url
stringlengths 31
264
| title
stringlengths 0
1.28k
⌀ | base_url
stringclasses 9
values | text
stringlengths 80
21.4k
| labels
sequencelengths 1
5
|
---|---|---|---|---|
https://netnews.com.mt/2021/06/06/andrei-agius-jilghab-il-100-partita-tieghu-mat-tim-nazzjonali-malti/ | null | netnews.com.mt | Nhar il-Ġimgħa li għaddiet fil-partita kontra l-Kosovo, il-captain tat-tim nazzjonali Malti Andrei Agius lagħab il-100 partita tiegħu bil-flokk tat-tim Malti. Qabel l-istess partita, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo preżenta flokk kommemorattiv lil Andrei Agius. Agius iddebutta mat-tim nazzjonali f'partita kontra l-Moldova fl-età ta' 19-il sena taħt it-tmexxija tal-kowċ Duzan Fitzel. Id-difensur ċentrali ta' Hibernians minn dakinhar lagħab 100 partita fejn skorja 6 gowls. F'intervistà mas-sit uffċijali tal-MFA Agius qal li l-aktar partita li jibqa' jiftakar hija dik kontra l-Ingilterra f'Wembley Stadium fejn minkejja li dakinhar it-tim Malti kien tilef 2-0, xorta waħda kienet esperjenza pożittiva għall-players Maltin li lagħbu f'wieħed mill-aktar stadiums bi storja fil-futbol. Andrei Agius qal li l-perjodu taħt Devis Mangia huwa wieħed mill-aħjar perjodi li t-tim nazzjonali Malti kellu, anke hu personali fejn il-karatteristiċi tiegħu bħala player qed joħorġu aktar. Agius qal li dan m'huwiex it-tmiem tal-karriera tiegħu mill-futbol u minn mat-tim nazzjonali Malti hekk kif se jkompli jaħdem biex jibqa' jkun magħżul fit-tim. Il-player ta' 35 sena fl-aħħar snin beda wkoll esperjenza fil-coaching hekk kif irid jgħaddi dak li tgħallem hu liż-żagħżagħ Maltin li għadhom telgħin. | [
15
] |
https://netnews.com.mt/2021/06/04/tintemm-l-inkjesta-pubblika-dwar-il-qtil-ta-daphne-caruana-galizia-il-bord-se-jahdem-fuq-ir-rapport/ | null | netnews.com.mt | Il-Bord tal-Inkjesta Pubblika dwar jekk l-Istat għamilx dak kollu li seta' biex jipprevjeni l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia temm is-smigħ tax-xhieda u issa se jkun qed jaħdem fuq ir-rapport tiegħu. Il-Bord ta' Inkjesta, li twaqqaf f'Diċembru 2019 wara pressjoni mill-Kunsill tal-Ewropa u s-soċjetà ċivili, sema' spettru vast ta' xhieda u provi tax-xhieda, li jvarjaw mill-eks Prim Ministru, sa attivisti fid-19-il xahar ta' operazzjoni tiegħu. Dalgħodu, l-avukat Therese Comodini Cachia ppreżentat l-inkjesta bl-aħħar biċċa evidenza li jkollha teżamina żewġ kaxxi ta' rekords ta' telefonati u messaġġi mit-telefon ta' Yorgen Fenech, dwar individwi li xehdu quddiem il-bord u kellhom kariga pubblika. Hija qalet li l-esebiti ta' din l-evidenza kienet ġiet awtorizzata mill-Maġistrat Rachel Montebello fil-31 ta' Mejju. L-eks Imħallef Michael Mallia li jippresjedi l-bord tal-inkjesta, qal lill-partijiet li r-rapport mhux se jkun pubbliku – kopji għandhom jingħataw lill-partijiet biss – iżda l-konklużjonijiet tiegħu se jkunu. Il-pubbliku jiġi notifikat meta tiġi konkluża din il-fażi tal-inkjesta. Il-bord kien magħmul mill-Imħallef Mallia, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro. L-Avukat tal-Istat Chris Soler irrappreżenta lill-Istat, filwaqt li l-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia assistew lill-familja Caruana Galizia. | [
0
] |
https://netnews.com.mt/2021/06/06/tony-bezzina-stadium-se-jkun-l-isem-il-gdid-tal-hibernians-stadium/ | null | netnews.com.mt | Għalkemm l-ikbar memorja tas-Sur Tony Bezzina se tibqa' mnaqqxa fil-ħidma tiegħu biex Hibernians F.C. sar klabb ewlieni f'pajjiżna, issa l-klabb mexa' pass ieħor biex dan l-ikona tal-futbol Malti jibqa' mfakkar. Dan hekk kif il-membri tal-klabb, waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li għaddejja bħalissa, qablu li l-Hibernians Stadium jinbidillu ismu u issa jsir it-Tony Bezzina Stadium.L-aħbar tasal ftit xhur wara t-telfa tas-Sur Bezzina u fl-istess waqt li l-klabb għaddej bi proġett maġġuri biex jibdew il-wiċċ ta' dan il-grawnd, proġett ieħor li hu l-legat ta' Anthony Bezzina. | [
15
] |
https://netnews.com.mt/2021/06/04/il-lingwa-maltija-falbum-internazzjonali-joseph-aquilina-il-malti-li-hadem-ma-chicane/ | null | netnews.com.mt | Ispirazzjoni li bdiet minn meta kellu 6 snin u kien f'pajjiżna… twieled fir-Renju Unit, hu illum iqis lilu nnifsu bħala Malti Brittaniku. Net News tkellem ma' Joseph Aquilina, mużiċist u akkademiku u li fl-aħħar xhur ħadem ma' Chicane, mużiċit ta' fama internazzjonali. Fil-ħidma li wettaq Aquilina kanta bil-Malti, u llum il-lingwa Maltija tinsab f'żewġ kanzunetti tal-album il-ġdid tiegħu Everything we had to leave behind. Huwa qalilna ta' xi tfisser għalih li ħadem ma' Chicane…. "Chicane talabni nikteb xi ħaġa bil-Malti…. Iltqajt ma' Chicane permezz tal-manager, li ili naf minn snin ilu, u kont ħdimt miegħu meta ħdimt fuq mużika oħra li kienet bil-Malti wkoll, il-mużika tiegħi qabel ħdimt ma' Chicane kienet li tfittex l-għeruq semitiċi tal-lingwa Maltija mal-mużika." L-album inkiteb tul il-lockdown… u Chicane wkoll ħariġha fil-kanzunetti tiegħu fl-album… u l-istess għamel permezz tal-lirika tiegħu li jwassal is-sentiment tiegħu. Huwa qal li l-vuċi tiegħu mhux biss tirrifletti l-lirika, imma hija wkoll ħoss sabiħ li jmur tajjeb mal-mużika ta' Chicane. L-imħabba tiegħu lejn il-mużika nibtet ukoll mhux biss bl-impatt li kellhom il-qraba tiegħu fuqu, iżda wkoll tul żjara ta' 6 snin wettaq f'Ħal Saflieni, fl-Ipoġew. "F'dak iż-żmien f'Malta kelli l-ewwel esperjenza …. morna l-Ipoġew… Malta għalija hija spiritwali, u fl-Ipoġew bdejt nifhem il-kunċett tal-Malti flimkien mal-mużika." Joseph Aquilina qasam magħna kif illum huwa għandu l-ADHD, kundizzjoni li iżda bħal ma hi ta sfida, huwa qatt ma qata' qalbu biex jissaħħaħ fil-karriera tiegħu. Huwa kompla li anki beda jdoqq l-ewwel strumenti meta kien Malta, hekk kif żijtu kienet tmexxi l-Mużew, u minn hemm mhux l-ewwel darba li kelmitu fuq il-mużika li kienet tindaqq anki tul il-quddiesa. Huwa qalilna li għex it-tfulija fi Brixton, u hemm kien f'minoranza, f'soċjetà mimlija minoranzi, u anki fittex lilu nnifsu li jiddefinixxi l-identità Maltija tiegħu. Il-kelma Maltija hija għal qalb il-mużiċist u ma ddejjaq xejn iwassal il-messaġġ lill-Maltin biex ngħożżu lil din il-lingwa tagħna. "Il-lingwa hija importanti għall-proxxmu tagħna għax tgħinek tkun uman, tkun Malti " Ikkummenta Tags Lokali mużika //= $special ?> | [
2
] |
https://netnews.com.mt/2021/06/05/leclerc-jirbah-il-pole-position-ghat-tieni-grand-prix-konsekuttiv/ | null | netnews.com.mt | Charles Leclerc ta' Ferrari se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix tal-Azerbaijan. Fl-aħħar Grand Prix, dak ta' Monaco, minkejja li rebaħ il-Pole Position, Leclerc ma saqx fit-tellieqa tal-Ħadd wara inċident li kellu fl-aħħar sekondi tas-sessjoni ta' kwalifikazjoni. Intant Lewis Hamilton ta' Mercedes temm fit-tieni post, bis-sewwieq ta' Red Bull Max Verstappen se jida mit-tielet post. Pierre Gasly u Carlos Sainz se jibdew mir-raba' u l-ħames post rispettivament. Lando Norris ta' Mc Laren se jibda fis-sitt post bis-sewwieq ta' Red Bull Sergio Perez se jkun qed jibda mis-seba' post. Fit-tmien u fid-disa' post se jkunu qed jibdew Yuki Tsunoda u Fernando Alonso rispettviament filwaqt li Valterri Bottas se jkun qed jibda fl-għaxar post fit-tellieqa tal-Ħadd waranofsinhar li tibda fis-2.00pm Kif se jibdew 1. | [
15
] |
https://newsbook.com.mt/ghin-lill-sas-jghinu-lil-min-hu-fil-bzonn/ | newsbook.com.mt | Wieħed mill-ħafna servizzi offruti mis-Segretarjat Assistenza Soċjali: servizz ta' trasport għall-anzjani. Read in English . Ix-xogħol fil-komunità tas-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) hu meħtieġ aktar minn qatt qabel, u l-ġenerożità tal-pubbliku hi kruċjali biex dan jista' jkompli jseħħ. L-SAS twaqqaf fl-1962 mill-Arċisqof Mikiel Gonzi u tpoġġa taħt l-Azzjoni Kattolika. Il-missjoni tas-segretarjat dejjem kienet li tgħin lill-aktar nies vulnerabbli u batuti fus-soċjetà, anke jekk il-mod kif tingħata l-għajnuna nbidel matul iż-żmien. Li żgur ma naqasx hu l-bżonn għall-għajnuna, anke jekk l-istatistika tista' tagħti impressjoni oħra. Skont il-figuri, il-faqar f'Malta jew stabbli jew qiegħed jonqos, iżda x-xogħol tal-SAS juri fiċ-ċar kif il-fqir tal-lum hi f'sitwazzjoni ħafna agħar minn persuna fqira ta' ftit snin ilu. "Illum hawn aktar għajnuna, hawn aktar benefiċċji u hawn aktar servizzi. Però llum għandek ukoll diffikultajiet akbar. Naqas is-sapport li familji jagħtu lil xulxin; żdiedu b'ħafna l-ispejjeż għal min jimrad; spejjeż ta' kontijiet għolew ħafna; il-kirjiet splodew," spjegat l-SAS. Il-pandemija tal-Covid-19 ma tgħinx, għax ġabet żieda kemm fil-faqar kif ukoll fl-inġustizzji tas-soċjetà ta' madwarna. "Ħdimna ma' persuni li tkeċċew mix-xogħol fl-ewwel ġimgħa li kienu tħabbru l-ewwel miżuri tal-Covid. Ġew nies għandna għal għajnuna li tilfu xogħolhom u li spiċċaw jorqdu barra għax ma kellhomx biex iħallsu l-kirja. Fittxew l-għajnuna tagħna persuni li soffrew vjolenza domestika f'darhom għax kienu msakkrin ġewwa mal-partner vjolenti tagħhom," qalet l-SAS. Żewġ proġetti ta' akkommodazzjoni It-talbiet għall-għajnuna splodew tul-din is-sena, u s-segretarjat qed jgħin tlett darbiet aktar familji minn qabel. Biex ilaħħaq ma dan, l-SAS żied is-servizzi ta' social work u counselling, u offra aktar taħriġ lil voluntiera biex jgħinu u jagħtu wens lil min iħossu waħdu fil-komunità. Is-sitwazzjoni qed iżżid ir-realizzazzjoni li hemm bżonn aktar x'isir, u li l-gvern waħdu ma setax isolvi l-problemi kollha. B'hekk, l-SAS se tiftaħ żewġ proġetti dan is-sajf, bit-tnejn li huma joffru saqaf lil min għandu bżonn. Wieħed minn dawn se jkun proġett ta' akkommodazzjoni soċjali – l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu f'Malta mhux immexxi mill-gvern. L-SAS se tiftaħ ukoll ċentru t'akkoljenza għall-persuni foqra u homeless, biex toffri għajnuna bażika u umanitarja lil min ikollu bżonnha. Dan kollu, però jiddependenit mill-ġenerożità u s-sostenn tal-komunità. Min jixtieq jgħin jista jagħmel dan billi jibgħat messaġġ fuq: 5061 7319 (donazzjoni ta' €2.33) 5061 7925 (donazzjoni ta' €4.66) 5061 9281 (donazzjoni ta' €11.65) Tista' tfittex ukoll il- paġna tal-SAS fuq Facebook. | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/xqed-jigri-fhal-wahdu/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook Is-sensiela Nostalġija miktuba minn Ronald Saliba b'direzzjoni ta' Charles Stroud tibda tixxandar mil-lejla fid-8.50pm fuq TVM. Matulha se nibdew niltaqgħu mal-karattri li hemm f'Ħal Waħdu. Frank jitfa' għajnejħ fuq Ġina malli jaraha l-ewwel darba. Fejn twassal din l-imħabba, jekk qatt tibda? Pietru qed jimbotta lil ħuħ Xmun fuq is-siġġu tar-roti. Imma min u għaliex qiegħed josserva kollox. John, żagħżugħ li qiegħed l-università iħejji biex jibda l-istudju tiegħu għal saċerdot. Jgħinu fl-istudju tal-filosofija hemm sieħbu Joe li jisilfu ktieb. U ma jkunx ktieb għax iġibu fl-inkwiet mal-kappillan li qed irabbiħ. Aqra: Filmat: Titnieda l-kanzunetta tas-sensiela Nostalġija Grezzju hu raġel bil-għaqal u tal-familja imma bi problema kbira ta' xorb. Imur jixrob għand Ġamri li jitolbu jwassal lil Ġina sad-dar. X'jiġri? Is-Sofor u l-Bojod huma żewġt partiti politiċi u l-kampanja qed tiqliel issa li waslu l-elezzjonijiet għall-kunsilli. U jippruvaw iżeffnu fin-nofs lill-kappillan. Tgħid jirnexxilhom? John jinsisti mal-kappillan biex jgħidlu min huma l-ġenituri tiegħu. Imma għaliex ma jridx jgħidlu l-kappillan? Aqra: Josephine Mahoney lura fuq it-TV Din hi produzzjoni ta' 35-il puntata li se tkun tinkludi s-sehem ta' bosta atturi magħrufa bħal Ronald Saliba, Joe Farrugia d-Dulli, Frank Tanti, Narcy Calamatta, Tereża Gauci, Ray Bone, Guido Fenech, Monica Attard, Simon Curmi, Anthony Ellul, Sandra Davis, Ronnie Galea, Simone Zammit, Carmel Gauci, Tania Bartolo u Shelby Aquilina. Aqra: Jirritorna fuq it-TV wara 33 sena. Għaraftu? Aqra: Ninette Micallef tirritorna wkoll fuq it-TV! | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/fhadd-il-palm-morandi-jcaqlaq-is-swaba-ghall-ewwel-darba/ | newsbook.com.mt | Gianni Morandi. Ritratt: Facebook - Gianni Morandi Dejjem bi tbissima Gianni Morandi, li għadu qed jirkupra fl-isptar Bufalini f'Cesena, wara li żelaq f'ħuġġieġa nar waqt li kien qed jagħmel xogħol fil-villa tiegħu f'Bologna, illum il-Ħadd 28 ta' Marzu rnexxielu jaqlaq għall-ewwel darba s-swaba' ta' jdejh u rrikorra għall-midja soċjali biex juri l-progress li qed jagħmel speċjalment fil-jum li jiġi ċċelebrat Ħadd il-Palm. Aqra: Filmat: "Dawn huma l-ewwel passi" – Gianni Morandi Il-messaġġ li Gianni Morandi xtaq jibgħat huwa ta' paċi u tbissima f'Ħadd il-Palm. Il-faxex fuq l-idejn bdew iħollu l-għoqiedi tagħhom u juru s-swaba' tal-id ix-xellugija, dik li biha qed iżżomm il-weraq taż-żebbuġ simbolu ta' din il-ġurnata. 28 Marzo.Dall' ospedale "Bufalini" di Cesena, buona domenica delle Palme a tutti…Foto di Yash Posted by Gianni Morandi on Sunday, March 28, 2021 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-gudikatura-mhux-dejjem-sensittiva-bizzejjed-fkazi-socjali/ | newsbook.com.mt | Liġi li tmexxi r-responsabbiltà għal ordnijiet ta' ħarsien (care orders) mill-ministru għall-ġudikatura kienet ila mistennija "deċennji" qabel daħlet fis-seħħ f'Lulju, iżda fl-opinjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja Soċjali Michael Falzon, mhux kull ġudikant wera ruħu lest biex jokkupa rwol tant sensittiv. Falzon u David Agius, il-viċi kap u kelliem għas-solidarjetà soċjali tal-Partit Nazzjonalista, kienu qed jipparteċipaw f'dibattitu waqt il-programm ta' Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart. Il-ministru enfasizza li l-poter li joħroġ ordni ta' ħarsien ma kienx eżattament xi preġju tal-kariga: ma kien hemm l-ebda pjaċir tiffirma ordni biex tfal jitneħħew mir-responsabbiltà tal-ġenituri tagħhom. Kien viżibilment kommoss meta ftakar f'każi fejn iffirma ordni ta' ħarsien għal trabi li għadhom kif twieldu, u li kellhom bżonn detossifikazzjoni minħabba l-użu ta' eroina ta' ommhom. Falzon fakkar ukoll li kull ordni ta' ħarsien li ffirma kien ħareġ skont il-parir tal-esperti, iżda madankollu, il-ħtieġa li r-rwol tal-politiku jinqata' mill-proċess ilha tinħass. Il-liġi nnifisha saret wara proċess twil ta' konsultazzjoni, f'Falzon u Claudio Grech – li kien id-deputat Nazzjonalista kelliem għas-settur qabel Agius – iduru l-abbozz klawżola klawżola qabel ma dan ġie ppreżentat fil-Parlament, fejn ġie approvat b'mod unanimu. Mill-1 ta' Lulju tidħol fis-seħħ il-liġi dwar il-protezzjoni tat-tfal Imma l-verita kienet, żied jgħid il-ministru, li jekk qabel kien hemm ilmenti fuq ir-rwol tal-politiku, issa l-ilmenti kienu ta' natura oħra. Falzon enfasizza li hemm membri tal-ġudikatura li wrew qalb tad-deheb u sensittività, fejn jagħmlu minn kollox biex isiru deċiżjonijiet xierqa u malajr. Però, fl-opinjoni tiegħu, kien hemm min qed jirreżisti l-bidla, min wera nuqqas ta' sensittività, u li hemm ċertu membru li "outright mhux qed jagħmlu xogħolhom." Il-ministru b'hekk jemmen li għandha tidħol speċjalizzazzjoni fil-qrati, biex dawn il-każijiet sensittivi jiġu deċiżi minn maġistrati u mħallfin adattati. Agius ukoll qabel fuq il-bżonn ta' speċjalizzazzjoni fuq każi soċjali, u bħala eżempju semma każ li kien ġie nfurmat fuqu, fuq omm li ilha tistenna xhur biex joħroġ rikors mill-qorti biex tirċievi manteniment u tkun tista tmantni t-tfal: kieku mhux għall-għajnuna ta' qraba u ħbieb, it-tfal stess li kienu jispiċċaw ibatu l-konsegwenzi ta' dan id-dewmien. Problemi 'interġenerazzjonali' Azzopardi staqsa jekk is-sistema ta' benefiċċji soċjali preżenti kinitx tikkawża sens ta' dipendenza u tiffaċilita abbuż, iżda kemm Agius kif ukoll Falzon indikaw li s-sitwazzjoni aktar kumplessa minn hekk. It-tnejn irrikonoxxew li abbużi jsiru, però titjib qed isir, u l-impressjoni li l-abbuż kien endemiku hi waħda żbaljata. "Ejja ma naħsbux li n-nies kollha ħallelin," qal Falzon. Il-ministru żied li numru ta' miżuri kienu ntiżi biex inaqqsu d-dipendenza fuq benefiċċji soċjali, bħat-tapering ta' benefiċċji li jsir meta xi ħadd isib xogħol. Madwar 80% ta' min ibbenefika minn din l-iskema ma reġax lura għal benefiċċji tal-qagħad, spjega Falzon, li żied li l-andament ekonomiku wkoll ikollu mpatt fuq dan. Fl-istess ħin, però, iż-żewġ politiċi qablu li mhux kulħadd neċessarjament jista' jinqata' minn dipendenza fuq benefiċċji, minħabba kapaċitajiet jew ċirkostanzi. Falzon innota li f'ħafna każijiet hemm problemi soċjali interġenerazzjonali. Jekk hemm tifla taħt ordni ta' ħarsien, pereżempju, spiss ikun il-każ li ommha kienet taħt dan l-ordni, u aktarx in-nanna kienet affaċċjat problemi soċjali wkoll. | [
14
] |
|
https://newsbook.com.mt/wasal-is-saghtar-stampat/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Pexels Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT ħabbret li r-rivista Sagħtar issa tista' tinxtara bħala rivista stampata mill-ħanut online li għadu kif tnieda mill-Fondazzjoni. Is- Sagħtar huwa sinonimu mal-qari tajjeb bil-Malti għat-tfal, u bħalma jaf kulħadd jinkludi varjetà kbira ta' artikli, stejjer, poeżiji, logħob u kompetizzjonijiet edukattivi, informattivi u divertenti. Ir-rivista stampata għandha sservi sabiex tilħaq aktar tfal, li għall-ewwel darba ser ikollhom l-esperjenza ta' rivista bil-Malti stampata apposta għalihom, bħalma kien hemm għal tant snin fil-passat. Min hu interessat jakkwista kopja stampata għandu jissieħeb b'xejn bħala membru tal-Fondazzjoni u jmur fil-ħanut li għadu kif infetaħ bħala parti mis-sit tagħhom . Hemmhekk wieħed jista' jabbona għal tmien edizzjonijiet stampati tal-magażin, jiġifieri minn Ottubru 2020 sa Mejju 2021, jew inkella jixtrihom waħdiet. Fl-istess ħanut hemm ukoll għażla ta' kotba sbieħ għat-tfal u pubblikazzjonijiet oħra. Infakkrukom li l-verżjoni diġitali tar-rivista tittella' b'xejn kull xahar fuq is-sit uffiċjali tas- Sagħtar , fejn wieħed isib ukoll l-edizzjonijiet kollha passati sa mill-bidu nett. Dawn il-ħamsin sena sħaħ ta' rivisti jistgħu jinqraw minn fuq kompjuter, mowbajl jew tablet. Siltiet minnhom jistgħu wkoll jinstemgħu moqrija minn qarrejja differenti u kultant mill-awturi stess. Għal darb'oħra l-Fondazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-kontributuri kollha li permezz tagħhom kien possibbli li jerġa' jibda s- Sagħtar – kittieba, illustraturi, membri tal-bord editorjali u ħafna persuni oħrajn. Tirringrazzja minn qalbha wkoll lill-edukaturi kollha li qegħdin jużaw is- Sagħtar fil-klassi kif ukoll lil dawk kollha li qegħdin iħeġġu lit-tfal sabiex jaqraw ir-rivista. Dan it-tagħrif twassal mill-Malta Union of Teachers. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-jaqaw-jien-mulej/ | newsbook.com.mt | Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huwa l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 26, 14-25 Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla tal-Għid. Għall-ħin ta' filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, u waqt l-ikel qal: "Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini". Huma bdew isewdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: "Jaqaw jien, Mulej?". U Ġesù weġibhom: "Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini. Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il- bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f'idejn l-għedewwa! Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn!". Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u qallu: "Jaqaw jien, Rabbi?". Wieġbu Ġesù: "Int qiegħed tgħidu". | [
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/in-nies-jistghu-jsiru-foqra-mil-lejl-ghan-nhar-bernardette-briffa/ | newsbook.com.mt | In-nies jistgħu jsiru foqra mil-lum għal għada, wissiet Bernardette Briffa mill-Caritas hekk kif il-kampanja tar-Randan 2021 Itma' u Libbes daħlet fl-aħħar ġimgħa tagħha. "F'daqqa waħda xi nies isibu ruħhom Cafu ammonti kbar ta' flus f'arretrati lis-servizzi soċjali u l-benefiċċji tagħhom huma mnaqqsa bin-nofs, f'każ wieħed il-benefiċċji tnaqqsu bin-nofs minn € 400 għal € 200", qalet Briffa. Briffa żiedet tgħid li persuni oħra li jsofru bidliet f'daqqa fil-fortuna huma nies dipendenti fuq il-logħob tal-azzard, vittmi tal-użura, alkoħoliċi, u drogati. Saħqet li għall-kuntrarju tat-twemmin popolari, in-nies li jbatu minn kwalunkwe tip ta' vizzju mhumiex single. "Ħafna minnhom għandhom familji, u dawn jeħtieġu għajnuna," qalet Briffa. Briffa żiedet li l-ewwel mewġa Covid-19 kixfet il-firxa reali tal-faqar, b'eluf ifittxu għajnuna mid-diversi food banks f'Malta. Il-faqar mhux biss jolqot lill-Maltin u fl-aħħar xhur, qalet Briffa, skopriet numru kbir ta' nazzjonalitajiet differenti li qed jiffaċċjaw diffikultajiet, li jvarjaw minn ċittadini tal-UE għal nies mill-Awstralja u l-Bangladesh. U biż-żieda reċenti f'każijiet ta 'Covid-19, Briffa qalet li l-Caritas qed tħejji ruħha għal żieda oħra fid-domanda għall-ikel minn nies ta' kull nazzjonalità u minn kull qasam tal-ħajja. Briffa li tmexxi t-tim żgħir ta' Caritas ta' ħaddiema soċjali u counsellors tal-Caritas qalet li n-nies jiġu b'diversi talbiet għall-għajnuna u għalkemm il-Caritas ma tagħti l-ebda għotja ta' flus kontanti tgħin lin-nies li ma jistgħux iħallsu l-kera, il-kontijiet tad-dawl u ilma, il-mediċini u l-bżonnijiet bażiċi bħall-ikel. Filwaqt li nnotat li l-Caritas twettaq evalwazzjonijiet biex tiżgura li l-każijiet huma ġenwini, Briffa qalet li l-pandemija ta' Covid-19 kienet esperjenza ġdida li għallmithom modi ġodda ta' kif jaħdmu. Briffa qalet dan Waqt intervista ma' Sylvana Debono dwar il-kampanja Itma 'u Libbes organizzata mill-Arċidjoċesi ta' Malta permezz tal-Caritas Diaconia, flimkien ma' Newsbook.com.mt u 103 Malta's Heart. Il-kampanja se tiġbor fondi biex tħallas ikliet tajbin għas-saħħa lil dawk fil-bżonn, kif ukoll biex tiġbor ħwejjeġ li jistgħu jerġgħu jintużaw li għadhom f'kundizzjoni tajba. Iż-żewġ inizjattivi se jiġu ġestiti b'mod innovattiv, totalment differenti mill-kampanji tradizzjonali ta 'ġbir ta' fondi għall-ikel u l-ilbies. Id-dinjità ta 'dawk li se jirċievu din l-għajnuna se tkun ċentrali għal din il-kampanja. | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-bank-medirect-juri-reziljenza-u-jaccelera-t-trasformazzjoni-tieghu/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - me direct Waqt li kienet għaddejja l-pandemija tal-COVID-19, il-bank MeDirect xorta waħda kompla għaddej bi tkabbir dinamiku fil- franchise u kompla jinvesti aktar fil-pjattaforma WealthTech tiegħu, f'konformità mal-istrateġija tal-bank stess li jespandi l-operat tiegħu bħala bank innovattiv u diġitali madwar l-Ewropa. Il-profittabilità tal-2020 tal-bank kienet milquta ħażin minn impairments sinifikanti minħabba l-COVID, li sofra fil-portafoll ta' self lill-kumpaniji internazzjonali, li l-Grupp għandu. Minkejja dan il-Grupp baqa' reżiljenti u jopera b' ammont ta' kapital u likwidità b'saħħithom, li huwa ferm ogħla mir-rekwiżiti regolatorji. F'termini ta' prestazzjoni kummerċjali, il-Grupp qiegħed fit-triq it-tajba fl-impliment-azzjoni tat-trasformazzjoni strateġika tiegħu. Skont Arnaud Denis, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Grupp MeDirect: "Minkejja l-isfidi sinifikanti u bla preċedent maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19 fuq il-klijenti, fuq l-impjegati tagħna kif ukoll fuq il-komunitajiet li fihom jopera l-Bank, ħaffifna l-implimentazzjoni tal-istrateġija kummerċjali tagħna biex niddiversifikaw parti mill-operat tagħna biex nilħqu tkabbir profittabbli u sostenibbli fit-tul bħala challenger bank diġitali Ewropew għall-konsumatur. L-għan tagħna huwa li noffru mod kif tinvesti b'mod diġitali, sempliċi u konvenjenti għal kulħadd. Irridu noffru esperjenza tal-ogħla livell lill-klijenti, b'mod innovattiv u ta' valur, b'enfasi speċifika fuq nies affluwenti ( mass affluent and affluent ) li attwalment mhumiex servuti biżżejjed." Bħala bank sistematikament importanti sorveljat mill-Bank Ċentrali Ewropew, il-Grupp MeDirect kompla juri reżiljenza fl-ambjent diffiċli, li għandna fil-preżent, u għadu kapitalizzat sew, b'bażi ta' finanzjament u ta' likwidità b'saħħitha, bi proporzjonijiet ferm ogħla mir-rekwiżiti regolatorji, kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2020. "F'dan l-isfond straordinarju, il-Grupp huwa kburi bil-mod kif wieġeb għall-pandemija tal-COVID-19, fejn il-prijorità tiegħu kienet li jkompli jaqdi lill-klijenti tiegħu, jagħti l-protezzjoni meħtieġa lill-impjegati tiegħu, jikkonserva l-kapital u li jiżgura l-valur futur kontinwu tan-negozju billi jkompli jinvesti fil-pjattaforma tal-Bank b'intenzjoni strateġika