Griega (bil-Grieg: Ευρώπη) li tfisser "għajnejn kbar" u kienet personaġġ tal-mitoloġija Griega. Ewropa kienet bint Aġenor, re ta' Tiru, fejn din kienet belt antika fil-Kananija u kolonja Griega. Żeus, li sar iħobbha ddeċieda li jisraqha u ttrasforma ruħu f'barri abjad. Waqt li kienet qed tiġbor il-fjuri max-xatt tal-baħar, Ewropa rat il-barri li kien qed jersaq lejha. Kienet daqxejn beżgħana imma l-barri niżel għarkubbtejh u Ewropa kkalmat. Meta rat li kien iħalliha toqgħod tmellsu, Ewropa telgħet fuq dahar il-barri u dan wassalha sa Kreta. Żeus reġa' sar alla u wrielha mħabbtu. Huma kellhom tlett itfal: Minosse, Sarpedon u Radamantu. Minosse sar re ta' Kreta u twieldet iċ-ċivilità ta' Kreta li kienet il-benniena taċ-ċivilità Ewropea. Twelid tal-Ewropa u tal-Ewropej Fl-epoka Griega u Rumana, l-Ewropa kien terminu ġeografiku indefenit, art fit-Tramuntana tal-Mediterran li ħadd ma kien jaf il-konfini Nordiċi tagħha. Fir-rikostruzzjoni tal-ġeografiku Grieg Ekateu ta' Miletu, l-art kienet tikkonsisti minn żewġ kontinenti maqsumin mill-Mediterran, iċ-ċentru tad-dinja: minn naħa l-Ewropa kienet tikkonfina mat-Tramuntana, u minn naħa l-oħra l-Asja, fejn kienet tinkludi wkoll l-Eġittu u l-Libja. Rari ħafna kienu l-awturi Latini jiċċitaw it-termini "Ewropa" u "Ewropej". L-ewwel li uża l-aġġettiv "Ewropew" b'tifsira aktarx waħda rilevanti hu fis-seklu 8 mill-patri Isidoro Pacensis, biex jindika li s-suldati taħt il-gwida ta' Karlu Martell, kienu għadhom kemm iġġieldu fi Poitiers. Il-battalja kienet tat valur simboliku kbir: l-Oċċident Kristjan idealment rappreżentat mill-Ewropa, li kienet waqqfet l-espansjoni Għarbija; u b'hekk Isidoro għamel użu tal-aġġettiv "Ewropew" biex jattribwixxi identità kollettiva għas-suldati li kienu waqqfu l-invażuri Musulmani. L-Ewropa, għall-ewwel darba, saret politika konkreta u reali bl-imperatur Karlu Manju. Fit-tmiem tat-tmien seklu u l-bidu tad-disa' seklu, wara tmiem ta' madwar tletin sena ta' gwerra kontra l-Lombardi, l-Avari, is-Sassoni u s-Slavi, twieldet entità ġdida fejn ingħaqdu l-qawwa antika ta' Ruma, l-awtorità spirtwali tal-Papa u l-qawwa tal-poplu Ġermaniż. Karlu ffonda l-Ewropa, li b'espressjoni ġeografika saret Imperu kbir li juża l-istess munita, li adotta il-Latin bħala l-lingwa uffiċjali tal-kitba u li għandha reliġjon waħda. Ġeografija Ġeografikament, l-Ewropa hi parti tas-superkontinent tal-Ewrasja. Il-konfini fuq il-Lvant tal-kontinent jibdew mill-muntanji Urali fir-Russja, fejn ikomplu max-xmara Ural u d-depressjoni ta' Kuma-Manych fin-Nofsinhar, li jisseparah mill-Asja. Din il-linja ta' demarkazzjoni kienet definita miz-Zar tar-Russja mill-1730 minn bażi ta' xogħlijiet ġeografiċi tal-Ġermaniż Philip Johan von Strahlenberg. Madankollu, mhux kulħadd jaċċetta din il-konvenzjoni: b'hekk, aktar mix-xmara Ural, anki l-Emba tista' tintuża bħala konfini, u l-quċċati tal-Kawkasu jistgħu jissostitwixxu lix-xmajjar ta' Kuma u Manych. Il-Baħar l-Iswed, il-Bosforu, il-Baħar ta' Marmara u d-Dardanelli jikkonkludu l-konfini mal-Asja. Il-Baħar Mediterran fin-Nofsinhar jissepara l-Ewropa mill-Afrika, waqt li fil-Punent il-konfini hu mill-Oċean Atlantiku, fejn jinkludi lill-Islanda. Għadu mhux konkluż id-dibattitu fuq fejn qiegħed iċ-ċentru ġeografiku tal-Ewropa. Dawn il-fruntieri fuq il-Lvant tal-Ewropa huma biss politiċi, ekonomiċi u kulturi, imma mhux ġeografiċi. B'hekk kien hemm il-bidu ta' diversi interpretazzjonijiet dwar il-konfini Ewropej u allura fuq it-territorju li l-Ewropa hi magħmula minn, fejn jiġu esklużi u inklużi pajjiżi sħaħ. Kważi kull pajjiż Ewropew jagħmlu parti tal-Kunsill tal-Ewropa, barra l-Belarus, il-Vatikan, il-Każakistan u l-Kosovo. L-idea tal-kontinent Ewropew, però, mhijiex aċċettata universalment. Xi żoni ġeografiċi barra mill-Ewropa jiġu riferti mal-kontinent Ewroasjatiku jew jaraw lill-Ewropa bħala sottokontinent, billi mhux kompletament ċirkondat mill-baħar, fejn hu definit aktar bħala żona kulturali milli ġeografika. Fil-passat, din is-sottodiviżjoni kienet mħarsa bħala waħda valida minħabba l-fatt li jissepara t-territorju tal-Kristjani minn dawk non-Kristjani. Pajjiżi fl-Ewropa Referenzi 1 Parti mill-pajjiż tinsab fl-Asja. 2 Ġeografikament fl-Asja, imma kkunsidrat Ewropew għal raġunijiet storiċi u kulturali. Kontinenti
2401
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0ove%20%28pjaneta%29
Ġove (pjaneta)
Ġove hija l-ikbar u l-iżjed pjaneta massiva fis-Sistema Solari kollha; hija għandha madwar 2.5 darbiet il-massa tal-pjaneti l-oħra kollha f'daqqa, u l-kamp manjetiku enormi tagħha għandha effett fuq korpi oħrajn tas-Sistema Solari. Il-pjaneta Ġove hija meqjuma bħala s-sultana tal-pjaneti; mhux ta' b'xejn issemmiet għal missier l-allat Rumani. Struttura u kompożizzjoni Il-pjaneta Ġove hija komposta mill-idroġenu u mill-elju. Għandha atmosfera enormi. Minbarra dan, it-temperaturi huma estremament għolja; dawn tal-aħħar jitilgħu 'l fuq minn 11,000K (10,727 °C/19,340 °F) bi pressa ta' 1,000,000 iżjed minn dik ta' wiċċ l-Art. F'dawn il-kundizzjonijiet l-idroġenu jittrasforma f'metall likwidu, u għalhekk jsir konduttur tajjeb tal-elettriku. Huwa ċ-ċaqliq veloċi ta' dawn ir-reġjuni ta' metall likwidu li jagħmlu l-kamp manjetiku ta' Ġove daqshekk b'saħħtu. Jista' jkun li l-qalba ta' Ġove mhix kbira ħafna u wisq probabbli hija magħmula minn ħadid u silikati. Teleskopji u probi spazjali (space probes) juru l-quċċata tas-sħab ta' Ġove daqs li kieku għandhom żoni ta' disinji ta' faxxi skuri li jikkuntrastjaw ma' oħrajn ċari. Huwa maħsub li ż-żoni tal-ilwien skuri huma r-riżultat ta' sħab tal-ammonju idrosolubbli, waqt li l-partijiet ċari jikkonsistu l-biċċa l-kbira minn kristalli tas-silġ tal-ammonju. Ġove ddur b'ħeffa fuq l-assi tagħha stess f'perjodu rotazzjonali ta' inqas minn 10 sigħat. Din ir-rotazzjoni rapida ġġiegħel 'l dan il-korp ċelesti jespandi xi ftit mill-ekwatur waqt li jiċċattja mir-reġjuni polari. Ġove tarmi darbtejn iżjed sħana milli tirċievi mix-Xemx. Din l-enerġija wisq probabbli hija primordjali mħallija minn meta din il-pjaneta ġganteska fformat madwar 4,600,000,000 sena ilu. Is-sistema kumplessa taċ-ċrieki ta' Ġove ġiet skoperta minn Voyager 1 fl-1979. L-ismijiet tat-tlett iċrieki huma: Halo, iċ-ċirku ewlieni u l-Gossamer. Il-kobor tal-Ponta l-Ħamra L-ikbar karatteristika ta' Ġove hija l-Ponta l-Ħamra, li hija ta' forma ovali u hija anti-ċiklun ta' pressjoni għolja kontinwa--bla waqfien--ilha tiġi osservata tul tliet sekli issa. Il-lonġevità tagħha tista' tkun ir-riżultat tan-nuqqas ta' wiċċ solidu fuq Ġove li kieku kien iwaqqaf l-anti-ċiklun billi jfarrku b'mewġ il-pressa. Il-bordura ta' din il-ponta ddur kontra l-arloġġ f'madwar erba' jew sitt ijiem bi rjieħ interni ta' 100 m/s (200 mph). Il-Ponta l-Ħamra l-Kbira tvarja fid-daqs: fi żmien il-Voyager 1, kienet madwar id-daqs tad-Dinja; kien magħruf li xi darba l-ponta kien fiha madwar 40,000 għal 14.000 km (25,000 għal 70,000 mil). Il-lewn ħamrani tagħha hu kkawżat minn traċċi tal-fosfru. Manjetiżmu u effetti gravitazzjonali Il-kamp manjetiku ta' Ġove huwa qawwi ħafna. Tant li hija xi 20,000 darba ikbar minn dik tal-Art u testendi 'l barra mill-pjaneta u żżomm partiċelli maħruġa mill-vulkani fuq in-naħa ta' ġewwa tal-qamar Ġovjan, Io. Ir-riħ solari jaħbat mal-kamp manjetiku fuq in-naħa tax-Xemx u jiġi mbuttat f'denb manjetiku lura man-naħa opposta. Dan id-denb majetiku jestendi mill-inqas 650,000,000 km (400,000,000 mil), lil hinn mill-orbita ta' Saturnu. Massiv daqshekk, Ġove għandu kamp manjetiku li taffettwa l-kometi u asterojdi li jgħaddu minn ħdejh. Wieħed mill-eventi l-iżjed drammatiċi tal-kamp manjetiku kien dak ta' Lulju tal-1994 meta l-kometa Shoemaker-Levy 9 ġiet imbuttata lura f'24 biċċa, u kull biċċa konsegwentament, ħabtet mal-pjaneta. L-arjiet tal-impatti kienu viżibbli mill-Art anki b'apparat amatorjali. X'aktarx Ġove mbutta ħafna oġġetti ċelesti 'l hinn minnu tul is-snin, b'hekk ipproteġa l-Art u l-pjaneti interni mill-impatti ta' dawn l-istess oġġetti. Huwa wkoll probabbli li ġbid gravitazzjonli bejn Ġove u x-Xemx waqqaf pjaneta oħra milli tifforma f'distanza ta' 3 AU mix-Xemx fejn tinsab il-maġġorparti tal-asterojdi. Qmura ta' Ġove Ġove għandu 63 qamar, u minn tromba normali, l-ikbar erbgħa minnhom jidhru daqs tikkiet ċkejkna tad-dawl. Kien Galileo li osservahom għall-ewwel darba fis-seklu sbatax, u huma magħrufa bħala l-qmura Galileani (Io, Europa, Ganymede u Callisto). Il-qmura ta' Ġove jorbitaw f'erba' gruppi. Barra mill-qmura Galileani, l-oħrajn huma żgħar u b'forom irregolari. Metis, Adrastea, Amalthea u Thebe jorbitaw xi 130,000 u 220,00 km (80,000 u 140,000 mil) miċ-ċentru ta' Ġove. Leda, Himalia, Lysithea u Elara xi 11,000,000 km (68,000,000 mil), waqt li Anake, Carme, Pasiphae, Sinope u S/1999J1 (l-aħħar qamar skoprut fis-sena 1999, li għadu ma ġiex mogħti isem) għandhom orbiti retrogradi madwar 21,000,000 u 25,000,000 km (13,000,000 u 16,000,000 mil). Il-qmura Galileani ġew osservati sew minn vetturi spazjali. Io huwa vulkanament attiv ħafna. Huwa l-eqreb qamar tas-sultan tal-pjaneti. Huwa maħsub li l-qamar Europa għandu wiċċ ta' silġ tal-ilma, madwar 100 km (60 mil) oħxon, li forsi taħtu jinsab ilma likwidu. Ganymede huwa l-ikbar qamar tas-Sistema Solari. Huwa maħsub li nofsu hu magħmul minn blat u n-nofs l-ieħor minn silġ tal-ilma. Callisto huwa mħaffer u magħmul ukoll minn silġ akwatiku, hu mogħtti minn trab metejoritiku. Pjaneti tas-sistema solari
2405
https://mt.wikipedia.org/wiki/Venere%20%28mitolo%C4%A1ija%29
Venere (mitoloġija)
Venere (Latin Venus) li hija figura fil-mitoloġija Rumana, kien fl-oriġini tagħha, l-ispirtu u d-divinità tal-ġonna. Venere kienet ta' oriġini Italika, u ma kinitx tifforma parti mill-panteon Ruman. Qabel kull influwenza Griega, Venere kienet iktar relatata mal-agrikoltura; infatti kienet il-protettriċi tar-raba', għelieqi, tagħhom. B'hekk wieħed jista' jgħid li Venere tappartjeni lid-divinità tan-natura fjurita u tar-rebbiegħa, tipika tal-popolazzjonijiet Italiċi antiki. Il-kult tagħha beda f'Ardea u Lavinium, f'Latium. Fit-18 t'Awwissu, 293 q.K, ġie inawgurat l-eqdem tempju ddedikat lilha. It-18 t'Awwissu kienet ġurnata fejn kien isir festival magħruf bħala Vinalia Rustica. Fl-1 t'April, kienet issir ċelebrazzjoni oħra, il-Veneralja, ad unur Venus Verticordia; it-tempju tagħha inbena fil-114 q.K. Wara t-telfa li ġarrbu r-Rumani fil-Battalja tal-Lag Trasimene fil-215 q.K., inbena tempju fuq il-Kapitol iddedikat lil Venere Erycina. Fit-23 t'April ta' dik is-sena ġie inawgurat it-tempju, u festival magħruf bħala Vinalia Priora beda jinżamm biex tiġi kkomemorata din l-okkażjoni. Wara l-Battalja ta' Farsalo (48 q.K.), Ġulju Ċesare ikkonsagra tempju lil Venere Genitrice (Genetrix). Fir-reliġjon Rumana, Venere ma kellha l-ebda legami ma' miti ta' fertilità u spiċċat ukoll biex sostitwiet anki divinità lokali, fosthom Murcia, Cloacina u Libitina. Wara l-assoċjazjoni ta' Venere ma' Marte, diversi Veneri oħrajn, fosthom il-Venere Felix, il-Venere Victrix, u l-Venere Salacia. Identifikata mal-allat Afrodite fil-mitoloġija Griega, liema identifikazzjoni tidher li oriġinat fi Sqallija nord-orjentali, f'Erice, fejn ir-Rumani kienu jivveneraw lil Venere Ericina. Venere hija wkoll assoċjata ma' Turan, alla Etruskana. Venere f'mitoloġiji oħra Minbarra Turan u Afrodite, jeżistu figuri oħra li possibilment jistgħu jitqabbli ma' Venere. Dwn huma: Tlahuizcalpantecuhtli fil-mitoloġija Azteka Kukulcan fil-mitoloġija Maja Frigg u Freya fil-mitoloġija Nordika Ushas fir-reliġjon Vedic. Etimoloġikament, Venere hija relatata mas-Sanskrit vanas- "sbuħija; xewqat", epitetu ta' Ushas, li jissuġġerixxi xi tip ta' legami Proto-Indo-Ewropew. Venere fl-arti Venere kienet suġġett popolari fil-pitturi u l-iskultura skultura fir-Rinaxximent fl-Ewropa. Il-figura tagħha, meħuda bħala mudell ideali ta' sbuħija, kienet is-suġġett prinċipali ta' numru kbir ta' opri u ta' arti. Bħala figura "klassika", in-nudità kienet meqjusa bħala l-istat naturali tagħha, u għalhekk kien soċjalment aċċettabli li Venere tiġi rappreżentata mingħajr ħwejjeġ. Ċertu grad ta' sbuħija erotika kien ukoll ġustifikat, allura Venere kienet tappella ħafna lill-artisti u l-patruni tagħhom. Maż-żmien, "venere" bdiet tirreferi għar-rappreżentazzjoni artistika ta' mara għarwiena, anki meta ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li s-suġġett kienet l-alla Venere. Pittura Allegorija tat-trijonf ta' Venere ta' Bronzino (1540-1545 ċirka). It-twelid ta' Venere ta' Sandro Botticelli. Marte che spoglia Venere con amorino e cane ta' Paolo Veronese. Marte u Venere sorpiżi minn Vulkan ta' François Boucher (1754) Venere u Amore spijati minn satir ta' Correggio (1528 ċirka). Venere e amorini di Salvador Dalí (1925). Venere u Kupidu ta' Diego Velazquez. Venere u Marte ta' Sandro Botticelli. Venere u Ġove ta' Paolo Veronese. Skultura Venere ta' Milo Referenzi Ħoloq esterni Divinità Rumani
2407
https://mt.wikipedia.org/wiki/Vulkan%20%28di%C5%BCambigwazzjoni%29
Vulkan (diżambigwazzjoni)
Vulkan jista' jirreferi għal: Vulkan - Riljev iffurmat minn masses interni ta' Art tikwi. Vulcano - Gżira tal-Baħar Tirren. Vulkan - Vulkan tal-Gżira Vulkan. Vulkan - Figura tal-mitoloġija Rumana, alla tan-nar. Vulkan - Pjaneta immaġinarja tas-serje TV ta' fantaxjenza Star Trek Vulkan - Pjaneta ipotetika tas-sistema Solari
2409
https://mt.wikipedia.org/wiki/Imperu%20Kushan
Imperu Kushan
