url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62787/filmat__din_hija_ssiega_talprova__gandna_ningaqdu_biex_ngaddu_messa_wieed
null
www.illum.com.mt
Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal li Malta se tkompli taħdem sal-aħħar biex tikseb riżultat pożittiv hekk kif nhar il-Erbgħa, l-FATF (Financial Action Task Force) se jkun qed jiddeċiedi jekk Malta hux se tispiċċa fuq il-lifts l-griża jew le. Mistoqsi mill-ġurnalisti ta' MaltaToday ftit ħin qabel bdiet laqgħa tal-Kabinett, il-Ministru Caruana saħaq li l-Gvern se jkompli jaħdem biex jipperswadi lil kulħadd li Malta ħadmet kemm felħet biex timplimenta r-rakkondazzjonijiet li sarulha. "Qed naħdmu bis-sħiħ biex nhar l-Erbgħa niksbu r-riżultat li pajjiżna vera jixraqlu. Illum għandna numru ta' telefonati li huma skedati, biex nipperswadi li tul dawn l-aħħar sena u nofs, il-pajjiż għamel dak kollu li ġie mitlub jagħmel," insista l-Ministru. Qal ukoll li f'dan il-mument, kull persuna li għandha influwenza, għandha tiġbed ħabel wieħed mal-Gvern, irrelevanti mill-alleanzi politiċi. "Din hija s-siegħa tal-prova għal dan il-pajjiż, biex kull min għandu xi forma ta' influwenza, jingħaqad biex ngħaddu messaġġ wieħed. Hemm bżonn inkunu ponn wieħed biex nikkonvinċu li l-pajjiż jixraqlu jgħaddu minn dan it-test," saħaq il-Ministru. Mistoqsi jekk 48 siegħa humiex biżżejjed għal dan il-għan, il-Ministru saħaq li Malta se tibqa' tipperswadi li l-ħidma tal-Gvern mhux se tieqaf hawn imma se tkompli għaddejja, bl-istess impenn, fix-xhur li ġejjin. "Mhijiex kwistjoni li ngħaddu mill-eżami u daqshekk. Irridu nkomplu naħdmu biex nassiguraw li nħarsu r-reputazzjoni tagħna," temm jisħaq il-Ministru. 'Għajb kbir għall-ekonomija u l-impjiegi jekk Malta tispiċċa fuq il-lista l-griża' – Sors għoli fil-Gvern jitkellem mal-ILLUM​
[ 12 ]
https://www.illum.com.mt/opinjoni/politika/62795/carmel_cacopardo__gal_darbora_konsultazzjoni_finta
null
www.illum.com.mt
Ġie ppubblikat dokument konsultattiv dwar il-qalba għall-karozzi tal-elettriku. Dokument li hu intitolat "Towards Cleaner Vehicles on Our Roads", bl-Ingliż, għax il-Malti f'dawn iċ-ċirkustanzi hu mwarrab mill-Gvern ukoll! Minkejja li dan il-proċess konsultattiv kien imħabbar kważi 4 snin ilu, f'Settembru 2017, l-informazzjoni fid-dokument konsultattiv hi skarsa. Dan jagħmel din il-konsultazzjoni waħda finta. Dan hu sintomatiku ta' Gvern li fejn jidħlu materji ta' transport kontinwament jibgħat sinjali konfliġġenti! Id-dokument konsultattiv jirrikonoxxi l-ovvju meta jgħid li l-emissjonijiet fl-arja riżultat ta' karozzi u nġenji oħra żdiedu bi 86% matul il-perjodu 1990-2018. Id-dokument iżda jinjora l-fatt li dan hu fil-parti l-kbira riżultat tal-investiment massiv fl-infrastruttura tat-toroq, li fil-parti l-kbira tal-każi ma kinitx meħtieġa. Għenet biex żdiedu l-karozzi fit-toroq. Il-qalba għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku hi pass 'il quddiem. Bla dubju riżultat ta' hekk se jonqsu l-emissjonijiet mill-karozzi. Imma għandu jingħad li l-emissjonijiet iktar milli jonqsu se jiċċaqalqu mit-toroq lejn is-sors tal-elettriku li ser jintuża! Meta nafu li l-Gvern għandu l-ħsieb li jinstalla t-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija hu ċar li parti minn dawn l-emissjonijiet se jmorru 80 kilometru lejn it-tramuntana, fi Sqallija, bil-bqija jmorru Delimara. Mhux ċar kif dan ser jirrifletti ruħu fil-prezz li nħallsu għall-elettriku għax id-dokument konsultattiv hu sieket għal kollox dwar dan. Id-dokument konsultattiv jagħmel sewwa li jiġbed l-attenzjoni li l-ħiliet meħtieġa biex wieħed jieħu ħsieb u jsewwi karozzi li jaħdmu bl-elettriku hu differenti minn dawk meħtieġa għall-karozzi li nużaw illum. Jiġbed ukoll l-attenzjoni li jinħtieġu investimenti sostanzjali biex tinbena l-infrastruttura meħtieġa b'mod partikolari għal fejn il-karozzi jieħdu l-elettriku meħtieġ (iċ-charging points). Id-dokumenti imma, jonqos milli jindirizza nuru ta' punti ta' kontroversja li jeħtieġu li jkunu diskussi permezz ta' dan il-proċess konsultattiv. Ma hemm l-ebda dubju li l-konsum tal-petrol u d-dijżil se jonqos sostanzjalment bħala riżultat ta' dan kollu. Ir-rata li biha dan jonqos se jiddependi mill-mod kif l-elettrifikazzjoni tat-toroq tipproċedi tul il-perjodu ta' tranżizzjoni. Fid-dawl ta' dan għalfejn ma ġiex imħabbar moratorju dwar pompi ġodda tal-petrol li dwarhom għad hemm numru ta' applikazzjonijiet pendenti? Minkejja li hu ċar li dawn ma hemmx iktar ħtieġa għalihom, id-dokument konsultattiv huwa konvenjentement sieket, anke dwar dan. B'hekk jinkoraġixxi pressjoni żejda u mhux meħtieġa fuq il-proċess tal-ippjanar. MiIl-bejgħ tal-petrol u d-dijżil il-pajjiż idaħħal ammont mhux żgħir ta' taxxi li bħala riżultat tal-elettrifikazzjoni tat-toroq se jonqos gradwalment b'mod li fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni jasal sa kważi żero. Id-dokument ta' konsultazzjoni ma jagħtina l-ebda informazzjoni dwar dan. Kif se jkun sostitwit dan l-ammont sostanzjali ta' dħul? Il-flus nieqsa ser jiġu mill-proċess ta' elettrifikazzjoni nnifsu jew se jiġu minn x'imkien ieħor? L-ammonti involuti mhumiex żgħar. Fil-fatt l-estimi tad-dħul tal-Gvern għas-sena 2021 jindikaw dħul ta' €154 miljun minn taxxi fuq petrol u dijżil. Il-Gvern kif se jikkumpensa għal dan in-nuqqas ta' dħul? Da parti tad-dokument ta' konsultazzjoni hemm skiet assolut dwar dan. Id-dokument konsultattiv jirreferi wkoll għal żoni ta' emissjonijiet baxxi (Low Emission Zones) imma m'għandux il-kuraġġ li jippreżenta proposti speċifiċi għad-diskussjoni. Huwa essenzjali li tul il-proċess ta' tranżizzjoni, minn issa sa meta t-toroq tagħna jkunu ġew sostanzjalment elettrifikati, gradwalment nidentifikaw dawn iż-żoni ta' emissjonijiet baxxi. Fihom għandu jkun ipprojibit l-aċċess għall-karozzi li jużaw il-petrol u d-dijżil biex b'hekk nibdew ingawdu l-benefiċċju ta' arja nadifa, grazzi għall-elettrifikazzjoni. Anke hawn id-dokument konsultattiv ifalli għax ma jagħmel l-ebda proposta. Id-dokument jirreferi għal żewġ studji li saru dwar l-elettrifikazzjoni tat-toroq. Imma dawn baqgħu moħbija: ma qalulniex x'fihom. Bid-dokumenti moħbija ma ssirx konsultazzjoni! Minkejja li ilu mwiegħed 4 snin, dan il-proċess konsultattiv ftit li xejn jikkonsulta. Jonqos fl-iktar ħaġa essenzjali: ma jagħtix informazzjoni. Għaldaqstant hu proċess finta.