ċara. Il-Grupp wera li MeDirect huwa organizzazzjoni b'saħħitha, reżiljenti u b'aġilità, li kapaċi tipproteġi l-interessi tal-partijiet interessati kollha tagħha f'ambjent operattiv ta' sfida bħal m'għandna bħalissa," qal is-Sur Denis. Il-pjattaforma WealthTech tal-Grupp topera b'mudell ta' arkitettura miftuħa għal mutual funds u stockbroking . MeDirect kompla jimplimenta soluzzjonijiet diġitali ġodda biex jipprovdi lill-klijenti servizzi sempliċi u esperjenza ta' investiment u ta' banking mingħajr ebda xkiel. Matul l-2020, il-bank introduċa diversi inizzjattivi bħat-tnedija tal-mobile app, it-tiġdid tal-pjattaforma online għall- e-banking kif ukoll proċess ta' on-boarding diġitali veloċi u konvenjenti. Dawn l-innovazzjonijiet intlaqgħu tajjeb ħafna mill-klijenti. Fil-każ tal-Belġju, li huwa suq ewlieni għall-Grupp, MeDirect ġie vvalutat fi stħarriġ indipendenti bħala wieħed fost l-aqwa ħames banek Belġjani għall-kwalità tal-prodotti ta' tfaddil u l-investiment, għall-mobile app u għall-pjattaforma tal-e-banking. Barra minn hekk il-Grupp qed ikompli jiddiversifika l-portafoll ta' self tiegħu bi mmaniġġjar strett tar-riskju. Wara sensiela ta' inizjattivi biex jiddiversifika l-bażi tal-assi tal-Grupp lil hinn mill-enfasi ewlenija storika tiegħu fuq is-self korporattiv internazzjonali, il-valur ta' dan il-portafoll naqas bin-nofs mill-quċċata tiegħu ta' EUR 1.8 biljun fil-31 ta' Marzu 2019 għal Eur 0.9 biljun fil-31 ta' Diċembru 2020. L-2020 kienet sena ta' tkabbir kostanti fin-negozju tas-self għad-djar fl-Olanda (NHG), assigurat mill-gvern Olandiż stess (NHG), fejn sal-31 ta' Diċembru 2020 is-sussidjarja bankarja Belġjana tal-Grupp kienet akkumulat portafoll ta' EUR 1.1 biljun. Wara dan is-suċċess, MeDirect Belgium qed ifittex li jespandi n-negozju tas-self għad-djar residenzjali fl-Olanda, kif ukoll qed jesplora opportunitajiet ġodda fis-suq tas-self għad-djar fuq propjetà residenzjali fil-Belġju stess. Fit-tieni kwart tal-2020, fl-eqqel tal- lockdowns minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-Grupp kiseb b'suċċess finanzjament minn partijiet terzi fis-suq Olandiż tar-Residential Mortgage-Backed Security Market (RMBS). Bħala riżultat tat-tranżazzjoni, MeDirect Belgium irċieva EUR350 miljun bħala finanzjament bi prezz baxx u fit-tul, waqt li kien ukoll qed jiddiversifika s-sorsi ta' finanzjament tiegħu. Is-suċċess tal-Grupp fil-kisba ta' finanzjament bi prezz baxx minn investituri terzi f'ambjent ta' suq daqshekk diffiċli wera l-fiduċja tal-investituri f'MeDirect, fil-mod kif qed jopera kif ukoll fl-istrateġija ta' tkabbir tiegħu. It-tieni tranżazzjoni ma' RMBS, li ġġenerat EUR350 miljun oħra b'termini ta' finanzjament saħansitra aktar attraenti mill-ewwel darba, għalqet kmieni fl-2021. It-tieni tranżazzjoni kkonfermat il-kapaċità tal-Grupp li jaċċessa finanzjament mill-operaturi anke f'ambjent ta' suq daqshekk ta' sfida. Il-Grupp MeDirect attira b'suċċess investituri internazzjonali tal-Grad 2 permezz tal-ħruġ ta' dejn subordinat ta' EUR 11-il miljun fi Frar 2021. Dan il-finanzjament minn investituri istituzzjonali fis-swieq kapitali ppermetta lill-Grupp ikompli jiddiversifika l-bażi kapitali tiegħu. L-iskop ta' dan il-finanzjament kien li jsaħħaħ u jottimizza l-kapital regolatorju tal-Grupp kif ukoll biex isostni l-eżekuzzjoni tal-istrateġija tat-tkabbir tan-negozju tiegħu. Il-Grupp kompla jibni l- franchise tiegħu billi joffri prodotti ta' tfaddil attraenti u soluzzjonijiet relatati mal-investiment ( wealth products ). Dawn il-prodotti komplew jgħinu fit-tkabbir fl-assi finanzjarji li l-klijenti għandhom mal-Bank (f'sens ta' depożiti u assi mmaniġġjati jew aħjar assets under management ), li sal-31 ta' Diċembru 2020 kienu jlaħħqu għal EUR3.9 biljun, żieda ta' 15% minn Eur3.4 biljun fil-31 ta' Diċembru 2019. Partikolarment, MeDirect Belgium kellu tkabbir sostanzjali fl-assi finanzjarji tal-klijenti, bi tkabbir ta' 18% fuq l-istess perjodu. Matul l-2020 il-Grupp MeDirect kompla jkabbar il-numru tal-klijenti tiegħu b'rata konsistenti, b'żieda ta'13%, minn 67,000 għal 76,000. MeDirect Belgium kabbar il-bażi tal-klijenti tiegħu b'20% – minn 43,000 għal 52,000. F'Malta, MeDirect kompla jappoġġja l-ekonomija reali Maltija permezz ta' self lill-kumpaniji Maltin u lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. MeDirect Malta jipprovdi faċilitajiet ta' self kompletament kollateralizzati u servizzi bankarji tranżazzjonali għal negozji stabbiliti, b'kontroll u mmaniġjar strett tar-riskju. Il-portafoll tas-self korporattiv baqa' stabbli fejn fil-31 ta' Diċembru 2020 dan kien ta' EUR 88.2 miljun. Bi tweġiba għall-pandemija tal-COVID-19 u l-effett tagħha fuq in-negozji Maltin, MeDirect Malta nieda prodott ta' self bl-isem ta' MeAssist, li jikkonsisti minn pakkett ta' assistenza maħruġ b'kollaborazzjoni mal-Bank Malti tal-Iżvilupp, bil-għan li jappoġġja u jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament bankarju għall-klijenti korporattivi. Fil-bidu tal-2021, MeDirect nieda wkoll il-prodott il-ġdid tiegħu tas-self għad-djar (jew kif inhu magħruf iktar il- homeloans ) fis-suq Malti, biex b'hekk kabbar il-firxa ta' servizzi li joffri għall-konsumaturi personali. L-għan ta' MeDirect huwa li jipprovdi tip ta' prodott ta' self għad-djar ġdid fis-suq Malti, b' mod aktar diġitalizzat, proċess aktar mgħaġġel biex tingħata risposta għall-applikazzjonijiet u strateġija ta' prezzijiet kompetittivi. Ir-riżorsi umani huma komponent ewlieni tas-suċċess tal-Grupp. Matul l-2020, il-Grupp saħħaħ it-tim maniġerjali tiegħu fil-livell tal-Grupp u ta' MeDirect Belgium u, minkejja l-COVID-19, kompla bis-suċċess kbir tiegħu li jattira talent ta' kalibru għoli u esperti diġitali biex jappoġġjaw l-objettivi strateġiċi tal-istess Grupp. B'kollox, inħatru 70 persuna ġdida fl-2020. Kważi żewġ terzi tar-reklutaġġ il-ġdid kien fil-qasam tat-Teknoloġija, tal-Mezzi Diġitali, tas-CRM, tal-Prodotti u tal- Marketing u tal- Compliance , sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-WealthTech. Wieħed mill-vantaġġi kompetittivi tal-Grupp huwa ċ-ċentru ta' servizz effiċjenti u ta' kwalità għolja li jopera f'Malta, li jinkludi t-Teknoloġija, il-Mezzi Diġitali, is-CRM, l-Operat u support functions . Dan iċ-ċentru ta' servizz huwa s-sinsla tal-Grupp, u jappoġġja t-tnedija tal-istrateġija kummerċjali tiegħu u b'mod partikolari l-iżvilupp tal-pjattaforma WealthTech fi swieq differenti għall-konsumaturi bħal m'huma: Il-Belġju, l-Olanda u Malta, kif ukoll potenzjalment ġurisdizzjonijiet oħra fl-Ewropa. F'kull pajjiż hemm timijiet dedikati għall- marketing u għall-prodotti, kif ukoll funzjonijiet ta' kontroll. Din is-sistema internazzjonali tippermetti lill-MeDirect jespandi b'mod effiċjenti filwaqt li jibqa' flessibbli u viċin il-ħtiġijiet tas-suq lokali, b'mod partikolari mil-lat tal-klijent u dak regolatorju. Storikament, il-Grupp minn dejjem investa b'mod sinifikanti fil-pjattaforma tat-Teknoloġija tiegħu bi spiża ta' madwar Eur40 miljun mill-2015 'il hawn, b'mod partikolari biex jiżviluppa l-kapaċitajiet diġitali u l-pjattaforma WealthTech. Il-Grupp MeDirect kien wieħed mill-ewwel banek li implimenta kapaċitajiet li jippermettu li x-xogħol kollu jsir b'mod remot f'Marzu 2020 biex jindirizza l-isfidi operattivi ppreżentati mill-COVID-19. Matul il-pandemija, MeDirect implimenta b'mod proattiv u rapidu miżuri biex jiżgura li l-bini tiegħu jibqa' kemm jista' jkun sigur filwaqt li appoġġja l-benesseri tal-impjegati u tal-klijenti kollha. Fl-2020 kien hemm iktar investiment f'WealthTech u d-diversifikazzjoni tal-operat, filwaqt li l-proporzjonijiet ( ratios ) regolatorji baqgħu b'saħħithom minkejja telf sinifikanti relatat mal-COVID. Il- balance sheet żdiedet b'29% fl-2020, minn Eur3.1 biljun għal Eur4.0 biljun. Dan kien prinċipalment ikkawżat miż-żieda fil-portafoll tal-NHG (in-negozju tas-self għax-xiri ta' djar fl-Olanda). Fil-31 ta' Diċembru 2020 il-portafoll tal-NHG kien jammonta għal Eur1.1 biljun, meta mqabbel ma' Eur0.1 biljun fil-31 ta' Diċembru 2019. Sal-31 ta' Diċembru 2020 id-depożiti totali tal-klijenti kibru bi 12.7% għal EUR 2.7 biljun minn EUR 2.4 biljun fil-31 ta' Diċembru 2019. Bħala riżultat ta' impairments li ttieħdu bi prudenza b'konnessjoni mal-COVID, il-Grupp MeDirect irrapporta telf, qabel it-taxxa, ta' EUR 75.2 miljun fis-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2020, meta mqabbel ma' profitt, qabel it-taxxa, ta' Eur 7.1 miljun fis-sena preċedenti. Il-kawża ewlenija għat-telf kienu l- impairments ta' EUR65.2 miljun, li EUR55.7 miljun minnhom ġew diġa identifikati fl-ewwel nofs tas-sena fl-eqqel tal-konsegwenzi ekonomiċi mill-pandemija. Barra minn hekk, il-Grupp ħa d-deċiżjoni ta' prudenza li jreġġa' lura l-assi netti ta' taxxa differita ( reversal of net deferred tax assets ) li naqsu b'Eur7.8 miljun meta mqabbla mal-31 ta' Diċembru 2019. Il-benefiċċji tat-taxxa mhux utilizzati ma jiskadux, u t-treġġigħ lura ma jaffettwax il-flussi tal-flus futuri ( future cash flows ) jew il-possibiltà tal-Grupp li juża benefiċċji tat-taxxa ( tax benefits ) bħal dawn fil-futur. Il-prestazzjoni finanzjarja tal-Grupp irriflettiet ukoll l-effetti tal-eżekuzzjoni tal-pjan ta' trasformazzjoni tiegħu; inkluż dħul aktar baxx mis-self li jagħti (b'sostituzzjoni gradwali ta' self korporattiv internazzjonali għal self għax-xiri tad-djar) u l-investiment sinifikanti li kompla jsir fil-pjattaforma WealthTech tiegħu. Anke wara li assorba l- impairments relatati mal-COVID, il-proporzjonijiet kapitali ( capital ratios ) tal-Grupp baqgħu b'saħħithom, bil-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ikun ta' 14.8% u l-proporzjon kapitali totali jkun ta' 17.3%, ferm iktar għoli mir-rekwiżiti tal-kapital regolatorju. Il-Grupp jinsab ċert li l-mod kif sar il-proċess ta' proviżjonament kien wieħed serju, b'saħħtu u prudenti. Jemmen ukoll li l- impairments li saru kienu meħtieġa u xierqa, li jirriflettu l-effetti tal-pandemija fuq is-self korporattiv internazzjonali tiegħu. Il-Grupp jemmen li malli faqqgħet il-pandemija għamel il-provvedimenti meħtieġa, u dan jidher ukoll fit-tnaqqis ta' telf mill-impairments li kien hemm bżonn isiru fit-tieni nofs tas-sena finanzjarja. Ir-riżervi ta' likwidità tal-Grupp baqgħu b'saħħithom, b' liquidity buffer ta' EUR685 miljun fil-31 ta' Diċembru 2020. Il- Liquidity Coverage Ratio tal-Grupp kien aktar minn ħames darbiet ir-rekwiżit regolatorju (LCR ta' 563% meta mqabbel ma' rekwiżit regolatorju ta' 100%). Fil-31 ta' Diċembru 2020 il-Leverage Ratio tal-Grupp kien ta' 5.7%, li anke dan huwa ferm ogħla mir-rekwiżit regolatorju ta' 3%. Fl-isfond tal-COVID-19, il-Grupp ipprovda livelli eċċezzjonali ta' appoġġ lill-klijenti, lill-kollegi u lill-komunitajiet li jaqdi filwaqt li għamel progress qawwi lejn il-kisba tal-prijoritajiet strateġiċi tiegħu. Il-Grupp huwa rikonoxxenti lejn l-impjegati kollha tiegħu għall-enerġija u għad-dedikazzjoni li wrew fi żminijiet tant diffiċli. Is-Sur Denis qal: "Il-Grupp tagħna qed jiffaċċja l-2021 b'fiduċja qawwija li l-pjan ta' trasformazzjoni tiegħu, l-istaff ta' kalibru għoli u l-innovazzjoni mill-aktar avvanzata se jippermettulu jkompli jibni challenger bank diġitali b'futur promettenti ferm." Ritratt: Me Direct Dan it-tagħrif twassal minn MeDirect. | [
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/ic-celebrazzjonijiet-liturgici-tal-arcisqof-scicluna-matul-april/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Knisja.mt Matul ix-xahar ta' April, l-Arċisqof Charles J Scicluna ser ikompli jiċċelebra quddies matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta' Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta' Malta qed jixxandar: Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9:30 a.m. mill-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-Rużarju. Dan il-ħin ta' talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil-5:30 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Kull nhar ta' Ħadd fid-9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis-6:30 p.m. F'dawn il-ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l-quddies f'dawn il-knejjes: Il-Ħamis 1 ta' April, Ħamis ix-Xirka, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Griżma, fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina. Fis-6:00 p.m., l-Arċisqof imexxi l-Quddiesa fl-Ikla tal-Mulej u wara ħin qasir ta' adorazzjoni quddiem l-artal tar-ripożizzjoni fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina. Dawn jixxandru fuq TVM2. Il-Ġimgħa 2 ta' April, il-Ġimgħa l-Kbira, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta' Sbiħ il-Jum, fil-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Fit-3:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej, fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina. Fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jitlob il-Via Crucis mis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. Dawn jixxandru fuq TVM u TVM2. Is-Sibt 3 ta' April, Sibt il-Għid, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta' Sbiħ il-Jum, fil-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Fit-8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-liturġija tal-Vġili tal-Għid, fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina. Dawn jixxandru fuq TVM u TVM2. Il-Ħadd 4 ta' April, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej, fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina. Din tixxandar fuq TVM2. L-Erbgħa 7 ta' April, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-knisja parrokkjali l-qadima ta' Santa Katarina, magħrufa bħala l-Knisja ta' San Girgor, iż-Żejtun, fil-festa ta' San Girgor. Din tixxandar fuq TVM2. Il-Ħadd 11 ta' April, Ħadd tal-Ħniena Divina, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-festa tal-Ħniena Divina, fis-Santwarju Ħniena Divina, San Pawl tat-Tarġa. Din tixxandar fuq TVM2. Il-Ħadd 18 ta' April, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa. Din tixxandar fuq TVM2. | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/xi-familji-lanqas-ghandhom-biex-jaghmlu-l-lunch-tal-iskola-marika-borg-wirth/ | newsbook.com.mt | Xi familji jibagħtu lil uliedhom l-iskola mingħajr lunch għax m'għandhomx minn fejn , qalet Marika Borg Wirth. Borg Wirth li tikkoordina s-sezzjoni tal-Caritas f'San Ġiljan spjegat "aħna ma nemmnux li għandna nagħtu l-ħuta lin-nies imma nipprovduhom l-qasba biex jaqbdu l-ħut." Madankollu, qalet il-ħaddiema soċjali, xi nies isibu ruħhom f'sitwazzjonijiet estremi u għandhom bżonn għajnuna materjali urġenti. "Ikkollna ċirkostanzi ta' familji li lanqas jkollohom biex jagħmlu l-lunches tal-iskola," qalet, filwaqt li familji oħra ma jifilħux iħallsu għal mediċina jew bżonnijiet bażiċi bħal per ezempju water heater . Hija qalet li avolja ċertu skejjel, speċjalment tal-gvern, jipprovdu l-ikel dan jirrikjedi proċess twil u "għalhekk l-emergency funds huma importanti ħafna." Dawn l-fondi jipermettu lil Caritas tgħin familji li ma jwasslux sal-aħħar tax-xahar. "Ġieli kellna ċirkostanzi fejn familji ma jkollhomx pakett għaġin u bott tadam biex jieklu." Hija qalet li fl-aħħar ġimgħat t-taqsima Caritas li tmexxi pprovdiet mill-inqas tliet familji heaters tal-ilma f'nofs ix-xitwa. Fost in-nies li għandhom bżonn għajnuna urġenti, Borg Wirth qalet li hemm anzjani u vittmi ta' abbuż domestiku li m'għandhomx il-mezzi meħtieġa biex jgħixu. "Bħalissa qed inħallsu għall-mediċini ta 'persuna li jiswew €100 fix-xahar," qalet, u żiedet tgħid li hija tad-daħq li tistenna li xi pensjonanti jgħaddu bi €450 fix-xahar. Waqt li elenkat tipi differenti ta 'faqar, Borg Wirth qalet li dawn kollha jwasslu għall-esklużjoni soċjali. Borg Wirth kien qed jitkellem ma' Sylvana Debono fuq il-kampnaja Itma' u Libbes . Din hija l‐kampanja tar‐Randan 2021 organizzata mill‐Arċidjoċesi ta' Malta permezz tat‐Taqsima tad‐Djakonija fil‐Parroċċi ta' Caritas Malta, flimkien ma' Newsbook.com.mt u 103 Malta's Heart . Din il-kampanja hi mmirata biex ittaffi ftit mit-tbatija tal‐persuni li għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli. L‐għan hu li jinġabru flus biex jitħallsu ikliet għall‐persuni fil‐bżonn, kif ukoll jinġabru ħwejjeġ użati li għadhom f'kundizzjoni tajba. Iż‐żewġ inizjattivi se jkunu qed jiġu mmaniġġjati b'mod innovattiv u differenti mill‐kampanji tradizzjonali ta' ġbir ta' ikel u ħwejjeġ. Id-dinjità tal-persuni li jirċievu l-għajnuna se tkun fiċ-ċentru ta' din il-kampanja. X'tista tagħmel? Itma' u libbes: lest tgħin lil persuni fil-bżonn? | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/dinja-ewropa-xi-ntqal-dwar-malta-fil-parlament-ewropew/ | newsbook.com.mt | What's on Newsbook: Dinja Ewropa jħares lejn id-dibattitu li sar fis-sessjoni plenarja dwar l-aħħar żviluppi dwar Malta l-ġimgħa li għaddiet. Kif indirizzaw is-sitwazzjoni l-MEPs Maltin? Insegwu l-interventi li saru. Waqt What's on Newsbook: Dinja Ewropa se nħarsu wkoll lejn kampanja informattiva li qed jikkordina l-Kunsill tal-Istudenti Universitarji ta' Malta bl-isem Your FuturEU li qed issir bl-appoġġ tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta. | [
3
] |
|
https://newsbook.com.mt/dokument-ta-residenza-gdid-ghal-cittadini-tal-ue-zvizzeri-u-membri-fl-eea/ | newsbook.com.mt | Ċittadini tal-Unjoni Ewropea, Żvizzeri, u dawk tal-pajjiżi membri fiż-żona ekonomika ewropea, l-EEA, li jgħixu Malta, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt ta' tal-moviment liberu, se jibdew jingħataw dokument ta' residenza ġdid li huwa aktar sigur. Il-fażi tal-produzzjoni ta' din il-kard hi kompluta u l-Aġenzija Identity Malta se tintroduċi b'mod gradwali dan id-dokument ġdid. Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat li spjega kif l-introduzzjoni ta' dan id-dokument il-ġdid isegwi t-tnedija tal-permess ta' residenza ġdid maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi, s-sena li għaddiet u l-introduzzjoni riċenti tal-ġenerazzjoni l-ġdida tal-Karta tal-Identità u l-Passaport. Fl-aħħar sena u nofs l-Aġenzija Identity Malta bidlet id-dokumenti ta' identità kollha biex tindirizza t-theddida tal-iffalsifikar tad-dokumenti u s-serq tal-identità. Minbarra l-bidliet estetiċi li saru fid-dokument, il-karta l-ġdida tinkorpora fiha saffi ta' karatteristiċi ta' sigurtà sofistikati li jagħmluha diffiċli ħafna biex wieħed jiffalsifika d-dokument. Id-dettalji personali tad-detentur huma mnaqqxa bil-laser fuq karta polycarbonate, u l-informazzjoni bijometrika titpoġġa b'mod sigur fuq ċippa contactless. Barra minn hekk, il-kodiċi tal-pajjiż tal-istat membru li joħroġ id-dokument huma stampati fuq quddiem. Il-karta l-ġdida se tkun qed tinħareġ għal applikazzjonijiet ġodda jew ta' dawk ta' tiġdid, filwaqt li dawk il-kards eżistenti li jinsabu fiċ-ċirkolazzjoni se jibqgħu validi sad-data ta' skadenza mniżżla fuq id-dokument. Id-dokument ta' residenza ġdid huwa konformi mar-Regolament tal-UE 2019/1157, fejn l-istati membri huma mitluba li jibdew joħorġu dan id-dokument mit-2 ta' Awwissu 2021. Hekk kif mitlub bil-liġi, dawk l-applikanti għal dan id-dokument iridu japplikaw wara tliet xhur ta' residenza, il-fatt li ma jkollhomx dan id-dokument ma jnaqqas xejn mid-drittijiet tagħhom skont il-moviment ħieles. Il-karta tal-identità l-ġdida tibda tintuża | [
3
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-kull-bniedem-hu-fragli-tiskandalizzax-bid-dghufija-tieghek-l-arcisqof-scicluna/ | newsbook.com.mt | "Kull bniedem hu fraġli u għandu d-dgħufija tiegħu, inkluż is-saċerdoti. Kull bieqja ta' kull bniedem, ta' kull persuna, hija mxellfa," hekk sostna l-Arċisqof Charles J Scicluna fl-omelija waqt il- Quddiesa tal-Griżma bit-tberik taż-żjut. Il-quddiesa f'Ħamis ix-Xirka filgħodu, saret fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina u kienet ikkonċelebrata min-Nunzju Appostoliku ta' Malta l-Arċisqof Alessandro D'Errico, in-Nunzju Appostoliku għall-Etijopja u Djibouti l-Arċisqof Antoine Camilleri, l-Isqof Joseph Galea-Curmi u rappreżentenza ta' saċerdoti. Knisja.mt Matul l-omelija l-Arċisqof ikkwota lill-Papa Franġisku li qal li "aħna għandna bżonn inħarsu anke lejn il-fraġilità tagħna bi ħlewwa" għax hekk ikollna wkoll il-qawwa, l-umiltà u l-kuraġġ inħarsu b'tenerezza lejn il-fraġilità ta' tant nies li Alla jlaqqagħna magħhom." Hawn hu fakkar ukoll lis-saċerdoti li f'kull Ħamis ix-Xirka jġeddu l-wegħdiet tas-saċerdozju tagħhom sabiex ikunu preżenza ta' fejqan ma' kull persuna li jiltaqgħu magħha, b'mod speċjali waqt il-pandemija tal-coronavirus. L-Arċisqof spjega "Aħna rridu nifhmu li fil-kuntest tal-pandemija li reġgħet laqgħtet it-tieni Għid in fila, aħna rridu nkunu preżenza ta' fejqan, il-Mulej jibagħatna ndewwu l-qalb miksura." Qal li ta' min naħsbu kemm-il darba l-kliem u l-atteġġjament tagħna, x' rispons nfajru, li minflok idewwi l-qalb miksura, jiksirha iżjed u ta' min nifhmu b'liema kliem qegħdin inkellmu lill-poplu għażiż tagħna, b'liema mod qegħdin inwasslulu dak li suppost tkun aħbar tajba. "Min jiltaqa' magħna jieħu qatgħa x'ħin jarana ġejjin jew jieħu r-ruħ?" staqsa l-Arċisqof. Knisja.mt Silta minn kanzunetta tal-kantawtur Leonard Cohen Waqt l-omelija l-Arċisqof Scicluna għamel referenza għal e-mail li rċieva fejn xi ħadd ikkwotalu silta minn kanzunetta tal-kantawtur Kanadiż Leonard Cohen, li kiteb il-kanzunetta Hallelujah li l-għarajjes iħobbuha ħafna u tismagħha fit-tiġijiet. Cohen kiteb ukoll il-kanzunetta li jisimha Anthem bl-Arċisqof jgħid li din il-kanzunetta laqtitu ħafna. Hawn hu semma' kif il-persuna li għaddietlu din l-email kien qed jiċċelebra żwieġ imma f'mument ta' diffikultà qallu: "Father, ħa naqsam miegħek dan ir-refrain ta' din il-kanzunetta li lili jagħtini kuraġġ anke fil-mumenti ta' diffikultà li għaddej minnhom:" Ring the bells that still can ring, Forget your perfect offering; There is a crack, a crack in everything. It-tiġdid tal-wegħdiet tas-saċerdozju "Aħna llum qed inġeddu l-wegħdiet tas-saċerdozju tagħna. Min jaf kemm kellna entużjażmu u idealiżmu dikinhar tal-ordinazzjoni tagħna. Il-bieqja tagħna kienet għadha sħiħa, imma maż-żmien tixxellef, jekk ma tinkisirx ukoll, u mbagħad ikollna nippruvaw inwaħħluha kemm jista' jkun malajr," sostna l-Arċisqof li reġa' għamel referenza għall-kanzunetta ta' Cohen li jagħti messaġġ ta' tama: ħu paċenzja bik innifsek, tiskandalizzax bid-dgħufija tiegħek, bil-waqghat tiegħek. Bħalma jgħid il-Papa Franġisku fl-ittra straordnarja Patris Corde, li"aħna għandna bżonn inħarsu anke lejn il-fraġilità tagħna b'tenerezza, bi ħlewwa" għax hekk ikollna wkoll il-qawwa, l-umiltà u l-kuraġġ inħarsu b'tenerezza lejn il-fraġilità ta' tant nies li Alla jlaqqagħna magħhom. Illejla, fis-6pm, l-Arċisqof se jmexxi l‐quddiesa fl‐Ikla tal‐Mulej u wara ħin qasir ta' adorazzjoni quddiem l‐artal tar‐repożizzjoni, fil‐Katidral ta' San Pawl, l‐Imdina. Funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, inkluż tal-Papa, isiru wkoll bil-lingwa tas-sinjali | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/mixeghla-ta-tama-lejn-il-kurcifiss-fil-kalkara/ | newsbook.com.mt | Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja Fil-Kalkara llum se jsir mument ta' talb u tberik quddiem il-kurċifiss li jinsab fil-pjazza ta' quddiem is-sede ta' Circolo San Giuseppe tas-Soċjetà Filarmonika tas-Sagra Familja. Dan il-mument ta' talb se jkun qiegħed isir għall-ħabta tad-9.30pm. L-istatwa ta' Kristu Msallab saret mill-artist James Azzopardi filwaqt li l-kumplament tal-armar u d-dekorazzjonijiet saru mill-membri tal-Għaqda tal-Armar Ġilju ta' Lulju tal-istess soċjetà. Dan is-salib sar fuq inizjattiva tas-soċjetà Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja. Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja Il-messaġġ wara dan il-kurċifiss huwa dak ta' Tama kemm fil-problemi tal-ħajja kif ukoll f'dawn iż-żminijiet ta' pandemija. Il-grupp spjega li minkejja li l-każini magħluqin u l-kuntatt bejn il-membri huwa nieqes ħlief għall-kuntatt virtwali, xorta nstab mezz biex jiġi organizzat dan il-proġett u jasal għand in-nies. Kull min jixtieq isegwi dan il-mument ta' talb li huwa miftuħ għall-pubbliku jista' jsegwi fuq il-paġna ta' Facebook tas-Soċjetà. Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja Illum ukoll, fil-Fgura se tkun qiegħda ssir mixegħla fi triq prinċipali tal-Fgura. Ritratti: Mixegħla kbira tul it-triq prinċipali tal-Fgura, f'Ħamis ix-Xirka | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/live-il-quddiesa-ta-hamis-ix-xirka-mmexxija-mill-arcisqof/ | newsbook.com.mt | L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar li l-knejjes se jkunu miftuħa fil-Ġimgħa l-Kbira biex l-insara jkunu jistgħu jitolbu jew iqerru waqt li jħarsu r-restrizzjonijiet ordnati mill-awtoritajiet tas-saħħa. Dan ifisser li n-nies iridu jkunu tnejn, tnejn, jew bħala familja. L-Arċisqof qal dan waqt li kien qed jagħmel l-omelija fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina, fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni ta' Ħamis ix-Xirka. Waqt li qal li Ġuda biegħ lil Ġesù għal 30 biċċa tal-fidda, staqsa kemm-il darba aħna begħna l-fidi jew il-prinċipji tagħna għall-flus. Meta tkellem dwar iċ-ċirkostanzi li fihom qed niċċelebraw it-Tridu tal-Għid, Mons. Scicluna qal li l-komunità Kattolika hija għal darb'oħra mċaħħda milli tiltaqa' fiżikament fil-knejjes biex tfakkar dan kollu. "Huma kemm huma meħtieġa r-restrizzjonijiet tħallux li dawn ir-restrizzjonijiet imewtu l-fidi fil-familji tagħna", qal l-Arċisqof. "Waqt li nirringrazzjaw lil kull min qiegħed jagħti daqqa ta' id biex il-liturġija tal-Isqof tixxandar, ma nistgħux ma ngħidux", qal l-Arċisqof, "li għajjejna nagħmlu l-isforzi kollha u ħaddieħor ma jimpurtahx." Huwa qal li erġajna ġejna fejn konna għax kien hemm xi ħadd ma jimpurtahx u bin-negliġenza tiegħu u bin-nuqqas ta' għaqal tiegħu reġa' ġabna fejn konna. "Mhux aċċettabbli l-aħwa li mal-ħażin jeħel it-tajjeb u li t-tajjeb li jimxi mal-protokolli tal-awtoritajiet tas-saħħa jkollu jagħmel sagrifiċċji kbar." L-Arċisqof qal li inti ċċaħħad il-komunità nisranija milli tiltaqa' għat-tlett ijiem tat-Tridu tal-Għid "hija deċiżjoni kiefra u kulħadd irid jieħu responsabbiltà tagħha inkluż quddiem Alla. Aħna nikkoperaw b'sens ta' responsabbiltà. Imma l-Mulej illum waqqaf ikla mhux show tat-televiżjoni. Illum stieden lill-poplu tiegħu biex jiċċelebra ikla ta' libertà mid-dittatorjat tal-Faragħun, minn kull min jaħseb li l-awtorità qiegħda biex iċċaħħad lilna mill-Għid." Mons. Scicluna kompla jgħid li waqt li nifhmu li s-saħħa tal-bniedem hija importanti, "id-dritt li nqimu lil Alla ħaj huwa wkoll essenzjali daqs il-ħajja. Mhuwiex fuq l-istess livell tal-banka tal-lottu u tas-supermarket. Dawk jistgħu jkunu essenzjali għal bwiet ta' xi ħadd u biex nixtru x'nieklu. Iżda llum il-Mulej ipoġġielna ikel li jrejjaqna spiritwalment." Huwa żied li jgħid li huwa sejħilna biex nieklu mill-istess mejda u altar il-Ġisem u d-Demm ta' Kristu. "U dan huwa ħobż li ma tixtrihx mis-supermarket. Id-demm ta' Ġesù ma għandux prezz għal min jemmen." 'Il-paċenzja tagħna għandha limitu" L-Arċisqof qal li qed javża lil min hu responsabbli li ma nerġgħux nagħmlu Għid bħal dan, waqt li żied jgħid li "il-paċenzja tagħna għandha l-limiti." Huwa qal li l-Knisja tikkopera kemm tista' u kemm tiflaħ iżda mhux aċċettabbli li minħabba t-traskuraġni nkomplu nħallsu prezz daqshekk qawwi u kiefer. Huwa appella li min qed isegwih għandu jsemma leħnu b'rispett u qawwa. Huwa fakkar lil kulħadd fid-dmir li nieħdu l-vaċċin għax hemm obbligu gravi li nħarsu l-ħajja tagħna u tal-oħrajn. Semma li għandna nirrispettaw ir-restrizzjonijiet imposti. Huwa rringrazzja lill-awtoritajiet u lill-frontliners fil-qadi tagħhom lill-komunita. "Il-Knisja f'dan ir-Randan, bil-kampanja Itma' u Libbes ippruvat tagħmel ħilitha biex tobdi l-kmand ta' Ġesù. Kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont għeri u libbistuni. Min jaf kemm għad ikollna nsofru konsegwenzi ta' dak li għadda minna. Min jaf kemm ansjetà fil-poplu tagħna… Il-poplu tagħna għandu bżonn u dritt tal-faraġ li jagħtih il-Mulej". Filmat: Il-kampanja Randan 2021 Itma' u Libbes hemm bżonnha? F'Ħamis ix-Xirka filgħodu: Filmat: "Kull bniedem hu fraġli, tiskandalizzax bid-dgħufija tiegħek" – L-Arċisqof Scicluna L-Isqof Anton Teuma llejla mexxa l-funzjoni ta' Ħamis ix-Xirka mill-Katidral t'Għawdex. | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/marisa-xuereb-eletta-president-tal-kamra-tal-kummerc/ | newsbook.com.mt | Wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija ta' Malta li saret fl-24 ta' Marzu, il-Kunsill li għadu kif eletta lil Marisa Xuereb bħala President tal-Kamra. Waqt li kienet qed tindirizza lill-Kunsill għall-ewwel darba Xuereb spjegat il-prijoritajiet għall-Presidenza tagħha għas-sentejn li ġejjin. Qalet li tħossha onorata li timxi fuq il-passi tal-President li spiċċa li ħadem bla heda biex jgħolli l-viżjoni tal-Kamra. Xuereb innutat li fl-24 xahar li ġejjin se tirsisti biex iżżomm ir-rwol ewlieni tal-Kamra fir-rappreżentanza tan-negozji filwaqt li tiffaċċja l-isfidi li ġejjin. "Ninsab ħerqan li naħdem mal-Kunsill, il-bordijiet eżekuttivi, it-taqsimiet tan-negozju, il-kumitati, u l-membri u l-partijiet interessati kollha tal-Kamra, kif ukoll mal-isponsors u l-imsieħba kollha tagħna biex nibnu fuq ix-xogħol tremend li sar fi fis-snin li għaddew u tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Kamra bħala l-vuċi tan-negozju, qalet il-President Xuereb. Kompliet tgħid li "Flimkien se naħdmu bla waqfien biex intejbu l-kompetittività u niżguraw irkupru kostanti u l-implimentazzjoni ta' viżjoni ekonomika intelliġenti u sostenibbli għall-pajjiż." Marisa Xuereb kienet fuq il-Kunsill matul l-aħħar sitt snin u serviet bħala Deputat President għal dawn l-aħħar sentejn li matulhom kienet involuta b'mod attiv fil-proċess tat-tiġdid tal-Kamra u kienet favur l-inizjattivi bħan-Young Chamber Network u l-ħolqien ta' diversi kumitati ta' politika. Hija Direttur tal-Malta Enterprise, MCAST, MCST u l-PPP tal-Kamra, Education Malta. Bħala Direttur Maniġerjali ta' Raesch Quarz (Malta) Ltd, hija għandha aktar minn 20 sena esperjenza fl-industrija tal-manifattura tal-FDI u esperjenza diretta ta' esportazzjoni lejn firxa wiesgħa ta' pajjiżi, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea. Xuereb għandhasfond akkademiku qawwi peress li hija għandha Masters fl-Ekonomija u hija stabbilita sew fil-politika lokali. Dan it-tagħrif twassal minn The Malta Chamber | [
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/appell-ghat-talb-ghal-emilia-ta-11-il-xahar-li-ghandha-leukemia/ | newsbook.com.mt | Puttinu Cares / Facebook Iċ-ċkejkna Emilia, ta' 11-il xahar, qed tieħu l-kura minħabba l-marda tal-leukemia u diġà għamlet operazzjoni f'qalbha. Puttinu Cares, l-għaqda li tgħin lil tant u tant familji li jkunu qed iħabbtu wiċċhom mal-marda kiefra tal-kanċer, xerrdet ritratt tal-familja ta' Emilia u l-ġenituri tagħha fuq Facebook u appellat għat-talb għal Emilia. "Il-Ġimgħa l-Kbira ġewwa Rainbow Ward," kitbet Puttinu Cares. "Il-ġenituri tagħha qed jiġġieldu bi mħabba kbira u jixtiqukom iżżommu lit-tfal kollha fit-talb tagħkom illum." Emilia ghandha 11-il xahar u diga ghaddiet minn operazzjoni f'qalbha u bhalissa… Posted by Puttinu Cares on Thursday, April 1, 2021 Ġest sabiħ Jiġri 1km għal kull €5 għal Puttinu f'ġieħ Rebecca Aqra wkoll Tiċċelebra għeluq sninha fir-Rainbow Ward u tiġbor għal Puttinu | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/36-persuna-mejta-fincident-tal-ferrovija-ftajwan/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Unsplash Fit-Tajwan, minn tal-inqas 36 persuna mietu u aktar minn 72 ndarbu hekk kif kienu fuq ferrovija li tilfet il-kontroll u ħarġet mill-linji ferrovjarji. Fuq il-ferrovija kien hemm madwar 350 persuna. Skont l-awtoritajiet tal-pajjiż l-inċident seħħ meta l-ferrovija kienet f'mina u malli ħarġet mill-binarji kien hemm partijiet minnha li missew il-ħitan. Madwar mitt persuna li ġew evakwati iżda hemm oħrajn li jinsabu f'parti mill-ferrovija li hi diffiċli biex tiġi aċċessata minħabba l-ħsarat. Jirriżulta li b'kollox hemm 70 persuna maqbuda ġol-ferrovija. Dan l-inċident qed ikun meqjus bħala l-agħar li seħħ fit-Tajwan f'dawn l-aħħar 40 sena. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/film-dwar-guda-llum-fuq-it-tv-taljan/ | newsbook.com.mt | Enrico Lo Verso u Danny Quinn f'xena mill-film Giuda. Ritratt: Luis De Barros / Uffiċju stampa Mediaset Għal min iħobb isegwi films Bibbliċi, l-istazzjon Rete 4 llum fl-4.50pm se jkun qed ixandar Giuda, film ko-produzzjoni Taljana – Ġermaniża bl-atturi Enrico Lo Verso bħala Ġuda, Danny Quinn bħala Ġesù u Matthieu Carrière bħala Pilatu. F'Ġerusalemm, fit-tħejjija għall-Għid, folla ferrieħa mmexxija mill-Appostli takklama lil Ġesù ta'Nazaret "is-Sultan tal-Lhud" fuq il-pjazza ta' quddiem it-Torri Antonia, il-fortizza Rumana li tiddomina l-belt. Iżda l-purċissjoni trijonfali titferrex f'daqqa mis-suldati Rumani. Wieħed mill-appostli joqgħod quddiem Ġesù biex jipproteġih u jħeġġeġ lin-nies biex ma jibżgħux mir-Rumani u biex jiddefendu lill-Messija anke akkost ta' ħajjithom. Dan hu Ġuda, iben negozjant lokali sinjur. Ġuda jemmen ħafna fil-Messija. Biex segwih huwa kien abbanduna lill-familja sinjura tiegħu u kien jagħti ħajtu għalih. Iżda dan l-appostlu huwa wkoll il-vittma ta' illużjoni kbira: huwa konvint li l-missjoni ta' Kristu hi li jeħles lill-poplu ta'Iżrael mill-oppressur Ruman. Aħseb iktar skond l-irġiel milli skond Alla. Il-film kellu direzzjoni ta' Raffaele Mertes. Ritratt: Luis De Barros / Uffiċju stampa Mediaset Iktar tard, fid-9.20pm, Rete 4 se jkun qed ixandar il-film klassiku Ben Hur tal-1959 bl-attur Charlton Heston fil-parti ewlenija. Ritratt: Warner / Uffiċju stampa Mediaset Dan il-film kien remake tal-film tal-1925 u għandu direzzjoni ta' William Wyler. | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-pulizija-fi-sqallija-tirrekordja-telefonati-ta-gurnalisti-li-jirrappurtaw-fuq-l-immigrazzjoni/ | newsbook.com.mt | Numru ta' persuni mill-NGOs Save the Children u Doctors Without Borders, li jsalvaw immigranti li jkunu f'nofs il-baħar Mediterran qed ikunu akkużati mill-Awtoritajiet Taljani, li kollaboraw mat-traffikanti tal-persuni u dan meta għenu biex l-immigranti ma jgħerqux. Skont il-gazzetta Taljana, Domani, il-prosekuturi kienu qed jisimgħu u jirrekordjaw il-konverzazzjonijiet fuq il-mobiles bejn il-ġurnalisti u dawk li jsalvaw lill-immigranti iżda ħadd minnhom ma kien jaf li dawk il-konverżazzjonijiet kienu qed jiġu rrekordjati. Il-gazzetta Domani qed tirrapporta li mijiet ta' paġni ta' traskrizzjonijiet mnn dawn il-konverżazzjonijiet fuq il-mobiles, huma parti minn investigazzjoni li qed titmexxa mill-Pulizija fi Trapani, fi Sqallija. Jirriżulta li t-traskrizzjonijiet jinkludu l-ismijiet, is-sorsi u kuntatti oħra. "Wieħed mill-agħar attakki fuq il-ġurnalisti Taljani" Jirriżulta wkoll li b'kollox hemm konverzazzjonijiet ta' madwar seba' ġurnalisti u s-sorsi tagħhom. Fost dawn il-ġurnalisti hemm Nancy Porsia, li kienet ingħatat il-protezzjoni tal-Pulizija wara li kixfet l-attivitajiet kriminali ta' traffikant tal-persuni li kien jaħdem għall-gwardja tal-kosta Libjana. L-Alarm Phone twissi biex ma jkunx hemm ripetizzjoni tat-traġedja tas-sena l-oħra Ġie rrappurtat ukoll li l-Pulizija semgħu wkoll konverzazzjonijiet tal-ġurnalist Nello Scavo. Dan il-każ qed jitqies bħala wieħed mill-aktar attakki serji fuq il-ġurnalisti Taljani fl-istorja tal-midja Taljana. Is-Senatur Taljan, Primo di Nicola mill-Moviment 5 Stella qal li dan hu każ serju li jrid jiġi kkjarifikat u jekk hemm bżonn investigat mill-Parlament Taljan, filwaqt li esprima s-solidarjetà tiegħu mal-ġurnalisti. Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti, Ricardo Gutierrez, fuq Twitter kiteb li dan hu każ serju li se jiġi rrappurtat lill-Kunsill tal-Ewropa filwaqt li intalbet spjegazzjoni ċara mill-Pulizija ta' Trapani. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/iz-zfin-fi-zmien-pandemija-dokumentarju-minn-wara-l-kwinti/ | newsbook.com.mt | Ritratt: mill-filmat / ŻfinMalta Il-kumpanija nazzjonali taż-żfin tista' tibqa' taħdem, fi żmien fejn il-kuntatt fiżiku hu limitat? L-ansjetà li ġabet magħha l-imxija tal-COVID-19 kif affettwat l-artisti ta' ŻfinMalta? U fuq kollox, se jirnexxilhom itellgħu spettaklu li ilhom tant jaħdmu għalih? Dan hu aktar se jiskopruh b'mod esklussiv l-udjenza ta' Parfornir, dokumentarju ġdid ta' NoċeMuskata, li se jkun qed jixxandar fuq l-istazzjon One għada l-Ħadd 4 ta' April fl-10.30am. Parfornir jesplora xi jfisser li tkun professjonist artistiku fi żmien fejn il-prijoritajiet urġenti soċjali qajla ħallew spazju għat-tgawdija tal-arti. Miġbud f'Ottubru tal-2020, f'nofs it-tieni mewġa tal-pandemija, Parfornir jirrakkonta l-ġrajja taż-żeffiena ta' ŻfinMalta, huma u jippruvaw jippreparaw spettaklu ta' żfin kontemporanju. Il-biżgħat, tħassib, u ħolm ta' kull żeffien tal-kumpanija, flimkien ma' dawk tad-direttur artistiku tagħhom, Paolo Mangiola, jinħassu bl-iktar mod dirett, hekk kif id-dokumentarju joħodna wara l-kwinti ta' 21 Dances for the 21st Century, performance li tistaqsi diversi domandi dwar is-soċjetà tagħna. Iżda fuq kollox, f'Parfornir tispikka d-dedikazzjoni ta' kull wieħed u waħda minnhom lejn l-arti tagħhom, u s-sagrifiċċji li jagħmlu ta' kuljum sabiex anke f'nofs pandemija globali, jżommu ż-żfin ħaj. Dik hi filfatt it-tifsira ta' Parfornir – li tagħti ruħek u ġismek għall-arti tiegħek. Parfornir huwa l-aħħar dokumentarju ta' Sarah-Lee Zammit, magħrufa għall-produzzjoni ta' diversi dokumentarji, inkluż Maltin f'Izmir, il-MUŻA li Kellmitni, kif ukoll programm eskussiv dwar il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Biennale ta' Venezja fl-2017. Dan id-dokumentarju huwa proġett iffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti mill-fond Kultura TV, li jħeġġeġ l-iżvilupp ta' kontenut kulturali u kreattiv ta' kwalità għolja. B'kompożizzjoni mużikali oriġinali ta' Veronique Vella, u ċinematografija ta' Sebio Aquilina, flimkien mal-produzzjoni eżekuttiva ta' Ri Chakraborty, Parfornir hu mistenni li jaffaxxina l-udjenza bil-perspettiva unika li joffri fid-dinja taż-żfin. Ritratt provdut minn NoċeMuskata Dan it-tagħrif twassal minn NoċeMuskata. | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/dan-l-ghid-aghti-l-hajja-aghti-d-demm/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Image by Yor Ditsayakub / Pixabay Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm flimkien mal-pazjenti jixtiequ jirringrazzjaw lil kulmin b'xi mod jew b'ieħor qed jagħti sehmu biex tul dan iż-żmien ta' pandemija jkun hawn riserva tajba ta' demm għall-ħtieġa immedjata tal-pazjenti fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex. Ritratt: National Blood Transfusion Service Malta Is-Servizz, waqt li jieħu din l-opportunità biex jawgura l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd, jixtieq ifakkar li ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' G'Manġa jiftaħ 7 ijiem fil-ġimgħa (inkluż nhar il-Ġimgħa l-Kbira u nhar Ħadd il-Għid) mit-8:00am sas-6:00pm. Aqra: Ara fejn tista' tagħti d-demm matul April | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/xehda-kuncert-tal-big-band-brothers-illejla-fuq-it-tv/ | newsbook.com.mt | Illejla fid-9pm fuq TVM se jitwassal il-kunċert Xehda li huwa t-tnedija tal-album il-ġdid tal-Big Band Brothers. Xehda hija kollaborazzjoni bejn il-Big Band Brothers u numru ta' artisti stabbiliti ta' ġenerazzjonijiet differenti li matul il-karriera tagħhom taw kontribut lill-letteratura, mużika u kanzunetta Maltija. L-album jikkonsisti fi 12-il kanzunetta oriġinali li ġew miktuba speċifikament għal dan l-album jew li qatt ma nħarġu qabel. Il-kollaboraturi fuq dan l-album huma Pamela Bezzina, Ray Calleja, Dr Victor Jacono, Mark Kram, Mary Rose Mallia, Walter Micallef, Alfred C Sant, Chiara, Kris Spiteri, Dr Michael Spagnol, Trevor Zahra u l-Orkestra Filarmonika ta' Malta. Ritratt: Facebook – Big Band Brothers | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/ma-nistghux-inhallu-lil-hutna-jeghrqu-don-mattia-ferrari/ | newsbook.com.mt | Ma nistgħux naċċettaw li nħallu lil ħutna jegħrqu fil-baħar mingħajr ma nagħmlu xejn, jinsisti Don Mattia Ferrari, il-kappillan tal-għaqda mhux governattiva Mediterranea Saving Humans. Don Mattia tkellem ma' Newsbook.com.mt hekk kif madwar 270 persuna fuq 3 dgħajjes qed jistennew l-għajnuna f'ibħra li jagħmlu parti miż-żona ta' salvataġġ Maltija. Minkejja talbiet għall-għajnuna li saru kemm mal-awtoritajiet Maltin kif ukoll dawk Taljani, għad ma kien hemm l-ebda risposta. "In-nuqqas ta' assistenza mill-AFM hi brutali, se nżommukom responsabbli" – Alarm Phone Il-qassis żgħażugħ kien ċar li se jkun hemm l-imwiet jekk l-awtoritajiet jonqsu milli jaqdu dmirhom. "Ilna nitolbu lil Malta u lill-Italja biex isalvawhom mill-bieraħ filgħodu, iżda jidher li l-pajjiżi tagħna ma jridux jagħmlu dan," qal Don Mattia. Fakkar li kemm il-liġijiet internazzjonali kif ukoll it-tagħlim tal-Knisja jagħmlu ċar li għandna dmir insalvaw in-nies mill-għarqa. Fakkar ukoll fl-aħħar enċiklika tal-Papa Franġisku, li ġġib l-isem Fratelli Tutti – aħna lkoll aħwa. Vittmi ta' inġustizzja Don Mattia enfasizza li l-immigranti li jfittxu li jaslu l-Ewropa kienu vittmi ta' inġustizzja fuq skala globali. L-inġustizzja kienet twassalhom biex jaħarbu minn pajjiżhom u jissograw ħajjithom fi vjaġġ perikoluż, u inġustizzja oħra kienet iċċaħħadhom l-opportunità li jaslu l-Ewropa b'mod legali u sikur. Minħabba f'hekk, Mediterranea u għaqdiet mhux governattivi oħrajn jimmiraw li jgħinu jnaqqsu l-periklu li jiffaċċja kull min jipprova jaqsam il-Mediterran bid-dgħajjes tagħhom. Din il-flotta ċivili mhux biss timla l-vojt li ħallew l-istati, iżda tfittex ukoll li tissorvelja vjolazzjonijiet ta' drittijiet umani fil-Mediterran. Il-pushbacks mhux aċċettabbli Iżda r-riskju tal-għarqa m'huwiex l-unika wieħed li jiffaċċja kull min ifittex is-sigurtà fil-Mediterran: hemm ukoll ir-riskju aktar insidjuż ta' pushbacks. "Kemm l-Italja kif ukoll Malta jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-pushbacks, u dan m'huwiex aċċettabli," qal Don Mattia, li fakkar li din il-prattika kienet waħda illegali. Pushbacks imorru kontra l-prinċipju internazzjonali ta' non-refoulement: persuni ma jistgħux jittieħdu lura f'post fejn jistgħu jaffaċċjaw vjolazzjoni tad-drittijiet umani tagħhom. U dawn il-vjolazzjonijiet huma magħrufa sew li jsiru meta immigranti jittieħdu lura l-Libja. Don Mattia fakkar kif l-Għid tas-sena l-oħra kien immarkat minn traġedja f'ibħra Maltin, hekk kif mietu 12-il persuna f'dgħajsa li ttieħdet lura l-Libja wara li l-grupp għamel 5 ijiem bejn sema u lima. Għaddiet sena, u s-sitwazzjoni tidher waħda simili. "Ma nistgħux naduraw lil Kristu fuq is-salib u nħallu lil ħutna jegħrqu," ikkonkluda Don Mattia. "It-tbatija ta' kull bniedem hi estensjoni tal-passjoni tal-Mulej." | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/titjib-fil-konformita-mad-dispozizzjonijiet-dwar-l-iskart/ | newsbook.com.mt | Ritratt: WasteServ Fi Frar 2021, il-WasteServ ippubblikat regoli ġodda tas-sit u ħabbret li kienet qed tingaġġa iktar spetturi sabiex tirdoppja n-numru ta' spezzjonijiet li jsiru. Dan ippermetta lill-kumpanija li tispezzjona kull trakk tal-iskart li juża l-faċilitajiet tagħha. Mill-bidu tas-sena s'issa saru aktar minn 25,000 spezzjoni individwali u data dettaljata dwar it-tipi kollha ta' ksur qed tintuża biex tkompli ttejjeb il-konformità u jiġu identifikati tendenzi. Dawk li jiksru l-liġi ripetutament qed jiġu identifikati u numru min dawn issa se jiġu rrifjutati aċċess dirett għall-faċilitajiet u se jkunu qed jiġu spezzjonati f'żona ta' spezzjoni magħżula qabel id-dħul. F'dawk il-każijiet fejn l-irregolaritajiet ikomplu jsiru, l-WasteServ ma jkollix għażla oħra ħlief li tipprojbixxi lil individwi. Qed isiru wkoll laqgħat individwali biex jiġi żgurat li kulħadd ikun konxju mill-obbligi tiegħu u mill-ħtieġa li jsegwi standards xierqa ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart. Dan huwa maħsub biex jiżgura li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx ir-riżultat ta' nuqqas ta' informazzjoni. Ir-riżorsi miżjuda qed jippermettu wkoll lill-WasteServ biex tapprofondixxi l-monitoraġġ tagħha, u dan qed jikxef każijiet oħra li ladarba jiġu eliminate jirriżultaw f'rendiment ambjentali aħjar. Waħda mill-irregolaritajiet irrelatat ma' vjaġġi ta' skart goff mill-Kunsilli Lokali. Diversi kuntratturi ta' skart goff tal-Kunsill Lokali ppersistew b'tentattivi biex jarmu materjal bħal dan fuq il-miżbla minflok ma jagħżlu dan l-iskart b'mod separati f' wieħed miċ-Ċentri għall-Iskart Goff. F'xi każijiet, l-operaturi huma reċidivi, bħall-kuntrattur responsabbli għall-kollezzjonijiet fil-lokalità tal-Marsa, li propju fi tmiem il-ġimgħa nqabad b'materjal riċiklabbli mħallat ma' materjal tal-borża sewda. Dan l-abbuż mhux qed ikun ittollerat u WasteServ bi pjaċir tħabbar titjib konkret li qed jiġi rreġistrat ta' kuljum. Operaturi, residenti u klijenti oħra huma mħeġġa jiċċekkjaw id-dispożizzjonijiet applikabbli dwar l-immaniġġjar tal-iskart fuq www.wsm.com.mt jew billi jużaw il-freephone 8007 2200 jew ibagħtu email fuq info.ws@wasteservmalta.com. Dan it-tagħrif twassal minn WasteServ. | [
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-mahrug-il-vidjow-bil-lirika-ta-ghajjejt-inhobb/ | newsbook.com.mt | Fl-aħħar ġranet inħareġ il-vidjow bil-lirika ta' Għajjejt Inħobb, il-kanzunetta li kklassifikat fit-tieni post waqt Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija. B'lirika ta' Rita Pace u mużika ta' Gilbert Bibi Camilleri, il-kanzunetta rebħet ukoll l-unur tal-Aqwa Interpretazzjoni. Il-kanzunetta titratta t-tema tal-vjolenza domestika u psikologika minn lenti ta' raġel. Minkejja għamel minn kollox biex isalva ż-żwieġ, iħossu li ma fadallux iktar saħħa u motivazzjoni biex jibqa' jipprova. Jixxennaq għal dak iż-żmien tal-bidu meta kollox kien jidher sabiħ u kien iħossu maħbub iżda jħoss li issa tbiegħdu u ma jafx x'fadallu jagħmel biex isalva r-relazzjoni. Aqra: Għajjejt Inħobb tirbaħ żewġ unuri waqt Mużika Mużika Il-kantant tal-kanzunetta Christian Arding għandu 36 sena. Beda il-karriera tiegħu minn l-età ta' 10 snin fil-qasam tal-kant. Huwa ħa sehem ukoll f'diversi konkorsi tal-kant bħal Indi Fest, L-Għanja tal-Poplu, Kanzunetta Għall-Ewropa u aktar attivitajiet oħrajn bħala kantant u mużiċist. Huwa wkoll missier ta' tlett subien, Cayden (16-il sena), Craig (10 snin) u Zekiel (6 snin). Christian Arding waqt l-interpretazzjoni tiegħu ta' Ghajjejt-Inhobb. Ritratt: Facebook – Mużika Mużika | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/ghalissa-l-iskejjel-ghandhom-jibqghu-maghluqa-mut/ | newsbook.com.mt | Ir-rilaxx tal-miżuri kontra l-Covid-19 m'għandux jibda bil-ftuħ fiżiku tal-iskejjel. Dan sostnietu l-union tal-għalliema (MUT) fi stqarrija, fejn qalet li ma taqbilx li l-iskejjel ikunu l-ewwel li jiftħu fir-rilaxx tal-miżuri li daħlu fis-seħħ f'Marzu. Lura f'Marzu Filmat: Il-PM iħabbar miżuri ġodda fosthom għeluq tal-iskejjel u ħwienet Qalu hekk, kif qed tissemma sekwenza ta' rilaxx. L-MUT esprimiet il-fehmiet tagħha f'laqgħa mal-awtoritajiet tal-edukazzjoni u tas-saħħa pubblika u sostniet, li tirrispetta d-deċiżjonijiet dwar il-miżuri biex titrażżan il-pandemija hekk kif ikunu meħuda mill-esperti fl-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. L-MUT argumentat kif meta sal-lum aktar minn żewġ persuni li ma jgħixux fl-istess dar ma jistgħux ikunu fuq barra flimkien, fi ftit jiem, bir-rilaxx tal-miżuri jista' jkun hemm ħamsa u għoxrin student u l-edukaturi tagħhom flimkien għal sitt sigħat. L-MUT fakkret kif l-iskejjel ingħalqu meta l-varjant kien qed iwassal għal maġġoranza ta' każi pożittivi u kif l-iskejjel, l-edukaturi u l-familji kienu qed jesperjenzaw żieda fil-każijiet, li wasslu għal mijiet ta' studenti u familji fi kwarantina. Sostnew kif dan għandu jiġi evitat għax kien ta' detrimet għal kulħadd, inkluż għall-edukazzjoni tat-tfal li ma segħtetx tingħata f'tali ċirkustanzi. Fl-istqarrija, l-MUT, fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, talbet li l-pjan tar-rilaxx tal-miżuri jkun wieħed għaqli u li ma jpoġġix lill-edukaturi, l-istudenti u l-familji fis-sitwazzjoni li kienu ftit tal-ġimgħat ilu. | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/56-kaz-gdid-ta-covid-19-imut-ragel-ta-55-sena/ | newsbook.com.mt | Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar il-mewt ta' persuna oħra bil-coronavirus, filwaqt li nstabu 56 każ ġdid. Fiequ wkoll 73 persuna, u b'hekk issa hawn 531 każ attiv fil-komunità. It-total ta' vittmi f'Malta tela' għal 399 bl-aħħar vittma kien raġel ta' 55 sena li miet fl-Isptar Mater Dei. L-aħħar 56 każ instabu minn 1,946 swab test li saru. Sal-bieraħ kienu ngħataw 215,700 doża tal-vaċċin, li 59,032 minnhom kienu t-tieni doża. Ilbieraħ Covid-19: Il-każijiet il-ġodda jinżlu għal 34; imut anzjan | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-isport-kompetittiv-ghandu-jkompli-l-gimgha-d-diehla-assocjazzjonijiet/ | newsbook.com.mt | Għadd ta' assoċjazzjonijiet sportivi qegħdin jappellaw lill-awtoritajiet biex l-isport kompetittiv ikompli l-ġimgħa d-dieħla, billi l-miżuri kontra l-Covid-19 li hawn fis-seħħ bħalissa suppost għandhom idumu sal-11 t'April. Fi stqarrija konġunta, l-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku, l-Assoċjazzjoni tal-Basketball u l-Assoċjazzjoni tal-Futbol qalu li din l-attività sportiva ma kellhiex impatt fuq it-trażmissjoni tal-Covid-19. Il-Federazzjoni tal-Motorsports u l-Assoċjazzjoni tal-Hockey appoġġjaw din l-istqarrija. Huma qalu li l-projbizzjoni ta' sport li jinvolvi kuntatt bejn in-nies għandha tintemm it-Tnejn li ġej. Spjegaw li l-maġġoranza tal-isport isir barra, fi spazji kbar u fil-beraħ, u jista' jsir b'mod sigur. Saħqu li hu kruċjali għall-atleti u għat-timijiet li l-isport ikompli dalwaqt ġaladarba dan ma jġorrx miegħu riskju għal saħħithom. L-MFA qalet ukoll li jekk l-ittrenjar ma jkomplix fi żmien ġimgħa, dan ifisser li l-Premier League ma tkunx tista' titlesta saż-żmien ta' skadenza impost mill-UEFA. Il-Federazzjoni tal-Motorsports qalet li l-motorsports għandu inqas riskju. X'qal il-PM illum? Il-PM iħabbar pjan "kawt" ta' ftuħ mill-ġdid mit-Tnejn | [