L-Imperu Kushan (ċ. Seklu I–Seklu III) kien stat li fl-aqwa tiegħu, bejn l-105–250, kien jifrex minn Tajikistan sal-Baħar Kaspjan sa l-Afganistan u l-isfel fil-wied tax-Xmara Ganges. L-imperu inħoloq mit-tribù Kushan ta' lYuezhi, li kien poplu mill-Xinjiang moderna, Ċina, possibilment relatat mat-Tocharians. Kellhom kuntatti diplomatiċi ma' Ruma, Persja Sassanja u Ċina, u għal ħafna sekli kienu fiċ-ċentru ta' skambji bejn il-Lvant u l-Punent. Oriġini L-isem Kushan ġej mill-kelma Ċiniża Guishuang (Ċ:貴霜) li kienet tiddiskrivi wieħed mill-ħames tribujiet ta' l-Yuezhi (Ċ:月氏), konfederazzjoni laxka ta' popli Indo-Ewropej li jitkellmu verżjonijiet tal-lingwa Tocharian. Kienu l-Indo-Ewropej li joqgħodu l-iktar fil-Lvant, li kienu jgħixu fil-Baċir Tarim fil-Xinjiang tal-lum il-ġurnata, sakemm ġew imkeċċija lejn il-Punent mill-Xiongnu fil176–160 q.K. Il-ħames tribujiet Yuezhi huma magħrufa fl-istorja Ċiniża bħala Xiūmì (Ch:休密), Guishuang (Ch:貴霜), Shuangmi (Ch:雙靡), Xidun (Ch:肸頓), u Dūmì (Ch:都密). Il-Yuezhi waslu fir-renju Ellenistiku ta' Greco-Bactria, fit-territorju Bactrian (Afganistan u Uzbekistan ta' fuq) fil-135 q.K ċirka, u rrimpjazzaw id-dinastiji Griegi t'hemmhekk, li mxew fil-baċir Indus (illum fil-Pakistan) fil-parti tal-punent tar-Renju Indo-Grieg. Waqa' Mis-Seklu III 'l quddiem, l-Imperu Kushan beda jitfarrak. Ċirka il-225, Vasudeva I miet u l-Imperu Kushan ġie maqsum f'żewġ partijiet, dak tal-lvant u dak tal-punent. Bejn il-224–240, is-Sasanians invadew Bactria u l-Indja ta' Fuq, fejn huma magħrufa bħala l-Indo-Sassanians. Għall-ħabta tal-270, il-Kushani tilfu t-territorji tagħhom fil-pjanura tal-Ganges, fejn ġie stabbilit l-Imperu Gupta ċirka 320. F'nofs is-Seklu IV vassal Kushan fil-Pakistan, bl-isema ta' Kidara, ħa l-poter u kisser id-dinastija antika tal-Kushan. Huwa ħoloq renju magħruf bħala r-Renju Kidarite, avolja hu probabilment kien jikkunsidra lilu nnifsu bħala Kushan, kif inhu indikat bl-istil Kushan li adotta għall-muniti tiegħu. Il-Kidariti jidru li kienu pjuttost prosperużi, għalkemm fuq skala iżgħat mill-predeċessuri Kushani tagħhom. Il-fdalijiet ta' l-Imperu Kushan kienu eventwalment imwarrba fis-Seklu V bl-invażjonijiet tal-White Huns, u iktar 'il quddiem bl-espansjoni ta' l-Iżlam. Sovrani Kushan prinċipali Heraios (ċ. 1 – 30), l-ewwel sovran Kushan; jeżistu xi disputi rigward id-dati ta' ħakma Kujula Kadphises (ċ. 30 – ċ. 80) Vima Takto, (ċ. 80 – ċ. 105) alias Soter Megas jew "Salvatur Kbir" Vima Kadphises (ċ. 105 – ċ. 127) l-ewwel imperatur kbir Kushan Kanishka I (127 – ċ. 147) Vāsishka (ċ. 151 – ċ. 155) Huvishka (ċ. 155 – ċ. 187) Vasudeva I (ċ. 191 – 225), l-aħħar imperatur kbir Kushan Kanishka II (ċ. 226 – 240) Vashishka (ċ. 240 – 250) Kanishka III (ċ. 255 – 275) Vasudeva II (ċ. 290 – 310) Chhu (ċ. 310? – 325?) Shaka I (ċ. 325 – 345) Kipunada (ċ. 350 – 375) Links esterni Metropolitan Museum capsule history New documents help fix controversial Kushan dating Antique Indian Coins Brief Guide to Kushan History Referenzi Falk, Harry. 2001. “The yuga of Sphujiddhvaja and the era of the Kuşâņas.” Silk Road Art and Archaeology VII, pp. 121–136. Foucher, M. A. 1901. "Notes sur la geographie ancienne du Gandhâra (commentaire à un chaptaire de Hiuen-Tsang)." BEFEO No. 4, Oct. 1901, pp. 322–369. Hargreaves, H. (1910–11): "Excavations at Shāh-jī-kī Dhērī"; Archaeological Survey of India, 1910–11, pp. 25–32. Harmatta, János, ed., 1994. History of civilizations of Central Asia, Volume II. The development of sedentary and nomadic civilizations: 700 B.C. to A.D. 250. Paris, UNESCO Publishing. Hill, John E. 2004. The Western Regions according to the Hou Hanshu. Draft annotated English translation. Hill, John E. 2004. The Peoples of the West from the Weilue 魏略 by Yu Huan 魚豢: A Third Century Chinese Account Composed between 239 and 265 CE. Draft annotated English translation. Konow, Sten. Editor. 1929. Kharoshthī Inscriptions with Exception of those of Asoka. Corpus Inscriptionum Indicarum, Vol. II, Part I. Reprint: Indological Book House, Varanasi, 1969. Litvinsky, B. A., ed., 1996. History of civilizations of Central Asia, Volume III. The crossroads of civilizations: A.D. 250 to 750. Paris, UNESCO Publishing. Liu, Xinru 2001 “Migration and Settlement of the Yuezhi-Kushan: Interaction and Interdependence of Nomadic and Sedentary Societies.” Journal of World History, Volume 12, No. 2, Fall 2001. University of Hawaii Press, pp. 261–292. . Sarianidi, Victor. 1985. The Golden Hoard of Bactria: From the Tillya-tepe Excavations in Northern Afghanistan. Harry N. Abrams, New York. Spooner, D. B. 1908–9. "Excavations at Shāh-jī-kī Dhērī."; Archaeological Survey of India, 1908–9, pp. 38–59. Watson, Burton. Trans. 1961. Records of the Grand Historian of China: Translated from the Shih chi of Ssu-ma Ch'ien. Chapter 123: The Account of Ta-yüan, p. 265. Columbia University Press. ISBN 0-231-08167-7 Imperu Kushan Imperi Indjani storiċi Imperi
2430
https://mt.wikipedia.org/wiki/Norman%20Lowell
Norman Lowell
Norman Lowell (Pietà, 29 ta' Ġunju 1946) huwa l-fundatur tal-moviment politiku Malti, Imperium Europa, liema moviment ġie fundat fl-2000. Imperium Europa jħaddan politika liberali li taċetta l-kulhadd Lowell ikkontesta l-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fit-12 ta' Ġunju, 2004, fejn ġab 1,603 vot mal-ewwel għadd. Riċentement, Lowell kien involut f'kampanji kontra l-immigrazzjoni ilegali li qed tiffaċja Malta, kif ukoll f'kampanja favur il-libertà tal-kelma u l-espressjoni. Fit-30 ta' Ġunju, 2005 huwa ġie akkużat b'instigazzjoni ta' mibgħeda razzjali u razziżmu minħabba l-viżjoni politika tiegħu, wara xi intervisti li dehru fis-sit Malti ta' satira politika, Maltafly. Norman Lowell huwa bankier kwalifikat, espert tal-arti marzjali (huwa l-fundatur ta' Ch'uan Shu f'Malta) kif ukoll pittur fl-istil Dionysian action painting. Lowell kiteb ukoll żewġ kotba li jitrattaw l-ideali politiċi tiegħu. Dawn huma Credo - a book for the very few u Imperium Europa - a book that changed the world. Referenzi Ħoloq esterni Sit uffiċjali ta' Imperium Europa Forum ta' VivaMalta.org, moviment nazzjonalist/patrijott affiljat ma' Imperium Europa Twieldu fl-1946 Nies ħajjin Politiċi Maltin Kittieba Maltin bl-Ingliż
2431
https://mt.wikipedia.org/wiki/Imperium%20Europa
Imperium Europa
Imperium Europa (bil-Malti: Imperu Ewropew) huwa moviment politiku Malti li twaqqaf minn Norman Lowell fis-sena 2000. Fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2004, Lowell ikkontesta bħala l-uniku kandidat ta' dan il-moviment u rnexxielu jġib 1,600 vot mal-ewwel għadd u eluf oħra għat-tieni preferenza. Imperium Europa iħaddan politika leminija radikali u huwa favur l-għaqda tal-kontinent u l-ġens Ewropew taħt bandiera waħda u imperu wieħed maqsum f'diversi reġjunijiet li kollha jiffurmaw Ewropa waħda. Il-moviment jemmen ukoll li r-razez jeżistu u li dawn huma distinti minn xulxin. Għaldaqstant, il-moviment bħalissa għaddej b'kampanja kontra l-mewġa ta' immigrazzjoni illegali mill-Afrika li qed taħkem lill-Ewropa u b'mod speċjali lil Malta. Il-motto ta' Imperium Europa huwa Magna Europa est Patria Nostra! (Ewropa akbar [magħquda] hija artna), u jħaddnu wkoll messaġġi ta' patrijottiżmu Viva din l-art ħelwa. Viva Malta. Viva Ġensna. Ħoloq esterni Sit uffiċjali VivaMalta.org, sit affiljat ma' Imperium Europa Partiti politiċi ta' Malta
2440
https://mt.wikipedia.org/wiki/Frankin%C4%8Bens
Frankinċens
Il-frankinċens huwa reżina aromatika miksub mis-siġra Boswellia thurifera jew B. sacra li meta tinħaraq tirrilaxxa l-inċens. Spiss "frankinċens" u "inċens" jintużaw bħala sinonomi. Il-frankinċens (l-isem jirreferi għall-preminenza bħala inċens veru jew frank) huwa magħruf ukoll bħala libien, kelma li ġejja mill-Għarbi al-lubán ("il-ħalib"), bħala referenza għas-sustanza mħallta estratta mis-siġra tal-libien. Il-frankinċens kien jintuża ħafna fir-riti reliġjużi. Skont il-Vanġelu ta' Mattew 2:11, id-deheb, il-frankinċens u l-mirra kienu t-tliet rigali li s-Slaten Maġi ġabu lil Ġesù mil-Lvant. L-iżvilupp tal-Kristjaneżmu ħonoq is-suq tal-frankinċens fis-seklu 4 W.K., id-deżertifikazzjoni għamlet ir-rotot tal-karovana li kienu jgħaddu minn Rub al Khali jew il-"Kwartier Vojt" tal-Arabja iktar diffiċli, u żdied il-ħtif min-nomadi Partiċi fil-Lvant Qarib; dawn il-fatturi kollha flimkien għenu biex nixxfu s-suq tal-frankinċens wara t-300 W.K. Jingħad li l-Imperatur Ruman Neruni ħaraq ħażna ta' sena ta' frankinċens li kien intiż għall-belt ta' Ruma fil-funeral ta' martu, Poppaea. Il-belt mitlufa ta' Ubar, xi drabi identifikata ma' Irem, f'dak li hu l-Oman illum il-ġurnata, huwa mifhum li kienet ċentru tas-swieq ta' frankinċens tul it-"Triq tal-Inċens' li reġgħet ġiet skoperta reċentement. Ubar kienet ġiet skoperta fil-bidu tas-snin 90 tas-seklu 20 u attwalment hija sit arkeoloġiku skavat. Artikli On the Frankincense Trail- Smithsonian Magazine October 1998. Frankincense Bible References- odu.edu. Atlantis of the Sands- Archaeology Magazine May/June 1997. Spices Exotic Flavors and Medicines- UCLA Louise M. Darling Biomedical Library Spice Exhibit Frankincense and Myrrh 2002. Iktar qari The Road to Ubar: Finding the Atlantis of the Sands by Clapp Nicholas ISBN 0-395-95786-9 (1999). Frankincense & Myrrh: A Study of the Arabian Incense Trade - Groom, Nigel ISBN 0-86685-593-9 (1981). Gold, Frankincense, and Myrrh: An Introduction to Eastern Christian Spirituality - Maloney George A ISBN 0-8245-1616-8 (1997). Frankincense & Myrrh : Through the Ages, and a complete guide to their use in herbalism & aromatherapytoday - Watt, Martin & Sellar, Wanda ISBN 0-85207-306-2 (2004). Ħoloq esterni UNESCO-UNESCO Frankincense Trail Dhofar Province, Oman. Trade Between Arabia and the Empires of Rome and Asia-Metropolitan Museum of Art. Lost City of Arabia Interview with Dr. Juris Zarins-Nova September 1996. Pictures of Ubar-NASA August 3, 1995. Referenzi Pjanti
2442
https://mt.wikipedia.org/wiki/Etimolo%C4%A1ija
Etimoloġija
Etimoloġija hija fergħa tal-lingwistika storika dwar l-oriġni jew it-tnissil u l-iżvilupp tal-kliem, kif ukoll dwar it-tqabbil bejn kliem li jixtiebah jew aħjar kliem-qarib f'ilsna differenti. Hawnhekk "kelma-qariba" (plural "kliem-qarib" u "kelmiet-qarib") qed tittieħed bħala l-ekwivalenti ta' dik li fl-Ingliż tissejjaħ cognate (word). F'dak li għandu x'jaqsam mal-lingwistika, l-etimoloġija tqarreb ferm is-Semantika u l-Fonoloġija. Tant hu hekk, li qabel ma ġew żviluppati r-regoli tal-Fonetika, ma kellniex mezz xjentifiku jew sistematiku kif nittraċċaw it-tnissil tal-kliem. Eżempji etimoloġiċi fl-ilsien Malti ballu (minn ballo fit-Taljan) ballerin (minn ballerino fit-Taljan) balè (minn ballet fil-Franċiż) ħila (minn ħīla, ħajl fl-Għarbi) orrajt (minn all right fl-Ingliż) pitazz (minn pitazzu fl-Isqalli Komuni) fisser (minn fassara fl-Għarbi)
2445
https://mt.wikipedia.org/wiki/Nettunu%20%28mitolo%C4%A1ija%29
Nettunu (mitoloġija)
Fil-mitoloġija Rumana, Nettunu kien l-alla ta' l-ilma ġieri u eventwalment sar l-alla tal-baħar, iben Saturnu u ħu Ġove u Plutone. Ħafna drabi jiġi identifikat ma' l-alla tal-mitoloġija Griega, Posejdon. Kien jiġi onorat kull 23 ta' Lulju, b'festività magħrufha bħala Nettunalja, li eventwalment ingħaqdu magħha il-ludi Neptunalia (III sek. Q.K.). Il-festa tiegħu ilha tinżamm minn data remota ħafna, tant illi xi narraturi kienu jaħsbu li Nettunu kien divinità ta' oriġini Etruska. Divinità Rumani
2446
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0ove%20%28mitolo%C4%A1ija%29
Ġove (mitoloġija)
Ġove huwa figura tal-mitoloġija Rumana u kien l-alla tas-sema ta' l-Italja, u kien personalizzat bil-wasla ta' l-Etruski f'Ruma. Ismu ġej mill-italjanizzazzjoni ta' Iove ablativ ta' Iuppiter (fil-mitoloġija Griega huwa l-ekwivalenti ta' Żews). Flimkien ma' Ġunone u Minerva, Ġove kien jifforma parti mit-triju ta' divinità l-kbar, u għalihom, ir-Rumani bnew tempju fuq il-Campidoglio. B'hekk twieled f'Ruma l-kult ta' Ġove Ottimo Massimo, f'liema tempju kienu jmorru l-ġenerali waqt it-trijonf tagħhom. Ġove kien: alla tad-Dawl, Lucetius dak li jagħti t-telfa, Stator, u r-rebħ dak li jgħaqqad il-komunità, Feretrio. B'dan il-mod, kien il-protettur fi żmien il-gwerra u dak li kien jiggarantixxi il-benessere fi żminijiet ta' paċi. Iżżewweġ lil Ġunone, u kellhom tlitt itfal. Anki Ġove, bħal parti l-kbira tad-divinità Rumani, m'għandux mitoloġija propja u ġie assimilat ma' Żeus tal-mitloġija Griega, fejn ġie anki assoċjat ma' leġġendi li il-veru Ġove Ruman qatt ma ħa sehem fihom. Ġove normalment jiġi rraffigurat bħala raġel imdaħħal fiż-żmien, bi spallejn wesgħin u b'daqna folta. Ġove fl-arti Pittura L-oriġini tal-Via Lattea ta' Pieter Paul Rubens (1636-1638) L-oriġini tal-Via Lattea ta' Tintoretto Venere u Ġove ta' Paolo Veronese Ġove u Ġunone ta' Agostino Carracci Referenzi Ħoloq esterni Divinità Rumani
2448
https://mt.wikipedia.org/wiki/Gudja
Gudja
Il-Gudja hu raħal żgħir f'Malta b'popolazzjoni ta' madwar 3,050 ruħ. Ir-raħal jinsab fuq għolja ċkejkna fix-xlokk tal-Belt Valletta, u jinsab fuq ir-riħ tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Fit-truf tar-raħal jinsab il-Palazz ta' Bettina, palazz li joffri pajżaġġi sbieħ, u li, fost l-ohrajn, serva ta' akkomodazzjoni lill-kantanta kontemporanea Madonna, meta din kienet f'Malta. Il-Knisja Parrokkjali hi ddedikata lill-Assunzjoni tal-Verġni Marija; Fil-Gudja nsibu wkoll il-kappella medjuevali ta' Bir Miftuħ, li nbniet mal-500 sena ilu. Bliet ta' Malta
2449
https://mt.wikipedia.org/wiki/G%C5%BCira%20%28lokalit%C3%A0%29
Gżira (lokalità)