[ 11, 12 ]
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/62794/ilpapa_franisku_jagti_kariga_ora_importanti_lillkardinal_mario_grech
null
www.illum.com.mt
Il-Papa Franġisku għadu kemm ħatar lill-Kardinal Mario Grech bħala membru tal-ogħla awtorità ġudizzjarja tal-Knisja Kattolika. Fil-fatt, il-Papa Franġisku ħatar għall-perjodu ta' ħames snin, lill-Kardinal Grech, bħala membru tatt-Tribunal Suprem tas-Senjatura Appostolika. Il-Kardinal Grech huwa wkoll is-Segretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Bħala saċerdot, Mario Grech fl-1986 iggradwa b'liċenzja fil-Liġi Kanonika u Ċivili mill-Università Pontifiċja Lateranensi. Hu kiseb dottorat fil-Liġi Kanonika mill-Università Pontifiċja Angelicum ta' Ruma. Sa mill-1988, hu għallem il-Liġi Kanonika fis-Seminarju Djoċesan ta' Għawdex u beda jagħti s-servizz tiegħu fit-Tribunali Ekkleżjastiċi ta' Malta u Għawdex fejn eventwalment laħaq Vigarju Ġudizzjali.
[ 14 ]
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62797/jekk_malta_tispia_fuq_illista_lgria_leffett_negattiv_mhu_se_jafirha_lillebda_settur_jew_impjegat__mda
null
www.illum.com.mt
L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi qalet li jekk Malta tispiċċa fuq il-lista l-griża, l-effett negattiv mhu se jaħfirha lill-ebda settur, impjegat jew impjegatur. "L-effett negattiv se jinħass fuq l-ekonomija Maltija inġenerali," saħqet l-MDA fi stqarrja. L-Assoċjazzjoni insistiet li qed issegwi "din it-theddida" mill-qrib. Qalet li tapprezza wkoll il-fatt li kemm il-Prim Ministru u anke l-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, qed jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex Malta tinħeles minn din is-sitwazzjoni "serja." Id-deċiżjoni tal-FATF (Financial Action Task Force) mistennija tittieħed għada waranofsinhar. Il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti tal-Amerika qed jagħmlu pressjoni kbira biex Malta ma tgħaddix minn dan it-test kruċjali, minkejja li Malta kisbet riżultat pożittiv mill-Moneyval. L-MDA temmet tgħid li f'dawn iċ-ċirkostanzi, tassigura lill-Prim Ministru li se jsib l-appoġġ kollu tagħha f'kull deċiżjoni li tittieħed biex Malta tgawdi minnha. "Nappellaw lill-istakeholders kollha u anke lill-Maltin ġenwini biex jikkoperaw mal-amministrazzjoni preżenti f'din il-kwistjoni," temmet tgħid l-istqarrija. 'Din hija s-siegħa tal-prova … għandna ningħaqdu biex ngħaddu messaġġ wieħed' 'Għajb kbir għall-ekonomija u l-impjiegi jekk Malta tispiċċa fuq il-lista l-griża' – Sors għoli fil-Gvern jitkellem mal-ILLUM
[ 12 ]
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/ewropej/62861/ilparlament_ewropew_bi_twissija_dwar_luu_talintellienza_artifijali
null
www.illum.com.mt
L-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali (AI) fl-infurzar u fil-ġudikatura għandu dejjem ikun soġġett għal salvagwardji, qal il-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew, li llum adotta rapport dwar l-AI b'36 vot favur, 24 kontra u sitt astensjonijiet. Il-Membri Parlamentari Ewropej f'dan il-Kumitat saħqu fuq l-importanza ta' garanziji demokratiċi u kontabilità. Huma esprimew l-inkwiet tagħhom dwar l-użu tal-AI bħala għodda ta' sorveljanza tal-massa, xi ħaġa li tikser il-prinċipji tal-UE tal-proporzjonalità u neċessità. Il-Kumitat fil-fatt wissa kontra l-użu ta' AI legali għal dan l-iskop. L-abbozz tar-riżoluzzjoni jissottolinea il-potenzjali ta' suġġettività u diskriminazzjoni li jistgħu joħolqu algorittmi li fuqhom hija bbażata l-AI u jfakkar li din tista' tidentifika b'mod żbaljat persuni LGBTIQ, minoranzi etniċi, anzjani jew nisa fi gruppi oħrajn. Huma jinsistu li l-AI ma għandha qatt tintuża biex tassumi x'se jiġri fil-futur. Fuq tagħmir ta' Face Recognition, għal xi żmien imwegħda mill-Gvern Malti preżenti fid-dawl ta' diversi inċidenti f'Paceville, bħala miżura ta' sigurtà, l-MEPs qalu li sistemi differenti għandhom implikazzjonijiet differenti. Għalhekk huma qed isejħu għal projbizzjoni permanenti ta' dettalji biometriċi bħall-marki tas-swaba, DNA jew il-vuċi, biex awtoritajiet jagħrfu nies fi spazji pubbliċi. Il-Kumitat irid ukoll li jipprojbixxi lill-forzi tal-ordni milli jużaw il-face recognition "sakemm tali sistemi jkunu konformi mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem." Huma qed iħeġġu lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu passi kontra pajjiżi li qed jużaw tali tagħmir u AI fuq il-fruntiera tagħhom. F'kummenti lill-midja l-MEP Petar Vitanov, mill-Alleanza tas-Soċjalisti u Demokratiċi qal illi l-użu tal-AI qed jikber b'mod mgħaġġel u "l-affarijiet li konna naqarawhom fil-kotba tal-fantaxjenza u l-films - bħas-sorveljanza tal-massa u l-użu tad-data biometrika - saru realtà f'xi pajjiżi." Huwa esprima sodisfazzjon għall-fatt li l-maġġoranza tal-Kumitat "irrikonoxxa l-perikli ta' dawn il-prattiċi għad-demokrazija. Il-progress qatt ma għandu jiġi għas-spejjeż tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem," temm jgħid Vitanov.
[ 3 ]
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62859/sitt_kai_odda_ta_covid19_minn_2250_test__rata_ta_poittivit_ta_02
null
www.illum.com.mt
Malta rreġistrat sitt każi ġodda ta' Covid-19 minn total ta' 2,250 swab test li allura tfisser rata ta' pożittvità 0.2% - rata baxxa ħafna, anke meta kkumparata ma' diversi pajjiżi oħra madwarna. Hekk kif ma kien hemm ebda persuna li fieqet fl-aħħar 24 siegħa, it-total ta' każi attivi tela' bi ftit, għal 40 persuna. Mill-ġdid ma kien hemm ebda mewt kaġuntata mill-virus. Intant id-dożi tal-vaċċin mogħtija sal-bieraħ kienu jlaħħqu is-659,488, b'315,768 jieħdu t-tieni doża wkoll.
