url
stringlengths 31
264
| title
stringlengths 0
1.28k
⌀ | base_url
stringclasses 9
values | text
stringlengths 80
21.4k
| labels
sequencelengths 1
5
|
---|---|---|---|---|
https://newsbook.com.mt/filmat-dan-l-ahhar-zdiedu-5-familji-fil-bzonn-fix-xahar/ | newsbook.com.mt | Fr Hilary Tagliaferro sostna li fix-xahar il-Millennium Chapel qed tgħin daqs 5 familji iżjed kull darba billi tixtrilhom xirja ta' affarijiet ta' bżonn. Hu kien qed jitkellem fuq il-programm ta' Andrew Azzopardi fuq 103FM, li jixxandar kull nhar ta' Sibt fl-10am. Aqra hawn Filmat: Kemm teħtieġ biex tgħix ta' nies? Fr Hilary sostna li l-faqar qed jiżdied, u li dis-sena l-ħidma tal-Millennium Chapel ma waqfitx. Hu spjega li tingħata borża ta' xirja mhux ħażin lill-familji li tkun qed tgħin, ta' madwar €40 jew €50 kull ġimgħatejn lil kull familja. Qal li dawn ix-xirjiet ikollhom fihom dak li hu neċessarju; u qal li għalkemm dawn l-affarijiet mhux se jsolvu l-problemi kollha tagħhom, għall-inqas huma ta' għajnuna. Fr Hilary żied jgħid li l-Millennium Chapel naqset biss il-ħinijiet ta' bil-lejl, peress li issa Paceville żvojta. Però, ix-xogħol li kienet tagħmel ma' familji fil-bżonn baqgħet tagħmlu, u żdied. 20 sena ilu, meta bdiet l-organizzazzjoni, kienet qed tgħin biss 10 familji fil-ġimgħa. Issa, tgħin daqs 250 familja, u dis-sena bdew jiżdiedu b'daqs 5 familji ġodda fix-xahar. Fr Hilary sostna li jekk dan se jibqa' jiġri, ma jafx kemm se jkollha riżorsi l-organizzazzjoni biex tgħin lin-nies fil-bżonn. Fr Hilary żied jgħid li s-sitwazzjoni tal-lum hija li l-kirjiet qed jgħolew bl-addoċċ, u din qed tkun piż kbir fuq il-familji. Sostna li n-nies li jikru m'għad għandhom saħħa ta' xejn kontra n-nies li qed jagħmlu l-prezzijiet tal-kera, għax kullimkien l-istess. Dawn il-familji jridu jaraw x'ħa jagħmlu biex iġibu l-flus għax inkella jispiċċaw fit-triq. Żied jgħid li apparti dal-piż, hemm il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, u kontijiet oħra bħal tat-televiżjoni u tal-internet li dan iż-żmien ma tistgħax tgħaddi mingħajrhom għax tiġi li mhux qed tgħix f'soċjetà. Tkellem ukoll dwar mard fil-familja li jaf jirrikjedi mediċini apparti minn dawk li qed jipprovdi l-Gvern, kif ukoll familji bi tfal bi bżonnijiet speċjali. | [
14
] |
|
https://newsbook.com.mt/fl-interess-tat-tfal/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Michal Parzuchowski, unsplash.com Qabelxejn jixraq nirringrazzjaw lill-grupp ta' individwi li qed iwasslu għarfien kontinwu fost il-pubbliku, u jagħtu sapport u sostenn lill-ġenituri li qed ibatu minħabba kliem kontrihom li jingħad lil uliedhom, u aġir xejn xieraq li jġarrbu fil-konfront tagħhom quddiem uliedhom stess. Dawn il-persuni li qed jgħinuhom, qed iwasslu messaġġ pożittiv li jwieżen lill-ġenituri f'dawn il-mumenti ebsin għat-trobbija tal-ulied. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista hija konxja minn dawn iċ-ċirkostanzi fil-familji tagħna u tapprezza ferm il-kontribut li qed jagħti dan il-grupp fil-komunitajiet tagħha, bl-appoġġ xieraq u meta meħtieġ ta' persuni professjonisti fosthom ta' psikoterapisti u avukati. Hu grupp iffurmat minn persuni ta' kuxjenza li qed jaħdmu b'mod attiv biex itaffu l-uġigħ ta' din il-ġerħa soċjali. Dawn il-familji fit-tbatija jaqsmu l-esperjenza tagħhom magħna l-politiċi u aħna fid-dmir li nagħtu widen għall-ħtiġijiet tagħhom u nwettqu politika li ttejjeb il-pożizzjoni tagħhom biex bil-parti tagħna nwieżnu l-weġgħat tagħhom ukoll. Jitolbuna nipproponu bidliet u titjib fil-qrati tal-familja għax is-sitwazzjoni attwali mhix feliċi. Hemm każijiet li ilhom ikarkru s-snin, miżgħuda burokrazija u jinħass distakk qawwi bejn is-sistema u r-realtà tal-familji mġarrba. Il-qasam tal-familji, bħala s-sisien tas-soċjetà Maltija, huwa wieħed għall-qalb ferm tal-Partit Nazzjonalista, għall-Kap tal-Partit Bernard Grech li ħadem fih għal snin twal bħala avukat, u għalina l-Kelliema tal-PN iffukati fuq il-familji, it-tfal, l-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà, il-faqar, il-pensjonijiet u l-bqija. It-tbatija fost it-tfal minħabba diffikultajiet bejn il-ġenituri toħloq tip ta' faqar ġdid li jħalli konsegwenzi fuq it-trobbija, il-benesseri u l-edukazzjoni tagħhom, li tant huma meħtieġa biex il-ġenerazzjonijiet futuri jkollhom familji aħjar minn tal-lum. L-inkwiet, xi drabi bla bżonn, bejn il-koppji u l-qraba tagħhom qed jieħu fit-tul wisq u jħalli warajh ħafna feriti. Din is-sitwazzjoni qed tkompli titgħarraq għax il-Gvern Laburista la għandu pjan sod għal dan il-qasam, u lanqas mhu jinvesti kif xieraq. Il-Korp tal-Pulizija jeħtieġ ikun attrezzat aħjar biex jittratta dawn il-każijiet, aktar u aktar meta tkun involuta xi għamla ta' vjolenza domestika. Nemmnu kemm jista' jkun fi trobbija indaqs, b'involviment adegwat tal-esperti fil-proċess skont il-ħtieġa u skont il-każ. Il-membri tal-ġudikatura u l-avukati li jaħdmu fil-qasam jixirqilhom aktar taħriġ biex ikunu speċjalizzati aħjar, il-proċessi jeħtieġu l-involviment tal-esperti mill-bidu nett, filwaqt li jeħtieġ issir enfasi u aktar sensibilizzazzjoni tal-hekk imsejħa "parental alienation". L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed taħdem u tikkonsulta ma' psikologi u esperti legali biex dan il-kunċett jiġi rikonoxxut kif xieraq fil-liġijiet ċivili u kriminali ta' pajjiżna. Dwar dan is-suġġett, hemm bosta letteratura u riċerka, u f'pajjiżna l-partijiet ikkonċernati u involuti jeħtieġu taħriġ u prattika aħjar dwaru. Hemm bżonn ukoll qafas legali li jipproteġi lill-minorenni minn ġenituri aljenaturi abbażi ta' riċerka stabbilita ta' Marcus P., O'Sullivan B., Baker A., Bernet W., Miller S., Gottlieb L., Warshak R., Bone M. J., u Harman J. J., fost l-oħrajn. Il-ġenituri aljenaturi b'mod egoist ma jkunux qed jaraw il-ġid ta' wliedhom u jkunu qed ipoġġu iżjed melħ fuq il-ferita għal uliedhom. Iżda fl-istess waqt ikunu qed jagħmlu ħsara lilhom stess, għax mill-esperjenza tagħna fost in-nies, bosta persuni li meta kienu tfal għaddew minn dawn l-esperjenzi, jgħidulna li t-"tixwix" (kif sejħulu huma) minn ġenitur/qraba kontra l-ġenitur l-ieħor jagħmel ħsarat irreparabbli fihom u jwassal biex iġagħalhom jippuntaw subgħajhom lejn il-persuni li jkunu jxewxuhom. Fost id-diversi rakkomandazzjonijiet li jippreżentaw uħud mill-esperti msemmija hawn fuq, hemm li l-ulied jinżammu għal mill-inqas 90 jum 'il bogħod mill-ġenitur aljenatur. Barra minn hekk, jisħqu wkoll fuq l-importanza li l-faċilitajiet fil-qrati tal-familja jkunu adegwati għall-minorenni. Dwar dawn iż-żewġ punti u oħrajn issoktat id-diskussjoni fostna d-Deputati tal-PN u se nkunu qed inressqu l-proposti tagħna lill-gvern għall-ġid u fl-interess tat-tfal, għall-benesseri tas-soċjetà, għal titjib fis-sistema ġudizzjarja tagħna, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-familji vulnerabbli li jkunu għaddejjin minn proċedimenti bħal dawn. Minkejja li l-Ministeru għall-Kura tat-Tfal, Solidarjetà Soċjali u l-Familja għażel li jħalli barra lill-Oppożizzjoni mill-Kumitat Tekniku dwar il-Parental Alienation, aħna qed nikkonsultaw kontinwament lill-esperti u lil NGO Maltija partikolari speċjalizzata fil-parental alienation biex anki f'dan il-qasam inkunu proattivi u pożittivi. Allaħares isir ballun politiku, anzi nemmnu li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandna nżommu quddiem għajnejna l-ewwel u qabel kollox l-interess tal-minorenni, u d-deċiżjonijiet għandhom jissejsu qabelxejn fuq x'inhu ta' ġid għal uliedna. | [
11
] |
|
https://newsbook.com.mt/aloo-gobi/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Wikicommons Ingredjenti 400g patata mqattgħa biċċiet kbar 1 pastarda, il-fjuri biss 1 mgħarfa żerriegħa tal-cumin 2 mgħaref żerriegħa tal-coriander 2 kuċċarini nigella seeds 1 kuċċarina trab tal-kannella 1 kuċċarina turmeric 1 kuċċarina chilli powder 4 mgħaref żejt 8 weraq tal-curry 4 sinniet tat-tewm, mgħaffġa 2 bottijiet tadam tal-400g, imqatta' 2 bżariet taċ-chilli 1 kuċċarina zokkor ismar 1 il-meraq ta' lumija weraq tal-kosbor, imqatta' ross basmati, hobż naan u jogurt biex isservi Metodu Saħħan il-forn 180 ̊C Itfa' l-patata ġo taġen kbir, imla b'ilma kiesaħ u ħallih jagħli. Ħalliha ttektek għal 5-6 minuti sakemm tibda tirtab imma tħallihomx jitfarrku. Ixxottahom sew. Fuq trej tal-ħami kbir itfa' l-patata u l-pastard bil-ħwawar u 2 mgħaref żejt. Ħawwar sew u ixwi għal 45 minuta waqt li tħawwad f'nofs it-tisjir sakemm il-ħaxix ikun artab u jibda jsir kannella. Sadanittant saħħan iż-żejt li jifdal ġo taġen kbir. Aqli l-weraq tal-curry u t-tewm għal 1 minuta, u aċċerta ruħek li t-tewm ma jinħaraqx. Żid it-tadam, iċ-chilli, iz-zokkor, il-meraq tal-lumija u l-ħwawar. Għatti bl-għatu u ħalliha ttektek għal 15-il minuta sakemm it-tadam jinqasam. Żid il-ħaxix inkaljat mat-tadam. Ħalliha ttektek għal 5 minuti, u żid ftit ilma jekk il-curry isir oħxon wisq. Ħawwad il-kosbor u servi mar-ross, naan sħun u jogurt. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/ras-ir-randan/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Martin Jernberg, unsplash.com Sakemm qed nikteb dan il-kumment, għadna bit-togħma tal-Karnival u ma hemm xejn ħażin li niddevertu f'dawn il-jiem ta' bluha li jmorru lura ħafna fis-snin u jiġu biss darba fis-sena għalkemm din id-darba dawn il-festi waslu fi żmien xejn sabiħ meta d-dinja kollha għadha maħsuda bl-imxija tal-Coronavirus li daħħal lil kulħadd ġo qoxortu. Ngħid għalija jogħġobni dan iż-żmien u għalkemm illum ngħodd 75 għadek issibni nippreżenta xi serata karnivaleska meta jsejħuli u ħallini nxidd il-kostum u nifraħ u nferraħ. Iżda tinsewx ħbieb li wara l-aħħar jum tal-Karnival jibda mill-ewwel żmien totalment differenti meta nagħtu bidu għal 40 jum tar-Randan Imqaddes li matulhom il-Knisja tħeġġiġna nagħmlu xi ftit tas-sagrifiċċju. L-ewwel jum inħarsuh bis-Sawm u Astinenza u nemmen li ħafna min-niesna hekk għadhom jagħmlu. Ommi Alla jaħfrilha kienet saħansitra ssum 40 jum ħobż u ilma u bħalha min jaf kemm kien hemm. Kienet anke drawwa qaddisa li xi wħud matul il-Ġimgħa Mqaddsa joħorġu jittallbu seba' bukkuni! Illum sirna nibżgħu mis-sagrifiċċju u nibża' li ħafna ftit li xejn jagħtu kas ta' dan iż-żmien għażiż. Tafu li ltqajt ma' nies li huma tal-fehma li jibqgħu għaddejjin b'dawn il-festi tradizzjonali f'każ li jkun maltemp u ma joqogħdu jaraw xejn li nkunu dħalna fir-Randan! Flok qed inrewħu n-nar għal tant użanzi sbieħ u għeżież, qed ninkoraġġixxu divertiment u tbaħrid. Imma rridu nsibu mezz li naraw li ma nqegħdux il-karettun qabel il-bhima! Irridu nżommu quddiem għajnejna li l-ħajja xi darba se tiġi fi tmiemha u wara rridu nagħtu kont ta' għemilna u ma tridx kemm tiswa d-dinja wara dan il-pellegrinaġġ fuq din l-art li mhux dejjem ward u żahar, nitilfu l-qaleb u l-ġbejna. Jien dejjem għallmuni li wara dil-ħajja hemm ħajja oħra li tista' tkun ta' tgawdija eterna imma tista' tkun ukoll ta' tbatija eterna. Iblah min ma jistinkax għal dik tal-ewwel! Iż-żmien jitbiddel u aħna nitbiddlu miegħu (tempora mutantur ed nos cum illis) imma l-prinċipji ma jinbidlux! | [
11
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-bov-ibiddel-ir-rati-tal-imghax-fuq-depoziti-fissi/ | newsbook.com.mt | Ritratt: BOV Il-Bank of Valletta ħabbar li minn Marzu, huwa se jbaxxi l-interessi fuq ir-rati tal-imgħax fuq kontijiet ta' depożitu fissi. Fi stqarrija l-bank spjega li r-rati tal-imgħax fuq depożiti fissi eżistenti jibqgħu validi sakemm jimmaturaw. Min-naħa l-oħra, ir-rati l-ġodda se japplikaw għad-depożiti fissi miftuħa jew imġedda mit-2 ta' Marzu ta' din is-sena. Ir-rata ta' interess ġdida għall-perjodi kollha se tkun dik ta' 0.250%. Il-bidliet li se jidħlu fis-seħħ fit-2 ta' Marzu: Sena – minn 0.30% ir-rata se tonqos għal 0.25% Sentejn – minn 0.40% ir-rata se tonqos għal 0.25% 3 snin – minn 0.50% ir-rata se tonqos għal 0.25% 4 snin – minn 0.60% ir-rata se tonqos għal 0.25% 5 snin – minn 0.70% ir-rata se tonqos għal 0.25% /*<![CDATA[*/ Image: BOV new interest rates as of 2 March 2021 Aqra aktar Il-BOV jiftaħ mill-ġdid il-fergħa fiż-Żejtun | [
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-hawn-min-jixtieq-johrog-jiekol-imqar-darba-fix-xahar-andre-bonello/ | newsbook.com.mt | André Bonello xeħet dawl fuq kif fis-soċjetà hawn familji li jixtiequ joħorġu jieklu mqar darba fix-xahar, jixtiequ jixtru żarbun tad-ditta, imma ma jirnexxilhomx minħabba l-faqar li jgħixu fih. Bonello, li jaħdem mal-Caritas, kien qed jitkellem waqt il-programm ta' Prof. Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart , waqt li kien qed jiġi diskuss il-faqar. Flimkien ma' Prof. Suzanne Piscopo, huwa ħadem fuq l-istudju "Minimum Essential Budget for a Decent Living 2020" li jevalwa x'għandhom bżonn tliet tipi ta' familji biex jgħixu ħajja diċenti f'Malta. Prof. Azzopardi staqsa dwar nies li japprofittaw ruħhom mill-benefiċċji provduti, u jonfqu l-flus f'kapriċċi bħad-dwiefer jew it-tattwaġġi. Bonello wieġeb għal dan billi semma kif biex twettaq dan l-istudju, huma kellhom jiltaqgħu ma' nies li għallmuhom kemm il-maġġoranza tal-persuni ta' klassi baxxa verament jippruvaw jgħinu lilhom infushom u jibbaġitjaw, iżda ġieli jieħdu l-iżbalji, bħal kulħadd. Spjega kif dawn in-nies jixtiequ li jistgħu joħorġu jieklu darba fix-xahar jew jixtru xi żarbun tad-ditta. Lir-riċerkaturi kien hemm min qalilhom, "Tfal bħal ħaddieħor għandi, kif se nċaħħadhom?" Madankollu semma punt li għamlet mara li tkellmu magħha, li baqa' miegħu, li qaltilhom li ma tiflaħx tixtri mowbajl ta' €800 lil bintha, imma tipprova ġġemma' biex tixtrilha wieħed ta' €150. Minkejja dan, qaltilhom li lanqas kieku jkollha l-flus ma tixtrilha wieħed ta' €800 għax ma tridx idderriha hekk. Stqarr li l-Caritas tiltaqa' ma' ħafna nies bħal dawn, u qalbhom tagħfashom meta jiltaqgħu magħhom. Qal li l-karba tagħhom jistgħu jisimgħuha anke billi dak li jgħidulhom jitniżżel f'kitba, sabiex ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom jaslu għand l-awtoritajiet. Dwar l-istudju Filmat: Il-ħajja għoliet b'€2,000 għall-familji f'4 snin – Studju tal-Caritas Ommijiet waħedhom isibuha diffiċli joħorġu jaħdmu biex ilaħħqu mat-tfal – Prof. Piscopo Prof. Suzanne Piscopo wkoll tkellmet fuq ir-riċerka li wettqu biex għamlu l-istudju ppubblikat mill-Caritas. Hija tkellmet fuq l-in-work benefit, il-benefiċċju li jieħdu l-ġenituri li joħorġu jaħdmu. Prof. Piscopo spjegat li ġenitur waħdu b'żewġt itfal għandu benefiċċju iżjed favorevoli minn familja b'żewġ adulti u żewġt itfal, sabiex ikunu mħeġġin joħorġu għax-xogħol, imma minkejja li dan fit-teorija jidher sabiħ, fir-realtà huma jsibuha diffiċli ħafna li joħorġu jaħdmu, biex ilaħħqu ma' kollox, bħal meta jkollhom it-tfal ma jifilħux jew ikollhom imorru l-parents' day fl-iskola ta' wliedhom, u kulma jista' jinqala'. Intervent ieħor fil-programm Filmat: "Dan l-aħħar żdiedu 5 familji fil-bżonn fix-xahar" Prof. Piscopo stqarret li l-Gvern donnu qed jara aktar min veru għandu bżonn u li dan l-iskrutinju jrid jibqa' jsir, anke fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Ir-riċerkatriċi staqsiet ukoll jekk hemmx bżonn ngħixu ħajja li fiha "nonfqu nonfqu nonfqu." Saħqet li jeħtieġ li jkun hawn iżjed edukazzjoni fuq l-infiq tal-flus, biex meta n-nies jonfqu, jonfqu b'mod li jixtru għal saħħithom u għall-ambjent ta' madwarhom. Fil-fehma tagħha, m'hemmx bżonn prezzijiet għoljin. Il-programm kollu Filmat: Kemm teħtieġ biex tgħix ta' nies? Taqbel mal-punti msemmijin? | [
14
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-ispettur-bonnici-se-jirritorna/ | newsbook.com.mt | Mario Micallef bħala L-Ispettur Bonnici. Ritratt - Facebook Wara s-suċċess tal-ewwel tliet produzzjonijiet teatrali ta' L-Ispettur Bonnici li f'Ottubru li għadda twassal addattament televiżiv tagħhom permezz tas-sensiela L-Ispettur fuq TVM, issa tħabbar li għar-raba' u l-aħħar darba l-attur Mario Micallef se jkun qed jerġa' jinterpreta l-karattru ta' l-Ispettur Bonnici. Il-Fidwa ta' L-Ispettur Bonnici se tkun qed issegwi l-ewwel tliet produzzjonijiet Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispettur Bonnici, L-Għerf u l-Glorja tal-Ispettur Bonnici, u Ave Marija għall-Ispettur Bonnici kollha miktuba minn Mario Philip Azzopardi. L-aħħar taqsima tal-istorja ta' L-Ispettur Bonnici se tkun qed tittella' għall-ewwel darba fi Frar tal-2021 fit-Teatru Manoel. Se jkun hemm sitt rappreżentazzjonijiet bejn il-11 u l-20 ta' Marzu. Għalkemm sa issa ma tħabbar xejn b'mod uffiċjali wieħed jistenna li wara s-suċċess miksub bl-addattament televiżiv ta' L-Ispettur Bonnici, din il-produzzjoni ukoll isirilha addattament televiżiv biex b'hekk anke fuq it-televiżiv jkun hemm il-parti konklussivi ta' din il-produzzjoni. It-triloġija ta' L-Ispettur Bonnici kienet ukoll ġiet ippubblikata fi ktieb maħruġ mill-BDL. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-min-hi-anna-xi-trid-minn-elena/ | newsbook.com.mt | F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta fuq TVM F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta fuq TVM Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Wednesday, February 10, 2021 L-intriċċi fis-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba jkomplu jinkixfu llejla b'episodju ieħor mit-tieni staġun. Elena xtaqet tiekol il-ħobż mixwi fil-kċina hdejn is-servitú. Għaliex hi u Bernardette bdew jinku lil Agatha? X'inhu jiġri? Elena tirċievi ittra mingħand waħda jisimha Anna. Min hi u kif kienet taf daqshekk affarijiet dwar il-familja Cuppola? Ritratt: Rewind Salvatore mar ikellem lill-ommu dwar Giuseppe. X'qalu? U għaliex ma ħaditx pjaċir li Karla reġgħet marret tgħix id-dar tagħha? Fil-ġnien tal-familja Cuppola kien hemm ħafna ġurnalisti… x'dikjarazzjoni tat Karla u għaliex Salvatore kien irrabjat bil-kbir? Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra. F'Ġieħ L-Imħabba. Dan hu dak li ġara fl-aħħar episodju… F'Ġieħ L-Imħabba. Dan hu dak li ġara fl-aħħar episodju… Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Saturday, February 13, 2021 F'Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta' Rewind. | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-no-bake-chocolate-tart-ricetta-vegan/ | newsbook.com.mt | Riċetta ta' Owen Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti (Isservi 8-10) Għall-bażi 28 (308g) gallettini Oreo 70g butir bla melħ (Uża butir tas-soya għal Vegan Tart) Għall-mili taċ-ċikkulata sewda 230g ċikkulata sewda 160ml ħalib (Uża Almond Milk għal Vegan Tart) 1 mgħarfa butir bla melħ (Uża butir tas-soya għal Vegan Tart) Metodi Poġġi l-gallettini Oreo f'food processor u aħdem sakemm jitfarrku ħafna. Poġġi l-frak tal-Oreo f'bieqja u ħallat sew mal-butir imdewweb. Ippressa din it-taħlita f'tart tin ta' 22ċm dijametru bil-qiegħ jinqala'. Għatti l-bażi u l-ġnub b'karta strazza u poġġi fil-friġġ għal 30 minuta. Biex tagħmel il-mili Saħħan il-ħalib f'banju marija u meta jisħon żid iċ-ċikkulata u ħalliha fil-ħalib sħun għal 5 minuti. Imbagħad ħallat tajjeb sakemm iċ-ċikkulata ddub kollha. Żid il-butir mal-ganache taċ-ċikkulata sewda u ħallat għall-aħħar darba sakemm idub il-butir u t-taħlita jkollha dehra tleqq. Ferragħ l-ganache taċ-ċikkulata fil-forma tat-tart u daħħal fil-friġġ għal 4-6 sigħat. Wara neħħi t-tart mil-landa u żejjen bil-frott frisk skont il-gosti tiegħek. Ritratt: Crafted Fooda | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-attur-keith-cassar-jackson-isir-missier/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Keith Cassar Jackson Awguri lil Keith Cassar Jackson hekk kif għadu kif sar missier. L-attur li naraw fis-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba fuq TVM għamel l-aħbar uffiċjali fuq il-midja soċjali. Hu u t-tfajla tiegħu Charlene Law semmew lit-tifel Eli. Bħala familja, it-twelid ta' Eli jfisser il-ħames wild. Dan għaliex Keith għandu tliet ulied oħra, Mikaya (12-il sena), Zaylin (10 snin) u Zanaya (8 snin) filwaqt li Charlene għandha lil Ethan. Eli huwa l-ewwel wild għal Keith u lil Charlene bħala koppja. Fil-messaġġ tiegħ Keith iddeskriva lil Charlene bħala l-mara li kien qed ifittex. Ritratt: Muntaġġ – Facebook: Keith Cassar Jackson "Fl-aħħar sibtek. Mill-ġdid dawwatli ħajti. Grazzi minn qalbi talli ġibt lil Eli f'din id-dinja b'saħħtu u mingħajr periklu. Kburi li għandi lilek f'ħajti u talli flimkien ħloqna tifel sabiħ bħal Eli," kompla jikteb Keith, li forsi ħafna mhux jagħrufuh iżda meta kien iżgħar kien ukoll fost il-parteċipanti tal-programm L-Isfida. Keith Cassar Jackson ma' Claudette Buttigieg fi żmien L-Isfida Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Keith u lil Charlene f'okkażjoni tat-twelid taċ-ċkejken Eli. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-hsbc-se-jdahhal-il-mizata-ta-e5-minn-mejju-li-gej/ | newsbook.com.mt | Il-bank HSBC ħabbar li uffiċjalment se tiddaħħal il-miżata ta' €5 li tant qajmet kontroversja. Fi stqarrija, il-bank qal li wara perjodu ta' konsultazzjoni addizzjonali, se jdaħħal it-tariffa ta' €5 għal kull kont tal-klijent fejn hu applikabbli għal klijenti b'kontijiet bankarji personali. Il-bank spjega li l-maġġoranza (madwar 75%) tal-klijenti eżistenti tiegħu mhux se jkunu affettwati bl-introduzzjoni tat-tariffa peress li diġà jissodisfaw wieħed minn numru ta' kriterji ta' eżenzjoni. It-tariffa ġiet introdotta biex tkopri parzjalment l-ispejjeż assoċjati mat-tħaddim ta' kont u tapplika biss għal dawk il-klijenti li ma jikkwalifikawx taħt xi waħda mill-eżenzjonijiet. It-tariffa kellha tidħol fis-seħħ f'April li għadda, iżda din kienet ġiet sospiża temporanjament sakemm isiru d-diskussjonijiet bejn il-Bank Ċentrali u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). Dan wara li l-Bank Ċentrali u l-MFSA talbu lill-HSBC jerġa' jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu. L-oġġezzjonijiet għat-tariffa L-HSBC jissospendi l-miżata ta' €5 temporanjament It-tariffa se tkun applikabbli minn Mejju li ġej, filwaqt li għall-klijenti li għandhom iżjed minn 61 sena, se tkun applikabbli minn Ġunju. Il-bank żied jgħid li dalwaqt se jikkomunika mal-klijenti biex jipprovdi spjegazzjoni ċara tal-applikabbiltà tat-tariffa. L-HSBC qal li l-ħlas ma japplikax jekk il-klijenti jissodisfaw waħda minn dawn il-kriterji: X'kien qal il-bank? Il-€5 fix-xahar għall-klijenti tal-HSBC "mhix għal kulħadd" Taqbel mal-introduzzjoni ta' din il-miżata? Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt | [
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/ritratti-funeral-bil-karozzella-fghawdex/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Miguela Xuereb Serqet l-għajnejn ta' dawk li kienu fil-Pjazza tax-Xagħra fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, karozzella ta' lewn iswed immexxija minn żwiemel suwed li kienet qed iġġorr tebut ta' anzjana ta' 90 sena mix-Xagħra stess. Il-karozzella serviet ta' karozza tal-mejtin fil-ħemda tat-toroq Xagħrin il-Ħadd waranofsinhar, proprju f'Jum San Valentinu. Iż-żwiemel u l-karozzella huma ta' wlied l-anzjana, li ilhom snin twal joffru servizzi permezz tal-karozzelli u ż-żwiemel tagħhom . Karozzelli fil-funerali kienu jintużaw lura fis-seklu 17. Ritratt: Facebook - Dreams of Horses | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/dinja-ewropa-is-sahha-u-l-ambjent-kif-qed-jigu-indirizzati-fl-ue/ | newsbook.com.mt | F'dawn l-aħħar jiem il-Parlament Ewropew iffoka parti mid-diskussjoni tiegħu fuq l-importanza tas-saħħa u l-qasam ambjentali. Filwaqt li l-pandemija tal-coronavirus ġabet magħha enfasi importanti fuq il-qasam tas-saħħa, elementi oħra ma jistgħux jiġu injorati. Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat ukoll pjan biex ikun hemm Unjoni tas-Saħħa Ewropea. F'dan ir-rigward, ġie ppreżentat pjan biex tiġi indirizzata l-marda tal-kanċer b'mod wiesa' u olisitku. Se niddiskutu wkoll l-aħħar żviluppi dwar il-pjan ta' rkupru Ewropew u s-sitwazzjoni dwar il-vaċċin. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta | [
3
] |
|
https://newsbook.com.mt/qalb-maqsuma-u-soghbiena-ma-twarrabhiex-o-alla/ | newsbook.com.mt | "Il-Mixja tar-Randan 2021" huwa proġett tad-Djoċesi ta' Għawdex li kuljum tul ir-Randan iwassal ħsieb qasir ta' xi żewġ minuti b'riflessjoni dwar ir-Randan. Dan isir permezz ta' filmat, li qed jittella' kuljum fid-9.30am fuq il-paġna ta' Facebook tad-Djoċesi ta' Għawdex. Il-ħsieb qiegħed ukoll jixxandar fuq 103 Malta's Heart u fuq Newsbook.com.mt . | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/imut-il-kanonku-gwann-azzopardi/ | newsbook.com.mt | Il-Kanonku Ġwann Azzopardi, magħruf bħala Mons. Ġwann, miet illum fl-età ta' 83 sena. Huwa kien kanonku onorarju tal-Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta' San Pawl tar-Rabat, raħal twelidu. Mons. Ġwann Azzopardi ġie ordnat qassis fl-1962. Hu kien jgħallem is-Seminarju, kien kuratur tal-Mużew tal-Katidral, u kien jidderieġi l-Mużew ta' Wignacourt fir-Rabat li ħa ħsieb il-ftuħ tiegħu hu. Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-poplu Rabti sellem u rringrazzja lil Mons. Ġwann ta' ħidmietu. Il-Kapitlu tal-Kolleggjata u l-poplu Rabti jsellem u jirringrazzja lil Mons Gwann Azzopardi kanonku ononarju… Posted by Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta' San Pawl, Rabat – Malta on Friday, February 19, 2021 Il-funeral ta' Mons. Ġwann Azzopardi se jsir għada fl-10am fil-Bażilika. Dun Ġwann se jkun espost għall-qima tal-pubbliku f'San Publiju fit-8am u mbagħad jittieħed fil-Bażilika fejn tibda quddiesa praesente cadavre fl-10am immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna. Il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta' Mons. Azzopardi. Posted by Karl Gouder on Friday, February 19, 2021 Grazzi Dun Ġwann, ta' kul m'għamilt għal Malta u għal Maltin 🥲 Posted by Daniel Cilia on Friday, February 19, 2021 | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-restawrati-l-knejjes-ta-rahal-gdid-u-hal-tarxien/ | newsbook.com.mt | Ġew inawgurati żewġ proġetti ta' restawr fil-Bażilika Minuri ta' Kristu Re f'Raħal Ġdid u fil-Knisja Arċipretali tal-Lunzjata f'Ħal Tarxien. Il-proġetti ġew inawgurati llum mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta' Malta Michael Pace Ross, u Dun Marc Andrè Camilleri u Dun Christopher Ellul, il-kappillan u l-arċipriet tal-Parroċċa ta' Raħal Ġdid, Kristu Re, u ta' Ħal Tarxien rispettivament. Dawn il-proġetti, b'kofinanzjament ta' 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea, saru b'investiment ta' aktar minn €400,000. F'Raħal Ġdid, il-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta ħadet ħsieb li jiġu rrestawrati l-kolonni tal-konkos li huma għolja 11-il metru u li jinsabu fil-ġnub tal-knisja. Sar ukoll xogħol estensiv fuq ix-xquq il-kbar li kien hemm mal-kolonni u fil-ġebel li jdawwar il-portiku, tbiddlu l-kapitelli tal-ġnub u saru travi tal-ħadid biex isaħħu l-istruttura. F'Ħal Tarxien, ix-xogħol ta' konservazzjoni u restawr sar fuq il-ħitan tal-ġnubijiet tal-knisja kif ukoll fuq in-naħa ta' wara tagħha fejn il-ġebla Maltija tnaddfet mit-tniġġis tal-arja, u ġew irrestawrati wkoll l-aperturi tal-injam. Knisja.mt / Ritratti Knisja.mt / Ritratti Knisja.mt / Ritratti L-Isqof Joseph Galea-Curmi qal li l-inawgurazzjoni ta' dawn iż-żewġ proġetti tfakkarna li bħala soċjetà għandna nibqgħu napprezzaw dak li hu sabiħ u ninkoraġġixxu s-sbuħija tal-patrimonju tagħna, filwaqt li nirrifjutaw dak li jkerrah il-wirt naturali tagħna. Qal li l-Knisja f'Malta hija impenjata li tħares il-wirt storiku u kulturali ta' Malta, u tagħmel dan f'kollaborazzjoni sħiħa ma' kull min għandu għal qalbu dan il-patrimonju. L-Isqof Awżiljarju rringrazzja lin-nies ta' Raħal Ġdid u ta' Ħal Tarxien, lis-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, kif ukoll lill-professjonisti u l-ħaddiema kollha, tal-kontribut tagħhom f'dawn il-proġetti. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li din l-isħubija bejn l-Istat u l-Knisja qed tħalli impatt pożittiv fuq diversi lokalitajiet billi qed isir restawr estensiv fuq knejjes varji, fosthom dawk ta' Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Huwa spjega kif bis-saħħa ta' dawn il-proġetti, qed isir ħafna xogħol biex jitħares u jiġi ppreservat il-wirt reliġjuż f'Malta ħalli jkun jista' jkompli jitgawda mill-ġenerazzjonijiet ta' wara. Fid-diskors tiegħu, Michael Pace Ross qal li dawn iż-żewġ knejjes huma qrib tal-Ipoġew ta' Ħal Saflieni u ġaladarba tgħaddi l-pandemija, it-turisti kif ukoll il-Maltin li jżuru din l-istruttura Neolitika jkunu jistgħu jdaħħlu fl-itinerarju tagħhom dawn il-knejjes parrokkjali li wkoll jiffurmaw parti mill-wirt kulturali li bħala soċjetà għandna obbligu li ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet futuri. Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re hija l-ikbar knisja f'Malta u tlestiet fl-1959 fuq disinn ta' Ġużè D'Amato. Il-Knisja Arċipretali tal-Lunzjata nbniet fis-seklu 17 u kienet l-ewwel knisja parrokkjali f'Malta b'żewġ kampnari. Aktar dettalji Filmat: Jibda r-restawr fi 15-il parroċċa minn fondi Ewropej | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/harry-u-meghan-mhux-se-jirritornaw-ghall-obbligi-rjali-taghhom/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Mark Jones Buckingham Palace ħabbar li sena wara li d-Duka u d-Dukessa ta' Sussex iddeċidew li jieħdu pass lura mill-obbligi rjali tagħhom, huma kkonfermaw li mhumiex se jirritornaw għal dawn l-obbligi. Il-Prinċep Harry u martu Meghan se jiddisponu wkoll mill-patroċinju rjali tagħhom. Dan tħabbar sena wara li d-Duka u d-Dukessa ħasdu lid-dinja bl-aħbar li se jieħdu pass lura mill-irwoli rjali tagħhom u se jmorru joqogħdu l-Kanada. Il-ftehim kien li wara sena, huma jassessjaw id-deċiżjoni tagħhom u jaraw jixtiqux li jibqgħu mbegħdin mill-irwoli rjali tagħhom. Sena ilu Harry u Meghan mhux ser jitolbu l-għajnuna tal-Gvern Amerikan Fi stqarrija tal-palazz ġie kkonfermat li r-Reġina Eliżabetta II tkellmet man-neputi tagħha l-Prinċep Harry u qalet li billi hu u martu ħadu pass lura mix-xogħol tal-familja rjali, mhux possibbli li jibqgħu għaddejjin bir-responsabbiltajiet u l-obbligi mistennija minnhom fil-ħajja ta' servizz pubbliku. Għalhekk, il-patroċinji rjali tad-Duka u d-Dukessa se jgħaddu lura għand ir-Reġina u mbagħad jitqassmu għand il-membri tal-familja rjali li jaqdu l-irwoli rjali tagħhom. Buckingham Palace qal li l-familja rjali hija sogħbiena b'din id-deċiżjoni, iżda tgħożż lil Harry u Meghan bħala membri tal-familja tagħha. Ftit tal-jiem ilu, il-koppja ħabbret li qed tistenna t-tieni wild. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-tat-taxxi-u-t-tabib/ | newsbook.com.mt | Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Sr Claudia Pace u l-ġurnalist Jes Saliba. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 5, 27-32 F'dak iż-żmien, Ġesù lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: "Ejja warajja!". Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Imbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f'daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta' pubblikani u nies oħra. Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: "Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?". U Ġesù weġibhom: "Mhux dawk li huma f'saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda. Jien mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin għall-indiema". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/awdjo-bhal-lum-twieled-anton-buttigieg/ | newsbook.com.mt | Bħal-lum fl-1912 fil-Qala Għawdex kien twieled il-politiku u poeta li kien serva wkoll bħala President tar-Repubblika bejn l-1976 sal-1982 Anton Buttigieg. U bħal-lum fl-1774 kien twieled Giorgio Grognet de Vassé, il-perit li ddisinja r-rotunda tal-Mosta. Ritratt: Muntaġġ – www.antonbuttigieg.com | [