Il-Gżira hija raħal fir-reġjun ċentrali ta' Malta li tinsab bejn Tas-Sliema u l-Imsida, u qrib Ta' Xbiex. Il-popolazzjoni tal-Gżira hija ta' 8,029 skont l-aħħar statistika ta' Marzu tal-2014. L-isem ta' din il-lokalità ġej mill-gżira msemmija għall-Gran Mastru António Manoel de Vilhena. Ix-xatt tal-Gżira għandu veduti tal-Belt Valletta mdawra bis-swar li joħolqu sfond għall-Gżira Manoel, il-marina u l-ġnien pubbliku. Storja tal-belt F'nofs is-seklu 19 inbniet villa fil-Gżira mill-Kavallier Jacob Tagliaferro. Bil-mod il-Gżira bdiet tiżviluppa f'subborg tal-klassi tal-ħaddiema f'Tas-Sliema. Sas-snin sebgħin, il-Gżira kellha ħafna bars, partikolarment is-Snake Pit, il-Britannia u l-Granada fil-viċinanza tax-Xatt, liema attività ekonomika ntemmet meta l-Forzi Armati Ingliżi telqu minn Malta fil-31 ta' Marzu 1979. Mal-qalba tas-seklu 21, il-Gżira rat boom tal-proprjetà immobbli, u bini ġdid, l-aktar appartamenti, jissostitwixxu l-bini l-antik. Il-Gżira illum tospita komunità ta' negozji f'lukandi, ristoranti, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji legali, kumpaniji tal-imħatri onlajn, proprjetà immobbli u uffiċċji qalb għad ta' residenti Maltin u ta' diversi entitajiet oħra. Il-Gżira hija magħrufa bħala belt pjuttost multikulturali, bi gruppi ta' immigranti stabbiliti u integrati sew. Ir-raġuni ewlenija għall-popolarità ta' din il-belt hija li tinsab f'naħa pjuttost ċentrali ta' Malta, viċin sew tal-Università ta' Malta kif ukoll tal-belt kapitali, Valletta. Fil-Gżira hemm it-triq D'Argens li bis-saħħa tagħha beda l-iżvillupp f'Tas-Sliema u San Ġiljan. L-attivitajiet ewlenin tal-Gżira jinkludu industriji tas-servizzi, ħwienet kummerċjali u servizzi edukattivi. Il-kumpanija internazzjonali tal-imħatri Tipbet għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Triq Sir William Reid u t-Teatru Orpheum jinsab ukoll fil-Gżira. L-iżvilupp li seħħ fil-bidu tas-seklu 21 ħa post numru ta' djar quddiem il-baħar u l-karattru li kellha l-belt qabel inbidel sew. Xhieda ta' dan huma l-faċċati tradizzjonalment Maltin li għadek issib fil-qalba tal-Gżira. Dan jidher sew f'għad ta' gallariji tal-injam u gallariji oħra maħdumin bil-ħadid fundut. Ir-rata tal-kriminalità fil-Gżira hija relattivament baxxa, u din il-belt hija ġeneralment sigura daqs il-bqija ta' Malta u Għawdex. Il-popolazzjoni tal-Gżira kienet pjuttost stabbli matul dawn l-aħħar snin. F'Marzu tal-2014 kien hemm 8,029 persuna jgħixu fil-Gżira. Il-Knisja Parrokkjali Il-knisja parrokkjali tal-Gżira hija ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Il-festa annwali tagħha tiġi ċċelebrata fit-tieni Ħadd ta 'Lulju. Il-knisja parrokkjali tal-Gżira hija magħrufa lokalment bħala tal-Ġebla. Dan b'referenza għal inċident li seħħ fil-qrib fl-10 ta' Lulju 1902. Tliet baħrin Brittaniċi fis-sakra, William Walls, Charles Thurbull u John Packhun, riedu jidħlu f'bar, li dak il-ħin kien magħluq. Meta Karmnu Brincat, is-sid tal-bar, irrifjuta li jiftaħ, il-baħrin bdew jitfgħu l-ġebel lejn il-post. Waħda minn dawn il-ġebel laqat niċċa żgħira b'ritratt tal-Madonna tal-Karmnu li kien hemm barra l-bar. Il-ġebla kissret il-ħġieġa tal-qafas, iżda ma għamlitx kuntatt mar-ritratt innifsu, li baqa‘ intatt. Minkejja r-riħ, il-ġebla baqgħet imwaħħla fil-ħġieġ imkisser. Il-ġebla tneħħiet minn Rev. Anton Manché u ttieħdet fil-Knisja Parrokkjali ta' Stella Maris f'Tas-Sliema, fejn il-kappillan kien ir-Rev. Francis Vincent Manché, ħu Anton. Sar talb u servizzi għar-riparazzjoni għal tlett ijiem u wara Dun Anton Anton Manché rnexxielu jwaqqaf kappella żgħira fil-Gżira fejn ittieħed dan l-inkatru kemm imsejjaħ tal-Madonna tal-Ġebla. Il-qafas, il-ħġieġ imkisser u l-ġebla li ntefgħet fuq ir-ritratt tal-Madonna ġew ippreservati u għadhom esebiti f'din il-knisja sal-lum. Fis-7 ta' Lulju 1913 l-Isqof Pietro Pace ddikjara l-kappella bħala viċi-parroċċa. Fil-15 ta' Mejju 1921, l-Isqof Mauro Caruana ddikjara l-kappella bħala parroċċa. Dun Anton Manché kien l-ewwel kappillan u taħt id-direzzjoni tiegħu bejn l-1921 u l-1935 inbniet il-knisja parrokkjali eżistenti. It-tieni kappillan fl-istorja tal-parroċċa tal-Gżira kien Dun Carlo Manché. Sar kappillan tal-Gżira fit-12 ta' Marzu 1935 u dam jokkupa din il-kariga sal-mewtiu fit-18 ta' Novembru 1950. Bliet tewmin Il-Gżira hija ġemellata ma' Glyfada fil-Greċja u Wałbrzych fil-Polonja. Żoni fil-Gżira Il-qalba tal-belt - madwar il-knisja parrokjali Ix-xatt L-Empire Stadium - grawnd tal-futbol abbandunat sa minn madwar l-1980 Gnien il-Kunsill tal-Ewropa Il-Marina tal-Gżira Manoel Island Referenzi Bliet ta' Malta
2451
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A6amrun
Ħamrun
Il-Ħamrun hi lokalità mdaqqsa fiż-żona magħrufa bħala "ta' barra il-Port". Il-popolazzjoni tal-Ħamrun kienet diġa kbira hafna meta sar l-ewwel ċensiment fl-1931, meta l-popolazzjoni kienet tlahhaq il-21,580. Il-popolazzjoni lahqet il-quċċata tagħha wara l-gwerra (it-tieni gwerra dinija) fil-1948, dik ta` 27,124. Minn dak iż-żmien il'hawn in-nies bdiet ħierga mill-Ħamrun b'rata sostanzjali u fl-aħħar statistika tal-2005 il-popolazzjoni tal-Ħamrun kienet niżlet għal 10,859. Il-laqam tan-nies tal-lokal hu dak Tas-Sikkina; din hija lokalita` b'attività kummerċjali elevata ħafna, rinomat għall-ħwienet tal-għamara u tal-ħwejjeġ. Hawnhekk twieled ukoll il-poeta Mario Azzopardi, hi l-lokalità tal-President Emeritu Guido de Marco u għal ħafna snin għex il-qaddis Malti San Ġorġ Preca li kien iqaddes il-quddies fil-knisja ta' San Gejtanu. Il-Ħamrun ghandu wkoll it-tim tal-futbol, 'Ħamrun Spartans'. Fl-istaġun 2007-08 lagħab fil-Premier League, wara li rebaħ il-kampjonat ta' l-Ewwel Diviżjoni ta'l-2006-07. Il-Parroċċi Il-Ħamrun huwa maqsum f'żewg parroċċi. L-ikbar u l-eqdem hija dik ta` San Gejtanu, mwaqqfa fl-1875. Fl-1968 giet imwaqqfa wkoll il-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Dawn il-parroċċi għandhom fi ħdanhom diversi attivitajiet u għaqdiet. Fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni giet introdotta għall-ewwel darba f'Malta il-Mixja Neokatekumenali, mnejn xterdet ghal 26 parroċċa ohra. Fil-Ħamrun hemm madwar tlettax-il komunità Neokatekumenali f'żewġ parroċċi,dik tal-Immakulata Kunċizzjoni u ta' San Gejtanu. Tagħlim Il-Ħamrun u l-madwar huma magħrufin bħala ċentru ta` edukazzjoni fejn hemm numru kbir ta skejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji, vokazzjonali, privati u tal-Knisja. Bliet ta' Malta
2452
https://mt.wikipedia.org/wiki/L-Iklin
L-Iklin
L-Iklin huwa raħal fir-Reġjun Ċentrali ta' Malta, b'popolazzjoni ta' 3,247 ruħ fl-2021. Storja Fl-1967, instab tempju Neolitiku fil-villaġġ. L-Iklin ġie stabbilit f'nofs is-seklu 20 iżda siti arkeoloġiċi u kappella Medjevali, il-Kappella San Mikiel, juru li dan il-villaġġ għandu storja ferm eqdem minn dak li forsi jidher mal-ewwel daqqa t'għajn. Sa ftit żmien ilu, dan ir-raħal kien jifforma parti minn Ħal-Lija. Viċin insibu l-irħula ta' Għargħur, San Ġwann, Birkirkara, Balzan, Lija u Naxxar. L-Iklin huwa maqsum f'żoni żgħar bħall-Iklin fuq il-bypass ta' Birkirkara u l-Iklin ta' Fuq. Id-djar tal-Iklin t'Isfel huma mibnija maġenb xulxin, u jikkonsistu f'vilel u maisonettes, iżda reċentement ġew mibnija wkoll xi appartamenti. Fl-Iklin ta' Fuq insibu art fuq għoljiet qrib in-Naxxar. Iż-żewġ naħat għandhom inkomuni d-disinn strutturali tal-lokal u jgawdu minn ambjent kwiet u sabiħ biex wieħed jgħix fih. Etimoloġija L-isem Iklin ġej mill-ħaxixa Rosmarinus Officinalis, magħruf bħala l-Iklin bil-Malti. Il-wied li fih kienu jikbru dawn il-ħwawar issa nbena.L-Istemma araldika turi tarka fuq sfond blu b'San Mikiel fiċ-ċentru u s-sitt ward ta' L-Iklin madwaru. Storja Sit Megalitiku Sit megalitiku, x'aktarx fdalijiet ta' tempju, ġie skopert fl-1967 minn grupp ta' żgħażagħ ta' Din l-Art Ħelwa mill-Kulleġġ ta' San Alwiġi. Sfortunatament, dan is-sit qatt ma ġie mistħarreġ jew studjat serjament. It-tieni sit megalitiku ġie studjat fl-1986 waqt xogħlijiet fuq il-Birkirkara By-Pass, fiż-żona magħrufa bħala Tar-Raddiena. Żewġ megalitiċi kbar u ftit oħrajn iżgħar għadhom jidhru (għalkemm spiss injorati) f'din it-triq. Il-fdalijiet kienu datati ghal Żmien il-Bronż permezz ta' biċċiet tal-fuħħar misjuba waqt it-tħaffir. Il-pedamenti ta Villa Rumana ġew skavati fl-1975 meta dawn instabu waqt li kien qed isir xi xogħol ta' kostruzzjoni. Is-sit kellu Importanza storika unika iżda nqered ftit wara li nstab meta pproċeda l-iżvilupp tal-proprjetà biex tinbena djar. Jistgħu jinstabu diversi referenzi relatati ma' dawn is-siti preistoriċi f'dokumenti miktuba mill-arkeoloġista Malti, Anthony Bonanno. Huwa ġeneralment maħsub li aktar fdalijiet għad iridu jinstabu f'din iż-żona u il-madwar. Kappella l-qadima Fis-seklu 15, inbniet kappella ddedikata lil San Mikiel fil-post li llum nagħfuh bħala l-Iklin. Pietro Dusina żar il-kappella matul iż-Żjara Appostolika tiegħu fl-1575, u ddeskriviha bħala binja li tinsab fi stat ħażin. Il-kappella reġgħet inbniet fl-1615 minn Gilormu Agius. Illum hija miftuħa darba fis-sena għall-festa ta' San Mikiel, li tiġi ċċelebrata l-Ħadd qabel id-29 ta' Settembru. Din tiġi orġanizzata mill-grupp tal-logħob tan-nar ta' Ħal-Lija. L-ewwel dar residenzjali mibnija apposta f'Iklin kienet Dar il-Lewża, li nbniet fl-1954. Din sofriet impatt strutturali serju kif deskritt fl-2012, u twaqqgħet fl-2018. Numru ta' vilel inbnew fis-sittinijiet u fil-bidu tas-sebgħinijiet, u l-iżvilupp żdied b'mod mgħaġġel bejn l-aħħar tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet. Żona Pastorali u Parroċċa Fil-15 ta' Awwissu 1995, il-Kanonku Karm Aquilina nħatar mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca bħala responsabbli mill-parroċċa taż-żona tal-Iklin, bil-mandat li jibni Ċentru Pastorali ġdid.Fis-16 ta' Gunju 2000 sar it-Tberik u t-Tqegħid tal-ewwel ġebla ta' dan iċ-Ċentru ġdid mill-Arċisqof Mons. Gużeppi Mercieca. Fid-19 ta' Marzu 2002, l-istess Arċisqof fetaħ uffiċjalment dan iċ-Ċentru li jikkonsisti fi knisja mdaqqsa, kmamar ghat-tagħlim tad-duttrina, sala ghal laqgħat ta' kull xorta, ċentru għaż-żgħażagħ u l-uffiċċju parrokkjali. Fil-15 ta' Frar 2003 l-Iklin ġie ddikjarat Żona Pastorali Awtonoma bil-fakultajiet u l-obbligi kollha ta' Parroċċa. Dakinhar il-Kanonku Karm Aquilina ħa r-riedni f'idejh bħala Rettur taz-Zona, bl-obbligi kollha ta' Kappillan. Fid-19 ta' Marzu 2005, l-Iklin ġie ddikjarat Parroċċa taħt it-titlu tal-Familja Mqaddsa u l-Kanonku Karm Aquilina nħatar l-ewwel Kappillan tal-komunità tal-Iklin. Knisja Parrokkjali Il-Knisja Parrokkjali tal-Familja Mqaddsa, li tinsab f'Pjazza Ninu Cremona, isservi bħala l-knisja ewlenija f'din il-lokalità żgħira. . Jekk trid iżżur din il-knisja b'mod virtwali għafas hawn. Kunsill Lokali Iklin kellu l-ewwel kunsill lokali fl-1994. Il-Kunsill Lokali ta' l-Iklin huwa magħmul minn: Sindku: Dr Dorian Sciberras LL.D Vici Sindku: Mrs Yvonne Bartolo Kunsilliera:  Ms Bernice Farrugia                     Mr Emanuel Zammit                     Mr Godwin Catania Segretarju: Mr Etienne Montfort Sport Il-Lija/Iklin Football Nursery qed tikseb popolarita fix-xena sportiva lokali. Inawgurata fl-2002, din l-assoċjazzjoni kienet ko-fundata minn Lija u Iklin bħala nursery ta' taħriġ biex eventwalment jittrawmu plejers b'talent li jibdew jilghabu mal-Lija Athletic Football Club. Il-ħtieġa għal faċilitajiet sportivi tkompli tinħass f'din il-lokalità. Siti Mportanti Kunsill Lokali Iklin Referenzi Bliet ta' Malta
2454
https://mt.wikipedia.org/wiki/Plutone%20%28mitolo%C4%A1ija%29
Plutone (mitoloġija)
Fil-mitoloġija Rumana, Plutone (jew Plutun, bil-Latin Pluto, bil-Grieg Antik Πλούτων Plouton) kien l-alla tad-Dinja ta' Taħt. L-ekwivalenti tiegħu fil-mitoloġija Griega kien Ħajdes(Ἅιδης/ᾍδης, Hāidēs), għalkemm Plutone kien inqas aħrax. L-isem sikwit jiġi konfuż ma' diak ta' Pluto (bil-Grieg antik Πλοῦτος Ploutos), l-alla Grieg tal-Ġid. Il-mit [[Stampa: Virgil Solis - Orpheus Pluto.jpg|thumb|Orfew quddiem Plutone u Proserpina. Inċiżjoni ta' Virgil Solis għal ''Il-metamorfożi ta' Ovidju, Ktieb X, 11-52.]] Pluto kien bin Saturnu u Opi u żewġ Proserpina, li ħataf biex jiżżewiġha. Omm Proserpina, Cerere, kienet tant milquta li ġiegħlet li ssir ix-xitwa. Il-palazz tiegħu jinsab f'nofs it-Tartaru, fejn bħala sovran jikkmanda l-istat tiegħu u jiddetta l-liġijiet inflessibbli tiegħu. Is-suġġetti tiegħu, dellijiet ħfief u kważi kollha miżerabbli, huma numerużi daqs il-mewġ tal-baħar u l-istilel tas-sema: dawk kollha li l-mewt taħsad mill-wiċċ tad-dinja jaqgħu taħt ix-xettru ta' dan l-alla jew issiru l-priża tiegħu. Mill-jum li ħa s-setgħa f'idejh, ħadd mill-ministri tiegħu qatt kiser l-ordnijiet tiegħu u l-ebda wieħed mis-suġġetti tiegħu qatt ipprova jirbella. Mit-tliet allat sovrani li jikkontrollaw id-dinja, hu biss qatt ma kellu biża' ta' insubordinazzjoni jew diżubbidjenza u l-awroritàa tiegħu hi rikonoxxuta universalment. Il-kult It-tmienja magħżulin <includeonly> Ir-Rumani bdew Pluto mhux biss fost l-allat tnax kbir iżda wkoll fost it-tmien allat magħżula, huma kienu l-uniċi li kienu permessi biex jirrappreżentaw fil-deheb, fidda u avorju. F'Ruma kien hemm qassisin awtur i ddedikata biss għal Pluto. Biss kienu sagrifikati, u l Hades Griegi, vittmi skur u dejjem fin-numru, filwaqt li allat oħra kienu sagrifikati numru fard. Il-sagrifiċċji kienu kompletament imnaqqsa għall-irmied u l-qassis ma jirriservaw xejn, mhux għall-poplu jew għalih. Qabel l-immolations, fossa kien dug biex jiġbru demm u l-inbid jitferra libations. Matul l-sagrifiċċji, il-qassisin jinżammu kapijiet tagħhom mikxufa u rakkomandati helpers silenzju, aktar minn ta 'rispett għall-alla jibżgħu. Fi Sqallija, il- Syracusans lilu kull sena sagrifikati żewġ barrin iswed qrib is-sors ta 'Ciane, fejn tradizzjoni tefa' l-istupru ta Proserpine. F'Ruma, fuq Ġunju 20, il-jum ta 'parti tiegħek, biss fetaħ il-tempju ta' Pluto. Huwa kien annimali skur häired sagrifikati (nagħaġ jew tal-ħnieżer) u kien iddedikat għal inflessibbli rabja tiegħu li kollha kienu kkundannati għall-mewt. Tempji u reliġjon ====== [[File: Loves tal-Gods "- Pluto u Proserpina