[ 12 ]
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62864/ilqorti_ewropea_talawdituri_tiddikjara_lgoti_ta_vawers_minflok_flus_lura_millinji_talajru_illegali
null
www.illum.com.mt
Skont rapport li ġie ppubblikat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fl-UE ma ġewx salvagwardjati matul il-pandemija tal-COVID-19. Il-Qorti sostniet li "l-linji tal-ajru huma legalment meħtieġa li jagħtu lill-passiġġieri flushom lura jekk jikkanċellaw it-titjiriet. Iżda minflok ħafna linji tal-ajru ġiegħlu lill-klijenti tagħhom jaċċettaw il-vawċers, u din hija prattika illegali." L-awdituri tal-UE ġibdu l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-linji tal-ajru u l-operaturi ta' pakketti tal-ivvjaġġar irċevew biljuni ta' ewro f'għajnuna mill-Istat, li ngħatat "mingħajr ma kienet kundizzjonali fuq ir-rimborż li jingħata lill-passiġġieri." "Fost il-ħafna konsegwenzi tagħha, il-pandemija kellha effett dannuż fuq id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fl-UE", qalet Annemie Turtelboom, il-Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri responsabbli għar-rapport. "Filwaqt li sar kull sforz biex il-linji tal-ajru u l-operaturi ta' pakketti tal-ivvjaġġar jingħataw appoġġ, ftit li xejn saru sforzi biex jiġu żgurati d-drittijiet ta' miljuni ta' persuni fl-UE." L-awdituri sabu li fl-ewwel xhur tal-kriżi ħafna passiġġieri tilfu l-flus li kienu intitolati għalihom. "Dan saħansitra seħħ bil-ftehim tal-Istati Membri: 15 minnhom, inklużi Franza, l-Olanda u l-Belġju, adottaw miżuri eċċezzjonali biex jeħilsu lil-linji tal-ajru u lill-operaturi ta' pakketti tal-ivvjaġġar mill-obbligu normali tagħhom li jirrimborżaw lill-passiġġieri. Bi ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE, ħafna passiġġieri kienu mġiegħla jaċċettaw il-vawċers, iżda mhux dejjem kienu protetti kontra l-insolvenza tal-linji tal-ajru, u l-prospett ta' rimborż iddewwem," sostniet il-Qorti fir-rapport tagħha. Huma jgħidu illi minkejja li minn nofs l-2020, il-linji tal-ajru bdew jirrimborżaw lill-passiġġieri, "fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, dan ħa ħafna aktar mis-7 ijiem (għal passiġġieri "b'biljetti għat-titjira biss") jew l-14-il jum (għal vjaġġaturi b'pakketti li jinkludu t-titjira u l-akkomodazzjoni) meħtieġa mil-leġiżlazzjoni." Il-Qorti nnutat li kien hemm każi illi għalihom lanqas biss ingħata rimborż. Il-Qorti Ewopea tal-Awdituri fakkret illi b'mod ġenerali, bejn Marzu 2020 u April 2021 l-Istati Membri ħarġu fondi pubbliċi li jammontaw għal kważi €35 biljun. Innutaw li l-Air France u KLM flimkien irċevew aktar minn €11-il biljun, Lufthansa aktar minn €6 biljun, u TUI, TAP u SAS aktar minn biljun ewro kull waħda. "Madankollu, l-Istati Membri ma għamlux l-għoti ta' għajnuna lil-linji tal-ajru espliċitament kontinġenti fuq ir-rimborż tal-passiġġieri, minkejja li l-Kummissjoni kienet għamlitha ċara li huma setgħu jagħmlu dan," ilmentat il-Qorti. "Fl-aħħar mill-aħħar, l-Istati Membri ħallew ir-rimborż tal-passiġġieri tal-ajru unikament f'idejn il-linji tal-ajru, li min-naħa tagħhom segwew il-prijoritajiet proprji tagħhom fir-rigward tal-użu tal-għajnuna mill-Istat." Għalhekk il-Qorti Ewropea tal-Awdituri temmet tappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tissalvagwardja aħjar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, b'mod speċjali issa li qed ngħixu f'realtà ta' pandemija.
[ 12 ]
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/ewropej/62834/lewwelnett_ittratta_lgeruq_talimmigrazzjoni_irregolari__alfred_sant_lillkunsill_ewropew
null
www.illum.com.mt
Il-Membru Parlamentari Malti, Alfred Sant, kien wieħed mill-parteċipanti fid-dibattitu konġunt dwar it-tħejjija tal-Kunsill Ewropew tal-24-25 ta' Ġunju u t-tnedija mill-ġdid tad-dikjarazzjoni ta' Malta dwar il-migrazzjoni. Id-diskors ta' Sant iffoka fuq is-solidarjetà dwar il-migrazzjoni bejn l-Istati Membri li skont hu għadha limitata. L-Ewroparlamentari Laburista qal li "ħafna għadhom jinjoraw li l-migrazzjoni irregolari hija problema tal-UE u li għandha tkun indirizzati fuq livell Ewropew. Filwaqt li kien qed jindirizza l-użu tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà effettiv għall-migrazzjoni, Alfred Sant qal li l-emerġenza tal-migrazzjoni ilha għaddejja għal żmien twil wisq u li hemm bżonn ta' riżultati tanġibbli b'mod urġenti. Sant fakkar is-summit tal-Belt Valletta dwar il-migrazzjoni li ġab flimkien mexxejja Ewropej u Afrikani lura fl-2015. F'dan is-summit, huma qablu li jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari, itejbu l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni legali, u jipprevjenu l-migrazzjoni irregolari. "Il-mexxejja wegħdu li jerfgħu responsabbiltà komuni b'mod ġust bejn il-pajjiżi ta' oriġini, dawk ta' transitu kif ukoll ta' destinazzjoni. Madankollu, ħames snin wara, in-nofsinhar tal-Ewropa għadu qed jiffaċċja piż sproporzjonat permezz ta' migrazzjoni irregolari u talbiet għal protezzjoni umanitarja", qal Alfred Sant. Hu temm id-diskors tiegħu jgħid lill-Kunsill Ewropew li, l-ewwel li jrid jagħmel hu li, "jitratta l-għeruq tal-immigrazzjoni irregolari. It-tieni, jirranġa s-sistema attwali lejn struttura permanenti u proporzjonata ta' allokazzjoni għal dawk li jfittxu ażil."
[ 3 ]
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/ewropej/62837/ittaxxa_tattampun_ikkunsidrata_millue_bala_vjolenza_fuq_innisa
null
www.illum.com.mt
B'378 vot favur, 255 kontra u 42 astensjoni, il-plenarja tiddikjara li d-dritt għas-saħħa, b'mod partikolari d-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttivi (SRHR), huma pilastru fundamentali tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-Parlament Ewropew iddikjara li l-vjolazzjonijiet tal-SRHR tan-nisa huma forma ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u jfixklu l-progress lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi. Għalhekk talbu lill-pajjiżi tal-UE biex jiżguraw li n-nisa jiġu offruti SRHR ta' kwalità għolja, komprensiva u aċċessibbli, u biex ineħħu l-ostakli kollha li jimpedixxuhom milli jużaw dawn is-servizzi. Adottat nhar il-Ħamis, ir-rapport jittratta dak kollu li għandu x'jaqsam mas-saħħa, id-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa. Fost is-suġġetti li ġew diskussi u li se jolqtu lil pajjiżna insibu dawn li ġejjin. Prodotti mestrwali huma oġġetti bażiċi essenzjali L-MEPs bdew billi indikaw l-effetti negattivi tal-hekk imsejħa taxxa tat-tampun fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi. Hawn, numru