1,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/athletics-malta-tinghaqad-fl-appell-ghat-tkomplija-tal-isport-kompetittiv/ | newsbook.com.mt | Athletics Malta tingħaqad mal-Aquatic Sports Association of Malta, il-Malta Basketball Association u l-Malta Football Association f'appell lill-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa biex jippermettu li avvenimenti kompetittivi jkomplu fil-parametri ta' sigurtà raġjonevoli. Kif spjegaw tajjeb dawn it-tliet assoċjazzjonijiet, l-isport u r-rikreazzjoni fiżika kienu b'mod kostanti fost l-inqas kontibuturi ta' trażmissjoni tal-vajrus. Aktar minn hekk, fil-każ tal-atletika, bil-miżuri u prekawzjonijiet meħuda minn AM, l-atleti tat-track and field għandhom riskju ferm iżgħar minn sport ta' kuntatt jew sport prattikat ġewwa. Huwa għalhekk ta' diżappunt li l-isport mhux se jkun fost l-ewwel restrizzjonijiet li jitneħħew. Aktar minn hekk, AM hi konxja ta' kemm l-isport huwa għodda li matul din il-pandemija jista' jnaqqas l-impatt fuq is-saħħa mentali fil-komunità. Dan jimxi id f'id ma dak li sostenew bosta NGOs, bħal Richmond Foundation dwar l-impatt kbir li l-pandemija kellha fuq is-saħħa mental tal-popolazzjoni kollha. Bħall-assoċjazzjonijiet sportivi l-oħra, Athletics Malta temmen li l-avvenimenti tat-tim nazzjonali tal-kbar għandhom jingħataw priorità, hekk kif atleti ta' età kbar huma aktar konxji tar-riskji involuti. Il-President ta' Athletics Malta, Andy Grech spjega: "Mal-bidu ta' Ġunju tbda lista twila ta' avvenimenti internazzjonali u b'hekk dan huwa l-mument ideali li jerġgħu jibdew l-attivitajiet, b'rispett tas-sigurtà tal-atleti, uffiċjali u kowċis. Għandna dejjem inżommu f'moħħna li l-avvenimenti internazzjonali huma l-priorità ewlenija tagħna u li sessjonijiet tekniċi ta' taħriġ mhumiex biżżejjed biex niżgura l-ħila tal-atleti tagħna li jikkompetu fuq livell internazzjonali". Grech żied jgħid li "sfortunatament il-waqfa tal-isport kompetittiv qed twassal biex il-kompetituri tagħna jkollhom vantaġġ ferm akbar milli diġà għandhom. Jekk l-entitajiet governattivi jridu jwasslu l-isport fil-livell li jmiss, nħeġġu lil dawk kollha involuti biex jibdlu d-deċiżjonijiet tagħhom kemm jista' jkun malajr". Aqra wkoll: L-isport kompetittiv għandu jkompli l-ġimgħa d-dieħla – assoċjazzjonijiet Dan it-tagħrif twassal minn Athletics Malta. | [
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/jithabbru-r-rebbieha-tal-ewwel-malta-gladiator-trail/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Muntaġġ mill-filmati ta' Malta Gladiator Trail Wojtek Stellmach u Suzanne Buttigieg huwa rebbieħa tal-ewwel Malta Gladiator Trail li xxandar ilbieraħ filgħaxija fuq l-istazzjon One. Għall-fażi finali kien hemm sitt semi finalisti, tlieta fil-kategorija maskili, u tlieta f'dik femminili. Waqt il-finali twasslu bosta wirjiet spettakolari fejn il-parteċipanti kellhom jegħlbu diversi ostakli intensivi li waslu għar-riżultat finali. Well Done Suzi 🤩🤩 Posted by Malta Gladiator Trail on Tuesday, April 6, 2021 | [
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/66-sena-ilu-mietu-4-fi-spluzjoni-fil-kamra-tan-nar-san-filep/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Għaqda Każin Banda San Filep Kien bħal-lum 66 sena ilu, nhar is-7 ta' April tal-1955 (li kien Ħamis ix-Xirka) fil-ħin ta' wara nofsinhar li seħħet splużjoni qawwija fil-Kamra tan-Nar San Filep fl-inħawi tal-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ. Dakinhar mietu erba' artiġġjani tan-nar membri tas-Soċjetà Mużikali, Każin Banda San Filep. Il-vittmi kienu Philip Cassar (ta' Simillu, 37 sena), Anthony Debono (tal-Paradajs, 29 sena), John Mary Farrugia (il-Bibillu, 37 sena), u Philip Xuereb (ta' Lilel, 52 sena). Jingħad li Farrugia u Debono mietu mill-ewwel u nħarġu minn taħt it-tiġrif bilkemm jingħarfu waqt li Cassar u Xuereb mietu l-għada fl-isptar San Luqa. Il-funeral tagħhom sar nhar Sibt il-Għid, 9 ta' April 1955, akkumpanjat mill-Banda San Filep sal-qabar fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta' Ġesu, Ħaż-Żebbuġ. B'sinjal ta' rispett dik is-sena l-festa ta' San Filep la kellha nar, la armar u lanqas banda. Akkumpanjaw bl-istandarti diversi soċjetajiet minn irħula oħra. B'sinjal ta' rispett dik is-sena l-festa ta' San Filep la kellha nar, la armar u lanqas banda. Fl-2005 kien sar ukoll korteo sa fuq il-qabar tagħhom fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta' Ġesù. Fih ħadu sehem il-familjarji u l-qraba tal-vittmi flimkien ma' bosta membri u uffiċjali tal-Għaqda Każin Banda San Filep. L-Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin) illum sellmet il-memorja ta' dawn l-erba' vittm li ħallew ħajjithom jaħdmu għall-festa ta' San Filep fejn ukoll semmem li l-memorja tagħhom għadha ħajja fost iż-Żebbuġin sal-lum! Vitmi tan-Nar | 1955 🌹Nhar Ħamis ix-Xirka, 7 ta' April 1955 kmieni wara nofsinhar, seħħet splużjoni qawwija fil-Kamra… Posted by Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin) on Wednesday, April 7, 2021 | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/agenzija-tinvesti-100000-fir-restawr-tan-nicca-ta-san-pawl-fir-rabat/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) Ftehim iffirmat bejn l-Aġenzija Komunità Malta u l-Kunsill Lokali tar-Rabat se jwassal għal restawr tan-niċċa ta' San Pawl fiċ-ċentru tal-pjazza tas-Saqqajja. L-Aġenzija Komunità Malta, li se tiffinanzja r-restawr tan-niċċa, hija responsabbli għall-amministrazzjoni u l-ipproċessar tal-materji kollha relatati maċ-ċittadinanza Maltija. In-niċċa storika ġiet ikkummisjonata mill-Granmastru de Vilhena fl-1727 u matul is-snin kellha importanza kbira kemm għar-Rabtin kif ukoll fuq livell nazzjonali, bid-devozzjoni lejha tattira viżitaturi minn madwar il-gżejjer Maltin. In-niċċa żviluppat ċertu ħsarat mal-milja taż-żmien. L-użu ta' cement f'ċertu istanzi, xogħol ta' kisi li qdiem maż-żmien, l-effetti tal-ilma, l-introduzzjoni ta' plakek kommemorattivi, l-akkumulazzjoni ta' trabijiet fuq il-ġebel u l-effett tal-veġetazzjoni selvaġġa huma kollha fatturi li wasslu għal ħsara li akkumulat matul iż-żmien. Għalkemm in-niċċa kienet restawrata fl-2002, il-bżonn attwali ta' restawr huwa qawwi. Fost oħrajn, in-niċċa se tkun imnaddfa professjonalment minn kull element naturali u kull intervent uman li seta' sar u li ma jikkontribwixxix għall-valur storiku tagħha. Wara, l-għamla tagħha se tkun ikkonsolidata. Fost oħrajn, xogħol tal-ġebel li huwa ddeterjorat u li jhedded l-istabbiltà tal-istruttura se jkun mibdul b'mod professjonali. Il-Kap Eżekuttiv ta' Komunità Malta Jonathan Cardona esprima sodisfazzjon għall-fatt li fondi mill-programm ta' ċittadinanza Maltija qed iwasslu għal titjib tanġibbli fil-patrimonju Malti. Is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus stqarr li l-ħarsien tal-patrimonju storiku u mibni jwassal għal sens ta' kburija fost ir-Rabtin. Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat qal li l-ġid li nħoloq mill-programm ta' ċittadinanza b'investiment qed isarraf f'bidla pożittiva fil-qalba tal-komunità Maltija. Qal li dan huwa wieħed biss minn firxa ta' proġetti immirati lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, permezz ta' proġetti varji f'oqsma li jinkludu l-edukazzjoni, l-isport, l-ambjent mibni u l-ambjent rurali. Is-Segretarju Parlamentari sostna l-impenn tiegħu biex ikun attirat dejjem aktar investiment dirett barrani, sabiex il-ġid ikompli jasal għandna lkoll. Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/bhal-lum-35-sena-twieldet-regina-soraya/ | newsbook.com.mt | Soraya Queen bħala Marì fis-sensiela Division 7. Ritratt: Facebook - Soraya Queen Awguri lil Soraya Queen li llum tagħlaq 35 sena. Hija twieldet bħal-lum it-8 ta' April tal-1986. F'dawn l-aħħar snin Soraya kisbet suċċess fil-karattru ta' Marì fis-sensiela Division 7 li se tkun qed tirritorna fuq l-istazzjon One minn nhar l-Erbgħa li ġej għall-aħħar 4 puntati. Is-sena l-oħra Soraya telgħet fuq il-palk tal-Istitut Kattoliku meta ħadet sehem fil-produzzjoni Iz-Zija Lavinja u l-Pakkett ta' Polly. Għal għeluq sninha, Soraya ħalliet mesaġġ fejn qalet li mhux is-snin huma li jgħoddu iżda l-memorji li tagħmel matul dawn is-snin. Irrimarkat ukoll li "bħal-lum 35 sena ilu kienet twieldet reġina". | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/affarijiet-li-qatt-mghandek-tifflaxxja-fit-toilet/ | newsbook.com.mt | Ritratt provdut minn ilma.org Il-COVID-19 għamel lil kulħadd ħafna iżjed konxju tal-importanza tal-iġjene personali u l-bżonn li noqogħdu aktar attenti. Aktar kemm qegħdin jinbiegħu toilet paper, wipes u paper towels, huwa importanti li nikkjarifikaw x'tista' titfa' fit-toilet. Aktar minn qatt qabel, dan huwa ż-żmien li fih trid tevita li jinstadd it-toilet billi toqgħod attent meta tarmi xi affarijiet. Ħafna oġġetti li nużaw ta' kuljum ma jistgħux jintefgħu fit-toilet jew fil-katusa. Mingħajr ma taf kemm qed tagħmel ħsara u mingħajr din l-intenzjoni, jaf qed titfa' affarijiet fit-toilet li qegħdin isoddu s-sistema tad-drenaġġ, id-drenaġġ pubbliku u anke potenzjalment qegħdin jagħmlu l-ħsara lill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi. Għalhekk, hawn għandek lista ta' affarijiet li ma jistgħux jiġu fflaxxjati, sabiex il-katusi tiegħek ma jinstaddux u s-sistema tat-trattament tal-ilma mormi tibqa' għaddejja tajjeb. Xi wħud minnhom huma ovvji, imma hemm ukoll xi wħud li ħsibna li nistgħu narmuhom ġot-toilet imma li qatt m'għandhom jgħaddu mis-sistema tad-drenaġġ. Aqra wkoll: Kull qatra fis-sekonda tfisser 19-il litru kuljum! Il-paper towels – Veru, il-paper towels jixbhu lit-toilet paper, imma qatt m'għandhom jintremew fit-toilet. Il-paper towels huma effettivi ħafna biex inaddfu t-tixrid ta' xi likwidu, u għall-istess raġuni jistgħu jwaqqfu s-sistema tad-drenaġġ kieku tarmihom ġot-toilet. Apparti hekk, dak li jġegħilhom isoddu huwa l-fatt li ma jdubux fl-ilma. Il-wipes diżinfettanti – Il-wet wipes huma wieħed mill-agħar għedewwa tas-sistemi sanitarji moderni, u mill-bidu ta' dil-pandemija, l-użu tal-wipes diżinfettanti wassal għall-problemi tad-drenaġġ. Għalkemm fuq il-pakkett ta' dan il-prodott sanitarju jaf ikun hemm miktub li l-wipes tista' tifflaxxjahom, il-verità hi kompletament l-oppost. Dan għaliex kwalunkwe tip ta' wipes, jew dawk diżinfettanti jew dawk tat-trabi ma jiddiżintegrawx bħalma jagħmel it-toilet paper. Għalhekk, dawn huma l-kaġun meta jinstadd id-drenaġġ madwar id-dinja nofs id-drabi, u jistgħu jwasslu għal spejjeż għoljin ħafna tat-tiswija. Bl-istess mod, il-wipes kożmetiċi ma jdubux fl-ilma u għandhom impatt mhux mixtieq fil-proċess tat-trattament tad-drenaġġ. Fil-każ tal-wipes li jintużaw għat-trabi, dawn huma lixxi u ġentili, imma ma jinħallux bħalma jagħmel it-toilet paper. U avolja l-wipes mhumiex ta' ħsara għat-trabi, ma jfissirx li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Il-wipes tat-trabi mhumiex dekomponibbli, u għalhekk m'għandhomx ikunu fflaxxjati. Kull tip ta' wipes li jeżistu jibqgħu sħaħ wara li tifflaxxjahom, u dan jista' jwassal biex il-katusi tad-drenaġġ jinstaddu u għalhekk, issir ħsara lis-sistema tad-drenaġġ. Aqra wkoll: Ara kif tista' tiffranka l-ilma fil-kċina Il-kondoms – Abbli ma tirrealizzax, imma anke jekk tifflaxxja xi kondom darba kultant, dan jista' jkun ta' ħsara għall-ambjent. It-toilets jaħdmu bl-istess prinċipji, kemm jekk tkun f'lukanda, u kemm jekk tkun f'darek stess. Jiġifieri anke jekk tkun ġo lukanda, xorta trid tkun responsabbli u ma tarmix kondoms użati fit-toilet. Jaf ikollok iċċempel lill-plumber biex isewwilek it-toilet u s-sistema tad-drenaġġ għax illum jew għada, il-kondoms użati se jimblukkawlek it-toilet. Peress li l-kondoms mhumiex bijodegradabbli, dawn jinġemgħu biss fid-drenaġġ ladarba jkunu fflaxxjati fit-toilet. It-tajjar jew il-cotton buds – Għalkemm it-tajjar jew il-cotton buds jaf jidhru żgħar biżżejjed biex tifflaxxjahom, dawn jistgħu jikkawżaw problemi kbar fil-katusi. Ħafna jirraġunaw li pere żempju, blalen żgħar tat-tajjar jixxarrbu u eventwalment jinħallu ġol-pajpijiet, imma ma jiġrix hekk. Dawn jistgħu jinġemgħu fil-kurvaturi tal-katusi u jsodduhom. Il-floss dentali – Anke l-floss dentali jista' jsodd il-katusi tad-drenaġġ, għalhekk jekk tifflaxxja dan il-ħajt irqiq, dan jista' jagħmel ħsara sinifikanti kemm lin-netwerk tad-drenaġġ u anke lill-ambjent. Il-floss tas-snien ma jinħallx faċilment ġol-ilma u jista' jinġema' aktar ma jgħaddi ż-żmien, jekk tkun ifflaxxjajtu. Jekk tifflaxxjah, il-floss jista' jitgħaqqad ma' oġġetti oħra li tifflaxxja warajh, u joħloq ċappa akbar li eventwalment issoddlok id-drenaġġ u l-katusi. Apparti dan, il-floss jista' jitgħaqqad ma' partijiet mis-sistema settika tad-drenaġġ tiegħek u jagħmel il-ħsara lill-apparat tal-ippumpjar. Għalhekk, wara li tkun ħadt ħsieb l-iġjene dentali tiegħek, armi l-floss fiż-żibel. Aqra wkoll: Skopri kif tista' tnaqqas l-użu tiegħek tal-ilma Ix-xagħar – Bħall-floss tas-snien, jekk tarmi x-xagħar ġot-toilet, dan jista' joħloq problemi akbar aktar tard. Ix-xagħar jifforma bħal xibka meta tifflaxxjah u faċilment jeħel ġol-pajpijiet tad-drenaġġ. Lil hinn minn dan, ix-xagħar qatt ma jdub, allura hemm riskju akbar li jimblokka s-sistema tad-drenaġġ. Il-loqom tas-sigaretti – il-loqom tas-sigaretti huma tossiċi u huma oġġett ieħor tal-iskart li jista' jitfa' kimiċi ta' ħsara fis-sistema tal-ilma. Ovvjament, ma rridux hekk fil-fluss tal-ilma tagħna! Iċ-ċikek tas-sigaretti mhux dejjem jinżlu ġol-katusa wara li tifflaxxjahom. Importanti li wara li tkun tfejt is-sigarett, tarmih ġoż-żibel. Il-mediċina – Ħafna nies forsi jaħsbu li tkun qed tagħmel sew u li hi l-iżjed ħaġa sigura li tifflaxxja l-mediċina ġot-toilet, imma mhix. Jekk għandek pilloli antiki li trid teħles minnhom, tifflaxxjahomx – l-ilma tat-toilet ma jiddiżintegrahomx kif suppost, u għalhekk il-mediċina tidħol fl-ilma u tista' tikkawża effetti ambjentali tossiċi. Dawn id-drogi jistgħu jirrovinaw batterja importanti li hi meħtieġa għall-proċess tat-trattament tal-ilma mormi, jistgħu jikkontaminaw l-ilma ta' taħt l-art u anke jaffettwaw l-ambjent. Għalhekk, jekk trid tarmi mediċina antika, skaduta jew mhux użata, l-aħjar ħaġa li tagħmel hi li toħodha ġo spiżerija biex jiddisponu minnha b'mod sigur. Il-prodotti sanitarji – It-tampons, il-pads sanitarji u prodotti sanitarji oħra huma ddisinjati b'tali mod li jassorbu l-likwidu u f'xi każijiet, jespandu ħafna aktar mid-daqs oriġinali tagħhom. Madankollu, fuq il-kaxxa tat-tampons, per eżempju, ikun hemm miktub li tista' tifflaxxjahom, iżda meta tintebaħ li t-tampons, il-pads, il-wipes u prodotti oħra li suppost tista' tifflaxxjahom jistgħu jirrovinawlek is-sistema tad-drenaġġ, tispiċċa terġa' taħsibha biex tifflaxxjahom. Biex żgur isserraħ rasek, dejjem għandek tarmi l-prodotti sanitarji fiż-żibel. Aqra: Kif innaqqsu l-ħela tal-ilma bil-monitoraġġ? Xaħmijiet, żjut u grass – Ir-regola hi li m'għandekx tarmi ikel ġot-toilet, speċjalment fil-każ ta' xaħmijiet, żjut u grass peress li dawn jaf ikunu problematiċi għall-katusi. Għalhekk, l-istess bħalma m'għandekx titfa' x-xaħam tal-ikel ġol-katusa, qatt m'għandek tifflaxxja dan ix-xaħam. Meta dan jibred, jagħqad u b'hekk jespandi, u jwassal għal riskju li jsodd il-katusi tad-drenaġġ. Jiġifieri wara li ssajjar, ħalli x-xaħmijiet, iż-żjut u l-grass jibirdu kompletament u jsiru solidi qabel ma tarmi dak li jifdal ġoż-żibel. Huwa importanti li nifhmu li t-toilets tagħna, kemm jekk id-dar kif ukoll ix-xogħol, mhumiex laned taż-żibel biex narmu l-prodotti tal-kura personali jew tal-iġjene. Huwa importanti wkoll li ngħallmu lil uliedna jimxu ma' prattiċi tajbin fil-kamra tal-banju. Kull meta tkun qed tifflaxxja xi wieħed mill-oġġetti msemmijin f'dan l-artiklu, mhux biss tkun qed tagħmel il-ħsara lis-sistema tad-drenaġġ, imma anke ttellef mit-trattament xieraq tal-ilma mormi u għalhekk tkun qed tikkontribwixxi għat-tniġġiż ambjentali. Dejjem żomm dan f'moħħok biex tipproteġi s-sistema tad-drenaġġ, in-netwerks tad-drenaġġ, l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi u fl-aħħar mill-aħħar, l-ambjent. Meta jkollok dubju, armi l-oġġett fiż-żibel minflok tifflaxxjah, u żur is-sit tagħna www.ppp.com.mt Kull qatra tgħodd. Dan it-tagħrif twassal minn ilma.org.mt | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-hajti-hija-ghazla-xinhi-l-istorja-ta-alex-u-anna/ | newsbook.com.mt | 'Ħajti hija Għażla' huwa ktieb ippubblikat mill-YMCA Malta u miktub minn Anthony Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-YMCA f'Malta. Dan il-ktieb jirrakkonta l-ġrajjiet diffiċli u l-ħajja iebsa ta' żewg żgħażagħ, Alex u Anna. Għalkemm l-istejjer ta' Alex u Anna huma differenti minn xulxin, it-tnejn li huma m'għandhomx saqaf fuq rashom. L-istejjer li huma rrakkuntati f'dan il-ktieb huma stejjer reali ta' nies li YMCA Malta ltaqgħet magħhom matul is-snin. Alex huwa ġuvni li ħalla d-dar tal-ġenituri tiegħu minħabba li kien abbużat u trattat ħażin minn ommu u missieru. Anna ħarbet mid-dar t'ommha u missierha meta kien għad kellha biss 15-il sena minħabba li l-ġenituri tagħha qatt ma ħabbewha u ma aċċettawhiex bħala persuna u lanqas m'aċċettaw l-għażliet tagħha. Alex jiltaqa' ma' Anna ġewwa burdell għaliex dak kien l-unika post li sab fejn jista' jgħix bi ftit flus. L-istorja tkompli ssegwi lil Anna u Alex, tesplora l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom u l-għażliet li huma jagħmlu. Matul dawn l-aħħar 50 sena, YMCA Malta ltaqgħet ma' ħafna persuni, familji u anke tfal li kienu għaddejjin minn mumenti ferm difffiċli fil-ħajja tagħhom. Kollha bl-istejjer personali tagħhom. Kollha b'esperjenzi differenti. Kollha ġarrbu l-ħajja b'modi differenti u esperjenzaw mumenti ta' niket u dieqa kbira. L-esperjenzi u t-trawmiet personali wasslu sabiex ħafna minn dawn in-nies tilfu dak kollu li ħadmu għalih f'ħajjithom, saħansitra darhom. Ħajti hija Għażla Il-vjaġġ li wieħed jibda mill-mument li jitlef id-dar tiegħu sakemm jerġa' jqum fuq saqajh huwa wieħed diffiċli, twil, mimli inċertezzi u dieqa. Huwa kkaratterizzat minn mumenti ta' biża'. Huwa vjaġġ iebes u li joħloq sens ta' konfużjoni għaliex ħafna nies ma jkunux jafu minn liema tarf se jibdew sabiex jerġgħu jieħdu r-riedni ta' ħajjithom f'idejhom. L-għażliet li nagħmlu f'dawn il-mumenti diffiċli ta' ħajjitna, jiddeterminaw il-futur tagħna. Huwa diffiċli li wieħed jifhem għalfejn persuna ħadet ċertu deċiżjonijiet ladarba ma tkunx qed tersperjenza l-istess sitwazzjonijiet. Din hija storja unika ta' individwi li jgħixu bla saqaf fuq rashom – il-pjaga soċjali, moħbija fl-intriċċi kulturali Maltin. Huwa għalhekk illi YMCA Malta qed tippubblika din l-istorja sabiex tkun ta' opportunità li nieqfu, naħsbu u nipprovaw nifhmu dak li jkunu għaddejjin minnu persuni u familji li ma jkollhomx post fejn jgħixu. Permezz ta' dan il-ktieb, YMCA Malta tixtieq tqajjem aktar kuxjenza soċjali dwar is-sitwazzjonijiet li persuni bla dar jinsabu fihom. Huwa faċli li wieħed jassumi li dawn il-persuni spiċċaw bla saqaf għax huma għażżenin u jridu jgħixu mit-taxxi tal-poplu, però ġeneralment dan ma jkunx il-każ. Jekk inti tixtieq tixtri dan il-ktieb tista' tikkuntattja lil YMCA Malta fuq 27674278 jew tibgħat email fuq info@ymcamalta.org. Filmat: €1 fix-xahar għall-pjattaforma tal-YMCA għaż-żgħażagħ Dan it-tagħrif twassal mill-YMCA Malta Muntaġġ: Sarah Salafia | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/ghallimtni-kollox-fil-hajja-hlief-kif-nghix-minghajrek/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Joanna Corser Bosta kienu dawk li sellmu l-memorja ta' Sophie Corser mill-Gżira li ħallietna fl-aħħar sigħat. Fost il-ħafna messaġġi kien hemm dak ta' bintha Joanna, li fl-1987 kienet irrappreżentat lil Malta fil-konkors tal-Miss World li kien sar fit-12 ta' Novembru fir-Royal Albert Hall ta' Londra. Hija kienet mil-lokalità tal-Gżira. Joanna kitbet li d-dwejjaq, il-vojt u l-uġigħ li qed tnħoss bħalissa huma insapportabbli u li l-unika konsolazzjoni tagħha hi li taf li m'għadhiex tbati u li fl-aħħar qed tistrieħ. "Grazzi ta' dak kollu li għamilt għalija, ma' uliedi u l-familja kollha. Int kont u dejjem l-istilla tiegħi. Għallimtni kollox fil-ħajja ħlief kif ngħix mingħajrek," kompliet tikteb Joanna li ddeskriviet lil ommha bħala l-pilastru tas-saħħa tagħha. Ritratt: Facebook – Joanna Corser Fost dawk li wkoll ħalla l-messaġġ tiegħu kien hemm il-kantant Kurt Calleja. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/flimkien-bi-grajja-ta-omm-lil-tilfet-lill-bintha-fdisgrazzja/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Shutterstock Il-ħarġa ta' April tal-magazin tal-familja, Flimkien, hija mimlija b'artikli nteressanti għall-familja kollha fosthom storja ta' omm li tilfet it-tarbija tagħha f'disgrazzja. Newsbook.com.mt għal darb'oħra qiegħed iwassal lill-qarrejja tiegħu dan il-magazin maħruġ mill-Kappillani Maltin u li minħabba l-pandemija ma għadux jitqassam bieb bieb. Newsbook.com.mt se jagħmilha aktar faċli għall-qarrejja biex jaqraw il-magazine. Għal numru ta' ġranet il-qoxra tal-magazine se tkun qed tidher jew ma' xi waħda mit-taqsimiet li jidhru fil-homepage, l-aktar it-taqsima Lifestyle. Iżda mil-lum stess jekk tmorru fuq il-menu li hawn in-naħa ta' fuq tal-paġna u tagħmlu l-cursor fuq il-kelma Lifestyle mal-menu li jinżel, hemm il-kelma FLIMKIEN. Agħfsu fuqha u tkunu tistgħu taraw l-artikli mill-magazine. Newsbook.com.mt se jkun qiegħed jippubblika minn żmien għall-ieħor stejjer u rapporti li għandu l-magazine FLIMKIEN. Ma' kull waħda minn dawn ikun hemm l-istampa tal-qoxra tal-magazine u tkunu tistgħu tarawh. Omm li tilfet lil bintha f'disgrazzja Joyce Callus dwar meta t-tfal jidħlu f'pika Meta jkollok bżonn tagħmel MRI Għaliex Alla għarraq lid-dinja? Tista' tara l-verżjoni diġitali ta' FLIMKIEN billi tagħfas hawn . | [
2,
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-blanche-kienet-ghalliema-sakemm-ghalqet-ghajnejha/ | newsbook.com.mt | Qudiesa tal-funeral ta' Blanche Mamo Funeral Mass of Blanche Mamo Posted by Parrocca Ibrag on Tuesday, April 6, 2021 Ilbieraħ ingħatat l-aħħar tislima Blanche Mamo, għalliema u katekista stmata u maħbuba li mietet fil-jiem li għaddew, li Fr Blake Camilleri waqt l-omelija qal li baqgħet għalliema sakemm għalqet għajnejha għal dejjem, għax din kienet parti minnha. Il-funeral tagħha sar ilbieraħ filgħodu fil-Knisja Parrokkjali Tal-Ibraġġ, fejn hi qattgħet 25 sena tgħallem id-duttrina u anke tikkordina t-tagħlim tad-duttrina għal 20 sena. Għal xi żmien hi u żewġha Albert kienu l-koppja mexxejja fil-korsijiet Ta' Kana u kienet il-Ministru tat-Tqarbin fl-istess Parroċċa. Apparti hekk, Blanche Mamo kienet għalliema fl-iskola San Anton fl-Imġarr. Il-Kappillan tal-Parroċċa Tal-Ibraġġ Fr Blake Camilleri semma storja li rrakkuntalu Albert, ir-raġel ta' Blanche, li peress li fl-aħħar ġimagħtejn ma kinitx qed iġġib ruħha bħas-soltu għax żviluppatilha kundizzjoni, darba minnhom hu staqsieha jekk tridx imorru l-knisja. Blanche libset il-maskra u kienet se toħroġ kif kienet. Fr Blake qal li dan juri kif għaliha l-kelma "knisja" kienet sinonima ma' "irrid inkun hemm," għax daqshekk kien kbir is-sens ta' dedikazzjoni fiha. Huwa faħħar il-mod kif Blanche tat ħajjitha għall-Parroċċa Tal-Ibraġġ. Stqarr li, "Blanche min-natura tagħha twieled għalliema u ħallietna għalliema." Dan kien jidher ukoll mill-mod kif kienet tibqa' kalma u trankwilla anke meta kien ikollha tfal fuq ruħhom fil-klassi, spjega l-qassis, għax għaliha l-aqwa li kienet twassal il-messaġġ. Fl-aħħar, il-qassis temm l-omelija billi rrifletta dwar il-fidi ta' Blanche. Stqarr li, "Ma kinitx sempliċiment tattendi l-quddies, ma kinitx issaħħan is-siġġu, imma l-Knisja kienet tfisser għaliha impenn, xogħol favur il-bniedem u mħabba lejn kulħadd. Il-ħajja spiritwali tfisser li tgħid jien qiegħed hawn biex inħobb lill-oħrajn. Jalla l-kelma Knisja, il-kelma edukazzjoni jsiru fissru għalina missjoni." Aqra aktar Tmut l-edukatriċi Blanche Mamo | [