minn John Smith.jpg | thumb |' Pluto ħatfu Proserpina. Inċiżjoni ta 'John Smith.]] Malli Mount Soracte, fl-Italja, Pluto maqsuma l-unuri ta 'tempju komuni għall Apollo. Għalhekk, faliscos, ir-residenti, ħasbu li għandhom jonoraw kemm sħana taħt l-art u l-orb tal-ġurnata. L-abitanti ta 'l-Lazio u madwar Croton kienu mogħtija lill-king tal-Underworld l-żewġ bħala numru unhappy. għall-istess raġuni, ir-Rumani ikkonsagrata-tieni xahar tas-sena, u kien maħtur-tieni jum speċifikament biex joffru sagrifiċċji. Character ====== Ta 'l-allat, Pluto kien l-aktar bla ħniena u beżgħu mill-irġiel, li jsejjaħħlu Adamastos' ("inflessibbli") jew stygeros' ("terribbli"). Huwa beżgħu għall kruha tiegħu u ebusija ta 'karatteristiċi tiegħu. Filwaqt li kien inflessibbli, kien meqjus l-aktar ġusta ta 'l-allat, għax renju tiegħu kellhom xi mortali li jaslu tard jew qabel, irrispettivament mill-klassi, rank jew post ta' oriġini. Kien meqjus aktar tard bħala beneficent god, dispenser ta 'ġid. Skond Pausanias, Epimenides kienu mqiegħda istatwa tiegħu fil-tempji tal-Eumenides u, kontra l-drawwa tas-soltu, ġie ppreżentat bil-forma u l-attitudni pjaċevoli. Attributi ====== Huwa spiss jidhru bil dogskin elmu mogħtija mill-Cyclops li jagħmel lilu inviżibbli u qatt ħa off. Huwa wkoll ġeneralment mpinġi ma 'scepter. L-attribut li normalment tidher quddiemu huwa l-Ċipru, li l-weraq skur jesprimi dwejjaq u uġigħ. Qassisin tagħhom ġew ippreżentati kuruni u mħawla ħwejjeġ tagħhom fil-sagrifiċċji. Annimali rappreżentant ====== Il-kelb (Cerberus) u erba 'żwiemel iswed. Rappreżentazzjonijiet ==== Pluto huwa normalment mpinġi ma 'beard ħoxna u arja poppa. Huwa ta 'spiss jilbes elmu tiegħu, rigal mill-Cyclopes u kellu l-poter ta' dan inviżibbli. Kultant jilbes forehead tiegħu ma 'kuruna ta' Ebony, maidenhair jew Narcissus. Meta hu tpoġġi fuq it-tron tiegħu ta 'Ebony jew kubrit twettaq fil-lemin tiegħu scepter iswed, furketta jew spade. Kultant ikollok ċwievet fl-idejn tagħhom, li jindikaw li l-bibien ikunu magħluqa għal dejjem ħajja għal dawk li ġejjin fil renju tiegħu. Huwa wkoll fil-chariot tiegħu jsir minn erba żwiemel iswed. </includeonly>Plutone''' huwa figura tal-mitoloġija Rumana, l-alla tal-mejtin u tad-dinja l-oħra. Jikkorrispondi għall-alla tal-mitoloġija Griega, Ade. Plutone, li xi mindaqqiet kienu jsibuh ukoll bħala Dite, kien miżżewweġ lil Proserpina. Flimkien ma' Ġove u Nettunu, Plutone għen biex iwaqqgħu lil missierhom, Saturnu mill-poter. Huma u jaqsmu d-dinja bejniethom, Ġove għażel is-smewwiet bħala r-renju tiegħu, l-għażla ta' Nettunu waqgħet fuq is-saltna tal-baħar, waqt li Plutone laħaq ir-renjant tad-dinja ta' taħt. Oriġinarjament kien meqjus bħala alla aħrax u bla ħniena, li la jagħti widen lit-talb u wisq anqas lis-sagrifiċċji. Il-karatteristiċi twajba u inqas feroċi tiegħu iżda, tperrċu fil-kulti u fit-twemmin popolari fejn deher bħala għajn ta' prosperità u providenza għaliex kien irodd ħwejjeġ merfugħin taħt l-art bħall-minerali u l-prodotti tar-raba'. Ta' spiss il-kult tiegħu kien jiġi assoċjat ma dak ta' Ċerere. Divinità Rumani Mitoloġija Rumana
2455
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bijolo%C4%A1ija
Bijoloġija
Il-bijoloġija, jew ix-xjenza tal-ħajja, bħala terminu ddaħħal għall-ewwel darba fil-Ġermanja fis-sena 1800 u ġie ppopolarizzat bħala s-sistema li kapaċi tħaddan id-dixxiplini dejjem jiżdiedu dwar l-istħarriġ ta' forom ta' ħajja min-naturalista Franċiż Jean-Baptiste de Lamarck. Bijoloġija
2456
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ekolo%C4%A1ija
Ekoloġija
L-ekoloġija hija l-istudju xjentifiku tad-distribuzzjoni u tal-abbundanza tal-ħlejjaq u kif id-distribuzzjoni u l-abbundanza tagħhom huma affettwati bl-interazzjonijiet bejn dawn il-ħlejjaq u l-ambjent tagħhom. L-ambjent ta' ħlejqa jinkludi kemm proprjetajiet fiżiċi (li jistgħu jiġu deskritti bħala t-total ta' fatturi lokali bħal ngħidu aħna, id-dawl tax-xemx, il-klima u l-ġeoloġija), kif ukoll il-ħlejjaq li jaqsmu flimkien l-abitat. It-terminu oekologie ġie vvintat fl-1866 mill-bijologu Ġermaniż Ernst Haeckel. Din il-kelma tnisslet mill-Grieg οικος (oikos, "dar") u λόγος (logos, "studju"); għaldaqstant "ekoloġija" tfisser "l-istudju tad-dar [tan-natura]". Il-kelma "ekoloġija" tintuża' spiss bħala sinonimu tal-ambjent naturali jew tal-ambjentaliżmu. Ħafna drabi wkoll, il-kelma "ekoloġiku" tittieħed bħala kelma li tfisser favur l-ambjent. Referenzi
2459
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0eometrija
Ġeometrija
Il-Ġeometrija (mill-Grieg geō, “Art”; metrein, “kejjel”), fergħa tal-Matematika li tittratta l-proprjetajiet ta' l-ispazju. Fl-iktar xejra elementari tagħha, il-ġometrija tirrigwarda problemi metriċi bħal, ngħidu aħna, il-kalkulazzjoni ta' l-arja u d-dijametru ta' forma bi-dimensjonali. Tħaddan fiha l-ġometrija analitika, il-ġometrija deskrittiva, it-topoloġija, il-ġometrija ta' l-ispazju b'erba' dimensjonijiet jew aktar, il-ġometrija frazzjonali, u l-ġometrija mhux-Ewklidenjana. Ġeometrija
2460
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ewklide
Ewklide
Ewklide kien matematiku Grieg li għex fis-sena 300 Q.K. X'aktarx kien edukat f'Ateni mid-dixxipli ta' Platun. Għallem il-ġeometrija f'Lixandra fejn sewwasew waqqaf skola tal-matematika. Ix-xogħol ewlieni tiegħu, l-Elementi, huwa trattat ta' 13-il volum dwar il-matematika. Jistħarreġ suġġetti bħall-ġeometrija, il-proporzjonijiet inġenerali, il-proprjetajiet tan-numri u l-ġeometrija tas-solidi. Ewklide Ewklide Ġeometrija
2461
https://mt.wikipedia.org/wiki/Matematika
Matematika
Il-kelma Matematika ġejja mill-Grieg μάθημα (máthema), li tfisser "tgħalim", jew "xjenza"; μαθηματικός (mathematikós) tfisser "wieħed li jrid jitgħallem". Fid-dixxiplina tal-Matematika nistudjaw problemi dwar il-kwantità, estensjoni u figuri spazjali, moviment tal-korpi, u l-istrutturi kollha fejn nistgħu neżaminaw dawn l-aspetti b'mod ġenerali. Il-Matematika għandha tradizzjoni qadima fil-ġnus kollha; kienet l-ewwel dixxiplina li adottat metodi rigorużi ħafna, u b'hekk laħqet l-istatus ta’ xjenza; progressivament il-metodi tagħha żviluppaw u nfirxu ma ħafna oqsma fejn jistgħu ikunu ta’ għajnuna fil-komputazzjoni u l-immudellar. Storja Analisi Matematika L-analisi matematika bdiet mill-formulazzjoni rigoruża tal-kalkulu infiniteżmali. Hija fergħa tal-matematika li tikkonċentra fuq l-ideja tal-limitu: il-limitu ta’ suċċessjoni jew il-limitu ta’ funzjoni. Tinkludi wkoll it-teoriji tad-differenzazzjoni, integrazzjoni u meżura, serji infiniti, u funzjonijiet analitiċi. L-istudju ta’ dawn it-teoriji ħafna drabi jsir fil-kuntest tan-numri reali, numri komplessi, u funzjonijiet reali u komplessi. Madankollu, nistgħu niddefinixxu u nistudjaw dawn it-teoriji f’kull spazju ta’ oġġetti matematiċi li fih hu possibbli li nagħtu definizzjoni ta’ "distanza" (spazju metriku) jew iżjed ġenerali ta’ "qrubija" (spazju topoloġiku). Għaliex l-Analisi Astratta? Għandna nistudjaw l-analisi matematika fil-kuntest iżjed wiesa' ta’ l-ispazji topologiċi jew spazji metriċi għal żewġ raġunijiet: l-ewwel, għax l-istess metodi bażiċi ħafna drabi japplikaw għal klassi ta’ problemi li hi ħafna usa’ (pereżempju, l-istudju ta’ spazji ta’ funzjonijiet). it-tieni, u mhux inqas importanti, għax meta nifhmu l-analisi fi spazji aktar astratti sikwit nsibu li nistgħu napplikawha direttament għal problemi klassiċi. Pereżempju, fl-analisi ta’ Fourier, nistgħu nesprimu kull funzjoni bħala ċerta serje infinita (ta’ funzjonijiet trigonometriċi jew esponenzjali komplessi). Fiżikament, b’din id-dekompożizzjoni nirriduċu mewġa (tal-ħoss) arbitrarja fil-frekwenzi li jikkomponuha. Il "piżijiet" jew koeffiċjenti tat-termini fl-espansjoni ta’ Fourier ta’ funzjoni, jistgħu jitqiesu bħala l-komponenti ta’ vettur fi spazju ta’ dimensjoni infinita li nsibuh bħala spazju ta’ Hilbert. Mela l-istudju tal-funzjonijiet definiti f’dil-qagħda iżjed ġenerali jipprovdi metodu konvenjenti għad-derivazzjoni ta’ riżultati fuq kif il-funzjonijiet ivarjaw fl-ispazju u mal-ħin, jew f’termini aktar matematiċi fuq l-ekwazzjonijiet differenzjali parzjali, fejn din it-teknika nafuha bħala separazzjoni tal-varjabbli. Storja tal-Analisi Matematika Il-matematiċi Griegi bħal Ewdossu u Arkimede meta applikaw il-metodu ta’ l-eżawriment biex jikkalkulaw l-arja u l-volum ta’ xi reġjuni u solidi użaw il-kunċetti tal-limiti u l-konvergenza b’mod informali. Fl-Indja, il-matematiku tas-seklu 12, Bhaskara ġa kellu l-ideja tal-kalkulu differenzjali u ta eżempji tad-derivata, flimkien mal-propożizzjoni ta’ dik li nsejħulu llum it-Teorema ta’ Rolle. Fis-seklu 14, l-analisi matematika bdiha Madhava ta’ Sangamagrama, meqjus bħala l-"fundatur ta’l-analisi matematika". Hu żviluppa idejat fundamentali: l-iżvilupp ta’ funzjoni f’serje infinita, serje ta’ potenzi, is-serje ta’ Taylor, u l-approssimazzjoni razzjonali ta’ serje infinita. Żviluppa wkoll is-serje ta’ Taylor għall-funzjonijiet trigonometriċi tas-senu, kosenu, tanġenti u arktanġenti, u stima l-iżbal li nagħmlu meta naqtgħu is-serje. Żviluppa l-frazzjonijiet kontinwati infiniti, l-integrazzjoni b’termini wara termini, l-approssimazzjoni b’serje ta’ Taylor tas-senu u kosenu, u s-serje f’potenzi tar-raġġ, diametru, ċirkonferenza, π, π/4 u l-anglu θ. Id-dixxipli tiegħu fl-iSkola ta’ Kerala baqgħu ikkabru x-xogħol tiegħu sas-seklu 16. Fl-Ewropa, fit-tieni nofs tas-seklu 17, Newton u Leibniz independement minn xulxien żviluppaw il-kalkulu, li bl-istimulu ta’ l-applikazzjonijiet matul is-seklu 18 rabba ħafna friegħi bħall-kalkulu tal-varjazzjonijiet, l-ekwazzjonijiet differenzjali ordinarji u parzjali u l-analisi ta’ Fourier . F’dal-perijodu, il-metodi tal-kalkulu ġew applikati biex japprossimaw problemi diskreti b’oħrajn kontinwi. Fis-seklu18, Euler introduċa il-kunċett ta’ funzjoni matematika. Fis-seklu19, Cauchy kien l-ewwel li stabbilixa l-kalkulu fuq pedament loġiku sod bl-introduzzjoni ta’ l-ideja tas-suċċessjoni ta’ Cauchy. Beda wkoll it-teorija formali ta’ l-analisi komplessa. Poisson, Liouville, Fourier u oħrajn studjaw l-ekwazzjonijiet differenzjali parzjali u l-analisi armonika. F’nofs is-seklu Riemann introduċa t-teorija tiegħu tal-integrazzjoni. F’l-aħħar terz tas-seklu 19, Weierstrass li l-fehma tiegħu kienet li l-argumenti ġometriċi jistgħu iqarqu bina, daħħal l-aritmetizzazzjoni ta’ l-analisi u introduċa id-definizzjoni "epsilon-delta" tal-limitu. Wara, il-matematiċi bdew jinkwietaw li kienu qegħdin jassumu l-eżistenza tal-kontinwu tan-numri reali mingħajr prova. Dedekind imbagħad ta kostruzzjoni tan-numri reali bil-methodu tal-qtugħ ta’ Dedekind, li bih il-matematiċi jikkrejaw numri rrazzjonali li jimlew il-"vojt" bejn in-numri razzjonali, u hekk joħolqu sett komplet: il-kontinwu tan-numri reali. Madwar dak iż-żmien l-isforzi għar-raffinar tat-teoremi ta’ l-integrazzjoni ta’ Riemann wasslu għall-istudju tal-"qies" tas-sett tad-diskontinwitajiet tal-funzjonijiet reali. Fl-istess ħin, bdew jinħolqu "mostri" (funzjonijiet mkien kontinwi, funzjonijiet kontinwi imma mkien differenzjabbli, kurvi li jimlew l-ispazju). F’dal-kuntest, Jordan żviluppa t-teorija tiegħu tal-meżura, Cantor żviluppa dik li daż-żmien insejħulha it-teorija sempliċi tas-settijiet, u Baire ipprova it-teorema tal-kategoriji ta’ Baire. Fil-bidu tas-seklu 20, il-kalkulu ġie formalizzat b’l-użu tat-teorija assjomatika tas-settijiet. Lebesgue irriżolva l-problema tal-miżura, u Hilbert introduċa l-ispazji ta’ Hilbert biex jirriżolvi l-ekwazzjonijiet integrali. L-ideja ta’ l-ispazji vettorjali normati kienet infirxet, u f’l-20ijiet tas-seklu Banach ħoloq l-analisi funzjonali. Oqsma ta' l-Analisi L-Analsi Matematika tinkludi dawn l-oqsma: Analisi Reali, l-istudju rigoruż tad-derivati u l-integrali ta’ funzjonijiet b’varjabbli reali. Dan jinkludi l-istudju tas-suċċessjonijiet u l-limiti tagħhom, is-serji, u l-meżuri. Analisi Komplessa, l-istudju ta’ funzjonijiet mill-pjan kompless għall-pjan kompless li huma komplessament differenzjabbli. Analisi Funzjonali, l-istudju ta’ spazji ta’ funzjonijiet b’l-użu ta’ kunċetti bħal spazji ta’ Banach u spazji ta’ Hilbert. Analisi Armonika l-istudju tas-serji ta' Fourier u l-astrazzjonijiet tagħhom.. Ġometrija Differenzjali u Topoloġija, l-applicazzjoni tal-kalkulu għal spazji matematiċi astratti li għandhom struttura interna komplikata. Analisi Numerika, l-istudju ta’ l-algoritmi użati għall-approssimazzjoni ta’ problemi tal-matematika kontinwa. Il-kelma Analisi Klassika s-soltu tfisser analisi mingħajr l-użu tal-metodi tal-analisi funzjonali. L-istudju tal-ekwazzjonijiet differenzjali issa huwa mferrex ma friegħi oħra bħas-sistemi dinamiċi, imma ġħadu mportanti ħafna fl-analisi konvenzjonali. Alġebra L-alġebra hi waħda mill-friegħi prinċipali tal-matematika u titratta l-istudju ta’ strutturi alġebrin, relazzjonijiet u kwantità. Il-kelma alġebra (mill-Għarbi الجبر, al-ġabr li tfisser "ġabra") ġejja mill-isem tal-ktieb tal-matematiku Persjan Għarbi Muħammad ibn Musa al-Khwariżmi, intitolat Al-Kitab al-Ġabr wa-l-Muqabala ("Il-Ktieb tal-Ġabra u t-Tqabbil"), li jittratta ir-riżoluzzjoni tal-ekwazzjonijiet linjari u kwadratiċi. L-alġebra elementari li normalment tifforma parti mill-kurrikulu ta’ l-iskejjel sekondarji, tintroduċi l-ideja ta’ simboli jew varjabbli li jirrepreżentaw kwantitajiet mhux magħrufa. Nitgħalmu wkoll kif ngħoddu u nimmoltiplikaw dawn il varjabbli, fuq il-polinomji mibnija minnhom u l-fattorizzazzjoni u l-kalkulazzjoni tar-radiċi. Però, l-alġebra hi ħafn’ usa’ minn hekk. L-għadd u l-moltiplikazzjoni nistgħu nqisuhom bħala operazzjoniet ġenerali u d-definizzjoni eżatta tagħhom twassalna għal strutturi ġodda bħal gruppi, ċrieki u kampi. Klassifikazzjoni