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/iddecidejna-li-bhala-familja-nahdmu-bhala-tim-omm-3-ulied-bl-awtizmu/ | newsbook.com.mt | UMANI ta' nhar is-Sibt bl-istorja ma' Valerie Brincat, omm ta' tlett itfal bl-awtiżmu….u l-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħha huma inkredibbli. IS-SIBT, 4.30pm, fuq Television MaltaProduzzjoni u preżentazzjoni: Maria La Barokka Muscat Direzzjoni: Godfrey Smith Stil tax-xagħar: Hair creations by Mandy Mandy Spiteri bi prodotti DIKSON minn Noriva Ltd Ħajr speċjali lil: HOLM Boutique & SPA St Julians li jospita lil UMANI kull ġimgħa. Prodotti make-up: Stage Line Makeup Malta Posted by Maria La Barokka Muscat on Wednesday, February 17, 2021 L-edizzjoni tal-lum mis-sensiela Umani se tlaqqagħna ma' Valerie Brincat, omm ta' tlett itfal bl-awtiżmu. Għal Valerie ma kinitx faċli li trabbi dawn it-tlett it-tfal, b'wieħed minnhom dam ħafna biex jitkellem, u llum jitkellem ftit ħafna. L-isfidi kienu kbar speċjalment fl-ewwel snin ta' dawn it-tfal. Waqt Umani Valerie titkellem dwar l-appoġġ ta' żewġha Kevin u tal-familja tagħha biex hi setgħet tkompli taħdem, u saħansitra ggradwat bħala 'occupational therapist' mill-Università ta' Malta. Għal diversi snin għenet u għadha tgħin ġenituri li għandhom it-tfal bl-awtiżmu. Valerie titkellem ukoll dwar kif it-trobbija tat-tliet ulied bl-awtiżmu saħħet iż-żwieġ tagħha. Umani bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat, u direzzoni ta' Godfrey Smith. Jixxandar illum fuq TVM fl-4.30pm. | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-spaghetti-carbonara/ | newsbook.com.mt | Din ir-riċetta qed titwassal minn Wayne Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti Isservi 2 persuni 230g spaghetti 145g guanciale jew panċetta 5 isfra tal-bajd 28g ġobon Pecorino Romano, maħkuk Metodu Għalli l-għaġin. Sadattant ħallat l-isfra tal-bajd mal-Pecorino Romano. Aqli fuq nar baxx il-guanciale jew il-pancetta sakemm jieħdu kulur dehbi. Żid l-għaġin fit-taġen u ħallat. Żid ftit mill-ilma li tkun għallejt fih l-għaġin biex tnaqqas it-temperatura fit-taġen u żid it-taħlita tal-isfra tal-bajd. Ħawwad tajjeb biex ma jagħqadlekx il-bajd. It-taħlita tal-ilma tal-għaġin ma' dik tal-bajd toħloqlok il-krema carbonara. Kompli ħawwad biex tgħaqqad il-krema. Servi mal-bżar sħiħ imfarrak u l-ġobon Pecorino Romano maħkuk. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-u-inti-min-tghid-li-hu/ | newsbook.com.mt | Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Roberto Zammit u l-kantanta Leontine Spiteri. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 16:13-19 Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?" U huma weġbuh: "Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti." "Imma intom, min tgħidu li jien?" staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: "Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj." U Ġesù wieġbu u qallu: "Hieni int, Xmun, bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet. U jiena ngħidlek: inti Pietru, u fuq din l-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/awdjo-bhal-lum-kien-hemm-l-ewwel-zewg-nisa-li-ghamluha-ta-gurati/ | newsbook.com.mt | Bħal-lum fl-1973 mara tad-dar u infermiera saru l-ewwel nisa Maltin li għamluha ta' ġurati. Hilda Bonnici minn Birżebbuġa u Pierina Zammit minn Tas-Sliema għamluha ta' ġurati fil-każ ta' għassies tad-dwana akkużat b'serq ta' kaxxi ta' whiskey minn fuq vapur. Huwa ma kienx instab ħati. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija. Ritratt: Okan Caliskan / Pixabay | [
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/difett-fis-sigurta-tal-mercedes-jitnehhew-miljun-karozza-mis-suq/ | newsbook.com.mt | Libreshot Il-kumpanija tal-karozzi Mercedes-Benz qed tneħħi iżjed minn miljun karozza mis-suq minħabba difett fis-sigurtà fis-sistema ta' telefonati ta' emerġenza. Dan ġie rrappurtat mill-midja barranija. Newsbook.com.mt ipprova jagħmel kuntatt mad-distributur ta' dawn il-karozzi f'Malta, iżda l-mistoqsija dwar jekk hemmx xi karozzi f'Malta li jridu jitneħħew mis-suq baqgħet ma twiġbitx. Jidher li l-problema hija bil-faċilità eCall tal-karozza, li tagħmel kuntatt mas-servizzi tal-emerġenza meta jkun hemm inċident, u tibagħtilhom il-post fejn qiegħda l-karozza. Minħabba d-difett li hemm fis-sistema, jista' jintbagħat il-post il-ħażin. Ġie rrappurtat li l-problema taffettwa lil 1,292,258 karozza fl-Istati Uniti, iżda l-kumpanija qed tiċċekkja jekk hemmx karozzi affettwati f'pajjiżi oħra wkoll. Is-sistema eCall hija obbligatorja fl-Unjoni Ewropea fil-karozzi kollha mibjugħin mill-2018 'l hawn. | [
4,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-lockdown-festival-malta-jirbah-premju-prestigjuz/ | newsbook.com.mt | Ritratt ta' Akshar Dave minn Pexels Lockdown Festival Malta huma r-rebbieha nazzjonali tal-Premju taċ-Ċittadin Ewropew għal kisbiet eċċezzjonali moghti mill-Parlament Ewropew. Din kienet l-ewwel sena li l-Premju kien miftuħ għal nominazzjonijiet mill-pubbliku. Il-Lockdown Festival Malta ġabar flimkien 17-il artist jew grupp kemm lokali kif ukoll internazzjonali biex jesebixxu live minn ġewwa djarhom stess. Il-festival ġie mxandar permezz ta' paġna ta' Facebook iddedikata għalih bejn l-20 u t-22 ta' Marzu 2020 u pprovda spazju għall-artisti biex jaqsmu l-arti tagħhom u jġibu enerġija pożittiva lill-udjenzi li esperjenzawh. Din kienet l-ewwel inizjattiva f'Malta li kellha l-għan li tappoġġa artisti freelance hekk kif laqtitna l-pandemija tal-Covid-19. L-organizzaturi tal-festival laħqu 'l fuq minn 60,000 telespettatur flimkien volum kbir ta' attività relatata fuq il-midja soċjali f'ħames ijiem biss. Permezz tat-teknoloġija diġitali, il-festival ħoloq konnessjonijiet m'artisti f'Malta u f'pajjiżi oħra, u b'hekk inħoloq sens ta' komunità, b'nies jarawh, jindikawh lil oħrajn, u jagħtu donazzjoni lill-artisti. Għal din il-kisba, il-Lockdown Festival Malta ngħata l-Premju taċ-Ċittadin 2020 għal Malta. Il-premju jingħata mill-Parlament Ewropew għal kisbiet eċċezzjonali minn ċittadini fl-Istati Membri tal-UE. Jirrikonoxxi proġetti li jippromwovu fehim reċiproku aħjar u integrazzjoni aktar mill-qrib bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri, jew li jiffaċilitaw kooperazzjoni transnazzjonali fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Għall-ewwel darba fl-2020, il-Premju kien miftuħ għal nominazzjonijiet mill-pubbliku. Il-premju ilu jingħata mill-Parlament Ewropew fl-Istati Membri differenti mill-2008 u għandu valur simboliku, f'sura ta' plakka jew medalja ta' unur. Ir-rebbieħa preċedenti tal-Premju f'Malta jinkludu l-Fondazzjoni ALS, l-Għaqda Każini tal-Banda, il-Fondazzjoni Richmond, Dar il-Kaptan, Hospice Malta, Puttinu Cares Children's Cancer Support Group, Caritas Malta, u Chris Delicata bħalha President tar-Reġjun Ewropew tal-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete (IDF Europe). It-tagħrif twassal mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-bank-centrali-jindika-li-kien-hemm-irkupru-fid-dhul-ghall-familji-u-n-negozji/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Miguela Xuereb Il-valur tas-self lil familji u kumpaniji li kienu soġġetti għal moratorju sal-aħħar ta' Diċembru, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 kompla jonqos bi ftit għal €748.7 miljun, ekwivalenti għal 6.4% tas-self pendenti relatat, dan hekk kif diversi negozji u households komplew bil-ħlasijiet lura tagħhom tas-self. Iżda dan jindika rkupru fid-dħul, spjega l-Bank Ċentrali ta' Malta. Fi stqarrija l-Bank ippubblika u spjega d-data rrappurtata fl-aħħar ħarġa tal-Aġġornament Ekonomiku għal Diċembru 2020 u li fiha hemm rifless l-estensjoni tal-miżuri restrittivi fuq il-bars u l-każini minħabba żieda mill-ġdid fil-każijiet tal-COVID-19. F'Diċembru Il-Gvern se jagħti €1 miljun lis-sidien tal-barijiet u l-każini Skont il-Bank Ċentrali, sal-aħħar tal-2020, ġew approvati 537 faċilità taħt il-Malta Development Bank COVID-19 Guarantee Scheme, għal skopijiet ta' kapital operattiv, lil negozji milquta mill-pandemija, li jkopru total ta' self sanzjonat li jammonta għal €408.1 miljun. In-negozji f'Jannar 2021 Issir referenza anke għall-aħħar data dwar l-Indiċi tal-Bank Ċentrali ta' Malta rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju li jirreferu għal Jannar 2021. Jirriżulta li f'Jannar, dan l-Indiċi baqa' fl-istess livell meta mqabbel max-xahar ta' qabel. F'Jannar Filmat: Sidien ta' bars se jirċievu €2,700 f'għajnuna mill-gvern L-inflazzjoni baqgħet baxxa F'Diċembru, il-produzzjoni industrijali naqset b'ritmu aktar mgħaġġel meta mqabbla max-xahar ta' qabel. B'kuntrast, il-volum tal-bejgħ bl-imnut żdied, f'termini annwali, għall-ewwel darba minn Frar. L-għadd ta' permessi kummerċjali rreġistra tnaqqis iżgħar meta mqabbel ma' Novembru, iżda l-permessi residenzjali naqsu b'ritmu aktar mgħaġġel. L-għadd ta' nies fuq ir-reġistru tal-qgħad naqas meta mqabbel ma' Novembru, filwaqt li r-rata tal-qgħad baqgħet l-istess mix-xahar ta' qabel. Dwar l-inflazzjoni jingħad li baqgħet baxxa ħafna f'Diċembru, bir-rata annwali tal-inflazzjoni bbażata fuq l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur u dik ibbażata fuq l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut jkunu t-tnejn li huma fil-livell ta' 0.2%. Scicluna jżid il-paga tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali qabel ma hu ħa l-kariga – rapport | [
1,
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/pass-il-boghod-qabel-imur-lura-d-dar/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Enzo Gusman 7 xhur wara l-inċident li kellu fejn spiċċa fi sptar fil-Kanada, il-kantant ferm maħbub Enzo Gusman illum se jkun trasferit għal-Lyndhurst Rehab Centre f'Toronto fil-Kanada/ "Dan huwa l-pass li jmiss qabel ma jkun jista' jerġa' lura d-dar," ħabbret martu Carmen li rrimarkat li l-kuraġġ u l-fidi li għandu Enzo huma inkredibbli. Carmen kompliet tħeġġeġ lil kulħadd biex iżommu lil Enzo fit-talb tagħhom. Il-kantant ta' 73 sena kien ilu rikoverat fl-ICU sa mill-aħħar ta' Lulju wara li sofra minn waqgħa. Nawguraw lil Enzo fejqan ta' malajr. Posted by Carmen Gusman on Monday, February 22, 2021 | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/tiger-woods-isoffri-griehi-fsaqajh-fincident-tat-traffiku/ | newsbook.com.mt | Il-golfer professjonali Amerikan Tiger Woods kien operat wara li kien involut f'ħabta bil-karozza f'Los Angeles. Fuq Twitter kien irrapurtat li Woods soffra ksur f'siequ l-leminija u weġġa wkoll l-għaksa u l-muskoli f'saqajh. Woods kien qed isuq il-karozza waħdu. pic.twitter.com/vZitnFV0YA — Tiger Woods (@TigerWoods) February 24, 2021 Il-County Sheriff ta' LA, Alex Villanueva qal li Woods kien qed isuq b'veloċità aktar minn normal meta l-vettura tiegħu qasmet fuq in-naħa l-oħra tat-triq u ħarġet barra t-triq għal fuq għolja. Kien ġar li avża l-awtoritajiet dwar l-aċċident. Woods kien konxju meta dawn waslu fuq il-post. Il-parti ta' ġewwa tal-karozza ta' Woods ma ntimissitx. Minħabba f'hekk, u l-fatt li kien liebes ċinturin tas-sigurtà setgħa joħroġ minn aċċident li kieku setgħa jkun fatali, skont Villanueva. Woods kien qiegħed f'Kalifornja għal shoot tal-kontenut ta' jumejn ma' Golf Digest/GOLFTV. | [
10,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/mintoff-kien-cempel-tvm-u-bsorpriza-kbira-staqsa-ghalija-keith-demicoli/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Keith Demicoli Fl-aħħar sigħat iddominat l-aħbar li l-istazzjon Nazzjonali TVM tilef lill-ġurnalist Keith Demicoli. Kienu bosta li esprimew id-dispjaċir tagħhom għal dan il-fatt filwaqt li oħrajn awgurawlu għall-ġejjieni. Demicoli hu ġurnalist ferm rispettat u maħbub u huwa issa qasam uħud mill-mumenti l-aktar memorabbli għalih tul is-snin tiegħu mal-istazzjon nazzjonali. "Għadni niftakar kif qrib San Valentinu tal-2008, l-ex Prim Ministru Dom Mintoff kien ċempel fil-kamra tal-aħbarijiet ta' Television Malta u b'sorpriża kbira staqsa għalija! B'qalbi mtertqa u b'eċċitament liema bħalu niftakarni li kont mort inwieġeb lill-Perit. Kien talabni biex minnufih immur narah Ħal Tarxien għax kellu 'storja esklussiva' li xtaqni nirrapporta fl-aħbarijiet tat-8. X'ġara dakinhar kien spiċċa fl-aħbarijiet tal-mezzi kollha lokali u f'ħakka t'għajn irrealizzajt li kont qed naħdem f'waħda mill-aktar kmamar tal-aħbarijiet imfittxija f'Malta. Dlonk intbaħt li r-responsabbiltá kienet tassew kbira. Kont mal-istazzjon nazzjonali!" Żied jgħid li l-ħolma kienet saret realtá u ried li b'xi mod jagħmilha memorabbli u dejjiema fil-memorji tiegħu u ta' dawk kollha li jsegwu. "Grat ħafna tal-opportunitá u tal-apprezzament inkredibbli ta' eluf ta' Maltin li segwew il-produzzjonijiet, servizzi, aħbarijiet, xandiriet u avvenimenti ewlenin li ħejjejna bħala tim," kompla jgħid. Keith Demicoli se jħalli l-kamra tal-aħbarijiet u l-bini tal-PBS fl-aħħar ta' April. Huwa qasam mas-segwaċi tiegħu ftit ritratti li sab u li se jibqa' jgħożż li jirriflettu wħud mill-esperjenzi li kellu fosthom meta beda jaqra l-aħbarijiet. Aqra: Keith Demicoli jirriżenja mit-TVM Fost il-bosta esperjenzi tiegħu matul it-13-il sena tiegħu ma' TVM, Keith kien mar il-Kosta tal-Avorju fl-Afrika jirrapporta summit tal-UE u spiċċa ġurnata barra fejn is-suldat għax ma kienux ħarġulu akkeditazzjoni biex jidħol jirrapporta. Esperjenza ħelwa kienet meta mar Brussell u b'kumbinazzjoni spiċċa jintervista lil bintu stess għax kienet parti minn grupp Malti li rebaħ kompetizzjoni Ewropea. Matul is-snin tiegħu ma' TVM fost id-diversi esperjenzi oħra li Keith kellu ma' TVM kien meta pprova jgħin tfal ikomplu jrawmu interess fix-xandir, kif ukoll meta pprova jintervista kelb u meta bdew jgħidulu li anke l-qtates isegwu l-aħbarijiet b'attenzjoni! "Grazzi li ħallejtuni nkun parti mill-istorja tax-xandir f'Malta u konvint li b'xi mod se nibqgħu qrib xulxin bi programmi, xandiriet u inizjattivi oħrajn. Grazzi mill-qalb," temm jgħid Keith. Għadni niftakar kif qrib San Valentinu tal-2008, l-ex Prim Ministru Dom Mintoff kien ċempel fil-kamra tal-aħbarijiet ta'… Posted by Keith Demicoli on Thursday, February 25, 2021 | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/ellen-titkellem-bil-malti-waqt-il-programm-taghha/ | newsbook.com.mt | Ritratt: mill-filmat Il-preżentatriċi u komika Amerikana Ellen DeGeneres donnu li mpressjonat ruħha li waqt il-programm tagħha fil-ġimgħa ta' qabel kellha parteċipant Malti, Ryan Calleja. Hu ħa sehem waqt l-Olimpjadi tal-udjenza u għalkemm ġie fit-tielet post donnu ħalla impatt fuq il-preżentatriċi ta' 63 sena. Waqt il-programm ta' din il-ġimgħa Ellen tirreferi għall-fatt li grazzi għall-Olimpjadi tal-Udjenza li kellha skopriet li kellha udjenza li ma kienitx taf biha, dik Maltija. Qalet ukoll li skopriet pajjiżi li ma kinitx taf li huma pajjiżi, bħal Malta. Fuq kollox spikkat il-kelma "Grazzi!". Mument ħelu li ta min isegwi permezz ta' dan il-filmat: L-Olipjadi tal-Udjenza qed isiru kull ġimgħa bil-parteċipanti ta' segwaċi minn madwar id-dinja. Aqra: Filmat: L-ewwel Malti jipparteċipa f'The Ellen Show Minn jaf forsi bil-parteċipazzjoni ta' Ryan il-ġimgħa l-oħra għad naraw aktar Maltin fuq programmi simili bħal The Ellen Show. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-passaport-tal-vaccin-jiddomina-l-agenda-tal-mexxejja-ewropej/ | newsbook.com.mt | Il-Kapjiet tal-Istat u tal-Gvern tal-Unjoni Ewropea se jiltaqgħu b'vidjokonferenza llum wara nofsinhar biex jiddiskutu, fost l-oħrajn, l-użu ta' dak li qed jissejjaħ il-passaport tal-vaċċin. Hekk kif il-proċess ta' vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19 jinsab għaddej ġmielu, numru ta' Gvernijiet bħal dawk tal-Greċja u Spanja, qed jinsistu li għandu jkun adottat kemm jista' jkun malajr, ċertifikat validu madwar l-UE biex dawk li diġà ħadu t-tilqima jkunu jistgħu jerġgħu jivvjaġġaw. Hu mifhum li l-UE qed taħdem fil-qrib mal-IATA, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, li hija ħerqana li terġa' tqajjem l-ivvjaġġar bl-ajru, mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp u mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Madankollu, l-ivvjaġġar biċ-ċertifikati jqajjem ukoll mistoqsijiet legali, hekk kif dawk li għadhom qed jistennew il-vaċċin jistgħu jargumentaw li l-libertà tal-moviment tagħhom hija restritta inġustament minħabba l-istennija twila għall-istess tilqima. | [
1,
3,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/min-se-jiffranka-l-mizata-ta-e5-tal-hsbc/ | newsbook.com.mt | L-Għaqda Pensjonanti fi ħdan il-General Workers' Union (GWU) ħabbret li l-pensjonanti se jkunu esklużi mill-miżata ta' €5 introdotta mill-bank. L-għaqda stqarret li wara li ltaqgħet mal-HSBC, saru diversi reviżjonijiet favur il-pensjonanti. Fost il-punti li ġew maqbula kien hemm dak li mhu se jkun hemm l-ebda tariffa fuq il-pensjonijiet depożitati. Dan ifisser li dawk il-pensjonanti li joqogħdu f'residenza u se jiddepożitaw il-kumplament tal-pensjoni wara li jinqatgħalhom persentaġġ minnha, mhux se jeħlu l-multa ta' €5 fix-xahar. Il-pensjoni tar-romol u l-benefiċċji tad-diżabbiltà se jkunu esklużi, kif ukoll diversi benefiċċji bħal tad-diżabbiltà, tal-mard, kif ukoll benefiċċji tal-qgħad li jiġu depożitati. Skont l-Għaqda Pensjonanti, dan ifisser li anke min għandu pensjoni ta' inqas min €1,230 fi tliet xhur mhux se jeħel il-€5 multa fix-xahar. Dawk li jieħdu benefiċċji tax-xogħol, ikun kemm ikun l-ammont, mhux se jeħlu l-multa. L-Għaqda Pensjonanti wiegħdet li hi se tkompli tkun il-wens u d-difiża tal-anzjani u tal-pensjonanti Maltin u Għawdxin. Fil-fatt bħalissa għaddejja b'diskussjonijiet simili mal-BOV. Il-miżata se tibda tapplika minn Mejju li ġej. Aktar tagħrif L-HSBC se jdaħħal il-miżata ta' €5 minn Mejju li ġej | [
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/pulpetti-tal-pastard/ | newsbook.com.mt | Pulpetti tal-pastard. Ritratt: Kalhh at Pixabay Ingredjenti pastarda mdaqqsa 100g perżut 100g bejken streaky 50g ġobon tal-ħakk bajda mħabbta sinna tewm imqattgħa rqiqa ftit tursin imqatta' rqiq kikkra dqiq bżar mitħun nofs kikkra żejt mgħarfa butir Metodu Qatta' l-pastarda f'biċċiet żgħar u sajjar fil-misħun. Qatta' l-perżut u l-bejken (bla ġilda) fi strixxi rqaq. Saffi sew il-pastarda, kessaħ bl-ilma u qattagħha rqiqa. Żid il-bajda, il-ġobon tal-ħakk, it-tursin, it-tewm u l-bżar. Żid il-perżut u l-bejken u ħallat sew fis-skutella. Irrombla t-taħlita fi blalen żgħar u għaddihom mid-dqiq. Saħħan iż-żejt u l-butir f'taġen. Aqli l-pulpetti għal madwar 5 minuti sakemm jieħdu l-kulur. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/triq-fil-furjana-se-tissemma-ghal-prof-oliver-friggieri/ | newsbook.com.mt | Minn filmat tal-Għaqda tal-Malti fuq YouTube Il-mozzjoni tal-Kunsillier tal-Furjana James Aaron Ellul ġiet approvata u għalhekk, triq fil-Furjana se tissemma għal Prof. Oliver Friggieri, kittieb, poeta u ħassieb, li ħalliena fil-21 ta' Novembru li għadda meta kellu 73 sena. Prof. Friggieri kien mill-Furjana, u t-triq li se tissemma għalih hija parti minn Triq l-Argotti, kantuniera ma' Pjazza San Kalċidonju u ma' Triq l-Iljun. It-triq se jkun jisimha "Triq il-Prof. Il-mozzjoni kienet tressqet minn Ellul, li kien ukoll student ta' Friggieri, u ġiet approvata mill-Kunsill Lokali tal-Furjana. Illum irċivejt korrispondenza li ġie approvat li t-triq għal Oliver Friggieri fil-Floriana se tkun parti mit-Triq… Posted by James Aaron Ellul on Tuesday, February 23, 2021 L-aħbar tal-mewt ta' Prof. Friggieri Imut il-kittieb u akkademiku Oliver Friggieri Ellul kiteb fuq Facebook li bħalissa qed issir ħidma biex jaraw il-possibbiltà li ssir irħama mal-binja ta' fejn kien joqgħod. "Imiss issa li nkunu kkonsultati biex isir monument fil-lokal għal dan il-personaġġ." Żied jgħid li huwa kellu x-xorti li jkun ħabib ta' Prof. Friggieri, u għalhekk, issa bix-xieraq "li dak li tana, ngħadduh lil ta' warajna." Dwar il-mozzjoni Mozzjoni mill-kunsilliera biex triq f'Balzunetta tissemma għal Prof. Friggieri Mozzjoni simili f'Santa Venera Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara b'mozzjoni għal plakka mad-dar ta' Prof. Friggieri | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/awdjo-bhal-lum-din-il-kantanta-kient-fil-quccata-tal-klassifika/ | newsbook.com.mt | Bħal-lum fl-1973 il-kanzunetta numru wieħed fl-Amerka kienet Killing Me Softly ta' Roberta Flack. Bħal-lum fl-2008 Fidel Castro kien irtira mill-kariga ta' President ta' Cuba wara 32 sena. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. Ritratt: Atlantic Records | [
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/fl-istati-uniti-jmutu-aktar-minn-nofs-miljun-persuna-bil-coronavirus/ | newsbook.com.mt | Aktar minn nofs miljun persuna mietu bil-koronavirus fl-Istati Uniti. Din iċ-ċifra tpoġġi l-Istati Uniți bħala wieħed mill-aktar pajjiżi li kellu mwiet għal kull 100,000 resident. L-Istati Uniti għandhom 20% tal-imwiet COVID kollha minn madwar id-dinja. Dawn in-numri, jkomplu jpoġġu fuq pressjoni fuq il-pajjiż biex ilaqqam liċ-ċittadini u r-residenti l-aktar vulnerabbli tiegħu qabel ma jinfirxu varjanti ġodda tal-marda fatali. Ftit pajjiżi kellhom rata ogħla ta' mwiet għal kull 100,000 resident, li huma l-Belġju, r-Renju Unit u l-Italja. Mill-bidu tal-pandemija l-Istati Uniti rrappurtat 'il fuq minn 28 miljun każ. | [
1,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/fic-cina-ragel-ordnat-ihallas-lil-martu-ghax-xoghol-tad-dar/ | newsbook.com.mt | Nita Knott - Pixy#Org Qorti f'Beijing ordnat raġel biex jikkumpensa lil martu għax-xogħol tad-dar li għamlet waqt iż-żwieġ tagħhom Din id-deċiżjoni, li qed titqies bħala waħda storika, ittieħdet wara l-introduzzjoni ta' kodiċi Ċivili ġdid fil-pajjiż, u wara dibattitu fuq il-każ li wassal biex jiġi valoriżżat ix-xogħol fid-dar. Permezz tas-sentenza, il-mara mistennija tingħata madwar €6,370 (50,000 wan) għal ħames snin ta' xogħol fid-dar. Id-deċiżjoni wasslet biex jiġġenera dibattitu enormi fuq il-midja soċjali ċiniża dwar il-valur tax-xogħol tad-dar, b'uħud jgħidu li l-ammont ta 'kumpens kien żgħir wisq. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/kif-se-jkun-assigurat-li-hadd-ma-jibqa-lura/ | newsbook.com.mt | Issa li ġie approvat il-pjan ta' rkupru għall-Ewropa u għandna wkoll pjanijiet ta' direzzjoni għall-futur tal-Ewropa, kull sforz irid isir biex ikun hemm koeżjoni u ħadd ma jkun f'riskju li jaqa' lura, kemm bħala pajjiżi kif ukoll ċittadini Ewropej. Kif se jkun assigurat li dan ma jiġrix? Dr Alfred Sant jiddiskuti dan flimkien ma' Jesmond Saliba waqt What's on Newsbook: Dinja Ewropa. Jieħdu sehem ukoll l-MEPs Roberta Metsola u David Casa. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta. | [
3
] |
|
https://newsbook.com.mt/kumpanija-maltija-tipproduci-prodotti-godda-wara-finanzjament-pubbliku/ | newsbook.com.mt | Ritratt: James Galea Kumpanija Maltija, li hija parti mill-grupp ta' kumpaniji tal-Abertax, ħolqot prodotti ġodda li jinsabu fis-suq wara riċerka u finanzjament pubbliku mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Il-kumpanija Altern ħolqot software innovattiv li nbena lokalment li jagħti l-possibbiltà lil kulħadd biex jiddisinja l-lampi tad-dawl li jrid hu jew hi bis-saħħa tal-proġett Shapelamp u s-sit www.shapelamp.com. Dan hu proġett ġdid fejn persuna tista' toħloq l-istil tal-lampa li tixtieq billi sempliċiment tbiddel u tirranġa kif tixtieq, id-daqs u l-istil, b'idha stess. Id-disinn imbagħad jiġi konvertit fil-prodott mill-istess kumpanija li jinxtara mill-klijent. Proġett ieħor huwa dak bl-isem ta' Innovled li ra l-iżvilupp ta' dwal LED manifatturati lokalment, iddisinjati speċifikament għas-settur tal-isport. Kemm il-proġett Shapelamp u kemm il-proġett Innovled ingħataw finanzjament mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u ż-żewġ proġetti ġew ikkummerċjalizzati. Fi żjara li għamel il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara l-Covid-19 Owen Bonnici fl-uffiċini tal-Grupp Abertax ġewwa l-Mosta Techno Park huwa ra fid dettall il-ħidma ta' ricerka u innovazzjoni ta' dan il-grupp ta' kumpaniji li jispeċjalizza primarjament fl-aċċessorji tal-batteriji u soluzzjonijiet teknoloġiċi oħra. Waqt li b'kollox l-Abertax bħalissa timpjega madwar 180 persuna, f'Kordin, fil-Mosta u anke barra mill-pajjiż, id-dipartiment tar Riċerka u l-Iżvilupp hu magħmul minn 40 professjonist li joħolqu numru ta' innovazzjonijiet b'mod regolari li mbagħad jiġu kkummerċjalizzati kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta. Il-Ministru Bonnici, li kien akkumpanjat miċ-Chairperson tal-Grupp il-Professur Joe Cilia, l-Inġinier George Schembri, u l-Kap Eżekuttiv Inġ. Malcolm Tabone, seta' jara ix-xogħol li jinsab għaddej b'riċerka li tinsab fi stadji varji u f'ċerti każijiet diġà nħolqu prototipi qabel ma mbagħad il-prodott jitpoġġa fis-suq. F'ċerti proġetti ssir ukoll kollaborazzjoni mal-Università ta' Malta. Il-Ministru Bonnici sostna li l-grupp ta' kumpaniji tal-Abertax huwa mudell ta' kif il-gvern jixtieq jara l-qasam tar-Riċerka u l-Innovazzjoni jimxi 'l quddiem. "F'dan il-każ, ir-riċerka u l-innovazzjoni huma l-ossiġnu għal dan il-grupp ta' kumpaniji li matul is-snin ħoloq karrieri u postijiet tax-xogħol waqt li poġġa fis-suq prodotti li huma rilevanti u mfittxija", qal il-Ministru Bonnici. Qal ukoll li fl-aħħar snin, il-grupp għamel diversi investimenti biex isaħħaħ ix-xogħol tiegħu u jkompli jmexxi 'l quddiem dan is-settur tal-industrija, kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż. Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. | [
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-ifthu-qalbkom-ghall-fqir-l-arcisqof-lill-istudenti-universitarji/ | newsbook.com.mt | "Jekk trid ikun bniedem tassew ta' fidi, qatt m'għandek tiddisprezza l-għerf li hemm fil-ħolqien. Min huwa tassew xjenzjat jogħxa bl-istraordinarjetà ta' dak li hemm fil-ħolqien. Il-pass ta' umiltà huwa li minn dik l-ammirazzjoni tiftakar li hemm imħabba li qed tidderiġi kollox." Hekk spjega l-Arċisqof Charles J Scicluna waqt il-quddiesa f'għeluq il-120 annversarju mit-twaqqif tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU). Il-quddiesa saret ilbieraħ filgħaxija fil-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta. Għal quddiesa attendew ukoll il-membri tal-KSU u r-rettur tal-Università ta' Malta l-Prof. L-Arċisqof jispjega li Ġesù juża żewġ elementi min-natura u jgħid min aħna. Jispjega kif l-identità tagħna tinġabar f'dawn iż-żewġ elementi li jsemmi Ġesù: il-melħ. Il-melħ fil-kultura tal-kontemporanji ta' Ġesù kien element essenzjali ta' konservazzjoni peress li ma kienx hemm refriġirazzjoni bħalma għandna llum il-ġurnata, il-melħ kien essenzjali biex l-ikel ma jaqtax. "Il-melħ kien u għadu dak li jagħti t-togħma," qal l-Arċisqof. Knisja.mt L-irwol tal-Kunsill Studenti Universitarji Xi tfisser li student universitarju jgħin biex il-kultura u x-xjenza, l-akkademja, jiġu ppreżervati? Waqt l-omelija l-Arċisqof qal li l-KSU għandu jifhem li jrid ikun bħal melħ – preżenza li tgħin lill-ispirtu universitarju biex ma jikkorrompi qatt ruħu bit-tellieqa għal min jiġi l-ewwel, għad-degree bħala xi ħaġa li hija l-ikbar għan tal-esperjenza universitarja. Isemmi kif l-esperjenza tal-università trid tkun esperjenza li lil bniedem tkabbru fis-sentimenti nobbli tas-solidarjetà, tal-għerf u l-għaqal fis-sens tal-Istat, l-altruwiżmu ta' min jagħti ħajtu fil-professjoni li jkun imsejjaħ għaliha, u li juża l-għerf għall-ġid tal-bnedmin. Iżda jekk ma jkunx hemm dan il-melħ, l-università ssir esperjenza utilitarja, titlef ir-ruħ tagħha. "Bla ma rridu nħarsu lejn l-istudenti tal-università u nistaqsu: kif se jkunu l-mexxejja ta' għada? Dawn qegħdin magħna. L-esperjenza professjonali ta' wara l-università mhix kapaċi tgħaġġnek daqskemm kapaċi tgħaġġnek esperjenza pożittiva ta' kollaborazzjoni u ta' impenn f'dawn is-snin formattivi," sostna l-Arċisqof Scicluna. Waqt l-omelija jagħmel referenza għall-enċiklika soċjali l-iżjed reċenti tiegħu, Fratelli Tutti, meta l-Papa Franġisku jitkellem fuq il-fratellanza. Hawn isemmi kif l-università trid tkun dan il-proċess fejn l-istudent mhux biss jirċievi formazzjoni akkademika mill-aqwa. "Mhux biżżejjed li jkun iffaċilitat l-istudju u ffaċilitata r-riċerka tagħna. U ta' dan hemm bżonn inkunu grati lejn l-istituzzjonijiet. Imma hemm bżonn ukoll li b'mod speċjali l-KSU jkun ir-ruħ fil-qalb tal-korp studentesk, li jimpenja ruħu għall-għanijiet li jmorru lil hemm, li jħarsu iktar 'il bogħod." Kif għandu jkun student universitarju? Dwar dan il-punt l-Arċisqof Charles J Scicluna ssuġġerixxi ftit elementi li jħosshom ta' attwalità. Isemmi kif; l-istudent universitarju għandu bżonn jagħmel spazju f'qalbu u f'ħajtu għal min hu fqir l-istudent universitarju, hu u jikber u jagħti ħajtu, irid jiftakar li jrid ikun ta'servizz l-istudent universitarju jrid ikun ukoll persuna li jkollha sens tal-Istat Xi tfisser li l-istudent universitarju jrid ikun ukoll persuna li jkollha sens tal-Istat? "Fi żmien il-kolonjaliżmu konna nwaħħlu fir-re jew fir-reġina; qabel konna nwaħħlu fil-granmastru. Illum m'għandna 'l ħadd f'min inwaħħlu għax jew rajna f'idejna u allura aħna responsabbli, jew inkella għadna bil-mentalità pwerili ta' gvern jikkmanda u jiena nagħmel li jfettili," qal l-Arċisqof Scicluna li semma' wkoll kif is-sens tal-Istat huwa li 'l quddiem ikollna mhux professjonisti imma studenti li jinkwetaw għad-demokrazija tal-pajjiż, li jinkwetaw li t-treġija tkun treġija nadifa, trasparenti, integra, u leali u li l-KSU huwa b'xi mod arena fejn dawn il-virtujiet u l-ideali jitħaddmu. L-Arċisqof sellem lill-istudenti ta' żmienu li rrifjutaw id-diktat tal-awtoritajiet u integraw l-istudenti tal-Fakultà tat-Teoloġija fil-KSU. Permezz ta' din id-deċiżjoni tal-istudenti, li kienet tmur kontra d-diktat ta' min kien fil-poter, l-istudenti tat-teoloġija kellhom vuċi u rwol. Fl-aħħar tal-omelija hu appella sabiex l-istudenti jfittxu li jkunu bnedmin ta' xjenza, ta' tagħlim, anke f'dawk li huma x-xjenzi umanistiċi u mhux biss fiżiċi. | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-robert-cutajar-jistieden-lil-aaron-farrugia-fgheluq-sninu/ | newsbook.com.mt | Grazzi li dawk kollha li b'xi mod jew ieħor kienu parteċipi fl-attivita ta' dalgħodu fl-għoti tad-demm.#giveblood #savealife #prolife Posted by Robert Cutajar on Friday, February 26, 2021 Il-Membru Parlamentari Robert Cutajar illum għalaq 49 sena. Twieled bħal-lum is-26 ta' Frar tal-1972. F'okkażjoni ta' għeluq sninu, Robert Cutajar iddeċieda li jmur fil-park naturali tas-Salina u għamel attività differenti. Huwa bbukkja blood mobile unit u stieden in-nies biex jingħaqdu miegħu u jagħtu d-demm. Aktar minn 30 persuna wieġbu għas-sejħa ta' Cutajar. Huwa stieden ukoll lill-Ministru Aaron Farrugia, li aċċetta u mar biex huwa wkoll jagħti s-sehem tiegħu għall-inizjattiva ta' Robert Cutajar. Ritratt: Robert Cutajar Ritratt: Robert Cutajar Robert Cutajar u Aaron Farrugia. Ritratt: Robert Cutajar Aqra: Min jieħu t-tilqima tal-COVID-19 jista' jagħti demm | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-kollaborazzjoni-muzikali-bejn-red-elecktrick-u-destiny/ | newsbook.com.mt | Red Electrick u l-kantanta Destiny, li f'Mejju se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest, għadhom kif nedew il-vidjow mużikali tal-kollaborazzjoni mużikali tagħhom Mistake. Il-kanzunetta diġà hija magħrufa mis-segwaċi tal-grupp peress li din il-kanzunetta tinsab fuq l-album tagħhom Tragic Optimistic, bid-differenza li issa ngħaqdet magħhom il-kantanta Destiny Chukunyere. Fil-vidjow mużikali jispikkaw ukoll iż-żeffiena ta' Concept of Movement li rajna fl-ewwel edizzjoni tal-kometizzjoni televiżiva Malta's Got Talent Id-direzzjoni artistika ta' dan il-vidjow hija ta' Steven Levi Vella. Il-kanzunetta kienet miktuba minn Joe Roscoe, Peter Borg, Aleandro Spiteri Monsinjur u Ivan Borg. Il-produzzjoni tal-kanzunetta saret minn Peter Borg fl-istudjo tal-mużika lokali Railway Studios. Ritratt: mit-tim ta' Red Electrick | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-jien-se-niehu-l-vaccin/ | newsbook.com.mt | Jien. ser nieħu l-Vaċċin! Ilkoll qegħdin inħossu n-nuqqas tal-festi Maltin kif nafuhom is-soltu. Aħna determinati li nagħmlu l-parti tagħna f' din il-ġlieda kontra l-COVID-19; għalhekk, aħna, ser nieħdu l-vaċċin! 🟢Inħeġġukom sabiex intom ukoll tingħaqdu ma din-il-kampanja, u tagħmlu bħalna.saħħa Posted by Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin) on Wednesday, February 24, 2021 L- Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin) nediet filmat favur it-tilqima u l-ġlieda kontra l-COVID-19. L-iskop tal-filmat huwa biex tiġi mxerda aktar pożittività anki f' dawn iż-żminijiet koroh għad-dilettanti tal-festi u għal kulħadd. Fil-kumment tagħhom ma' newsbook.com.mt huma qalu li "Ilkoll qegħdin inħossu n-nuqqas tal-festi Maltin kif nafuhom is-soltu. Aħna determinati li nagħmlu l-parti tagħna f' din il-ġlieda kontra l-COVID-19; għalhekk, aħna, se nieħdu l-vaċċin!" Huma ħeġġew sabiex il-pubbliku jingħaqad magħhom f'din-il-kampanja, u jagħmlu bħalhom. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-jghajruh-ghax-jghid-ir-ruzarju-fuq-facebook/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - rużarju ma' Lior Schembri L-inizjattiva taċ-ċkejken Lior Schembri li ta' kuljum iwassal filmat tiegħu jgħid ir-rużarju ġabu l-ammirazzjoni ta' bosta iżda fl-istess waqt wasslu biex oħrajn jgħajruh u jitfħu messaġġi fuq il-midja soċjali biex jirredikolawh. Ritratt: Facebook – rużarju ma' Lior Schembri Madanakollu it-tgħajjir mhux jaqta qalb lil dan iċ-ċkejken milli jkompli jżomm l-impenn tiegħu biex ta kuljum iwassal ir-rużarju. Fejn bosta drabi ir-rużarju jkun dedikat xi persuna jew oħra, Lior iddedika saħansitra r-rużarju lil dawk li qed jgħajruh u jippruvaw jintimidawh milli jkompli jagħmel dan. 28/2/21 Posted by Ruzarju ma' Lior Schembri on Sunday, February 28, 2021 Jekk tixtieq tingħaqad ma' Lior għar-rużarju li jitwassal kuljum tista' tagħmel dan billi tagħfas fuq dan il- link . | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/is-sitwazzjoni-covid-19-fl-italja-tmur-ghall-aghar/ | newsbook.com.mt | Is-sitwazzjoni ta' Coronavirus marret għall-agħar fl-Italja għar-raba' ġimgħa konsekuttiva u hemm bżonn ta' miżuri ġodda biex tiġi miġġielda l-imxija tal-Covid-19. Abbozz tar-rapport ta' monitoraġġ ta' kull ġimgħa tal-koronavirus ippubblikat mill-ministeru tas-saħħa u l-Istitut tas-Saħħa Ogħla (ISS) Taljana indikaw n-natura tal-problema u s-serjeta tas-sitwazzjoni. Il-Ħadd l-Italja rrappurtat 192 imwiet relatati mal-coronavirus. B'kollox kien hemm 97,699 mewt marbuta ma' COVID-19 minn meta faqqgħet il-pandemija sena ilu, it-tieni l-ogħla rata ta' każi fl-Ewropa wara r-Renju Unit u s-seba' l-ogħla fid-dinja. Sa issa fl-Italja kien hemm 2.92 miljun każ. Ir-rapport qal li n-numru ta' reġjuni fejn il-proporzjon ta' pazjenti COVID fil-kura intensiva kien ogħla mil-limitu kritiku żdied minn ħamsa għal tmienja. Sadanittant dan ir-rapport jindika li l-età medja ta' nies li huma pożittivi għal COVID-19 naqset għal 44. | [