2,
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/thassib-wara-jiem-ta-dizordni-u-glied-fl-irlanda-ta-fuq/ | newsbook.com.mt | Video Screen Grab - Irish Times Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson esprima t-tħassib serju tiegħu bil-vjolenza f'Belfast, l-Irlanda ta 'Fuq, li ħalliet numru ta' uffiċjali tal-pulizija midruba hekk kif id-dimostranti ħarqu karozzi u tefgħu bombi tal-petrol fuq il-pulizija. The way to resolve differences is through dialogue, not violence or criminality. — Boris Johnson (@BorisJohnson) April 7, 2021 Pulizija ġew attakkati, intefgħu bombi tal-petrol u karozza tal-linja ħadet in-nar f'lejl ieħor ta' diżordni f'Belfast. Huwa qal li l-mod kif jiġu solvuti d-differenzi huwa permezz tad-djalogu, mhux tal-vjolenza jew tal-kriminalità. Il-mexxejja tal-ikbar partiti politiċi tal-Irlanda ta' Fuq Sinn Fein u d-DUP ikkundannaw il-vjolenza, b'mod partikolari l-ħtif tal-karozzi tal-linja u attakk fuq ġurnalist tal-fotografija mill-gazzetta Belfast Telegraph. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-aidan-iniedi-l-vidjow-ta-nahseb-fik/ | newsbook.com.mt | Il-kantant Aidan nieda l-vidjow tal-kanzunetta Naħseb Fik li kklassifikat fil-ħames post tal-festival Mużika Mużika. Il-kanzunetta għandha kliem u mużika ta' Aidan stess u saret popolari sew fuq ir-radjijiet lokali kif ukoll fil-klassifiċi ta' Apple Music, iTunes, Spotify. Permezz ta' Naħseb Fik Aidan jgħaqqad stil modern u kurrenti mal-lirika Maltija, b'ħoss ta' produzzjoni internazzjonali. Il-vidjow mużikali ġie miġbud minn Victor ABela f'Marsaskala filwaqt li x-xeni ta' taħt l-ilma ġew miġbuda fil-Malta Film Studios b'direzzjoni ta' Gary Bugeja. Aqra: Naħseb Fik ta' Aidan titla' fl-ewwel post tal-iTunes f'Malta Fil-vidjow jidhru wkoll Maria Ferrando u Jacob minn Models M. Aidan. Ritratt: mill-filmat | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/zlatan-ibrahimovic-huwa-karattru-gdid-ta-asterix-u-obelix/ | newsbook.com.mt | L-istilla Żvediża tal-futbol Zlatan Ibrahimović se jkun qed jidher għall-ewwel darba fis-swali taċ-ċinema bħala karattru mid-dinja ta' Asterix u Obelix. Ibrahimović, li huwa plejer tat-tim Taljan ta' AC Milan, ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook. Ibrahimović f'Milan Ritratti: Ibrahimovic lura f'Milan Il-karattri ta' Asterix u Obelix, maħluqa fl-1959 minn Albert Uderzo u René Goscinny, dehru għall-ewwel darba fil-'comics' bħala eroj Franċiżi. Dawn it-tpenġijiet kienu kreazzjoni Franċiża fi żmien fejn 'cartoons' Amerikani bħal 'Superman' u 'Batman' kienu popolari madwar id-dinja. Il-karattri ta' Uderzo u Goscinny kisbu popolarità permezz ta' logħob bil-kliem, ċajt vojt, u karikaturi ta' politikanti Franċiżi ppreżentati bħala karattri Rumani. Permezz tal-kelma 'ANTIVIRUS' miktuba fuq l-isfond u l-kuluri assoċjati mat-tpenġijiet ta' Uderzo u Goscinny, il-plejer ta' 39 sena kkonferma rapporti li se jieħu sehem fil-film il-ġdid 'Asterix and Obelix: The Silk Road' li ħiereġ fl-2022. Ibrahimović, li diġà ttanta xortih fil-kant waqt il-festival mużikali Taljan Sanremo, se jkun qed jiddebutta fix-xena taċ-ċinema permezz tal-karattru Ruman Caius Antivirus. Wara esprima x-xewqa li jieħu sehem f'xi 'film'. Minkejja dan, l-aħbar li Ibrahimović se jkun fil-film immexxi minn Guillaume Canet, xorta waħda kienet ta' sorpriża. Ibrahimović, li skurja l-iktar gowls għal Milan din is-sena, għadu jrid jiffirma kuntratt ġdid. Minkejja li skurja 17-il darba fil-kompetizzjonijiet kollha li lagħab fihom, il-kuntratt tiegħu jiskadi fl-aħħar tal-istaġun. | [
10,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/jitwaqqfu-l-kampjonati-tal-basketball-tal-futsal-jibqghu-jittamaw/ | newsbook.com.mt | Ritratt ta' Markus Spiske minn Unsplash L-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Basketball fi stqarrija ħabbret li l-kampjonati tal-Basketball se jitwaqqfu. Din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern li ma jneħħix il-miżuri relatati mal-isports li daħlu fis-seħħ f'Marzu li għadda. Huma qalu li jinsabu ddispjaċuti li kellhom jieħdu din id-deċiżjoni minkejja l-isforzi kollha biex jiġu ssalvagwardjati dawk kollha involuti f'dan l-isport. Huma spjegaw li dawn l-isforzi żiedu n-nefqa tal-klabbs kif ukoll li kull player u uffiċjal kellu jagħmel swab test qabel kull logħba. Ritratt tal-assoċċjazzjoni tal-futsal Maltija Min-naħa l-oħra l-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Futsal qalet li bi ftehim mal-klabbs tal-futsal Maltin ġie deċiż li jibqgħu jippersistu u jittamaw li jkun hemm tmiem diċenti għal dan l-istaġun. Huma appellaw biex jitkompla l-isports u jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. L-assoċċjazzjoni qalet li l-ġimgħa d-dieħla se tkun qiegħda tiltaqa' mal-klabbs biex ikunu jistgħu jiddiskutu iktar dettalji. | [
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/int-jixraqlek-il-ferh-kollu-li-toffri-din-id-dinja-lawrence-lil-maronia/ | newsbook.com.mt | Maronia ma' żewġha Lawrence Gary u binhom Liam Awguri lil Maronia Gray née Attard li llum qed tagħlaq 41 sena. Twieldet bħal-lum il-11 ta' April tal-1980. Għal bosta snin hija kienet tkanta u llum tiffokka aktar fuq in-negozju tagħha bħala stilista tax-xagħar. Hija wkoll mart il-kantant Lawrence Gray. Huma għandhom tifel, Liam. "Nawgura lill-mara sabiħa tiegħi l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. Ħaqqha l-ferħ kollu li tista' toffri din id-dinja," kiteb dalgħodu Lawrence bħala messaġġ ta' awgurju f'għeluq sninha. Lawrence ddeskriva lil martu bħala persuna bi tbissima radjanti li tittrasmetti l-pożittività li hija meħtieġa ħafna f'dawn iż-żminijiet diffiċli li qed ngħixu. Fil-Festival Konkors kanzunetta Indipendenza ġiet fit-tielet post bil-kanzunetta Mistoqsija bi kliem ta' Peppi Azzopardi u mużika ta' Andrew Zammit. Waqt dan il-festival rebħet wkoll il-premju tat-televoting. Kienet wkoll tattendi l-iskola Act React u ħadet sehem fil-musical Fiddler on the Roof u fil-kunċert Beatle Mania. Maronia kellha wkoll kanzunetti bħal Ħabib ta' Dejjem, kif ukoll Jekk taf u l-popolari Goodbye Ange Eyes. Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-tat-taxi-ma-jaqtax-qalbu/ | newsbook.com.mt | IT-TIELET EPISODJU - nhar it-Tnejn 12 ta' APRIL. Charlie tal-Bojod jerġa' jipprova jinħabb man-nies ta' Ħal-Ħieles, filwaqt li s-sofor jibqgħu jiġru wara Puzzitu. John għadu nkwetat fuq il-ktieb li silfu Joe u ma jafx x'se jaqbad jagħmel. Sally tiltaqa' ma' Puzzitu imma ħadd ma stenna li se tkun laqgħa daqstant interessanti. It-taxi driver ma qatax qalbu u issa mar jagħmel rapport l-għassa. Imma x'rapport jagħmel ? Is-surġent beda l-investigazzjoni dwar il-ħruq tal-wheelchair. Iċ-Ċatt u ċ-Ċakkar isiru jafu li -s-sinjura Odette hija wkoll minn Ħal-Waħdu. U jsiru jafu aktar milli ħasbu. Dun Mundu jżur lil Ċikka, Xmun u Pietru bit-tama li jsir jaf min ħaraq il-wheelchair. Frank jibqa' jżur il-ħanut ta' Ġamri bit-tama li jiltaqa' ma' Ġina. Imma…. Il-kappillan, ma' nies oħra, jmur jirranġa l-ħsara fil-faċċata tad-dar ta' Peppi. Anke Puzzitu jmur ukoll. U l-kappillan donnu se jibda jsib ħjiel tajjeb min ħaraq il-wheelchair. Il-partiti jagħmlu r-rallies u jwaħħlu l-posters. Imma ċ-Ċatt u ċ-Ċakkar ghandhom idea ohra. Posted by Nostalġija on Monday, April 5, 2021 Fit-tielet episodju mis-sensiela Nostalġija li jixxandar għada t-Tnejn fid-8.50pm fuq TVM Charlie tal-Bojod jerġa' jipprova jinħabb man-nies ta' Ħal-Ħieles, filwaqt li s-sofor jibqgħu jiġru wara Puzzitu. John għadu nkwetat fuq il-ktieb li silfu Joe u ma jafx x'se jaqbad jagħmel. Sally tiltaqa' ma' Puzzitu imma ħadd ma stenna li se tkun laqgħa daqstant interessanti. It-taxi driver ma qatax qalbu u issa mar jagħmel rapport l-għassa. Imma x'rapport jagħmel? Is-surġent beda l-investigazzjoni dwar il-ħruq tal-wheelchair. Iċ-Ċatt u ċ-Ċakkar isiru jafu li -s-sinjura Odette hija wkoll minn Ħal-Waħdu. U jsiru jafu aktar milli ħasbu. Dun Mundu jżur lil Ċikka, Xmun u Pietru bit-tama li jsir jaf min ħaraq il-wheelchair.Frank jibqa' jżur il-ħanut ta' Ġamri bit-tama li jiltaqa' ma' Ġina. Imma… Il-kappillan, ma' nies oħra, jmur jirranġa l-ħsara fil-faċċata tad-dar ta' Peppi. Anke Puzzitu jmur ukoll. U l-kappillan donnu se jibda jsib ħjiel tajjeb min ħaraq il-wheelchair. Il-partiti jagħmlu r-rallies u jwaħħlu l-posters. Imma ċ-Ċatt u ċ-Ċakkar għandhom idea oħra. Nostalġija għandu kitba u produzzjoni ta' Ronald Saliba, b'direzzjoni ta' Charles Stroud. Ritratt: facebook- Nostalġija | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/kejk-marokkin/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Clayton Brincat Riċetta u ritratt: Clayton Brincat Ingredjenti 4 bajdiet kikkra zokkor nofs kikkra żejt veġetali 2 kikkri dqiq self-raising 2 kuċċarini baking powder nofs kuċċarina melħ qxur u meraq ta' 2 larinġiet kuċċarina essenza tal-vanilla Metodu Ġo mixer ħabbat il-bajd maz-zokkor, ftit ftit żid iż-żejt, id-dqiq, il-baking powder u l-melħ. Żid il-meraq tal-larinġ, il-qxur u l-vanilla. Uża borma forn jew żewġ reċipjenti twal midluka b'naqra butir. Sajjar ġo forn sħun minn qabel, f'temperatura ta' 180 ̊Ċ għal madwar 35 minuta. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-ema-tirrevedi-possibilta-ta-rabta-bejn-il-vaccin-johnson-johnson-u-t-tghaqqid-tad-demm/ | newsbook.com.mt | Ritratt ta' Mat Napo fuq Unsplash Ir-regolatur Ewropew tal-mediċini qed jirrevedi rabtiet possibbli bejn it-tgħaqqid tad-demm u l-vaċċin kontra l-coronavirus ta' Johnson & Johnson. Dan tħabbar wara li kienu rrapurtati erba' każijiet serji u rari ta' tgħaqqid tad-demm wara li ttieħed il-vaċċin, b'wieħed minnhom ikun fatali, skont l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA. Id-dikjarazzjoni tal-EMA qalet: "Dawn ir-rapporti jindikaw 'sinjal ta' sikurezza', iżda bħalissa mhux ċar jekk hemmx assoċjazzjoni bejn it-tilqim bil-vaċċin tal-Johnson & Johnson u dawn il-kundizzjonijiet." Qalu li se jinvestigaw il-każijiet u se jiddeċiedu jekk hux se tkun meħtieġa azzjoni regolatorja, li ġeneralment tikkonsisti f'aġġornament tal-informazzjoni dwar il-prodott. Fil-11 ta' Marzu, il-vaċċin ta' Johnson & Johnson kien approvat biex jintuża fl-Unjoni Ewropea, iżda s'issa, dan l-vaċċin għadu ma bediex jingħata fl-UE. Approvat fl-UE l-vaċċin ta' Johnson & Johnson Il-vaċċin ta' Johnson & Johnson hu 67% effettiv fil-prevenzjoni tal-coronavirus u kompletament effettiv fil-prevenzjoni ta' admissjoni fl-isptar u fil-mewt mill-virus waqt it-trials, u bħalissa qed jintuża biss fl-Istati Uniti, taħt awtorizzazzjoni għall-użu ta' emerġenza. Dan il-vaċċin jispikka mill-oħrajn peress li tingħata doża waħda biss. L-EMA diġa investigat rabtiet bejn każijiet rari ħafna ta' tgħaqqid tad-demm u l-vaċċin tal-AstraZeneca, iżda din hi l-ewwel aħbar formali li l-vaċċin tal-Johnson & Johnson qed ikun eżaminat ħabba t-tgħaqqid tad-demm ukoll. Din il-ġimgħa l-Aġenzija Ewropeja tal-Mediċini, l-EMA kkonkludiet li filwaqt li l-vaċċin tal-AstraZeneca jista' jkompli jintuża fuq nies ta' kull età, is-sintomu tat-tgħaqqid tad-demm se jkun imniżżel bħala reazzjoni rari ħafna tal-vaċċin. It-tgħaqqid tad-demm jitniżżel bħala effett rari ħafna tal-AstraZeneca – EMA F'Malta, l-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini għadha qed tappoġġja l-vaċċin tal-AstraZeneca, għaliex qalet li l-benefiċċji jegħlbu kwalunkwe riskju li jaf għandha t-tilqima. L-Awtorità tal-Mediċini ttenni li l-vaċċin tal-AstraZeneca hu sigur | [
1,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/riveduti-l-pjanijiet-ghall-funeral-tal-princep-philip-minhabba-l-covid-19/ | newsbook.com.mt | Il-funeral ta' Prinċep Philip se jsir is-Sibt li ġej u l-massimu ta' persuni li jistgħu jattendu huwa ta' 30 persuna. Il-Prinċep Harry se jattendi għal dan il-funeral, iżda l-mara tiegħu li qiegħda tistenna tarbija ngħatat il-parir biex ma tivvjaġġax. Il-funeral se jsir fit-3pm ħin lokali u qabel se jkun hemm minuta silenzju biex tfakkar il-memorja tal-Prinċep. Il-pjanijiet għall-funeral tal-Prinċep Philip, li ilhom ippjanati għal ħafna snin, ġew riveduti minħabba l-pandemija tal-coronavirus, billi s-sitwazzjoni kurrenti ma tippermettix li jinġabru folol ta' nies biex jibku lid-Duka ta' Edinburgh. Il-Prinċep miet ilbieraħ fl-età ta' 99 sena. Huwa kien ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta II. Għadu mhux magħruf min se jkunu l-persuni li jattendu għal dan il-funeral iżda se jkun qiegħed jiġi mxandar b'xandira diretta biex il-pubbliku jkun jista' jsegwi. Kelliema għall-familja rjali appellaw lin-nies biex minflok jitħallew fjuri jsiru għotjiet ta' karità u biex jiffirmaw il-ktieb ta' kondoljanzi li jinsab online. Il-membri ewlenin tal-familja rjali jkollhom pjanijiet preparati għall-funerali tagħhom, u dawn jiġu aġġornati ta' sikwit. Ġurnali Ingliżi jirrappurtaw li d-Duka ta' Edinburgh aġġorna l-pjanijiet għall-funeral tiegħu ta' spiss. Dawn iridu jiġu approvati mir-Reġina. Li kieku ma kienx hawn il-pandemija, kienu jinġabru l-eluf f'Londra biex isegwu l-funeral, u l-vjaġġ tat-tebut tal-Prinċep Philip. It-tebut kieku kien jittieħed minn Londra għal Windsor b'Range Rover, imbagħad għal St George's Chapel għall-quddiesa. Il-Ministeru tad-Difiża Ingliż ħabbar li minn 12pm 'il quddiem, diversi bliet, fosthom Londra, Edinburgh, Cardiff u Belfast, se jisparaw il-kanuni b'tislima lill-Prinċep. Se jkun hemm 41 rawnd b'rawnd kull minuta. Xi bastimenti tal-Flotta Rjali wkoll se jisparaw il-kanuni b'tifkira tal-Prinċep, li serva bħala uffiċjal navali fit-Tieni Gwerra Dinjija. Ilbieraħ Imut il-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh Il-ġurnal The Guardian qed jirrapporta li l-Prinċep Harry, in-neputi tal-Prinċep Philip, jaf ikollu jagħmel ħamest ijiem kwarantina jekk jattendi għall-funeral, peress li hu u martu Meghan qed joqogħdu l-Amerka. Dan sakemm ma jiġix eżentat. Din tkun l-ewwel darba l-Prinċep Harry se jirritorna l-Ingilterra wara l-intervista li hu u martu għamlu mal-preżentatriċi Oprah Winfrey li fiha tkellmu fid-dettall fuq il-mod kif ġew ittrattati mill-familja rjali. Huma allegaw li kien hemm razziżmu fid-diskussjonijiet tal-familja rjali dwar il-karnaġġjon ta' binhom Archie. X'qalet ir-Reġina fuq l-intervista? Stqarrija mir-Reġina wara l-intervista ta' Harry u Meghan | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/niftakru-flassana-cisse-sentejn-wara-li-nqatel/ | newsbook.com.mt | Xemgħa tpoġġiet fuq il-post fejn Lassana Cisse Souleymane ġie maqtul permezz ta' sparatura b'motivi razzjali fis-6 ta 'April, 2019. Dan huwa maħsub li kien l-ewwel qtil immotivat mill-kulur tal-ġilda f'Malta. Il-missier ta' tlieta kien miexi lejn iċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far meta sparawlu, miet u tħallew tnejn oħra midrubin f'dan il-hit and run. L-eks suldati tal-Forzi Armati ta' Malta Lorin Scicluna u Francesco Fenech ġew akkużati bil-qtil ta' Cisse Souleymane u l-attentat ta' qtil taż-żewġ immigranti l-oħra li kienu mixjin fl-istess triq ma' Lassana. Aqra iktar: Filmat: Sentejn minn meta nqatel Lassana Cisse minħabba l-kulur ta' ġildtu | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/it-tazza-tad-dinja-lura-fuq-ir-rai/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - FIFA World Cup It-Tazza tad-Dinja se tirritorna lura fuq ir-Rai wara li l-edizzjoni tal-2018 kienet ixxandret mill-Mediaset. Skond informazzjoni maħruġa l-istazzjon nazzjonali Taljan akkwista d-drittijiet biex ixandar 28 partita bejn il-21 ta' Novembru u t-18 ta' Diċembru tal-2022. Il-partiti l-oħra se jkunu qed jixxandar b'abbonament fuq Amazon Prime Video, li se jkun qed ixandar il-kampjonat għall-ewwel darba. Madanakollu jekk it-tim Taljan jgħaddi għas-semi finali u l-finali, awtomatikament se jkun qed ixandar dawn il-partiti. | [
10,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/nirringrazzja-lil-dawk-kollha-li-ghenuna-fdan-il-mument-delikat-maia/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Patrick Maia Ilbieraħ fuq il-midja soċjali beda jiġri aġġell biex il-Maltin jgħinu plejer tal-futbol li jilgħab ma' tim Malti u li minħabba l-pandemija mhux se jkunu qed jitħallsu, dan il-plejer li ismu ma ssemmiex, kellu problemi finanzarji sabiex iħallsu l-ispejjeż għall-kura li ibnu Luca għandu bżonn minħabba li għandu kanċer. Hi Everyone , this warrior is Luca, he was diagnosed with Cancer yesterday and tested positive for COVID19 and… Posted by Romeu Romão on Thursday, April 8, 2021 Minkejja li l-identità tal-plejer ma ġietx żvelata, il-Maltin minnufih taw l-għajnuna tagħhom u aktar tard kien żvelat li missier it-tifel bil-kanċer huwa l-plejer tal-Marsa F.C. Patrick Maia. Nirringrazzjakom b'qalbi kollha lil kull min ilu jgħinna b'kull mod f'dan il-mument delikat. M'għandiex kliem biżżejjed biex nirringrazzjkom," ikkummenta Maia fuq il-paġna tiegħu ta Facebook filwaqt li żied li hu hu għandu tama u fiduċja li l-Mulej se jgħin lill-familja jirbħu din il-battalja. Não se apavore nem desanime, pois o Senhor, o seu Deus, estará… Posted by Patrick Maia on Thursday, April 8, 2021 Min jixtieq jgħin jista' jagħti donazzjoni fuq Revolut (99797986) , BOV Mobile Pay (99797986) jew bank transfer fil-kont bankarju bl- IBAN: MT95 VALL 2201 3000 0000 4002 4490 025 . | [
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-pico-de-gallo/ | newsbook.com.mt | Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti 200g tadam imqatta' biċċiet żgħar 70g basal mill-aħmar, imqatta' kubi żgħar meraq ta' lumija żgħira 1 kuċċarina Cilantro, mqatta' biċċiet żgħar nofs Jalapeno, mqatta' fin ras ta' tewma, mqattgħa fina ħafna Nitfatrab tal-cumin melħ u bżar kemm tiggosta Method: Ħallat tajjeb flimkien l-ingredjenti kollha. Poġġi fil-friġġ sakemm tkun se tuża. Servi mat-tortilla chips jew uża ma' riċetti Messikani. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/draghi-jghid-li-erdogan-huwa-dittatur/ | newsbook.com.mt | Mario Draghi - Governo.It Il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi akkuża lill-President Tork Tayyip Erdogan dittatur wara li dan umilja lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. Draghi saħaq li huwa importanti li tkun sinċier mad- "dittaturi". Von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel iltaqgħu ma' Erdogan f'Ankara nhar it-Tlieta. Il-kap tal-Kummissjoni dehret li nħasdet b'mod ċar meta ż-żewġt irġiel qagħdu fuq l-uniċi żewġ siġġijiet ippreparati, u rrelegawha biex tpoġġi fuq sufan fil-ġenb. Naħseb li ma kinitx imġieba xierqa u jiddispjaċini ħafna għall-umiljazzjoni li kellha jsofri von der Leyen, "qal Draghi lill-ġurnalisti. "Ma' dawn, ejjew insejħulhom dak li huma – dittaturi – li magħhom wieħed irid madankollu jikkoordina, wieħed irid ikun sinċier meta jesprimi viżjonijiet u opinjonijiet differenti," żied jgħid Draghi. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-programm-tar-radju-taht-il-qoxra-bforma-u-kontenut-gdid/ | newsbook.com.mt | Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar li l-programm tar-radju li jtella' kull ġimgħa, Taħt il-Qoxra ppreżentat minn Rachelle Deguara, se jibda jsir b'forma u kontenut ġdid. Taħt il-Qoxra issa daħal fir-raba' sena tiegħu. Iltqajna ma' għexieren ta' kittieba lokali, tkellimna dwar temi, oqsma, u ġeneri ta' kitba varji, u ma ddejjaqniex nistaqsu mistoqsijiet li firxu mill-informattiv sal-iskomdu. Il-progammi kollha li għamilna sa issa jipprovdu minjiera ta' informazzjoni utli għall-ħabbieba tal-kotba, l-istudenti, u anki l-akkademiċi, u jinsabu fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Mill-Ħadd 11 ta' April il-programm se jieħu xejra oħra. Il-preżentatriċi, Rachelle Deguara, se tmexxi diskussjoni ma' aktar minn mistieden wieħed, li mhux bilfors ikunu kittieba biss, b'format aktar miftuħ li jistrieħ fuq skambju ta' ideat. Il-punt tat-tluq jibqa' l-kotba, iżda l-konverżazzjoni se tinfirex għal oqsma oħra tal-ħajja relevanti. Ladarba l-letteratura u l-kotba jitkellmu dwar l-ħajja, il-kittieb – sija jekk rumanzier, poeta, kittieb tal-memoirs u l-bqija – għandu ħafna xi jgħid u jiddiskuti ma' persuni b'xogħlijiet jew professjonijiet oħra fis-soċjetà. B'hekk qed nittamaw li b'dawn l-iskambji jinxteħet dawl ġdid fuq il-kotba Maltin, jiġi ġġenerat interess minn angoli differenti fil-letteratura Maltija, u naċċentwaw jew nixprunaw il-kontribut validu tal-kittieba Maltin fi mkejjen oħra tal-ħajja. Il-programmi l-ġodda se jibdew jixxandru diretti fuq il-Facebook tal-KNK nhar il-Ħadd fis-7.30pm b'mod awdjoviżiv, u fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Għal dawk li jippreferu r-radju, fl-istess ħin u ġurnata l-programm ikun qed jixxandar fuq Radju Malta. U għal dawk li jkunu jridu jsegwu l-programm ħin ieħor, jistgħu jsibuh fuq is-serje jisimha 'Taħt il-Qoxra' fil-kont ta' Youtube tal-KNK , inkella fil-kont ta' Soundcloud fejn isibu wkoll il-programmi kollha l-oħra tas-sensiela l-qadima. Dan it-taghrif twassal mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/prof-gauci-bl-ahhar-dettalji-dwar-il-pandemija-tal-covid-19/ | newsbook.com.mt | Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci tindirizza konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi dwar il-pandemija tal-coronavirus. Merħba għal dan il-live blog ta' Newsbook.com.mt Il-konferenza tal-aħbarijiet kellha tibda għall-ħabta ta' 12:30 pm. L-aħħar dettalji ppublikati mill-Ministeru tas-Saħħa: https://newsbook.com.mt/48-kaz-gdid-tal-covid-19/ Prof. Gauci tgħid li ntbagħtu l-inviti li għandhom 'il fuq minn 60 sena u dawk li għadhom ma rċivewx għandhom jikkuntattjaw il-helpline 145. Ftit aktar minn 65,000 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin u allura għandhom l-immunità qalet Prof. Gauci. Skont rapport mill-Awtorità tal-Mediċini f'Malta jirriżulta li kien hemm mal-119-il rapport li kien hemm side effects minħabba l-vaċċini li ngħataw s'issa. Jirriżulta li kien hemm żewġ każi ta' blood clots f'Malta; l-ebda wieħed minnhom ma kien ikkonfermat li hu relatat mal-vaċċini Wieħed mill-każ kien wara li persuna ħadet il-vaċċin tal-Pfizer u persuna oħra wara li ħadet il-vaċċin tal-AstraZeneca. Illum ma kienu rrapurtati l-ebda mwiet kawża tal-COVID-19. Dwar il-varjant tar-Renju Unit: Prof. Gauci tgħid li s-sitwazzjoni baqgħet stabbli. 75% tal-każi pożittivi ġejjin kawża ta' dan il-varjant. Sitwazzjoni fl-Isptarijiet: ITU, Mater Dei – 15-il pazjent Infectious Diseases Unit, Mater Dei – 10 pazjenti Swali oħra f'Mater Dei – 20 pazjent Fl-Isptar Ġenerali t' Għawdex – pazjent wieħed Fl-isptar Boffa – 5 pazjenti L-Isptar St Thomas – 4 pazjenti L-Isptar Karin Grech – 5 pazjenti Good Samaritan – 3 pazjenti L-Isptar Mount Carmel – pazjent wieħed It-total ta' pazjenti fl-isptarijiet jammonta għal 64. Il-persentaġġ ta' każi rrapurtati minn households naqas minn 56% niżel għal 49%. Anke l-każi fuq il-postijiet tax-xogħol naqsu ħafna qalet Prof. Gauci. 