ta' MPEs talbu lill-istati membri jagħmlu użu mill-flessibilità introdotta fid-Direttiva tal-VAT u japplikaw eżenzjonijiet jew rati ta' 0% tal-VAT għal dawn l-oġġetti bażiċi essenzjali. Huma talbu wkoll lill-pajjiżi tal-UE biex jindirizzaw il-faqar mestrwali billi jipprovdu prodotti tal-perjodu bla ħlas lil kull min għandu bżonn. Il-gazzetta ILLUM ftit xhur ilu żvelat li Mara f'Malta qed tħallas €378.24 f'taxxa tat-tampun. Fid-dawl ta' dan il-gazzetta kienet ukoll tkellmet mas-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rosianne Cutajar fuq x'inhu jagħmel il-Gvern rigward dan kollu . Aċċess​ għall-kontraċezzjoni u edukazzjoni dwar is-sesswalità Barra minn hekk, il-Kamra talbet li l-pajjiżi tal-UE jiżguraw firxa ta' metodi u provvisti ta' kontraċezzjoni ta' kwalità għolja u informazzjoni dwar il-kontraċezzjoni kif ukoll terapija għall-familji. Il-Parlament ħeġġeġ lill-istati membri biex jiżguraw li l-edukazzjoni dwar is-sesswalità tiġi mgħallma b'mod komprensiv lit-tfal tal-iskola primarja u sekondarja, bit-tama li l-edukazzjoni tal-SRHR tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex tnaqqas il-vjolenza u l-abbuż sesswali. Aċċess għall-abort Il-MPE jenfasizzaw li xi stati membri għad għandhom liġijiet restrittivi ħafna li jipprojbixxu l-abort ħlief f'ċirkostanzi definiti b'mod strett, li jġiegħlu lin-nisa jfittxu abort klandestin jew iġorru t-tqala tagħhom għal terminu kontra r-rieda tagħhom, li huwa ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Huma ħeġġew lill-istati membri kollha biex jiżguraw aċċess universali għal abort sigur u legali, u jiggarantixxu li l-abort fuq talba jkun legali fil-bidu tat-tqala, u lil hinn jekk is-saħħa tal-persuna tqila tkun fil-periklu. B'dispjaċir bosta MEPs stqarrew li xi stati membri jippermettu lill-prattikanti mediċi, u anke istituzzjonijiet mediċi, jirrifjutaw san is-servizz tas-saħħa minħabba l-hekk imsejħa klawsola ta' kuxjenza. Dan ifisser ċaħda tal-abort fuq il-bażi ta' reliġjon jew kuxjenza u skont huma qiegħed ipoġġi ħajjet in-nisa fil-periklu. Fost dawn il-pajjiżi li rreferew għalijhom l-MEPs insibu l-Polonja u l-Malta. L-MPEs fakkru wkoll li l-aċċess għall-abort kompla kien limitat matul il-kriżi tal-COVID-19. Il-gazzetta ILLUM diġà għamlet analiżi tal-liġi tal-abort madwar xi pajjiżi tal-UE , fejn ġie rraportat li Malta tibqa' l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea li tipprojbixxi l-abort f'kull ċirkostanza anke jekk il-mara tkun fil-periklu li titlef ħajjitha. 'Nisa madwar l-UE għandu jkollhom aċċess ugwali għal saħħa u trattament ta' kwalità tajba' Engerer favur ir-rapport Matic li jassigura l-aċċess għas-servizzi tal-abort; Aguis Saliba kontra
[ 3 ]
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/62843/dan_pajji_fewdali__li_jitmexxa_minn_nofs_tuana_bid_mobija_bi_swaba_twal_bal_qarnita
null
www.illum.com.mt
Inti Sindku ta' San Ġiljan, lokalità illi fiha l-iżvilupp huwa kontinwu u ġeneralment jkun estensiv. Imma inti tippretendi li ma jsirx żvilupp? Jekk le, f'dak li jirrigwarda żvilupp x'qed tippretendi li jsir? Ir-risposta tiegħi kienet u hija waħda ċara u konsistenti. L-iżvilupp huwa parti mill-mixja tal-progress ta' nazzjon. Allaħares għadna naħslu b'idejna, jew inkella insajru fuq il-kenur! Imma kull żvilupp irid iseħħ f'kuntest wiesgħa u b'rispett għall-istess kuntest. Kull progress ma għandux jissarraf f'rigress. Kull progress irid ikun bi ħsieb u bi pjan ħolistiku. Kull progress irid ikun għall-ġid komuni u mhux għall-interesssi tal-ftit. Dawn huma xi wħud mill-prinċipji bażiċi ta' kull żvilupp. Dan japplika wkoll għall-iżvilupp tal-bini. Fih innifsu, dan huwa tajjeb u diversi huma dawk li jaqilgħu l-ħobża tagħhom minn dan is-settur, imma dan ma jridx ikun ta' dannu għal ħwejjeġ oħra. Kif igħid il-Malti: 'Ma tistax iżżarma knisja biex tibni oħra'. Għaldaqstant huwa importanti li l-ewwel nistaqsu jekk hemmx bżonn dan l-iżvilupp kollu. Hemm bżonn dawn il-hotels kollha? Hemm bżonn dawn l-appartamenti kollha? Tajjeb infakkar li żżejjed huwa oħt in-nieqes! Jista' ikun li dan l-iżvilupp sfrenat huwa biss mod kif nagħmlu ekonomija b'saħħitha? Jista' jkun li dan huwa dak li bl-Ingliż jissejjaħ 'engineered economy'? Insejna li jkun tajjeb li ma jkunx hemm dipendenza fuq settur wieħed imma li jkun hemm diversifikazzjoni tas-setturi li fuqhom tkun mibnija l-ekonomija? X'jiġri jekk dan is-settur jidħol fi krizi kif ġara f'pajjiżi oħra? Jew naħsbu li aħna l-eċċeżżjoni? Mistoqsija oħra: Dan l-iżvilupp qed iwassal biex jeqred/jidgħajjef l-identità tagħna? Dan l-iżvilupp qed jeqred l-ambjent tagħna, li diġà huwa wieħed limitat? L-ambjent huwa d-dar komuni tagħna. Kulħadd iħobb daru, imma d-dar komuni tagħna qed nieħdu ħsiebha? Dan l-iżvilupp kollu se jwassal għal nuqqas ta' spazji miftuħa. Issa, ix-xjenza qed turina li fejn hemm ħafna żvilupp hemm ukoll nuqqas ta' saħħa mentali. Mhux biss. Ejja nistaqsu wkoll: Dan l-iżvilupp qed iwassal biex jagħmel ħsara lill-patrimonju tagħna? U jekk il-patrimonju tagħna jispiċċa, mhux qed nagħmlu ħsara lit-turizmu, wieħed mill-pedamenti tal-ekonomija tagħna? Jekk isir dan, għalfejn jiġu t-turisti fostna? Għalhekk, filwaqt li napprezza l-importanza tal-iżvilupp tal-bini, dan għandu jsir bi pjan ħolistiku u li jirrispetta l-lokalità. Fil-każ ta' San Ġiljan, b'dispjaċir ngħid li dan mhux qed iseħħ. San Ġiljan spiċċa mhux biss 'one construction site' imma kwazi spiċċa 'favela'. Ma hawnx triq waħda li ma hemmx kostruzzjoni għaddejja fiha! U dan qed iwassal għal livell ta' kwalità ta' ħajja ħażina lir-residenti tagħna, li ta' kuljum iridu jgħixu fit-trab, storbju, trakkijiet, arroganza ta' ċerta ħaddiema u elf ħaġa oħra. It-torri tal-Proġett ta' Mecury House - huwa wieħed enormi. Ħafna nies jgħidulek 'kemm ġej sabiħ' jew oħrajn jgħidulek 'kemm se jkun modern/iġib kummerċ'. Xi kultant l-akkuża tkun illi nies bħalek dejjem kontra l-progress. Int kif twieġeb? Din bħal tal-Hilton…ħafna protesti - illum t-torri ta' Portomaso jġibuh f'ħafna filmati turistiċi! Kif twieġeb? Il-mistoqsija tiegħek fija r-raġuni għalfejn ninsabu f'dan il-kaos ambjentali! Inti semmejt eżempju ta' lukanda waħda u nsejt isemmi l-kuntest kollu fejn tinsab! Nemmen li dan huwa l-iżball li qed isir. Meta niġu nitkellmu fuq l-izvilupp qegħdin nieħdu 'piecemeal approach', jiġifieri naraw biss proġett wieħed waħdu! Proġett waħdu huwa sabiħ jew le skont il-gosti. Meta jsiru preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, l-applikant