1,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/ir-renju-unit-ser-jibda-jivvaccina-lil-dawk-l-fuq-minn-40-sena/ | newsbook.com.mt | Ir-Renju Unit mistenni jibda jagħti l-vaċċin lill-persuni 'l fuq minn 40 sena hekk kif ilbieraħ tħabbar li iktar minn 20 miljun adult ingħata l-vaċċin. Il-pajjiż ser ikollu bżonn 1.65 biljun lira Sterlina addizzjoniali biex jiffinanzja t-tilqim mgħaġġel. L-aħbar tal-20 miljun tilqima kienet deskritta mill-Prim Ministru Boris Johnson bħala pass importanti u jirrappreżenta kisba nazzjonali enormi u ta xhieda tal-importanza tas-saħħa tal-pajjiż, il-ħaddiema, il-voluntiera u l-forzi armati. Huwa ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu l-vaċċin meta jissejjaħ għax kull tilqima tagħmel differenza fil-battalja tal-pajjiż kontra l-COVID-19. L-Ingilterra sofriet l-ogħla numru ta' mwiet COVID-19 fl-Ewropa u l-ikbar xokk ekonomiku fost il-pajjiżi sinjuri l-kbar. | [
1,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-bsistema-tedukazzjoni-fqira-il-poplu-jivvota-lill-korrott-kevin-cassar/ | newsbook.com.mt | Sistema t'edukazzjoni li għandha riżultati skarsi hi l-problema fundamentali tad-demokrazija Maltija, skont il-kirurgu Kevin Cassar. F'intervista ma' Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart, Cassar, eks-kandidat tal-Partit Nazzjonalista li spiss jikteb artikli fuq kwistjonijiet politiċi, ġie mistoqsi jekk jemminx li s-soluzzjoni għall-problemi preżenti li taffaċċja Malta kienet li jispiċċa l-gvern preżenti Laburista u jitla' gvern Nazzjonalista floku. Iżda għalih, il-problema fundamentali hi aktar fonda minn hekk, u tmur lura għal sistema edukattiva li – kif juru statistiċi Ewropej – twassal biex ħafna nies jibqgħu b'livell baxx ta' edukazzjoni. "U sakemm għandna maġġoranza kbira ta' nies b'livell ta' edukazzjoni fqira il-poplu se jkompli jivvota għall-korrotti," żied jgħid Cassar. Bħala eżempju, Cassar semma kif fl-aħħar elezzjoni ġenerali, il-partitarji Laburisti fir-4 distrett setgħu jagħżlu li jivvutaw kemm lil Konrad Mizzi kif ukoll lil Chris Fearne. Minkejja din l-għażla, però, eluf minnhom xorta għażlu li jagħtu l-ewwel preferenza tagħhom lil Mizzi, minkejja l-kontroversji kollha li kien imdaħħal fihom. F'sitwazzjoni bħal din, skont Cassar, il-PL għandu bżonn jagħmel evalwazzjoni serja ta' kif numru kbir ta' nies imdaħħla f'affarijiet korrotti spiċċaw fiċ-ċentru tiegħu. Min-naħa l-oħra, il-PN, "għal grazzja t'Alla," neħħa lil Adrian Delia minn kap, u b'hekk kellu opportunità biex jerġa' jifforma ruħu u jindirizza problemi ta' integrità li kienu tfaċċaw. Però fl-aħħar mill-aħħar, Malta xorta għad trid tilħaq sitwazzjoni fejn il-partiti ewlenin ikunu effettivament kostretti li jressqu biss nies integri, serji, professjonali u kompetenti. Malta sejra lura? Azzopardi beda l-intervista billi jistaqsi għala Cassar iħoss il-bżonn li jikkumenta fuq kwistjonijiet politiċi, meta ċertament il-karriera tiegħu – bħala kirurgu konsulent u lettur fl-Università ta' Malta – kienet waħda impenjattiva. Cassar irrisponda li jagħmel dan għax jixtieq li jgħix f'pajjiż diċenti, u li aktar minn hekk, jixtieq li uliedu jkollhom din l-opportunità mingħajr ma jkollhom bżonn jemigraw. Apparti minn hekk, żied jgħid, "l-inġustizzja tweġġani mmensament, il-gideb jirrabbjani, il-qerq u l-ħażen jinfurjani." Spjega li għad għandu biża li l-arloġġ jerġa jdur lura għal żmien fejn wara l-qtil ta' persuna innoċenti, minflok l-istat jipprova jaqbad il-qattiel, ifittex li jwaħħal f'persuna oħra – riferenza ghall-qtil ta' Raymond Caruana fl-1986 u għal kif l-arma li ntużat instabet fir-razzett ta' Pietru Pawl Busuttil. Malta għamlet progress minn dak iż-żmien, partikolarment meta ssieħbet mal-Unjoni Ewropea, iżda l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-iżviluppi li ġraw wara m'humiex inkoraġġanti, skont Cassar. Il-kirurgu fakkar kif il-gvern ipprova jmexxi l-istorja li min qatilha kien imdaħħal fil-bejgħ illeċitu taż-żejt, u kif Melvin Theuma kien ingħata xogħol fittizju fis-servizz pubbliku. F'din is-sitwazzjoni, Cassar jinsisti li m'għandux fiduċja sħiħa fl-istituzzjonijiet, għax dawn jagħmluhom in-nies li hemm ġo fihom. Il-gvern ta' Robert Abela, żied jgħid, kompla fuq il-passi tal-gvern ta' Joseph Muscat billi jagħti ħafna ħatriet lin-nies tal-qalba. | [
14
] |
|
https://newsbook.com.mt/laura-pausini-fost-il-mistiedna-llejla-fsanremo/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Laura Pausini Laura Pausini, Il Volo, Gigliola Cinquetti, Marcella Bella, Fausto Leali u l-isportiv Alex Schwazer huma mistennija li jkunu l-mistiedna fit-tieni serata tal-71 edizzjoni tal-Festival ta' Sanremo li se jkun qed jitwassal mit-Teatru Ariston f'xandira diretta fuq l-istazzjon Rai Uno mid-8.40pm 'il quddiem. Il-preżentaturi għat-tieni serata huma Amadeus, Fiorello, Elodie flimkien ma' Achille Lauro u l-plejer tat-tim tal-Milan Zlatan Ibrahimović. Fis-serata tal-lejla se naraw it-13-il wirja oħra mill-artisti fil-kategorija tal-kantanti l-kbar. | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-the-new-victorians-bl-ewwel-kanzunetta-bil-malti/ | newsbook.com.mt | Min Jaf huwa l-isem tal-kanzunetta ġdida tad-duo The New Victorians li apparti li hija l-ewwel kanzunetta tagħhom bil-Malti, hija wkoll kollaborazzjoni ma' Lapes, li kiseb success kbir waqt l-ewwel staġun tal-kompetizzjoni televiżiva ta' Malta's Got Talent. Din il-kollaborazzjoni kienet possibbli grazzi għal fond tal-Kunsill tal-Arti biex jinkoraġixxu xogħlijiet oriġinali ma' artisti lokali u anke dawk barrannin. Min Jaf se tkun parti mill-EP li huma se jkunu qed joħorġu u li se jkun fiha ħames kanzunetti oriġinali kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, li ġew maħluqa b'kollaborazzjoni ma' artisti differenti. Min Jaf ġie għandu produzzjoni ta' The New Victorians bi produzzjoni addizzjonali, mixing u mastering minn Howard Keith ta' Jagged House Studios. Il-filmat mużikali uffiċjali għandu produzzjoni u direzzjoni minn V Squared Media, b'kollaborazzjoni mad-disinjatriċi tal-moda Carla Grima. Ritratt: mill-filmat | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/titnieda-l-istrina-bov-piggy-bank-campaign-2021/ | newsbook.com.mt | Ritratt: DOI It-tħejjijiet għall-edizzjoni tal-kampanja 'L-Istrina BOV Piggy Bank' ta' din is-sena diġà bdew. L-Uffiċċju tal-President qed jistieden lill-istudenti kollha f'Malta u f'Għawdex sabiex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni tat-tpinġija li qed titnieda bil-għan li jintgħażlu d-disinni għall-karusijiet li din is-sena se jerġgħu jkunu magħmulin minn kartun riċiklat. It-tema tal-kompetizzjoni, li se tiftaħ it-triq għal L-Istrina 2021, hija 'Infittxu dak li jgħaqqadna'. It-tfal jistgħu jieħdu sehem, individwalment jew anke fi gruppi, billi jibagħtu t-tpinġijiet oriġinali tagħhom fuq karta bajda A4 sat-30 ta' April 2021 f'dan l-indirizz: Kompetizzjoni L-Istrina BOV Piggy Bank, The Malta Community Chest Fund Foundation, Il-Palazz tal-President, il-Belt Valletta VLT 1115. F'ittra li bagħtet lill-kapijiet tal-iskejjel kollha biex tgħarrafhom dwar il-kompetizzjoni, mart il-President, Miriam Vella, esprimiet ix-xewqa tagħha li ċ-ċirkustanzi ma jdumux ma jinbidlu għall-aħjar sabiex ikollha l-opportunità li terġa' tiltaqa' mal-istudenti u mal-għalliema wiċċ imb'wiċċ. Kull min jixtieq iktar tagħrif jew għandu xi mistoqsijiet jista' wkoll jibgħat email fuq mccf@gov.mt jew inkella jċempel fuq in-numru 22053317. Din se tkun it-18-il edizzjoni ta' 'L-Istrina BOV Piggy Bank Campaign' b'risq The Malta Community Chest Fund Foundation. Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-vaccin-taht-il-lenti-tal-parlament-ewropew/ | newsbook.com.mt | Il-produzzjoni tal-vaċċin, it-tqassim tiegħu u l-mod kif qed jimxu l-kumpaniji farmaċewtiċi kienu taħt il-lenti, hekk kif il-pandemija qed tkompli tgħolli rasha u l-pajjiżi qed jaraw kif se jżidu r-rata tat-tilqim. Il-Parlamentari Ewropej staqsew u indagaw. What's on Newsbook: Dinja Ewropa jitratta fid-dettall is-sessjoni plenarja li saret dwar dan u r-reazzjoni tal-MEP Malti fuq il-kumitat relevanti Cyrus Engerer. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta | [
3
] |
|
https://newsbook.com.mt/sarkozy-ser-jappella-mis-sentenza-tal-qorti-franciza/ | newsbook.com.mt | Jacques Paquier via Flickr L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy ħabbar li qed jikkonsidra li jappella s-sentenza li sabitu ħati ta'korruzzjoni quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Sarkozy qal lill-ġurnal Franċiż Le Figaro, "Ma nistax naċċetta li ninstab ħati għal xi ħaġa li ma għamiltx." Sarkozy instab ħati ta' korruzzjoni u ingħata sentenza ta' tliet snin ħabs. Sarkozy jeħel 3 snin ħabs L-eks President Franċiż jeħel 3 snin ħabs fuq korruzzjoni Is-sentenza, prattikament temmet kull tip t'ambizzjoni politika li seta kellu Sarkozy. Is-sentenza kienet mimlija b'għadd ta inkonsistenzi skond Sarkozy. Hija sentenza li "ma tipprovdi l-ebda prova, iżda biss evidenza ċirkostanzjali. Sarkozy, li serva ta' president bejn l-2007 u l-2012, wara s-sentenza mill-ewwel qal li s-sentenza kienet totalment infondata u mhux ġustifikata u li kien se jappella. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/serata-ta-dwetti-fsanremo-tal-lejla/ | newsbook.com.mt | Ritratt: mill-filmat ta' Rai Uno It-tielet serata tal-71 edizzjoni ta' Sanremo tixxandar illejla fuq Rai Uno fid-8.40pm. Se tkun serata speċjali fejn se naraw il-kantanti l-kbar fi dwetti. Il-kanzunetti kollha huma kollha magħrufa. Din hija l-lista tal-kanzunetti li se jiġu interpretati llejla mis-26 parteċipanti fil-kategorija "Big". Il-mistiedna tal-lejla mistennija jkunu Lewis Capaldi, Mika, Roberto Benigni u l-protagonisti tas-sensiela L'amica geniale, kif ukoll il-kantant veteran Bobby Solo. L-aħħar żewġ serati ta' Sanremo jixxandru għada l-Ġimgħa u s-Sibt. | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/ahfirli-pa-ma-nistax-nig%CC%87i-l-funeral-tieghek/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Sandra Mallia Il-Covid-19 tkompli tħalli l-marka tagħha fuq bosta familji u issa anke fuq dik ta' Sandra Mallia li mhux se tkun tista' tattendi l-funeral ta' missierha Charles Pace is-Sibt 6 ta' Marzu ġewwa l-Knisja tat-Trinità fil-Marsa fit-830am. Minn fuq il-midja soċjali spikkat il-karba ta' din il-bint li mhux se jkun possibbli għaliha li tmur tagħti l-aħħar tislima lil missierha minħabba li hija għandha l-Covid. "Naf li taħfirli għax m'għandix tort," kitbet il-mara li saħqet li b'qalbha maqsuma se jkollha tinfired minn miegħu. Ghaziz papa illejla tlaqtni.Mort hdejn ohti Rita,bintek li tant kont thobb.Hdejn hutek u l genituri tieghek.Ghidtlek… Posted by Sandra Mallia on Tuesday, March 2, 2021 F'messaġġ ieħor Sandra appellat lin-nies biex joqgħodu attenti minħabba l-Covid. "Nitlobkom oqogħdu attenti u tkunux egoisti. Aħsbu f'nies vulnerabbli għax aħna tlifna ġojjell prezzjuż u ħadd ma jista' jsabbarni." Il funeral tal papa ser isir is sibt 6 ta' Marzu gewwa l knisja tat Trinita Marsa 8.30am.Ghall gurnata papa ma nistax… Posted by Sandra Mallia on Wednesday, March 3, 2021 Charles Pace ħalliena jumejn ilu fl-età ta' 80 sena u kienu bosta li sellmulu fosthom il-preżentatur Alfred Zammit, Sindku tal-Belt Valletta. Thabret il-mewt tal-habib antik tieghi u ta hafna Charles Pace mill-Marsa. Ggant b'qalb tad-deheb u persuna dejjem lest biex jghin.Ma ninsewk qatt u geazzi ta'kollox Charles.kondoljanzi lill-familja.🙏❤️☺️😢 Posted by Alfred Zammit on Wednesday, March 3, 2021 Strieħ fis-sliem Charles. Kondoljanzi lill-familja kollha. | [
2
] |
|
https://www.illum.com.mt/kultura/arti/62638/letteratura__poplu_talabba_gozz_joe_pace_dwarna_lmaltin | null | www.illum.com.mt | KS: Qabelxejn nifraħlek talli ir-rumanz tiegħek Papa Aħmed wasal sal-lista l-qasira mħejjija għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura (EUPL). Kif taf din l-edizzjoni għamlet ferm iżjed ħoss minn dawk preċedenti, l-iżjed kaġun tal-kontroversji li nqalgħu rigward ir-rumanzi li tqiesu ineleġibbli għal dan il-konkors. Minn banda episodju bħal dan żgur kapaċi jiġġenera l-pubbliċità għall-kittieba inkwistjoni u għaldaqstant minkejja kollox jista' wkoll, almenu sa ċertu punt, jingħadd b'sitwazzjoni pożittiva. Mill-banda l-oħra nifhem ukoll illi kontroversja bħal din tista' tikkawża ċertu fastidju u ttellef mis-sodisfazzjon tal-finalisti u tar-rebbieħa. Biss, jidher illi l-biċċa l-kbira ta' dawk illi kkummentaw kwantu l-esklużjoni ta' ċerti rumanzi m'għamlux dan b'malafidi. Barra dan, nemmen illi bosta mir-riżervi mistqarra minn Alfred Sant u minn oħrajn dwar dan il-każ – kemm-il darba issa jingħataw widen – jistgħu jtejbu qatigħ l-livell tal-PUEL u saħansitra jżidulu l-prestiġju. Ġimgħa ilu staqsejt dan lir-rebbieħa Lara Calleja: x'inhuma l-veduti tiegħek dwar din il-kwistjoni? Taħseb li ċerti ilmenti li tqajmu kienu ġġustifikati? JP: Nemmen li kull diskussjoni li ssir b'mod kostruttiv twassal għal titjib. Sa ċertu punt, ktieb miktub tajjeb ukoll jista' jitqies bħala diskussjoni. Kont ninkwieta biss kieku wara dik id-diskussjoni kien hemm xi skop moħbi. Nemmen li f'din il-kontroversja ma kienx il-każ. Jekk niġu f'dan, jista' jkun hemm ukoll skop moħbi wara ktieb. Għalhekk trid toqgħod attent: trid tifhem, tixtarr, tirriċerka u tistaqsi. Riċerka ma tfissirx ġirja ta' malajr fuq Google u Facebook. Fil-każ speċifiku tal-PUEL ta' din is-sena, naħseb li kien hemm xi ftit miżinformazzjoni u xi gazzetti saħansitra xerrdu ideat ħżiena. Kont nistenna li l-organizzaturi jiċċaraw mill-ewwel ir-regoli ta' din l-edizzjoni kif ukoll l-istadju li kienet waslet fih. Xi ħadd anke ħareġ jgħid li l-premju kien diġà ngħata lil xi awtur u mbagħad itteħidlu, tant li mbagħad jien u Lara Calleja ġejna nidhru koroh jew tat-tieni klassi. Dwar jekk kotba ta' pubblikaturi assoċjati ma' partiti politiċi għandhomx jiġu esklużi mill-premju, ngħid għalija nippreferi li jkunu inklużi wkoll u mbagħad l-udjenza titħalla tasal għall-konklużjonijiet tagħha dwar xi jgħidu dawk il-kotba. Ovvjament, dan kollu irridu narawh mil-lenti wiesgħa tal-Unjoni Ewropea (bil-partikularijiet ta' kull pajjiż) u mhux biss mil-lenti tagħna l-Maltin. Hu x'inhu din hija biċċa xogħol kumplessa. KS: F'kumment li tajt lill-gazzetta The Times of Malta s-sajf li għadda stqarrejt bla kantunieri li wieħed mill-mottivi ewlenin illi nebbħuk tikteb dan ir-rumanz kien l-osservazzjoni tiegħek li aħna l-Maltin donnu naħsbu li aħna l-akbar nazzjon illi qatt inħoloq. Tant hu hekk li anke bħala Kattoliċi – dejjem jekk filfatt għadna nistgħu nissejħu hekk – spiss saħansitra rriduha wkoll ta' "Kattoliċi iżjed mill-Papa" nnifsu. Din il-perċezzjoni mhux biss imbagħad welldet fl-immaġinarju tiegħek il-karattru ta' Papa Aħmed iżda wkoll – biex nerġa' lura għat-tendenzi tagħna l-Maltin – narrattiva li tikkummenta rigward l-insularità tipika tagħna. Kemm taħseb illi din l-idea minfuħa tagħna bħala nies hija filfatt il-frott tal-insularità tagħna? Jista' jagħti l-każ illi – bil-maqlub – hija pjuttost l-insularità tagħna li taħti l-iżjed għal din il-grandjożità xejn f'lokha tagħna? Jew forsi dat-tnejn ormaj issa saru jirrinforzaw lil xulxin? JP: Jekk aħna nafu biss dal-erba' mili li ngħixu fuqhom ser naħsbu li kollox huwa rappreżentat fihom. Moħħna, li hu mdorri jkejjel minn Marsaxlokk sal-Mellieħa, lanqas jibda jifhem x'inhu l-veru kobor u bogħod; xi tfisser li ssuq tul tlett sigħat u tibqa' fl-istess pajjiż; li taqsam pont bejn żewġ pajjiżi u f'nofsu jkollok taqleb is-siegħa. Fil-passat konna neqsin mis-safar u allura ma kellniex idea tajba ta' x'hemm fid-dinja. Is-sugu kien biss f'dak il-ftit li għandna f'pajjiżna u għalhekk konna niġġieldu għalih kull żewġ sekondi, għax dak biss kien hemm u kien u għadu ftit wisq biex jitma' lil kulħadd. Mela aħtaf Ġuż! Żid ma' dan kollu in-nuqqas ta' edukazzjoni (għax is-sistema ma tedukax iżda tgħaddi l-informazzjoni biss u għax kulħadd jaf kollox u m'għandux għalfejn jitgħallem) u tispiċċa b'poplu li mingħalih li hu l-pern tad-dinja – dinja li 'qas biss taf fejn hi Malta! U l-ftit li għallmuna dwar id-dinja kien jinkludi biss Buckingham Palace, Trafalgar Square u l-Eiffel Tower. Papa Aħmed (Merlin Publishers) KS: Fost is-siltiet saljenti tar-rumanz tiegħek Papa Aħmed laqatni ferm il-ftuħ. In-narratur jinsab Ruma fi Pjazza San Pietru josserva l-eżitu finali tal-konklavi. F'ħin minnhom jistaqsi, bħal bejnu u bejn ruħu, jekk kienx possibbli li daqstant nies baqgħu jemmnu fil-Knisja Kattolika. Fil-kapitlu ta' wara jgħidilna li mhux soltu jidħol ġo knisja. Għaldaqstant nifhmu li b'xi mod jew ieħor in-narratur tiegħek huwa apostata li ftit li xejn għandu kont tar-reliġjon. Sintendi mhix ħaġa li nassumu li l-leħen tal-karattri fittizji bilfors jirrappreżentaw bis-sħiħ il-fehmiet ta' min joħloqhom. Iżjed u iżjed fil-każ tiegħek ġaladarba hemm xi jgħid illi b'xi mod jew ieħor għadek interessat qatigħ fi ħwejjeġ ekkleżjastiċi. Ibda biex f'intervista radjufonika ma' Rachel Deguara għas-sensiela Taħt il-Qoxra rrimarkajt illi żort diversi lwiek marbuta mar-reliġjon Kattolika u li tul dawn l-aħħar snin segwejt mill-qrib ukoll il-ħidma pastorali ta' diversi papiet, fosthom Ġwanni Pawlu II u l-Papa Franġisku. Niġu f'dan in-narrattiva tar-rumanz Papa Aħmed tittratta wkoll ir-rapport spiss xejn feliċi bejn it-tliet reliġjonijiet Abramiċi. Kif tiddeskrivi l-interess illi għandek fil-Knisja llum? Kif inbidlu tul is-snin ir-relazzjoni tiegħek mal-Knisja u mal-modi kif din tinterpreta l-Vanġeli u kif imbagħad tislet minnhom il-Katekiżmu tagħha? JP: Semmejt kemm-il darba li jien kont midħla sewwa tal-Knisja. Bqajt abbati sakemm kelli madwar ħmistax-il sena u għal xi żmien kelli wkoll kariga żgħira fil-Kurja. Inħoss ukoll li dawk li jmaqdru lill-Knisja jinsew li sa ftit għexieren ta' snin ilu ħadd ħliefha ma kien jaqbeż għall-batut. Mhux kollox kien jimxi sew u kien hemm abbużi. Imma kien isir xogħol ta' fejda kbira minn nies li tista' ssejħilhom qaddisin. Fl-esperjenza tiegħi ltqajt ma' min kien jabbuża u ltqajt ukoll ma' ħafna li kienu qaddisin. Iċ-ċirkustanzi ta' ħajti mbagħad mexxewni fi triqat fejn ma stajtx nibqa' daqshekk midħla tal-Knisja. Ħassejtni ġġudikat minn min forsi jaħseb li l-bieb tal-Ġenna kien magħmul għalih biss. Ħasra, għax bħali hemm ħafna oħrajn li setgħu jkomplu dak ix-xogħol mibdi min-nies qaddisa li semmejt qabel. Kultant ikun hemm xi forma ta' sinjal ta' bidla imma nħoss li spiss ikun ftit wisq u tard wisq. Għalhekk imbagħad ma nibqax interessat. Ma nistax nifhem lanqas kif f'isem l-istess Alla ta' Abraham, Ġesù u Mawmettu għadna niżbranaw lil xulxin bi ħruxija annimaleska. KS: Fl-istess intervista ma' Deguara sħaqt illi bħal kull poplu ieħor aħna l-Maltin għandna dika x-xorta ta' mexxejja politiċi li jixirqilna. Rimarka bħal din terġa' teħodna lura għall-kummenti preċedenti kwantu ċerti mentalitajiet dominanti tagħna bħala poplu. Fl-istess nifs iddeskrivejt lill-Maltin bħala "poplu tal-ħabba gozz" u osservajt illi għaldaqstant m'għandniex għalfejn niskantaw wisq bin-nuqqasijiet gravi tal-mexxejja li naħtru. Għax tgħid ftit tas-snin ilu kien hemm bosta ċittadini li ħasbu li bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-influwenza tal-politiċi fuq il-poplu tagħna kien ser tbatti. Oħrajn bassru li għaldaqshekk kellhom jiżvolġu wkoll progressi liema bħalhom fil-kuxjenza kollettiva tagħna. Hekk kont taħseb int? Għandi nifhem illi bħali llum jidhirlek illi għall-inqas s'issa dan kollu fil-biċċa l-kbira għadu ma ġarax. Hu x'inhu, temmen illi għada pitgħada għad iddur il-folja? Kemm-il darba avveniment storiku bħal dak xorta waħda donnu ma bbastax, x'taħseb li jista' jissuċċiedi biex forsi ma tafx kif ninfatmu minn dawk it-tendenzi xejn fejjieda li baqgħu magħna? Tgħid it-twettiq ta' xi revoluzzjoni nobis minn ġewwa bħal dik illi ttanta jniedi l-Papa Aħmed? JP: Inħobb ngħid li l-poplu mhux biss ikollu l-politiċi li jistħoqqlu imma anke t-tobba, l-għalliema, l-isportivi, l-atturi, il-ġenituri u l-awturi li jistħoqqlu. Jekk il-motto nazzjonali huwa "U iva mhux xorta!", ma nistenniex imbagħad li nara poplu jistinka biex jilħaq xi riżultat superjuri. Kollox jgħaddi u ħadd qatt ma jinżamm responsabbli għal dak li jipproduċi jew jagħmel. M'hemm konsegwenza ta' xejn għal ħadd. U jekk kollox jgħaddi, allura l-poplu huwa tal-ħabba gozz. Imbagħad nistennew dejjem il-mirakli: le, mhux nistinka jien imma noqgħod nistenna li jiġi xi salvatur (pirkażu l-Unjoni Ewropea) ħalli jirranġali kollox f'ħakka t'għajn. Basta nista' ngħawweġ u nirranġa kif irrid biex nibqa' nagħmel xogħol ta' kafkaf. Imma nistaqsi jien: jekk li tagħmel xi ħaġa sew u li tagħmel xi ħaġa ħażin huma t-tnejn "xorta", mela allura għaliex ma tagħmilhiex sew? Ngħid dan kolu filwaqt li niskuża ruħi ma' dawk il-ftit eċċezzjonijiet li jagħmlu xogħol tassew superlattiv. Ngħid għalija kont (u għadni) nemmen li l-Unjoni Ewropea kellha sservi biss ta' brejk biex il-karozza ma tibqax nieżla rrankata għan-niżla. Ma stennejtx mirakli imma għall-inqas bis-sħubija issa hemm xi ħaġa li sservi ta' kuxjenza għal min forsi jitħajjar ikompli jabbuża. Imma mbagħad biex titwettaq bidla, rivoluzzjoni, jekk trid, qabelxejn jenħtieġ ikollok preparazzjoni tajba. Trid tkun tgħallimt u qrajt u xtarrejt. Ma tridx toqgħod taħseb illi int iċ-ċentru tal-univers. UE u mhux, dan ftit għandna ħeġġa nagħmluh. Iżda f'dar-rigward nistaqsi żewġ mistoqsijiet: dawk li fl-2003 għamlu kampanja sħiħa biex ma nidħlux fl-UE, kif issa għandhom il-wiċċ jippuppaw sidirhom quddiem xi proġett li sar bi flus li ma riduniex nieħdu? U kif il-poplu jerħiehom jippuppaw sidirhom qisu xejn mhu xejn? | [
2
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/ewropej/62650/ilpremju_sakharov__ames_minnies_li_bidlu_pajjihom_u_liddinja_ | null | www.illum.com.mt | Qatt smajt bil-premju Sakharov? Jekk le, mela serraħ saqajk u prepara belgħa te għax l-istorja wara dan il-premju fiha naqra minn kollox. Rabja, dwejjaq, ferħ imma fuq kollox kuraġġ ta' iljun. Dan il-premju hu magħruf bħala l-Premju Sakharov iżda propjament jismu 'l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb.' Imsemmi għall-ixjentist, Andrei Sakharov, dan il-premju jonora individwi jew gruppi li ddedikaw ħajjithom għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-ħsieb. Il-premju Sakharov ġie stabbilit f'Diċembru tal-1988 mill-Parlament Ewropew. Vera li dan il-Premju se jagħlaq 33 sena f'Diċembru li ġej iżda l-persuna li dan il-premju ġie msemmi għalih, fil-21 ta' Mejju għalaq 100 sena. Fl-għeluq iċ-ċentinarju mit-twelid ta' Andrei Sakharov, il-Gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn uħud minn dawk li ġew mogħtija dan il-premju. Fil-fatt din il-gazzetta se tkun qed tħares lejn il-ħames eroj li f'ħajtek għandek tkun taf bihom żgur. Deskritt bħala l-ikona fil-ġlieda kontra r-razziżmu, Nelson Mandela mexxa t-transizzjoni storika tal-Afrika ta' Isfel li waslet għal demokrazija razzjali inklużiva filwaqt, li ppromwova opportunitajiet indaqs u paċi għal kulħadd. Flimkien mad-dissident Sovjetiku Anatoli Marchenko, huwa kien l-ewwel benefiċċjarju tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew fl-1988. Dak iż-żmien Mandela kien għadu miżmum taħt arrest mir-reġim tal-Apartheid fl-Afrika ta' Isfel. Ir-reġim kien ikkundanna lil Mandela għal 27 sena ħabs, għall-ġlieda tiegħu kontra r-razziżmu. Mandela kien membru attiv tal-Kungress Nazzjonali Afrikan u ko-fundatur tal-ewwel ditta legali b'avuakti ta' karnaġjon iswed fl-Afrika ta' Isfel. Fil-fatt hu ġie kkundannat għall-għomru l-ħabs fl-1964 u finalment meħlus fl-1990, hekk kif ir-reġim tal-apartheid beda jċedi taħt pressjoni internazzjonali u domestika. Ftit wara l-ħelsien tiegħu, Mandela tkellem mal-Parlament Ewropew dwar il-ħtieġa ta' soluzzjoni ġusta biex l-Afrika ta' Isfel tiġi trasformata f'pajjiż magħqud u demokratiku. Anzi l-attivist kien insista li "kwalunkwe soluzzjoni inqas tkun insult għall-memorja tal-għadd ta' patrijotti fl-Afrika ta' Isfel u l-bqija tar-reġjun tagħna, li ssagrifikaw ħajjithom". Fid-90ijiet, Mandela kompla jmexxi mhux biss bħala attivist iżda bħala President, mill-1994 sal-1999. Dejjem emmen li l-verità u r-rikonċiljazzjoni huma l-unika triq għall-paċi. Il-mewt ta' Nelson Mandela lura fl-2013 ġiet milqugħha b'niket kbir inkluż mill-Parlament Ewropew. L-ewwel mara Kurda li ġiet eletta fil-Parlament Tork, lura fl-1991. Leyla Zana dejjem kienet minn ta' quddiem fil-ġlieda għad-demokrazija kif ukoll għad-drittijiet u d-dinjità tal-bniedem. Imwielda fl-1961, missierha kien bniedem konservattiv u pjuttost tradizzjonali tant li ppermettilha tattendi l-iskola elementari għal sena u nofs biss. Fl-età ta' 14 -il sena, hi sabet ruħha fi żwieġ isfurzat ma' Mehdi Zana, li kien 20 sena ikbar minnha. Il-quddiem hu sar is-sindku ta' Diyarbakir u aktar tard sar wieħed mill-priġunieri politiċi, konsegwenza tal-ħakma militari fit-Turkija, fit-tmeninijiet. L-ewwel darba li Leyla Zana intbagħtet il-ħabs, kien propju wara l-arrest tar-raġel tagħha. Leyla Zana kienet il-ħabs għal xahrejn wara li mexxiet protesta minn familji li kienu projbiti milli jżuru lil qrabathom fil-ħabs. Hija tgħallmet it-Tork bħala riżultat taż-żjarat tagħha lil żewġha fil-ħabs, iżda malajr tgħallmet li l-forzi tas-sigurtà kienu vjolenti aktar lejn kull min jitkellem bil-Kurd. Zana tgħallmet iktar minn sempliċi lingwa. Fl-età ta' 23 sena, hi kisbet iċ-ċertifikati tal-iskola kemm primarja u sekondarja. Dan kollu wassalha biex fl-1991 hi tiġi eletta bil-kbir għall-assemblea Torka, iżda damet biss saċ-ċerimonja tal-ġurament. Hija ħadet il-ġurament bil-Kurd waqt iċ-ċerimonja tal-ġurament tagħha, fi żmien meta li titkellem il-lingwa tal-Kurdi fil-pubblika kien għadu reat kriminali. Minħabba dan ġiet ikkundannata għal 15-il sena priġunerija għal tradiment u sħubija fil-Partit tal-Ħaddiema Kurdi (PKK). Fl-1995, il-Parlament Ewropew taha l-Premju Sakharov bħala simbolu tal-ġlieda tagħha għad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità tal-poplu Kurd, imma ma setgħatx tiġbru għax kienet taħt arrest. Inħelset fl-2004 u kienet dik is-sena stess meta kkomunikat għall-ewwel darba mal-Parlament Ewropew. Leyla Zana tibqa' mfakkra għas-sehem tagħha fin-negozjati ta' paċi bejn il-mexxej tal-PKK Abdullah Öcalan u l-Gvern Tork, fl-2013 wara tliet deċennji ta' ġlied u kunflitti. Kofi Annan - 2003, Stati Uniti tal-Amerika Kofi Annan kien is-Segretarju Ġenerali tan-Ġnus Maqgħuda (UN). Waqt it-tmexxija tiegħu hu ħadem biex isaħħaħ rabtiet aktar b'saħħithom mas-soċjetà ċivili fit-tfittxija għall-għanijiet tagħha ta' paċi, ġustizzja u drittijiet tal-bniedem. Il-Premju Sakharov li ingħata lil Annan, onora b'mod partikolari l-istaff tal-UN, li jaħdmu bla heda għall-paċi fid-dinja, ħafna drabi taħt kundizzjonijiet diffiċli. Il-premju ngħata wkoll b'tifkira speċjali ta' Sergio Vieira de Mello. Dan kien il-Kummissarju tal-UN għad-Drittijiet tal-Bniedem li, waqt li kien qed iservi bħala r-rappreżentant speċjali ta' Kofi Annan fl-Iraq, kien fost dawk li nqatlu f'attakk fuq il-kwartieri ġenerali tal-UN f'Bagdad fl-2003. Fl-2005 Kofi Annan ippreżenta lill-Assemblea Ġenerali tal-UN rapport, li fih iddeskriva l-viżjoni tiegħu għal riforma komprensiva u estensiva tal-UN. Fost miżuri oħra dan irriżulta fil-ħolqien ta' Kunsill ġdid tad-Drittijiet tal-Bniedem biex jieħu post il-Kummissjoni l-antika dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. L-għan kien li jissaħħaħ il-makkinarju tal-UN għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u għat-trattament ta' delinkwenti ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem. Fl-2007, wara li temm żewġ termini bħala Segretarju Ġenerali tal-UN, Annan sar involut f'diversi organizzazzjonijiet li jiffokaw fuq kwistjonijiet globali u Afrikani. Mill-2013 sal-2018 huwa kien il-President ta' 'The Elders', grupp ta' mexxejja tad-dinja indipendenti mlaqqa' propju minn Nelson Mandela. L-għan kien wieħed, li jaħdmu flimkien għall-paċi u d-drittijiet tal-bniedem. Kofi Annan miet f'Awwissu tal-2018, fl-età ta' 80 sena. Fi stqarrija wara mewtu, António Guterres, is-Segretarju Ġenerali attwali tal-UN, iddeskrivih bħala "forza ta' gwida għat-tajjeb." Ali Ferzat - 2011, 'Rebbiegħa Għarbija', Sirja Ali Ferzat hu satirista politiku li dejjem imbutta l-konfini tal-libertà tal-espressjoni fis-Sirja. Ħafna minn xogħlu jikkritika r-reġim u l-forzi tas-sigurtà li minn dejjem waħxu lil poplu Sirjan. Imwieled f'Hama, Sirja fl-1941, Ferzat ippubblika aktar minn 15,000 karikatura f'gazzetti Sirjani u internazzjonali. Rebaħ numru ta' premijiet fosthom għall-karikaturi ta' dittaturi bħal Saddam Hussein u Muammar Gaddafi waqt li ħakmu l-Iraq u l-Libja rispettivament. Hekk kif ir-Rebbiegħa Għarbija laħqet is-Sirja fl-2011, Ferzat sar aktar dirett fl-attakki tiegħu fuq figuri tal-gvern, partikolarment il-President Bashar al-Assad. Il-poplu Sirjan saħansitra xejru l-karikaturi tiegħu fit-toroq fil-protesti tagħhom kontra r-reġim. Wara l-publikazzjoni tal-karikatura ta' Assad jitla' fil-karozza mad-dittatur Libjan Muammar Gaddafi, waqt li qed jaħrab b'veloċità kbira, Ferzat ġie attakkat fil-Pjazza Umayyad ta' Damasku. Huwa ġie msawwat minn irġiel b'wiċċhom mgħotti, li deliberatament kissrulu jdejh waqt li għajtu miegħu biex jirrispetta lill-President Assad. Ftit mumenti wara hu tilef sensih bis-swat. Ferzat ġie marbut u mkaxkar fit-triq u wara tħalla fit-triq għall-mejjet. Eventwalment Ferzat salva. Mhux biss irkupra l-użu ta' jdejh, iżda kisser il-barriera tal-biża' biex sar wieħed mill-aktar kritiċi ħorox tar-reġim, kemm permezz ta' kliemu kif ukoll bl-arti. Hu rebaħ l-premju Sakharov fl-2011. Fl-istess sena Ali Ferzat żar Malta fejn ta bosta lezzjonijiet liż-żgħażagħ fl-MCAST, Istitut tal-Arti u l-Kreattività u anke fl-Universita ta' Malta. Dawn kienu organizzati mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta, b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tar-Relazzjoni Internazzjonali u l-Istitut tal-Istudji Ewropej. Fl-età ta' 11 –il sena hi bdiet il-ġlieda tagħha għad-drittijiet tal-bniet għall-edukazzjoni u kontra l-estremiżmu Taliban fil-Pakistan. Il-ġlieda ta' Malala għall-edukazzjoni bdiet meta kitbet djarju anonimu dwar il-ħajja ta' tifla tal-iskola taħt it-Taliban fil-Pakistan. Fl-2009 it-Taliban iddeċidew li l-iskejjel kollha tal-bniet fil-Pakistan għandhom jagħlqu waqt li l-armata Pakistana ġġieldet magħhom għall-kontroll. Malala u l-familja tagħha ġew sfurzati jaħarbu minn pajjiżhom. Meta rritornaw lura s-sitwazzjoni tas-sigurtà kienet ħafna aħjar. Fil-fatt Malala u missierha Ziauddin, li hu stess kien imexxi skola tal-bniet, komplew jippromwovu l-edukazzjoni tal-bniet minkejja t-theddid. Malala u missierha xtraw vann li fih kienu jieħdu l-bniet l-iskola. Kien propju f'dan il-vann fejn Malala flimkien ma' żewġ studenti oħra ġew attakkati u midruba fl-2012. Sena wara, Malala ingħatat il-Premju Sakharov. Fl-2014 Malala ingħatat ukoll l-Premju Nobel għall-Paċi, "għall-ġlieda tagħha kontra t-trażżin tat-tfal u ż-żgħażagħ u għad-dritt tat-tfal għall-edukazzjoni." Dan għamilha l-iżgħar rebbieħa tal-Premju Sakharov kif ukoll tal-Premju Nobel. Fl-2017, Malala rreġistrat bħala studenta fl-Università ta' Oxford, ir-Renju Unit. Hija użat il-flus mill-Premju Nobel biex fetħet skola għall-bniet f'belt twelidha fid-distrett Shangla fil-Pakistan. Fetħet ukoll il-Fond Malala. Il-Fond Malala jappoġġja edukaturi lokali f'reġjuni fejn ħafna bniet qed jitilfu l-iskola. Dmitrievich Sakharov twieled Moska fil-21 ta' Mejju tal-1921. Missieru kien għalliem magħruf tal-fiżika u l-awtur ta' kotba u xogħlijiet xjentifiċi. Hu xtaq jimxi wara l-passi ta' missieru u fl-1938, daħal fl-Università tal-Istat ta' Moska, jistudja fil-Fakultà tal-Fiżika. Wara li ġie evakwat fl-1941 matul il- "Gwerra Patrijottika l-Kbira", huwa ggradwa f'Ashkhabad fl-1942. Huwa rritorna Moska fl-1945 biex jistudja fid-Dipartiment Teoretiku u rċieva d-dottorat fl-1947. Sena wara, Sakharov mexxa riċerka, flimkien ma' sieħbu l-fiżiku Sovjetiku Igor Tamm, dwar fużjoni nukleari. Dan ix-xogħol eventwalment wassal għall-ħolqien tal-ewwel bomba tal-idroġena Sovjetika. Jekk qed tistaqsi lilek innifsek: Allura l-Parlament Ewropew semmew premju wara persuna li ħoloq arma li kapaċi toqtol kull ħlejqa fuq din id-dinja minn barra wirdiena? Ir-risposta hi mhux eżattament. Sakharov iddispjaċih li l-arma li kien ħoloq hu kienet se twassal għal ħafna ħsara. Sakharov kien kontra l-proliferazzjoni nukleari u pprotesta kontra l-ittestjar atmosferiku tal-bomba tal-idroġenu fl-1961. Huwa kellu rwol fit-Trattat tal-Projbizzjoni Parzjali tat-Test tal-1963, iffirmat f'Moska. Fl-1965, huwa rritorna għax-xjenza fundamentali u beda jaħdem fuq il-kożmoloġija, iżda kompla jopponi d-diskriminazzjoni politika. Hu tħabat matul l-aħħar 20 sena ta' ħajtu biex isalva l-istat Sovjetiku mill-mostru li ħoloq hu stess. Madankollu, l-istat qatt ma ta attenzjoni għall-preokkupazzjonijiet tiegħu għall-futur tal-Unjoni Sovjetika. Anzi ddubita il-patrijottiżmu tiegħu u arrestatu. L-istat ma kellu l-ebda idea tal-prezz li kien se jkollu jħallas fil-futur. | [