8.4% huma l-każi ġejjin minn fuq il-postijiet tax-xogħol. Il-każijiet attivi f'Għawdex jammontaw għal 32. Dawk il-persuni li għandhom bejn l-20 u l-24 sena għandhom joqogħodu aktar attenti għaliex qed tiżdied ir-rata ta' każi f'dan il-grupp ta' età, qalet Prof. Gauci. L-età medja tal-vittmi tal-COVID-19 hu ta' 70.9. Dwar il-passiġġieri li jiġu Malta, Prof. Gauci qalet li l-persuni li jirrifjutaw li jġibu test magħhom se jitpoġġew fi kwarantina. Passiġġier mill-Bulgarija u ieħor ġej mill-Italja ttestjaw pożittivi għall-virus mal-wasla tagħhom Malta. Dan ġara matul il-ġimgħa li għaddiet. Prof Gauci qalet li l-Għaqda Dinija tas-Saħħa, l-WHO appellat lill-Awtoritajiet Maltin sabiex naqqsu r-rata ta' trażmissjoni fil-komunità sabiex ikunu jistgħu jinfetħu l-iskejjel. Prof. Gauci qed tagħti d-dettalji bl-Ingliż. Hi appellat sabiex in-nies josservaw il-miżuri anke jekk f'dawn iż-żminijiet it-temp ikun sabiħ u jħajjar lin-nies sabiex joħorġu mid-dar. S'issa ma ġewx irreġistrai varjanti oħra minn dawk li ġew irreġistrati s'issa, qalet Prof. Gauci. Dwar l-ittardjar tl-wasla tal-vaċċin: https://newsbook.com.mt/anzjani-jintbaghtu-lura-d-dar-ghax-spicca-l-vaccin/ Prof. Gauci qalet li m'hemmx għalfejn ninkwetaw jekk l-appuntament tat-tieni doża jiġi pospost b'xi ġurnata jew tnejn għaliex mhux se tagħmel differenza. Dwar rapporti tas-side effects minħabba l-vaccine, dawn jiġu investigati mill-Awtorità tal-Mediċini. Dwar il-ftuħ tal-iskejjel Prof. Gauci qalet li dawn se jerġgħu jiftħu blistess protokolli li kien hemm fis-seħħ. Qalet ukoll li min ħa l-ewwel doża jkollu protezzjoni tajba kontra l-virus għalkemm naturalment mhux biżejjed. Dwar il-maskri fuq il-bajjiet għadhom obbligatorji. Prof. Gauci qalet li l-pazjenti li jinsabu fl-ITU għandhom bejn 45 u 75 sena. Dwar it-tiġijiet Prof. Gauci qalet li dawn jistgħu isiru kif imġabbar u jekk is-sitwazzjoni tibqa' stabbli u taħt kontroll. Dan jiddependi ukoll minn kemm in-nies jmixu mar-regolamenti, sostniet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Dwar il-parties li jsiru Prof. Gauci tenniet li dawn huma kontra l-liġi u se tħalli f'idejn il-Pulizija sabiex jipproċedu skont il-liġi. Prof. Gauci kienet qed tirreferi dwar dak li ġie rrapurtat il-Ħamis: https://newsbook.com.mt/filmat-zghazagh-jidhru-jiddevertu-fparty-privat-fl-iklin/ "Importanti li min ħa l-vaċċin tal-AstraZeneca anke t-tieni doża tkun tal-AstraZeneca u mhux ta' xi vaċċin ieħor" – Prof. Gauci. Għalissa ċertu attivitajiet tal-isport huma ta' aktar periklu minn non-essential shops, qalet Prof. Gauci . Hawn siemmiet li kien hemm ammont mhux ħażin ta' każi li rriżultaw minn attivitajiet sportivi. Dwar iż-żjarat fid-djar tal-anzjani: https://newsbook.com.mt/filmat-jistghu-izuru-lill-anzjani-sa-massimu-ta-zewg-persuni-mill-istess-household/ Dwar l-infurzar minn naħa tal-Awtoritajiet, Prof. Gauci qalet importanti li jkun hemm l-għajnuna mingħand kulħadd u appellat sabiex jekk ikun il-każ in-nies jistgħu jirrappurtaw f'każ li jkun hemm sitwazzjoni f'residenza/i ikunu qed jinkisru r-regolamenti. Il-konferenza tal-aħbarijiet tieqaf hawn. Grazzi talli segwejtuna. Amy Borg Xi tħabbar dalgħodu Filmat: Jistgħu iżuru lill-anzjani sa massimu ta' żewġ persuni mill-istess household Anzjani jintbagħtu lura d-dar għax spiċċa l-vaċċin | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-iskejjel-tal-knisja-jibdew-jifthu-minn-nhar-it-tnejn/ | newsbook.com.mt | Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, b'konsultazzjoni mal-iskejjel tal-Knisja, ħabbar li l-iskejjel tal-Knisja se jibdew jiftħu min-nhar it-Tnejn 12 ta' April. Fil-livell kindergarten u primarju, l-iskejjel tal-Knisja se jiftħu fiżikament nhar it-Tnejn, 12 ta' April, b'osservanza tal-protokolli tas-saħħa, filwaqt li l-iskejjel sekondarji se jibdew il-lezzjonijiet online nhar it-Tnejn, 12 ta' April, u se jiftħu fiżikament nhar l-Erbgħa, 14 ta' April. Tħabbar ukoll li l-iskejjel fil-livell kindergarten, primarju u sekondarja li kellhom sistema ta' attendenza alternata minħabba l-ispazji li għandhom se jkomplu b'dik is-sistema. X'ħabbar il-PM Filmat: Skejjel Primarji u childcare centres se jerġgħu jiftħu mit-Tnejn Kull skola skondarja tal-Knisja se tiddeċiedi liema snin u liema klassijiet se jattendu fl-14 ta' April, ekwivalenti ta' żewġ forms bil-kumplament jibdew fiżikament il-Ġimgħa 16 ta' April, qal is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija. Tħabbar ukoll li s-Sixth Forms tal-Knisja se jiftħu nhar it-Tnejn, 12 ta' April, skont l-indikazzjonijiet li se jagħtu l-kapijiet tagħhom u fl-istess ħin se jkomplu d-diskussjonijiet biex ikunu jistgħu jiftħu fiżikament skont il-protokolli tas-saħħa. Il-ġenituri huma mħeġġa jsegwu l-indikazzjonijiet li se jirċeivu mill-iskejjel rispettivi tagħhom. X'qalu l-MUT "Ir-responsabiltà tal-ftuħ tal-iskejjel fl-aħħar mill-aħħar hi tal-gvern" – MUT | [
1,
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/rachel-mifsud-tirbah-3-minn-4-partiti-tat-table-tennis-fi-sqallija/ | newsbook.com.mt | Rachel Mifsud fi Sqallija. Ritratt: https://ttausoniaenna.it/ L-atleta Maltija tat-table tennis, Rachel Mifsud, il-ġimgħa li għaddiet ivvjaġġat lejn Sqallija akkumpanjata mill-kowċ tagħha Katia Mifsud biex tirrappreżenta lil A.S.D TT Ausonia Enna. Il-klabb laħaq l-ewwel pożizzjoni fil-klassifikazzjoni tan-Nisa tas-Serie B fejn Rachel kellha 3 rebħiet mill-4 logħbiet tagħha. F'Mejju Rachel għandha terġa' tikkompeti fil-play offs bil-possibbiltà li t-tim tagħha jiġi promoss għas-Serie A tan-Nisa. Il-Malta Table Tennis Association permezz ta' ftehim mal-Federazzjoni Taljana għamlitha faċli għall-membri tagħha biex jikkompetu f'kampjonati doppji għal aktar żvilupp tal-atleti tagħna. Wara l-konferenza stampa tal-bieraħ li saret mill-Prim Ministru, il-Malta Table Tennis Assosciation waqqfet l-avvenimenti Nazzjonali kollha li kien hemm pjanati. Maltese Table Tennis athlete, Rachel Mifsud,… Posted by Malta Table Tennis Association on Wednesday, April 7, 2021 | [
10,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-ministru-carmelo-abela-u-jason-azzopardi-mistiedna-fuq-103-maltas-heart/ | newsbook.com.mt | Ritratt fl-isfond: HSBC / Ritratti fiċ-ċrieki: Miguela Xuereb Read in English . Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela u d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ddiskutew l-allegazzjonijiet li għamel ilbieraħ id-Deputat Jason Azzopardi dwar il-Ministru Carmelo Abela meta implikah fl-attentat ta' serqa mill-HSBC fl-2010. Azzopardi qal li dak li għandu jgħid se jgħidu fil-qorti, filwaqt li l-Ministru baqa' jisħaq li din hi gidba malafamanti dwaru u li jrid inaddaf ismu minn dal-gideb. Dan qaluh fuq il-programm ta' Prof. Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart . Fost l-affarijiet li qal ilbieraħ, Azzopardi allega li Abela kien imwiegħed €300,000 minn din is-serqa. Il-Ministru rreaġixxa billi fetaħ libell lil Jason Azzopardi u ħa wkoll affidavit bil-ġurament. "Li għandi ngħid se ngħidu fil-qorti" – Azzopardi Jason Azzopardi beda l-intervent tiegħu billi qal li jrid jagħmel tliet punti: Li mhu se jżid xejn ma' dak li diġà qal Li dak li għandu xi jgħid se jgħidu fil-qorti Li dak li qal ilbieraħ kien diġà fid-dominju pubbliku. Huwa kkritika l-mod kif il-Ministru Carmelo Abela nqeda b'kummenti fuq il-ħajja personali ta' Azzopardi biex jirribatti dak li hu allega fuqu. Qal li kulma nafu fuq dal-każ hu li l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera rrekużat ruħha għax tat kredibbiltà lix-xhieda ta' Vince Muscat il-Koħħu, li kien involut fis-serqa tal-HSBC u li qal fil-qorti li jista' jsemmi Ministru preżenti fil-Kabinett li kien involut f'dan ir-reat. Hu talab lill-Imħallef tirrekuża ruħha minħabba l-kunflitt ta' interess, billi ħuha José Herrera huwa Ministru fil-Kabinett. Apparti minn hekk, il-Prim Ministru ma tkellimx fuq dal-każ, u m'għamel xejn, qal Azzopardi. Aqra aktar L-Imħallef Scerri Herrera tirrikuża ruħha fuq il-każ tal-HSBC Il-PM kien talab lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga l-allegazzjonijiet tal-Koħħu, iżda l-Kummissarju kien qallu li l-Koħħu ma jridx isemmi ismijiet. X'kien qal il-PM? Il-PM jgħid li l-Koħħu ma jridx jgħid min hu l-Ministru li semma "Il-logħob u l-gideb ta' Azzopardi jrid jieqaf" – Abela Min-naħa tiegħu, il-Ministru Carmelo Abela sostna li jeħtieġ li Jason Azzopardi jieqaf jigdeb u jivvinta dwaru. Qal li hu ħa azzjoni legali immedjata għax "il-poplu diżgustat bil-logħob u l-gideb ta' Jason Azzopardi." Saħaq li hu jrid inaddaf ismu għax mhuwiex ħati ta' dak li qed jallega Azzopardi dwaru. Mistoqsi jekk offriex ir-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru sakemm inaddaf ismu, il-Ministru qal li lill-PM infurmah bl-azzjoni legali li ħa, iżda m'offriex ir-riżenja. Huwa ma qabilx li għax xi ħadd jivvinta "gidba" dwaru, għandu jirriżenja. Il-Ministru akkuża lil Jason Azzopardi li hu "f'konfoffa mal-kriminali," billi filli jgħid li jrid bil-privileġġ parlamentari u filli jgħid li jrid fil-qorti bħala avukat. Saħaq li meta toħroġ il-verità, Jason Azzopardi se jkollu jirriżenja. Mill-programm… Bonġu u merħba għal dan il-blogg. Fl-10am Prof. Andrew Azzopardi se jiddiskuti mal-Ministru Carmelo Abela u d-Deputat Jason Azzopardi l-allegazzjonijiet li għamel Azzopardi fuq Abela lbieraħ. Aħna se naġġornawkom b'dak li qed jingħad fil-programm fuq 103 . Il-programm jibda issa. L-ewwel mistieden hu Jason Azzopardi . Prof. Azzopardi jikkummenta fuq kif Azzopardi m'għamilx dawn l-allegazzjonijiet bil-privileġġ parlamentari. Jistaqsih, "Kemm int konvint li dan hu veru?" Azzopardi jgħid li ma qal xejn li ma kienx diġà fid-dominju pubbliku. Jgħid li mhux se jżid ma' li qal, dak li għandu jgħid se jgħidu fil-qorti. "Ministru li uża s-sitwazzjoni personali tiegħi bil-qerq…" jgħid Azzopardi billi Abela semma l-ħajja personali tad-Deputat Nazzjonalista. Id-Deputat isemmi wkoll kif Abela kien uża l-fondi pubbliċi b'qerq għal xi xogħlijiet f'daru. Hu fakkar lin-nies f'dal-fatt u mbagħad il-Ministru rribatta billi semma affarijiet personali f'ħajjet Azzopardi. Id-Deputat Nazzjonalista mbagħad irribatta billi qal li minkejja li Abela qed jgħajru bil-qabar ta' Kristu, aħjar hekk "milli nkun kompliċi fil-hold-up tal-HSBC." L-MP isemmi protest ġudizzjarju li kien tressaq kontra l-Prim Ministru – persuna qalet bil-miktub li hemm Ministru preżenti involut f'reat maġġuri. S'issa ma sar xejn fuq dal-protest. "Sa dil-ġimgħa stess Imħallef irrekużat ruħha għax tat kredibbiltà lix-xhud li qed isemmi Ministru preżenti," jgħid Azzopardi fuq l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Hi rrekużat ruħha wara talba ta' Vince Muscat il-Koħħu billi ħuha huwa l-Ministru José Herrera. Il-Koħħu qal li l-Ministru li qed isemmi hu mhuwiex Herrera imma xorta hemm kunflitt ta' interess. Aqra fuq il-każ hawn. "Infetaħ libell. Tajjeb, anke Keith Schembri kien fetaħ libell kontra Simon Busuttil. Imbagħad kellu jwaqqgħu." Tagħrif fuq il-każ imsemmi hawn. Dr Azzopardi jgħid li l-kritika m'għandhiex tkun fuq aspetti personali. "Ilni nilqa' u nisma' gideb u spinjaturi u ma nwiġibx… imma l- Ministru Abela li nstab ħati li abbuża minn flus pubbliċi għall-gwadann personali , ma ċaħadx, li fl-2015 uża ħaddiema tal-Gvern għal xogħlijiet f'daru. Jekk mhux hold-up ta' bank, dan delitt li uffiċjal pubbliku jagħmel użu minn fondi pubbliċi." Azzopardi jinsisti li m'hemm xejn milli qal ilbieraħ fuq Abela li ma kienx fid-dominju pubbliku. "Dak li għamilt ilbieraħ biex naraw kif f'dal-pajjiż hemm allegazzjonijiet serji ħafna li s'issa nafu li mhux il-Ministru José Herrera. S'hemm nafu. Il-Prim Ministru ma jagħmel xejn." "Il-poplu diżgustat bil-logħob u l-gideb ta' Jason Azzopardi. Jien niċħad kategorikament dawn l-allegazzjonijiet malafamanti u giddieba," jiddikjara l-Ministru. Jgħid li mar il-qorti biex juri kemm m'għandux x'jaħbi. "Ma kkwotax li jien ċħadt kategorikament l-allegazzjoni l-oħra li għamel. Fil-Parlament tkellimt u poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra l-irċevuti kollha marbutin mal-każ," jgħid il-Ministru. Il-Ministru jinsisti, "Il-logħob maħmuġ u giddieb ta' Jason Azzopardi jrid jieqaf. Għalhekk għamilt li għamilt." Il-Ministru jallega li Azzopardi huwa "f'konfoffa mal-kriminali" billi filli juża l-privileġġ parlamentari u filli jikkonfoffa mal-kriminali fil-qorti. Prof. Andrew Azzopardi jistaqsi jekk Abela ddiskutiex mal-Ministru Edward Zammit Lewis u ma' Glenn Bedingfield biex dawn ma jattendux il-laqgħa li fiha ġie diskuss ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fuq il-Ministru Abela, il-Ministru kien evażiv fit-tweġiba tiegħu. Tagħrif fuq il-każ hawn. Mistoqsi offriex ir-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru, il-Ministru Abela qal li hu infurmah bil-passi li se jieħu biex jiddefendi ismu. "Kieku ngħid li Prof. Azzopardi huwa traffikant tad-droga, titlaq mill-Università u tieqaf tippreżenta fuq ir-radju għax għamilt gidba malafamanti fuqek? Ħadt il-passi minnufih." "Mhu se nħalli lil ħadd iħammeġ ismi." Il-Ministru qal li Jason Azzopardi għandu jirriżenja mill-kariga tiegħu meta jsir il-ġudizzju fuq dawn l-allegazzjonijiet. L-intervista ma' Dr Jason Azzopardi u mal-Ministru Carmelo Abela tintemm hawn. Il-programm ta' Prof. Azzopardi jkompli. Grazzi talli segwejtuna. Komplu isimgħu 103 ! Sephora Francalanza Minn fejn beda dan kollu? Il-battibekk beda meta Azzopardi lbieraħ fuq Facebook xerred artiklu li jgħid li l-Ministru nbnietlu l-veranda tal-bejt mill-ħaddiema pubbliċi. Azzopardi staqsa kif ma ttiħdux passi kriminali kontra l-Ministru fuq hekk, b'referenza għall-aħbar li se jittieħdu passi kriminali kontra d-Deputat Toni Bezzina fuq xi tibjid f'każin fiż-Żurrieq. Meta Abela kiteb fuq Facebook bi tweġiba għal dak li qal Azzopardi, id-Deputat Nazzjonalista rribatta billi qal li minkejja li Abela qed jgħajru bil-qabar ta' Kristu, aħjar hekk "milli nkun kompliċi fil-hold-up tal-HSBC." Azzopardi kompla billi allega li Abela kien kompliċi billi ta filmat ta' ġol-bank u ċwievet foloz, li kien imwiegħed €300,000 mis-serqa, u anke li kien kompliċi f'attentat ta' qtil fejn ġew sparati 67 tir. Apparti hekk, Azzopardi allega li Abela kien involut f'telefonati biex ikunu mhedda xhieda ta' hold-up, u anke telefonati fuq Signal mill-mandant. Meta seħħet is-serqa, Abela kien maniġer fl-HSBC. Qaluli li l-Ministru Carmelo Abela illum kiteb fil-konfront tieghi, minghalih jghajjarni bil-"qabar ta' Kristu" u b' "… Posted by Jason Azzopardi on Friday, April 9, 2021 Il-Ministru sejjaħ l-allegazzjonijiet ta' Azzopardi "gideb malafamanti u moqżież." Huwa mbagħad fetaħ libell lil Jason Azzopardi permezz tal-Avukat Pawlu Lia. Fil-Qorti llejla għadni kif ippreżentajt libell kontra Jason Azzopardi u ħadt affidavit bil-ġurament, wara l-gideb li qal dwari. Posted by Carmelo Abela on Friday, April 9, 2021 Is-serqa F'Ottubru, it-Times kienet irrappurtat li l-Koħħu qal lill-Pulizija li xi politiku għadda filmat ta' ġol-bank lill-ħallelin. Muscat irrefera għal dil-persuna mal-Pulizija bħala "number 1." Qalilhom li l-filmat seta' għaddihulhom dan in-"number 1" jew persuna oħra viċin din, "number 2," jew it-tnejn li huma f'daqqa. Skont il-Koħħu, l-ewwel persuna kellha tieħu miljun u t-tieni kellha tieħu €300,000 minn din is-serqa. Is-sitta l-oħra kellhom jieħdu miljun kull wieħed tal-involviment tagħhom. Il-Ministru jisfida lill-Koħħu Newsbook.com.mt kien staqsa lill-Ministru jekk jistax ikun hu l-Ministru li jinsab fil-Kabinett bħalissa li Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu implika li għen lill-kriminali f'xi ħaġa kbira li seħħet 10 snin ilu. L-implikazzjoni hi li din kienet l-attentat ta' serqa mill-kwartieri ġenerali tal-HSBC. Il-Ministru Carmelo Abela kategorikament ċaħad li hu l-Ministru msemmi minn Vince Muscat u sfida lill-Koħħu biex jgħid min hu dan il-Ministru. Il-Koħħu qal dan hu u jixhed fil-kumpilazzjoni kontra l-aħwa Alfred u George Degiorgio dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, meta kien qed jagħmillu kontroeżami d-Deputat Nazzjonalista u Avukat Jason Azzopardi. Fi żmien is-serqa, il-Ministru Abela kien maniġer fl-istess bank, u għalhekk qamet spekulazzjoni dwaru, iżda hu ċaħad għal darba darbtejn li hu l-Ministru kkonċernat. Iċ-ċaħda tal-Ministru Filmat: Il-Ministru Abela jisfida lill-Koħħu biex jgħid min hu l-Ministru li semma | [
14
] |
|
https://newsbook.com.mt/ftehim-ghal-ghajnuna-lill-malta-parkinsons-disease-association/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Clifton Fenech (DOI) Ftehim bejn il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u l-Malta Parkinson's Disease Association (MPDA) se jkun ta' għajnuna biex 20 fiżjoterapista li jaħdmu ma' persuni milqutin mill-marda tal-Parkinson's ikomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom fid-dijanjosi, fit-trattament u fl-immaniġġjar ta' din il-marda. Huwa kkalkulat li f'Malta u f'Għawdex hawn madwar 1,500 persuna milqutin minn din il-marda. Permezz ta' dan il-ftehim, il-fiżjoterapisti se jkunu jistgħu jipparteċipaw f'kors virtwali li se jkun qed jingħata minn trainer barrani li jispeċjalizza fil-marda tal-Parkinson's. Il-marda tal-Parkinson's taffettwa s-sistema tan-nervituri fil-ġisem tal-bniedem u sa issa m'hawnx kura għaliha. Din il-kundizzjoni hija kumbattuta b'medikazzjoni, b'terapiji u b'forom oħrajn ta' benesseri. Nhar il-Ħadd 11 ta' April huwa l-Jum Internazzjonali tal-Marda tal-Parkinson's. L-iskop wara dan il-jum huwa li jkun hemm aktar għarfien dwar il-marda. Huwa kkalkulat li madwar id-dinja hawn madwar 10 miljuni milqutin minn din il-marda. Il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li, "Meta wieħed jgħid li f'pajjiżna hawn madwar 1,500 persuna milqutin mill-marda tal-Parkinson's irid jikkunsidra li dan ifisser li hawn 1,500 familja li jħossu l-piż ta' din is-sitwazzjoni. Persuna milquta minn din il-marda trid attenzjoni pjuttost kontinwa u għalhekk jiżdied il-piż fuq ħajjet dawk li jgħixu mal-persuna milquta mill-marda. Il-fiżjoterapista għandu rwol importanti ma' dawn il-persuni u għalhekk huwa ta' sodisfazzjon għalina li se nkunu qegħdin nikkontribwixxu biex il-fiżjoterapisti tagħna jkomplu jkunu ta' aktar għajnuna permezz ta' dak li jibbenefikaw mill-kors li se jkunu qegħdin jipparteċipaw fih". Il-ministru qalet li okkażjoni bħal din għandha sservi wkoll biex ikun rikonoxxut is-sehem kbir li organizzazzjonijiet volontarji bħall-Malta Parkinson's Disease Association jagħtu lis-soċjetà f'oqsma partikolari, f'dan il-każ lill-persuni milqutin mill-marda tal-Parkinson's u lill-familji tagħhom. Alice Peplow, Segretarja tal-MPDA, qalet li fost l-għanijiet ewlenin tal-MPDA hemm li jkun assigurat li persuni milqutin minn din il-kundizzjoni jkollhom aċċess għat-trattament adekwat fil-ħin adekwat biex ikunu jistgħu jkomplu jgħixu ħajjithom bl-aħjar mod possibbli. "L-għan tal-proġett li għalih sibna l-għajnuna siewja tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja huwa biex grupp ta' 20 fiżjoterapista jsaħħu u jtejbu l-għarfien tagħhom fid-dijanjosi, fit-trattament u fl-immaniġġjar ta' persuni milqutin minn din il-marda u b'hekk ikomplu jkunu ta' aktar għajnuna lil dawk milqutin mill-marda," qalet is-segretarja tal-MPDA. Dan it-taghrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-ewwel-maltija-li-tirbah-titlu-fil-basketball-fl-istati-uniti/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Instagram - Sophie Abela Il-plejer tal-basketball Sophie Abela naqqxet isimha fl-istorja wara li saret l-ewwel Maltija li rebħet tournament ġewwa l-Istati Uniti. Is-Sibt li għadda it-tim li tilgħab miegħu, l-Otero Rattlers għelbu lil Casper College waqt ir-Region IX Tournament. Abela kkontribwixxiet żewġ punti għal din ir-rebħa. View this post on Instagram A post shared by Sophie Abela (@sophieabela4) | [
10,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/jibda-x-xoghol-fuq-ic-centru-nazzjonali-tat-tennis-li-se-jospita-l-loghob-tal-pajjizi-z-zghar/ | newsbook.com.mt | Ritratt: DOI - Omar Camilleri Beda x-xogħol fuq iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis f'Pembroke b'investiment ta' €1.3 miljun li huwa parti minn viżjoni li se tipprepara lil pajjiż biex ikun jista' jospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa fl-2023. Il-proġett taċ-ċentru tat-tennis se jkun maqsum f'żewġ fażijiet. L-ewwel fażi se tara l-bini ta' sitt tennis courts li se jinkludu xogħlijiet ta' tħaffir, tal-elettriku, asfaltar tal-art, fencing mal-madwar u parkeġġ għall-karozzi. Il-court prinċipali se jkollu wkoll stands għall-ispettaturi u anke changing rooms. It-tieni fażi se tara l-kostruzzjoni ta' tennis house li se tinkludi uffiċini, boardroom, physio room, gym, lounge u store. Waqt żjara biex isegwi x-xogħlijiet fuq iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis f'Pembroke, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima li dan hu b'dan l-investiment f'faċilità state-of-the-art, se tintlaħaq id-domanda preżenti kif ukoll dik futura tal-isport fil-pajjiż. Grima qal li biex bħala pajjiż inkomplu niksbu suċċessi f'diversi setturi, hemm bżonn li jibqgħu jiġu sostnuti t-tkabbir u l-investiment li diġà saru fl-atleti Maltin permezz ta' dawn it-tipi ta' proġetti li jgħollu l-livell tal-infrastruttura sportiva. Iċ-Chairman ta' SportMalta Luciano Busuttil qal li din il-faċilità se tkun għall-atleti kollha sabiex ikunu jistgħu jitħarrġu b'mod aħjar u anke tattira avvenimenti internazzjonali u jitkabbar it-turiżmu sportiv. Il-President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis David Farrugia Sacco minn naħa tiegħu saħaq li din il-ħolma qed issir realtà għall-atleti kollha tat-tennis. Qal li issa se jkollhom l-opportunità li jorganizzaw l-attivitajiet u l-kampjonati tagħhom u anke jsiru skambji ma' pajjiżi oħra. | [
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/3-sewwieqa-zghar-tal-karting-se-jinghataw-tahrig-specjalizzat-fl-italja/ | newsbook.com.mt | Tliet itfal sewwieqa tal-Karting, Ben Piscopo u Morgan Zammit, li għandhom 7 snin u Dario Mifsud li għandu 9 snin, se jkunu qiegħdin jattendu sezzjoni ta' taħriġ personali u speċċjalizzat mat-tim uffiċjlai ta' CRG Karts fl-Italja. Dan it-taħriġ se jingħatlhom sabiex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom fis-sewqan. It-taħriġ se jsir fuq l-aħħar mudelli ta' karts tas-CRG, Mini Karts u CRG Black Mirror. Is-sewwieqa se jkunu assistiti minn mechanics u telemetristi ta' livell internazzjonali sabiex janalizzaw kull dettal u jiddentifikaw kull opportunità għal titjib fis-sewqan. It-taħriġ se jsir fuq tlett tijem ġewwa t-trakka ta' South Garda Karting f'Lonato fin-naħa ta fuq tal-Italja mill-Erbgħa 14 ta' April sal-Ħadd 18 ta' April. Dan it-taħriġ sar possibbli wara ftehim mal-proprjetarju tal-fabbrika CRG Giancarlo Tinini u Rueben Mifsud, is-sid tat-tim Malti R33 Racing, u rappreżentant lokali tad-ditta CRG għal pajjiżna. Rueben Mifsud qal, "l-iskop tat-taħriġ huwa biex is-sewwieqa tagħna itejbu il kwalità tas-sewqan u jrabbu aktar kunfidenza meta jsuqu barra minn Malta". Mifsud kompla billi nsista li "sezzjonijiet ta' taħriġ bħal dawn jinvolvu sagrifiċċji kbar mentalment u fiżikament għas-sewwieqa kif ukoll ta' piż finanzjarju għal-ġenituri tagħhom". Mit-tim CRG u wara taħriġ simili ħarġu diversi sewwieqa ta' fama internazzjonali u li għamlu karriera brillanti saħansitra fil-Formula 1. Dawn jinkludu lil Michael Schumacher, Lewis Hamilton, Verstappen, Rosberg, Luizzi, Zanardi u ħafna oħrajn. CRG karts Dan it-tagħrif twassal minn motorsport.mt | [