jagħti stampa sabiħa fejn in-nies qed jimxu fit-triq mingħajr karozzi u kullimkien ħdura! L-ikbar żball tal-Awtorità tal-Ipjannar hija li mhijiex qed tieħu l-kuntest tal-madwar u dak kummulattiv, jiġifieri flimkien ma' dak kollu li hemm, fejn se jwassal? Wasal żmien li jkollna masterplan tal-lokalità li tagħti stampa fejn, kif u x'għandu jinbena u lokalità x'tiflaħ aktar. Xi sentejn ilu, il-Gvern ħareġ bil-Paceville Masterplan. Fiha kien daħħal ammont kbir ta' żvilupp mingħajr ma ħa inkonsiderazzjoni, l-esiġenzi tar-residenti / komunità kummerċjali, il-madwar u l-infrastruttura kollha. Dan l-masterplan spiċċa fix-xejn imma ironikament kull żvilupp li kien propost, xorta spiċċa sar! Fosthom kien hemm il-Villa Roza Complex, it-torri tal-Mercury House 1 u torri tal-Mercury 2 li ser jinbena u l-proġett ta' DB, fost oħrajn. Għalhekk hemm bżonn urġenti ta' masterplan li jiġbor lill-istakeholders kollha, inkluż lill-Kunsilli Lokali, u li jkun hemm investiment qawwi fl-infrastruttura. Ma nistgħux nkomplu nibnu fuq biċċa, biċċa u ma jinterressaniex mill-konsegwenzi! Dawn l-iżviluppi enormi kollha seħħew jew se jseħħu imma t-toroq, il-bankini, is-sistema tad-dranaġġ u sistema ta' traffiku għadhom l-istess! Mhux hekk biss. Issa biex isir il-proġett ta' DB, il-case officer qal li dan il-proġett jiddependi mill-mina li jrid jibni l-Gvern! Imma minflok saret il-mina l-ewwel, ħareġ il-permess għal bini tad-DB l-ewwel! F'dan il-masterplan li rridu naraw huwa kemm tiflaħ mhux biss il-lokalità tagħna imma kull lokalità. Ma nistgħux nibqgħu ngħabbu u nibnu, bħal ma kien jiġri fuq il-karozza tal-linja l-antiki…..jgħabbi u jgħabbi biex konna nispiċċaw qisna sardin fuq xulxin! Ħaġa oħra li l-masterplan irid jieħu ħsieb huwa jekk l-iżvilupp hux se jkun ta' ħsara għal min huwa ħdejh. Dan qed ngħidu għaliex diversi qed jispiċċaw fid-dell tal-bini u jħarsu lejn blanket walls! Hawn insemmi il-bżonn li nibdew nitkellmu fuq id-drittijiet solari. Idejqek il-fatt li lilhinn mill-kliem fieragħ, la l-Partit Laburista, li jiġi akkużat ħafna li huwa fil-but tal-kuntratturi, iżda lanqas il-Partit Nazzjonalista mhu qed jitkellem fuq żvilupp b'mod ċar. Bħall-permes tad-DB jew inkella l-proġett ta' Portelli (Mecury) jew inkella l-proġett tal-Pendergardens. La l-PN u lanqas il-PL mhuma jitkellmu dwar dan. Ma jdejqekx li lanqas il-PN mhu jkun voċiferu kontra kuntratturi daqstant kbar? It-tweġiba ta' din il-mistoqsija trid ħafna onestà u kuraġġ! Irridu nkunu onesti u nistqarru l-fatt li sfortunatament il-pajjiż mhuwiex immexxi mill-politiċi magħżula fl-elezzjoni, imma minn min huwa wara s-siġġu tal-poter. Xi wħud jibżgħu jgħidu dan jew inkella jsibuha diffiċli jammettu dan bil-miftuħ. Personalment, nemmen li Malta mhix pajjiz demokratiku 100% imma wieħed fewdali. Xi jfisser pajjiż fewdali? Fewdali jfisser li jitmexxa minn nofs tużżana b'id moħbija, bi swaba twal bħal qarnita! Ma għandix għalfejn insemmi ismijiet għaliex jekk wieħed ikun onest, jaf sew minn huma! Dawn matul is-snin dejjem għamlu li riedu, ħadu li riedu u ħadd ma seta'/jista' għalihom. Ma għandix problema nistqarr li l-ewwel 'ħelbu lill-baqra Nazzjonalista' u wara li redgħu miż-żejża kemm felħu, daru għall-'baqra' Laburista!' L-ironija hija li filwaqt illi l-attivisti Nazzjonalisti u dawk Laburisti qishom kelb u qattus, dawn, li jħossuhom 'il fuq minn kulħadd, jogħrku jdejhom u jmexxu permezz tal-istrategija ta' 'divide and rule'. U l-boloh li aħna noqgħodu niġġieldu bejnietna! Il-ġrajjiet li seħħew dawn l-aħħar snin u l-istejjer li qed nisimgħu juru biċ-ċar li hemm qarnita li għandha subgħajha twal u kullimkien. L-appell tiegħi huwa li filwaqt li kulħadd għandu dritt għal opinjoni politika tiegħu (u din hija s-saħħa tad-demokrazija), tajjeb li niqfulhom! Nifhmu li l-intenzjoni tagħhom mhijiex il-ġid ta' nazzjon imma l-interessi egoistiċi tagħhom li jkomplu jerdgħu u jkabbru l-imperi tagħhom! Dawn huma s-sangisugi tad-demokrazija tagħna. Dawn huma l-vera tradituri ta' pajjiżna! Dawn jinħabbu mal-partiti politiċi mhux għax iħobbu xi partit jew ieħor imma biex jinqdew huma. Nistqarr li dan ma seħħx illum imma ilu ġej! X'inhi s-soluzzjoni? Is-soluzzjoni hija l-finanzjament tal-partiti politiċi mill-Istat u li kull donazzjoni tkun illegali. Sakemm dan ma jseħħx se nibqgħu hekk! Għalkemm din hija r-realtà, jiena kommess li kif dejjem għamilt, inkompli nagħmel: nżomm mal-ġid komuni biss! Ma nibżax nitkellem, anke jekk nidher ikrah ma' xi wħud jew ningħata l-ġenb. Jiena ma dħaltx fil-politika biex inkompli b'din l-istorja! Dħalt fil-politika biex l-abjad nibqa' insejjaħlu abjad u l-iswed isejjaħlu iswed. San Ġiljan hu li hu llum - kważi metropoli żgħir. Fir-realtà ta' din il-lokalità llum x'taħseb li għandu jinbidel? X'taħseb li għandu jiġi protett? U x'taħseb li għandu jitneħħa? X'għandu jinbidel? It-tweġiba tiegħi se nagħtiha permezz ta' żewġ mistoqsijiet oħra: "X'irridu minn San Ġiljan jew minn pajjiżna? Lil min iridu nġibu ġo San Ġiljan jew f'Malta? Meta nwieġbu dawn il-mistosijiet, allura nifhmu x'iridu inbiddlu u x'hemm bżonn nagħmlu! Biex inkompli nwieġeb: X'tip ta' turisti rridu fostna? Dawk ta' kwalità jew rridu biss numri? Jekk irridu turisti ta' kwalità, allura hemm bżonn nagħmlu ħafna ħwejjeġ biex inġibu dawn it-turisti u ma jkunux biss 'one time tourists' imma jsiru klijenti li jħobbu lil pajjizna. Fl-imgħoddi kellna turisti li kienu jħarsu lejn Malta bħala t-tieni dar tagħhom! Turist ta' kwalità ifisser mhux biss restoranti, bars u clubs ta' kwalità imma wkoll infrastruttura ta' kwalità. Ifisser traffic managment ta' kwalità. Ifisser bajjiet ta' kwalità. Ifisser sigurtà ta' kwalità. Minn naħa l-oħra, jekk irridu turisti tal-massa, allura nkomplu nibnu bla gost, inkomplu nieħdu l-bankini, nħallu ż-żibel barra, naqtgħu kull siġra li nsibu, storbju bla rażan, ma nżommux ordni u ma ninfurzaw l-ebda regola biex b'hekk kulħadd jagħmel li jrid u jieħu gost kemm irid! X'qed iwaqqaf lil diversi Kunsilli Lokali Maltin milli jagħmlu bħal diversi Kunsilli Għawdxin u jingħaqdu kontra dak li sejħu 'żvilupp eseġerat'? L-Għawdxin urewna li huma jġibu l-interess ta' Għawdex qabel l-interessi tal-partit politiċi tagħhom. Sabu dak li jgħaqqadhom … l-imħabba u l-ġid ta' Għawdex. Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li minn żmien għall-ieħor ikun hawn anke din l-għaqda wkoll f'Malta. Mhux l-ewwel darba li kunsilli jingħaqdu bejniethom fuq xi applikazzjoni partikolari jew xi inizjattiva. Per eżempju, il-Kunsill ta' Pemrboke, dak ta' San Ġiljan u s-Swieqi ingħaqdu flimkien fuq l-applikazzjoni tal-DB. Hemm Kunsilli ohra li għamlu l-istess. Isir l-argument - kif sar fil-fatt - illi la l-liġi tagħtini d-dritt li nwaqqa' d-dar u nibni blokka flats fi triq partikolari, jiena għandi dritt napplika u għandi dritt nistenna li dak il-permess jgħaddi. Immaġina tidħol f'dar xi ħadd u jgħidlek hekk, inti x'tgħidlu? Tgħidlu ma tistax tibni għax tkerrah? L-ewwelnett wieħed irid jifhem u jfiehem li ma hemm l-ebda 'dritt biex wieħed jibni' imma hemm biss policies ta' kif/meta/fejn wieħed jista' jibni. Nemmen li kif inbiddlu liġijiet sħaħ li ġabu riformi kbar fit-tessut tas-soċjetà jistgħu jinbidlu wkoll dawn policies! Fejn hemm ir-rieda, l-affarijiet isiru. Għalhekk nerġa' ninsisti li hemm bżonn li jkun hemm aġġornar tal-policies. Ma nistgħux nibqgħu b'dawn il-policies li qed iwasslu għal ħsara kbira f'kull lokalità. Każ ċar huwa fejn hemm it-terraced houses. Dawn qed jispiccaw jitwaqqgħu biex jinbdew apartmenti minflokom. Dan mhux biss qed ibiddel l-istreetscape tat-triq imma qed jittieħdu l-ġonna ta' quddiem u wara ta' dawn id-djar. Dan qed iwassal għall-qerda ta' ġonna sħaħ u għal ġirien li jispiccaw b'ħajt quddiemhom! Oħrajn qed jispiċċaw bla xemx. Min għandu pannelli tax-xemx x'se jagħmel? Għalhekk hemm bżonn li ġonna jkunu protetti u mħarsa. Paceville - post storbjuż ħafna għax marbut mad-divertiment. Kif se ssib bilanċ bejn in-natura tad-divertiment u r-residenti ta' Paceville? Paceville huwa dak li huwa u dan ilu ġej. Nemmen li hemm bżonn ikun hemm aktar bilanċ u rispett bejn il-komunità kummerċjali u dawk il-ftit residenti li baqa'. Imma 'Paceville' ma jinsabx biss f'Paceville imma jinsab f'San Ġiljan kollu! Minħabba policy li tgħid li din il-lokalità hija waħda turistika, wieħed jista' jiftaħ bar/ristorant/guest house fejn irid f'San Ġiljan! Dan qed iwassal biex id-dar ta' ħdejja ssir bar jew ristorant bl-imwejjed u s-siġġjiet barra, biex ma nsemmix li jittieħdu l-parkeġġi biex isiru platforms wkoll! Jista' wieħed jimmaġina xi kwalità ta' ħajja jispiċċaw jgħixu r-residenti tagħna? Wasal żmien li din il-policy titneħħa u jkun hemm buffer zones bejn ir-residenti u l-kummerċ. B'hekk min irid jinvesti jaf li f'dik iż-żona ma jistax jkun hemm l-ebda attività kummerċjali. Ma jistax ikun li San Ġiljan jispiċċa Paceville kollu fejn ir-residenti jispiċċaw ikollhom jitilqu. Ma jistax ikun li r-residenti jispiċċaw dejjem l-aħħar. Ma jistax ikun li kull toqba f'San Ġiljan, kull bankina, kull post miftuħ u anke issa l-Bajja tal-Balluta tittieħed biex nagħmlu tajjeb għal kummerċ! Din hija darna u għandha dritt bħal u daqs kulħadd li ngawdu l-ħajja u l-propjetà tagħna fil-kwiet u bir-rispett meħtieġ. Hija ironika li min jiġi jibni u jagħmel proġetti kbar imbagħad personalment jgħix fil-kampanja bil-veduti sbieħ quddiemu u jgerger meta jsir xi żvilupp quddiemu/ħdejh. Barra minn hekk, hemm bżonn li l-komunità kummerċjali tirrispetta lir-residenti tagħna aktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' storbju, ħinijiet ta ftuħ/għeluq u ġbir ta' skart. Din tal-aħħar qed twassal għal skart maħruġ f'ħinijiet li mhux suppost. Kull bar/ristorant għandu bil-liġi jkollu kollettur privat biex jiġbor l-iskart. Dan mhux qed iseħħ. Il-Kunsill jiġbor biss skart residenzjali u mhux dak kummerċjali! Nagħmel appell lill-MTA u lill-ERA biex jagħmlu infurzar tal-liġi għaliex l-iskart barra mhux biss huwa ta' ħsara lir-residenti imma anke lit-turisti li jiġu fostna! Għaldaqstant huwa fl-interessi ta' kulħadd li jkun hemm aktar armonija u kwalità ta' kummerċ. Nemmen ukoll li l-Kunsill Lokali, bħala l-Gvern tal-lokalità, għandu jkollu aktar saħħa biex jara li jkun hemm infurzar u tmexxija aħjar! Hija ironika li filwaqt li niftaħru li nagħtu l-importanza lill-Kunsilli, imbagħad nispiċċaw neħdulhom is-saħħa li jieħdu ċertu deċizjonijiet. Eżempju ċar huwa fejn jidħlu l-kwistjonijiet tal-imwejjed u siġġijiet. Il-Kunsill jaf sew il-lokalità u fejn dawn huma tajbin u fejn mhumiex. Ma jistax ikun li hija l-PA minn wara skrivanija li tieħu deċizjoni u tiġi taqa'u tqum minn dak li jgħid il-Kunsill. Hemm bżonn li f'dan ir-rigward, l-aħħar kelma tkun tal-Kunsill.
[ 12 ]
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/ewropej/62811/engerer_jivvota_favur_irrapport_matic_li_jassigura_laess_gasservizzi_talabort
null
www.illum.com.mt
L-MEP Malti Cyrus Engerer, permezz tal-midja soċjali stqarr li se jivvota favur l-hekk imsejjaħ rapport Matic, li jittratta s-saħħa sesswali u d-drittijiet riproduttivi. Engerer se jkun qiegħed imur kontra kull rapport kif ukoll kontra diversi MEPs fil-Parlament Ewropew li għadhom jikkunsidraw kull referenza għad-drittijiet riproduttivi bħala tabù. Fl-ispjegazzjoni tiegħu, Engerer qal mhux biss x'fih ir-rapport maħruġ mill-Grupp tas-Soċjalisti fuq "Is-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi" iżda ssostna wkoll li "hi ħasra li f'Malta d-diskussjoni ta' dan ir-rapport qed tiffoka biss fuq aspett wieħed, l-abort." Hu kompla billi qal li "l-prinċipju ewlieni tul ir-rapport hu l-importanza tal-edukazzjoni sesswali bbażata fuq ix-xjenza u l-fatti" u li, "inutli ngħidu li nemmnu fix-xjenza biex nieħdu l-vaċċin, imma narmuha 'l hemm fuq kwistjonijiet oħra. Il-Ħsieb tal-MEP Malti Alex Aguis Saliba Intant MEP Laburista ieħor, Alex Aguis Saliba saħħaq li hu ser nkun qed jivvota kontra r-rapport Matic. Hu insista li hu se jkun qed jagħmel dan minħabba li hu kien "dejjem konsistenti fi kliemu u anka f'għemilu" rigward l-abort. Hu temm jgħid li "l-Unjoni Ewropea m'għandix timponi fuqna l-abort hekk kif din hija kompetenza ta' kull stat membru."
[ 3 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/sinisa-mihajlovic-se-jkun-il-coach-ta-bologna-matul-l-istagun-li-gej/
null
inewsmalta.com
Sinisa Mihajlovic se jkun il-coach ta' Bologna matul l-istaġun li ġej Id-Direttur Sportiv ta' Bologna, Walter Sabatini, ikkonferma li Sinisa Mihajlovic 'se jkun il-coach ta' Bologna matul l-istaġun li ġej ukoll'. Il-coach Serb kien ġie marbut mar-rwol f'Lazio, fost oħrajn, u ntqal li ma kienx kuntent bl-istrateġija tat-trasferimenti fi Stadio Dall'Ara. Madankollu, Sabatini ħabbar li kien intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat. "Ninsab kuntent ħafna li Mihajlovic se jkun il-coach ta' Bologna fl-istaġun li ġej ukoll," qal Sabatini. "Huwa se jirrispetta l-kuntratt u jien ċert li hu wkoll kuntent ħafna li se jkun qed jibqa' fit-tmun ta' Bologna bħala coach."