3
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62658/filmati__qed_jagmlu_minn_kollox_biex_jixtru_lmafra_taghom__ilpm_abela_dwar_lawa_degriorgio | null | www.illum.com.mt | Il-Prim Ministru Robert Abela reġa' sostna - fid-dawl ta' ittra li l-aħwa Degiorgio, akkużati bl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, bagħtu lill-Kummissarju Ewropew Didier Reynders - illi dawn "il-persuni assoċjati mal-kriminalità, allegatament assoċjati ma' reati serjissimi, qed jagħmlu minn kollox biex jixtru l-maħfra." L-aħwa kienu arrestati fil-Marsa ftit wara l-assassinju tal-ġurnalista u kienu magħrufin sew mal-pulizija. Huma bagħtu ittra lil Reynders illi fiha sostnew li l-Gvern ċaħad it-talba tagħhom għal maħfra presidenzjali għax jgħidu li ma jridx li jisma x'għandhom xi jgħidu dwar l-allegat involviment tal-eks Ministru Chris Cardona fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u tal-Ministru Carmelo Abela "f'reati serji," fosthom għall-allegat sehem tiegħu f'attentat ta' serqa armata. "Hemm kunflitt ta' interess minħabba l-fatt li l-klijenti tiegħi qed joffru informazzjoni li turi l-involviment tal-istat fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-involviment ta' ministri tal-Gvern f'reati serji u għalhekk, l-Istat, ma jista' qatt jassessja t-talba li huma għamlu b'mod ġust," kiteb l-Avukat William Cuschieri, l-avukat tal-aħwa. L-aħwa (magħrufin bħala ċ-Ċiniż u l-Fulu) qed jakkużaw lil Carmelo Abela li kien imdaħħal fis-serqa tal-HSBC fl-2010. Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien implika li ta' dan Abela kien imwiegħed €300,000 għal dan l-involviment. Intant huwa u dieħel fil-Parlament l-istess Ministru Abela saħaq li din tal-aħwa Degiorgio hija "gidba mill-bidu sal-aħħar" u sostna li l-PN qed juża l-istess tattika tal-kriminali. Fil-fatt dan il-kliem intqal mill-Prim Ministru wkoll huwa u dieħel il-Parlament illejla li saħaq illi l-ittra ma "tibdel xejn mill-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista li qiegħed biċċa waħda mal-kriminali biex jipprova jġibilhom il-maħfra, waqt li l-Gvern qed jaħdem biex il-ġustizzja ssir." Huwa temm jgħid li "f'dan il-pjan hemm il-Partit Nazzjonalista involut." Intant il-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni sostna li l-Prim Ministru għandu jkeċċi lill-Ministru Carmelo Abela minnufih, filwaqt li qal ukoll iżda li l-PM mhux kapaċi jiddeċiedi għax - skont hu - idejh marbutin. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/opinjoni/politika/62637/saviour_balzan__ilkarba_talimxajtna | null | www.illum.com.mt | Wara li jgħaddi l-Covid - u ser jgħaddi bħal ma osfru mijiet ta' pandemiji oħra fid-dinja - ikollna nerġgħu nirritornaw għall-karbiet ta' qabel. Tgħidulix li qed inkun monotonu u tad-dwejjaq u mhux ser nitkellem fuq l-għalliema msejkna u stressjati li għandhom vakanza oħra dan ix-xahar għax l-ewwel ta' Mejju inzerta l-Ħadd. Le fuq dawn għidt biżżejjed… għalissa! Ħa nerġa' nitkellem fuq din l-art ħelwa li ġibniha mandra. Mhux fuq Din l-Art Ħelwa li tagħmel xogħol tajjeb ħafna imma li qatt ma rnexxielha tiġbor magħha Maltin li mhumiex mneħirhom mxammar. Aħna ħallejna min ried jagħmel triq fil-baħar, jagħmlu - għax l-argument hu sempliċi ħafna, is-suċċess ta' kollox marbut ma kemm timpala liri. Jien l-isbaħ ikla, hija ftira friska b'taħlita perfetta ta' basal, tadam, tonn taż-żejt, bżar, melħ, kappar u żejt taż-żebbuġa flimkien ma' flixkun Cisk kiesaħ. Hawn min jippreferi n-nejk ta'pranzu b'ħafna sinefeteti, b'xi nokkla ta' ħuta mdawwra b'xi frott eżotiku b'tiċpisa ta' xi żejt ta' żebbuġa li skont l-informazzjoni provduta ikun ġej minn xi masġar organiku! U biex ma ninsiex akkumpanjat minn xi inbid abjad fin li jiswa daqs ġurnata paga minimum wage mill-vallée de la Loire. Bejn ikla u oħra lanqas dubju ma għandi li l-maġġoranza tan-nies iridu xi ħaġa awtentika – il-ftira Maltija. U biex nieqaf b'dawn il-ħafna stejjer dwar gastronomija, niġi għall-punt. Ma nistgħux inkomplu naħxu dan il-pajjiż b'deċizjonijiet mgħaġġla bbażati fuq l-idea falza li l-progress huwa kemm kiber il-GDP. Jekk għandna riżors, li meta josfor ma jġibux lura, hija proprju din l-art ħelwa. Jekk għandna estetika li kienet magħna għall-eluf ta' snin u ġiet stuprata għax is-sur Range Rover bena blokk appartamenti koroh dagħwa b'Alla qishom kaxxi griżi u bojod - ħadd mhu ser iġib dik il-veduta lura. F'għajnejn il-politiċi u dawk mejtin biex jagħmlu l-flus aħna qisna l-imxjatna. Imma għadna fil-ħin biex flimkien nqajmu dan il-pajjiż biex jifhem li l-isbuħija u l-kwalità ta' Malta ma ġġibhiex b'kemm għandek flus fil-bank jew f'xi kont barrani imma b'kemm pajjiżek jidher sabiħ. Issa jekk ma jimpurtax ħa ndur għal dik il-ftira u dak il-lager u li kont minnkom għamlu bħali! | [
11,
12
] |
https://www.illum.com.mt/opinjoni/politika/62659/miriam_dalli__sostenibilit_minn_outreach_gallinvestiment | null | www.illum.com.mt | Meta ftit tas-snin ilu l-kumpaniji kienu jitkellmu dwar is-sostenibilità, kienet titqies bħala prinċipju li bih kumpanija tinvesti f'Corporate Social Responsibility, bħal ngħidu aħna jitħawwlu s-siġar, jorganizzzaw cleanups u jqassmu tazzi li tista' terġa tuża. Kollha azzjonijiet tajba, tibdiliet li jagħmlu differenza immedjata. In-nies u n-negozji qed jifhmu li l-kunċett tas-sostenibilità jmur lil hinn mill-ambjent u sar parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum biex nilħqu bilanċ għal kwalità ta' ħajja aħjar. Dan biex kull settur f'pajjiżna jagħti sehmu, b'impatt pożittiv fuq il-ħajja ta' kulħadd. Biex tissaħħaħ is-sostenibilità, il-benefiċċji fl-ekonomija, l-ambjent u l-qasam soċjali jridu jimxu id f'id. Dawn l-isfidi jeħtieġu soluzzjonijiet innovattivi u jservu fit-tul. Il-Malta Enterprise, l-Aġenzija għall-Enerġija u Ilma u r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u Ilma, għaddejjin bi skemi li jinċentivaw l-intrapriżi jagħmlu investimenti innovattivi. Ġibna flimkien r-rappreżentanti tal-industrija u tal-banek ewlenin biex b'ħidma koordinata nkunu nistgħu naħdmu għal bidla favur is-sostenibilità. Qed tingħata viżibilità akbar lil intrapriżi Maltin, biex jinvestu f'enerġija effiċjenti u jtejbu l-operat. Dawn il-kumpaniji jistgħu jibbenefikaw sa €5,000 biex iqabbdu energy auditors u ssir analiżi tal-operat. B'hekk il-kumpanija tifhem aħjar kif tista' tiffranka l-użu tal-enerġija u tkun aktar effiċjenti. Il-Malta Enterprise se tinvesti €15-il miljun fi proġetti, fejn kumpaniji jkunu jistgħu jbiddlu l-operat tagħhom għal wieħed aktar modern u jikkonsma anqas enerġija. Permezz ta' Sustainability Report l-intrapriżi se jkunu jistgħu jaraw x'tip ta' investiment hu l-aħjar għalihom, biex flok jinvestu b'mod mgħaġġel b'reazzjoni għal xi kriżi, jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul. B'dawn l-inizjattivi li ħabbarna, l-intrapriżi żgħar u medji huma mħeġġa jinvestu fi proġetti ta' ġenerazzjoni għal enerġija rinnovabbli, fejn se jilħaq €50 miljun fuq mhedda ta' 20 sena. Minn naħa tal-banek se jinvestu fi green loans biex ikomplu jassistu lin-negozji. Il-mira tagħna bħala pajjiż hija li jnaqqsu l-emissjonijiet b'19%, meta mqabbel mas-sena 2005. Id-domanda tal-elettriku li ġejja mill-industrija, hija t-tieni l-akbar wara l-bini residenzjali, u qed ikun previst li se tiżdied bi 32% Permezz ta' dawn l-inizjattivi se nassiguraw li pajjiżna jilħaq l-ambizzjonijiet għall-ekonomija aktar sostenibbli, waqt li nimxu għat- transizzjoni ta' climate neutrality – jiġifieri ekonomija li ma tniġġisx. B'dan il-mod se nimxu pari passu mal-viżjoni tal-Unjoni Ewropea. L-industrija hija importanti biex pajjiżna jagħmel din it-tranżizzjoni biex pajjiżna jnaqqas emissjonijiet rreġistrati. Il-mira tagħna bħala pajjiż hija li jnaqqsu l-emissjonijiet b'19%, meta mqabbel mas-sena 2005. Id-domanda tal-elettriku li ġejja mill-industrija, hija t-tieni l-akbar wara l-bini residenzjali, fejn ġie previst li se tiżdied bi 32% sas-sena 2030 fuq l-2020. Għalhekk huwa importanti li nkomplu ninvestu f'dan is-settur b' aktar investiment u inizjattivi favur enerġija effiċjenti fl-industrija. Dan juri biċ-ċar kemm in-negozji Maltin għandhom ikunu minn ta' quddiem biex jinvestu u jagħtu prijorità għal business models aktar sostenibbli. B'dan il-mod, in-negozji mhux se jkunu qed jipproduċu prodotti u servizzi b'inqas impatt ambjentali, iżda se jkunu qed jassiguraw operat effiċjenti u makkinarju modern, b'użu inqas t'enerġija. Is-settur industrijali f'Malta diġà qed jimplimenta bidla għal operat effiċjenti, però issa wasal iż-żmien li intrapriżi żgħar u medji ukoll jibdew jagħmlu din it-transizzjoni għal prodotti u servizzi sostenibbli. B'business models sostenibbli, in-negozji se jsaħħu l-kredenzjal ambjentali tagħhom, waqt li jirreġistraw żieda fil-profitt. Meta kumpanija jitnaqsilha l-spejjeż, il-profitti jiżdiedu u titjieb il- kompetittività, permezz tal-produzzjoni ta' prodotti u servizzi bi prezzijiet aktar baxxi. Permezz ta' dan l-investiment f'enerġija rinnovabbli, dan jista' jwassal biex l-enerġija li tkun ġiet ġġenerata tkopri enerġija li tirriżulta f'kontijiet orħos. Għalhekk l-appell tiegħi hu wieħed lin-negozji Maltin, biex ma jiddejqux jinvestu f' operat u servizzi sostenibbli. Kemm il-Gvern u l-banek se nkunu hemm biex ngħinu lill-kumpaniji jinvestu, biex flimkien inkomplu mexjin lejn il-miri ta'pajjiżna, b'benefiċċju għal Maltin u l- Għawdxin. | [
11,
12
] |
https://www.illum.com.mt/opinjoni/politika/62661/claudio_grech__politika_tassens_komun | null | www.illum.com.mt | Kull tiġdid, bidla jew riġenerazzjoni f'organiżazzjoni jġib miegħu nifs ġdid li jtiha l-ħajja u l-enerġija. Bħal pulmun li jintela' bl-arja biex jagħti l-ossiġnu lill-ġisem tal-bniedem, f'partit politiku t-tiġdid joħloq sens ta' tama ġenwina, li minkejja d-differenzi, tista' twassal għall-partit aħjar, aktar iffukat u effettiv. Ħafna drabi l-bidla fil-politika tkun riżultat taċ-ċirkustanzi li jisfurzawha. Drabi oħra tkun is-soċjetà li bix-xejriet tal-opinjoni turi li hi għatxana biex tbiddel ċerti aspetti tal-politika. Iżda hemm ukoll il-każ fejn it-tiġdid ikun frott ta' ispirazzjoni interna għaliex ikun hemm twemmin li l-organiżazzjoni għandha l-ħila tkun xprun ta' bidliet pożittivi li jwasslu għal kisbiet u l-milja tal-għanijiet tal-Partit. U huwa proprju dan li fl-aħħar xhur ispira lill-Partit Nazzjonalista jaqbad it-triq tar-riġenerazzjoni tal-politika tiegħu bil-għan li nevolvu l-policies tagħna u nibbażawhom dejjem aktar fuq il-politika tas-sens komun li tinbena f'qafas ta' sussidjarjeta' fejn min hu l-aktar involut jew milqut minn dik il-politika jkun protagonist fit-tfassil tagħha. Dan huwa dak li qed isir bħalissa fil-Partit Nazzjonalista permezz tal-proċess tal-'Clusters' li issa daħal fil-fażi l-aktar rilevanti tiegħu fejn qiegħed jipproduċi l-proposti tiegħu għal diversi setturi. Kull wieħed mill-erbatax-il grupp qiegħed jiġbor fi ħdanu Deputati, kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali, diversi membri ta' numru ta' fergħat tal-PN kif ukoll esperti esterni li qed jagħtu kontribut imprezzabbli lejn dan il-proċess. Wara xhur ta' riċerka u preparazzjoni, din il-ġimgħa nbeda' l-proċess ta' tnedija tal-proposti. Fil-fatt nhar it-Tnejn il-Cluster responsabbli mill-qasam tas-sigurtà, ressaq qafas ta' miżuri intiżi biex iwettqu bidliet materjali fil-qasam tal-priġunerija bil-għan li dan jittejjeb, ikun aktar effettiv kif ukoll li jittratta lil min qiegħed jiskonta sentenza jew qiegħed jistenna ġudizzju b'mod ħafna aktar uman u dinjituż. Dan il-Cluster, li x-xogħol tiegħu twettaq mid-Deputat Beppe Fenech Adami u l-kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali Darren Carabott, Errol Cutajar u Graziella Galea, bena l-proposti tiegħu wara konsultazzjoni wiesgħa ma' dawk kollha involuti inkluż ukoll ma' esperti fil-qasam tas-servizzi korrettivi, tas-saħħa mentali kif ukoll tas-sigurta. Iżda wkoll fasslu l-proposti tagħhom wara li semgħu lil min hu direttament milqut minn dan is-settur għaliex huwa evidenti li hemm ħafna xi jsir biex il-kundizzjonijiet fil-faċilita' ta' Kordin u l-mod kif isiru l-affarijiet f'dan il-qasam jistgħu jsiru ħafna aħjar u b'ħafna aktar dinjita' għall-priġunieri u l-familjari tagħhom. Huwa għalhekk li Gvern immexxi minn Bernard Grech la ser jippreġudikak u lanqas ser jiġġudikak. Gvern immexxi minnu ser jaħdem bla waqfien biex inkattru l-ġid u dan jagħmlu mingħajr ħafna daqq ta' trombi Fil-gimghat li gejjin ser inkunu qiegħdin inressqu sensiela oħra ta' proposti f'oqsma differenti, frott il-ħidma ta' Clusters oħrajn li bħalissa għaddejjin bil-ħidma ta' konsultazzjoni tagħhom fil-qasam rispettiv li qegħdin jiffukaw fuqu. Dan ser ikompli jwassal sabiex il-PN ikompli jibni l-ħidma tiegħu fuq il-bażi li nkomplu ntejjbu dak li hemm tajjeb illum, nirranġaw dak li m'huwiex jaħdem u nwettqu inizzjattivi ġodda intiżi biex ikomplu jtejjbu l-kwalita' tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Din hija l-attitudni li ser ikompli jinsisti fuqha l-PN: attitudni li tibni mhux tkisser u; attitudni bbażata fuq l-evidenza mhux il-gosti; attitudni li tibqa' tpoġġi l-ġid komuni fiċ-ċentru u mhux tigglorifika l-egoiżmu u r-rgħiba. Dan huwa dak li jagħmel partit modern u popolari li ma' jippretendix li jaf kollox iżda li għandu l-impenn li jwettaq il-ġid flimkien ma' dawk kollha li għandhom għal qalbhom lil pajjiżna. Għalhekk inqis ruħi onorat għall-privileġġ li ngħatajt biex immexxi dan il-proċess ta' tiġdid tal-politika tal-PN. M'hemm xejn isbaħ milli tara l-esperjenza ta' deputat titgħaġen mal-passjoni u l-enerġija tal-kandidati ġodda, li qed jaspiraw li jkunu deputati fi ftit xhur oħra, biex flimkien tiġi fformulata politika innovattiva, moderna u effettiva li tagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi li għandna quddiemna. Fl-isfond ta' ħafna qtiegħ ta' qalb, dan kollu lili jimlini b'kuraġġ li l-Partit Nazzjonalista jibqa' dik il-forza politika li għandha l-viżjoni, l-ħila u d-dehen li terġa' ddawwar ir-rotta li qabad dan il-pajjiż lejn waħda fejn l-ekonomija tkun verament għan-nies u motivata milli toħloq il-ġid u tqassmu b'mod ekwu mingħajr ma' tippreġudika l-ambjent naturali tagħna. Ekonomija li tkompli tgħina biex insawwru soċjeta' fejn id-dinjita' ta' kull persuna tkun salvagwardjata u mhux ikkaplestata mis-sistema. Huwa għalhekk li Gvern immexxi minn Bernard Grech la ser jippreġudikak u lanqas ser jiġġudikak. Gvern immexxi minnu ser jaħdem bla waqfien biex inkattru l-ġid u dan jagħmlu mingħajr ħafna daqq ta' trombi u tejatrini sabiex int u l-poplu Malti u Għawdxi kollu jkollkom dak li jixiriqlkom: ħajja mimilja saħħa, trankwillita' u opportunitajiet mingħajr ma' jkollok il-bżonn li tinkina quddiem ħadd. Dan huwa r-riżultat ta' dak kollu li qed naħdmu fuqu: viżjoni għall-Malta u Għawdex meħlusa mill-ispettru tat-tribaliżmu fejn verament nerġgħu niskopru xi tfisser li nkunu lkoll aħwa Maltin. | [
11,
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62662/matthew_caruana_galizia_jgid_li_yorgen_fenech_qed_iallas_iddifia_talawa_degiorgio | null | www.illum.com.mt | Matthew Caruana Galizia, iben Daphne, allega li Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil tal-ġurnalista, kien jew qiegħed iħallas għad-difiża tal-aħwa Degiorgio, akkużati li wettqu d-delitt. Alfred u George Degiorgio, bħalissa qed jipprotestaw wara li ġew miċħuda l-maħfra presidenzjali li huma qed jitolbu bil-għan li jikxfu informazzjoni fuq reati serji, li jinvolvu lill-Ministru Carmelo Abela u anke lill-eks Ministru Carmelo Abela. Ilbieraħ huma saħansitra kitbu, permezz tal-Avukat tagħhom, William Cuschieri, l ill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja , Didier Reynders, jisħqu li hemm kunflitt ta' interess u li l-Gvern Malti ma jistax jiddeċiedi dwar il-proklama li huma qed jitolbu. F'din is-serqa, l-aħwa Degiorgio qed jimplikaw ukoll żewġ uffiċjali tal-Pulizija li mhux qed isemmu. Matthew Caruana Galizia allega li Fenech qed iħallas lill-avukati tal-aħwa Degiorgio, b'reazzjoni għall-aħbar dwar din l-ittra lill-Kummissarju Ewropew. L-aħwa Degiorgio ħadu l-każ tagħhom ukoll quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Intant, fl-ittra lill-Kummissarju Ewropew, William Cuschieri qal li l-klijenti tiegħu lesti li jiltaqgħu mal-Kummissarju Ewropew, ma' persuna tal-fiduċja tiegħu, mal-Europol u anke ma' membri tal-midja biex jispjegaw id-dettalji tal-informazzjoni tagħhom. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/62657/mit8_ta_unju_lpubbliku_jista_jibor_iertifikat_talvain_mientri_tasservicegov | null | www.illum.com.mt | Min-nhar it-Tlieta, 8 ta' Ġunju, is-Servizz Pubbliku se jkun qed jintroduċi servizz ieħor sabiex jgħin lin-nies iniżżlu u jipprintjaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin tagħhom. Dan is-servizz se jkun bla ħlas u disponibbli fiċ-ċentri kollha tas-service.gov madwar il-gżira kollha. Dan wara li diversi persuni rraportaw li sabu diffikulta biex jipprintjaw iċ-ċertifikat. Ġie rrapurtat ukoll li l-istess website esperjenzat wkoll problemi tekniċi. Minkejja dan is-sit partikolari xorta għadu qed jintuża u persuna tista' tniżżel iċ-ċertifikati minn certifikatvaccin.gov.mt . Is-Servizz Pubbliku se jkun qed jintroduċi wkoll servizzi oħra bl-għan li jsir titjib ta' kwalità u l-effiċjenza. Fosthom l-introduzzjoni tas-sistema "callback." Permezz ta' din is-sistema, klijent li ma jirnexxilux jikkomunika immedjatament ma' persuna ta' servizz.gov, se jkun qed jingħata l-għażla li jċemplulu lura huma. | [
14
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62663/erba_kai_ta_covid19_minn_2800_test_irrata_ta_poittivit_hija_ta_01 | null | www.illum.com.mt | Ir-rata ta' pożittività għall-Covid-19 baqgħet ta' 0.1% hekk kif minn total ta' 2,799 swab test irriżultaw erba' każi ġodda, filwaqt li fiequ erba' oħrajn. Dan ifisser illi l-każi attivi fil-pajjiż huma ta' 76. Intant fl-aħħar 24 siegħa, mill-ġdid reġà ma kien hemm ebda każi ta' mwiet. Sal-bieraħ kienu ingħataw b'kollox 534,639 doża tal-vaċċin, li minnhom 221,595 kienu persuni li ħadu t-tieni doża wkoll. Dan ifisser illi f'24 siegħa ingħataw mas-6,100 doża tal-vaċċin. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62656/grech_isejja_gattkeija_immedjata_ta_carmelo_abela_wara_li_lawa_degiorgio_jergu_jimplikawh | null | www.illum.com.mt | Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal illi l-inqas li jista' jagħmel il-Prim Ministru huwa li jkeċċi lill-Ministru Carmelo Abela, sakemm il-Pulizija tlesti l-investigazzjoni fuq l-allegazzjonijiet li qed isiru fil-konfront tiegħu. Huwa qal dan hekk kif l-aħwa George u Alfred Degiorgio - akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana GalizIia - qed jibqgħu jisħqu f'ittra li kitbu lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders li l-Gvern ċaħad it-talba tagħhom għax ma jridx li jisma x'għandhom xi jgħidu dwar l-involviment tal-eks Ministru Chris Cardona fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u tal-Ministru Carmelo Abela "f'reati serji," fosthom għall-allegat sehem tiegħu f'attentat ta' serqa armata. "Hemm kunflitt ta' interess minħabba l-fatt li l-klijenti tiegħi qed joffru informazzjoni li turi l-involviment tal-istat fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-involviment ta' ministri tal-Gvern f'reati serji u għalhekk, l-Istat, ma jista' qatt jassessja t-talba li huma għamlu b'mod ġust," kiteb l-Avukat William Cuschieri, f'isem l-aħwa. Dawn l-aħwa qed jitolbu għall-maħfra Presidenzjali wkoll, wara li diġà ngħataw żewġ maħfriet oħrajn: Dik lil Melvin Theuma u dik lil Vince Muscat, b'rabta mal-assassinju ta' Caruana Galizia fl-2017 Il-Kap tal-PN sostna illi dawn huma allegazzjonijiet "bla preċedent" iżda sostna wkoll li l-PM Robert Abela għandu jdejh marbutin u allura ma jistax jiddeċiedi. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/62654/ilqorti_titlob_lil_abela_jipprova_li_lallegazzjonijiet_ta_jason_azzopardi_fuqu_mhumiex_minnhom | null | www.illum.com.mt | Il-Ministru Carmelo Abela kien ordnat iressaq il-provi biex juri li l-allegazzjonijiet tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li hu kien b'xi mod marbut mas-serqa tal-HSBC tal-2010, mhumiex minnhom. Dan wara li Abela fetaħ libell kontra Azzopardi lura f'April, meta d-Deputat tal-PN kien implika li Abela - impjegat tal-istess bank dak iż-żmien tas-serqa, 11-il sena ilu - kien involut u saħansitra kien imwiegħed €300,000. Il-Ministru Abela kien qal li dawk ta' Azzopardi huma gideb u kien akkuża lilu u lill-PN li qed jaħdmu fl-interess tal-kriminali, biex dawn jinħelsu minn akkużi kontihom. Kien wieħed mill-aħwa Degriogio u anke Vince Muscat (il-Koħħu) - wieħed akkużat u l-ieħor ħati ta' involviment fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, li indikaw Ministru fil-Kabinett kurrenti li qed jallegaw illi kien parti minn din is-serqa. Waqt is-seduta tal-Erbgħa l-avukat tal-Ministru, Pawlu Lia, argumenta illi ladarba Azzopardi kien għamel l-allegazzjonijiet huwa hu li jrid jippruvahom. "Li tgħid illi l-applikant huwa kompliċi f'hold up u li kien imwiegħed €300,000 għal dan l-irwol mhijiex opinjoni imma allegazzjoni," qal Lia. Huwa qal li Azzopardi jew jammetti li kellu żball jew inkella jipprova l-allegazzjonijiet tiegħu, u kkonkluda jgħid li mhux xogħol il-Ministru li jipprova dawn l-allegazzjonijiet. Iżda l-avukat ta' Jason Azzopardi Joseph Zammit Maempel qal illi t-triq 'il quddiem hija f'idejn il-Qorti. Il-Qorti għalhekk iddeċidiet, li ma taċċettax ir-rikjesta ta' Carmelo Abela għax qalet li huwa l-Ministru fetaħ il-libell, allura huwa f'idejh li juri b'evidenza illi dak li qal Azzopardi mhuwiex minnu. | [
0
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62667/irrenju_unit_jidher_li_mhu_se_jid_ebda_pajjii_fillista_ladra_anzi_jaf_inaqqas | null | www.illum.com.mt | Diversi rapport, fosthom fuq Reuters, Independent, Mirror u diversi siti oħrajn Ingliżi qed jindikaw li l-Lista l-Ħadra tar-Renju Unit mhux se tiġi riveduta għalissa hekk kif il-Kabinett qed jevalwa is-sitwazzjoni f'dan il-pajjiż. Ir-Renju Unit irreġistra 4,261 każ ġdid ilbieraħ, żieda ta' madwar 1,000 każ ġdid f'24 siegħa. Dan apparti li kienu rreġistrati 12-il mewta f'dan il-pajjiż fejn il-varjant dominanti huwa dak Indjan Is-sit reuters qed jikkwota sorsi li jgħidu illi saħansitra se jsiru diskussjonijiet dwar jekk il-Portugall - l-unika destinazzjoni popolari mal-Ingliżi - għandhiex tibqa' fil-Lista l-Ħadra. L-ewwel lista li ħarġet kienet fl-għajn ta' ħafna kritika minn operaturi turistiċi u linji tal-ajru hekk kif kienet meqjusa kawta wisq, b'destinazzjonijiet li jew mhumiex popolari ma' ħafna Ingliżi - bħall-Iżlanda u gżejjer ċkejknin fl-Atlantiku (Sandwich islands), destinazzjonijiet kesħin ħafna. Malta flimkien ma' gżejjer Griegi u xi destinazzjonijiet oħrajn kienu qed jissemmew bħala postijiet possibbli għal fuq il-Lista l-Ħadra. Il-PM Ingliż Boris Johnson qal li l-ewwel priorità tiegħu huwa l-proċess ta' vaċċinazzjoni u qal li mhux jeskludi li jżidu pajjiżi fuq il-Lista l-Ħamra. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62669/ilpn_qed_jisfida_ttmexxija_oxxena_li_hemm_filabs__peppi_azzopardi_dwar_ilproposti_talpn | null | www.illum.com.mt | Il-Partit Nazzjonalista ppubblika sett ta' proposti biex titjieb is-sitwazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin wara ħidma mill-cluster tas-sigurtà, wieħed mill-gruppi li waqqaf il-PN biex jiddiskuti u joħroġ bi proposti f'setturi u oqsma varji. Id-dokument, bit-tema: 'Għal Detenzjoni b'Dixxiplina u Dinjità," jispjega kif apparti t-tnaqqis fil-popolazzjoni tal-ħabs, il-proposti jaħsbu għal kundizzjonijiet aktar umani għall-priġunieri, ambjent tax-xogħol aħjar għall-gwardjani u s-serħan tal-moħħ li s-sitwazzjoni fil-ħabs tkun aktar ikkontrollata. Iżda lilhinn mill-Partit Nazzjonalista, x'jaħsbu l-esperti, dawk li jaħdmu direttament mal-priġunieri u dawk li tul is-snin investigaw u tkellmu ma' residenti jew eks residenti tal-ħabs? Dan huwa t-tieni parti tal-artiklu. Aqra l-ewwel parti hawn . 'Il-PN ippropona mhux għall-voti imma għax ispirat mis-sewwa' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mal-ġurnalist Peppi Azzopardi li tkellem kemm-il darba dwar is-sitwazzjoni fil-ħabs. Kien pożittiv ħafna għal dawn il-proposti. Insista li l-PN qiegħed jisfida "t-tmexxija oxxena li hemm fil-ħabs bħalissa" u li Beppe Fenech Adami kellu l-kuraġġ li jagħmel proposti "mhux biex il-PN jakkwista l-voti imma għax ispirtat mis-sewwa." Fakkar li fil-prattika, il-PN qed jipproponi li l-priġunieri b'mard serju u persuni anzjani ħafna ma jibqgħux jiskontaw is-sentenza fil-ħabs kif, fi kliemu, qed jiġri bħalissa "b'mod vendikattiv." "B'mod konkret il-PN qed jgħid li għandu jinħoloq post fejn il-prigunier ikun jista jiltaqa' ma uliedu bogħod mill-ħabs għax mhux sewwa tara tfal ta' erba' snin li kull gimgħa jridu jmorru l-ħabs," insista Azzopardi. Faħħar ukoll il-proposta biex kull min għandu l-vizzju tad-droga ma jibqax il-ħabs imma jintbagħat f'post fejn ikun jista' jfieq mill-vizzju. 'Priġunier jintbagħat f'pajjiżu jekk ikun irid hu' "B'mod konkret, il-PN qed jgħid li għandu jkun hemm iżjed djar, bħal dik immexxija mill-Fondazzjoni RISe, li għandha tkun ta' eżempju kif għandu jitmexxa ħabs, jiġifieri bl-imħabba, tant li minkejja li l-bieb ikun miftuħ għal barra ħadd ma jaħrab," insista Azzopardi. Dwar il-proposta biex il-priġunieri barranin jintbagħtu lura pajjiżhom, Azzopardi qal li trid tkun spjegata aħjar. Insista li din għandha ssir biss jekk il-priġunier ikun jixtieq jagħmel hekk u jkun assigurat li dawn il-ħabsijiet "ma jkunux tal-biża' bħal ta' Malta jew agħar minn hekk." 'Il-proposta tal-Gvern għat-tagging elettroniku hija mnebbħa mill-populiżmu politiku' Qal ukoll li ma jaqbilx mal-PN dwar il-proposta biex jitkabbar il-ħabs. Fi kliemu, dan huwa sinjal ta' falliment. "Jekk il-ħabs ikun immexxi bl-imħabba u bir-rispett, il-priġunieri jirrifurmaw, inqas persuni jerġgħu jirritornaw il-ħabs u tonqos il-kriminalità. "Allura jonqsu l-priġunieri u l-ħabs jista' jiċkien." Qabel ukoll mas-sistema tat-tagging elettroniku, iżda insista li din ma għandha qatt issir kif inhi proposta fil-Whitepaper li ppreżenta l-Gvern. "Il-Gvern qed idaħħalha b'nofs kedda, imnebbħa mill-populiżmu politiku." Ibbażati fuq ir-reazzjonijiet li rċieva, il-gazzetta ILLUM bagħtet ukoll sett ta' mistoqsijiet lill-kandidat tal-PN Darren Carabott li huwa wkoll membru tal-clustes li ħareġ b'dawn il-proposti: Waħda mill-aktar proposti interessanti hija dik dwar ir-ripatrijazzjoni tal-priġunieri barranin. Imma effettivament il-PN fejn se jaqta' linja? Kif se jassigura li dawn ikomplu jiskontaw is-sentenza u f'ambjent dinjituż? Ir-realtà hi li fil-ħabs għandna madwar nofs il-ħabsin mhumiex ta' nazzjonalità Maltija. Għalhekk il-proposta tal-PN hi sabiex dawk eliġibbli, jiġu ripatrijati u jiskontaw is-sentenza f'pajjiżhom – dejjem b'rispett lejn id-drittijiet umani u l-liġijiet internazzjonali, u kif ukoll b'kollaborazzjoni ma' pajjiżi oħra. Bħalissa għandna 67 priġunier li jistgħu jiġu meqjusa bħala ċittadini ta' pajjiżi fejn is-saltna tad-dritt tirrenja. B'hekk inkunu nistgħu ntaffu l-problema tal-iffullar fil-ħabs. Il-PN jipproponi estensjoni strutturali tal-Faċili tà eżistenti. Se nnaqqsu l-priġunieri jew inkabbru l-ħabs? Fejn qed tipproponu li dan iseħħ? Il-ħabs qed jilqa' fih aktar minn 800 priġunier, id-doppju ta' kemm suppost jiflaħ. Din mhijiex sitwazzjoni aċċettabbli. Għalhekk saret konsultazzjoni ma' nies tekniċi u esperti fis-settur – u qegħdin inpoġġu 'l quddiem proposta ta' estensjoni strutturali tal-faċilità attwali f'Kordin billi jiżdiedu 125 ċella oħra b'investiment ta' madwar €3.25 miljun. Il-PN jipproponi half-way houses u akkomodazzjonijiet li jkunu maħsuba għall-priġunieri li jkunu waslu fl-aħħar tas-sentenza tagħhom, anke għall-integrazzjoni mill-ġdid aħjar fis-soċjet à. Ma taħsibx li l-integrezzjoni għandha tibda mill-bidu nett u mhux malli persuna tkun waslet biex toħroġ mill-ħabs? F'sistema korrettiva wieħed irid jaffaċċja l-konsegwenzi tar-reat li jkun wettaq, però wkoll trid tingħata importanza għar-rijabilitazzjoni tal-persuna. Għalhekk fil-proposti nkludejna riforma fil-parole biex priġunieri li jkollhom imġieba tajba jkunu jistgħu jiskontaw l-aħħar parti tas-sentenza barra mill-ħabs. Ressaqna proposti dwar it-tagging elettroniku, dwar trattament aħjar għall-vizzju tad-droga u kif ukoll biex l-arrest preventiv isir l-eċċezzjoni u mhux ir-regola. Ħarisna lejn l-importanza tal-familja, billi pproponejna child-parent units biex it-tfal ta' priġunieri jkunu jistgħu jintaqgħu 'l bogħod mill-istigma tal-ħabs. Dawn kollha huma proposti li jħarsu l-integrazzjoni. Biżżejjed il-proposti? Il-PN kif se jaħdem biex l-ewwel u qabel kollox ikun hawn bidla fil-kultura u tonqos l-istigma? Bis-saħħa ta' dawn il-proposti, il-ħabs reġà tpoġġa fuq l-aġenda nazzjonali. Qegħdin inkunu ta' leħen għall-priġunieri, għall-familji tagħhom, u anke għall-ħaddiema tal-ħabs. Bħala PN, ħarisna lejn sistemi effettivi li qegħdin jitħaddmu f'pajjiżi oħra, u addattajna dawk l-ideat għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna sabiex ikollna sistema aktar riformattiva. Iżda dan hu proċess kontinwu. Nistieden lill-qarrejja biex jekk għandhom aktar ideat ikellmuna. Id-disa' proposti tal-Partit Nazzjonalista? Estensjoni strutturali tal-faċilità attwali ta' Kordin Arrest preventiv għandu jkun l-eċċezzjoni għar-regola u jintuża biss f'każijiet mill-aktar serji Nipprovdu postijiet aktar adegwati ta' half-way houses u akkomodazzjoni b'superviżjoni li jkunu maħsuba għall-priġunieri li waslu fl-aħħar tas-sentenza tagħhom, anki għal intergazzjoni mill-ġdid aħjar fis-soċjetà Nipprovdu trattament aktar xieraq lill-vittmi ta-vizzju tad-droga, 'l bogħod mis-CCF, simili għal 'Prison Inmate Programme' li tmexxi l-Caritas Ripatrijazzjoni tal-priġunieri barranin lejn pajjiżhom Indaħħlu fis-seħħ leġiżlazzjoni dwar it-tagging elettroniku li permezz tagħha l-priġunieri jkunu jistgħu jservu s-sentenza tagħhom band'oħra minflok fis-CCF; dan jgħodd ukoll għall-persuni miżmuma b'arrest preventiv. Niftħu unitajiet għall-ulied u l-ġenituri, simili għall-kunċett imħaddem fir-Renju Unit u fl-Italja biex jintlaqgħu l-priġunieri ġenituri u tingħata attenzjoni lill-ħtiġijiet ta' ulied dawn il-priġunieri barra mill-Faċilita tas-CCF, anke għall-ġid ta' dawk l-ulied. Inwettqu riforma tas-sistema tal-parola biex aktar priġunieri jitħallew jagħżlu li jagħmlu riabilitazzjoni u riforma Niżviluppaw il-kunċett ta' parole abbażi ta' anzjanità u saħħa fiżika, maħsuba għall-priġunieri li qed iġarrbu kundizzjonijiet serji. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62670/fidejn_ilvotanti_biex_jiddeiedu_jekk_gandix_inkomplu_nagti_sehmi_bartolo_iere_gallelezzjoni | null | www.illum.com.mt | Minkejja li għal xi żmien kien kważi kważi indika li ma kienx se jerġa' jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo, ħabbar li se jkun qed jerġa' jikkontesta. "Issa nħalli f'idejn il-votanti jekk iridux itellgħuni fil-Parlament biex inkompli nagħti sehmi għall-ġid tal-poplu tagħna," kiteb Bartolo. "Irrid ngħid grazzi lill-eluf ta' votanti li dejjem tellgħuni fil-Parlament fis-seba' Elezzjonijiet Ġenerali li saru mill-1992 'l hawn. Insista li tul dawn l-aħħar 30 sena ta' ħidma Parlamentari, kemm mill-Oppożizzjoni u anke mill-Kabinett, ta sehmu kif jaf u kif seta'. "Żgur li ma kienx biżżejjed, żgur inqast, aktar interessat inħares 'il quddiem għal ħafna xogħol li jrid isir għall-ġid tal-poplu tagħna, għall-ħolqien tax-xogħol u tal-ġid wara l-pandemija Covid-19," saħaq il-Ministru. Irringrazzja lill-familja, lill-Prim Ministru u anke lill-Partit Laburista li ħeġġewh jikkontesta. "Hemm ħafna xogħol xi jsir u rridu nagħmluh mill-aħjar li nistgħu jekk irridu lill-poplu tagħna jgħix aħjar," saħaq Bartolo. Mill-2013 'l hawn, Bartolo serva bħala Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u aktar tard bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin. Kien ukoll wieħed minn dawk li ssemma għall-irwol ta' President tar-Repubblika. Bartolo kien ukoll wieħed mill-aktar membri tal-Gvern li kien, anke jekk b'mod indirett, jikkritika jew jaqsam il-ħsibijiet personali tiegħu fi żmien meta feġġew il-Panama Papers u anke fi żmien il-kriżi politika tal-2019 li waslet għar-riżenja ta' Joseph Muscat minn Prim Ministru. Il-Ministru Bartolo, normalment jikkontesta fuq l-10 u t-12-il distrett elettorali. Fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali, fuq l-10 distrett kien kiseb 2,732 mal-ewwel għadd u fit-12-il distrett kiseb 2,444 vot. Fil-każ tal-10 Distrett, Bartolo kien l-aktar kandidat Laburista li kiseb voti, filwaqt li fuq it-12-il Distrett kien it-tieni l-aktar kandidat Laburista li kiseb voti wara Michael Farrugia. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62676/comodini_cachia_tabbar_li_mhux_se_tera_toro_gallelezzjoni_u_tgid_li_hemm_afna_raunijiet_galfejn | null | www.illum.com.mt | Therese Commodini Cachia mhux se terġa tikkontesta l-elezzjoni, minkejja li l-indikazzjonijiet kienu il-kuntrarju u minkejja li mhux qed tagħti wisq raġunijiet għalfejn, ħlief li tgħid li s-sistema parlamentari partiġġjana m'għadhiex tgħodd għaliha. Din hija t-tieni rtirata ta' kandidata mara fi ftit ġimgħat, hekk kif ftit ġimgħat ilu rtirat il-kandidatura Tiffany Abela Wadge, li qalet illi l-kwistjonijiet relatati man-nisa qed jiġu kompletament injorati mill-partit. Qabel Abela Wadge kienet irtirat mill-kandidatura wkoll Angela Coleiro, li kienet se toħroġ mal-PN għal-ewwel darba. Hija qalet li hemm ħafna raġunijiet għalfejn qed tieħu dan il-pass iżda sostniet li tippreferi tħares 'il quddiem milli "toqgħod titkellem fuq dawn ir-raġunijiet." Comodini Cachia, inqas minn sena ilu, saħansitra tpoġġiet fuq quddiem mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista biex tieħu post Adrian Delia. Wara l-2017 hi kienet se ċċedi postha bħala Deputat-elett biex tibqa' MEP, pass li ġab kritika qawwija lejha bil-konsegwenza li dawwret id-deċiżjoni u baqgħet Deputat. Comodini Cachia, inċidentalment bħala Abela Wadge u anke Coleiro, hija meqjusa bħala vuċi aktar liberali fil-PN. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62677/hemm_wisq_komuni_bejn_ilpn_u_lpl_fuq_livilupp_bla_raan_u_lkruhat_li_qed_iseu_filpajji | null | www.illum.com.mt | Kieku l-Abbozz ta' Liġi li ressqet id-Deputat Marlene Farrugia kellu jgħaddi mill-Parlament kif inhu llum u mara (anke jekk f'sitwazzjoni ta' saħħa prekarja) tmur għand tabib biex tagħmel abort, dan probabbilment jirrifjuta li jagħmel dan jew anke li jiffaċilità dan, fuq il-premessa li l-abort xorta huwa illegali u jkun qed jikser il-liġi. Se jgħidilha: "Jiena mhux se nagħmel l-abort ghax illegali. Imma jekk tagħmlu int mhux se tmur il-ħabs!" u jgħalqilha il-bieb f'wiċċha! Mela allura minkejja dak li qed tgħid Farrugia l-abort se jibqa' jsir b'mod illegali u minn taħt u n-nisa se jibqgħu jixtru l-pilloli abortivi online, bil-moħbi u llegalment! Mela allura dak li trid Farrugia, mhu se jbiddel xejn għax kif qed tgħid Desiree' Attard f'paġna 11 din hija r-realtà ta' dekriminalizzazzjoni mingħajr legalizzazzjoni. Id-Deputat Marlene Farrugia ma tomgħodx kliemha u taqbel li "iva kif qed tgħid tajjeb id-dekriminalizzazzjoni mhijiex se tagħmel l-abort legali, mhux se tippromovieh u lanqas ifisser li jiena naqbel miegħu," bdiet tgħid bħala premessa. Hija tgħid iżda li taqbel li apparti dak li qed tipproponi fl-abbozz jkun hemm qafas li jirregolarizza s-saħħa tal-mara u l-bżonnijiet tagħha, mit-twelid sax-xjuħija - permezz ta' servizzi b'xejn u aċċessibbli. "Id-dekriminalizzazzjoni għandha tkun parti minn pakkett ta' tibdiliet fil-liġijiet u anke fil-Kostituzzjoni," sostniet filwaqt iżda li reġgħet fakkret illi dekriminalizzazzjoni mhijiex legalizzazzjoni. "Li se tagħmel hija li li tnaqqas il-kundanna u t-tabù fuq l-abort u tibda diskussjoni importanti dwar in-nisa u l-kwistjonijiet tas-saħħa tagħhom. Tagħtihom aktar opportunità jfittxu l-għajnuna u aktar kuraġġ biex persuna titkellem u titlob l-għajnuna fejn ikun meħtieġ." Farrugia qalet illi b'hekk ikun hemm inqas nisa li jkollhom bżonn jagħmlu abort u jiġu salvati aktar ħajjiet. Iżda l-gazzetta ILLUM terġa' tfakkarha li bl-abbozz kif inhu mhux vera se jiġu salvati ħajjiet u mgħejjuna n-nisa, għax la l-abort se jibqa' illegali l-ebda tabib mhu se jkun lest jagħmlu, jinkoraġġieh jew saħansitra juri lill-pubbliku li fil-fatt iwettqu. Tfakkarha wkoll li ċertu droga wkoll ġiet dekriminalizzata, imma minflok ħabs taqla' multa. Liema tabib se joqgħod jirriskja l-multi? Farrugia iżda tinsisti li meta tiddikriminalizza kemm it-tabib u anke l-mara ma jkollhomx it-theddida tal-ħabs u allura persuna - skont hi - ma jkollhiex għalfejn tfittex l-għajnuna bil-moħbi. Hija qalet illi kieku l-Parlament Malti "jimxi b'mod normali" kieku dan l-abozz imur quddiem Kumitat fejn issir diskussjoni u l-affarijiet jiżdiedu, jitnaqqsu jew jinbiddlu. "Malli tasal għat-tielet qari, jista' jkun kompletament differenti l-abbozz, minn dak li ressaqt jiena," tgħid id-Deputat. 'Id-dekriminalizzazzjoni tal-abort huwa l-ewwel pass' Il-gazzetta ILLUM tistaqsi allura dik li hija l-mistoqsija naturali: Mela allura għax ma marritx pass oltrè u talbet għal-legalizzazzjoni? Forsi għax beżgħet mill-kritika li xorta qalgħet? "Għax naħseb li d-dekriminalizzazzjoni huwa l-ewwel pass, għax ineħħi t-tabù u għax ikollna diskussjoni miftuħa. L-ewwel pass huwa li jitneħħa l-ikkriminalizzar," sostniet. Hija tgħid mal-ILLUM li kien ikun l-ewwel pass tajjeb kieku l-Parlament imqar iddiskuta u wettaq il-bidliet kollha neċessarji f'dan l-abbozz. 'Il-pożizzjoni tiegħi favur il-ħajja ma nbidlet qatt' Naturalment l-ILLUM ma setgħetx ma tistaqsix lil Farrugia dwar il-kritika politika li qed taqla' fuq livell personali. Bosta qed ifakkru pożizzjonijiet li kellha fuq kwistjonijiet bħall-Att dwar l-Iffriżar tal-Embrijuni, filwaqt li oħrajn bħall-eks Viċi Kap tal-PN u Viċi PM Toni Borg ikkritikawha għax - skont huma - daħket b'dawk li vvotawlha fl-2017. Lil dawn Marlene x'tgħidilhom? "Il-pożizzjoni tiegħi favur il-ħajja ma nbidlet qatt. Jiena nibqa' nemmen li l-ħajja tibda mal-konċepiment," sostniet Farrugia. Imma tkompli tgħid ukoll li bl-istess mod hi qatt ma kkundannat u qatt ma qalet li mara illi twettaq abort għandha tiġi kriminalizzata. Pero jekk nemmnu li l-ħajja hija mill-konċepiment, mela allura, f'dak l-argument, irridu nemmnu li l-abort huwa qtil - tfakkarha l-gazzetta. "Iva tagħmlu meta tagħmlu, bl-abort qed tittermina l-ħajja ta' bniedem - kont u għandi u se nibqa' nemmen li mal-konċepiment hemm persuna," tinsisti d-Deputat. Il-gazzetta ILLUM terġa tinterrompi u tistaqsiha: Mela allura, bl-argument tagħha stess, x'inhi d-differenza bejn qtil ta' ħajja fil-ġuf u dik ta' anzjan ta' 80 sena? Hi twieġeb billi tgħid illi raġel ta' 80 sena mhuwiex marbut ma' ħajja ta' persuna oħra. Kuntrarjament għal dan, tgħid illi l-fetu huwa mqabbad mal-omm u jiddependi mill-omm. "Mela jekk se niġu f'sitwazzjoni fejn l-istat mentali jew fiżiku ta' mara jkun fil-periklu, hemmhekk il-mara li qed issostni l-fetu għandha dritt tagħmel l-għażliet tagħha." Hija qalet illi s-soċjetà għandha toffri edukazzjoni fejn kulħadd ikun konxju tar-responsabbilitajiet tiegħu, kif ukoll sistema tas-saħħa għan-nisa li hija preventiva, aċċessibbli u b'xejn. Dwar l-iffirżar tal-embrijuni Farrugia tgħid illi din hija xi ħaġa kompletament differenti għax f'dan il-każ "minflok mort għall-għażla li tiffriża bajda, qed tiffriża embrijun u allura ħajja. Din tkun tfajtha fil-friża, tuża l-embrijun li trid imbagħad dak li m'għandekx bżonn tarmi." "Jekk inti tista' tiffriża bajda għalfejn tiffriża bniedem?" staqsiet id-Deputat Farrugia. 'Diżgustanti u diżgustanti aktar' U finalment dwar dan is-suġġett din il-gazzetta tistaqsi lil Farrugia x'inhi r-reazzjoni tagħha dwar kif irreaġixxew il-partiti għall-abbozz tagħha. Bdejna bil-Partit Nazzjonalista. "Diżgustanti," tibda tgħid Farrugia illi tisħaq li jekk partit qed jipprova jevolvi u "jiġbor ġieħu" għallinqas irid juri li lest jiddiskuti. "Ħalli jiddiskuti u xorta joħroġ bl-istess pożizzjoni kontra, imma mqar tiddiskuti." Hija qalet illi l-pożizzjoni ma tirriflettix dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni li għall-ewwel indika diskussjonijiet fil-partit, biex sagħtejn wara ħa pożizzjoni. "Dan ifisser li l-kurrent konservattiv fil-PN għadu jirrenja romblu fuq kulħadd u mhuwiex konoxxenti tal-bidla fis-soċjetà." Dwar il-pożizzjoni tal-Partit Laburista, Farrugia tgħid illi l-pożizzjoni ta' dan il-partit hija "aktar diżgustanti." Hija ddeskriviet bħala "bluha li bħala qatt ma smajt", l-argument tal-PL li dan l-abbozz fil-Parlament "joħnoq" id-diskussjoni. "Minn naħa l-oħra naħseb li biex nevolvu f'pajjiż li jħoss u jħenn u li jagħti soluzzjonijiet għall-isfidi, l-ADPD l-aħjar li mexa' f'dan ir-rigward." 'Kont demonizzata u sar assassinju tal-karattru fuqi' Għaliex allura Marlene ma baqgħetx tmexxi lill-Partit Demokratiku minn fejn kien ikollha pjattaforma ħafna aħjar biex tressaq il-pożizzjoni tagħha? Hija qalet illi fl-elezzjoni tal-2017 imma anke wara hi ġiet demonizzata u sar assassinju tal-karattru tagħha. "Ħallieha li ħafna minn dawk li qaluli miġnuna llum jiġu fuqi u jgħiduli li kelli raġun li ppruvajt niftħilhom għajnejhom." Hi qalet illi dan l-attakk kien ġej mill-PL u wara anke mill-PN - meta kienet qed tikkritika lil Adrian Delia. "Għalhekk ħsibt li l-PD ikun aħjar mingħajri, għax ħassejt li l-attakk fuqi kien qed isir fuq partit li qed jipprova jsib saqajh," saħqet Farrugia. George Abela u Robert Abela: L-istess jew differenti? Fl-2008 Marlene Farrugia kienet appoġġjat bil-kbir lil George Abela għal Mexxej ġdid Laburista. Kif tara li huma simili u differenti George Abela u llum ibnu Robert Abela fit-tmun tal-pajjiż bħala Prim Ministru? "Iva kont ħdimt għal George Abela, li nirrispettah ħafna. Naħseb li dak iż-żmien Abela seta' jaġixxi u jpoġġi l-programm tiegħu b'mod aktar ħieles minn Robert Abela, forsi minħabba li l-PM tal-lum huwa marbut xi ftit, b'irbit li ma nistgħux naraw." Imma taċċetta l-fatt li fl-aħħar sena u nofs saru riformi ġudizzjarji, riforma fil-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija, għaddejna mit-test tal-moneyval dwar il-ħasil tal-flus u aktar? Tasal tgħid li sar progress konsiderevoli minn meta kien Prim Ministru Joseph Muscat? "Uh baħar jaqsam hemm bejn Muscat u Abela - u f'kollox!" wieġbet Farrugia Hi qalet illi qed joħroġ ċar illi hemm attentat, li tgħid illi "qed jagħti riżultati", biex l-affarijiet jitranġaw fil-qasam tas-saltna tad-dritt. Qalet ukoll iżda illi f'aspetti oħrajn il-bidla għadha mhix qed iseħħ, fosthom fl-ippjanar u l-iżvilupp. "Il-ħerba għadha għaddejja, forsi ftit inqas, imma għadha għaddejja," sostniet id-Deputat. Hi qalet ukoll li l-kontroll li għad hemm fuq id-Deputati tal-Gvern hemm għadha. "Meta wieħed iqis li Abela mill-ewwel sab pandemija u xorta inidirizza kwistjonijiet tas-saltna tad-dritt, naħseb li hemm baħar jaqsam bejnu u Muscat." Covid: Ninża l-kappell lil Fearne u ta' madwaru Induru fuq il-Covid-19. Ħafna huma dawk li jemmnu illi l-Gvern mexxa tajjeb f'dak li jitratta Covid-19, speċjalment f'dak li jirrigwarda vaċċinazzjoni, meta kkumparati mal-bqija tad-dinja. Tagħtihom tort lil dawn in-nies li ddeċidew għalhekk li jerġgħu jivvutaw lill-Partit Laburista? Hija bdiet billi qalet li tinża l-kappell lil Fearne u t-tim tiegħu u li kieku "Abela dejjem sema' minn Fearne u ta' madwaru konna nkunu aħjar illum." Hija qalet illi l-akbar żbalji ta' Abela kienu ċerti stqarrijiet dwar il-mewġ fil-baħar u meta ħafer il-multi. "Imma issa Abela jidher li tgħallem mill-iżbalji tiegħu stess u qegħdin dejjem resqin lejn normalità. Issa dwar il-perċezzjoni tan-nies - jiena ngħid illi l-ewwelnett m'għandniex ninsew il-propoganda l-ħin kollu. It-tieninett il-perċezzjoni ta' kemm mexxa tajjeb il-Gvern tvarja. Jekk huwa sid ta' ħanut li kellu jagħlaq u forsi ma reġax fetaħ - jaraha mod u xi ħadd li l-paga baqgħet dieħla normali, jaraha mod ieħor," spjegat Farrugia. Hija qalet iżda li ma tħossx li ż-żmien li l-pajjiż kien magħluq intuża tajjeb biżżejjed għal titjib infrastrutturali speċjalment tisbiħ u tindif. U fuq dan l-aħħar punt Farrugia tikkritika s-sitwazzjoni ta' ndafa fil-pajjiż. "Hawn ħmieġ kbir. Bħall-antik erġajna ġejna," sostniet mal-ILLUM. Ipproponiet li nduru dawra mal-pajjiż għal tindif u aktar tisbieħ, "mhux mort Birżebbuġa kien hemm qisu ġnien kien hemm ħmieġ u żibel miftuħ u mort sa San Tumas bdejt nara cookers u fridges." U ngħalqu bil-PN. Taħseb li Bernard Grech huwa progress minn Delia? Hi tibda billi tgħid li temmen illi Grech huwa Kap "kredibbli" imma ssostni illi biex il-PN jidher bħala alternattiva jeħtieġ il-bidliet neċessarji. "Per eżempju jkun trasparenti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-partit stess, anzi jekk irid ikun sejru għandu jmexxi 'l quddiem il-finanzjament tal-partiti mill-istat, ħalli l-partiti ma jibqgħux jiddependu mill-kuntratturi. L-emenda tal-kwoti tan-nisa - li hija diskriminazzjoni lampanti kontra nisa li ma joħorġux mal-PN jew mal-PL - il-PN qatt ma messu qabel magħha…" L-ILLUM tfakkarha li huwa proprju fuq dan li l-PN jiġi kkritikat - in-nuqqas ta' pożizzjonijiet ċari, bħal fil-każ tal-Liġi dwar il-Kannabis, fejn sal-lum il-PN huwa kważi l-unika entità li ma ħarġitx b'opinjoni. Farrugia taqbel u tgħid li Bernard Grech għandu bżonn juri l-PN fhiex jemmen. "Wisq nibża' li hemm wisq komuni bejn il-PN u l-PL. Hemm wisq silenzju mill-PN, fuq l-ippjanar per eżempju u fuq l-iżvilupp bla rażan u l-kruhat li qed iseħħu fil-pajjiż. M'aħniex nisimgħu partit kbir fl-Oppożizzjoni jwiegħed bidliet fil-policies!" Għalhekk Marlene Farrugia temmet din l-intervista tgħid li "sakemm in-nies mhux se jaraw id-differenza bejn il-PN u l-PL se jagħżlu 'the devil they know'. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62678/sospi_ixxogol_filbajja_talballuta_millgrupp_fortina_wara_pressjoni_mirresidenti_u_gaqdiet | null | www.illum.com.mt | Il-Grupp Fortina ssospenda x-xogħlijiet fuq pontoon privat fil-Bajja tal-Balluta sabiex jibdew diskussjonijiet ma' dawk kollha interessati. Dan wara pressjoni mill-Moviment Graffitti, il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, residenti u anke l-kandidat indipendenti Arnold Cassola. Membri tal-Moviment Graffitti imblukkaw ix-xogħlijiet u akkużaw lill-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi (ERA) li biddlet il-permess b'segretezza għall-grupp biex jibni dan il-pontoon li se jintuża għas-servizz tal-fast ferry li għadu kif nieda din il-ġimgħa stess. Graffitti sostniet li l-Grupp Fortina jrid iċaħħad lill-poplu u r-residenti mit-tgawdija taż-żona, "biex iżid il-profitt privat tiegħu." L-għaqda qalet illi minflok ikkastigat lill-grupp talli beda x-xogħol fuq dan il-pontoon b'mod illegali, l-ERA "ippremjatu billi ħallietu jkompli bix-xogħol." | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62679/ilpn_jera_jwieged_li_jekk_elett_filgvern_lart_talondoq_irrummien_tingat_lillpubbliku | null | www.illum.com.mt | Il-Partit Nazzjonalista, permezz tal-Kelliem għall-Ambjent Robert Cutajar u dak ta' Għawdex Chris Said reġgħu wegħdu illi l-PN se jieħu "azzjonijiet" biex l-art madwar il-Bajja ta' Ħondoq ir-Rummien tibqa' pubblika u tingħata lill-poplu. Fil-fatt hija biss parti żgħira mill-bajja li hija tal-Gvern, bil-bqija tal-art tinbiegħ lill-privat fl-2002, taħt Gvern Nazzjonalista - mill-privat għall-privat. Fl-2006, l-istess Gvern kien biddel l-istatus tal-art in kwistjoni minn waħda ODZ u għall-afforestazzjoni, għal art li fuqha jista' jsir żvilupp relatat mal-marittimu u t-turiżmu. Konsegwentement u grazzi għal dawn it-tibdiliet sid l-art kien applika għal żvilupp li kien jinkludi 300 appartament u lukanda b'195 kamra. "L-iskop wara dan kollu hu li din l-art issir pubblika biex imbagħad jibda proċess biex fejn hemm bzonn tiġi riabilitata – speċjalment il-parti fejn kien hemm il-barriera u tiġi trasformata f'park nazzjonali għat-tgawdija tal-pubbliku," qal Said. Huwa qal ukoll li fi tmiejn snin ma sarx proġett wieħed ta' spazji miftuħa f'Għawdex. Robert Cutajar qal li l-proposti li ressaq il-Partit Nazzjonalista u li se jkompli jressaq fil-jiem li ġejjin jagħtu garanzija lill-poplu Malti għall-kwalitá tal-ħajja aħjar bl-ambjent ikun qasam ewlieni. "Sfortunatament illum ma' tgħaddix ġurnata li ma tiftaħx gazzetta jew portal u li ma tismax stejjer li ta' kuljum l-ambjent f'pajjiżna verament jinsab taħt theddida. Dan mhux l-ambjent li ġie mwiegħed fl-2013 mill-Partit Laburista," saħaq Cutajar. Huwa akkuża lill-Gvern illi huwa "protagonist fil-ħsara ambjentali" li qed issir f'pajjiżna. "Gvern b'Ministru tal-ambjent li jiddikjara u jikkonferma f'dibattitu li għall-Gvern fl-aħħar snin l-ambjent ma' kienx prioritá. Tant li falla fl-immaniġjar u s-separazzjoni tal-iskart, nesa' t-tibdil fil-klima, qed jinjora l-kwalitá tal-arja u mhux jagħti każ il-ħarsien tal-biodiversitá. " Cutajar u Said waqt il-Konferenza Cutajar temm ifakkar li din il-ġimgha l-Gvern vvota kontra abbozz imressaq mill-Oppożizzjoni dwar l-ERA u fakkar li dan l-Abbozz kellu l-appoġġ ta' sitt għaqdiet ambjentali," | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62680/storja_miktuba_biddemm_ilqawmien_talhamas_u_dak_li_jridu_llhud_hekk_kif_listatus_quo_jithee | null | www.illum.com.mt | Nhar il-Ħadd li għadda din il-gazzetta tat ħarsa lejn l-istorja mdemmija tal-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina bi snin fuq snin ta' ġlied, irvellijiet u snin ddominati minn nies bħal Yasser Arafat fuq il-naħa tal-Palestinjani, f'isem l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni Palestinjana (PLO) - illum magħruf bħala Fatah - u Yitzhak Rabin fuq in-naħa l-oħra li kien ġie assasint f'Tel Aviv. Illum din il-gazzetta se tagħti ħarsa lejn il-Hamas - ħafna drabi r-raġuni li l-Iżrael jġib għall-ibumbardjar tal-istrixxa ta' Gaza li l-istess Hamas ilha tikkontrolla mill-2007. Imma apparti minn hekk il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' James Sater, Kap tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università ta' Malta u li jispeċjalizza wkoll fil-politika tal-Lvant Nofsani. Imma qabel, ejja nagħtu ħarsa qasira lejn ir-realtà tal-Hamas. Saret elezzjoni u telgħu dawk li l-punent jara bħala 'Ġiħadisti u terroristi' Il-Grupp tal-Hamas ġie wara snin illi matulhom il-PLO kienet tiddomina il-politika Palestinjana u li kienet ukoll mexxiet in-negozjati li wasslu għal-ftehim storiku ta' Oslo fl-1993 li dħalna ftit fid-dettalji tiegħu l-Ħadd li għadda. Fih Arafat kien għamel dikjarazzjoni illi hu jirrikonoxxi d-dritt tal-Iżrael li jkun stat għalih. Din hija xi ħaġa li l-Hamas assolutament ma taċċettax u li diversi ċittadini tad-dinja Għarbija għadhom jirreżistu wkoll minkejja li xi pajjiżi Għarab innewtralizzaw id-diskors tagħhom lejn l-Iżrael. Il-Hamas twaqqaf bħala forza politika u għandu l-oriġini tiegħu fil-Fratellanza Musulmana fl-Eġittu. Twaqqaf fl-1987 u fl-2006 rnexxielu jirbaħ elezzjoni li rat lil PLO (Fatah) jitlef Gaza, xi ħaġa li ma niżlet assolutament xejn tajjeb ma' diversi forzi tal-punent. Fil-fatt tajjeb wieħed ifakkar illi l-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun u l-Kanada ddikjaraw lil Hamas bħala terroristi. Għalhekk id-dinja tal-punent qalet lil Hamas li dan għandu jaċċetta li jiddiżarma u jiddimilitarizza lilu nnifsu kif ukoll li jaċċetta lill-Iżrael bħala Stat, xi ħaġa li Hamas irrifjutaw u li ddeskrivew bħala talba inġusta. L-appoġġ lejn il-Palestinjani ġie minn diversi bnadi, fosthom mill-Prinċep tas-Sawdi Għarabja Saud al-Faisal li rrimarka illi l-ewwel l-UE u l-Istati Uniti riedu elezzjoni fil-Palestina u għax ir-riżultat ma ġiex kif xtaqu, iddeċidew li jagħmlu diversi kundizzjonijiet. Diversi pajjiżi, waqqfu l-għajnuna finanzjarja lill-Palestinjani, biex l-istrixxa ta' Gaza bil-mod, il-mod saret l-aktar art politikament iżolata fir-reġjun. Wara xhur ta' ġlied u ftehim għal Gvern ta' Għaqda li kellu ħajja qasira, il-Hamas ħatfu l-kontroll ta' Gaza u minn hemm bdiet gwerra ta' tfigħ ta' missili u bombi minn u lejn kull naħa. Il-Hamas baqa' jinsisti dejjem li l-Iżrael m'għandux dritt jeżisti bħala stat, punt ta' prinċipju li qatt ma telqu minnu u li wassal għal tensjoni kontinwa bejn l-Iżrael u l-Istrixxa ta' Gaza. Fl-2011 sar ftehim ta' rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ naħat politiċi tal-Palestinjani li wkoll kienu mifrudin, il-Hamas f'Gaza u l-Fatah fix-Xatt tal-Punent - bejn Mahmoud Abbas u Khaled Meshaal. Il-Hamas hija organizzazzjoni Iżlamista u li tgħid ċar illi l-Iżrael tibqa' teżisti sakemm id-dinja Musulmana teqridha u jgħidu f'Artiklu 11 fil-qafas tat-twemmin tagħhom illi l-Iżrael hija art Musulmana u li allura huwa xogħol kull Musulman li jara u jaħdem biex dan iseħħ. F'Artiklu 15 għalhekk jappellaw għal Jihad - jew gwerra qaddisa. Ġemgħa ta' partitarji tal-Hamas 'Il-Fatah mhumiex eżattament id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li xi kultant jitpinġew li huma' L-argument tal-punent huwa li kull attakk huwa kważi ġustifikat proprju minħabba l-Hamas u l-fatt li minkejja diversi appelli, anke minn stati Għarab, il-Hamas jibqa' jirrifjuta li jinħolqu żewġ stati separati għal Lhud u l-Palestinjani. Il-Professur Sater ma jaħsibx li l-Hamas jista' jkun li qed jispara f'saqajn l-istess ġlieda ta' ħafna palestinjani għal-libertà, propju minħabba n-natura fundamentalista tiegħu? Sater jgħid lil din il-gazzetta illi huwa minnu li ħafna mill-attakki li jsiru mill-Iżrael dejjem isiru fuq l-argument illi l-attakk huwa fuq il-Hamas mhux Gaza. "Il-Hamas ilhom popolari mid-90ijiet għal diversi raġunijiet. Filwaqt li kien hemm il-proċess ta' Oslo, il-PLO kienu saru forza ta' awtoritarjaniżmu. Ma kinux il-protetturi tad-drittijiet tal-bniedem daqs kemm jiġu pinġuti, xi drabi," jibda jispjega Sater mal-ILLUM. Huwa jfakkar li l-Hamas tara illi l-proċess ta' paċi f'Oslo huwa fundamentalment żbaljat għaliex kienu l-Palestinjani biss li rrikonoxxew lill-Iżrael u mhux il-kontra. Huwa jfakkar ukoll illi filwaqt li l-Iżrael kellha ħafna żoni residenzjani (settelments) fix-Xatt tal-Punent hija kienet saħansitra "għaddiet armi lill-PLO, liema armi intużaw kontra l-Palestinjani." Ifakkar ukoll li l-Hamas kienu ġew arrestati u mbagħad meħlusin fit-tieni intifada fil-bidu tas-sena 2000 (tajna ħarsa lejha fl-ewwel artiklu). "Huma kienu meqjusin bħala forza popolari kontra l-awtoritajiet korrotti Palestinjani," qal Sater. Minkejja dan huwa qal ukoll li 15-il sena ta' azzjonijiet tagħhom waslu biex "il-Palestinjani saru ħabsin f'Gaza." Huwa hawnhekk ifakkar li hemm żewġ argumenti dwar is-sitwazzjoni li fiha jinsabu n-nies f'Gaza: Min iwaħħal fil-Hamas għal nuqqas ta' rieda u min iwaħħal fis-sanzjonijiet tal-Iżrael kontra Gaza. Ġemgħa ta' partitarji tal-Fatah 'Pożizzjonijiet iebsin mhux se jwasslu għal paċi u s-sigurtà' Fid-dawl ta' dan kollu l-Professur Sater jgħid illi l-faqar fl-Istrixxa ta' Gaza huwa "estrem", il-qgħad huwa aktar minn 50% u ma hemmx opportunitajiet ta' xogħol, ħlief dawk marbutin ma' għajnuna umanitarja. "F'Gaza, it-toroq, l-ajruport, l-iskejjel … kollox huwa imkisser," qal Sater illi fakkar ukoll li f'din l-art mhux wisq differenti mid-daqs ta' Malta jgħixu żewġ miljun persuna u li minnha l-Palestinjani ma jistgħux jidħlu jew joħorġu. Sostna illi minkejja l-inazzjoni tal-komunità internazzjoni s-saħħa kbira li kisbet l-Iżrael qed tonqos, hekk kif il-Palestinjani qed jingħataw rappreżentanza fl-Organizzazzjoni Dinijija tas-Saħħa kif ukoll fil-Ġnus Magħquda. Xi ħaġa li James Sater jgħid li seħħet "kontra x-xewqa tal-Iżrael." "L-Iżrael issa trid tirreaġixxi għal dan. Jew tippreżenta l-missjoni tagħha kontra Gaza b'mod differenti, jew inkella tibda diskussjoni vera u profonda fuq is-soluzzjoni ta' żewġ stati. Imma biex dan iseħħ irid ikun hemm imsieħba kredibbli," jisħaq. Huwa jgħid li l-Iżrael mhuwiex kredibbli għaliex jgħid li kien forna lil Fatah bl-armi biex dan jegħleb lil Hamas. Sater qal li issa anke ħafna Lhud u partiti politiċi Lhud qed jintebħu li l-mod kif il-Gvern qed jitratta dan il-kunflitt u l-mod kif qed jiffoka fuq Gaza "mhux qed jissodisfa l-bżonn tal-paċi." Jgħid ukoll li l-kunflitt huwa wisq qrib fejn jgħixu miljuni ta' Lhud, bħal f'Tel Aviv u anke Ġerusalemm. "Pożizzjonijiet iebsin waħedhom mhumiex se jwasslu għal paċi u s-sigurtà li l-Lhud jixtiequ u qed jappellaw għalih." 'Ħadd ma jrid li dan il-kunflitt jitwal wisq aktar' Imma fit-toroq u l-pjazez in-nies miż-żewġ naħat xi jridu? Iridu r-retorika tal-lemin? Iridu aktar tpattija? Hemm rieda għal rikonċiljazzjoni? Il-Professur James Sater beda bil-Palestinjani: "Il-Palestinjani huma ċari dwar xi jridu. Li jistgħu jgħixu fl-istat tagħhom, b'elezzjonijiet mingħajr ebda forma ta' indħil mill-Iżrael. Apparti dan iridu wkoll li l-kapitali tagħhom tkun in-naħa tal-lvant ta' Ġerusalemm," li kif rajna fl-ewwel artiklu tibqa' waħda mill-għeruq tal-għawġ kollu li nqala' mas-snin. Imbagħad idur fuq il-Lhud. "Il-Lhud huma aktar mifrudin. Settur żgħir u li ċkien mas-snin jemmnu f'soluzzjoni, bħal dak li ġie mifthiem f'Oslo." Huwa jgħid illi dan is-settur tal-poplu Lhudi ċkien minħabba diversi raġunijiet fosthom l-attakki mill-Palestinjani. Huwa qal li l-maġġoranza "jridu l-istatus quo. Mhux għax iridu li l-Gvern jattakka lil Gaza jew għax jaħsbu li t-tensjoni mal-Palestinjani hija xi ħaġa tajba, inkluż fi bliet fl-Iżrael stess fejn hemm kemm Lhud u anke persuni Għarab, imma għax tat l-istabilità. Dik l-istabilità issa qed tkun imminata." Jgħid illi minkejja li hemm Lhud ortodossi (u allura ħafna aktar estremisti) li ma jridux jgħixu mal-Palestinjani hemm oħrajn li jridu ftehim, speċjament fid-dawl tal-fatt li apparti l-madwar żewġ miljun Palestinjan f'Gaza hemm maż-żewġ miljuni oħra fil-bqija tal-Iżrael li jinkludi x-Xatt tal-Punent, li huwa mmexxi mill-Palestinjani wkoll, u komunitajiet fi ftit bliet bħal Tel Aviv (F'Jaffa l-aktar - fejn l-Għarab qed jakkużaw lil-Lhud b'ġentrifikazzjoni biex jimbuttawhom 'l barra). Huwa qal illi dak li seħħ f'Gaza u anke f'toroq fl-Iżrael huma "atroċitajiet" u jisħaq li l-gwerra hija assimetrika u "allura ħafna iktar Palestinjani tilfu ħajjithom, inkluż tfal, familji u ċittadini normali." Huwa qal li dawn l-atroċitajiet huma prezz wisq għoli "għar-rieda tal-Iżrael li jissopravivi." Il-Professur James Sater temm jgħid mal-ILLUM li fl-aħħar mill-aħħar iżda ħadd ma jrid li dan il-kunflitt, bl-atroċitajiiet u tbatijiet kollha li qed jikkawża, jibqa' għaddej għal wisq żmien aktar. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62682/jitneew_320_tunnellata_ta_skart_u_minflok_jitawlu_madwar_200_sira_flinwadar_ | null | www.illum.com.mt | Madwar 200 siġra u arbuxell qed jitħawlu fil-Park tal-Inwadar fin-Nofsinhar ta' Malta, ħabbret il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli waqt attività ta' arti fil-park f'Jum l-Ambjent. Dawn is-siġar tħawlu f'żona illi kienet ikkaraterizzata minn skart, l-aktar ta' kostruzzjoni. Fil-fatt tneħħew b'kollox madwar 320 tunnellata ta' skart ta' kostruzzjoni qabel sar dan it-tħawwil. Il-200 siġra se jkunu qed jiżdiedu għal aktar minn 1,000 siġra grazzi għall-ħidma li se tkun qed timplementa Parks Malta fix-xhur li ġejjin. L-ispeċi ta' siġar li tħawlu huma ħamsa: tal-alaternu (Rhamnus alaternus), ħarrub (Ceratonia siliqua), ballut (Quercus ilex), żnuber (Pinus halepensis) u deru (Pistacia lentiscus). "Dawn huma siġar adattati għal dan it-tip ta' abitat Mediterranju, li huwa l-uniku sit fl-Inwadar li għandu bosk," spjegat il-Ministru Miriam Dalli. Kif illum tingħalaq il-Kampanja għas-Servizz Pubbliku 2021, żewġ studenti – Krista u Yanika, qed jagħmlu job shadowing fejn attendew għall-attività ta' arti fil-park. Flimkien mal-Ministru Miriam Dalli, dawn iż-żewġ studenti ħawlu siġra bħala kommemorazzjoni f'Jum l-Ambjent. It-tħawwil ta' mijiet ta' siġar, arbuxelli u pjanti indiġeni ta' speċijiet oħrajn se jkompli lejn tmiem din is-sena. Fl-istess waqt, Parks Malta se jkomplu bit-tindif u bit-tneħħija f'parti oħra tal-masġar, kif ukoll ir-restawr ta' bir qanpiena tradizzjonali Malti li nstab mirdum taħt it-terrapien. Il-masġar huwa diġà mgħasses b'sistemi ta' CCTV. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62681/ilministru_galdes_iabbar_li_llista_ta_stennija_quddiem_ilhousing_naqset_b42 | null | www.illum.com.mt | Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ħabbar li n-nies jistennew akkomodazzjoni soċjali naqsu kważi bin-nofs. Mill-2017, meta kien hemm 3,288 persuna fil-lista, illum din naqset b'aktar minn 42% għal 1,900 persuna. Dan il-progress seħħ saħansitra qabel ma jibdew jiġu allokati d-djar il-ġodda ta' akkomodazzjoni soċjali. "Is-sistema ħolistika tal-housing li ħloqna qed tħalli l-frott u qed iġġib progress," qal il-Ministru Roderick Galdes li fisser kif il-firxa wiesgħa ta' servizzi li qed tagħti l-Awtorità tad-Djar qed tgħin lin-nies jimxu 'l quddiem. Il-Ministru Galdes qal li l-aktar fattur li ħalla impatt fuq il-lista ta' stennija kien il-prevenzjoni. Fil-fatt, mir-rata ta' 580 applikazzjoni ġdida fis-sena li biha kienet tiżdied il-lista fl-2017, din naqset għal 238 applikazzjoni ġdida fl-2020. "Dan il-progress ifisser li pprovdejna servizzi effettivi biżżejjed li ma ħallewx lill-familji jaqgħu fi bżonn eċċessiv u dipendenza fuq l-Istat," żied il-ministru. Fost l-inizjattivi li ttieħdu hemm it-tisħiħ tal-benefiċċju tal-kera li qed itejjeb il-qagħda ta' 2,900 familja fil-kera billi jiżgura li ma jħallsux aktar minn kwart tal-qligħ disponibbli tagħhom fuq il-kera, 'il fuq minn 800 dar li ġiet imsewwija u aktar minn 500 dar oħra li ġew adattati biex ikunu aktar aċċessibbli għal min għandu sfida ta' mobbiltà u diżabilità. Is-self soċjali wassal biex madwar 160 familja li kienu eliġibbli għal akkomodazzjoni soċjali llum saru sidien ta' djarhom. Sadanittant, sal-aħħar ta' Ġunju se jkunu ġew allokati madwar 571 dar tal-akkomodazzjoni soċjali mill-istokk eżistenti, filwaqt li 240 soluzzjoni oħra nstabu permezz tal-proprjetajiet li l-Awtorità tad-Djar tikri mingħand sidien privati. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay ta stampa ċara tal-firxa wiesgħa ta' servizzi li hemm disponibbli u li qed jilħqu l-bżonnijiet speċifiċi. Huwa semma l-istudju li sar fost l-applikanti biex ġew mifhuma fid-dettall l-isfidi u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Dan l-istudju kien strumentali biex tfasslu soluzzjonijiet speċjalizzati li fi kliem is-Sur Leonid McKay, mhux biss taw sostenn imma xprunaw il-mobilità soċjali. McKay qal li ssaħħaħ l-infurzar biex jiġġieled l-abbuż mill-akkomodazzjoni soċjali u dan wassal biex ġew irkuprati diversi djar. Flimkien mal-infurzar qed isir monitoraġġ kostanti kemm tal-applikanti kif ukoll tal-benefiċjarji biex tiġi żgurata compliance. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/kultura/arti/62687/letteratura__gotjiet_briq_ilpubblikaturi_u_ttradutturi_letterarji_iscentre_national_du_livre_u_linstitut_franais | null | www.illum.com.mt | Fiċ-ċrieki traduttoloġiċi tagħna ilna snin nisimgħu bosta ilmenti dwar id-diffikultajiet illi l-pubblikaturi u b'mod speċjali t-tradutturi letterarji spiss isibu ruħhom fihom biex jipproduċu u mbagħad ipoġġu fis-suq f'għamla stampata – mingħajr almenu ma jġarrbu telf finanzjarju – traduzzjonijiet ta' materjal letterarju għall-Malti. Iċ-ċiklu tal-ħajja ta' traduzzjoni letterarja maħsuba biex tilħaq il-ħwienet tal-kotba s-soltu jeżiġi kemxejn iżjed żmien u jiġi jqum ukoll iktar flejjes minn dak ta' kull materjal ieħor mhux tradott. Dan iċ-ċiklu partikulari jinvolvi għadd ta' kwistjonijiet – fil-biċċa l-kbira marbuta mal-liġijiet tal-proprjetà intellettwali fis-seħħ – li l-kittieba l-oħra u l-pubblikaturi tagħhom ma jkollhomx għalfejn jidħlu fihom. Ċerti aspetti legali ta' proċessi kummerċjali bħal dawn akkont kapaċi jirrikjedu aktarx iżjed żmien u żgur iżjed flus. Dawk kollha li b'xi mod jew ieħor huma midħla tat-traduzzjoni letterarja żgur konxji minn dan. Min-naħa tagħhom it-tradutturi sikwit jilmentaw li l-ispejjeż li bilfors jeħtiġilhom jidħlu fihom 'qas biss ikopru x-xogħol tant iebes – ġaladarba t-traduzzjoni ta' xogħol letterarju mhix ċajta – li jkunu għamlu. Biex tgħaqad, il-pubblikaturi mill-banda l-oħra ħafna drabi ma jkunux f'qagħda soda biżżejjed biex jirremuneraw lit-tradutturi tagħhom b'mod xieraq, l-iżjed meta tqis il-flejjes illi minn daqqiet jintalbu jġorru biex jikkonkludu bis-sħiħ in-negozjati meħtieġa dwar id-drittijiet tal-awturi tat-test-sors u l-barka aħħarija mill-pubblikaturi barranin tagħhom. Uħud mill-entitajiet ewlenin interessati fl-industrija tal-ktieb, l-iżjed f'dik tat-traduzzjoni letterarja, jidhru konxji minn dawn il-limitazzjonijiet. Il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura u iżjed u iżjed il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb issa ilhom snin, b'mod regolari, joħorġu skemi ta' sussidji monetarji biex itaffu l-piżijiet spiss pjuttost projbittivi li jkollha ġġorr l-industrija tat-traduzzjoni biex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet vinkolanti tal-liġijiet tal-proprjetà intellettwali. Kull sena preċett il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb joħroġ skema ġenerali t'għajnuna għall-kittieba li minnha jistgħu jibbenefikaw anke t-tradutturi li jittraduċu xogħlijiet letterarji minn ilsna barranin għall-Malti. M'ilux beda joħroġ ukoll oħra simili b'riżq dawk illi jroddu xogħlijiet Maltin f'lingwi barranin. Madankollu l-ammont massimu offrut minn dawn l-iskemi mhux dejjem jibbasta tajjeb biex jinfdew l-ispejjeż kollha meħtieġa, l-iżjed meta x-xogħlijiet letterarji barranin inkwistjoni ma jkunux għadhom saru – skont il-liġijiet tal-copyright rispettivi tal-pajjiż inkwistjoni – parti mid-dominju pubbliku. F'każi bħal jenħtieġ illi qabelxejn il-pubblikatur iħallas somma miftehma lis-sidien tad-drittijiet tal-awtur. Ħafna drabi l-ammont mitlub ma jkunx sold jew tnejn. Ħaġa ċara li das-suq tal-kotba ċkejken tagħna – b'xorti ħażina forsi partikularment dak tat-traduzzjoni letterarja – qajla jista' jagħmel tajjeb għal dan l-infiq bil-ftit kapital li jiġġenera mill-bejgħ tal-kotba. Dawn l-intoppi ma jolqtux biss lill-industrija tal-kotba tagħna. Naf bosta tradutturi barranin, saħansitra minn pajjiżi ferm ikbar minn pajjiżna, li ġieli xorta ltaqgħu ma' barrieri monetarji bħal dawn. Lilna jkidduna iżjed għax is-suq tagħna, apparagun, huwa bil-wisq iżgħar. Fl-aħħar mill-aħħar iċ-ċokon ta' gżiritna jiddettalna naħdmu, anzi naqdfu – ngħiduha ċara u tonda kif inhi – f'wieħed mill-iżgħar swieq tal-kotba fid-dinja. Xejn ma jgħin imbagħad il-fatt illi qajla għandna possibiltajiet kummerċjali vijabbli biex nesportaw barra xtutna materjal letterarju miktub bil-Malti. Mela ħabat tajjeb għat-tradutturi, l-iżjed għal dawk tagħna, li bosta korpi u entitajiet kulturali fid-dinja f'dal-aħħar snin – bħall-KNK u l-KMAK – bdew jaqdu wkoll ir-rwol kruċjali ta' intermedjarji kummerċjali bejn il-pubblikaturi. Wieħed mill-iktar katalisti attivi f'ħidmiet bħal dawn huwa s-Centre national du livre (CNL) ta' Franza. Ibbażat f'Pariġi taħt il-Ministeru għall-Kultura u l-Kommunikazzjoni Franċiż, is-CNL twaqqaf apposta biex jappoġġja ċ-ċikli tal-ħajja tal-produzzjoni tal-kotba letterarji, l-iżjed ta' xogħlijiet impenjattivi, eżiġenti u ambizzjużi. Sintendi, nafu kif inhuma l-Franċiżi: bosta mill-inizjattivi tiegħu tfasslu biex jagħtu spinta – b'mod speċjali fil-kamp traduttoloġiku – lill-preżenza u lit-tixrid tal-letteratura Frankofona kemm fi Franza u kemm fil-bqija tad-dinja. Hekk għandu jkun. Hu x'inhu, dan iċ-ċentru nazzjonali tal-ktieb donnu jagħti prijorità qawwija lit-traduttoloġija. Mhux biss għax joffri għadd ġmielu ta' skemi ġenerużi t'għajnuna għat-tradutturi letterarji, iżda wkoll għax ftit tas-snin ilu saħansitra waqqaf ukoll l-iskola traduttoloġika École de traduction littéraire! Waħda mill-iskemi ewlenin tas-CNL li żgur mhux forsi għandha tiġbed l-attenzjoni tat-tradutturi Maltin illi jaħdmu bil-Franċiż hija l-Aide aux éditeurs pour la traduction d'ouvrages français en langues étrangères: għotja maħsuba apposta għall-pubblikaturi li jittantaw jitbgħu f'format stampat jew diġitali traduzzjonijiet letterarji ta' xogħlijiet Franċiżi. Tistgħu tniżżlu kopja tar-regolamenti li jrieġu dan il-fond traduttoloġiku mis-sit web uffiċjali tas-CNL. Ir-regolamenti disponibbli biss bil-Franċiż. Għaldaqshekk tajjeb illi nagħti ftit tagħrif kwantu dan il-fond partikulari u l-iżjed kundizzjonijiet bażiċi tal-proċeduri amministrattivi tiegħu. Qabelxejn, it-talba uffiċjali għal dan is-sussidju għandha ssir mill-pubblikatur tax-xogħol Franċiż inkwistjoni bil-Franċiż u mhux mill-pubblikaturi tat-tradutturi Maltin. Il-pubblikaturi lokali jenħtieġ ikunu ilhom attivi fis-suq tul mill-inqas sena, ikunu diġà ħarġu għall-bejgħ fis-suq lokali mill-inqas tliet xogħlijiet u jkollhom f'idejhom il-kuntratti tad-distribuzzjoni. Importanti wkoll illi l-proġetti mressqa lilu ma jkunu qatt ma ġew ivvalutati qabel mill-bord aġġudikattiv tas-CNL, ma jiġux ippubblikati qabel tintemm il-valutazzjoni u jkunu jaqgħu fl-ambitu tal-isferi letterarji appoġġati miċ-Ċentru. Ir-regolamenti jelenkaw it-tipi ta' xogħlijiet illi bħala regola din l-iskema ma tkoprix. Mitlub ukoll li t-testi-sors (għajr il-komiks u l-kotba għat-tfal) ikunu testi mhux mid-dominju pubbliku, maqluba għall-Malti b'mod dirett mill-Franċiż jonkella minn wieħed mill-ilsna ta' Franza, jinkludu mill-inqas 50% test apparagun mal-illustrazzjonijiet, stampati mill-pubblikatur lokali u mhux mit-traduttur innifsu b'minimu ta' 500 kopja (300 biss għall-poeżija u t-teatru), u diġà s-suġġett ta' kuntratt validu ta' trasferiment tad-drittijiet tal-awtur. F'kull waħda mit-tliet sessjonijiet annwali mnedija mis-CNL il-pubblikaturi lokali jistgħu jitlobu – dejjem tramite l-pubblikatur Franċiż – massimu t'għaxar għotjiet differenti. It-tressiq tat-talbiet għal din is- subvension tista' ssir biss online permezz ta' portal diġitali mfassal apposta mis-CNL biex jirreġistra u jilqa' dawn l-applikazzjonijiet. L-applikanti jintalbu jirreġistraw mal-portal u jtellgħu fih diversi dokumenti relevanti flimkien ma' tagħrif ieħor. Safrattant, il-membri tal-bord aġġudikattiv jiltaqgħu diversi drabi fis-sena. L-iskadenzi tat-tliet sessjonijiet annwali tat-tressiq tal-proposti tal-pubblikaturi jinsabu wkoll fit-taqsima relevanti tas-sit web taċ-Ċentru. Ma jiġux aċċettati proposti mibgħuta wara tmiem l-iskadenzi. Kull proposta jsirilha mill-inqas rapport espert wieħed illi mbagħad jitressaq lill-bord kompetenti bil-fini li iżjed tard il-membri tiegħu – fid-dawl tat-talbiet kollha mressqa lilu u l-pakkett baġitarju allokat għas-sessjoni inkwistjoni – l-opinjoni tagħhom dwar il-validità, il-livell, il-valur tagħha. Il-proġetti jiġu ġġudikati skont bosta kriterji, fosthom il-kwalità tat-test-sors, ir-rilevanza tat-traduzzjoni anke jekk ma tkunx l-ewwel waħda, id-diffikultà tal-proġett, il-kwalità tas-siltiet tradotti mressqa; il-politika editorjali tal-pubblikatur u l-istorja tar-rapporti professjonali tiegħu mal-pubblikaturi Franċiżi; ir-riskji kummerċjali meħudin mill-pubblikatur, l-għadd mistenni ta' kopji mitbugħa, ir-remunerazzjoni tat-tradutturi fl-isfond tal-prattiki kummerċjali ta' pajjiżhom, l-għajnuna pubblika diġà miksuba għall-proġett, u l-opinjoni tas-servizzi kulturali relevanti tal-Ambaxxata Franċiża fil-pajjiż tal-applikant. L-ammont mogħti lill-pubblikatur jinħadem abbażi tal-ispejjeż tat-traduzzjoni u jlaħħaq sa €35,000. Madankollu, ir-rata tal-kontribut tas-CNL ma tistax tkun inqas minn €500 jew inkella taqbeż l-40% jew is-60%, skont il-każ. F'xi każi eċċezzjoni tista' tilħaq is-70%. Iċ-Ċentru jirriżerva d-dritt li ma jgħaddix it-trasferiment tal-għotja lill-pubbliklatur kemm-il darba dan ma jippreżenta ebda prova ddokumentata b'mod formali li tixhed li jkun irremunera lit-traduttur skont il-ftehim milħuq. Tajjeb li ninnota li jekk il-pubblikatur lokali jkun kiseb ukoll għajnuna finanzjarja simili għall-istess proġett mingħand entità oħra, iċ-Ċentru jista' jaġġusta l-ammont tal-għotja tiegħu skont iċ-ċifri diġà miksuba. Madankollu din il-kundizzjoni possibbli m'għandhiex iżżomm lura għalkollox lill-benefiċjarji tal-iskemi tal-KNK milli jittantaw japplikaw ukoll għal dan il-fond tas-CNL. Il-perjodu tal-validità tal-għajnuna mogħtija jiskadi fi żmien 24 xahar mid-data speċifikata fid-deċiżjoni tal-għotja jew inkella, f'ċerti każi, mid-data tal-ftehim iffirmat mas-Ċentru. Din l-iskadenza tista' tiġi estiża kemm-il darba ssir talba ġġustifikata mill-pubblikatur. Is-sussidju jingħata kollu f'daqqa, voldieri f'pagament wieħed biss, wara l-pubblikazzjoni tat-traduzzjoni fis-suq lokali. Sintendi, jekk il-proġett ma jilħaqx jitlesta jew inkella jitlesta wara din id-data l-għotja ma titħallasx. Ħlief f'xi każi eċċezzjonali, is-soltu l-għotja titħallas lill-pubblikatur Franċiż (jew lill-aġent letterarju li jkun ressaq it-talba) illi mbagħad għandu jgħaddiha lill-pubblikatur lokali. Din l-isekma tas-Centre National du Livre kapaċi tgħin lill-pubblikaturi biex jifdu l-ispejjeż tal-proprjetà intellettwali msemmija qabel mingħand is-sidien tad-drittijiet tal-awtur ta' xogħlijiet letterarji Frakofoni li ma jinsabux fid-dominju pubbliku. F'dan ir-rigward għaldaqstant il-pubblikaturi u t-tradutturi jistgħu wkoll jidħlu f'kuntatt ma' organizzazzjoni kulturali Franċiża maġġuri oħra, did-darba l-Institut Français, li sikwit toffri wkoll – f'ħidma konġunta mas-CNL – skemi ta' xiri tad-drittijiet tal-awtur imfassla apposta għat-tixrid barrani ta' xogħlijiet letterarji Franċiżi tradotti f'ilsna barranin. Għaldaqstant l-applikanti jagħmlu tajjeb ħafna jekk qabelxejn jiftħu djalogu ma' dawn it-tnejn permezz tas-siti web uffiċjali tagħhom biex jitolbuhom iżjed tagħrif dwar il-possibbiltajiet ta' subvensions konġunti li joffru. | [
2
] |
https://www.illum.com.mt/opinjoni/politika/62686/editorjal__bilan_li_jekk_jintilef_ifisser_gaw_sojali | null | www.illum.com.mt | Aspett tal-Covid-19 li ftit jitkellmu dwaru huwa dak tal-bilanċ. Il-bilanċ li Gvernijiet madwar id-dinja - inkluż ta' Malta - qed jippruvaw jilħqu huwa wieħed delikat, li bħal lakstu, qed jiġġebbed u jibqa' jiġġebbed, bil-periklu li jinqata'. Imma x'inhu dan il-bilanċ? Il-bilanċ bejn miżuri restrittivi sabiex jipproteġu lill-poplu ta' dak il-pajjiż u l-ksur tal-libertajiet tal-persuna li tgħix ħajjitha kif tixtieq. Ħarsa lejn id-deċiżjoni li ħa l-Prim Ministru Boris Johnson dwar fejn l-Ingliżi jistgħu jsiefru (prattikament imkien!) wieħed jifhem kemm huwa sensittiv dan il-bilanċ. Bejn li l-Gvern jaqdi dmiru li jieħu ħsieb saħħet il-poplu u minn naħa l-oħra ma jkunx hu li joħnoq libertajiet li l-popli jistennew li jkollhom! Madwar id-dinja l-Gvernijiet qed jiddeterminaw inti fejn tmur, tistax issiefer, f'liema ħin trid tkun id-dar, kemm tista' tiltaqa' ma' nies, x'tagħmel u kemm iddaħħal nies ġo darek. Kieku mhux għall-pandemija miżuri bħal dawn kienu jiġu kkunsidrati oppressivi u faxxisti, normali biss f'dittatorjati. Iżda r-realtà tal-Covid-19 biddlet ħafna mill-libertajiet li kellna, u ġġustifikat dawn ir-restrizzjonijiet! Fir-realtà tal-vaċċin - li wara kollox l-istess Gvernijiet madwar id-dinja biegħu bħala s-soluzzjoni aħħarija ta' din il-pandemija u li qed naraw illi qed iwassal għal ħafna inqas imwiet u ħafna inqas nies fl-isptarijiet - il-popli, in-negozji u miljuni ta' nies qed jitilfu dejjem aktar il-paċenzja kkonfrontati b'aktar miżuri. Miljuni qed jistaqsu: X'ħadna l-vaċċin nagħmlu, jekk il-Gvern xorta qed jgħidli tmurx hemm, tagħmilx hekk, tidħolx hemm, tiltaqax ma' aktar minn tnejn minn nies? Forsi huwa argument emottiv u mhux xjentifiku, imma bla dubju li huwa argument ġustifikat! U għalhekk il-politiċi jridu jkomplu jassiguraw li dan il-bilanċ jibqa' jintlaħaq, għaliex jekk in-nies jibdew jaħsbu li l-libertajiet sagrosanti tagħhom qed jiġu abbużati minħabba raġuni jew oħra, jew qed jinżammu minnhom għal raġunijiet mhux sodi biżżejjed, il-pandemija tispiċċa tkun il-kawża ta' inkwiet u għawġ soċjali kbir Miljuni madwar id-dinja qed jirraġunaw illi ladarba huma ħadu l-vaċċin, li jingħad illi joffri 95% protezzjoni mill-virus, li jaħdem kontra kull varjant sa issa u li wara kollox ingħatat l-impressjoni li huwa l-ħelsien mill-ktajjen tal-pandemija, issa jridu jgħixu ħajjithom b'ħafna mil-libertajiet li tilfu. U bir-raġun! U meta u jekk dan ma jsirx jibda jintilef il-bilanċ allura. Diġà tħabbret protesta fir-Renju Unit kontra d-deċiżjoni tal-Gvern Ingliż u saret petizzjoni li ffirmawha mat-12,000 persuna f'24 siegħa. Għax fid-deċiżjoni ta' Johnson ma jinħassx li hemm bilanċ! Li lanqas biss iddaħħal pajjiżi bħal Malta - b'aktar minn 70% tal-poplu mlaqqam u aktar minn 50% li ħadu ż-żewġ dożi, b'rata ta' 0.2% pożittività - fil-Lista l-Ħadra, mhijiex bilanċ u ma tagħmilx sens! Anzi tinħass illi hija deċiżjoni li tiżbilanċja wisq lejn Gvern li qed joħnoq il-libertajiet tal-poplu bla bżonn. Iktar minn hekk, kif qed nirrapportaw illum fil-faċċata, id-deċiżjoni hija meqjusa minn bosta bħala "kollha politika". U hawnhekk jibda l-inkwiet - mhux biss għal Johnson, imma għal ħafna Gvernijiet oħrajn li jaħsbu li jistgħu jagħmlu l-istess. Meta jibdew jaħsbu li jistgħu jużaw u jabbużaw mil-libertajiet tan-nies, jew agħar minn hekk jużawhom bħala gamblu politiku biex jieħdu dak li jridu. Il-Libertà, fid-demokraziji tal-punent - hija sagrosanta. Imbilli l-popli tal-Ewropa u ta' ħafna mid-dinja aċċettaw li jċedu ftit minn dawk il-libertajiet, ma jfissirx li l-Gvernijiet jistgħu jabbużaw minn dan. Hemm differenza bejn kawtela u abbuż. U għalhekk il-politiċi jridu jkomplu jassiguraw li dan il-bilanċ jibqa' jintlaħaq, għaliex jekk in-nies jibdew jaħsbu li l-libertajiet sagrosanti tagħhom qed jiġu abbużati minħabba raġuni jew oħra, jew qed jinżammu minnhom għal raġunijiet mhux sodi biżżejjed, il-pandemija tispiċċa tkun il-kawża ta' inkwiet u għawġ soċjali kbir. Hija xafra taqta' miż-żewġ naħat - li hu ċert imma huwa, li wara sena u nofs ta' sagrifiċċji u restrizzjonijiet bżonnjużi, riċessjonijiet ekonomiċi li qatt ma rajna bħalhom u l-wegħda li wara l-vaċċin hemm in-normalità - miljuni ta' nies issa bdiet taqbżilhom u bl-ikrah b'aktar restrizzjonijiet fuq il-libertajiet tagħhom! Huwa f'idejn il-politiċi u l-Gvernijiet li jaraw illi l-bilanċ jibqa' jintlaħaq, għax il-prezz soċjali jaf ikun wieħed qares! | [
11,
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62699/ilpn_jipproponi_li_lwegda_ta_sptar_mentali_did_dejn_mater_dei_tii_mwettqa | null | www.illum.com.mt | Illum il-Partit Nazzjonalista ressaq numru ta' proposti għas-settur tas-saħħa mentali, fosthom qed jipproponi li jinbena sptar tas-saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei - wegħda li fil-fatt kienet saret mill-Partit Laburista imma li sa issa ma kinitx imwettqa. Il-PN sostna li dan l-isptar spċjalizzat li qed iwiegħed, "jikkuntrasta bil-qawwi "mad-deċiżjonijiet tal-Gvern Laburista li qed jonfoq għexieren ta' miljuni minn fo ndi pubbliċi biex iraqqa' l-pannu bil-qargħa aħmar f'Monte Karmeli. Dan ma jagħtix ir-riżultati xierqa fis-servizzi u kura tas-saħħa mentali."dirizzata mill-Kelliema għas-Saħħa Stephen Spiteri u l-kandidati Julie Zahra u Paula Mifsud Bonnici intqal illi l-PN qed jipproponi Emergency Psychiatry Team li jopera 24 siegħa kuljum. Dan it-tim ikun jopera fid-dipartiment tal-Emerġenza ta' Mater Dei u jkun magħmul minn professjonisti varji fis-saħħa mentali inkluż tobba fil-psikjatrija, mental health nurses, social workers, psychologists fost oħrajn. Dan ikun jopera 24 siegħa kuljum u jkun jista' joffri l-ewwel għajnuna u jiggwida l-pazjenti kull ħin, u għalhekk jeħtieġ li dan is-servizz ikun akkumpanjat b'kampanja ta' għarfien. "Ma' dan, nintroduċu wkoll Mental Health Emergency Observation Unit fl-isptar il-ġdid tas-saħħa mentali, li jaf jagħmel id-differenza bejn ħajja u mewt. Din l-istrateġija komprensiva se twassal għal kura aktar veloċi u immedjata waqt li tipprevjeni l-waqfien kmieni tal-kura," sostnew il-kelliema tal-PN. Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li titwaqqaf il-prattika li vittmi ta' dipendenzi perikolużi jiġu rikoverati fl-isptar mentali. "L-abbuż tas-sustanzi m'għandux jibqa' jiġi trattat bħala mard mentali. "Minflok, għandha tiġi żviluppata speċjalizzazzjoni b'ħidma konġunta ma' ċentri ta' eċċellenza li diġà joperaw f'dan il-qasam biex nipprovdu kura denja u ffukata lill-vittmi u l-familji tagħhom," qed jipproponi l-PN. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/ewropej/62712/xinhi_lhiessjoni_u_liema_pajjii_gaddejin_minnha_liktar_ | null | www.illum.com.mt | Din il-gazzetta ddedikat numru ta' artikli għall-ekonomija fi żmien il-pandemija u wasalna f'punt li kulħadd jaf li l-effetti li ħalliet warajha il-COVID-19 mhumiex xi ħaġa li tifraħ bihom. Iżda issa l-Unjoni Ewropea qegħda tistudja l-kunċett ta' 'Hi-ċessjoni'. Din hi riċessjoni partikolari li laqtet lil numru ta' pajjiżi fl-UE wara l-pandemija. 'Hi', il-pronom femmininil fis-singular kien maqgħud mal-abbrevjazzjoni 'ċessjoni' li tirrapreżenta l-kelma 'riċessjoni'. Dan sar biex jingħata isem lir-riċessjoni li għaddejjin minnha n-nisa li baqgħu taħt l-effett tal-pandemija iktar mill-irġiel. Mhux hekk biss, iżda dawn l-istati membri mhux kollha qed jaraw li l-ugwaljanza fl-irkupru tkun imħarsa. Fid-dawl ta' dan, il-Kumitat Ewropew għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM) talab għal studju biex jagħrfu aħjar kif jistgħu jgħinu. L-istudju bl-isem ta' 'COVID-19 u l-impatt ekonomiku u l-faqar fuq in-nisa' ma jinkludix biss riċerka ta' informazzjoni li setgħu jsibu iżda jinkludi ukoll studju li sar fuq ħames pajjiżi: L-Italja, Franza, Ġermanja, il-Polonja u l-Iżvezja. Fl-Italja tista' tgħid li n-normi tal-ġeneru fl-ekonomija u fis-soċjetà għadhom jiddominaw. Rifless ta' dan nistgħu insemmu li kważi mara waħda minn kull tnejn ma' taħdimx u lanqas biss qed tfittex impjieg. Din m'għadhiex x'taqsam il-pandemija fiha, iżda fis-snin ta' qabel r-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol fl-Italja kienet ta' 56.5%. Madankollu, kawża tal-COVID-19, l-Italja daħlet f'hi-ċessjoni, li bidlet dak il-56.5% għal rata ta' 47.5%. B'mod simili għall-każ ta' stati membri oħra, in-nisa Taljani kienu wkoll fil-qalba tal-ġlieda tal-pandemija hekk kif jaħdmu fil-qasam tal-kura u saħħa, b'salarji baxxi li jikkaratterizzaw dan is-settur. Minkejja l-fatt li hemm minoranza ta' nisa li ġew protetti ekonomikament billi kienu impjegati bħala frontliners, bosta nisa fl-Italja ħadmu fis-setturi tas-servizzi, li ġew milquta b'mod negattiv minn miżuri ta' għeluq u kwarantina. Sfortunatament, ma kien hemm l-ebda miżuri jew inċentivi maħsuba speċifikament biex jindirizzaw l-faqar tan-nisa, u lanqas imqar biex tiggarantixxi li n-nisa jkollhom aċċess ugwali għall-ekonomija diġitali, li fi żmien il-pandemija splodiet. Fi Franza, il-parteċipazzjoni tax-xogħol tan-nisa tammonta għal 68.2%. Bħall-Italja u l-bqija tal-istati membri, l-impjieg tan-nisa intlaqat b'mod sproporzjonat ikkumparat mal-irġiel, anke jekk fi Franza l-impatt ma kienx daqshekk sinifikanti. Id-differenza bejn ir-rata tal-impjieg tan-nisa bejn l-Italja u Franza hi, li filwaqt li l-Italja baqgħet tiggrava, ir-rata ta' impjieg tan-nisa fi Franza naqset minn 62.7% għal 62.5% fl-2020 u rkuprat kompletament sal-aħħar tas-sena. Huwa interessanti li wieħed jinnota li fi Franza 89% tan-nisa huma impjegati fis-servizzi. Huwa għalhekk li r-riċessjonijiet Franċiżi jidhru li huma inqas kkumparati ma' stati membri oħra. Il-kunċett ta' teleworking kien diġà prattikat minn qabel il-pandemija u għalhekk il-prezz li ħallsu l-ħaddiema fi Franza - speċjalment in-nisa - kien ferm inqas minn ta' pajjiżi oħra. Dan wassal biex ma kienx hemm bżonn miżuri u inċentivi biex jindirizzaw speċifikament il-faqar tan-nisa bħala konsegwenza tal-kriżi COVID-19. Pajjiż ieħor li qiegħed fl-istess baħar ta' Franza, hu l-Ġermanja fejn in-nisa ma sofrewx b'mod sinifikanti kkumparat mal-irġiel. Bħal Ġermanja u Franza, insibu lill-Polonja li ma tantx sofriet f'dan ir-rigward. Intant għal-kuntrarju ta' dawn iż-żewġ pajjiżi, l-Polonja diġà kellha rata ta' impjieg tan-nisa ħażina. Waqt il-pandemija hi sofriet nuqqas ta' 1% fir-rata ta' impjiegi iżda sal-aħħar tas-sena 2020 reġgħet ġiet kif kienet qabel il-pandemija. Fi ftit kliem bdiet fuq sieq ħażina u baqgħet fejn kienet. In-nisa fl-Iżvezja għadhom isofru minn sterjotipi tradizzjonali u ġeneralment jispiċċaw jagħmlu xogħlijiet fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni. Dan jintwera' fiċ-ċar hekk kif 48% tat-tobba fl-Iżvezja huma nisa, u jekk tgħodd l-infermiera magħhom din ir-rata titla għal 88%. Is-settur tas-servizzi Żvediżi jimpjega 92% tan-nisa, li hija l-ogħla fost l-Istati Membri. Dan kollu wassal biex l-Iżvezja tħoss l-inqas effetti tal-'Hi-ċessjoni.' Hemm żewġ fatturi oħra li lagħbu rwol importanti. Fatt importanti hu li wieħed irid iqis li fis-snin ta' qabel il-pandemija, l-Iżvezja kellha l-ogħla sehem tal-popolazzjoni impjegata mas-settur pubbliku fost il-pajjiżi kollha. Fl-aħħar, il-fatt li l-Iżvezja ma implimentawx miżuri ta' għeluq u distanzi soċjali fisser ukoll li s-settur tas-servizzi baqgħu fil-biċċa l-kbira tiegħu jopera. Tabilħaqq madwar 60% tal-irġiel u n-nisa b'mod ugwali iddikjaraw li komplew jaħdmu fiżikament fuq il-post tax-xogħol matul il-pandemija. Skont l-istudju tal-UE, in-nisa fl-Iżvezja jistgħu jkunu saħansitra vantaġġJati fil-futur. Dan għaliex is-settur pubbliku jistenna żieda fid-domanda għax-xogħol matul il-perjodu ta' rkupru, li għaliha n-nisa jistgħu jkunu ta' vantaġġ u l-irġiel jistgħu jiffaċċjaw prospetti akbar ta' qgħad kif kien il-każ fi kriżijiet tal-passat. Madankollu l-Gvern Żvediż xorta ħadem fuq miżuri favur il-ġeneru feminili tant li alloka aktar riżorsi lill-awtoritajiet lokali, u tejjeb ukoll l-għoti tal-benefiċċji fis-setturi tal-impjiegi ddominati minn nisa, bħal skejjel u faċilitajiet ta' kura. | [
3
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62721/muscat_ingata_pakkett_finanzjarju_ta_120000_meta_rrienja_minn_prim_ministru | null | www.illum.com.mt | L-eks Prim Ministru Joseph Muscat rċieva pakkett ta' €120,000 fi tmiem it-terminu tiegħu bħala Prim Ministru. Dan ifisser li Muscat ħa daqskemm Prim Ministru jieħu f'paga f'sentejn. Skont The Shift News, Muscat irċieva pagament ta' €120,128.40 u dan apparti l-onorarja tiegħu bħala Membru Parlamentari li baqa' jirċievi sa Ottubru 2020, meta kien irriżenja minn Deputat. Din l-għotja kienet tkopri l-perjodu li hu għamel bħala Kap tal-Oppożizzjoni u Prim Ministru, jiġifieri minn Ottubru 2008 sa Jannar 2020. Dan il-pagament ingħata lil Muscat bħala parti mill-iskema li kienet introdotta fi żmien Gvern Nazzjonalista fl-2004. Il-Prim Ministru kollha, il-Ministru, is-Segretarji Parlamentari u l-Kapijiet tal-Oppożizzjoni huma intitolati għal dan il-benefiċċju meta jtemmu l-kariga tagħhom. Il-metodu li bih ikun ikkalkulat dan il-benefiċċji kien ippreżentat fl-2008 f'dokument li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Lawrence Gonzi. Madanakollu ma sarx magħruf jekk dan il-metodu kienx aġġornat. Id-dokument jispjega kif il-Prim Ministru huma intitolati li jirċievu benefiċċji (meta jtemmu l-kariga) li jkun ekwivalenti għal xahar paga għal kull sena li fiha jkunu baqgħu fil-kariga. Madanakollu hemm minimu stabbilit, li huwa ekwivalenti għal sitt xhur paga. Fis-sena, Prim Ministru jaqla' €56,880, apparti allowances oħra li jammontaw għal €441. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/ewropej/62714/issistema_tachildcare_flue__fejn_tibbrilla_u_fejn_gadha_mitt_sena_lura | null | www.illum.com.mt | Bil-mod ta' kif id-dinja qegħda tipprogressa diġà konna qed naraw tibdil f'dik il-familja li qabel konna nsejħulha tradizzjonali. Wara bdejna naraw bidla fl-irwol tal-mara u r-raġel fil-familja wkoll. Imbgħad faqqet il-pandemija u jitkaxkru warajha ġew il-lockdowns u l-kwarantina. Dawn kollha biddlu l-istruttura tal-familji u saħansittra anke l-irwoli tal-ġenituri fil-ħajja ta' uliedhom. Dan kollu ġie innutat mill-Parlament Ewropew li f'rapport ġabar riżultati ta' studju li sar fuq ħames pajjiżi; l-Italja, Franza, Ġermanja, Polonja u l-Iżvezja. Wara li l-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM spjegat fid-dettall il-kunċett tal-'hi-ċessjoni', issa jmiss li tagħti ħarsa lejn il-proviżjonijiet taċ-childcares f'dawn pajjżi. X'jinkludi r-rapport? L-għeluq tac-childcares u l-iskejjel kienu biss ċ-ċirasa fuq it-torta. Fost l-implikazzjonijiet li ħallew il-lockdowns u l-kwarantina fuq il-familji Ewropej insibu, tibdil fid-dmirijiet tal-ġenituri, żbilanċ bejn sorveljanza fuq t-tfal u xogħol tad-dar u iktar. Ġie nnutat li n-nisa kienu li sofrew l-iktar dak kollu li ġab miegħu dan l-iżbilanċ. L-Unjoni Ewropea sabet li madwar l-istati membri Ewropej fil-bidu tal-pandemija, nisa qattgħu medja ta' 62 siegħa fil-ġimgħa jieħdu ħsieb it-tfal u 23 siegħa jagħmlu x-xogħol d-dar. Min-naħa l-oħra l-irġiel qattgħu medja ta' 36 siegħa fil-ġimgħa jieħdu ħsieb id-dar u 15-il siegħa jagħmlu xogħol tad-dar. Ir-rapport fil-fatt jinsisti li dan il-mudell juri biċ-ċar id-differenza fl-irwoli fid-djar ewropej, iżda rrikonoxa li din mhux xi aħbar ġdida jew unika għall-pandemija. Ċentri ta' childcare għal kull mitt tifel u tifla Għal dan ir-rapport, l-UE ikkalkulat kemm hemm ċentri ta' childcare għal kull mitt tifel u tifla. Il-provvediment ta' dawn iċ-ċentri jvarja bejn l-Istati Membri. F'dak li għandu x'jaqsam ma' età, l-età li dawn iċ-ċentri ġeneralment jaċċettaw hi bejn ftit xhur sa tlett snin. Wara tlett snin it-tfal għandhom ikunu rreġistrati fil-primarja obbligatorja. Il-provvediment ta' dawn il-postijiet huwa l-iktar skars fil-Polonja, b'medja ta' 13.8-il ċentru ta' childcare għal kull 100 tifel u tifla. Mill-istudji tal-każijiet kollha li saru fuq il-Polonja, ġie żvelat li 20% tat-tfal lanqas biss qed jattendu l-kindergarten. Omm fil-Polonja ġeneralment trid tieħu ħsieb tat-tfal sakemm huma jkunu lesti biex jibdew l-iskola primarja. Din in-norma ilha minn qabel il-pandemija u huwa għalhekk li l-Gvern ma jaħsibx biex jgħin lil omm toħroġ taħdem. Fil-każ tal-Italja ir-rapport jgħid li dan il-pajjiż hu eżempju ċar ta' inugwaljanza reġjonali. Dan għaliex fl-Italja l-provvediment ta' childcares hu ta' 25 childcare għal kull mitt tifel u tifla. Minkejja dan, il-provvediment jvarja skont ir-reġjuni, bl-ibliet bħal Firenze u Ruma li jgħoddu b'aktar minn 40 post għal kull 100 tifel u imbagħad bliet bħal Palermo li għandhom inqas minn 10 ċentri għal kull 100 tifel u tifla. Ir-rapport isemmi wkoll kif nisa li jagħmlu użu minn childcare fl-Italja ġeneralment ikollhom xogħol tajjeb u li jitħallsu tajjeb ferm. Dan iwassalhom li jkunu jifilħu finazjarjament għal spiża ta' childcare u jkompli jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fil-karriera tagħhom għax ikollhom moħħhom mistrieħ li t-tfal qegħdin siguri. L-Iżvediżi qegħdin l-aħjar bejn dawn l-ħames pajjiżi b'100 ċentru ta' childcare għal kull 100 tifel u tifla. Differenza kbira bejn dan il-pajjiż u l-erbgħa l-oħra hi li l-iskejjel fl-Iżvezja qatt ma għalqu fil-pandemija. | [
3
] |
https://www.illum.com.mt/opinjoni/politika/62740/robert_aquilina__ilkorruzzjonji_flelezzjonijiet_tagna | null | www.illum.com.mt | Fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2017, l-Ombudsman Anthony Mifsud stqarr li jekk irridu niżguraw li l-persuni fdati bit-tmexxija tal-affarijiet pubbliċi jwettqu dmirhom fl-interess tal-ġid komuni, irridu niddefinixxu l-limiti tal-eżerċizzju tas-setgħa tal-kariga tagħhom. Semma li hawn sentiment ġenerali li hemm bosta kwistjonijiet bażiċi relatati mal-governanza tajba u mas-saltna tad-dritt li għad iridu jiġu indirizzati. L-aktar element bażiku ta' demokrazija li tiffunzjona huma elezzjonijiet ħielsa u ġusti. Biex elezzjoni jew votazzjoni jkunu ġusti, il-parteċipanti jeħtieġu kundizzjonijiet ekwi, kemm fuq livell ta' kandidati individwali u anke fuq livell ta' partiti politiċi. Huwa naturali li l-kandidati u l-partiti politiċi b'esperjenza fl-amministrazzjoni pubblika jippruvaw juru r-rekord tagħhom biex ikunu jistgħu jiġġustifikaw għala għandhom jiġu eletti jew eletti mill-ġdid fil-kariga tagħhom. M'hemm xejn ħażin f'dan. L-isfida tinħoloq iżda, meta l-partit fil-gvern jew il-kandidati fil-kariga jabbużaw mir-riżorsi biex jinfluwenzaw lill-votanti b'mod li jikkonfermawhom fil-kariga. F'Malta, l-abbuż minn dak li popolarment nirreferu għalih bħala power of incumbency mhux problema ġdida. Iżda ċertament din mhix skuża biex ma nisfidawx l-istatus quo u t-tolleranza mifruxa għal din it-tip ta' mġieba ħażina. Bla ebda dubbju, xejn ma jgħin f'dan ir-rigward il-fatt li l-elezzjonijiet huma fil-kompetenza kważi esklussiva tal-politiċi stess. Lanqas ma jgħin il-fatt li r-regoli dwar l-imġiba ta' gvern caretaker, biex tkun żgurata separazzjoni bejn ir-riżorsi tal-Istat u tal-kampanja partiġġjana, u biex jiġu definiti l- prattiċi korrotti fil-proċess elettorali, huma ineżistenti jew, jekk jeżistu, huma vagi jew ilhom għexieren ta' snin ma jinbidlu. Id-demokrazija tagħna teħtieġ rikonoxximent tal-abbuż tal-power of incumbency, u li dan jiġi indirizzat kif xieraq. In-nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti tnawwar is-saltna tad-dritt u għalhekk impliċitament id-demokrazija nnifisha. Fl-istess waqt, id-demokrazija tagħna u l-istandards tal-imġiba fil-ħajja pubblika, b'mod partikolari fil-proċessi elettorali, jeħtieġu titjib kontinwu. Tabilħaqq jixiqirnilna politiċi, partiti politiċi, amministrazzjoni ċivili u persuni fil-kariga f'kull istituzzjoni li jaqdu dmirhom bl-ogħla standards ta' mġiba etika. Kull min jipparteċipa fi proċess demokratiku jeħtieġ iġib ruħu b'mod li jippromwovi proċess liberu u ġust u li jiskoraġġixxi mġiba li tipperikola l-integrità tal-proċess. Il-Liġi Maltija tipprojbixxi li persuna "tagħti, tislef jew tiftiehem li tagħti jew tislef, jew toffri, twiegħed jew twiegħed li tipprokura jew li tfittex li tipprokura, flus jew xi ħaġa li tiswa l-flus" lil jew għal xi votant. Din l-imġieba taħt il-liġi tagħna tammonta għal korruzzjoni. Iżda aħna lkoll nafu li dawn il-prattiċi huma komuni ħafna f'pajjiżna u huma l-qofol ta' ħafna mill-konverżazzjonijiet li l-kandidati politiċi jkollhom mal-kostitwenti tagħhom fl-uffiċini distrettwali jew waqt żjarat fid-djar. Dawn il-konverżazzjonijiet ħafna drabi jkunu stimulata minn talbiet espliċiti tal-votanti għal "favuri" jew "irranġar" għal impjiegi mas-settur pubbliku, kuntratti jew permessi jew liċenzji. Il-liġi li tipprojbixxi l-korruzzjoni, tirregola bl-istess mod l-imġieba tal-kandidati li, meta jitwettaq ir-reat, ma jkollhomx poter li jirriżulta minn kariga. Ngħidu aħna, "Jekk nitla', nara kif nirranġalek għal job" jew "Jekk nitla', nara kif nista' ngħinek fl-applikazzjoni għall-permess" huma wegħdi b'tentattiv li tinkiseb konsiderazzjoni bis-serjetà ta' xi votant u għalhekk, bħala tali, skont il-liġijiet eżistenti tagħna huma korruzzjoni. Allura l-klijenteliżmu, meqjus bħala rekwiżit ordinarju tal-proċess politiku tagħna, huwa pprojbit bl-aktar mod ċar fil-leġiżlazzjoni eżistenti. Il-piena għal dawn is-sitwazzjonijiet hi multa sa €1,160 jew sentenza ta' sitt xhur ħabs, jew it-tnejn li huma. Imbagħad hemm projbizzjoni ta' seba' snin minn kariga pubblika u għalhekk, dak li jkun jitlef is-siġġu parlamentari tiegħu. Bħala ċittadini ta' dan il-pajjiż, għandna dritt nistennew li l-kandidati għal kariga politika jħarsu s-saltna tad-dritt b'aktar minn sempliċi kliem. Għandna dritt nippretendu li dawn iħarsu s-saltna tad-dritt bl-azzjonijiet tagħhom. Jekk wieħed jinjora d-dispożizzjonijiet tal-liġi għax ikunu inkonvenjenti jew inkonsistenti mad-drawwa – "għax kulħadd hekk jagħmel" – dan ikun korrott, u minnu nnifsu jiftaħ bieb għall-klijenteliżmu u jkun parti minn reazzjoni katina ta' korruzzjoni b'konsegwenzi ferm aktar gravi. Fl-istess waqt, mhux aċċettabbli li l-istituzzjonijiet tal-Istat inkarigati biex jinfurzaw id-disposizzjonijiet tal-liġi li jirregolaw il-klijenteliżmu u l-politika tranżazzjonali joqogħdu jdejhom fuq żaqqhom. Din l-inazzjoni hi waħda mir-raġunijiet għalfejn il-korruzzjoni hi aċċettata b'mod mifrux ħafna fis-sistema elettorali tagħna. Min iwettaqha għandu ċ-ċertezza li se jgawdi minn impunità sħiħa. Fenomenu ieħor li ftit li xejn hu dokumentat iżda hu rikonoxxut b'mod wiesa' f'pajjiżna hu l-użu ħażin tal-fondi pubbliċi meta tkun qed toqrob l-elezzjoni ġenerali. Naraw li jiżdied il-materjal pubbliċitarju mill-ministeri u aġenziji tal-gvern. Jintensifikaw ix-xogħlijiet pubbliċi fil-kostitwenzi tal-ministri li għandhom aċċess għal riżorsi tal-Istat biex iwettquhom, bħal pereżempju tiswija jew bini ta' toroq, anki f'żoni li mhumiex fil-kompetenza tal-gvern ċentrali jew saħansitra fi proprjetà privata. Hu ta' għajb għall-klassi politika Maltija li b'nuqqas gravi ta' maturità, serjetà u onestà ma tasalx hi stess biex twaqqaf dawn il-prattiċi inaċċettabbli. Iċ-ċittadin għandu dritt jippretendi li l-partiti u l-kandidati politiċi jħaddmu l-ogħla standards etiċi u jimpenjaw ruħhom li ma jaġixxu bl-ebda mod li jista' jimmina l-akbar rispett lejn il-prinċipji tad-demokrazija elettorali, is-salvagwardji istituzzjonali, l-infurzar, it-trasparenza u l-akkontabbiltà. F'dawn il-jiem l-NGO Repubblika ippubblikat dokument dwar dan is-suġġett. Tista' taċċessah fuq repubblika.org. | [