L-Alġebra Elementari L-Alġebra elementari hija l-forma l-iżjed bażika ta’ l-alġebra. Jitgħalmuha l-istudenti li m’għandhomx tgħalim tal-mathematika iżjed avvanzat mill-prinċipji bażiċi ta’ l-aritmetika. Fl-aritmetika, nsibu biss in-numri u l-operazzjonijiet aritmetiċi fuqhom (bħal +, −, ×, ÷). Fl-alġebra, in-numri spiss nirripreżentawhom bis-simboli (bħal a, x, y). Din ir-repreżentazzjoni għandha dawn il-vantaġġi: Biha nistgħu nagħtu formulazzjoni ġenerali tar-regoli aritmetiċi (pereżempju a + b = b + a għal kull a u b), u hekk nistgħu nagħmlu l-ewwel pass fl-esplorazzjoni sistematika tal-propjetajiet tas-sistema tan-numri reali. Biha nistgħu nirreferu għan-numri "mhux magħrufin", nifformulaw ekwazzjonijiet u nistudjaw kif nirriżolvuhom (pereżempju, "Sib numru x sabiex 3x + 1 = 10"). Biha nistgħu nagħmlu formulazzjoni ta’ relazzjonijiet funzjonali (bħal "Jekk tbigħ x biljetti, jkollok qligħ ta’ 3x - 10 ewri, jew f(x) = 3x - 10, fejn f hija l-funzjoni u x huwa n-numru li taġixxi fuqu l-funzjoni ."). X'inhi l-Alġebra Astratta L-alġebra astratta’ testendi il-kunċetti li nsibu fl-alġebra elementari għal oħrajn iżjed ġenerali. Settijiet: Minnflok nikkunsidraw biss it-tipi ta’ numri differenti, fl-alġebra astratta nqisu il-kunċett iżjed ġenerali ta’ sett li hu ġabra ta’ oġġetti (li jgħidulhom elementi) li għandhom ċerta propjetà speċifika għas-sett. Pereżempju in-numri reali jiffurmaw sett u n-numri komplessi sett ieħor. Eżempji oħra ta’ settijiet jinkludu is-sett tal-matriċi ta’ tnejn-bi-tnejn, is-sett tal-polinomji tat-tieni ordni (ax2 + bx + c), is-sett tal-vetturi bi-dimensjonali, u gruppi finiti varji bħall-gruppi ċikliċi, jiġifieri l-gruppi tan-numri interi modulo n. It-Teorija tas-settijiet hija fergħa tal-loġika u teknikament mhux fergħa ta’ l-alġebra. Operazzjonijiet binarji: L-ideja ta’ l-għadd (+) nistgħu nagħmluha iżjed astratta biex ittina operazzjoni binarja, * ngħidu aħna. Il-kunċett ta’ operazzjoni binarja ma jfisser xejn jekk ma nagħtux is-sett li fuqu qed niddefinixxu l-operazzjoni. Għal żewġ elementi a u b f’sett S a*b ittina element ieħor fis-sett, (dil-kundizzjoni ngħidulha għeluq taħt l-operazzjoni). L-Għad (+), it-Tnaqqis (-), il-moltiplikazzjoni (×), u d-diviżjoni (÷) huma operazzjonijiet binarji meta niddefinuhom fuq settijiet addattati, kif ukoll l-għadd u l-moltiplikazzjoni tal-matriċi, vetturi u polinomji. Elementi ta’ l-identità: Il-kunċett ta’ l-“element ta’ l-identità” huwa l-astrazzjoni tan-numri żero u wieħed. Żero huwa l-element ta’ l-identità għall-għadd and u wieħed l-element ta’ l-identità għall-moltiplikazzjoni. Għal operazzjoni binarja ġenerali * l-element ta’ l-identità e irid jissodisfa a * e = a u e * a = a. Għall-għadd din hi sodisfatta billi a + 0 = a u 0 + a = a u għall-moltiplikazzjini wkoll għax a × 1 = a u 1 × a = a. Imma, jekk nieħdu in-numri naturali pożitivi u l-operazzjoni ta’ l-għadd, m’hemmx element ta’ l-identità. Elementi inversi: Minn-numri negattivi noħolqu l-kunċett ta’ element invers jew sempliċiment l-invers. Għall-għadd, l-invers ta’ a huwa -a, u għall-moltiplikazzjoni l-invers hu 1/a. L-element invers ġenerali a-1 jrid jissodifa r-relazzjoni a * a-1 = e u a-1 * a = e. Assoċjattività: L-għadd tan-numri interi għandu propjetà li nsejħulha assoċjattività. Jiġifieri, l-kumbinazzjoni tan-numri li nkunu qed nogħdu ma tbiddilx is-somma tagħhom. Pereżempju: (2+3)+4=2+(3+4). Fil-kuntest generali, din issir (a * b) * c = a * (b * c). Il-biċċa kbira ta’ l-operazzjonijiet binarji għandhom din il-propjetà imma t-tnaqqis u d-diviżjoni le. Kommutattività: L-għadd tan-numri interi għandu wkoll propjetà oħra li ngħidulha kommutattività. Jiġifieri, l-ordni tan-numri li nkunu qed nogħdu ma tbiddilx is-somma tagħhom. Pereżempju: 2+3=3+2. Fil-kuntest generali, din issir a * b = b * a. Mhux l-operazzjonijiet binarji kollha għandhom din il-propjetà. L-għadd u l-moltiplikazzjoni tan-numri interi għandhom din il-propjetà imma l-moltiplikazzjoni tal-matriċi le. Gruppi—strutturi ta’ sett b’operazzjoni binarja waħda Meta niġbru flimkien il-kunċetti li rajna qabel, ikollna waħda mill-iżjed strutturi mportanti fil-matematika: il- grupp. Grupp jikkonsisti f’sett S u operazzjoni waħda li rridu, li niktbuha '*', imma li jrid ikolla dawn il-propjetajiet: Irid ikun hemm element ta’ l-identità e, li għal kull membru ieħor a ta’ S, e * a u a * e huma t-tnejn ugwali għal a. Kull element irid ikollu invers: għal kull membru ieħor a ta’ S, irid jeżisti membru a-1 sabiex a * a-1 u a-1 * a huma t-tnejn ugwali għall-element ta’ l-identità. L-operazzjoni hi assoċjattiva: għal a, b u c membri ta’ S, (a * b) * c hija ugwali għal a * (b * c). Jekk grupp hu anki kommutattiv - jiġifieri, għal kull żewg membri a u b ta’ S, a * b hija ugwali għal b * a – il-grupp ngħidu li hu Abeljan. Pereżempju, is-sett tan-numri interi bl-operazzjoni ta’ l-għadd huwa grupp. F’dal grupp, l-identità hija 0 u l-invers ta’ kull element a huwa n-negativ tiegħu, -a. Il-kundizzjoni ta’ assoċjattività hi sodisfatta, għax għal kull tliet numri interi a, b u c, (a + b) + c = a + (b + c). Imma l-interi bl-operazzjoni tal-moltiplikazzjoni ma jiffurmawx grupp. Dan jiġri għax, in ġenerali, l-invers moltiplikattiv ta’ numru interu mhuwiex interu. Pereżempju, 4 huwa interu, imma l-invers moltiplikattiv tiegħu hu 1/4, li mhux interu. L-istudju tal-gruppi jsir fit-teorija tal-gruppi. Wieħed mir-riżultati l-iżjed importanti f’din it-teorija kien il-klassifikazzjoni tal-gruppi finiti sempliċi li l-ikbar parti tagħha ġiet ippublikata bejn xi l-1955 u l-1983. Din tqassam il-gruppi sempliċi finiti f’xi 30 tip bażiku. Semigruppi, kważigruppi, u monoidi huma strutturi simili għall-gruppi, imma iżjed ġenerali. Jikkonsistu f’sett u operazzjoni binarja magħluqa, imma ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet l-oħra neċessarjament. Semigrupp għandu operazzjoni binarja assoċjattiva, imma jista’ jkun li m’għandux element ta’ l-identità. Monoid huwa semigrupp li għandu identità imma jista’ jkun li m’għandux invers għal kull element. Kważigrupp għandu l-propjetà li kull element jista’ jinbidel f’kull ieħor bi pre- jew post-operazzjoni unika; imma l-operazzjoni binarja jista’ jkun li mhux assoċjattiva. Il-gruppi kollha huma monoidi, u l-monoidi kollha huma semigruppi. Ċrieki u Kampi—strutturi ta’ sett b’żewġ operazzjonijiet binarji, (+) u (×) Il-gruppi għandhom operazzjoni binarja waħda biss. Biex nispjegaw il-mekkaniżmu tat-tipi ta’ numri differenti kompletament, hemm bżonn li nistudjaw strutturi b’żewġ operazzjonijiet. L-iżjed importanti fost dawn huma ċ-Ċrieki, u l-Kampi. Id-Distributtività tiġġeneralizza l-liġi distributtiva tan-numri u tiffissa f’liema ordni għandna napplikaw l-operazzjonijiet, (ngħidulha l-preċedenza). Għall-interi (a + b) × c = a×c+ b×c u c × (a + b) = c×a + c×b, u ngħidu li × hija distributtiva fuq +. Ċirku għandu żewġ operazzjonijiet (+) u (×), fejn × hu distributtiv fuq +. Taħt l-ewwel operazzjoni (+) jifforma grupp Abeljan. Taħt it-tieni operazzjoni (×) hu assoċjattiv, imma m’hemmx bżonn ta' identità jew ta' invers, u allura ma nistgħux niddividu. L-element ta’ l-identità ta’ l-għadd (+) niktbuha bħala 0 u l-inverse ta’ l-għadd ta’ a jinkiteb -a. In-numri interi huma eżempju ta’ ċirku. Kamp hu ċirku b’propjetà oħra miżjuda li l-elementi kollha barra 0 jiffurmaw grupp Abeljan taħt ×. L-identità moltiplikattiva (×) niktbuha bħala 1 u l-invers moltiplikattiv ta’ a jinkiteb a-1. In-numri razzjonali, in-numri reali u n-numri komplessi huma kollha eżempji ta’ kampi. Alġebriet Il-kelma alġebra''' nużawha wkoll għal xi strutturi alġebrin: Alġebra fuq kamp Alġebra fuq sett Alġebra Boolejana F-alġebra u F-koalġebra fit-teorija tal-kategoriji Sigma-alġebra Storja ta' l-alġebra L-alġebra nistgħu nsibu l-oriġini tagħha fil-Babilonja antika. Il-Babilonjani żviluppaw sistema aritmetiku avvanzat li bih setgħu jagħmlu kalkulazzjonijiet b’metodu alġebri. Permezz ta’ dan is-sistema, setgħu japplikaw formoli u jikkalkulaw valuri mhux magħrufa għal klassi ta’ problemi li daż-żmien nirriżolvuhom bl-użu ta’ ekwazzjonijiet linjari, ekwazzjonijiet kwadratiċi u ekwazzjonijiet linjari indeterminati. Għall-kontrarju, il-biċċa kbira tal-matematiċi Eġizzjani ta’ dak iż-żmien, u l-biċċa kbira tal-matematiċi Indjani, Griegi u Ċiniżi f’l-ewwel millennju QK, is-soltu kienu jirriżolvu dawn il-problemi b’metodi ġometriċi, bħal dawk imfissra fil-Papiru Matematiku ta’ Rhind, Sulba Sutras, L-Elementi ta’ Ewklidi, u Id-Disgħa Kapitli fuq’ l-Arti Matematika. Ix-xogħol ġometriku tal-Griegi, li l-Elementi huwa eżempju tajjeb ħafna tiegħu, ipprovda s-sisien għall-ġeneralizzazzjoni tal-formuli mis-soluzzjoni ta’ problemi partikulari għal sistemi iżjed ġenerali li jistgħu jintużaw għall-formulazzjoni u s-soluzzjoni tal-ekwazzjonijiet. Il-kelma "alġebra" ġejja mill-Għarbi "al-ġabr" fit-titlu tal-ktieb "al-Kitab al-muhtasar fi ħisab al-ġabr wa-l-muqabala", li jfisser Il-ktieb fil-qosor fi ħsib il-ġbir u tqassim. Dan kitbu il-matematiku Persjan Muħammad ibn Musa al-Khwariżmi (Għarbi: محمد بن موسى الخوارزميّ المجوسيّ القطربّليّ) fit-820. Il-matematiku Grieg Diofantu (Grieg: Διόφαντος ὁ Ἀλεξανδρεύς t. bejn 200 u 214, m. bejn 284 u 298 AD) hu tradizzjonalment magħruf bħala “missier l-alġebra” imma hemm argument jekk Al-Khwariżmi għandux joħodlu dan it-titlu. Dawk li jżommu ma Al-Khwariżmi jsossnu li ħafna mix-xogħol tiegħu fuq “il-ġbir” jew riduzzjoni għadu użat sa llum u li hu ta spjegazzjoni kompleta fuq is-soluzzjoni ta’ l-ekwazzjonijiet kwadratiċi. Dawk li jżommu ma Diofantu jgħidu li l-alġebra li nsibu f’Al-Ġabr hi iżjed elementari mill-alġebra fl- Aritmetika ta’ Diofantu u li l-Aritmetika hi miktuba fi stil sinkopat waqt li Al-Ġabr hi kollha fi stil retoriku. Matematiku Persjan ieħor, Omar Khajjam (Persjan: غیاث الدین ابو الفتح عمر بن ابراهیم خیام نیشابوری t. 18 ta’ Mejju, 1048, m. 4 ta’ Diċembru, 1131), żviluppa l-ġometrija alġebrija u sab soluzzjoni ġenerali ġometrika ta’ l-ekwazzjonijiet kubiċi. Il-matematiċi Indjani Maħavira u Baskara II, u l-matematiku Ċiniż Żu Xiġje, irriżolvew xi każi ta’ ekwazzjonijiet kubiċi, kwartiċi, kwintiċi u polinomjali ta’ ordni ogħla. F’nofs is-seklu 16 kien hemm żvilupp importanti ieħor ta' l-alġebra. Dan kien is-soluzzjoni alġebrija ġenerali tal-ekwazzjonijiet kubiċi u kwartiċi. L-ideja ta’ determinant żviluppha l-matematiku Ġappuniż Kowa Seki fis-seklu 17, u għaxar snin wara Gottfried Leibniz uża d-determinanti biex jirriżolvi sistemi ta’ ekwazzjonijiet linjari simultanji premezz tal-matriċi. Fis-seklu 18, Gabriel Cramer ukoll ħadem fuq il-matriċi u d-determinanti. L-iżvilupp ta’ l-Alġebra astratta sar fis-seklu 19. Fil-bidu dan ix-xogħol ikkonċentra fuq li daż-żmien insejħulha it-teorija ta’ Galois u fuq kwistjonijiet tal-kostruttibbiltà. L-istadji ta’ l-iżvilupp ta’ l-alġebra simbolika kienu bejn wieħed u ieħor dawn: Alġebra retorika, li żviluppawha l-Babilonjani u baqet dominanti sas-seklu 16; Alġebra ġometrika kostruttiva, li tawha ħafna mportanza il-matematiċi Indjani u l-matematiċi klassiċi Griegi; Alġebra sinkopata, li kienet żviluppata minn Diofantu u fil-Manuskritt Bakxali; Alġebra simbolika, li laħqet il-quċċata fix-xogħol ta’ Leibniz. Kronoloġija ta’ żviluppi kritiċi fl-alġebra: Ċirka 1800 QK: Fit-tavletta ta’ Strassburg il-Babilonjani jfittxu s-soluzzjoni ta’ ekwazzjoni ellittika kwadratika. Ċirka 1600 QK: It-tavletta ta’ Plimpton 322 tagħti tavola ta’ trippli Pitagoriċi fi skritt Kuneiformi Babilonjan Ċirka 800 QK: Il-matematiku Indjan Bawdajana, fix-xogħol tiegħu Sulba Sutra, jiskopri trippli Pitagoriċi b’metodi alġebrin, jsib soluzzjonijiet ġometriċi ta’ ekwazzjonijiet linjari u ekwazzjonijiet kwadratiċi tal-forma ax2 = c u ax2 + bx = c, u jsib żewġ settijiet ta’ soluzzjonijiet integrali pożittivi għal sett ta’ ekwazzjonijiet simultanji Diofantini. Ċirka 600 QK: Il-matematiku Indjan Apastamba, fix-xogħol tiegħu Apastamba Sulba Sutra, jirriżolvi l-ekwazzjoni linjari ġenerali u juża ekwazzjonijiet simultanji Diofantini b’sa ħames kwantitajiet mhux magħrufa. Ċirka 300 QK: Fit-tieni ktieb ta’ l-Elementi, Ewklidi jagħti kostruzzjoni ġometrika b’metodi Ewklidej għas-soluzzjoni ta’ l-ekwazzjoni kwadratika għal radiċi posittivi reali. Il-kostruzzjoni hi dovuta għall-iSkola Pitagorika tal-ġometrija. Ċirka 300 QK: Titfittex kostruzzjoni ġometrika għas-soluzzjoni ta’ l-ekwazzjoni kubika. Issa nafu li bil-metodi Ewklidej ma nistgħux insibu soluzzjoni għall-ekwazzjoni kubika ġenerali. Ċirka 100 QK: Il-ktieb tal-matematika Ċiniż Ġjużang Suwanxu (Id-Disgħa Kapitli fuq l-Arti Matematika), jittratta Ekwazzjonijiet alġebrin. Dal-ktieb fih soluzzjonijiet ta’ ekwazzjonijiet linjari bl-użu tar-regola tal-pożizzjoni falza doppja, soluzzjonijiet gometriċi ta’ ekwazzjonijiet kwadratiċi, u soluzzjonijiet ta’ matriċi, ekwivalenti għall-metodi moderni, għas-soluzzjoni tas-sistemi ta’ ekwazzjonijiet linjari simultanji. Ċirka 100 QK: Il-Manuskritt ta’ Bakxali, miktub fl-Indja, juża forma ta’ notazzjoni alġebrija bl-ittri u sinjali oħra, u fih ekwazzjonijiet kubiċi u kwartiċi, soluzzjonijiet alġebrin ta’ ekwazzjonijiet linjari b’sa ħames kwantitajiet mhux magħrufa, il-formula alġebrija ġenerali għall-ekwazzjoni kwadratiċi, u soluzzjonijiet ta’ ekwazzjonijiet kwadratiċi indeterminati u ekwazzjonijiet simultanji. Ċirka 150 AD: Il-matematiku Eġizzjan Ellenistiku Eroni ta’ Lixandra, jittratta l-ekwazzjonijiet alġebrin fi tliet volumi tal-matematika. Ċirka 200: Il-matematiku Babilonjan Ellenistiku, Diofantu li għex fl-Eġittu u li ħafna jikkunsidrawh bħala "missier l-alġebra", jikteb l-opra famuża tiegħu, l-Aritmetika, li fiha soluzzjonijiet ta’ ekwazzjonijiet alġebrin u xogħol fuq it-teorija tan-numri. 