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/andrea-barzagli-lura-fl-istaff-tekniku-ta-juventus/
null
inewsmalta.com
Andrea Barzagli lura fl-istaff tekniku ta' Juventus? Bir-ritorn ta' Max Allegri, Juventus jistgħu wkoll iġibu lura lil Andrea Barzagli biex ikun parti mill-coaching staff tiegħu. L-ex difensur internazzjonali Taljan irtira f'Lulju 2019 u kien ingħaqad immedjatament mal-istaff ta' Maurizio Sarri. Madankollu, huwa kien ħalla l-kariga f'Mejju 2020 wara l-lockdown u l-kriżi Covid, u ddeċieda li ried iqatta' iktar ħin mal-familja tiegħu. Barzagli issa huwa lest li jikkunsidra din il-kariga mill-ġdid u jirritorna ma' Juventus sabiex ikun jista' jaħdem ma' Allegri fir-ritorn tiegħu. Giorgio Chiellini beħsiebu jilgħab għal staġun ieħor b'offerta ta' kuntratt ġdid, iżda jista' mbagħad ikollu rwol fil-futur fl-istaff ukoll. Barzagli libes il-flokk tal-Bianconeri minn Jannar 2011 sal-irtirar tiegħu f'Lulju 2019.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/partita-ta-hbiberija-illum-malta-tilghab-kontra-l-kosovo/
null
inewsmalta.com
Partita ta' ħbiberija: Illum Malta tilgħab kontra l-Kosovo F'konferenza stampa li ġiet indirizzata b'mod virtwali lejlet din il-partita ta' ħbiberija tal-lum kontra l-Kosovo li se tintlagħab fil-Worthersee Stadium, fi Klagenfurt, fl-Awstrija, fejn it-team nazzjonali jinsab għall-kamp ta' taħriġ, il-coach Devis Mangia, kien skjett billi saħaq li tinteressah aktar il-wirja tal-players mir-riżultat. Huwa sostna li se jagħmel xi bidliet fit-team minn dak li safa megħlub bl-iskor ta' 3-0 kontra l-Irlanda ta' Fuq. Iżda fl-istess waqt huwa tenna li mhux se jutilizza fiċ-ċert lil Enrico Pepe u Steve Pisani minħabba li għadhom ma rkuprawx minn injury. Huwa qal: "Ma rridx nirrepeti l-istess kliem li għidt wara l-partita kontra l-Irlanda ta' Fuq iżda xorta waħda għadha tinħass problema relatata mal-fitness tal-players minħabba li l-kampjonat tagħna ntemm ħames ġimgħat qabel ma kien skedat. "Madankollu, għandi fiduċja assoluta fil-players tiegħi u jien kuntent ħafna bl-attitudni u l-atteġġament tagħhom matul dan il-kamp ta' taħriġ. "Rigward il-partita kontra l-Kosovo, iktar milli r-riżultat, qed naspira li jkollna wirja tajba bħala team." Tkellem ukoll il-captain Andrei Agius, li llum se jkun qed jilgħab il-100 partita tiegħu għal pajjiżna. Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu billi qal li jinsab kburi li laħaq dan it-tragward personali u qed jaspira li jkompli jilgħab iktar partiti bil-flokk tat-team nazzjonali. Meta mistoqsi kif ra l-livell tal-football Malti u tat-team nazzjonali jinbidel matul is-snin huwa qal li: "Inħoss li mal-wasla tal-president il-ġdid tal-MFA, Bjorn Vassallo, tal-coach Devis Mangia u l-istaff tekniku tiegħu, inbidlet il-mentalitá li saret waħda iktar pożittiva. Dan qed jiġi rifless fil-wirjiet u r-riżultati miksuba minna." Meta mistoqsi liema kienet dik il-partita u goal li jibqa' jiftakar l-aktar f'dawn il-100 partita, huwa semma' bi prominenza l-goal li kien skorja kontra l-Litwanja kif ukoll il-partita kontra l-Ingilterra, f'Wembley Stadium, li fiha l-Maltin sfaw megħluba bl-iskor ta' 2-0. Intant, din se tkun it-tielet partita kontra l-Kosovo hekk kif iż-żewġ konfronti preċedenti kienu validi mill-UEFA Nations League. Fl-ewwel logħba li ntlagħbet fl-Ista­dium Nazzjonali, il-Kosovani kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 5-0, f'Novembru 2018, filwaqt li rebħu l-partita l-oħra bl-iskor ta' 3-1, fil-Fadil Vokrri Stadium, fi Pristina, xahar qabel. Inċidentalment l-uniku goal Malti ġie skorjat minn Andrei Agius li l-partita tal-lum se tkun speċjali għalih hekk kif se jkun is-seba' player li jidħol fil-Club tal-100. Il-partita se tintwera diretta fuq TVM2, fis-6.00 pm.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/epicentru-ta-mwiet-fost-in-nisa-tqal/
null
inewsmalta.com
Epiċentru ta' mwiet fost in-nisa tqal Il-Brażil huwa l-agħar pajjiż li tista' tgħix fih mara tqila fi żmien il-Covid-19 Miktub minn Carmen Cachia Fil-Brażil, ħames nisa tqal minn kull mija li jkunu infettati bil-Covid-19, qegħdin imutu. Din ir-rata xokkanti ta' mwiet fost in-nisa tqal hija disa' darbiet aktar minn dawk f'pajjiżi oħra Amerikani. Il-Brażil sar l-epiċentru globali ta' mwiet fost in-nisa tqal kawża tal-Covid-19 u għaldaqstant huwa meqjus bħala l-agħar pajjiż fid-dinja biex mara f'dan l-istat tgħix fih waqt il-pandemija tal-Coronavirus. Dan b'mod speċjali għal dawk in-nisa fqar u ta' karnaġġjun skura li jkunu qegħdin jistennew tarbija. Għal ħut Lidiane, mara li kienet daħlet fl-40 ġimgħa tat-tqala, il-mewt tagħha bla dubju seħħet minħabba li kienet mara tqila ta' karnaġġjun skura li kienet tiddependi minn sistema tas-saħħa mibnija fuq dak li huma ddeskrivew bħala "struttura razzista fil-Brażil". Lidiane, li baqgħet taħdem sal-aħħar tat-tqala tagħha, kellha twelled b'urġenza b'ċesarja minħabba li mardet bil-Covid-19. Wara li kellha t-tarbija, saħħitha ddeterjorat tant ddaħħlet fit-taqsima tal-kura intensiva u tpoġġiet fuq ventilatur. Dan sakemm wara 16-il jum, l-omm friska tilfet il-battalja għal ħajjitha. Hija mietet b'attakk tal-qalb wara li ngħatat trattament li jinsab f'fażi esperimentali bil-hydroxychloroquine, mediċina li hija appoġġjata mill-President Jair Bolsonaro u l-Bord Federali tal-Mediċini tal-Brażil. Dan minkejja li x-xjenza ppruvat li t-trattament bil-hydroxychloroquine m'huwiex effettiv kontra dan il-virus. Każ ieħor aktar riċenti rrapportat f'"The Wall Street Journal" huwa dak ta' Taissa Souza, maniġer li kellha twelled f'April li għadda. Ġara li fi Frar hija mardet serjament bil-Covid-19 u ma setgħetx tieħu n-nifs sew. Minħabba l-qagħda kritika tagħha, it-tobba ddeċidew li jgħinuha biex twelled lil binha qabel ukoll b'ċesarja. Dawn waslu għal din id-deċiżjoni minħabba li t-tarbija fil-ġuf kien qiegħed jagħfas fuq il-pulmun tal-omm mifni mill-virus. Sfortunatament, l-intervent sar tard wisq u Souza, mara li dejjem gawdiet minn saħħa eċċellenti qabel ma rriżultat pożittiva għall-Covid-19, mietet tliet ġimgħat wara ċ-ċesarja. Ir-raġel u missier tal-ulied imnikket qal li, "il-povra omm ma kellhiex iċ-ċans li żżomm ta' mill-inqas darba lit-tarbija ġdida tagħna u lanqas kellha ċans tagħti l-aħħar