11,
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62737/ilmaistrat_montebello_tisaq_li_fenech_adami_ma_kisirx_drittijiet_ta_fenech_ida_twissi_liddeputat | null | www.illum.com.mt | Id-drittijiet ta' Yorgen Fenech ma kinux miksura meta d-Deputat Beppe Fenech Adami, fil-Parlament, assoċja l-proġett tal-Electogas mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. F'deċiżjoni mogħtija llum, il-Maġistrat Rachel Montebelli qalet li Fenech Adami ma tefax il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia fuq Fenech, meta kien qed jindirizza l-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi. Kien għalhekk li saħqet li d-drittijiet ta' Fenech ma kinux miksura. Il-każ imur lura ftit ġimgħat ilu meta l-Kumitat Parlamentari kellu quddiemu lil Paul Apap Bologna, shareholder fl-Electrogas. Minkejja dan, il-Maġistrat saħqet li Fenech Adami seta' kien aktar attent, bħala Chairperson tal-Kumitat, meta kien qed jesprimi opinjoni fuq dan il-każ li jinsab quddiem il-Qorti. Insistiet li l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-motiv wara l-qtil, ma jaqgħux taħt ir-responsabbilità tal-Kumitat Parlamentari. Waqt il-laqgħa, Fenech Adami qal illi li kieku "il-proġett tal-Electrogas qatt ma sar, Daphne Caruana Galizia ma kinitx tinqatel." Fenech Adami rrepeta kemm-il darba li Caruana Galizia nqatlet minħabba l-korruzzjoni marbuta mal-Electogas. Kien minħabba dan li l-Avukat ta' Fenech ressqu applikazzjoni quddiem il-Maġistrat li qed tisma' l-każ kontra Fenech u qalu li dawn l-istqarrijiet ħolqu preġudizzju. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62739/malta_taetta_97_immigrant_wara_battibekk_ta_12il_siega_mattuneija | null | www.illum.com.mt | Malta aċċettat li tilqa' 97 immigrant, li ġew salvati minn vapur tal-merkanzija, wara battibekk mat-Tuneżija li dam għaddej diversi sigħat, skont rapporti fuq il-midja Torka. Il-bastiment, operat minn kaptan Tork, ingħata struzzjonijiet biex isalva lill-immigranti meta d-dinghy li kienu fuqu kien qed jegħreq. Dak il-ħin, id-dinghy kien jinsab fiż-Żona tat-Tiftix u s-Salvataġġ Maltija. Rapporti qed jikkwotaw lill-Kaptan Ümit Gürpınar jgħid li l-awtoritajiet Maltin infurmawh li kien hemm immigranti li kellhom bżonn l-għajnuna u li fosthom kien hemm anke nisa u tfal. Jidher li wara s-salvataġġ, qam argument bejn Malta u t-Tuneżija dwar min kellu jieħu l-immigranti. Skont il-Kaptan, l-immigranti spiċċaw jipprotestaw u anke jheddu li kienu se jagħmlu ħsara lill-bastiment. Il-kaptan qal lill-midja Torka li wara 12-il siegħa ta' negozjati, Malta aċċettat li tilqa' lill-immigranti, anke wara intervent mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Tuneżin. Il-Gvern Malti ma ħareġ l-ebda stqarrija dwar is-salvataġġ ta' dan l-immigranti. Lanqas il-Forzi Armati ma qalu xejn. Sa issa għadu mhux ċar jekk dawn l-immigranti, eventwalment, niżlux Malta. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62738/malta_ma_tistax_issegwi_pajjii_ora_firrilaxx_talmiuri_gax_tinsab_lewwel_fittilqim__fearne | null | www.illum.com.mt | Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne saħaq li Malta ma tistax timxi fuq dak li qed jagħmlu pajjiżi oħra fir-rilaxx tal-miżuri, għax fi kliemu, il-fatt li tinsab fuq quddiem fit-tilqim, ifisser li ma tistax titgħallem mill-iżbalji ta' ħaddieħor. Fearne qal dan meta kien qed jindirizza l-Parlament. Insista li Malta hija pijuniera fejn jidħol it-tilqim, imma dan ifisser ukoll li Malta ma tistax tara x'sar jew x'qiegħed isir f'pajjiżi oħra u għalhekk trid tkun kawta biex ma tagħmilx żbalji. Insista li l-uniku pajjiż li jista' jitqabbel ma' Malta, fejn jidħol it-tilqim, huwa r-Renju Unit, iżda fakkar li fl-aħħar jiem, il-varjant li ġie identifikat l-ewwel darba fl-Indja, qed joħloq il-problemi u wassal għal żieda fil-każi. Għalhekk saħaq li l-miżuri għandhom jitneħħew b'mod gradwali, kawt u b'mod studjat. Insista li azzjoni trid tittieħed b'pass żgħir li jkun evalwat qabel jittieħed il-pass ta' wara. 60% tal-popolazzjoni adulta mlaqqma kompletament Apparti minn hekk, il-Ministru Fearne qal li fl-24 siegħa li ġejjin, se jkun qed jintlaħaq tragward ieħor importanti hekk kif 60% tal-popolazzjoni adulta se tkun imlaqqma kompletament, filwaqt li 72% tal-Maltin se jkunu ħadu l-ewwel doża. Filwaqt li saħaq li t-tilqim qed jaħdem, insista li wieħed irid jibqa' attent minħabba l-varjanti waqt li fakkar ukoll li d-dewmien tal-immunità mit-tilqima għadu qed ikun studjat. Jiġri x'jiġri, saħaq Fearne, l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom kollox imħejji f'każ li jkun hemm bżonn booster tal-vaċċin din is-sena, is-sena d-dieħla u anke ta' wara. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/sports/barranin-sports/62742/ninsab_tajjeb__tat_dawn_iirkostanzi__eriksen_britratt_u_messa_lissegwai_u_lplejers_sabu | null | www.illum.com.mt | Christian Eriksen, il-futboler Daniż li kkrolla waqt il-logħba tas-Sibt li għadda, tella' ritratt tiegħu fuq il-midja soċjali u assigura lis-segwaċi tiegħu li fiċ-ċirkostanzi jinsab tajjeb u li se jkompli jagħti l-appoġġ tiegħu lit-tim nazzjonali ta' pajjiżu. Eriksen, li għandu 29 sena, ikkollassa ħabta u sabta waqt il-logħba tal-Euro kontra l-Fillandja u saħansitra kellu jingħata l-ewwel għajnuna fil-grawnd stess wara li sofra minn attakk tal-qalb, waqaf jieħu nifs u anke waqfet qalbu. Il-plejer irringrazzja lil dawk kollha li bagħtulu l-messaġġ ta' inkoraġġiment u saħaq li kull messaġġ kien ifisser ħafna għalih u għal familtu. Qal li fadallu ftit żmien l-isptar hekk kif għadhom iridu jsirulu xi testijiet. "Ninsab tajjeb - taħt dawn iċ-ċirkostanzi," kiteb il-plejer li issa jinsab f'kundizzjoni stabbli. Temm jisħaq li se jkompli jagħti l-appoġġ kollu tiegħu lit-tim tad-Danimarka. "Ilagħbu għad-Danimarka," kitbilhom. Id-Danimarka se tkun qed tilgħab kontra l-Belġju nhar il-Ħamis li ġej. | [
10,
15
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/ewropej/62735/jekk_se_tintalab_ertifikat_talvain_talue_ma_tistax_tintalab_tagmel_test_jew_toqgod_kwarantina_wkoll | null | www.illum.com.mt | Dawk il-pajjiżi li se jkunu qed ineħħu restrizzjonijiet biex persuna tidħol fil-pajjiż, biċ-Ċertifikat ta' vaċċinazzjoni bħala prova ma jistgħux jissoġġettaw lil persuni deħlin fihom, għal aktar restrizzjonijiet bħall-ittestjar, kwarantina jew inkella iżolament. Dan ifisser illi jekk beħsiebek issiefer f'pajjiż ieħor ladarba joħroġ id-Digital Green Ceritificate tal-UE u tkun ħadt il-vaċċin, huwa dan id-dokument biss li inti għandek tippreżenta qabel tidħol fil-pajjiż. Dan huwa ċċarat f'riżoluzzjoni dwar iċ-ċertifikat ewropew tal-vaċċin, li kienet approvata mill-Parlament Ewropew din il-ġimgħa stess. Dan iċ-ċertifikat mistenni jkun il-liċenzja li diversi pajjiżi qed jistennew biex ikunu jistgħu jaċċettaw turisti fi ħdanhom. Malta diġà ppubblikat iċ-ċertifikat tal-vaċċin tagħha għall-użu tal-Maltin u l-Għawdxin iżda trid tiffirma ftehim bilaterali jew tistenna id-Digital Green Certificate sakemm tibda tilqa' aktar u aktar turisti f'pajjiżna, biċ-ċertifikat tal-vaċċin biss - minflok b'test ukoll. Din l-istess riżoluzzjoni tagħmilha ċara illi pajjiż jibqa' jkollu d-dritt li jagħżel hu x'miżuri u restrizzjonijiet lokali jwettaq, fir-rigward tal-Covid-19. L-importanza tal-proporzjonalità fid-deċiżjoni li titnaqqas il-libertà ta' persuna fl-UE Il-Parlament Ewropew ifakkar li dan iċ-ċertifikat qed jingħata dejjem fid-dawl tal-fatt li ċittadini għandhom dritt tal-libertà tal-moviment, għalkemm din il-libertà tista' tittieħed parti minnha meta l-pajjiż ikun qed jiffaċċja pandemija jew theddid relatat ma' saħħa, sakemm il-miżuri jsiru "bi proporzjonalità." Simili għal dak ta' Malta iċ-ċertifikat għandu jkun diġitali jew karta, stati membri jridu jaċċertaw l-awtentiċità taċ-ċertifikat u jkun dokument li faċilment jinqara Flimkien ma' dan kollu, il-Parlament Ewropew qed jgħid li apparti dan iċ-ċertifikat għandu jkun hemm ċertifikat ieħor, li diġà qed jintuża minn ċerti pajjiżi fl-UE u li juri illi persuna kellha l-Covid-19 iżda fieqet fl-aħħar 180 jum. Il-Parlament qed jisħaq illi ċ-ċertifikat jeħtieġ ikollu informazzjoni bżonnjuża biss u li dik l-informazzjoni ma tistax tinżamm mill-istess Gvern tal-pajjiż. Fil-fatt il-Parlament Ewropew qed jisħaq li Gvernijiet ta' Stati Membri ma jistgħux joħolqu database li fih jkun hemm l-informazzjoni relatata ma' dan id-dokument. Ir-riżoluzzjoni tgħid li dan iċ-ċertifikat (għalissa) se jdum applikabbli għal 12-il xahar u dejjem skont żviluppi mediċi u fix-xjenza li jkunu qed iseħħu fir-rigward tal-Covid-19. Il-Parlament Ewropew iżda qed jinsisti li din hija miżura temporanja u qed jinsisti wkoll li d-Digital Green Pass m'għandux jintuża biex inaqqas minn libertajiet oħrajn. Dan iċ-ċertifikat irid jingħata b'xejn għalkemm jista' jkun ikkunsidrat ħlas f'każ ta' xi ħadd li jitilfu diversi drabi - l-aktar sabiex ikun miġġieled kull forma ta' abbuż u ċertifikati foloz li jistgħu jsiru. Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew approvat ir-Regolamenti l-ġodda dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE b'546 voti favur, 93 kontra u 51 astensjoni (Ċittadini tal-UE). It-test issa jrid jiġi adottat formalment mill-Kunsill u jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali, għal dħul fis-seħħ immedjat u jibda japplika mill-1 ta' Lulju 2021. | [
3
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62744/repubblika_tipproponi_terminu_fiss_gal_leislatura_u_projbizzjoni_ta_atriet_pubblii_fissena_talelezzjoni | null | www.illum.com.mt | L-organizzazzjoni Repubblika ħarġet sett ta' proposti biex fi kliemha tiġġieled il-korruzzjoni fl-elezzjonijiet. Fost oħrajn, qed tipproponi terminu fiss għall-Parlament u anke biex ikunu pprojbiti ħatriet mhux essenzjali f'entitajiet pubbliċi. Repubblika ppreżentat id-dokument ta' 22 paġna, waqt konferenza li saret dalgħodu u saħqet li l-proposti huma spirati mil-linji gwida tal-Kummissjoni Venezja. Il-President tal-organizzazzjoni, Robert Aquilina, saħaq li filwaqt li l-korruzzjoni, fil-forma ta' flus jew oġġetti oħra lill-votanti, hija pprojbita mil-liġi u tista' tfisser multi u saħansitra ħabs, qatt ma ttieħdet l-ebda azzjoni biex tkun irregolata l-imġieba tal-politiċi. "Aħna lkoll nafu li dawn il-prattiċi huma komuni ħafna f'pajjiżna u huma l-qofol ta' ħafna mill-konverżazzjonijiet li l-kandidati politiċi jkollhom mal-kostitwenti tagħhom fl-uffiċji distrettwali jew waqt żjarat fid-djar. Dawn il-konverżazzjonijiet ħafna drabi jkunu stimulati minn talbiet espliċiti tal-votanti għal "favuri" jew "irranġar" għal impjiegi mas-settur pubbliku, kuntratti, permessi jew liċenzji," insista Aquilina. Repubblika qed tipproponi wkoll li jkun hemm aktar sorveljanza fuq l-elezzjonijiet, fosthom mill-Kummissjoni Elettorali u anke mill-Korp tal-Pulizija u li jkun hemm aktar riżorsi disponibbli għall-midja indipendenti u s-soċjetà ċivili biex jimmoniterjaw aħjar il-kampanji elettorali. Tisħaq ukoll li għandu jkun hemm aktar "osservaturi esterni," li mhux affiljati ma' partiti politiċi. Dwar il-Kummissjoni Elettorali, Repubblika qed tipproponi li din għandha tkun iffurmata b'tali mod li tkun indipendenti mill-partiti politiċi u għalhekk tkun kompletament newtrali. "Infakkru wkoll fil-proposta tagħna għal Parlamenti b'terminu fiss biex jitneħħa komponent sinifikanti tas-setgħa inġusta tal-kariga li għandu l-mexxej tal-partit fil-Gvern li jiddetermina d-data tal-elezzjoni ġenerali, bil-vantaġġ strateġiku konsegwenzjali fuq il-partiti rivali li m'għandhom l-ebda rwol fid-deċiżjoni," ikompli d-dokument. "Hemm evidenza statistika li turi li r-rata tal-ħruġ tal-permessi għall-iżvilupp lejlet elezzjoni tkun ferm ogħla milli tkun fi żminijiet oħra. Dan ma jfissirx bilfors li kull permess maħruġ hu illegali. Iżda jidher ċar li minħabba l-volum qawwi ta' applikazzjonijiet li jkunu qed jiġu pproċessati, hemm riskju akbar ta' nuqqasijiet fil-verifiki u l-kontrolli meħtieġa. U l-għaġla fl-ipproċessar issir minnha nnifisha riżorsa tal-Istat li mbagħad tiġi abbużata mill-partit fil- gvern jew il-kandidat fil-kariga biex jiżguraw irranġar veloċi lill-kostitwenti tagħhom ħalli jippruvaw jiksbu appoġġ għall-konferma tagħhom," saħqet Repubblika u għalhekk qed tipproponi li dan isir illegali. Tipproponi wkoll aktar monitoraġġ fuq l-użu ta' fondi pubbliċi, partikolarment biex ministri jsaħħu l-ħidma, l-immaġini u l-preżenza tagħhom fid-distretti. Tista' tara hawn il-proposti kollha: proposti_elezzjoni_generali.pdf | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/kultura/arti/62741/letteratura_listat_tannazzjon_ilpolitika_talletteratura_u_lletteratura_politika | null | www.illum.com.mt | Jekk hiex fuq fomm kulħadd, għad irridu naraw, imma l-pjattaforma mnedija mill-President hija okkażjoni tad-deheb biex jinfetħu d-diskorsi. Ċans li l-intellettwali mistednin iridu jaħtfuh mhux għall-vanità temporanja tad-dehra pubblika, iżda biex jagħmlu l-ħoss f'ambjent li, għax sponsorjat mill-poter, għandu l-limiti ta' xi jrid jisma'. Il-kittieb u l-artisti ddaħħlu wkoll, u fil-konferenza rajna żewġ faċċetti distinti tal-ilħna tas-settur. Tkellmu bi prominenza sew Immanuel Mifsud, kittieb prolifiku li tul is-snin beda riesaq lejn ir-rwol ta' formulatur rispettat tal-kuxjenza moderna tan-nazzjon, u r-relattivament emerġenti Aleks Farrugia, li kien ilu jżiġġ fix-xena għal bosta snin, imma li issa beda jitfittex b'regolarità għal fehmietu. Kittieba li għandhom ħafna xi jgħidu, u li jwassluh ukoll b'suriet alternattivi għal kif imdorri jseħħ id-diskors f'Malta. Bejniethom, jaf ukoll jaqtgħu d-differenza tipika, mhux neċessarjament dik binarja tas-soltu, ta' kif tingħex l-espressjoni f'pajjiżna. Mifsud li xogħlu bilfors jieħdu għall-iżvilupp ta' ħsieb politiku, dejjem indipendenti u kritiku tal-poter, sew dak tal-gvernijiet tal-ġurnata sew l-artikolazzjoni aktar pervażiva tiegħu fil-ħajja ta' kuljum. Farrugia b'viżjoni essenzjalment xellugija u anki klassista li tinħass bħala nifs ġdid għall-analiżi, minkejja li tibqa' titnikker sensazzjoni ta' lġiem minħabba l-qrubija ambigwa tiegħu mal-Partit Laburista. Żewġ kittieba li kienu wkoll protagonisti tal-aħħar Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Bħala wieħed mill-ġurati għall-kategorija tan-novelli, stajt nara dan ix-xenarju fil-mument tal-għażla tar-rebbieħ minn bejn dawn iż-żewġ awturi li konna wasalna għalihom wara l-proċess tat-tnaqqir tal-lista l-qasira. Mifsud jaf kien il-favorit nett, minn qabel sew, foregone conclusion u ħu l-fama… Kien ukoll l-ewwel ktieb minn dawk magħżula li kont ili li qrajtu malli ħareġ, u ġa kelli r-riżervi tiegħi dwaru, u l-feġġ ta' Farrugia serva, jekk mhux ta' kontrapiż, bħala alternattiva sorprendenti li introduċiet diskors mod ieħor u li seta' tassew jiġġenera skontru ta' ideat u viżjonijiet. Ir-rebħa ta' Farrugia kellha żewġ togħmiet: id-dehra ta' proġett intelliġenti u maħdum bir-reqqa, kif mixhud mill-vjaġġ ironiku tul il-waqtiet ewlenin tal-istorja ta' Malta f' Għall-Glorja tal-Patrija! (SKS, 2020), imma wkoll in-nuqqasijiet ta' L-Aqwa Żmien (KMM, 2020) ta' Mifsud. Li hemm komuni fiż-żewġ ġabriet huwa l-intenzjoni għal xogħol organiku aktar milli antoloġija ta' novelli mlaqqa' flimkien biex jagħmlu volum. Tul ix-xogħlijiet, jgħaddi fil kostanti li donnu jwassal is-sodisfazzjon għall-qarrejja bl-istess effett tat-taħlila jew l-għeluq xieraq ta' rumanz. Il-ktieb ta' Mifsud jaf madankollu kien vittma tas-suċċess mixtieq għalih, ippumpjat kif kien mill-pubbliċità li straħet fuq l-ironija tal-islogan sinonimu ma' Joseph Muscat u l-istqarrijiet promozzjonali minn kummentaturi varji. Imsejjes fuq il-ħdim letterarju ta' ġrajjiet reċenti li xxukkjaw lil bosta, fosthom il-qtil ta' Lassana Cisse u l-fatt kurjuż ta' l-Amerikana ssuttata bil-bajd waqt bachelor ' s part y, l-intenzjoni hija ċara, imma f'dan il-każ, titlu ma jagħmilx ktieb. Jista' jkun ukoll li l-interpretazzjoni u t-tgawdija jiġu kkundizzjonati anki minn dak kollu li jseħħ lil hinn mill-paġnai. Minkejja s-sengħa evidenti ta' Mifsud, li anki jorbot dawn iż-żewġ aħbarijiet b'mod narrattiv minn novella għal oħra sakemm anki jagħtu t-tmiem lill-ġabra, għandna elenku tas-sintomi tal-marda tan-nazzjon, iżda qatt ma naslu sewwa għall-qofol ta' dan il-kankru. Il-vakwità ta' slogan elettorali tagħmilha faċli l-konnessjoni immedjata, imma Mifsud donnu jieqaf ma' deskrizzjoni ta' mumenti x'aktarx emblematiċi ta' kif qed tiżviluppa l-kontemporanjetà Maltija – forsi anki fis-sens ta' red flags – li madankollu ma jirnexxiliex toħroġ b'qawwa l-kwalità tal-vjolenza tagħhom, u r-rabta li donnu qed jiġi ssuġġerit li għandhom ma' xi forma ta' poter li tippermetti l-propagazzjoni u saħansitra n-normalizzazzjoni tagħhom. Kieku ma kienx għat-titlu, stil instant book miktub għall-okkażjoni f'dawk il-mumenti fejn l-istorja tassew tinħass li qed tingħex, x'seta' baqa' minn dan il-ktieb? Spiss il-kwadretti ta' Mifsud għandhom laqta patetika li mhix tipika tal-awtur, bi djalogi li jafu jkunu zopop quddiem l-għarfien li ġa għandu l-qarrej tal-qilla ta' dawn is-sitwazzjonijiet speċifiċi. Anki t-tendenza għal-liriċizzazzjoni, dik l-awra poetika li tfittex xi ħjiel ta' sentiment anki fl-atroċità ovvja, tissogra ġġib ir-rakkont innokwu: sempliċi riproduzzjoni riflessiva, jew inkella rinterpretazzjoni fejn il-finzjoni għaliha nnifisha tispiċċa tidilwixxi l-veru u l-implikazzjonijiet reali tiegħu. Huwa realiżmu li narah ifalli did-darba għaliex ma jasalx għall-qalba tal-kwistjoni u għal analiżi aktar profonda ta' minn fejn ġejja din l-iskumdità li qiegħda tinfirex b'rati diversi f'kull livell tal-komunitajiet tagħna. Realiżmu, wkoll, li irid jaħdem mhux biss bħala mera jew lenti. It-traġiċità tal-vjolenza tal-kronaka titlob analiżi tal-poter u tas-sitwazzjonijiet materjali li jippermettulha tinbet, imma anki stħarriġ tal-vjolenza fiha nnifisha, li tagħti anki x'tifhem li għandha għeruq kulturali. Bi tqabbil, novella klassika bħal mhi Il-Baqta ta' Henry Holland, li x'aktarx hija l-akbar xogħol Malti mill-ftit li ttrattaw il-vjolenza, jirnexxielha tidħol tassew fil-qalba ta' qilla profonda u endemika intrinsikament marbuta mal-klassi u saffi partikolari tas-soċjetà li l-kittieba Maltin spiss ma jafux eżatt kif jaffrontawhom. Is-saħħa ta' Mifsud tibqa', fl-aħħar mill-aħħar, il-liriċiżmu: il-kittieb li kapaċi jħares lejn l-umanità b'nuċċali poetiku, saħansitra ċinematografiku, bħal fin-novella eċċezzjonali 10718 , u speċjalment lejn ir-ruħ weħidha f'dinja dejjem aktar inkomprensibbli. Daqs il-vjolenza ta' kuljum li issa niskrolljawha minn filmat għall-ieħor fuq il-midja soċjali. Imma forsi din ir-realtà hija qrib wisq tagħna? Jeħtieġ is-soltu distanza taż-żmien biex wieħed jistħarreġ sew il-mument storiku, jew inkella l-kittieb il-ġdid jeħtieġ jirfina l-għodod tiegħu? Aleks Farrugia igawdi mbagħad mid-distanza storika deliberata, fejn jgħaddi minn fuq il-mumenti ewlenin tal-istorja Maltija, fosthom il-waqtiet li saru mitiċi fl-immaġinarju kollettiv (anki kif deliberatament ippropagati mis-setgħa), u jaffordja jinterpreta mill-ġdid, huwa wkoll, il-ġrajja lil hinn min-narrattiva dominanti. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, liema huma l-aqwa żminijiet? Għal Farrugia, jafu kollha huma l-agħar, anki jekk affrontati b' ironija u umoriżmu kkontrollati. Għalkemm ovvja li l-istorja tinkiteb mir-rebbieħa, Farrugia jaqbad il-verità ta' din il-klixè, u jagħfas fuq l-interpretazzjoni tal-poter, mhux neċessarjament biex irebbaħ lit-telliefa li l-istorja ma rreġistrathomx, iżda aktar biex jiddemitizza figuri jew personaġġi permezz tal-kixfa ta' kif eżerċitaw il-poter u l-istatus tagħhom. L-istil ta' Farrugia, sostnut u ekwilbrat tul ir-rakkonti kollha, ifakkar ħafna fid- divertimenti ta' Alfred Sant jew anki f' Taħt il-Kappa tax-Xemx ta' Karl Schembri, fejn il-veritajiet uffiċjali jispiċċaw jieħdu suriet grotteski u surreali meta mgħoddija mill-għarbiel immaġinattiv. Ħarsa li togħxa tilgħab bil-konfużjoni li ġġib magħha s-satira, bil-qlib tar-rwoli u bil-perspettivi kontinwament jinbidlu, u aktar milli l-għeluq ta' perspettiva rassenjata li tħallina fejn aħna, tittantana dwar x'inhuma tassew id-dinamiċi attwali tas-setgħa. Imma l-paraguni sfortunament odjużi, u l-kwistjoni tal-impenn f'żewġ xogħlijiet politiċi bħal dawn ikollha bilfors tmur lil hinn mill-paġni miktuba. Jekk Mifsud forsi 'dineb' għax ħalla li jintrikeb mill-pubbliċità, jew inkella approfitta mill-mument storiku eċċezzjonali, għad irridu naraw jekk Farrugia jittraduċix il-potenzjalitajiet tal-kitbiet tiegħu għal azzjoni rilevanti (jekk, wara kollox, irid). Li tmur lil hinn mit- talking head mistieden, u eqreb lejn il-pożizzjonijiet kostanti u konsistenti ta' Mifsud il-kittieb-attivista impenjat, li jistħarreġ ir-realtà politika u soċjali aktar mil-lenti tal-astrazzjoni milli b'għanijiet programmatiċi. Il-kontroversja sfortunata li kellna milux dwar il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura taf tpinġi b'mod konkret dawn id-differenzi: l-eliminazzjoni ta' Farrugia u d-difiża tiegħu minn Alfred Sant, saret mingħajr ma' Farrugia qatt ħareġ għonqu darba, ħlief meta ġie ċċitat li jifhem li kien qed jintmesslu d-dritt tal-assoċjazzjoni. Ċans ieħor tad-deheb biex l-awtur jitkellem, daqs kemm hi opportunità kbira l-konferenza u l-istedina bil-barka tal-President tar-Repubblika. Kienet diskussjoni politika ironikament imqanqla mir-rekwiżit tal-apolitiċità tal-Premju, fejn donnu ma nftiehmux l-implikazzjonijiet gravi tas-sjieda politika, f'dan il-każ tal-komunikazzjoni u tal-kultura.. Imma din l-opportunità għal diskussjoni rilevanti nħliet fost it-tosku tal-partiġġjaniżmu, u min kellu jitkellem, jew baqa' sieket jew tkellem xi ħadd ieħor, leħnu jwassal aktar, għalih. Mill-istejjer mġienen li naqraw fl-aħbarijiet li qed iriegħdulna l-ftit ċertezzi li seta' kellna, u li sirna mmissuhom b'idejna dejjem aktar malli nirfsu barra l-bieb, sal-qagħda immutabbli ta' kif id-diskors tagħna irid b'xi mod xorta waħda jiġi ddettat mill-intervent tal-qaddis jew tal-partit (jew tat-tnejn f'persuna waħda), anki il-kitba u x'nagħmlu biha, u l-mod kif nagħżlu meta u għala nsemmgħu leħinnha, jgħidu ħafna, jgħidu wisq, dwar l-istat tan-nazzjon. L-Aqwa Żmien ta ' Immanuel Mifsud (KKM, 2020) €12, u Għall-Glorja tal-Patrija! ta ' Aleks Farrugia (SKS, 2020) €15, jistgħu jiġu akkwistati mil-librara ewlenin. | [
2
] |
https://www.illum.com.mt/opinjoni/politika/62753/josianne_cutajar_iliet_diitali | null | www.illum.com.mt | F'dinja li miexja dejjem aktar lejn irkupru mill-effetti tal-pandemija, hemm pedina ċentrali li tilgħab logħba importanti – id-dinja diġitali. F'dan il-kuntest kienet okkażjoni importanti ferm li ipparteċipajt fl-Assemblea Diġitali, avveniment organizzat mill-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza Portugiża. Ħadt gost għaliex l-istedina biex nipparteċipa rrikonoxxietni bħala vuċi t'appoġġ għall-ħiliet diġitali fil-politiki tal-Unjoni Ewropea u wkoll rappreżentanta ta' Malta mill-gżira żgħira ta' Għawdex. Intant ma setax jonqos li fl-intervent tiegħi komplejt inkun il-vuċi favur politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħiliet diġitali li tħares ukoll lejn gżejjer bħal Għawdex. Bdejt mal-ewwel billi nistqarr li għandna sfida kbira quddiemna. Qabel ma faqqgħet il-pandemija, it-tfassil tal-politika fejn jidħlu ħiliet diġitali kienet tiffoka fuq il-ħiliet diġitali tal-ħaddiema – inkluż dawk li ma kienux messew ma' din id-dinja moderna u teknoloġika tant meħtieġa llum il-ġurnata. Iva, għandna nkomplu naħdmu sabiex inżidu l-kapaċitajiet tal-ħaddiema Ewropej. U bħala waħda min-negozjaturi ewlenin tal-istrateġija tan-Negozji Żgħar u Medji jien perfettament konxja tad-distakk diġitali li għadhom jiffaċċjaw bosta kumpaniji. Ħafna drabi, in-nuqqas ta' ħiliet diġitali għadu jirrappreżenta wieħed mill-ostakli prinċipali sabiex l-SMEs jespandu n-negozju tagħhom. Imbagħad hemm l-era ta' wara li faqqgħet il-pandemija. Jekk kien hemm bżonn li wieħed jieqaf u janalizza fejn konna wasalna fil-politika diġitali, il-pandemija għamlet propju dan. Qed ngħid hekk għaliex kif faqqgħet il-pandemija, ġejna konxji kemm l-isfida f'dawk li huma ħiliet diġitali ma kinitx biss li nressqu l-ħaddiema lejn din it-transizzjoni diġitali imma kien hemm ukoll sfidi aktar bażiċi inkluż l-aċċess taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea għal ċertu servizzi essenzjali onlajn. U hawn nixtieq nagħmel punt ta' riflessjoni. Qabel il-pandemija, ħafna minna kienu jaħsbu li konnettività tajba kienet utli biss biex tara films ta' definizzjoni għolja onlajn jew biex dak li jkun ikun jista' jsegwi l-isport favorit tiegħu jew jgħaddi l-ħin fuq xi logħba. Madankollu l-pandemija fethitlna għajnejna realtà li kienet hemm imma riedet pandemija biex toħroġ aktar fil-beraħ. Il-konnettività u l-ħiliet diġitali huma essenzjali biex iwettqu funzjonijiet mill-aktar bażiċi tar-rutina ta' kuljum tagħna. Dan irrealizzajnieh sew filwaqt li ħafna minnha spiċċaw jaħdmu mid-djar tagħhom u, f'ħafna pajjiżi, waqt il-lockdown. Nemmen bil-qawwa, kif għidt f'din l-Assemblea, li l-akbar sfida li għandna nindirizzaw hija li jkun hemm eżerċizzju li jwassal biex inressqu l-ħiliet diġitali lejn firxa kbira tal-poplu. L-ewwel u qabel kollox, dan għandu jkollu l-għan li juri l-vantaġġi tad-diġitalizzazzjoni anki lil dawk li, s'issa, mhumiex konxji tal-opportunitajiet li t-teknoloġija tista' tagħti, imma wkoll li nedukaw dwar ir-riskji li din jista' jkollha. Edukazzjoni li għandha tkun mifruxa, u fuq skala kemm nazzjonali u anke Ewropea. Approċċ komprensiv Ovvjament bidliet kbar ma jiġrux mil-lum għal għada. Għalhekk approċċ komprensiv bħal dan għandu jinkludi azzjonijiet biex intejbu l-kurrikulu tal-iskola u wkoll biex titrawwem il-viżibilità tal-opportunitajiet tat-transizzjoni diġitali. Fil-ħidma tiegħi bħala Membru Parlamentari Ewropew, nemmen bis-sħiħ fil-Programm Ewropa Diġitali u l-irwol importanti li ċ-Ċentri ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej se jkollhom. Madankollu l-pass li jmiss huwa li nwessgħu l-ambitu tal-azzjonijiet tagħna billi jkun hemm ħidma li twassal għal poplu aktar imrawwem fil-ħiliet diġitali li hemm bżonn, u li għalhekk ma tieqafx biss mal-ħidma mibdija li nressqu l-ħaddiema lejn aktar ħiliet diġitali u li dawk li ma kienux parti minn din id-dinja moderna nressquhom lejha. Id-dinja diġitali u gżejjer żgħar U hawn fejn tidħol il-gżira Għawdxija. M'hemm ebda dubju li l-gżejjer u ż-żoni periferali jiffaċċjaw sfidi addizzjonali f'dik li hija konnettività diġitali. Bħala Għawdxija, naf kemm din il-gżira hi milquta mill-effetti tal-insularità doppja. U għax konxja sew minn dan, qatt ma waqaft nsemma leħni fil-Parlament Ewropew dwar l-isfidi tal-gżejjer u l-importanza mhux biss tal-ħiliet iżda anke tal-konnettività diġitali. Punt li nisħaq fuqu huwa li l-Unjoni Ewropea għandha, fost l-għanijiet tagħha, dak li tippromwovi l-koeżjoni territorjali. Aktar minn hekk, l-aċċess għal servizzi essenzjali - u fid-dinja tal-lum l-aċċess għad-dinja diġitali nnifsu huwa essenzjali - huwa wkoll prinċipju li nsibuh inkorporat fil-Politika Ewropea tad-Drittijiet Soċjali. Nolqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda I l-promozzjoni ta' bidla li hemm bżonn sabiex żoni rurali u periferali jkunu kapaċi jaqilbu għas-servizzi diġitali jolqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda. L-ewwelnett, dan ikun ifisser li qed nagħtu spinta lill-konnettività tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, li hija ovvjament titjib tal-koeżjoni territorjali. Din l-azzjoni hija essenzjali. Ma nistgħux nitkellmu dwar ħiliet diġitali f'żoni rurali jew periferali jekk dawn ir-reġjuni ma jkollhomx infrastruttura ta' kwalità għolja li tippermetti l-użu tagħhom. It-tieni, din il-bidla tgħin biex jingħelbu sfidi li jaffettwaw il-provvista ta' servizzi pubbliċi f'territorji li strutturalment jaffaċċjaw ostakli addizzjonali. Ejja nieħdu eżempju prattiku. Huwa ovvju li l-banek apparti li jagħtu servizz, jaħdmu skont dak li jaqblilhom f'sens ekonomiku – li servizz jingħata għaliex qed irendi lura. U huwa għalhekk li żoni mbiegħda, jew żoni ta' popolazzjoni żgħira, ġieli ibatu minn nuqqas ta' fergħa ta' bank. Għalhekk li jkun hemm infrastruttura diġitali f'dawn iż-żoni jgħin u huwa ta' servizz essenzjali anke għal dawk l-anzjani li għandhom bżonn jaċċessaw servizz bankarju mill-kumdità ta' darhom b'mezzi diġitali. F'kull settur l-infrastruttura diġitali hi importanti u magħha dejjem hemm bżonn il-ħiliet diġitali. Dan japplika wkoll għal mudelli ta' e-Health – servizz ta' saħħa b'mod diġitali. Intemm billi nisħaq li l-promozzjoni tat-transizzjoni diġitali fil-gżejjer u żoni remoti għandha timmira wkoll li ttejjeb il-qagħda tal-SMEs li fuqhom jiddependu tant u tant familji u ħaddiema. Aktar minn hekk, it-transizzjoni diġitali għandha tiffoka fuq il-benefiċċji li ċ-ċittadini jistgħu jgawdu fil-ħajja ta' kuljum tagħhom permezz tal-ħiliet u s-servizzi diġitali. Din il-qalba se tkun ta' sfida imma rridu naħdmu bis-sħiħ sabiex tkun suċċess, b'politiki li jwasslu għal ħajja aħjar. | [
11,