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/zvelat-id-disinn-ghal-munita-gdida-ta-e2/ | newsbook.com.mt | Ġie żvelat id-disinn għal munita ġdida ta' €2 li tfakkar il-35 anniversarju tal-programm ta' skambju Erasmus. Id-disinn tal-munita ntgħażel permezz wara kompetizzjoni li kienet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, b'vot pubbliku biex jiġi determinat ir-rebbieħ. Id-disinn rebbieħ – li tħabbar minn Monnaie de Paris – kien dak tal-inċiżur Franċiż Joaquin Jimenez. Il-munita se tinħareġ fl-istati membri kollha tal-UE taż-żona €. Il-muniti se jkunu fiċ-ċirkolazzjoni mill-1 ta' Lulju 2022. L-Olanda kienet diġà ħarġet munita dedikata lill-Erasmus fl-2011. Din il-munita hija partikolarment popolari mal-kollezzjonisti Olandiżi għax hija l-ewwel munita kommemorattiva Olandiża nazzjonali. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/malta-ssellem-lill-princep-philip-btiri-bil-kanuni-nhar-is-sibt/ | newsbook.com.mt | Il-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh. Fondazzjoni Wirt Artna se torganizza tislima tfakkar il-mewt tal-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh nhar is-Sibt 17 ta' April 2021 f'nofsinhar meta jiġu sparati tiri bil-kanuni minn fuq is-swar fil-belt Valletta. Aqra: Imut il-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh Il-funeral tal-Prinċep Philip se jsir nhar is-Sibt u se jkun qed jitwassal fuq it-televiżjoni. F'Malta x-xandira tal-funeral tal-Prinċep Philip fuq it-televiżjoni se titwassal b'mod dirett mit-3.30pm 'il quddiem fuq TVM2. Aqra wkoll: Harry se jattendi għall-funeral tal-Prinċep Philip … mingħajr Meghan Fi stqarrija li kien ħareġ Buckingham Palace qal li membri tal-pubbliku mhux se jitħallew jattendu minħabba l-miżuri li qed jittieħdu biex titnaqqas l-imxija tal-Covid-19. Il-gvern tar-Renju Unit ħabbar silenzju ta' minuta nazzjonali li se jsir fit-3.00 pm BST (4.00 pm CET) qabel ma jibda l-funeral fil-Kappella ta' San Ġorġ fil-kastell ta' Windsor. Aqra wkoll: Il-funeral tal-Prinċep Philip se jsir is-Sibt li ġej Il-katavru tal-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh se jinġarr lejn il-kappella ta' San Ġorġ f'Land Rover, li kienet iddisinjata apposta mill-Prinċep Philip stess. Ritratt: Facebook – Fondazzjoni Wirt Artna | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/allegat-traffikant-tan-nies-mehlus-mill-libja-minhabba-nuqqas-ta-evidenza/ | newsbook.com.mt | Raġel, deskritt bħala wieħed mill-aktar traffikanti tan-nies mfittxija fid-dinja ġie meħlus mil-Libja, wara li l-awtoritajiet waqqgħu l-akkużi kontrih minħabba "nuqqas ta' evidenza." L-arrest tal-kmandant tal-gwardja tal-kosta Abdulrahman Milad, magħruf bħala Bija, kien milqugħ f'Malta f'Ottubru li għadda, bil-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal lil Newsbook.com.mt li kien feraħ lill-gvern Libjan talli għamel pass kuraġġuż kontra wieħed mill-mexxejja tiegħu, li kien tpoġġa taħt sanzjonijiet mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Malta tilqa' l-arrest ta' traffikant tal-bnedmin fil-Libja L-Istati Uniti tikkunsidra li Bija għandu rwol ewlieni f'ċirku tat-traffikar tal-bnedmin ibbażat fil-belt kostali ta' Zawiya, li jissuġġetta lir-refuġjati u lil dawk li jfittxu l-ażil għall-iskjavitù qabel ma jpoġġuhom fuq dgħajjes fuq vjaġġ perikoluż lejn sigurtà preżunta fl-Ewropa. Bija jidher li kien tħalla jaġixxi b'impunità għal snin wara l-oħra, anke peress li okkupa rwol uffiċjali fi ħdan il-gwardja tal-kosta Libjana. L-UNSC kienet akkużatu li għereq dgħajjes tal-migranti bl-użu ta' armi tan-nar, interċetta migranti li mbagħad ittieħdu f'ċentri ta' detenzjoni u ġew soġġetti għal trattament inuman u reati oħra. Minkejja l-arrest tiegħu, Bija ġie promoss għall-grad ta' maġġur mill-gvern Libjan, appoġġat mill-Istati Uniti x-xahar li għadda għall-parteċipazzjoni tiegħu biex jirripella l-assedju tal-kapitali Libjana li kien seħħ bejn l-2019 u l-2020. Ir-rilaxx tiegħu ġie ċċelebrat fil-belt twelidu tiegħu ta' Zawiya, kif muri minn ritratti li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali. Mill-banda l-oħra, l-Italja kkritikat il-ħelsien ta' raġel li l-allegati attivitajiet kriminali tiegħu kienu ġew mikxufa minn tnejn mill-ġurnalisti tagħha. Iż-żewġ ġurnalisti kellhom jirċievu protezzjoni tal-pulizija wara li rċivew theddid ta' mewt. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-prince-charles-isellem-il-memorja-ta-missieru-il-princep-philip/ | newsbook.com.mt | Ritratt: mill-filmat fuq Twitter: The Prince of Wales and the Duchess of Cornwall Il-Prinċep Charles ħareġ filmat b'ġabra ta' ritratti biex ifakkar lil missieru, il-Prinċep Philip, id-Duka ta' Edinburgh. Aqra: Malta ssellem lill-Prinċep Philip b'tiri bil-kanuni nhar is-Sibt Ir-ritratti juru lill-Prinċep Philip f'diversi mumenti differenti f'ħajtu, fosthom waqt li kien qed jaħdem, waqt li kien qed jissoċjalizza u oħrajn f'mumenti li kien iqatta mal-familja, meta uliedu, Charles, Edward, Anne u Andrew kienu għadhom tfal. Segwi l-filmat minn hawn: Tweets by ClarenceHouse Aqra wkoll: Imut il-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/jiccelebraw-is-36-sena-mit-twaqqif-taghhom-bgest-nobbli/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook -Għaqda Mużżikali Madonna ta' Lourdes San Ġwann L-Għaqda Mużikali Madonna ta' Lourdes ta' San Ġwann qed tagħmel stedina biex in-nies jingħaqdu magħha u fis-17 ta' April imorru jagħtu pinta demm sabiex jgħinu lil ħaddieħor. Din l-inizjattiva kienet pjanata biex issir is-sena l-oħra f'okkażjoni tal-35 sena mit-twaqqif tal-Għaqda imma minħabba fil-pandemija kellha tiġi posposta. Għalhekk din is-sena qed terġa' tiġi pjanata din l-istess inizjattiva f'okkażjoni tas-36 sena mit-twaqqif tal-istess Għaqda. L-istedina hija miftuħa għar-residenti kollha ta' San Ġwann u anke dawk li huma mill-viċinanzi. Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukja post tista' tagħmel dan billi ċċempel fuq 79093066 jew 99465477. Kif jaf kulħadd, kull qatra tgħodd! Posted by Ghaqda Muzikali Madonna Ta Lourdes San Gwann on Sunday, April 11, 2021 | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/xgara-ezatt-xhin-emilio-u-erminia-kienu-telghu-fuq-il-vapur-li-sploda/ | newsbook.com.mt | Ritratt: mill-filmat / muntaġġ Fl-episodju tal-lejla mis-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba se nsiru nafu x'kien ġara eżatt xħin Emilio u Erminia kienu telgħu fuq il-vapur li kien sploda. Fejn qiegħda Erminia u ma' min? Angelo mar ikellem lil Salvatore dar il-kandidatura tiegħu… taħ ukoll id-domandi u r-risposti li kienu se jintqalu waqt l-intervista li kellu fuq il-medja… jaqbel mad-domandi? Sadanittant Agatha u Bernardette qed iħejju xi ħaġa fil-kċina għall-mistednin. Sergio u Elena jaqblu li Salvatore ħiereġ għall-elezzjoni. Waqt l-intervista Belinda għamlet mistoqsija żejda… xi staqsietu u għaliex kien irrabjat? Waqt li Laura kienet qed tippassiġġa bit-tarbjia tagħha min mar jiltaqa' magħha? F'Ġieħ L-Imħabba jkompli llejla fid-8.50pm fuq TVM. Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra: F'Ġieħ L-Imħabba F'Ġieħ L-Imħabba: dak li ġara fl-episodju ta' nhar it-Tlieta… Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Thursday, April 8, 2021 Dan hu dak li se jiġri fl-episodju tal-lejla: F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta li ġej. F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta li ġej. Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Wednesday, April 7, 2021 F'Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta' Rewind. | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/bjorn-jidhol-ghall-ewwel-darba-fdar-bjorn-il-gdida/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Bjorn Formosa Ġunata speċjali għal Bjorn Formosa hekk kif illum daħal għall-ewwel darba f'Dar Bjorn il-Ġdida. Dan wara li għal żmien twil kien ilu jmur fi Triq Pawlu Balzan f'Ħaż-Żebbuġ sabiex jara l-binja mill-bogħod minħabba li ma setax jaċċessa s-sit. Illum però l-istorja kienet mod ieħor u għal Bjorn seta' jidħol fil-post li tant ilu joħlom bih hekk kif il-ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-binja dalgħodu tawh sorpriża u għamlulu rampa biex ikun jista' jaċċessa l-binja. "Xħin dħalt sibt lil kulħadd jistennieni bil-ħerqa! Ġejja wisq għal qalbi u issa ħerqan iktar biex nara lesta," ikkummenta hu filwaqt li kompla jħeġġeġ lin-nies biex ikomplu jappoġġjaw dan il-proġett. Aqra wkoll: Ixtri ktieb b'€2 u għin lil ALS Malta Jekk interessat tagħti d-donazzjoni tiegħek, tista' tagħmel dan permezz ta' SMS fuq 5061 8936 li jiswa €6.99 jew inkella permezz ta' BOV Mobile Pay – 79096249. Eċitament kbir! Għadni kemm dħalt għall-ewwel darba f'DAR Bjorn il-ĠDIDA. Ilni niġi fi Triq Pawlu Balzan, nara l-binja… Posted by Bjorn Formosa on Tuesday, April 13, 2021 | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/kien-l-ispalla-tar-regina-bdevozzjoni-bla-kundizzjoni-princep-harry/ | newsbook.com.mt | Il-Prinċep William u l-Prinċep Harry tkellmu fuq in-nannu tagħhom, il-Prinċep Philip. Il-Prinċep Harry ddeskrivih bħala l-ispalla tar-reġina, devot lejha bla kundizzjoni. Irringrazzjah tas-servizz tiegħu, tad-dedikazzjoni tiegħu lejn ir-reġina, u talli kien dejjem eżatt min hu. Tkellem fuqu wkoll bħala n-nannu, u qal li tilef xiħadd li kien espert tat-tisjir fuq il-BBQ, leġġenda taċ-ċajt, u mqareb sal-aħħar. Minn naħa tiegħu, il-Prinċep William qal li hu grat li kellu n-nannu f'ħajtu għal dan it-tul ta' snin li kien ilu preżenti f'ħajtu. Sostna li s-sens t'avventura tiegħu kien infettiv, u li hu kuntent li t-tfal tiegħu kellhom iċ-ċans iqattgħu l-ħin mal-Prinċep Philip. Aqra hawn Imut il-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh Il-Prinċep Philip miet fid-9 t'April fl-età ta' 99 sena. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/ixtri-ktieb-be2-u-ghin-lil-als-malta/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Bjorn Formosa Jekk tħobb taqra kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż issa fiċ-ċans li tixtri ktieb u tkun qed tgħin lil ALS Malta jkomplu jiġbru aktar fondi. Il-kotba bi prezzijiet varjati li jibdew minn €2. Tista' tidħol fuq il-paġna tal-ħanut tas-sit tal-ALS permezz ta' dan il- link minn fejn tista' tagħmel l-ordni tiegħek u saħansitra anki jitwasslu d-dar. Hemm għażla ta' kotba li jvarjaw minn rumanzi, bijografiji, riċetti, stejjer ta' mħabba u ħafna aktar. Ara dan il-filmat ta' Bjorn sabiex tkun taf aktar. Kotba jibdew minn €2 Rumanzi, bijografiji, riċetti, stejjer ta' mħabba u ħafna iktar fil-kollezzjoni ta' kotba li għandna fl-ALS Malta Shop. Dawn il-kotba jibdew minn €2 biss.Ixtri u franka minn hawn: https://shop.alsmalta.org/collections/books& Posted by Bjorn Formosa on Wednesday, April 7, 2021 Tinsiex li meta qed tixtri ktieb mill- ALS Shop mhux biss tkun qed tiffranka, iżda tkun qed tgħin lil ALS Malta. Aqra: Min taħseb li hu dan it-tifel? | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-joseph-muscat-halla-reati-kriminali-jsiru-taht-imniehru-simon-buusttil/ | newsbook.com.mt | "Ir-reati li twettqu, primarjament ta' korruzzjoni, minn Keith Schembri u Konrad Mizzi, saru taħt imnieħer Joseph Muscat meta kien Prim Ministru u allura sar kompliċi tagħhom. Muscat kien jaf bihom u żamm l-istituzzjonijiet milli jieħdu passi. Meta inti ħloqt din is-sitwazzjoni ta' impunità ma nissorprendix ruħi li anke fuq Egrant kien hemm il-ħmieġ", spjega l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, illum Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew, fil-Parlament Ewropew, waqt li kien intervistat mill-preżentatur Prof. Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart. Dr Simon Busuttil kien mistoqsi jekk jemmienx lil Joseph u Michelle Muscat fuq l-Egrant. Kompla jispjega li Keith Schembri fil-Qorti, taħt ġurnament, qal li qatt ma kien jagħmel xejn minn wara dahar Joseph Muscat u li Konrad Mizzi, ukoll taħt ġurnament, qal li kull ħaġa li għamel dejjem kellu l-go-ahead ta' Muscat. "Allura ttini tort li għad għandu d-dubji?" staqsa Busuttil. X'akkużi qed jaffaċċja Keith Schembri? "Meta nħares lejn pajjiżi jkolli dispjaċir kbir; jiġru affarijiet u qisu xejn mhu xejn" Meta mistoqsi dwar kif iħares lejn il-pajjiż illum il-ġurnata, Simon Busuttil qal li il-fatt li hu bbażat fi Brussell, meta jħares lejn Malta jikkumpara l-pajjiż ma' oħrajn membri tal-Unjoni Ewropea u jara kif dak li jiġri f'Malta kieku jsir f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, kien jaqa' l-gvern. Semma' kif fl-Olanda minħabba skandlu fil-ħalsijiet tal-benefiċċji soċjali, waqa' l-gvern, u f'Malta li tressaq il-Qorti eks chief of staff ta' Prim Ministru ma ġara xejn u staqsa għaliex f'Malta m'għandiex l-istandards bħal ta' pajjiżi oħra. "Għaliex għandna naċċettaw standards baxxi?" staqsa Simon Busuttil. "It-theddid għal min jipprova jieqaf għall-ħmieg li għaddej" Mistoqsi dwar l-istqarrija li ppubblikaw erba' politiċi tal-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina, Jason Azzopardi, Simon Busuttil u David Casa, li sentejn ilu kull wieħed minnhom irċieva envelopp bil-posta li kien fih sustanza suspettuża, Dr Busuttil qal li sentejn wara li sar frame-up fuqhom, għadhom ma semgħu xejn mingħand l-awtoritajiet. "Jien għadu ħadd ma kellimni u din hi biss każ wieħed ta' theddid għal min jipprova jieqaf għall-ħmieġ li għaddej. Aħseb u ara dak li għaddiet minnu Daphne Caruan Galizia li spiċċat ħalset b'ħajjitha," sostna Busuttil. "Sentejn wara u għadna ma smajna xejn" – L-4 politiċi li rċivew pakkett bil-kokaina Poplu rasu fir-ramel? Prof. Azzopardi staqsa lil Dr Busuttil dwar x'kienet ir-raġuni li l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali tal-2017 minkejja r-rivelazzjonijiet li kienu ħerġin dwar l-iskandli. "Il-poplu ma kienx jimpurtah?" staqsa Prof. Azzopardi. Minn naħa tiegħu Simon Busuttil qal li dik hi mistoqsija li t-tweġiba għalijha jixirqilha studju akkademiku. "Kif jista' jkun poplu quddiem każijiet ċari ta' ħmieġ ta' korruzzjoni li ħerġin mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, għax ma tistax tiddeskrivih mod ieħor, xorta waħda jivvota lil dak il-gvern li evidentament hu maħmuġ. Nista' ntik ideat ta' x'naħseb illum imma verment nixtieq li jkun hemm studju akkademiku fuqha," sostna Dr Simon Busuttil. Hawn hu semma' kif il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat, kien għajru ġiddieb u qal li ħa l-Qorti kaxxi vojta. "Jien illum wara 4 snin in-nies qed jgħidu ara Simon kellu raġun għax in-nies onestament u ġenwinament emmnu dak il-Prim Ministru li ġiddbilhom." Qal ukoll li dak il-Prim Ministru, b'referenza għal Joseph Muscat, għad għandu kontroll tal-Partit Laburista, għax hemm kontinwità sħiħa bejnu u bejn Robert Abela. Il-kaxxi 'vojta' li wasslu biex Schembri u sħabu jittellgħu l-Qorti "L-allegazzjoni dwar il-Ministru Carmelo Abela mhix ġdida" Dwar jekk jemminx lil Jason Azzopardi dwar dak li qed jallega fuq il-Ministru Carmelo Abela b'rabta mas-serqa tal-HSBC li kienet seħħet 10 snin ilu imma ma kienitx irnexxiet, Dr Busuttil qal li d-dettalji huma speċifiċi bl-ammont eżatt ta' flus li allegatament kien offrut Carmelo Abela biex jagħti aċċess għall-bank u ċwievet foloz. Hawn hu staqsa x'inhu l-obbligu politiku tal-Prim Ministru għax "jekk nistennew il-Qorti biex issir ġustizzja, rridu nistennew xi 10 snin oħra u allura jekk jinstab ħati x'nagħmlu? Nkunu twekkejna b'dan il-Ministru għal 10 snin oħra." Busuttil qal li mhux sorpriż b'dawn l-allegazzjonijiet għaliex il-persuni akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u Vince Muscat, il-Koħħu, li ammetta l-involviment tiegħu fil-qtil, kollha qed jgħidu l-istess verżjoni; li hemm Ministru involut, mingħajr ma semmew l-isem. "Kif jista' jkun il-Ministru jibqa' Ministru u l-Prim Ministru jilgħaba tal-iblah u jgħid li ma jafx għal min qed jirreferu. Bħal li kieku ma jistax javviċina l-Ministri tiegħu u jgħidilhom min hu nvolut f'din il-balbuljata." Filmat: Allegat involviment ta' Ministru fis-serqa mill-HSBC: Azzopardi u Abela jgħidu tagħhom Lejn l-aħħar tal-intervista Dr Simon Busuttil qal li dak li rajna u nafu s'issa hu biss "the tip of the iceberg għax baqa' u baqa' ħafna ħmieġ xi jrid joħroġ." Semma' kif hu kien talab għal 3 inkjesti u li t-tielet waħda għadna qed nistennew l-eżitu tagħha. L-akkużi li qed jaffaċċja Keith Schembri huma marbuta mal-ewwel żewġ inkjesti. Fit-tielet inkjesta Simon Buusttil talab biex jiġu nvestigati l-allegazzjonijiet ta' Daphne Caruana Galizia, li Schembri u Konrad Mizzi fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama biex jieħdu maż-żewġ miljun ewro fis-sena mingħand Yorgen Fenech u Cheng Chen. Jinkixef min hu s-sid ta' Macbridge Simon Buusttil temm jgħid li jemm li kull kuntratt li sar taħt Joseph Muscat bħala Prim Ministru għandhom jiġu nvestigati għax "fuq l-affarijiet kollha l-kbar li għamel kien hemm il-ħmieg. Illum għandna Prim Ministru differenti imma minix nara azzjoni." | [
14
] |
|
https://newsbook.com.mt/mp-jwissi-li-r-regolamenti-l-godda-qeghdin-ipoggu-riskju-fuq-is-settur-volontarju/ | newsbook.com.mt | Waqt dibattitu fuq 103 Malta's Heart , il-Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni Kevin Cutajar qal li l-bidliet legali li saru riċentament qegħdin ipoġġu l-organizzazzjonijiet volontarji f'riskju. Cutajar qal li l-gvern għandu immedjatament jirrivedi l-avviżi legali li jirregolaw l-operat tal-ħwienet tal-karità u attivitajiet ta' ġbir pubbliku għaliex qegħdin jirriskjaw li joqtlu tas-settur tal-volontarjat. Bi tweġiba għal dan, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li filwaqt li dawn l-avviżi legali mhumiex perfetti, l-intenzjoni wara kull leġiżlazzjoni hija l-protezzjoni ta' dan is-settur. Żied jgħid li minkejja li m'għandniex nidħlu "fin-nassa tal-one size fits all", ir-rapport tal-Moneyval kien wieħed ċar fejn jidħlu l-għaqdiet volontarji u r-riskju li jkunu suġġetti għal xi ksur ta' liġi. Intant, aktar kmieni din il-ġimgħa, 95 organizzazzjoni ħeġġew lill-gvern sabiex jirtira l-avviżi legali li jirregolaw l-attivitajiet ta' ġbir ta' fondi pubbliċi u l-leġiżlazzjonijiet dwar il-ħwienet tal-karità "b'effett immedjat u jibdew konsultazzjonijiet serji" mal-organizzazzjonijiet volontarji u l-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju. 95 NGO jappellaw lill-Gvern biex jirtira l-avviż legali Huma qalu wkoll li dawn ir-regolamenti l-ġodda ġew introdotti mingħajr konsultazzjoni u se jwasslu għal nuqqas kbir ta' dħul finanzjarju. Il-Membru Parlamentari Kevin Cutajar qal li, "il-gvern qiegħed jipprova jagħmel minn kollox biex wara t-taħwid kollu li kien responsabbli hu, għal numru ta' elementi minnu, għal numru ta' snin, issa qed jipprova jagħmel minn kollox biex dan it-test li qisu qiegħed bħal mannara fuq rasna ngħaddu minnu." Żied jgħid li konsegwenza ta' dan inxteħtu ħafna piżijiet fuq l-għaqdiet non-governattivi. | [
14
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-e68340-migbura-waqt-araniissa-ghat-tfal-fil-peru/ | newsbook.com.mt | Thank you Malta and Gozo - proud and honoured! #araniissa #covidrelief #missionforperu #josephchetcuti Posted by Arani Issa on Monday, April 12, 2021 Waqt l-edizzjoni speċjali tal-programm Araniissa li xxandret is-Sibt u l-Ħadd fuq l-istazzjon One inġabret is-somma sabiħa ta' €68,340. Din is-somma hi waħda rekord għall-programm Araniissa mmexxi minn Joseph Chetcuti, li ta' kull sena jiddedika programmi tal-programmi tiegħu sabiex jgħin dawk fil-bżonn. L-inizjattiva tal-programm Araniissa kienet biex tgħin il-missjoni ta' Iquito, fil-Perù fejn l-Għawdxi Fr Ray Portelli, li huwa wkoll tabib, qed jaħdem b'mod kontinwu sabiex isalva l-ħajja ta' ħafna tfal proprju fi żmien meta il-pandemija tal-Covid-19 qed imutu ħafna nies. "Ġbarna biex nagħtu n-nifs tal-ħajja lil dawn it-tfal," qal mimli entużjażmu Joseph Chetcuti waqt li ħabbar is-somma miġbura waqt il-programm Araniissa. Ritratt: mill-filmat | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-partita-man-utd-tottenham-iccensurata-100-darba-fuq-it-tv-fl-iran/ | newsbook.com.mt | Ritratt: mill-filmat Il-partita Manchester United – Tottenham Hotspurs li ntlagħbet nhar il-Ħadd li għadda bħala parti mill-Premier League ġiet ċensurata mill-inqas 100 darba meta xxandret fuq l-istazzjon nazzjonali Iranjan minħabba li fil-grawnd mal-plejers kien hemm l-assistent referee Sian Massey-Ellis kienet liebsa shorts. Fl-Iran mhux permess li fuq l-istazzjon televiżiv tal-Istat jidhru nisa b'xagħrhom jew saqajhom jidhru, u anke jekk din ix-xandira kienet waħda li kienet qed titwassal minn barra l-pajjiż, il-partita ġiet iċċensurata fl-aqwa mumenti tagħha sabiex saqajn Massey-Ellis, li għandha 35 sena, ma jidhrux fuq l-iskrins tat-televiżjoni. Din iċ-ċensura wasslet biex il-grupp My Stealthy Freedom, li jiġġieled għad-drittijiet diskriminatorji fl-Iran, ikkritika bl-aħrax il-mod kif il-partita tal-Ħadd li għadda ġiet imtertqa u waqqgħet għaż-żufjett il-partita billi fil-mumenti li kienet tidher ir-referree mara ittellgħet stampa oħra li tellfet lit-telespettaturi l-aqwa mumenti ta' din il-partita lintemmet bi skor ta' b'rebħa għal Manchester United bi skor ta' 1 – 3. | [
10,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-il-binja-ta-kirkop-fc-mghoddija-lill-klabb-stess/ | newsbook.com.mt | Il-binja tal-klabb tal-futbol ta' Kirkop FC issa ġiet trasferita lill-istess klabb mill-Gvern permezz ta' ftehim bejn SportMalta u Kirkop FC. L-iffirmar tal-ftehim kien presedut mill-Ministru għall-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima. Il-Ministru Julia Farrugia Portelli fissret kif il-prijorità ta' dan il-Gvern hi li anke t-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar, f'dal-każ permezz tal-isport. Qalet ukoll li l-fatt li f'raħal żgħir bħalma huwa Ħal Kirkop issib daqstant volontiera biex imexxu b'dedikazzjoni diversi għaqdiet, fosthom il-klabb tal-futbol, jimliek bil-kuraġġ. Il-Ministru Farrugia Portelli żiedet tgħid li tinsab konvinta li dan se jkattar l-impenn u d-dedikazzjoni tad-diriġenti tal-klabb b'risq il-qasam sportiv fir-raħal. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima spjega kif permezz ta' dan it-trasferiment Kirkop FC se jkollhom dar denja fejn jistgħu jħarrġu lill-atleti tagħhom. Hu kompla jgħid li l-impenn tal-Gvern hu li jkompli jwettaq il-wegħdiet sportivi elettorali tiegħu. DOI Iċ-Chairman ta' SportMalta Luciano Busuttil saħaq li "li temmen fl-isport ifisser li temmen fl-assoċjazzjonijiet, klabbs u fuq kollox temmen fl-atleti u l-isportivi nfushom. Dan il-ftehim, l-aħħar wieħed f'kullana ta' konċessjonijiet simili, imma żgur mhux l-aħħar wieħed, huwa turija bil-fatti li SportMalta u fuq kollox il-Gvern permezz tas-Segeretarju Parlamentari Clifton Grima, nemmnu fl-isport lokali. SportMalta hija kommessa li tkun fuq quddiem nett li tibqa' taħdem ma' klabbs u assoċjazzjonijiet u tagħtihom aktar riżorsi sabiex jikbru u jkabbru l-isport." Il-President tal-Klabb ta' Kirkop FC Joseph Farrugia saħaq li wara ħafna snin, il-ħolma ta' dan l-klabb se ssir realtà. Huwa qal li dan il-ftehim se jkun avvanz għall-klabb ta' Kirkop FC għax permezz tiegħu se jkunu jistgħu jestendu ħidmiethom għal aktar ġid fil-komunità. Ara wkoll Jibda x-xogħol fuq iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis li se jospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar | [
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/ghalissa-malta-mhux-se-taghti-l-vaccin-johnson-johnson/ | newsbook.com.mt | Unsplash Malta mhux se tkun qiegħda tagħti il-vaċċin Johnson & Johnson għalissa minħabba li sitt persuni ffurmawlhom l-għoqiedi tad-demm sa ħmistax wara li ħadmu t-tilqima. Ma' Times of Malta , is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci spjegat li Malta mhux se tqassam dan il-vaċċin għalissa skont kif kien irrakomandat mill-Aġenzija tal-Mediċina Ewropea. Is-sitt persuni kienu fost is-6.8 miljun persuna li ħadu l-vaċċin Johnson & Johnson. Il-Food and Drug Administration u ċ-Ċentru tal-Kontroll tal-mard u l-prevenzjoni se jkunu qegħdin jeżaminaw jekk hemmx konnessjoni bejn l-għoqod fid-demm u l-vaċċin. It-Tlieta l-Istati Uniti ħabbret li se tkun qiegħda twaqqaf temporanjament l-għoti tat-tilqima Johnson & Johnson. L-Istati Uniti se twaqqaf temporanjament l-għoti tat-tilqima Johnson&Johnson | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/awguri-andrea-2/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Andrea Cassar Tiċċelebra għeluq sninha l-preżentatriċi Andrea Cassar li llum tagħlaq 42 sena. Twieldet bħal-lum il-15 ta' April tal-1979. Andrea, li narawha tippreżenta l-programm Liquorish nhar ta' Tnejn fit-8.30pm fuq One, hija miżżewwġa lil Warren Brimmer u għandhom żewġt ulied, Isaac u Eve. Andrea hija wkoll CEO ta' kumpanija Cassar Marine Group. Apparti s-suċċess ta' Liquorish, li issa daħal fis-17-il sena tiegħu, Andrea la dubju tibqa' wkoll assoċjata mal-programm Bugz@Net li kienet tippreżenta għal bosta snin. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/gurnalisti-russi-jistghu-jintbaghtu-l-habs-fuq-akkuzi-ta-protesti-kontra-l-gvern/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Valery Tenevoy Studenti ġurnalisti Russi qed jaffaċjaw sentenza ta' ħabs wara li nhar l-Erbgħa l-pulizija Russa wettqet raid fl-uffiċini ta' sit tal-aħbarijiet studenteska u akkużat erba' studenti li kienu qed iġiegħlu minorenni jipprotestaw kontra l-Gvern. Ir-raid tal-bieraħ sar wara li aġenti tas-sigurtà għamlu tfittxijiet fid-dar tal-ġurnalist investigattiv Roman Anin, u interrogawh dwar investigazzjoni fuq l-assi ta' Igor Sechin, il-Kap tal-kumpanija taż-żejt Rosneft, li tmur lura għall-2016. Is-sit tal-aħbarijiet studenteska DOXA qalet li l-akkużi ġew wara li ttella' vidjow marbut ma' demostrazzjonijiet rigward il-kritiku tal-Kremlin Alexei Navalny, li jinsab maqful il-ħabs. Jekk jinstabu ħatja, l-erba' ġurnalisti qed jaffaċjaw sa tliet snin ħabs. Il-mara ta' Navalny b'appel lil Putin Russja: Appell biex Putin iħalli politiku tal-oppożizzjoni vvelenat jittieħed fi sptar ieħor L-Erbgħa filgħaxija, qorti f'Moska ordnat lil tlieta mill-ġurnalisti, Vladimir Metelkin, Alla Gutnikova u Armen Aramyan, jobdu numru ta' restrizzjonijiet, fosthom li ma jużawx il-mowbajl u l-internet għal xahrejn, kif ukoll li ma joħorġux minn darhom bejn 12:00 a.m. u 11:59 p.m. Waqt li l-każ kien għaddej, inġabret folla ta' demostranti żgħażagħ barra l-binja tal-Qorti u għamlu katina umana b'appoġġ lejn il-ġurnalisti. "Dan li qiegħed jiġri – il-pressjoni fuqhom – għalija huwa llegali," qalet Anna Ivleva, studenta tal-Masters ta' 24 sena. "Irrid nagħmel minn kollox biex nuri l-appoġġ tiegħi lil dawk kollha li għaddejjin minn din il-ħaġa." | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/tibqghux-tikkoncentraw-fuq-il-herd-immunity-fauci/ | newsbook.com.mt | Ritratt ta' Maksim Goncharenok minn Pexels Il-Kap tal-Istitut Nazzjonali Amerikan tal-Allerġiji u l-Mard Infettiv, Anthony Fauci qal li l-persentaġġ tal-herd immunity diffiċli biex jiġi ddeterminat u spjega li hekk kif hu jagħti persentaġġ ta' bejn 70% u 85%, biex tasal il-herd immunity wieħed ma jistax jieħu dan bħala numru uffiċjali u kif dan hu biss stima. Qal, fuq intervista fuq BBC Radio 4 li "ma nistgħux nagħmlu dikjarazzjoni definittiva li meta naslu għal dan in-numru se tintlaħaq il-herd immunity." Saħaq kif aktar kemm jingħataw tilqim kontra l-Covid-19, aktar hemm ċans li niġu lura għan-normalità, iżda din se ssir gradwalment. F'Marzu, waqt il-konferenza stampa bit-tħabbir tal-mizuri ġodda biex jilqa' għan-numri li dejjem kienu qed jiżdiedu ta' każijiet ġodda tal-Covid-19, il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne kien ħabbar li l-herd immunity kienet se tintlaħaq 5 ġimgħat qabel l-aħħar ta' Settembru. X'qal Fearne Filmat: Il-PM iħabbar miżuri ġodda fosthom għeluq tal-iskejjel u ħwienet Dan wara li f'Jannar, il-Ministru Fearne, f'intervista fuq Euronews kien qal li Malta għandha l-kapaċità li tagħti l-vaċċin kontra l-COVID-19 lil 70% tal-popolazzjoni sa Settembru. Aktar dettalji Filmat: Il-pajjiżi tal-UE għandhom jilħqu l-miri tal-vaċċin flimkien ħalli jikrupraw f'daqqa – Fearne Ix-xahar li għadda, l-Assoċċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA qalet li biex il-lukandi u r-ristoranti jirkupraw hemm bżonn li l-herd immunity f'Malta tintlaħaq sa Ġunju tal-2021. Huma spjegaw li peress li fl-ospitalità n-nies jingħaqdu flimkien u peress li minħabba l-coronavirus dan ma jistax jiġri, appellat biex jiżdied in-numru ta' tilqim kuljum ħalli tintlaħaq il-herd immunity, li tfisser li 75% tal-poplu jkun imqlaqqam. Aqra aktar Bżonn li l-herd immunity tintlaħaq sal-aħħar ta' Ġunju – MHRA F'mistoqsija minn Marco Ellul, fuq Ask Charmaine fuq it- Times of Malta , dwar jekk jintlaħaqx il-herd immunity meta 70% tal-popolazzjoni tkun ħadet il-vaċċin, Charmaine Gauci, is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika kienet qalet, f'Marzu li l-aħjar mod biex nilħqu l-herd immunity hu permezz tal-vaċċin. Kienet qalet kif it-tbassir jiddependi fuq it-tilqima, li tkun kapaċi tillimita t-trasmissjoni tal-virus. Qalet kif stima tar-rata tat-tixrid tal-ewwel varjant tal-Covid-19, matul l-ewwel stadji tal-epidemija, hi R=3. Il-livell korrispondenti tal-herd immunity għal dan il-valur ta' R hu 67%, għalhekk, hekk nassumu effiċjenza tal-vaċċin ta' 90%, hemm bżonn li jitlaqqmu 74 % tal-popolazzjoni biex tinkiseb immunità tal-merħla. Is-sena l-oħra, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qal li l-użu tal-kunċett ta' immunità tal-massa (herd immunity) bħala strateġija kontra l-imxija tal-coronavirus joħloq "problemi fuq livelli xjentifiċi kif ukoll etiċi". Iżjed informazzjoni L-immunità tal-massa toħloq problemi fuq livelli xjentifiċi kif ukoll etiċi – WHO | [