499: Il-matematiku Indjan Arjabata, fit-trattat tiegħu Arjabatija, jsib soluzzjonijiet interi għal xi ekwazzjonijiet linjari b’metodu ekwivalenti għal dak li nużaw illum, jiddeskrivi s-soluzzjoni integrali ġenerali ta’ l-ekwazzjoni linjari indeterminata u jagħti soluzzjonijiet integrali ta’ xi ekwazzjonijiet linjari simultanji indeterminati. Ċirka 625: Il-matematiku Ċiniż, Wang Ksijaotong, jsib soluzzjonijiet numeriċi ta’ ekwazzjonijiet kubiċi. 628: Il-matematiku Indjan, Brahmagupta, fit-trattat tiegħu Brahma Sputa Siddhanta, jivvinta l-metodu ċakravala għas-soluzzjoni ta’ xi ekwazzjonijiet kwadratiċi simultanji indeterminati, fosthom l-ekwazzjoni ta’ Pell, u jagħti regoli għas-soluzzjoni ta’ l-ekwazzjonijiet linjari u kwadratiċi. 820: Il-matematiku Persjan, Muhammad ibn Musa al-Khwariżmi, jikteb it-trattat intitolat Al-Kitab al-Ġabr wa-l-Muqabala (li tfisser "Il-Ktieb tal-ġbir u t-tqabbil") fuq is-soluzzjoni sistematika ta’ l-ekwazzjonijiet linjari u kwadratiċi. Il-kelma alġebra ġejja minn al-Ġabr fit-titlu ta’ dal-ktieb. Al-Khwariżmi hu kkunsidrat minn bosta bħala "missier l-alġebra" u ħafna mill-metodi tiegħu ta’ riduzzjoni jew ‘’ġbir’’ għadna nużawhom fl-alġebra sa llum. Ċirka 850: Il-matematiku Persjan, al-Maħani, jaħseb fl-ideja ta’ riduzzjoni ta’ problemi ġometriċi, bħad-duplikazzjoni tal-kubu, għal problemi fl-alġebra. Ċirka 850 Il-matematiku, Mahavira, jirriżolvi bosta ekwazzjonijiet kwadratiċi, kubiċi, kwartiċi, kwintiċi u ta’ ordni ogħla kif ukoll xi ekwazzjonijiet indeterminati. kwadratiċi, kubiċi u ta’ ordni ogħla. Ċirka 990: Il-Persjan Abu Bakr al-Karaġi, fit-trattat tiegħu al-Fakhri, jiżviluppa l-alġebra iżjed billi jestendi l-metodoloġija ta’ Al-Khwariżmi biex tinkludi poteri integrali u radiċi integrali ta’ kwantitajiet mhux magħrufa. Jissostwixxi l-operazzjonijiet gometriċi ta’ l-alġebra b’operazzjonijiet aritmetiċi moderni, u jiddefinixxi il-monomjali x, x2, x3, ... u 1/x, 1/x2, 1/x3, ... u jagħti l-prodott ta’ kull par minn dawn. Ċirka 1050: Il-matematiku Ċiniż, Ġija Ksijan, jsib soluzzjonijiet numeriċi ta’ ekwazzjonijiet polinomjali. 1072: Il-matematiku Persjan, Omar Khajjam, jiżviluppa l-ġometrija alġebrija, u fit-Trattat fuq Dimostrazzjoni ta’ Problemi fl-Alġebra, jagħti klassifikazzjoni ta’ ekwazzjonijiet kubiċi permezz ta’soluzzjonijiet ġometriċi ġenerali misjuba bis-sezzjonijiet koniċi ntlaqqin. 1114: Il-matematiku Indjan, Bhaskara, fil- Biġaganita (Alġebra), jinduna li numru pożittiv għandu radiċi kwadrata pożittiva u oħra negattiva, u jirriżolvi bosta ekwazzjonijiet kubiċi, kwartiċi, kwintiċi u ta’ ordni polinomjali, kif ukoll l-ekwazzjoni kwadratika ġenerali indeterminata. 1202: L-alġebra tidħol l-Ewropa l-iktar imħabba x-xogħol ta’ Leonardo Fibonacci ta’ Pisa fil-ktieb tiegħu Liber Abaci. Ċirka 1300: Il-matematiku Ċiniż, Żhu Xiġje, jittratta l-alġebra polinomjali, jirriżolvi ekwazzjonijiet kwadratiċi, ekwazzjonijiet simultanji u ekwazzjonijiet b’sa erbgħa kwantitajiet mhux magħrufa, u jirriżolvi numerikament xi ekwazzjonijiet kwartiċi, kwintiċi u polinomjali ta’ ordni ogħla. Ċirka 1400: Il-matematiku Indjan, Madhava ta’ Sangamagramma, jiskopri metodi iterattivi għas-soluzzjoni approssima ta’ ekwazzjonijiet mhux linjari. 1535: Nicolo Fontana Tartaglia u matematiċi oħra fl-Italja independentement jirriżolvu l-ekwazzjoni kubika ġenerali. 1545: Girolamo Cardano jippublika Ars magna (L-Arti l-Kbira) fejn jagħti s-soluzzjoni ta’ Fontana għall-ekwazzjoni kwartika ġenerali. 1572: Rafael Bombelli jsib ir-radiċi komplessa tal-kubiku u jtejjeb in-notazzjoni kurrenti. 1591: François Viète jiżviluppa u jtejjeb in-notazzjoni simbolika għall-poteri fil-ktieb In artem analyticam isagoge. 1682: Gottfried Wilhelm Leibniz jiżviluppa l-manipulazzjoni simbolika b’regoli formali li jgħidilhom characteristica generalis. 1680s: Il-matematiku Ġappuniż, Kowa Seki, fil-Metodu għas-soluzzjoni ta’ problemi dissimulati, jiskopri d-determinant u n-numri ta’ Bernoulli. 1750: Gabriel Cramer, fit-trattat tiegħu Introduzzjoni għall-analisi ta’ kurvi alġebrin'', jipproponi r-regola ta’ Cramer u jistudja l-kurvi alġebrin, il-matriċi u d-determinanti. 1824: Niels Henrik Abel jipprova li ma nistgħux nirriżolvu l-ekwazzjoni kwintika ġenerali bir-radiċi. 1832: It-teorija ta’ Galois jiżviluppha Évariste Galois fix-xogħol tiegħu fuq l-alġebra astratta. 10 artikli essenzjali
2462
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0unone
Ġunone
Fil-mitoloġija Rumana Ġunone, ir-reġina ta' l-allat, hija mart u oħt Ġove. Il-kontroparti ta' Era, ir-reġina ta' l-allat, fil-mitoloġija Griega, Ġunone hija l-protettriċi tan-nisa. Ġiet meqjuma taħt għadd kbir ta' ismijiet differenti: bħala Ġunone Pronuba protettriċi taż-żwieġ; Ġunone Lucina li tassisti n-nisa waqt il-ħlas; Ġunone Regina tagħti l-pariri lil daqskemm tipproteġi l-istat ta' Ruma. Il-Matronalja, il-festival speċjali tagħha, kien jiġi ċċelebrat nhar l-1 ta' Marzu. Ix-xahar ta' Ġunju hu msemmi għaliha. Divinità Rumani
2463
https://mt.wikipedia.org/wiki/Era%20%28mitolo%C4%A1ija%29
Era (mitoloġija)
Era (Ħera) hija r-reġina tal-allat fil-mitoloġija Griega. Bint it-Titani Kronus u Rea u oħt u mart Ġove, Era hi l-alla taż-żwieġ u l-protettriċi tan-nisa miżżewġin. Hi nnifisha kienet omm - uliedha huma Ares, l-alla tal-gwerra; Epastesu, l-alla tan-nar, Ebe l-alla taż-żgħożija; u Ilitja, l-alla tal-ħlas.
2464
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ablativ
Ablativ
Fil-lingwistika, l-ablativ (mill-kelma Latina ablativus (casus), każ li jindika l-azzjoni li tieħu xi ħaġa) huwa wieħed mill-każi ewlenin fid-deklinazzjoni tan-nomi. Għall-eżattezza huwa s-sitt u l-aħħar każ fil-grammatika tal-Latin Klassiku u jindika t-tnissil fl-ispazju u fiż-żmien. grammatika
2465
https://mt.wikipedia.org/wiki/Xjenza%20Naturali
Xjenza Naturali
Ix-xjenzi naturali jħaddnu l-istudju tal-aspetti fiżiċi, mhux umani, tad-Dinja u ta' l-Univers ta' madwarna.
2467
https://mt.wikipedia.org/wiki/Reli%C4%A1jon
Reliġjon
F'sens wiesa', reliġjon hi mod ta' kif tgħix jew twemmin imsejjes fuq ir-relazzjoni ta' bniedem ma' l-univers, jew ma' alla wieħed jew aktar. B'hekk sistemi differenti bħall-Kristjaneżmu, l-Iżlam, il-Ġudaiżmu, il-Buddiżmu, il-Ħinduiżmu, il-Ajjavali u x-Xintù huwa lkoll meqjusa reliġjonijiet. Ir-reliġjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati ħafif ħafif abbażi tan-numru u l-kwantità ta' l-allat tagħhom. It-twemmin f'Alla wieħed hu l-monoteiżmu, waqt li dak f'aktar minn wieħed hu l-politeiżmu. Il-panteiżmu hu l-istqarrija li Alla jinsab f'kollox u f'kulħadd mentri l-animiżmu jressaq 'il quddiem il-ħsieb li f'kull ħaġa jinsab prinċipju vitali, jew sempliċement, ruħ.
2469
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pittura
Pittura
Il-pittura hija l-arti li fiha pigmenti jiġu applikati ma' karta, tila, ċeramika, injam jew saħansitra ma' ħajt. Il-proċess bażikament jikkonsisiti f'li jiddellek il-kulur ma' wiċċ. Ir-riżultat ta' dan jaf ikollu l-għan li jimita r-realtà ta' madwarna jew li jirraffigura elementi metafiżiċi jew astratti. Storja tal-Pittura Skont il-mitoloġija Griega, il-pittura nibtet f'Delphi. Imma l-eqdem tpinġijiet li nafu bihom instabu fil-Grotta ta' Chauvet fi Franza u aktarx saru mat-32,000 sena ilu. Fihom hemm żwiemel, rinoċeronti, iljuni, bufli u mammutijiet. Fil-preżent il-pittura hija waħda mill-iktar forom ta' arti magħrufa u apprezzati. Il-pittura tiġi kklassifikata bħala arti viżiva. Referenzi
2470
https://mt.wikipedia.org/wiki/Skultura
Skultura
L-iskultura (imnissla mil-Latin, sculpere, "skolpixxa" jew "intalja") hija l-arti li toħloq forom li jirrappreżentaw lil xi ħaġa jew lil xi ħadd daqskemm forom astratti f'żewġ modi ewlenin: skultura li żżomm waħedha (magħrufa l-aktar bħala free-standing) jew skultura in riljiev. L-istkultura hi kklasifikata bħala Arti Plastika. Arti plastika Belle Arti Skultura
2476
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C5%BBfin
Żfin
Iż-żfin, huwa wieħed mit-tliet arti xeniċi tal-antikità, flimkien mat-teatru u l-mużika, u jikkonsisti f'movimenti tal-ġisem skont partitura stabilità (koreografija) jew improvizzata (bħal fiż-żfin liberu jew ħieles). Ħafna drabi ż-żfin jkun akkumpanjat mill-mużika jew kompożizzjonijiet sonori. Iż-żfin huwa espressjoni bażika artistika tal-bniedem, għax bħala strument jutilizza il-ġisem stess. Iż-żfin kien, u għadu, jifforma parti importanti mir-ritwali, mit-talb u mill-festi popolari, kif ukoll minn okkażjonijiet soċjali oħra bejn in-nies (bħalma jiġri fid-diskoteki). Matul iż-żminijiet, din l-arti kienet il-mera tas-soċjetà, tal-ħsieb u tal-imġieba tal-bniedem. Żfin
2478
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lingwa%20Latina
Lingwa Latina
Il-Latin huwa membru mis-sottofamilja Italika tal-lingwi Indo-Ewropej. Minnu nixxew l-ilsna Rumanzi moderni. Fost il-lingwi Indo-Ewropej, il-Latin hu wieħed mill-eqdem ilsna wara s-Sanskrit u l-Grieg. Il-Latin Medjevali huwa meqjus bħala arkolett, jiġifieri l-ogħla lsien f'sistema soċjali u kulturali. Alfabett L-alfabet Latin modern fiha 26 karattri. Dawn huma (b'ittri kbar): A, B, C, D, E, F, G, H, I, J, K, L, M, N, O, P, Q, R, S, T, U, V , W, X, Y, Z; u ittri żgħar: a, b, c, d, e, f, g, h, i, j, k, l, m, n, o, p, q, r, s, t, u, v, w, x, y, z. l-ordni ta 'dawn l-ittri hija arbitrarja u bla ħsara differenti mill-ordni li l-alfabett Indjan ebda aspett fonetiku. Latina Latina Latina
2485
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kalkara
Kalkara
Bliet ta' Malta
2496
https://mt.wikipedia.org/wiki/Johann%20Sebastian%20Bach
Johann Sebastian Bach
Johann Sebastian Bach (Eisenach, 21 ta' Marzu, 1685 – Leipzig, 28 ta' Lulju, 1750) kien kompożitur Ġermaniż u organista tal-perjodu Barokk, universalment ikkunsidrat bħala wieħed mill-kbarat tal-mużika ta' kull żmien. L-opri tiegħu huma magħrufa għall-profondità intellettwali, padronanza tal-mezzi tekniċi u espressivi, u sbuħija artistika; kienu ta' ispirazzjoni għall-parti l-kbira tal-mużiċisti li segwew fit-tradizzjoni Ewropea, minn Mozart sa Schoenberg. Xogħlijiet Bach ikkompona aktar minn 1000 kompożizzjoni. Din il-lista twila fiha madwar nofs ix-xogħol li għamel dan il-kompożitur. L-opri tiegħu ġew klassifikati u miġbura mill-mużikologu Wolfgang Schmieder fil-Bach-Werke-Verzeichnis (BMV), il-katalgu tal-opri ta' Bach, fl-1950. Kantati (1–224) BWV 1 — Wie schön leuchtet der Morgenstern BWV 2 — Ach Gott, vom Himmel sieh darein BWV 3 — Ach Gott, wie manches Herzeleid BWV 4 — Christ lag in Todesbanden BWV 5 — Wo soll ich fliehen hin BWV 6 — Bleib bei uns, denn es will Abend werden BWV 7 — Christ unser Herr zum Jordan kam BWV 8 — Liebster Gott, wenn werd ich sterben? BWV 9 — Es ist das Heil uns kommen her BWV 10 — Meine Seel erhebt den Herren BWV 11 — Lobet Gott in seinen Reichen (Himmelfahrts-Oratorium BWV 12 — Weinen, Klagen, Sorgen, Zagen BWV 13 — Meine Seufzer, meine Tränen BWV 14 — Wär Gott nicht mit uns diese Zeit BWV 15 — Denn du wirst meine Seele nicht in der Hölle lassen BWV 16 — Herr Gott, dich loben wir BWV 17 — Wer Dank opfert, der preiset mich BWV 18 — Gleichwie der Regen und Schnee vom Himmel fällt BWV 19 — Es erhub sich ein Streit BWV 20 — O Ewigkeit, du Donnerwort BWV 21 — Ich hatte viel Bekümmernis BWV 22 — Jesus nahm zu sich die Zwölfe BWV 23 — Du wahrer Gott und Davids Sohn BWV 24 — Ein ungefärbt Gemüte BWV 25 — Es ist nichts Gesundes an meinem Leibe BWV 26 — Ach wie flüchtig, ach wie nichtig BWV 27 — Wer weiß, wie nahe mir mein Ende BWV 28 — Gottlob! nun geht das Jahr zu Ende BWV 29 — Wir danken dir, Gott, wir danken dir BWV 30 — Freue dich, erlöste Schar BWV 30a — Angenehmes Wiederau BWV 31 — Der Himmel lacht! Die Erde jubilieret BWV 32 — Liebster Jesu, mein Verlangen BWV 33 — Allein zu dir, Herr Jesu Christ BWV 34 — O ewiges Feuer, o Ursprung der Liebe BWV 34a — O ewiges Feuer, o Ursprung der Liebe BWV 35 — Geist und Seele wird verwirret BWV 36 — Schwingt freudig euch empor BWV 36a — Steigt freudig in die Luft BWV 36b — Die Freude reget sich BWV 36c — Schwingt freudig euch empor BWV 37 — Wer da gläubet und getauft wird BWV 38 — Aus tiefer Not schrei ich zu dir BWV 39 — Brich dem Hungrigen dein Brot BWV 40 — Darzu ist erschienen der Sohn Gottes BWV 41 — Jesu, nun sei gepreiset BWV 42 — Am Abend aber desselbigen Sabbats BWV 43 — Gott fähret auf mit Jauchzen BWV 44 — Sie werden euch in den Bann tun BWV 45 — Es ist dir gesagt, Mensch, was gut ist BWV 46 — Schauet doch und sehet, ob irgend ein Schmerz sei BWV 47 — Wer sich selbst erhöhet, der soll erniedriget werden BWV 48 — Ich elender Mensch, wer wird mich erlösen BWV 49 — Ich geh und suche mit Verlangen BWV 50 — Nun ist das Heil und die Kraft BWV 51 — Jauchzet Gott in allen Landen BWV 52 — Falsche Welt, dir trau ich nicht BWV 53 — Schlage doch, gewünschte Stunde BWV 54 — Widerstehe doch der Sünde BWV 55 — Ich armer Mensch, ich Sündenknecht BWV 56 — Ich will den Kreuzstab gerne tragen BWV 57 — Selig ist der Mann (Lehms) BWV 58 — Ach Gott, wie manches Herzeleid BWV 59 — Wer mich liebet, der wird mein Wort halten BWV 60 — O Ewigkeit, du Donnerwort BWV 61 — Nun komm, der Heiden Heiland BWV 62 — Nun komm, der Heiden Heiland BWV 63 — Christen, ätzet diesen Tag BWV 64 — Sehet, welch eine Liebe hat uns der Vater erzeiget BWV 65 — Sie werden aus Saba alle kommen BWV 66 — Erfreut euch, ihr Herzen BWV 66a — Der Himmel dacht auf Anhalts Ruhm und Glück BWV 67 — Halt im Gedächtnis Jesum Christ BWV 68 — Also hat Gott die Welt geliebt BWV 69 — Lobe den Herrn, meine Seele BWV 69a — Lobe den Herrn, meine Seele BWV 70 — Wachet! betet! betet! wachet! BWV 70a — Wachet! betet! betet! wachet! BWV 71 — Gott ist mein König BWV 72 — Alles nur nach Gottes Willen BWV 73 — Herr, wie