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/62766/issurent_akkuat_bi_stupru_ta_vittma_ta_serqa_empel_wada_millabs_lil_wada_mixxhieda | null | www.illum.com.mt | Surġent li qed ikun akkużat bl-istupru ta' vittma ta' serqa li kien qed jinvestiga, jista' jkun li għamel kuntatt illegali ma' xhud mill-ħabs. Is-Surġent qed ikun akkużat bi stupru, li ġibed filmat tal-istess stupru, b'fastidju sesswali u li wettaq reat li hu kien fid-dover li jippreveni. Fis-seduta tal-lum, mara li kienet qed tixhed fuq talba tal-prosekuzzjoni, qalet li l-akkużat għamel kuntatt magħha, mingħajr il-permess, waqt li kien arrestat. Il-mara, li isimha ma jistax jissemma, qalet li kienet ilha taf lill-akkużat għal madwar sena. Hu kien ħabib tat-tifel tagħha u kienet qed tgħin lis-Surġent fil-kura ta' qariba anzjana tiegħu. Qalet li l-akkużat kien iċemplilha b'mod regolari. Kompliet tgħid li lejl qabel l-arrest tiegħu, fis-17 ta' April, l-akkużat ċemplilha fis-2:15am. Qalet li sentejn qabel hi kienet sfat vittma ta' serqa u dakinhar semgħet ħoss mal-bieb. Kienet taf li kien xogħol u ċempliltlu iżda hu qalilha li ma setax imur għax kellu serqa li kien qed jinvestiga. L-Ispettur John Spiteri kompla jistaqsiha u qalet li ma kinitx taf jekk kienx hu li ċemplilha jew inkella ċemplitlux hi u mbagħad ċemplilha lura. Iżda x-xhieda tagħha kien fiha diversi inkonsistenzi. Fil-fatt, ftit wara qalet li l-akkużat mar għandha fis-2:15am. Għal aktar mistoqsijiet, il-mara ammettiet li l-akkużat ċemplilha d-dar ftit tal-ġimgħat ilu, minkejja li kien il-ħabs. Jidher li ċemplilha biex jistaqsiha dwar ommu. L-Ispettur talab lill-Qorti biex taħtar espert biex jaċċessa s-sistema tat-telefon tal-ħabs, fosthom biex ikun magħruf meta saru xi telefonata bejn l-akkużat u persuni terzi. Talab ukoll li dawn it-telefonati jkunu transkritti. Spiteri wera wkoll sensiela ta' imejls li kien hemm bejnu u qariba tal-akkużat biex tkun tista' żżuru l-ħabs. L-istess qariba talbet lill-ispettur biex anke l-mara li xehdet illum tkun tista' tmur iżżur lis-Surġent fil-ħabs. Din it-talba ma kinitx milqugħa. Xehed ukoll l-Ispettur Michael Vella li kien preżenti għall-arrest u għall-interogazzjoni tal-kollega tiegħu. Qal li l-vittma tat lill-Pulizija tissue u anke flokk li l-akkużat, allegatament, intmesaħ bihom u li mbagħad ħasel fis-sink. Dawn qed ikunu eżaminati minn espert tad-DNA. Qal ukoll li tracker installata fil-karozza li biha l-akkużat mar fuq ix-xena tas-serqa, juri li l-akkużat għamel madwar siegħa fir-residenza tal-vittma. Kompla jgħid ukoll li nstab vidjow ta' 12-il sekonda li fih l-akkużat jidher waqt sess orali mal-vittma. Ċinturin tal-Pulizija u taser jidhru fil-filmat. Il-każi se jkompli f'Lulju. | [
0
] |
https://www.illum.com.mt/opinjoni/politika/62768/carmel_cacopardo__tonio_fenech_u_lfroa_tal2006 | null | www.illum.com.mt | Tonio Fenech, eks-Ministru tal-Finanzi, reġa' tfaċċa, f'attività politika li saret fil-Palazz Verdala biex jgħidilna kif jaħsibha. Qalilna li bl-ambjent ma tirbaħx elezzjonijiet. Imma huwa bil-permessi (tal-bini), żied jgħid, tirbaħ il-voti! Bil-qdusija artifiċjali tas-soltu jimplika li l-ħsara ambjentali kienet essenzjali biex jintrebħu l-elezzjonijiet! Għax għal Tonio Fenech kull sagrifiċċju jgħodd sakemm iwassal biex tirbaħ l-elezzjonijiet. Dan mhu xejn ġdid. Il-problema hi li l-kejl sfortunatament hu biss mil-lum għal għada. S'issa ma konniex kapaċi nħarsu fit-tul, biex inqisu sewwa l-impatt li d-deċiżjonijiet tal-lum għandhom fuq għada u l-ġenerazzjonijiet ta' warajna. Sfortunatament il-politika f'pajjiż tirraġuna: għada min raħ? Wara li (flimkien ma oħrajn) Tonio Fenech kien responsabbli mhux biss għall-pjani lokali, imma wkoll għall-eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni li bih żdiedet sew l-art għall-iżvilupp, issa qed jipprova jimpressjona li qed jindem! Il-proposta tiegħu li jorbot il-pjani lokali fil-Kostituzzjoni toħloq iktar problemi milli diġà inħolqu! Il-pjani lokali u strumenti oħra li bihom nippjanaw l-użu tal-art neċessarjament ikunu ta' wieħed minn żewġ tipi. Jistgħu jkunu ċari u preċiżi, bil-konsegwenza li għax riġidi jkun jeħtiġilhom tibdil regolari biex jirriflettu realtajiet u żviluppi ġodda. Inkella jkunu ġeneriċi u jkun jiddependi mill-interpretazzjoni tagħhom u l-integrità ta' min iħaddem il-proċess kollu. Kull possibilità hi dipendenti fuq l-integrità u l-viżjoni ta' dawk involuti fil-fażijiet differenti li jwasslu sad-deċiżjonijiet. Ma hemmx spjegazzjoni oħra: qegħdin f'nofs din il-froġa minħabba li Tonio Fenech u sħabu kienu bla viżjoni. Inżid ngħid li b'mod konxju inkarigaw bil-proċess deċiżjonali numru ta' persuni li ma kellhomx idea tal-impatt fit-tul ta' dak li kienu qed jagħmlu. Kien jinteresshom biss mill-impatti immedjati: il-voti u l-elezzjonijiet kienu l-miri ewlenin tagħhom. Ġew jaqgħu u jqumu mill-ġid komuni. F'dan kollu nifhem li l-integrità tfisser li tkun onest, b'subgħajk dritt, ta' prinċipju. Kwalitajiet li huma nieqsa mill-pjani lokali. L-ippjanar dwar l-użu tal-art huwa aspett importanti minn dak meħtieġ għall-ħarsien ambjentali: dan mhux ikkonċernat biss mir-realtajiet tal-lum. Jagħti sura lill-futur u jfassal il-qafas li fih jiżviluppaw il-ġenerazzjonijiet futuri. F'dan il-kuntest Il-korruzzjoni tal-ambjent biex jintrebħu l-elezzjonijiet billi jitqassmu l-permessi tal-iżvilupp bħall-pastizzi hi l-agħar azzjoni possibli, nieqsa minn kwalunkwe ħjiel ta' integrità. Dan hu l-kontribut sinifikanti tat-tim tal-2006 fil-politika Maltija lill-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Għaddew ħmistax-il sena minn meta Tonio Fenech u ta' madwaru fl-2006 ħolqu din il-froġa ambjentali. L-impatti illum tad-deċiżjonijiet ta' ħmistax-il sena ilu huma enormi. Sfortunatament ma hemm ħadd fil-Parlament illum li għandu l-kuraġġ li jibda t-tiswija u t-tindifa bis-serjetà tal-ħsara li ilha takkumula għal 15-il sena. Sakemm jibqgħu jiġu eletti l-istess tip ta' nies fil-Parlament mhu ser jiġri xejn. Għad għandna bosta li jiġu jaqgħu u jqumu mill-ħsara ambjentali, sakemm din tasal wara l-bieb tagħhom. Huwa biss meta lkoll nirrealizzaw li l-vantaġġi immedjati għall-ftit ifissru tbatija fit-tul għal kulħadd li nkunu nistgħu nagħmlu l-ewwel passi fit-triq tal-fejqan. Irridu nkunu kapaċi nifhmu kif dak li nagħmlu illum għandu effett fuq is-seba' ġenerazzjonijiet li jiġu warajna. Dan nistgħu nagħmluh billi nqisu sewwa d-deċiżjonijiet u l-imġieba kollha tagħna. Ma jista' jkun hemm l-ebda eċċezzjoni. | [
11,
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/ewropej/62759/lue_tipprojbixxi_lajruplani_talbelarussja_milli_jtiru_flispazju_talajru_jew_juaw_lajruporti_talue | null | www.illum.com.mt | Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea (UE) pprojbixxu l-ajruplani tal-Belarussja milli jtiru fl-ispazju tal-ajru jew jużaw l-ajruporti tal-UE. Dan wara li talbu għar-rilaxx ta' Roman Protasevich u Sofia Sapega. Imma din mhux l-unika azzjoni li UE qegħda tieħu, l-UE issa qed titlob għall-għajnuna tal-pubbliku. Skont huma, l-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem fl-iskiet jista' biss jiffjorixxi. Hu għalhekk li qed titlob lill-pubbliku jgħin billi jkisser is-silenzju u jitkellem għal Protasevic u Sapega li bħalissa qed jiġu msikkta, permezz tal-hashtag #FreeRomanProtasevich u #FreeSofiaSapega fuq Facebook u pjattaformi oħra tal-midja soċjali. L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (MIA) huwa wieħed minn numru ta' ajruporti madwar l-UE li qed juru ritratti tal-ġurnalist Roman Protasevich bħala marka ta' solidarjetà. Żewġ skrins fl-MIA juru ritratt ta' Protasevich jiġi arrestat f'Minsk bit-titlu "Free Roman Protasevich and Sofia Sapega." X'ġara fl-23 ta' Mejju u min hu Roman Protasevich? Il-ġurnalist Belarussu Roman Protasevich u t-tfajla tiegħu Sofia Sapega kienu fuq titjira minn Ateni għal Vilnius fit-23 ta' Mejju meta l-gvern tal-Belarussja ġiegħel lill-ajruplan idawwar lejn Minsk. Din il-mossa ġiet ikkundannata mill-Unjoni Ewopea iżda wkoll minn bosta pajjiżi oħra minn madwar id-dinja u waslet għal sejħiet għal sanzjonijiet kontra l-pajjiż. Il-President tal-Parlament David Sassoli qal li "l-avvenimenti fil-Belarussja, bil-ħtif ta' ajruplan ċivili biex jarrestaw lill-avversarji tar-reġim, jeħtieġu qabża' l quddiem fir-rispons tagħna kemm fis-saħħa kif ukoll fil-ħeffa." Il-Parlament Ewropew u istituzzjonijiet oħra tal-UE qed jitolbu l-ħelsien immedjat ta' Protasevich u qed iħeġġu lil kulħadd biex jitkellem dwar dan il-ksur sfaċċat tad-drittijiet fundamentali. Roman Protasevich hu ġurnalist u attivist ta' 26 sena li ilu mfittex mill-awtoritajiet tal-Belarussja anke qabel faqqgħu protesti kontra d-dittatur, Alexander Lukashenko, fis-sajf li għadda. Iżda matul ir-rewwixta paċifika li kienet kważi waqgħet lil Lukashenko, spiss imsejjaħ 'l-aħħar dittatur tal-Ewropa', Protasevich kien sar wieħed mill-aktar avversarji mfittxija mir-reġim. Il-Gvern Belarussja uża theddida ta' bomba falza biex iġġiegħel it-titjira tar-Ryanair li kienet qed iġġorr Protasevich u 120 passiġġier ieħor minn Ateni lejn il-Litwanja biex jiddevjaw lejn Minsk. Wara li żammew lil Protasevich u lit-tfajla tiegħu ta' 23 sena, Sofia Sapega, l-awtoritajiet tal-Belarussja ħarġu filmat tal-ġurnalist jidher li jagħmel konfessjoni sfurzata, u b'sinjali fiżiċi li hu ġie msawwat. | [
3
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/ewropej/62774/malta_se_tirievi_405_miljun_millfondi_ta_austament_wara_brexit | null | www.illum.com.mt | Membri Parlamentari, nhar il-Ħamis, laħqu ftehim politiku dwar ir-Riżerva ta' Aġġustament wara Brexit ta' €5.4 biljun. Skond l-iktar informazzjoni reċenti dwar kif il-fond ta' bosta biljuni ta' euro għandu jitqassam bejn l-Istati Membri, is-sehem ta' Malta se jammonta għal ftit aktar minn €40.5 miljun. Ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (BAR) tiffoka fuq pajjiżi u setturi li intlaqtu l-agħar mit-tluq tar-Renju Unit mill-UE. Dan jikkunsidra l-aktar it-telf tal-kummerċ b'enfasi fuq is-settur tas-sajd. Il- €40.5 miljun ta' Malta f'miżuri biex jgħinu jtaffu l-effett tal-Brexit fuq l-ekonomija jistgħu, skond il-ftehim tal-Ħamis, jinkludu: Appoġġ għan-negozji (speċjalment l-SMEs), li jaħdmu għal rashom u l-komunitajiet lokali, Investimenti fil-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, Appoġġ biex jiġu megħjuna ċ-ċittadini li jirritornaw mir-Renju Unit bħala konsegwenza tal-Brexit biex jintegraw mill-ġdid, u Appoġġ għall-funzjonament tal-fruntiera, , saħħa, kontrolli fitosanitarji u ta' sigurtà, kontrolli tas-sajd, ċertifikazzjoni u skemi ta' liċenzjar. | [
3
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62747/lavukati_ta_fenech_jisqu_li_llaptops_ta_daphne_jinkludu_informazzjoni_li_turi_li_lakkuat_huwa_innoenti | null | www.illum.com.mt | L-Avukati ta' Yorgen Fenech talbu li jkollhom aċċess għal laptops u l-hard drives ta' Daphne Caruana Galizia għax qalu li dawn jinkludu evidenza importanti li turi li Fenech huwa innoċenti u li tikkontradixxi l-evidenza tal-intermedjarju Melvin Theuma, ix-xhud ewlieni fil-każ. It-tim legali ta' Fenech ressqu din l-applikazzjoni llum. Fiha qalu li Melvin Theuma qal li Fenech kien qabdu biex isib lil xi ħadd biex jeħles minn Caruana Galizia għax kienet se tippubblika xi storja dwar zijuh. "Il-laptops u l-hard drives tal-vittma huma importanti ħafna għad-difiża biex tkun tista' turi li huwa innoċenti u jikkontrastaw l-informazzjoni ma' dak li qal Theuma," jisħqu l-Avukati. Insistew li l-Pulizija għandhom l-obbligu li jiġbru u jippreservaw l-evidenza kollha dwar dan l-assassinju, kemm dik favur u anke dik kontra l-akkużat. "Dan għandu jinkludi ż-żewġ laptops u tliet hard drives li kienu qed jintużaw mill-vittma fi żmien qabel l-assassinju," komplew. Kemm il-laptops u anke l-hard drives jinsabu l-Ġermanja wara li ntbagħtu mill-familja biex ikunu protetti, bl-awtoritajiet Ġermaniżi rrifjutaw it-talbiet li saru biex dawn jingħataw lill-awtoritajiet Maltin. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/62758/tliet_snin_abs_gaagug_li_saq_fissakra_tela_fuq_ilbankina_filballuta_u_qatel_agug | null | www.illum.com.mt | Żagħżugħ li meta kien qed isuq fis-sakra spiċċa fuq il-bankina, fil-Balluta u tajjar diversi persuni u qatel wieħed, ingħata sentenza ta' tliet snin ħabs u ġie pprojbit milli jsuq għal sentejn wara li jiskonta s-sentenza. Tim Scholten, ta' 19-il sena, kien miet wara dan l-inċident li seħħ fis-6 ta' Lulju 2018. Michael Caruana Turner, li għandu 24 sena, instab ħati li kkawża l-mewt ta' Scholten bi traskuraġni. Instab ħati wkoll li weġġa' seba' persuni oħra u li kien qed isuq taħt l-effett tal-alkoħol. L-akkużat kien qed isuq b'veloċità ta' 100kph meta tilef il-kontroll tal-vettura u spiċċa fuq il-bankina, tant li l-karozza ma waqfitx mill-ewwel imma baqgħet titkaxkar sakemm waqqfet u mblokkat il-bankina. Iż-żagħżugħ kien ipprova jaħrab minn fuq il-post u meta kien arrestat kien ta informazzjoni personali falza lill-Pulizija. Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha saħqet li sentenza ta' ħabs effettiva mhijiex imposta dejjem meta tinqatel persuna, iżda minħabba s-serjetà ta' dan il-każ, it-traskuraġni u n-negliġenza tas-sewwieq, ma setgħetx tiddeċiedi mod ieħor. Għamlet referenza wkoll għall-fatt li ż-żagħżugħ għandu kondotta nadifa, familja stabbli, xogħol stabbli u anke kellu jfittex l-għajnuna minħabba dak li ġara. Minkejja dan kollu, il-Qorti saħqet li huwa jibqa' responsabbli tal-aġir tiegħu u dak li seħħ. "Il-ħajja hija xi ħaġa serja u l-fatt li wieħed jieħu l-ħajja ta' ħaddieħor, anke jekk mhux b'mod volontarju imma b'negliġenza, traskuraġni u sewqan perikoluż, ma jistax ma jkunx meqjus bis-serjetà," temmet tgħid il-Maġistrat Gabriella Vella. | [
0
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/62745/lebda_bank_lokali_mhu_jaetta_li_joffri_servizz_lirristoranti_involuti_fi_proeduri_ta_asil_ta_flus | null | www.illum.com.mt | Hekk kif kompla l-każ kontra Florinda Sultana u Albert Buttigieg, akkużati b'ħasil ta' flus, l-amministratur li tqabbad mill-Qorti biex jamministra l-kumpanija MS1 Catering, spjega kif l-ebda bank lokali mhu qed jaċċetta li jkollhom kont bankarju u saħaq li dan qed jikkawża problemi fl-operat tar-ristoranti. Sultana u Buttigieg tressqu l-Qorti wara investigazzjoni fuq numru ta' kumpaniji li joperaw ir-ristoranti Porticello fil-Belt Valletta u Capo Mulini f'Marsaxlokk. Qed ikun allegat li ż-żewġ ristoranti kienu involuti f'ħasil ta' flus assoċjat mat-traffikar taż-żejt. Iż-żewġ persuni ġew arrestati s-sena li għaddiet wara operazzjoni kbira mill-Pulizija kontra t-traffikar taż-żejt li kienet waslet għall-arrest tal-eks footballers Darren Debono u Jeffrey Chetcuti, l-awditur Chris Baldacchino u l-aġent taż-żejt Gordon Debono. Kollha kemm huma qed jiċħdu l-akkużi. L-amministratur kien tqabbad biex jamministra l-kumpanija MSI Catering li għandha ż-żewġ ristoranti. Fil-Qorti spjega kif iż-żewġ ristoranti bħalissa qed jaċċettaw biss flus kontanti hekk kif l-ebda bank mhu qed jaċċetta li jipprovdilhom servizz. L-Avukat Stefano Filetti, filwaqt li kkonferma s-sitwazzjoni, saħaq li s-sitwazzjoni hija parzjalment tort tal-Istat għax poġġa lil dawn il-persuni daharhom mal-ħajt. Saħaq li l-Istat l-ewwel għamel minn kollox biex iwaqqaf l-operat tar-ristoranti u issa qed jikkawża ostakli biex ikunu amministrati. Il-Qorti nnutat ukoll kif l-amministratur mar oltre minn dak li kellu jagħmel u ingaġġa xi nies biex jassistuh. Fi kliem il-Qorti, dan żied l-ispejjeż. Xehdu wkoll diversi ħaddiema tar-ristoranti li identifikat lil Buttigieg bħala "l-boss" tagħhom. Saħqu li kienu jitħallsu permezz ta' trasferiment bankarju minn Luzzu Catering jew inkella ġieli anke fi flus kontanti. Il-każ se jkompli fid-19 ta' Lulju. | [
0
] |
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62746/ittieni_interconnector_huwa_neessarju_biex_inlaqu_maddomanda_li_diedet_u_li_se_tkompli_tidied | null | www.illum.com.mt | Il-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern ħabbar li b'investiment ta' €170 miljun se jkun qed jibni t-tieni interconnector, bil-għan li tissaħħaħ ir-rabta ta' Malta mal-kontinent Ewropew, tirdoppja l-konnettività tiegħu mal-grid Ewropea tal-enerġija u ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista. Il-gvern diġà kien ħejja l-infrastruttura tat-tieni interconnector meta sar ix-xogħol fuq l-ewwel wieħed. Dawn jinkludu r-reactor u l-bażi għal switchgear f'Ragusa u l-iswitchgear u l-kontrolli f'Malta. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Ministru responsabbli mill-Enerġija, Miriam Dalli u staqsietha, fost l-oħrajn għaliex Malta se jkollha bżonn interconnector ieħor meta għadha kemm bniet powerstation ġdida. Għalfejn għandna bżonn Interconnector ieħor meta għadna kemm bnejna powerstation ġdida? Id-domanda għall-enerġija elettrika ilha tiżdied b'mod konsistenti f'dawn l-aħħar għaxar snin. B'mod partikolari bejn l-2014 u l-2019 id-domanda żdiedet b'madwar 21% hekk kif rajna tkabbir ekonomiku qawwi. Wara t-tnaqqis żgħir li nħass is-sena l-oħra minħabba l-pandemija, il-previżjonijiet juru li sas-sena 2025, id-domanda se terġa' tiżdied b'21% oħra. Apparti li hu mistenni li jerġa' jaqbad sew it-tkabbir ekonomiku, se jkun hemm kontributuri ġodda għaż-żieda fid-domanda. Irridu nkunu kapaċi nservu kemm l-eluf ta' vetturi elettriċi li se jidħlu fit-toroq tagħna, kif ukoll l-enerġija li hemm bżonn għall-vapuri li se jitqabbdu mal-grid mix-xatt. Dan ifisser li filwaqt li l-powerstation il-ġdida serviet l-aktar biex setgħu intfew l-impjanti tal-Marsa u Delimara li kienu jaħdmu biż-żejt, dan it-tieni Interconnector se jkun qed ikopri ż-żieda fid-domanda u jtejjeb is- security of supply . Sa ftit xhur ilu, il-Partit Nazzjonalista kien qed idoqq id-diska li l-powerstation tal-gass ma kienx hemm bżonnha. Issa li nduna kemm kien żbaljat, bidel l-argument u qed jerġa' jdaħħal id-dubju dwar il-ħtieġa tat-tieni interconnector. Wieħed jista' jifhem li l-PN kien imdorri b'ekonomija dejjem tiċkien u jsibha bi tqila biex jifhem ir-relazzjoni tat-tkabbir ekonomiku mad-domanda għall-enerġija. Fl-erbatax-il sena bejn l-1998 u l-2012 ma sar l-ebda investiment fil-ġenerazzjoni. Ir-riżultat kien l-agħar politika f'dan il-qasam li biha baqgħet taħdem il-powerstation tal-Marsa, baqa' jaħdem l-impjant taż-żejt f'Delimara u żdiedu l-kontijiet b'mod esaġerat. Iktar minn hekk, meta ġie biex jiddeċiedi dwar l-impjant li kien imiss, reġa' wikka lil pajjiż b'impjant ieħor tal-Heavy Fuel Oil. Kellu jkun Gvern Laburista li kkonverta dan l-impjant biex illum qed jaħdem bil-gass. Ma setax inbena mill-ewwel impjant akbar fl-2015? Ma kienx ikun għaqli li wieħed jibni powerstation ikbar minn dik li nbniet. Dan għaliex, kieku għamilna hekk, f'waqtiet meta d-domanda tkun baxxa, kien ikollna powerstation kbira ħafna li tkun qed topera bi produzzjoni baxxa. Ir-riżultat kien ikun li jkollna impjant jopera b'mod ineffiċjenti u b'hekk kienet togħla l-ispiża tal-produzzjoni. Dan ma kienx ikun fl-interess tal-konsumaturi. Apparti dan, mhux għaqli li l-pajjiż ikun jiddependi fuq impjant wieħed li jkun ikopri d-domanda waħdu. Dan sabiex meta jkun mitfi minħabba xi ħsara jew għall-manutenzjoni, nkunu nistgħu xorta nilħqu mad-domanda tal-elettriku u nassiguraw security of supply. Il-politika tal-Gvern Laburista favur id-diversità ta' sorsi tassigura li l-pajjiż qatt ma jiġi għarkubbtejh minħabba li ma jkunx jista' jlaħħaq mad-domanda għall-enerġija. Għaliex il-Gvern għażel Inteconnector ieħor u mhux impjant ieħor tal-gass? Bis-saħħa tad-deċiżjonijiet li ttieħdu minn dan il-Gvern, bħalissa diġà għandna żewġ impjanti li jaħdmu bil-gass. Bejn l-2016 u 2017, l-impjant tal-BWSC li kien inxtara biex jaħdem biż-żejt ġie kkonvertit u beda jaħdem bil-gass. Dan kapaċi jforni madwar 150MW ta' elettriku. Fl-istess żmien ibena wkoll l-impjant tal-Electrogas li jforni 200MW oħra, li wkoll ġejjin mill-gass. Jiġifieri t-total tal-qawwa tal-enerġija mill-gass hija ta' 350MW. Mill-banda l-oħra, bħalissa għandna Interconnector wieħed biss ta' 200MW. B'hekk, meta jinbena t-tieni wieħed, se jkun hemm kapaċità totali ta' 400MW. Min jargumenta li m'għandniex bżonn iktar sorsi ta' enerġija jkun qed jara sal-ponta ta' mnieħru. Dan għaliex dejjem trid taħseb għal meta jkollok xi impjant li għal xi raġuni jew oħra ma jkunx qed jopera. Dan il-prinċipju jitlob li wieħed dejjem jara li jiddiversifika s-sorsi tiegħu, li ma jiddependix fuq impjant wieħed jew teknoloġija waħda biss. Għalhekk, l-għażla naturali li jmiss biex tlaħħaq maż-żieda prevista fid-domanda hija li tirdoppja l-kapaċità tal-importazzjoni billi jinbena Interconnector ieħor. B'hekk inkunu wkoll qed nibbilanċjaw is-sorsi u nħallu l-għażliet tagħna miftuħin. L-Interconnector se jgħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet? Mhux aħjar investejna fl-irdieden fuq il-baħar jew l-enerġija li ġejja mix-xemx? Waħda mill-ambizzjonijiet ewlenin ta' pajjiżna hi li nkomplu nżidu l-enerġija nadifa u li niddekarboniżżaw is-settur tal-elettriku. Irridu nkomplu nżidu l-pannelli fuq is-soqfa tagħna. Imma nafu wkoll li maż-żmien se nilħqu limitu f'dan il-qasam. Biex inkomplu nżidu l-ammont tal-enerġija rinovabbli rridu nħarsu lejn proġetti fuq skala kbira, bħalma huma dawk ta' rdieden u pannelli fuq il-baħar. Nafu li kemm l-enerġija mir-riħ kif ukoll dik mix-xemx, ivarjaw fl-ammonti li jipproduċu minn ħin għal ieħor. Iktar ma jkunu kbar, ikbar tkun il-varjabilità. Irid ikollna grid b'saħħitha tant, li meta jonqos l-ammont ta' enerġija minn dawn l-impjanti l-kbar, tkun tista' tikkompensa għal dan iċ-ċaqlieq biex il-konsumatur jibqa' moqdi l-ħin kollu mingħajr waqfien. It-tieni Interconnector se jkun qed isaħħaħ il-grid b'rabta iktar b'saħħitha mal-grid Ewropew. B'hekk, il-grid tagħna tkun tiflaħ tieħu aktar enerġija rinovabbli, anki fuq skala kbira. L-effett finali se jkun jippermetti tnaqqis fl-emissjonijiet li jlaħħaq mal-58%. Iktar minn hekk, meta jkun hemm drabi fejn pajjiżna jipproduċi aktar milli meħtieġ, per eżempju fi ġranet meta d-domanda interna tkun baxxa u l-ġenerazzjoni rinovabbli tkun qawwija, l-Interconnector se joffri żvog ġdid lill-grid tagħna billi nkunu nistgħu nesportaw l-enerġija żejda mingħajr ma nġiegħlu lil dawn l-impjanti biex inaqqsu l-output tagħhom jew saħansitra jitfu għal kollox. B'dan il-mod nassiguraw li l-enerġija rinovabbli ma tkunx qed tinħela. | [
12
] |
https://www.illum.com.mt/kultura/arti/62793/lisba_fjura__charlene_rae_bkanzunetta_bmessa_personali_fjum_ilmissier | null | www.illum.com.mt | Imwielda fil-belt ta' New York ġewwa iżda residenti ġewwa r-raħal pittoresk ta' Għajnsielem f'Għawdex, il-kantanta Charlene Rae għandha mħabba kbira lejn il-lingwa Maltija, kif ukoll lejn il-ġeneru ta' mużika rock, tant hu hekk li tagħmel mill-aħjar li tista' biex tamalgamhom flimkien. Dan kien il-punt tat-tluq għall-kanzunetta L-Isbaħ Fjura. Fuq kompożizzjoni ta' Glen Vella, lirika ta' Emil Calleja Bayliss u produzzjoni ta' Matteo Depares, L-Isbaħ Fjura hija kanzunetta oriġinali bil-Malti li Charlene Rae, permezz tal-paġni uffiċjali fuq Facebook u Instagram iddiskreviet bħala "personali, dedikazzjoni għal missieri, bniedem lli għalkemm ħalla ħafna swied il-qalb, tani ħafna kuraġġ tul ħajti." L-għażla tad-data tar-rilaxx tal-kanzunetta, il-Ġimgħa 18 ta' Ġunju ma kienx wieħed b'kumbinazzjoni iżda waħda bi ħsieb, għaliex hija l-aħħar ġurnata tal-ġimgħa qabel tiġi ċċelebrata l-festa ta' Jum il-Missier. Għaldaqstant, Charlene Rae flimkien mat-tim tagħha ħasbu li l-messaġġ ta' din il-kanzunetta jista' joffri wens lil dawk li tilfu lill-għażiż missierhom. Il-kanzunetta L-Isbaħ Fjura, hija akkumpanjata minn vidjo ta' lirika, maħdum minn Angie u Duane Laus ta' Lava Graphics, fejn l-iskop hu li wieħed jifhem aktar r-relazzjoni bejn missier u bint, permezz tal-lirika mirquma bl-aktar mod sentimentali. Mil-lum 18 ta' Ġunju, L-Isbaħ Fjura hija disponibbli biex tindaqq jew tinxtara fuq il-pjattaformi ewlenin tal-mużika diġitali fosthom: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon and iTunes grazzi għall-kumpanija tad-distribuzzjoni internazzjonali; CAP-Sounds. | [
2
] |
https://www.illum.com.mt/kultura/arti/62796/letteratura__lutli_u_lelu | null | www.illum.com.mt | Sbieħ il-Ħadd kont sibtu l-ajruport, u x'aktarx ma kontx niltaqa' miegħu mod ieħor. F'dak il-mument fejn tkun insejt iġġib x'taqra għal fuq l-ajruplan, jew inkella trid toqtol siegħa qabel l-imbark, f'dan l-ispazju tal-kotba dejjem jirnexxieli nistad xi ħaġa mhux mistennija. Tant li kien dan il-ktieb li faqqasli l-ewwel ħajra biex xi darba nibda nikteb ir-reċensjonijiet. Sad-disgħinijet, niftakar xi għaxar ħwienet tal-kotba l-Belt, kollha bl-identità partikolari tagħhom. Sapienza ta' Triq ir-Repubblika kienu mbagħad librara primi li tlifnih it-tip tagħhom: isiru jafuk u x'taqra, jissuġġerulek titli ġodda, u dejjem b'impjegati jafu x'qed ibigħu. Kollha għalqu llum, bi skerz tas-suq li għadni ma fhimtux imma li x'aktarx għandu spjega mill-aktar ovvji li forsi ma rridx nifhimha, u l-kotba llum tixtrihom, fil-biċċa l-kbira, mingħand bejjiegħ wieħed biss. Offerta xotta li ssir aktar problematika meta l-bejjiegħ, minkejja li b'xi mod imkisser fil-kotba, iħaddem mudell fejn il-ħanut donnu aktar moħħu jbigħ ħwejjeġ oħra li jattiraw klijenti li mhux bilfors interessati fil-ktieb. U x'aktarx ma jixtruhx. Il-ħaddiema, anki minħabba l-kundizzjonijiet iddettati minn dan il-mudell partikolari, qajla jafuh il-ktieb, bla ebda ħtija tagħhom. Il-ktieb bħala kommodità oħra, u li kull ma teħtieġ intermedjarju bażiku li jipproċessa t-transazzjoni. Id-dinja tal-kotba nbidlet, m'għandniex xi ngħidu, anki bil-possibiltajiet online, u speċjalment dan l-aħħar. Ma tantx għadni nfittxu fil-ħwienet il-ktieb. Anki għax nbidlet l-esperjenza, speċjalment għall-qarrejja regolari, ta' kif jakkwistaw ktieb u saħansitra ta' kif isiru jafu bih. 'Sapienza', kif bqajt insejjaħlu, u li issa xorta jbigħ il-kotba taħt sid u isem ieħor, għadu l-istess toqba dejqa, imma fiż-żmien kien jinħass ikbar, minkejja t-tisrip qalb in-nies kokka jqallbu fl-ixkafef jew xi parruċċan bilqiegħda jaqra ħafna u ma jixtri qatt. Kont tħossok dħalt tassew f'dar il-kotba, taqsam eċitat ma' wieħed mill-aħwa sidien il-meravilja ta' ktieb li ma tlaqtux minn idejk, u taħbat, tista' tgħid dejjem, f'qarrejja ħbieb. Mhux tal-midinbin, imma daż-żmien, bħala qarrej tħossok qed tpatti għal xi għemil malli tidħol f'dawn il-ħwienet. Il-qarrejja jafuhom il-ħwienet tal-kotba, kif għandhom jinħassu, kif għandek tħossok ġo fihom. Jafu li m'għandekx tħoss sens ta' għaġla qisek qed tagħmel xirja oħra biex taqtagħha mil-lista. Jiddejqu tikka żgur li qabel ma jħallsu, se jipproponulhom biċċtejn ċikkulata nofs prezz. U l-agħar, Computer says No : il-ktieb li tlabt għalih ma jkollhomx, u mhux għax jafu li m'għandhomx, u allura lesti jordnawhulek, bħal dak li qallu li ma stajtx ordnajtu int minnufih. Biex ġej? Għax inħoss li ironikament il-ħanut tal-ajruport immexxi mill-istess kumpanija huwa l-aħħar fdal ta' xorta ta' esperjenza ta' żjara lill-kotba. Minkejja l-ħamba kollha tan-nies ġejja u sejra u t-tħabbiriet tat-titjiriet, diż-żona ddurha mingħajr stennija u pretensjoni, sempliċement għax imneżża' mill-awra tal-ħanut klassiku. Tassumi mill-ewwel li ta' wara l-bank xogħolhom mhux li jtuk parir dwar xi jmissek taqra, u allura tispiċċa int mal-ixkafef, daqslikieku inzertajt quddiem vetrina ħelu ssejjaħlek tagħżel minnha. Sempliċement roqgħa kkonfinata kemm hemm bżonn, imma rifuġju, mill-ġdid, did-darba mit-tlellix tad- duty-free , tad-ditti u tad-dmir tax-xiri għax-xiri. Il-ħlewwa tal-ktieb ta' Alex Mizzi, li bdejt ingawdiha jien u nistenna l-ajruplan, baqgħet miegħi tul it-titjira, fejn ħassejtni ġarrejt miegħi xi ħaġa tassew Maltija, mhux ikkonfezzjonata bħall-prodotti tradizzjonali li kontinwament jiġu vvintati biex it-turisti jieħdu lura d-dar togħma 'awtentika' u 'ġenwina' ta' pajjiżna. Sbieħ il-Ħadd m'għandux it-togħma sfurzata ta' likuri morri maħluqa minn xejn storiku, jew inkella l-ħwawar żejda u aljeni li ma jiqfux ifaqqsu fuq il-ġbejna fqajra tagħna. Letteratura li tammetti n-nuqqas ta' pretensjoni, saħansitra qabel ma tibda, fejn id-daħla tal-awtur tispjega li minkejja l-proġett tiegħu hu biex jidħol f'ruħ in-nies u jikkataloga dinja li qed jaraha tinbidel malajr (u forsi wisq), dawn jafu wkoll ikun stejjer "għal min ma jridx jaħseb wisq". Lil hinn minn umiltà falza min-naħa tal-awtur, donnu hemm l-għarfien li għad hemm post għal kitba li saħħitha tistrieħ fuq il-ħlewwa u s-sempliċità, u li tista' tħalli effett fuq il-qarrej mingħajr ix-xinxilli żejda tat-teknika jew inkella l-isfruttament imtaqqal ta' tematiċi kbar f'ġieħ il-passa tal-ħsieb għaddejja dak il-ħin. Ħila fiha nnifisha, l-għażla li tikteb dwar li taf b'onestà u li ttella' l-poetiċità anki mill-aktar realtajiet prożajċi u inkonsegwenzjali tal-ħajja ta' kuljum. Xogħol in-novella, wara kollox, li sikwit tagħfas fuq realtajiet dojoq b'nies komunissimi u spiss ġrajjiet inkonsegwenzjali. Il-kitba ħelwa u mexxejja, daż-żewġ aġġettivi li spiss inroxxuhom kif ġie ġie għal meta ma nkunux nafu ngħidu mod ieħor, spiss nassoċjawha ma' kitba timida, newtrali jew moralistika li tibqa' fil-wiċċ tal-affarijiet u li tant tippersisti f'diversi espressjonijiet kulturali tagħna. Iżda 'storja ħelwa', dik id-definizzjoni li donna nagħtu donnu lil storja tajba li tgħaddilek siegħa żmien u mhux wisq aktar, jaf għandha dimensjonijiet oħra: apparti l-morr li bilfors jimxi labranzetta magħha u lill-istorja ħelwa jagħmilha serja, hemm ukoll dimensjoni ta' naturalezza tal-espressjoni, anki minkejja l-ingombru tad-dmir li jassumi l-awtur letterarju. Mizzi jirnexxielu jittraduċi livell karatterjali mingħajr ma jgħabbih b'motivazzjonijiet barranin li mhumiex naturali għalih. Fil-persunaġġi tiegħu, tisma' espressjonijiet u modi ta' ħsieb u fehim li huma tant mifruxa ma' kull kategorija ta' nies u li huma essenzjalment markaturi tal-karattru Malti kif iddeterminat miċ-ċirkostanzi speċifiċi tiegħu. Il-karattru jesprimu ruħu b'mod li mhux sfurzat jew aċċentwat f'ġieħ effett tar-realtà, jew inkella li jitteħdulu mill-vokabolarju potenzjali kliemu u ħsibijietu għax apparentement iffossilizzati wisq mit-taħdit ta' kuljum. Il-materjal li jrid jistħarreġ l-awtur qiegħed kollu kemm hu hemm quddiema, ngħixuh ta' kuljum. Ma jeħtieġx wisq irqim żejjed u barrani, u fil-fehim ta' x'inhu tassew tipiku, u mingħajr ġudizzju dwaru, toħroġ il-possibbiltà għal forma ta' risonanza tassew ġenwina għall-qarrej. Jien u naqra, mhux biss dan il-ktieb speċifiku, ma jiqfux ifaqqsu f'moħħi l-mistoqsijiet dwar il-qagħda tal-editorja Maltija. Għaliex, anki f'din id-dawra qasira fost il-kotba tal-ajruport, tista' tiltaqa' ma' titli li qajla tkun smajt bihom. Minkejja l-gost tal-iskoperta, mhijiex il-famuża serendipity tal-laqgħa aċċidentali ma' xi ħaġa kbira li tkun donnha ddestinata u ilha tistennik. X'aktarx, hija r-realizzazzjoni ta' kemm jinkitbu testi f'Malta li ftit insiru nafu dwarhom, u li jiżvintaw tikka tikka tul fis-snin fir-ringieli alfabetiċi skont kif ifettilu jmexxi x-xogħol id-distributur. Testi li ftit li xejn ikollhom pubbliċità; awturi li qajla tara reċensjoni, tajba jew ħażina, dwarhom; il-mistoqsija tberren dwar kif fl-aħħar jirnexxielu jaqla' x'jiekol tassew il-pubblikatur u l-ħaddiem tal-kotba. Is-sensazzjoni wkoll li, anki jekk proċess naturali, hemm kotba li forsi nonfħuhom aktar milli ħaqqhom, speċjalment jekk ismijiet b'saħħithom jew b'potenzjal ta' promozzjoni lil hinn minn dak tas-soltu. Minkejja li għal darb' oħra, is-suq dejjem se jsuq, nissuspetta li hemm firxa vasta ta' kitba Maltija tajba għal kulħadd, u li kapaċi anki ssaħħar qarrejja oħra, qarrejja differenti, li mhux bilfors qed ifittxu l-aħħar opra kbira, u lanqas ma jridu jitqannew bir-rumanzetti ta' aqra u armi. In-novelli ta' Sbieħ il-Ħadd jidħlu fil-laħam il-ħaj tal-kwotidjanità b'tali mod li jqanqlu rivalutazzjoni ġdida tal-mumenti regolari tal-ħajja li tant huma komuni li bla ma rridu nirriduċuhom għall-banalità awtomatika, ħwejjeġ li għandhom u li kellhom jiġru. Żjara l-isptar, tifkiriet ta' ħbiberija antika, il-ħajja tal-familja: ġrajjiet tipiċi għall-aħħar, tant li ningħarfu fihom minnufih u li l-awtur jirnexxielu jirrakkonta b'mod li jqanqal riflessjoni, saħansitra anki gravi, mingħajr ma jtellef mill-inevitabbiltà tan-natura tagħhom. Stejjer li jfakkruni fl-osservazzjoni tar-realtà li xxaqleb x'imkien bejn in-neo-realiżmu u l- commedia all' italiana ħafifa li telgħu bihom anki ġenerazzjonijiet ta' Maltin. Kull qagħda tal-ħajja tistħoqqilha riflessjoni u kull sitwazzjoni mgħobbija b'potenzjal għar-rakkont. Is-sempliċità u l-ħlewwa, anki fis-sens tal-osservazzjoni bla wisq ġudizzju ta' għemilna ta' kuljum, jistgħu jidhru bla snien, imma fl-idejn it-tajba kapaċi jsiru għodod jaqtgħu. | [
2
] |