1,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/ritratti-il-princep-philip-mil-lenti-ta-fotografu-malti/ | newsbook.com.mt | Il-Prinċep Philip f'Malta. Ritratt: Facebook - Henry Zammit Cordina "Kont iffortunat biżżejjed biex niġbed ritratti tal-Prinċep Philip mil-lenti tal-kamera tiegħi," hekk ikkummenta fuq il-midja soċjali l-attur u cameraman Henry Zammit Cordina li fuq il-midja soċjali qasam xi ritratti li ħa hu stess fl-2015 waqt iċ-CHOGM li kien sar f'pajjiżna. Fir-ritratti li huwa ġibed jidhru wkoll ir-Reġina Eliżabetta II kif ukoll il-Prinċep Charles u martu Camilla, id-Dukess ta' Cornwall. I was fortunate enough to capture him through… Posted by Henry Zammit Cordina on Friday, April 9, 2021 Il-Prinċep Philip miet fl-età ta' 99 sena nhar il-Ġimgħa 9 ta' April u l-funeral tiegħu se jsir nhar is-Sibt 17 ta' April. Huma biss 30 persuna li se jkunu mistiedna biex jagħtu l-aħħar tislima, bl-avveniment se jkun imxandar b'mod dirett fuq it-televiżjoni Ingliża. Aqra: Malta ssellem lill-Prinċep Philip b'tiri bil-kanuni nhar is-Sibt It-trasmissjoni se titwassal ukoll fuq TVM2 mit-3pm 'il quddiem. Qabel, għall-ħabta ta# nofsinhar mill-Barrakka ta' Fuq se jiġu sparati tiri bil-kanuni biex isellmu lill-Prinċep Philip. Aqra wkoll: Filmat: Prince Charles isellem il-memorja ta' missieru, il-Prinċep Philip | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-trid-tiehu-sehem-fis-serje-gdida-ta-rewind/ | newsbook.com.mt | Join Rewind Productions on their new venture! 🎬Sejħa għall-atturi…! Ingħaqad ma' Rewind Productions għal din l-avventura ġdida ☎️ 7️⃣9️⃣0️⃣0️⃣7️⃣4️⃣7️⃣6️⃣ Posted by Rewind Productions on Friday, April 16, 2021 Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber bħalissa huma impenjati fuq il-kitba ta' drama ġdida li l-kumpanija Rewind se tkun qed tipproduċi għat-televiżjoni. Għalhekk il-produtturi ta' sensiliet F'Ġieħ L-Imħabba u Sorelle qed jagħmlu sejħa għal atturi, kemm dawn ta' esperjenza u dawk li mhumiex. Kull min huwa interessat li jingħaqad ma' Rewind għall-proġett il-ġdid tagħhom kulma għandu jagħmel huwa li jibgħat messaġġ b'ismu, kunjomu u l-età fuq in-numru 79007476. Ritratt: Muntaġġ / mill-filmat | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/chocolate-mug-cake/ | newsbook.com.mt | Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti 85g dqiq self-raising 85g zokkor 45g kokotina 45g butir mingħajr melħ, imdewweb 6 kuċċarini ħalib 1 bajda żgħira 70g ċikkulata, imqattgħa biċċiet kbar Metodu Poġġi d-dqiq, iz-zokkor u l-kokotina fi skutella u ħawwad sakemm tgħaqqad sewwa. Żid il-bajda, il-butir imdewweb u l-ħalib mal-ingredjenti niexfa u ħawwad sakemm tgħaqqad sewwa. Għandu jkollok taħlita ħoxna. Żid iċ-ċikkulata mqattgħa u ħawwad. Aqsam it-taħlita bejn 2 mugs. Sajjar fil-microwave fuq qawwa massima għal 2 minuti. Iċċekkja biex tivverifika jekk il-kejk sarx jew le. Jekk ma jkunx sar, sajjar mill-ġdid f'intervalli ta' 15-il sekonda. Ħalli jiksaħ 5 sa 10 minuti u ferrex ftit icing sugar fil-wiċċ. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/maltapost-taghti-tribut-lid-duka-ta-edinburgh/ | newsbook.com.mt | MaltaPost se toħroġ bolla personalizzata biex tfakkar il-memorja tal-Altezza Rjali Tiegħu, d-Duka ta' Edinburgh. Il-bolla turi ritratt tal-Prinċep Philip waqt li kien qed iservi r-Royal Navy li kienet ibbażata f'Malta. Il-Prinċep Philip u dak iż-żmien il-Prinċipessa Eliżabetta, għexu l-ewwel snin tal-ħajja miżżewġa tagħhom f'Malta. Il-bolla se tkun għall-bejgħ minn nhar is-Sibt 17 ta' April mill-Philatelic Bureau tal-MaltaPost u jista' jiġi ordnat mis-sit elettroniku tagħhom, jew bil-posta mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 Dan it-tagħrif twassal minn MaltaPost | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/twissija-ta-rih-u-bahar-qawwi-fil-gzejjer-maltin/ | newsbook.com.mt | Is-sit weather.com qed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku biex ikunu attenti meta jkunu fuq barra minħabba fil-qawwa tar-riħ li mistenni jilħaq Forza 7 sa 8 mill-Grigal tal-Lvant. Sadanittant, is-siti tat-temp lokali wissew ukoll li l-baħar se jibqa' mqalleb ħafna b'mewġ għoli sa sitt metri fl-aqwa buffuri. It-twissija tibqa' fis-seħħ sad-9.00 pm illum il-Ġimgħa 16 ta' April. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-istati-uniti-timponi-sanzjonijiet-fuq-ir-russja-habba-cyber-attacks/ | newsbook.com.mt | European Parliament L-Istati Uniti ħabbret sanzjonijiet kontra r-Russja bi tweġiba għal dak li tgħid huma cyber-attacks u atti ostili oħra. Il-miżuri, li jolqtu numru ta' entitajiet u uffiċjali Russi, għandhom l-għan li jiskoraġġixxu "l-attivitajiet barranin ta' ħsara tar-Russja", qalet il-White House. Id-dikjarazzjoni tgħid li l-intelliġenza Russa kienet wara l-hack massiv tas-sena l-oħra "SolarWinds", u qed takkuża lil Moscow b'interferenza fl-elezzjoni tal-2020. Ir-Russja qed tiċħad l-allegazzjonijiet kollha u qed tgħid li se twieġeb għal dak li qed jintqal. Is-sanzjonijiet, li ġew imħabbra l-Ħamis huma ddettaljati f'ordni eżekuttiva ffirmata mill-President tal-Istati Uniti Joe Biden. Dawn ġew fi żmien ta' tensjoni għar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi. Ix-xahar li għadda, l-Istati Uniti attakkaw seba' uffiċjali Russi u aktar minn 12-il entità tal-gvern fuq l-avvelenament tal-kritiku tal-Kremlin, Alexei Navalny. Iżda r-Russja qalet li ma kinitx involuta. F'telefonata mal-President Russu Vladimir Putin nhar it-Tlieta, Biden ħalef li jiddefendi l-interessi nazzjonali tal-Istati Uniti "b'mod sod", waqt li ppropona laqgħa ma' Putin biex jinstabu żoni fejn iż-żewġ pajjiżi jistgħu jaħdmu flimkien. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/francizi-mhegga-jitilqu-mill-pakistan-minhabba-protesti-vjolenti-fil-pajjiz/ | newsbook.com.mt | Ritratt: YouTube L-ambaxxata Franċiża wissiet lill-Franċiżi li jgħixu fil-Pakistan biex għalissa jitilqu mill-pajjiż. Dan wara t-theddida lejn l-interessi Franċiżi riżultat tal-protesti li tqanqlu fil-Pakistan wara li Franza ddefendiet id-dritt li turi karikaturi tal-Profeta Muhammed. Il-President ta' Franza Emmanuel Macron saħaq fuq l-importanza tal-libertà tal-kelma, wara li għalliema sfat maqtula talli ntwerew 'cartoons' waqt lezzjoni ġo skola fi Franza. Iżda din ir-reazzjoni qanqlet rabja kbira fid-dinja Musulmana, fejn pajjiżi bħall-Pakistan sejħu għal bojkott ta' prodotti Franċiżi. Fi Franza, is-sekulariżmu statali huwa ċentrali għall-identità Franċiża, bil-libertà tal-kelma tiġi mgħallma sa minn età żgħira. B'hekk, kull min jitlob għat-tnaqqis ta' dan id-dritt ikun qiegħed imur kontra dak li jemmen fih il-poplu Franċiż. Mhedda l-libertà tal-espressjoni: Macron Theddida fuq il-libertà tal-espressjoni – Macron Din il-ġimgħa l-Gvern Pakistani arresta lill-mexxej tal-partit politiku Tehreek-e-Labaik Pakistan (TLP), Saad Hussain Rizvi, u minn hemm il-portesti żdiedu. Dan il-partit, li hu magħruf għall-protesti kontra ż-żufjett tal-Iżlam, sostna li hu kontra li jintwerew stampi tal-Profeta Muhammed. Min-naħa l-oħra, l-Ministru tal-Intern Sheikh Rashid Ahmed qal li l-Pakistan hu "favur il-protezzjoni tal-isem ta' Muhammed" iżda li d-domandi tal-partit tat-TLP setgħu ħammġu l-isem tal-Pakistan bħala pajjiż radikali. It-TLP sejħu għall-waqfien tal-protesti f'Novembru li għadda, u ħarġu stqarrija li l-Ministri tal-pajjiż kienu qablu mal-bojkott tal-prodotti Franċiżi. Il-Prim Ministru Imran Khan, waqt li kkritika lill-President Franċiż, ċaħad li l-Gvern tiegħu qabel mal-bojkott, u stqarr li l-ebda deċiżjoni ma ttieħdet f'dan il-konfront. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/ritratti-ipprezentati-l-premjijiet-lill-kanzunetti-rebbieha-ta-muzika-muzika-2021/ | newsbook.com.mt | Glen Vella, ir-rebbieħ ta' Mużika Mużika. Ritratt: Festivals Malta Ir-ritorn tant mistenni tal-Festival Kanzunetta Maltija rnexxielu jikseb rispons pożittiv b'udjenza televiżiva numeruża ta' aktar minn 320,000 spettatur fuq it-tliet iljieli ta' Mużika Mużika. Il-festival, li ġie mxandar fuq TVM, ħoloq il-pjattaforma li tant kien hemm bżonn għall-mużika Maltija, pjattaforma li kienet ilha nieqsa 'l fuq minn seba' snin. Hu u jindirizza konferenza stampa fejn it-tliet kanzunetti rebbieħa ġew mogħtija l-premji monetarji, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera faħħar it-talent tal-kantanti, tal-kompożituri u tal-awturi lokali li rnexxielhom jipproduċu materjal tal-ogħla kwalità għall-ewwel edizzjoni tal-festival. Il-Ministru Herrera rrikonoxxa wkoll ix-xogħol u l-impenn tal-organizzaturi tal-festival taħt it-tmexxija ta' Festivals Malta, l-aġenzija nazzjonali responsabbli minn diversi festivals lokali. "Ix-xogħol tagħkom l-organizzaturi u l-parteċipanti rnexxielu jgħaqqad nazzjon u jagħti t-tama li kien hemm bżonn waqt dan iż-żmien diffiċli permezz ta' spettaklu uniku u ta' kwalità għolja għall-familja kollha", qal il-Ministru Herrera. "Jiena ċert li l-poplu Malti ser jibqa' juri s-sapport tiegħu lejn dan il-festival fiż-żminijiet li ġejjin, li jiżgura s-suċċess u t-tisħiħ ta' dan il-proġett ambizzjuż", ikkonkluda l-ministru. Aqra: Glen Vella jirbaħ Mużika Mużika Il-Ministru Herrera ppreżenta l-premju monetarju ta' €10,000 lil Philip Vella, il-kompożitur tal-kanzunetta rebbieħa 'Ħarsa Biss' li kienet interpretata minn Glen Vella u miktuba minn Joe Julian Farrugia. Iċ-Chairman ta' Mużika Mużika, Raymond Bugeja, ippreżenta t-tieni premju ta' €5,000 lil Gilbert 'Bibi' Camilleri għal 'Għajjejt Inħobb' interpretata minn Christian Arding u miktuba minn Rita Pace, li rebħet il-vot tal-ġurija u spiċċat fit-tieni post. Iċ-Chairman ta' Festivals Malta, Norman Hamilton, ippreżenta t-tielet premju ta' €3,000 lil Elton Zarb għall-kanzunetta 'L-Ewwel Jien', interpretata mill-grupp Kantera u miktuba minn Joe Julian Farrugia. Annabelle Stivala, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, ippreżentat it-trofew lir-rebbieħa tal-premju tal-Aħjar Interpretazzjoni u l-Aħjar Arranġament Mużikali lil Christian Arding u lil Norbert Camilleri rispettivament. Annabelle Stivala, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, esprimiet sodisfazzjon għall-kwalità tal-produzzjoni miksuba minn Festivals Malta filwaqt li awgurat lill-artisti kollha li pparteċipaw f'dan il-festival ta' suċċess. "Inħossni kburija li bħala Festivals Malta, irnexxielna norganizzaw produzzjoni ta' dan il-livell. Nifraħ lill-artisti kollha li pparteċipaw f'din il-produzzjoni ta' suċċess u nawguralhom kull suċċess fil-vjaġġ mużikali tagħhom. Permezz ta' Mużika Mużika, Festivals Malta rnexxielu jilħaq orizzonti ġodda; fl-aħħar, l-artisti lokali għandhom pjattaforma xierqa fejn jistgħu juru t-talent tagħhom permezz tal-lingwa Maltija". Aqra: Għajjejt Inħobb tirbaħ żewġ unuri waqt Mużika Mużika "Festivals Malta diġà qed jaħdem fuq l-edizzjoni tas-sena d-dieħla, filwaqt li qiegħed jipproduċi wkoll il-video mużikali tal-kanzunetta rebbieħa 'Ħarsa Biss'. Apparti dan, nixtiequ nħabbru wkoll li CD uffiċjali ta' Mużika Mużika se tkun disponibbli għall-bejgħ dalwaqt", qalet Annabelle Stival. Filwaqt li feraħ lill-awturi, lill-kompożituri u lill-kantanti kollha għall-parteċipazzjoni tagħhom, iċ-chairman ta' Mużika Mużika kkummenta wkoll dwar il-livell tal-kanzunetti li ġew ippreżentati fil-produzzjoni. Is-Sur Bugeja qal, "Jien kburi bil-livell ta' talent li kellna għal din il-produzzjoni. Nifraħ lir-rebbieħa kollha għall-kisba tagħhom kif ukoll lill-artisti kollha li ħadu sehem. Sfortunatament, dejjem irid ikun hemm rebbieħ wieħed, iżda minħabba l-istandard għoli tal-kanzunetti parteċipanti kollha din l-għażla ma kinitx faċli. Intom urejtuna l-livell li għandhom x'joffru l-artisti lokali u kemm il-kanzunetta Maltija hija verament importanti għan-nazzjon tagħna". Aqra wkoll: Filmat: "Rebħet il-kanzunetta Maltija" – Glen Is-Sur Norman Hamilton żied fuq il-kummenti tas-Sur Bugeja billi faħħar l-organizzazzjoni wara l-produzzjoni li rnexxielha tilħaq bosta udjenzi b'riżultati pożittivi. "Nixtieq nirringrazzja lill-kumitati kollha involuti, lit-tim organizzattiv, lill-membri tal-orkestra kif ukoll lill-kantanti, lill-awturi u lill-kompożituri u lil dawk kollha li kienu involuti f'din il-produzzjoni, partikolarment it-tim tiegħi ta' Festivals Malta. Fl-aħħar il-kanzunetta Maltija ngħatat l-attenzjoni u l-pjattaforma prestiġjuża li tassew jistħoqqilha". Għal aktar informazzjoni dwar Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija, żur is-sit uffiċjali www.muzikamuzika.mt . Ritratt: Clodaugh O'Neill / Festivals Malta Dan it-tagħrif twassal minn Festivals Malta. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/bhal-lum-twieldet-l-isbah-parti-ta-hajti-alex-dwar-pamela/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Pamela Bezzina Tagħlaq 39 sena l-kantanta Pamela Bezzina. Twieldet fir-Rabat, Għawdex bħal-lum it-18 ta' April tal-1982. Kienu bosta li awgura l-isbaħ xewqat lil Pamela fosthom żewġha, il-mużiċist Alex Debon li kiteb li llum hija ġurnata importanti u mill-isbaħ għax fiha twieldet l-isbaħ parti tal-ħajja tiegħu. "Grazzi li jirnexxilek toħroġ dejjem is-sabiħ tiegħi u ttini ħafna kuraġġ biex nagħmel affarijiet ġodda. Int m'hawnx bħalek u kumbinazzjoni l-mara tiegħi. Ara kemm jiena ffortunat," kiteb hu filwaqt li awguralha ġurnata mill-isbaħ minkejja li ninsabu f'ċirkostanzi naqra ristretti. "Grazzi li teżisti għax bik ħajti hija ħafna aħjar," temm jgħid il-messaġġ tiegħu. Awguri Mara ta hajti f'gheluq sninek gurnata importanti u mill- isbah illum li twieldet l-isbah parti tal hajja tighi,… Posted by Alex Debono on Saturday, April 17, 2021 Nawguraw lil Pamela l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. Aqra wkoll: "Grazzi ta' kull ġurnata" – Pamela lil Alex | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/salvini-se-jghaddi-guri-dwar-l-immigranti-li-halla-bejn-sema-u-ilma-fl-2019/ | newsbook.com.mt | L-eks Ministru tal-Intern Taljan u l-mexxej tal-lemin estrem Matteo Salvini se jgħaddi ġuri wara li f'Awwissu tal-2019 ħalla bastiment ta' tiftix u salvataġġ fil-baħar għal aktar minn ġimagħtejn. L-Imħallef Lorenzo Ianelli ordna lil Salvini biex jgħaddi ġuri talli rrifjuta li jħalli bastiment mmexxi mill-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms jidħol fil-pajjiż. Il-bastiment kien salva 147 persuna li tħallew bejn sema u ilma għal 19-il jum. Permezz ta' kitba fuq Twitter Salvini kkwota l-kostituzzjoni Taljana u sostna li wieħed jiddefendi l-pajjiż huwa dmir sagru ta' kull Taljan. Fuq Twitter Salvini kompla, "jien se ngħaddi ġuri talli ddefendejt lil pajjiżi?" 🔴 Rinviato a giudizio. Sempre. pic.twitter.com/CcTELlVphl — Matteo Salvini (@matteosalvinimi) April 17, 2021 Matul il-perjodu li dawn il-persuni għamlu fuq il-bastiment ma jistgħux jidħlu l-Italja, uħud minn dawk salvati qabżu l-baħar minħabba li kienu jinsabu fi stat ta' disprament. Dawk salvati kienu ddaħħlu f'port sigur wara li l-Qorti ħarġet ordni biex isir dan. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/xgara-waqt-il-funeral-tal-princep-philip/ | newsbook.com.mt | Ritratt: YouTube Illum sar il-funeral tal-Prinċep Philip fil-Kastell ta' Windsor. Biex jiġu evitati l-folol milli jinġabru minħabba l-pandemija tal-COVID, il-korteo funebri telaq mill-entratura statali tal-Kastell ta' Windsor u ttieħed fil-kappella ta' San Ġorġ. Il-Funeral Irjali tad-Duka ta' Edinburgh Illum il-funeral tal-Prinċep Philip Ulied il-Prinċep Philip, il-Prinċep Charles u l-Prinċipessa Anne kienu fuq quddiem tal-korteo, segwiti mill-Prinċep William u l-Prinċep Harry fuq kull naħa ta' kuġinuhom Peter Phillips. Mal-wasla tat-tebut, saret minuta silenzju mal-pajjiż kollu biex timmarka l-bidu tal-funeral. Il-quddiesa kienet mimlija referenzi għall-karriera twila navali tal-Prinċep. Meta spiċċat il-quddies, indaqqet l-għajta navali li tindaqq biex tordna lis-suldati jippreparaw għall-ġlied magħrufa bħala Action Stations. Din it-tradizzjoni navali kienet waħda mix-xewqat tal-Prinċep Philip. Wara l-funeral, il-Prinċep tqiegħed jistrieħ fil-Qabar Irjali, taħt il-kappella ta' San Ġorġ. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/4000-spettatur-ghas-semi-final-tal-fa-cup/ | newsbook.com.mt | 4,000 spettatur se jkun preżenti għal-logħba bejn Leicester City u Southampton fl-Istadju ta' Wembley illum filgħaxija, hekk kif ir-Renju Unit qed jirriċerka kif jistgħu jerġgħu jibdew l-avvenimenti tal-massa. Għalkemm il-grawnd se jibqa' prattikament vojt – Wembley jesa' 90,000 spettatur – din se tkun l-akbar folla għall-logħba futbol fir-Renju Unit għal aktar minn sena. Fl-istess ħin, se jkun hemm 325 spettatur għall-edizzjoni tal-2021 tal-World Snooker Championship f'Sheffield. F'kull każ, l-ispettaturi għandhom jagħmlu test tal-Covid-19 qabel u wara l-avveniment. L-imġieba tagħhom se tkun immonitorata permezz ta' cameras, u se jkun hemm ukoll monitoraġġ tal-vjaġġi tagħhom. Però permezz ta' dawn il-kundizzjonijiet se jkollhom l-opportunità li jattendu għal avveniment sportiv ewlieni b'mod dirett, esperjenza li saret lussu fi żmien il-pandemija. Il-gvern Britanniku se jingħata rapport dwar kif dawn l-avvenimenti affettwaw l-imxija tal-Covid-19 f'Mejju, u dan ir-rapport mistenni jiddetermina kif se jinfetħu għall-pubbliku l-avvenimenti sportivi tal-pajjiż. | [
1,
10,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/possibbilta-li-l-ewropa-ma-ggeddidx-l-kuntratt-ma-astrazeneca/ | newsbook.com.mt | The European Commissioner Thierry Breton - EC - Audiovisual Service Il-kummissarju tas-swieq interni tal-UE Thierry Breton indika li hu possibbli li l-Ewropa mhux ser iġġedded ir-relazzjoni tagħha ma' AstraZeneca. Intervistat mit-televiżjoni BFMTV ta' Franza Breton qal li fil-waqt li l-Kummissjoni Ewropea tibqa prammatika, l-prijorità f'dak li għandu x'jaqsam mal-vaċċini, hija li dawk id-ditti li magħhom hemm ftehim, jonoraw dak li hemm fil-kuntratti puntwalment. Uffiċjali tal-UE kienu kritiċi ħafna għal AstraZeneca, li ffaċċjat dewmien sinifikanti fil-kunsinna tal-ewwel ammont tal-vaċċin tagħha lill-pajjiżi membri. Il-ftehim oriġinali kien jinkludi x-xiri ta' 120 miljun doża tal-vaċċin għas-27 stat membru fl-ewwel tliet xhur, iżda kull ma ntbagħtu kienu 30 miljun. Apparti minn hekk 70 miljun biss mill-180 miljun doża ordnata mill-UE se jitwasslu fit-tieni kwart. Huwa enfasizza wkoll li kwalunkwe deċiżjoni dwar l-ordni ta 'aktar vaċċini mill-kumpanija ma tiddependix biss fuq "raġunijiet epidemjoloġiċi jew mediċi." | [
1,
3,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/is-sirja-thejji-ghal-elezzjoni-hekk-kif-il-gwerra-civili-taghlaq-10-snin/ | newsbook.com.mt | F'nofs gwerra ċivili li kkawżat mijiet ta' eluf ta' mwiet li bdiet aktar minn 10 snin ilu, is-Sirja qed tipprepara elezzjoni presidenzjali fejn ir-riżultat mhux mistenni jkun sorpriża: rebħa kbira għal-President Bashar al-Assad. Minkejja l-kunflitt li għadu għaddej u kriżi ekonomika, Assad mhux mistenni jaffaċċja oppożizzjoni b'saħħitha. L-aħħar elezzjoni presidenzjali kienet saret fl-2014 u Assad kien rebaħ 92% tal-vot – għalkemm dan il-vot kien meqjus illeġittimu mill-Unjoni Ewropea. Din l-elezzjoni kienet l-ewwel waħda fejn persuni li ma jagħmlux parti mill-familja Assad – Bashar innifsu sar president wara l-mewt ta' missieru Hafez fis-sena 2000 – setgħu jieħdu sehem. Fl-2014, minkejja r-rebħa elettorali mistennija, il-pożizzjoni ta' Assad kienet tidher aktar fraġli, peress li l-oppożizzjonijiet kienu f'pożizzjoni aktar b'saħħitha. Però bl-appoġġ ta' forzi esterni – partikolarmant dawk tar-Russja, tal-Iran u tal-Hezbollah – u fost in-nuqqas ta' qbil mill-Punent fuq intervent fis-Sirja, il-pożizzjoni t'Assad saret aktar b'saħħitha. Il-gvern Sirjan issa għandu kontroll tal-bliet ewlenin tal-pajjiż. L-ekonomija qiegħda fi kriżi, bil-gvern Sirjan iweħħel fis-sanzjonijiet imposti mill-pajjiżi tal-punent. Min-naħa tagħhom, l-Istati Uniti u bosta pajjiżi Ewropej qed jakkużaw lis-Sirja li qed ittawwal il-proċess ta' ratifika ta' kostituzzjoni ġdida, biex tevita li l-elezzjoni li jmiss taqa' taħt is-superviżjoni tal-Ġnus Magħquda. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/european-super-league-se-jifred-mhux-ghal-kulhadd-pn/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Jason Charters Lorqs Il-Partit Nazzjonalista qal li l-isport għandu jinkludi u mhux jeskludi. Il-Partit kien qiegħed jirreferi għan-nuqqas ta' qbil għat-twaqqif tal-European Super League. Il-PN qal li l-isport għandu valur uniku u m'ghandux ikun aċċessibbli biss għal dawk li għandhom il-flus. L-istqarrija li kienet iffirmata mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u l-Isport Clyde Puli qal li filwaqt li wieħed jifhem d-diffikultajiet ekonomiċi li diversi klabbs barranin għaddejjin minnhom, is-soluzzjoni mhix li tifred u min huwa l-iktar b'saħħtu jirbaħ, mentri l-oħrajn jispiċċaw. Saħaq li għandu jkun hemm post għal kulħadd. Puli qal li dan il-pass se jġib żewġ kategoriji li jifirdu dawk li għandhom minn dak li m'għandhomx. Żied li l-isport għandu dejjem kemm jistgħu jkun miftuħ u mhux wieħed magħluq għax dan se jwassal sabiex il-ftit jiddominaw u jaqtgħu barra lil dawk li għandhom l-ambizzjoni li jikbru u jirnexxu. Il-PN spejga li bl-introduzzjoni tal-European Super League se tneħħi l-pjaċir sportiv li wieħed jara klabbs ġejjin mil-liema reġjun, belt jew raħal fil-possibbiltà u l-opportunità li jirbħu fi sfidi fejn kull tim jitlaq ugwali mal-ieħor. Li kull plejer, ġej mil-liema klassi jew ambjent, għandu futur quddiemu fejn it-talenti tiegħu jista' jiżviluppahom. | [
15
] |