du willt, so schicks mit mir BWV 74 — Wer mich liebet, der wird mein Wort halten BWV 75 — Die Elenden sollen essen BWV 76 — Die Himmel erzählen die Ehre Gottes BWV 77 — Du sollt Gott, deinen Herren, lieben BWV 78 — Jesu, der du meine Seele BWV 79 — Gott der Herr ist Sonn und Schild BWV 80 — Ein feste Burg ist unser Gott BWV 80a — Alles, was von Gott geboren BWV 80b — Ein feste Burg ist unser Gott BWV 81 — Jesus schläft, was soll ich hoffen BWV 82 — Ich habe genug BWV 83 — Erfreute Zeit im neuen Bunde BWV 84 — Ich bin vergnügt mit meinem Glücke BWV 85 — Ich bin ein guter Hirt BWV 86 — Wahrlich, wahrlich, ich sage euch BWV 87 — Bisher habt ihr nichts gebeten in meinem Namen BWV 88 — Siehe, ich will viel Fischer aussenden BWV 89 — Was soll ich aus dir machen, Ephraim BWV 90 — Es reißet euch ein schrecklich Ende BWV 91 — Gelobet seist du, Jesu Christ BWV 92 — Ich hab in Gottes Herz und Sinn BWV 93 — Wer nur den lieben Gott läßt walten BWV 94 — Was frag ich nach der Welt BWV 95 — Christus, der ist mein Leben BWV 96 — Herr Christ, der einge Gottessohn BWV 97 — In allen meinen Taten BWV 98 — Was Gott tut, das ist wohlgetan BWV 99 — Was Gott tut, das ist wohlgetan BWV 100 — Was Gott tut, das ist wohlgetan BWV 101 — Nimm von uns, Herr, du treuer Gott BWV 102 — Herr, deine Augen sehen nach dem Glauben BWV 103 — Ihr werdet weinen und heulen BWV 104 — Du Hirte Israel, höre BWV 105 — Herr, gehe nicht ins Gericht mit deinem Knecht BWV 106 — Gottes Zeit ist die allerbeste Zeit (Actus Tragicus) BWV 107 — Was willst du dich betrüben BWV 108 — Es ist euch gut, daß ich hingehe BWV 109 — Ich glaube, lieber Herr, hilf meinem Unglauben BWV 110 — Unser Mund sei voll Lachens BWV 111 — Was mein Gott will, das g'scheh allzeit BWV 112 — Der Herr ist mein getreuer Hirt BWV 113 — Herr Jesu Christ, du höchstes Gut BWV 114 — Ach, lieben Christen, seid getrost BWV 115 — Mache dich, mein Geist, bereit BWV 116 — Du Friedenfürst, Herr Jesu Christ BWV 117 — Sei Lob und Ehr dem höchsten Gut BWV 118 — O Jesu Christ, meins Lebens Licht BWV 118b — O Jesu Christ, meins Lebens Licht (2nd version) BWV 119 — Preise, Jerusalem, den Herrn BWV 120 — Gott, man lobet dich in der Stille BWV 120a — Herr Gott, Beherrscher aller Dinge BWV 120b — Gott, man lobet dich in der Stille BWV 121 — Christum wir sollen loben schon BWV 122 — Das neugeborne Kindelein BWV 123 — Liebster Immanuel, Herzog der Frommen BWV 124 — Meinen Jesum laß ich nicht BWV 125 — Mit Fried und Freud ich fahr dahin BWV 126 — Erhalt uns, Herr, bei deinem Wort BWV 127 — Herr Jesu Christ, wahr' Mensch und Gott BWV 128 — Auf Christi Himmelfahrt allein BWV 129 — Gelobet sei der Herr, mein Gott BWV 130 — Herr Gott, dich loben alle wir BWV 131 — Aus der Tiefen rufe ich, Herr, zu dir BWV 131a — Aus der Tiefen rufe ich, Herr, zu dir BWV 132 — Bereitet die Wege, bereitet die Bahn BWV 133 — Ich freue mich in dir BWV 134 — Ein Herz, das seinen Jesum lebend weiß BWV 134a — Die Zeit, die Tag und Jahre macht BWV 135 — Ach Herr, mich armen Sünder BWV 136 — Erforsche mich, Gott, und erfahre mein Herz BWV 137 — Lobe den Herren, den mächtigen König der Ehren BWV 138 — Warum betrübst du dich, mein Herz BWV 139 — Wohl dem, der sich auf seinen Gott BWV 140 — Wachet auf, ruft uns die Stimme BWV 141 — Das ist je gewißlich wahr BWV 142 — Uns ist ein Kind geboren BWV 143 — Lobe den Herrn, meine Seele BWV 144 — Nimm, was dein ist, und gehe hin BWV 145 — Ich lebe, mein Herze, zu deinem Ergötzen BWV 146 — Wir müssen durch viel Trübsal BWV 147 — Herz und Mund und Tat und Leben BWV 147a — Herz und Mund und Tat und Leben BWV 148 — Bringet dem Herrn Ehre seines Namens BWV 149 — Man singet mit Freuden vom Sieg BWV 150 — Nach dir, Herr, verlanget mich BWV 151 — Süßer Trost, mein Jesus kömmt BWV 152 — Tritt auf die Glaubensbahn BWV 153 — Schau, lieber Gott, wie meine Feind BWV 154 — Mein liebster Jesus ist verloren BWV 155 — Mein Gott, wie lang, ach lange BWV 156 — Ich steh mit einem Fuß im Grabe BWV 157 — Ich lasse dich nicht, du segnest mich denn BWV 158 — Der Friede sei mit dir BWV 159 — Sehet, wir gehn hinauf gen Jerusalem BWV 160 — Ich weiß, daß mein Erlöser lebt BWV 161 — Komm, du süße Todesstunde BWV 162 — Ach! ich sehe, itzt, da ich zur Hochzeit gehe BWV 163 — Nur jedem das Seine BWV 164 — Ihr, die ihr euch von Christo nennet BWV 165 — O heilges Geist- und Wasserbad BWV 166 — Wo gehest du hin? BWV 167 — Ihr Menschen, rühmet Gottes Liebe BWV 168 — Tue Rechnung! Donnerwort BWV 169 — Gott soll allein mein Herze haben BWV 170 — Vergnügte Ruh, beliebte Seelenlust BWV 171 — Gott, wie dein Name, so ist auch dein Ruhm BWV 172 — Erschallet, ihr Lieder, erklinget, ihr Saiten BWV 173 — Erhöhtes Fleisch und Blut BWV 173a — Durchlauchtster Leopold secular BWV 174 — Ich liebe den Höchsten von ganzem Gemüte BWV 175 — Er rufet seinen Schafen mit Namen BWV 176 — Es ist ein trotzig und verzagt Ding BWV 177 — Ich ruf zu dir, Herr Jesu Christ BWV 178 — Wo Gott der Herr nicht bei uns hält BWV 179 — Siehe zu, daß deine Gottesfurcht nicht Heuchelei sei BWV 180 — Schmücke dich, o liebe Seele BWV 181 — Leichtgesinnte Flattergeister BWV 182 — Himmelskönig, sei willkommen BWV 183 — Sie werden euch in den Bann tun BWV 184 — Erwünschtes Freudenlicht BWV 185 — Barmherziges Herze der ewigen Liebe BWV 186 — Ärgre dich, o Seele, nicht BWV 187 — Es wartet alles auf dich BWV 188 — Ich habe meine Zuversicht BWV 189 — Meine Seele rühmt und preist BWV 190 — Singet dem Herrn ein neues Lied BWV 190a — Singet dem Herrn ein neues Lied BWV 191 — Gloria in excelsis Deo BWV 192 — Nun danket alle Gott BWV 193 — Ihr Tore zu Zion BWV 193a — Ihr Häuser des Himmels BWV 194 — Höchsterwünschtes Freudenfest BWV 195 — Dem Gerechten muß das Licht BWV 196 — Der Herr denket an uns BWV 197 — Gott ist unsre Zuversicht BWV 197a — Ehre sei Gott in der Höhe BWV 198 — Laß, Fürstin, laß noch einen Strahl (Trauerode) BWV 199 — Mein Herze schwimmt im Blut BWV 200 — Bekennen will ich seinen Namen BWV 201 — Geschwinde, ihr wirbelnden Winde BWV 202 — Weichet nur, betrübte Schatten BWV 203 — Amore traditore BWV 204 — Ich bin in mir vergnügt BWV 205 — Zerreißet, zersprenget, zertrümmert die Gruft BWV 205a — Blast Lärmen, ihr Feinde BWV 206 — Schleicht, spielende Wellen BWV 207 — Vereinigte Zwietracht der wechselnden Saiten BWV 207a — Auf, schmetternde Töne secular BWV 208 — Was mir behagt, ist nur die muntre Jagd (Hunting Cantata) BWV 208a — Was mir behagt, ist nur die muntre Jagd BWV 209 — Non sa che sia dolore BWV 210 — O holder Tag, erwünschte Zeit BWV 210a — O angenehme Melodei secular BWV 211 — Schweigt stille, plaudert nicht BWV 212 — Mer hahn en neue Oberkeet (Peasant Cantata) BWV 213 — Laßt uns sorgen, laßt uns wachen (Hercules auf dem Scheidewege) BWV 214 — Tönet, ihr Pauken! Erschallet, Trompeten! BWV 215 — Preise dein Glücke, gesegnetes Sachsen BWV 216 — Vergnügte Pleißenstadt (incomplete) BWV 216a — Erwählte Pleißenstadt (lost) BWV 217 — Gedenke, Herr, wie es uns gehet BWV 218 — Gott der Hoffnung erfülle euch BWV 219 — Siehe, es hat überwunden der Löwe BWV 220 — Lobt ihn mit Herz und Munde BWV 221 — Wer sucht die Pracht, wer wünscht den Glanz BWV 222 — Mein Odem ist schwach BWV 223 — Meine Seele soll Gott loben BWV 224 — Reißt euch los, bedrängte Sinnen BWV 244a — Klagt, Kinder, klagt es aller Welt BWV 248a — (text unknown) BWV 1083 — Tilge, Höchster, meine Sünden BWV Anh. 3 — Gott, gib dein Gerichte dem Könige BWV Anh. 5 — Lobet den Herrn, alle seine Heerscharen Mottetti (225–231) BWV 225 — Singet dem Herrn ein neues Lied BWV 226 — Der Geist hilft unser Schwachheit auf BWV 227 — Jesu, meine Freude BWV 228 — Fürchte dich nicht BWV 229 — Komm, Jesu, komm! BWV 230 — Lobet den Herrn alle Heiden (Salm 117) BWV 231 — Sei Lob und Preis mit Ehren Xogħol liturġiku bil-Latin (232–243a) BWV 232 — Quddiesa fis-Si minuri BWV 233 — Quddiesa fil-Fa maġġuri BWV 233a — Kyrie fil-Fa maġġuri (verżjoni alternattiva ta' Kyrie minn BWV 233) BWV 234 — Quddiesa fil-La maġġuri BWV 235 — Quddiesa fis-Sol minuri BWV 236 — Quddiesa fis-Sol maġġuri BWV 237 — Sanctus fid-Do maġġuri BWV 238 — Sanctus fir-Re maġġuri BWV 239 — Sanctus fir-Re maġġuri BWV 240 — Sanctus fis-Sol maġġuri BWV 241 — Sanctus fir-Re maġġuri BWV 242 — Christe Eleison BWV 243 — Magnificat fir-Re maġġuri BWV 243a — Magnificat fiil-Mi bemoll maġġuri Passjonijiet u Oratorji (244–249) BWV 244 — Il-Passjoni skont Mattew (Matthäus-Passion) BWV 244a — Klagt, Kinder, klagt es aller Welt BWV 244b — Matthäus-Passion BWV 245 — Il-Passjoni skont Ġwanni (Johannes-Passion) BWV 245a — Himmel reisse, Welt erbebe BWV 245b — Zerschmettert mich, ihr Felsen und ihr Hügel BWV 245c — Ach, windet euch nicht so, geplagte Seelen BWV 246 — Il-Passjoni skont Luqa BWV 247 — Il-Passjoni skond Mark (Markus-Passion) BWV 248 — Oratorju tal-Milied (Weihnachts-Oratorium) BWV 249 — Oratorju ta' l-Għid (Oster-Oratorium) Kantati Sekulari (249–249) BWV 249a — Entfliehet, verschwindet, entweichet, ihr Sorgen BWV 249b — Verjaget, zerstreuet, zerrüttet, ihr Sterne Mużika (519–523) BWV 519 — Hier lieg' ich nun BWV 520 — Das walt' mein Gott BWV 521 — Gott mein Herz dir Dank BWV 522 — Meine Seele, lass es gehen BWV 523 — Ich genüge mich an meinem Stande Artikli relatati Rappreżentazzjoni sagra Mużika u reliġjon Ħoloq esterni Bach-Archiv Leipzig Kunst der Fuge: Mijiet ta' fajls MIDI Il-Passjoni skont Mattew BWV 244 Clavier-Übung IV BWV 988/1087 Quddiesa fuq Si minuri BWV 232 Twieldu fl-1685 Mietu fl-1750 Kompożituri Ġermaniżi Kompożituri Barokki Organisti Ġermaniżi Mużiċisti Barokki
2501
https://mt.wikipedia.org/wiki/Afrika
Afrika
L-Afrika hija t-tielet l-ikbar kontinent, li b'dimensjonijiet ta' 30.065.000 km² tkopri 20.3% tal-art 'il fuq mil-livell tal-baħar. It-800,000,000 abitant tagħha jammontaw għal ftit iktar minn 14% tal-popolazzjoni tad-dinja. Fit-Tramuntana, l-Afrika tmiss mal-Baħar Mediterran, fil-Punent mal-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar mal-Oċean Antartiku u fil-Lvant mal-Oċean Indjan. In-naħa tal-Grigal tal-kontinent hija separata mill-Asja bil-kanal artifiċjali tas-Swejs. Afrika Kontinenti
2506
https://mt.wikipedia.org/wiki/Settembru
Settembru
Settembru hu d-disa' xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan, kif ukoll wieħed mill-erba' xhur Gregorjani ta' 30 ġurnata. Ix-xahar ta' Settembru jibda fl-astroloġija oċċidentali bix-xemx fis-sinjal tal-Verġni u jispiċċa f'dak tal-Miżien. Astronomikament, ix-xemx attwalment tibda fil-kostellazzjoni tal-Iljun u tispiċċa fil-kostelazzjoni tal-Miżien. Fil-Latin, septem tfisser "sebgħa" u septimus tfisser "is-seba'"; Settembru kien fil-fatt is-seba' xahar fil-kalendarju Ruman sas-sena 153 QK, meta kienet hemm riforma fil-kalendarju. Settembru jimmarka l-bidu tas-sena ekkleżjastika fil-Knisja Ortodossa Orjentali. Dan ix-xahar jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal Diċembru kull sena, minħabba l-fatt li hemm 91 ġurnata li jisseparaw lil Settembru u Diċembru, li hu numru multiplu ta' sebgħa (in-numru ta' ġranet f'ġimgħa). Avvenimenti f'Settembru Dan hu l-bidu tas-sena akkademika f'ħafna pajjiżi Jum il-Missier fl-Awstralja – fl-ewwel Ħadd Jum il-Missier fi New Zealand – fl-ewwel Ħadd Patriot Day fl-Istati Uniti – 11 ta' Settembru Jum l-Indipendenza fil-Messiku – 16 ta' Settembru Jum l-Eroj Nazzjonali f'Saint Kitts u Nevis – 16 ta' Settembru Jum l-Indipendenza f'Saint Kitts u Nevis – 19 ta' Settembru Mixxellanja Fl-1752, l-Imperu Brittaniku adotta l-kalendarju Gregorjan. Settembru fl-Emisferu tat-Tramuntana hu l-istaġun ugwali għal Marzu fl-Emisferu tan-Nofsinhar u viċi-versa. Referenzi Ħoloq esterni 09
2509
https://mt.wikipedia.org/wiki/Apollo%20%28divinit%C3%A0%29
Apollo (divinità)
Fil-mitoloġija Griega Apollo, magħruf ukoll bħala Deljan (laqam li ġej minn Delos, il-gżira li twieled fuqha), huwa iben Żeus u Leto, it-tifla ta' Titan. Skont il-leġġenda Omerika, Apollo kien alla tal-profezija u ġieli ta d-don tal-profezija lill-mortali li kien iħobb. Waħda minn dawn kienet il-prinċipessa Trojjana Cassandra. L-iktar oraklu importanti tiegħu hu dak ta' Delfi. Mużiċista prim, Apollo kien ipaxxi lill-allat bid-daqq tal-lira. Kien magħruf ukoll bħala qawwas prim u bħala atleta - l-ewwel wieħed li rebaħ il-Logħob Olimpiku. Oħtu t-tewmija, Artemis, kienet il-gwardjana tax-xebbiet, waqt li hu kien iħares il-ġuvintur. Minbarra dan, jingħad li Apollo kien anke l-alla ta' l-agrikoltura, tal-merħliet, tad-dawl u tal-verità. Ġieli ġie mfixkel ma' Eljos, l-alla tax-xemx, u oħtu ma' Selene, l-alla tal-qamar. Kien hu li għallem lill-mortali l-arti tal-fejqan. Frott is-sbuħija fiżika tiegħu, Apollo ġie rraffigurat fl-arti antika iktar minn kull divintà oħra. L-iktar li tpenġa hu bħala żagħżugħ sabiħ, kważi dejjem bla leħja, u b'lira jew b'qaws f'idejh. en:Apollo#Roman Apollo es:Apolo#Apolo romano
2510
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mitolo%C4%A1ija%20Griega
Mitoloġija Griega
Il-mitoloġija Griega hija ġabra ta' ħrejjef tradizzjonali rrakkontati mill-Griegi l-antiki. Jittrattaw l-impriżi u l-azzjonijiet erojċi tal-allat, nisa u rġiel, tal-eroj u l-erojini, u r-relazzjonijiet tagħhom mal-mortali komuni. L-għajn li minnha nixxiet L-għejun diretti li minnhom il-miti Griegi xorbu huma koktejl ta' testi miktuba, skultura u s-sengħa tal-fuħħar b'ħafna tiżjin. L-istejjer kienu jiċċirkolaw minn fomm għal fomm. L-Ilijade u l-Odissea, il-poemi epiċi li huma ġeneralment meqjusa xogħol ta' Omeru (għall-ħabta tas-seklu tmienja jew sebgħa q.K.), jistgħu jiġu identifikati bħala l-ġenesi tal-kisbiet li kellha tagħmel il-letteratura Griega mal-milja taż-żmien, anke jekk dawn, bla dubju ta' xejn, feġġew minn tradizzjoni ta' poeżiji minsuġa oralment.
2513
https://mt.wikipedia.org/wiki/Venere%20ta%27%20Willendorf
Venere ta' Willendorf
Il-Venere ta' Willendorf, magħrufa wkoll bħala l-Mara ta' Willendorf, hija statwetta ta' figura femminili għolja 11.1 ċm (4 3/8 pulzier), li ġiet skoperta f'sit paleolitiku ħdejn Willendorf, l-Awstrija, fl-1908 mill-arkeoloġista Josef Szombathy. Din l-istatwa hija mnaqqxa f'ġebla tal-ġir oolitika li ma tappartjenix lir-reġjun fejn instabet, u hi mlewwna bl-okra ħamra. Attwalment, il-Venere ta' Willendorf hija parti mill-kollezzjoni tan-Naturhistorisches Museum fi Vjenna. Għall-ħabta ta' l-1990, wara analiżi akkurata ta' l-istratigrafija tas-sit, ġie stmat li l-istatwetta ġiet minquxa daqs 22,000 - 24,000 sena ilu. Ftit li xejn huwa magħruf dwar l-oriġini tagħha, kif inħolqot, jew dwar is-sinjifikanza kulturali tagħha. Il-Venere m'għandhiex titqies bħala ritratt realistiku tal-figura femminili, iżda ritratt ideali tal-figura. Il-fatt li l-vulva, is-sider u ż-żaqq huma minfuħa u prominenti ħafna, jissuġġerixxi konnotazjonijiet mal-fertilità. Dirgħajha żgħar huma marbuta fuq sidirha u m'għandha l-ebda wiċċ viżibbli; rasha hija mgħottija b'malju twil ta' xagħar jew xi tip ta' dafra. Il-laqam "venere", li ġie attribwit lilha fiż-żmien meta ġiet skoperta, riċentement kien suġġett ta' xi kritika. Dan għaliex l-isem iġġiegħlek tagħmel paragun bejn din il-figurna u l-immaġni klassika ta' Venere. Christopher Witcombe innota illi: "L-identifikazzjoni ironika ta' dawn il-figurini bħala 'Venere' kienet tissodisfa ċertu assunzjonijiet ta' dak iż-żmien dwar il-primittiv, dwar in-nisa, u dwar il-gosti " (segwi l-link). Fl-istess ħin hemm ukoll ċerta riluttanza professjonali biex din tiġi identifikata bħala l-Art Omm, l-alla ta' l-Ewropa antika paleolitika. Xi wħud jissuġġerixxu li f'soċjetà ta' kaċċaturi u ġemmiegħa, il-korpulenza u l-fertilità ovvja tal-mara, jistgħu jirrappreżentaw statu għoli, sigurtà u suċċess. Is-saqajn ta' l-istatwa m'humiex maħduma b'tali mod li jippermettu lill-istatwa li żżomm dritta fuq saqajha. Minħabba f'hekk, ġie spekulat li din l-istatwa kienet maħsuba biex tiġi miżmuma u mhux biex titpoġġa x'imkien. Minflok ikona ta' l-Alla Omm xi arkeoloġisti iddeskrivewha bħala amulet għax-xorti t-tajba. Oħrajn qajmu l-possibbiltà li l-istatwa kienet maħsuba bħala amulet għall-fertilità billi tiġi inserita fil-vaġina. Mindu nstabet u ngħatat isem il-figura ta' Willendorf, instabu bosta statwetti u forom ta' arti simili oħra. Dawn huma kollettivament magħrufa bħala figurini ta' Venere. Ħoloq esterni Christopher L. C. E. Witcombe, "Women in Prehistory:Venus of Willendorf". Xogħolijiet ta' skultura Artifatti arkeoloġiċi
2517
https://mt.wikipedia.org/wiki/Awstralja
Awstralja
In-Awstralja hi nazzjon fl-Oċeanja, li tikkonsisti 10 stati u t-territorji, magħmul l-kontinent Awstraljan, gżira Tasmanja u ħafna gżejjer żgħar oħra. Awstralja Pajjiżi tal-Oċeanja Pajjiżi gżejjer Pajjiżi tal-Awstraljasja Commonwealth tan-Nazzjonijiet Monarkiji kostituzzjonali
2525
https://mt.wikipedia.org/wiki/Merkurju%20%28mitolo%C4%A1ija%29
Merkurju (mitoloġija)
Fil-mitoloġija Rumana Merkurju huwa l-messaġġier tal-allat, l-alla tal-kummerċjanti u tal-kummerċ. Il-ġenituri tiegħu huma Ġove u Maia, bint it-Titanju Atlas. Għandu għadd ġmielu mill-attributi tal-alla Grieg Hermes. Il-qima lejn Merkurju ġiet introdotta f'Ruma fis-sena 495 qK, meta tempju qrib iċ-ċirklu Maximus ġie ddedikat għalih. Il-15 ta' Mejju huwa l-jum meta jiġi ċċelebrat il-festival tiegħu. Divinità Rumani
2526
https://mt.wikipedia.org/wiki/Titan
Titan
Skont il-mitoloġija Griega, it-Titani kienu t-tnax-il wild ta' Gaea u Uranu, l-art u s-sema, flimkien ma' wħud mill-ulied tat-tnax. Magħrufin għad-daqs enormi u għas-saħħa barranija tagħhom, it-Titani kienu għal żmien twil il-ħakkiema supremi tal-univers. Kronu, l-iktar Titan importanti, kien il-ħakkiem tal-univers sa ma tneħħa mit-tron minn ibnu Żews. Fost il-bqija tat-Titani hemm Oċeanu, ix-xmara li kienet tiċċirkola madwar id-dinja; Tetis, il-mara tiegħu; Mnemosine, l-alla mara tal-memorja; Temis l-alla mara tal-ġustizzja divina; Iperjone, il-missier tax-xemx, tal-qamar u taż-żerniq; Iapetu, missier Prometeu, li ħalaq il-bnedmin; u Atlas, dak li kien iżomm id-dinja fuq spallejh. Meta Żews ħadha kontra missieru, mit-Titani kollha, Prometeu u Oċeanu biss tawh daqqa t'id, u b'hekk kienu onorati waqt li l-oħrajn kienu kkundannati jgħammru f'Tartaru. Mal-milja taż-żmien, iżda, Żews reġa' għamel ħbieb mat-Titani, u Kronu inħatar bħala l-mexxej waqt l-Era tad-Deheb.
2527
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ilijade
Ilijade
L-Ilijade hi ambjentata fl-aħħar sena tal-Gwerra ta' Trojja. Dil-gwerra hija l-plott ċentrali tan-nisġa dwar ir-rabja tal-eroj Grieg Akille wara li l-kap tiegħu, Agamennone, jinsulentah waqt il-gwerra. Akille jitlaq mill-kamp tal-battalja u jħalli lil sħabu jitqabdu mat-Trojjani, li jegħlbuhom aktar minn darba. Il-ħabib tiegħu, Patroklu, li jitqabbad imexxi t-truppi minfloku, waqt taqbida minnhom jisfa maqtul bi ħruxija liema bħalha. Mimli rabja u rimors, Akille jinfexx b’ruħu u b’ġismu kontra t-Trojjani. Biex ipatti għall-kuxjenza tniggżu, joqtol lill-mexxej tagħhom, Ettore, iben ir-re Priamu, fi ġlieda wieħed kontra wieħed. Il-poema tagħlaq meta Akille jagħti l-kadavru ta’ Ettore lil Priamu għad-difna, bi ftit simpatija mar-re avversarju għaliex it-tnejn ġarrbu t-telfa ta’ persuna għażiża għalihom u ġew wiċċ imb wiċċ mal-mortalità tagħhom. Ara wkoll: L-Odissea u Omeru. Letteratura
2529
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C5%BBews
Żews
Żews, skont il-mitoloġija Griega, huwa l-alla tas-sema u jiggverna fuq l-allat tal-Muntanja Olimpu. Jikkorrispondi ma' l-alla Ruman Ġove. Fil-poemi ta' Omeru, Żews hu meqjus bħala missier l-allat kollha u tal-mortali. Ma kienx hu li ħalaq la l-bnedmin u lanqas l-allat, iżda kien missierhom fis-sens li kien il-protettur u l-ħakkiem kemm tal-familja Olimpjana u kemm tar-razza umana. Żews jikkontrolla s-sema, ix-xita, is-sħab u l-beraq bir-ragħad.
2530
https://mt.wikipedia.org/wiki/Omeru
Omeru
Omeru huwa l-isem li skont it-tradizzjoni jingħata lill-awtur tal-Ilijade u l-Odissea, iż-żewġ poemi epiċi ewlenin tal-Greċja l-Antika. Xejn mhu magħruf dwar Omeru bħala individwu, tant li hemm punt interrogattiv kbir konness ma' jekk kinitx persuna waħedha li hi responsabbli mill-ħolqien taż-żewġ epiċi. L-argument huwa kontroversjali ferm. Evidenza lingwistika u storika, però, tipponta lejn il-fatt li l-poemi ġew komposti f'xi rħula man-naħa tal-Punent tal-kosta tal-Asja Minuri qrib is-seklu disgħa Q.K. Griegi Antiki
2531
https://mt.wikipedia.org/wiki/Odissea
Odissea
L-Odissea tiddeskrivi l-vjaġġ lura ta' l-eroj Grieg Ulisse. L-ewwel xena tirrakkonta t-taqlib li jseħħ wara t-tluq ta' Odissew minn Itaka għal ħafna snin. Il-konfużjoni li jsib hi xogħol grupp ta' rġiel li ntasbu f'daru għaliex riedu lil martu, Penelope. Letteratura
2532
https://mt.wikipedia.org/wiki/Eroj
Eroj
L-Eroj huwa personaġġ, raġel jew mara (f'dak il-każ tissejjaħ erojina), li ġeneralment jinzerta wkoll il-protagonista f'numru kbir ta' rakkonti. Fid-diskors popolari hu magħruf bħala l-artist. L-eroj ħafna drabi jkun iħaddan abbiltajiet u karratteristiċi nobbli oħra li jisbqu 'l dawk li jkollu kwalunkwe persunaġġ ieħor. B'hekk, dan il-karattru jwettaq azzjonijiet straordinarji li jwasslu għal xi għamla ta' ġid u li għalihom jibqa' msemmi. Huma ħiliet fiżiċi kif ukoll mentali. Huwa l-aġent li jaħseb u jwettaq, l-id daqskemm il-moħħ. L-avversarju ta' l-eroj hu l-antagonista li ħafna drabi hu magħruf sempliċement il-kattiv. Nies u karattri rikonoxxuti bħala eroj N.B. kulturi diversi jafu jqisu eroj dak li f'kultura oħra huwa l-kattiv, pereżempju George W. Bush u Osama bin Laden, jew Akille u Ettore. Akille, Greċja l-klassika Aragorn, karattru prinċipali f'The Lord of the Rings ta' J. R. R. Tolkien Re Arthur, l-Ingliterra medjevali Batman, ir-raġel-pipistrell Bilbo Baggins, il-karattur titulari fil-ktieb ta' Tolkien, The Hobbit Dalai Lama, awtorità reliġjuża t-Tibet Dun Kixott, kavallier ta' l-immaġinazzjoni li jfittex it-tajjeb, il-virtù, l-unur u l-verità Dun Mikiel Xerri, qassis Malti xkubettjat fi żmien il-Franċiżi El Cid, kavallier Spanjol Enea, Ruma l-Qadima Erkole, mitoloġija Rumana Ettore, Greċja klassika Frodo Baggins, il-possessur tal-One Ring fix-xogħol ta' J.R.R. Tolkien, Lord of the Rings Mohandas Gandhi, l-attivista non-vjolenti rivoluzzjonarju George Washington, mexxa r-rivoluzzjoni Amerikana Giordano Bruno, bniedem mistiku tar-Rinaxximent li ngħata n-nar bħala eretiku He-Man, karattru mistħajjel Heralda Luxin, mara Ġermaniża li ddefendiet disat itfal Lhud waqt It-Tieni Gwerra Dinjija. Hua Mulan, folklor taċ-Ċina Ivan Susanin, kampanjol Russu li salva lill-Kżar James Bond, aġent sigriet Brittanniku James T. Kirk, eroj mis-sensiela Star Trek Ġesù, issagrifika ħajtu fuq is-salib fir-reliġjon Kristjana. Jeanne d'Arc, Franza Tiradentes, Brażil Juan Santamaría, Costa Rica Kintaro, folklor Ġappuniż Laura Secord, Kanada Lord Guan, ġeneral u demi-urgu Ċiniż Luke Skywalker, eroj tas-saga epika ta' George Lucas Star Wars Mario, protagonista fis-serje Super Mario Brothers Nelson Mandela, Sud Afrika Momotaro, folklor Ġappuniż It-tnax-il paladin ta' Karlumanju Stanislav Petrov, uffiċjal militari mill-Unjoni Sovjetika li evita gwerra nukleari dinjija fl-1983 Piet Hein, pirata Olandiż tas-seklu sittax Harry Potter, karattru mistħajjel maħluq minn J. K. Rowling Robin Hood, il-Brittanniku leġġendarju tal-Medjuevu Robert Roy MacGregor, jew Rob Roy, eroj mill-folklor ta’ l-Iskozja tas-seklu 18 Samwise Gamgee, kumpann ta’ Frodo Baggins f’Lord of the Rings ta’ J.R.R. Tolkien Winston Smith, eroj mir-rumanz Nineteen Eighty-Four ta’ George Orwell. Spartacus, mexxa r-rivoluzzjoni ta’ l-iskjavi fl-Imperu Ruman Spiderman, ir-raġel-brimba Stenka Razin, folklor Russu Sun Wukong, eroj mistħajjel mir-rumanz klassiku Ċiniż Journey to the West, u Son Goku (l-karattru prinċipali tal-kartun jew manga Dragon Ball, ibbażat fuq “Journey to the West”) Superman, (super-raġel) u l-prototip tas-supereroj Thomas Andrews, iddiżinja l-Titanic; qatta’ l-aħħar mumenti ta’ ħajtu jgħin in-nies jitilgħu fuq id-dgħajjes tas-salvataġġ u hu għereq mal-vapur tiegħu Toni Bajada, għawwiem Malti ta' żmien il-Kavallieri Vasil Levski, eroj nazzjonali Bulgaru Wilhelm Tell, l-eroj nazzjonali ta’ l-Iżvizzera Wonderwoman, erojina fil-kotba tal-komiks Wong Fei-Hung, eroj Ċiniż li kien mgħallem ta’ l-arti marzjali Letteratura Storja
2533
https://mt.wikipedia.org/wiki/Supereroj
Supereroj
Supereroj huwa karattru fittizju li hu msemmi għall-għemejjel kuraġġużi u nobbli li jwettaq. Dan il-personaġġ, li jkollu kważi dejjem isem u kostum ikkuluriti, iħaddan abbiltajiet li jisbqu 'l dawk normali tal-bnedmin. Superman (is-super-raġel), il-karattru tal-komiks (imma wkoll tal-films, tal-kartuns, tat-teleserjejiet u tal-vidjo-loghob) li ddebutta fl-1938, huwa l-prototip tas-supereroj. Lejn definizzjoni Id-dizzjunarji lis-supereroj jarawh hekk: Persunaġġ erojku b'missjoni diżinteressata li twassal għat-tajjeb tas-soċjetà. Min għandu super-poteri, teknoloġija avvanzata ferm, ħiliet mistiċi jew fiżiċi u/jew mentali żviluppati ħafna. Min għandu super-identità, kostum li joħloq ikona madwaru, u poteri (li jippermettu trasformazzjoni minn persuna bħal kulħadd f'supereroj). Hu ġeneralment distint, ċoè jintgħażel mill-kumplament tal-persunaġġi li nsibu f'ġeneri oħrajn bħall-fantaxjenza. Tipikament is-supereroj ikollhom żewġ identitajiet: dik ta' supereroj li jaf bih kulħadd (li tinżamm mistura) u l-oħra ta' bniedem komuni li jafuh ftit nies. Supereroj
2534
https://mt.wikipedia.org/wiki/Akille
Akille
Fil-mitoloġija Griega, Akille huwa l-aqwa mill-kumbattenti Griegi waqt il-Gwerra ta' Trojja. Meta kien għadu żgħir ommu kienet billitu fis-Styx biex troddlu l-immortalità. L-ilma għamlu invulnerabbli, iżda l-għarqub tiegħu baqa' niexef u sar id-dgħjufija tiegħu. Mitoloġija Griega