tislima lil binha l-ieħor li għandu biss erba' snin. Kienet għadha żagħżugħa u ma nistax naċċetta dak li ġralha". Ir-raġel tagħha, Victor Silva, żied jgħid li, "uliedna se jkollhom jitrabbew mingħajr l-imħabba u l-protezzjoni t'ommhom". Rata ta' mwiet doppja mis-sena ta' qabel Ta' kull xahar fil-Brażil, bħal dawn iż-żewġ nisa tqal, mijiet oħra qegħdin imutu kawża tal-Covid-19. Skont informazzjoni maħruġa mill-gvern lokali, din r-rata ta' mwiet fost dawn il-persuni meqjusa vulnerabbli, hija d-doppju ta' dik li kellhom is-sena l-oħra. Riċerkaturi fil-qasam tas-saħħa jemmnu li din it-traġedja qiegħda sseħħ minħabba l-varjant il-ġdid tal-virus – il-P.1. B'kollox, mill-bidu tal-pandemija tal-Covid-19 fil-Brażil, jingħad li mietu aktar minn 800 mara tqila u oħrajn li kienu laħqu welldu. Skont tagħrif miġbur mill-Pan American Health Organisation (PAHO) irriżulta li fil-pajjiżi Ameriikani mill-inqas 1,000 nisa tqal mietu b'komplikazzjonijiet tal-Covid-19. Dan it-tagħrif inġabar minn 24 pajjiżi differenti u kien ikkonfermat li n-nisa fil-Brażil huma fl-akbar periklu minnhom kollha. F'dan il-pajjiż ukoll kien irrapporrtat li mill-bidu tal-pandemija mill-inqas 579 tarbija taħt is-sena mietu bil-Covid-19. Mijiet ta' trabi twieldu qabel iż-żmien f'tentattiv li jsalvaw lill-ommijiet morda mentri oħrajn mietu fil-ġuf minħabba nuqqas ta' ossiġnu mill-omm li tkun qiegħda tissielet biex tieħu n-nifs. Trabi oħra spiċċaw imutu xorta waħda fl-ewwel xhur ta' ħajjithom minħabba li kienu pożittivi għall-virus. Riċerka fuq skala mondjali kienet diġà wissiet li n-nisa tqal huma f'riskju akbar għall-Covid-19. Studju mifrux minn Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard fl-aħħar tas-sena l-oħra sabu li nisa tqal fi żmien il-pandemija għandhom 70% ta' aktar ċans li jmutu minn oħrajn tal-istess età li ma jkunux qegħdin jistennew tarbija. Dan il-periklu għan-nisa tqal fil-Brażil jidher li huwa prevalenti u pjuttost bla kontroll minħabba li n-numru tal-vittmi li suppost se jagħtu l-ħajja, qegħdin imutu kemm huma, kif ukoll it-trabi li jkunu qegħdin iġorru fil-ġuf. Is-sitwazzjoni fil-Brażil tant hija serja, b'rata ta' aktar minn 4,000 imwiet kuljum fost il-popolazzjoni kollha, li l-gvern lokali talab biex almenu dawk li għandhom pjan li jestendu l-familja, jipposponu t-tqala sakemm jgħaddi l-agħar tal-pandemija. Dan aktar u aktar hekk kif il-varjant il-ġdid qiegħed iħalli ħerba akbar mill-virus oriġinali fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Amerika. Sistemi tas-saħħa mbawżra u razziżmu Kien f'April tal-2020 li l-Brażil esperjenza l-ewwel mewġa tal-pandemija u issa jinsabu fit-tielet waħda. Studji sabu li r-riskji għal nisa tqal mill-virus huma akbar iżda fil-Brażil din ir-rata hija aktar għolja minħabba li fil-pajjiż hemm problemi u nuqqas fis-sistema tas-saħħa. Fost it-tagħrif miġbur irriżulta li 15% tan-nisa tqal ma tpoġġewx fuq ventilatur; 28% ma kellhomx sodda fl-ICU u 36% ma tpoġġewx fuq apparat għal assistenza fin-nifs (ventilaturi). Studju ieħor wera kif razziżmu strutturali żied il-perklu biex Lidiane tmut. Dan ħareġ fiċ-ċar minn għadd ta' rapporti mill-midja li rrapportaw li r-riskju li jmutu nisa tqal ta' karnaġġjun skura jew li jkunu għadhom kif welldu, huwa d-doppju minn dawk ta' nisa bħalhom iżda b'karnaġġjun bajda. Esperti fil-Brażil qalu li l-varjant P.1 tal-Covid-19, li ħakem f'leħħa lil dan il-pajjiż, jidher li huwa l-kaġun taż-żieda qawwija fir-rati ta' mwiet fost in-nisa tqal. Uħud minn dawn l-ommijiet pożittivi għall-virus qegħdin iwelldu trabi mejta (stillborn) jew inkella jwelldu lit-trabi qabel iż-żmien diġà infettati bil-virus. Andrè Ricardo Freitas, espert tal-epidemiji fil-Kulleġġ Sao Leopoldo Mandic f'Campinas li għamel studju proprju fuq l-impatt ta' dan il-varjant ġdid, ikkonferma li, "żgur li l-varjant P.1 jattakka ferm aktar bil-qawwi lin-nisa tqal u ħafna drabi jekk l-omm ikollha l-virus, it-tarbija fil-ġuf ma tgħix jew inkella jmutu t-tnejn li huma". Espert mediku u assistent professur f'Havard imħasseb qal li dak li qiegħed jiġri fil-Brażil huwa ta' inkwiet kbir u li, "nista' nimmaġina l-biżgħa kbira li tinħass meta l-gvern lokali jħabbar li hemm varjant ġdid li jattakka lin-nisa tqal b'modi differenti u li jkun aktar agressiv". It-theddida għal ħajjet in-nisa tqal hija wkoll fl-Indja. Dan il-pajjiż ukoll jinsab taht morsa minħabba mewġa qawwija tal-Covid-19. L-infezzjonijiet u l-imwiet f'dan il-pajjiż popolat u fqir huma għolja mmens u hemm tħassib kbir għan-nisa tqal fih ukoll. Sfortunatament m'hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-impatt li l-virus qiegħed iħalli fuq il-popolazzjoni Indjana u t-total reali ta' mwiet fost in-nisa tqal, trabi u tfal għadu mhux magħruf. Li huwa żgur però, huwa li aktar nisa tqal qegħdin ikollhom konsegwenzi serji fuq saħħithom meta jiġu infettati bil-Coronavirus. Nisa tqal, trabi u tfal vittmi tal-Covid-19 L-esperti kemm fil-Brażil, fl-Ewropa kif ukoll fl-Istati Uniti qablu li l-ammont ta' tfal li ħajjithom intemmet ħesrem bil-Covid-19 fil-Brażil huwa għoli wisq. Fost l-akbar raġunijiet issuspettati li qegħdin iwasslu għall-imwiet fost in-nisa tqal, trabi u tfal żgħar hemm is-sistema tal-isptar fil-Brażil u n-nuqqas ta' aċċess għall-kura tas-saħħa adegwata għal kulħadd. Sistema tas-saħħa mhux b'saħħitha twassal għal aktar imwiet. Fil-fatt fl-1 ta' Ġunju l-Brażil f'ġurrnata waħda biss, irrapporta 94,509 każijiet ġodda. Ta' kuljum dan il-pajjiż għandu medja ta' 66,000każijiet ġodda ta' Covid-19, rata li hija akbar minn dik tal-Ewropa kollha magħduda flimkien u madwar 80% aktar mill-Indja meta l-kalkolu jsir per capita. S'issa, kważi nofs miljun Brażiljani mietu minn dan il-virus qerried li oriġina miċ-Ċina u nfirex globalment f'din l-aħħar sena u nofs.
[ 10 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/jemmnu-li-binhom-kien-imgieghel-ifahhar-il-president-lukashenko-waqt-intervista/
null
inewsmalta.com
Jemmnu li binhom kien imġiegħel ifaħħar 'il-President Lukashenko waqt intervista Il-ġurnalist mill-Belarus Roman Protasevich; li kien arrestat f'Minsk wara li ajruplan tar-RyanAir kien ġie mġiegħel jinżel fil-Belarus waqt titjijra mill-Greċja għal-Litwanja, kien intervistat fuq it-televiżjoni tal-istat. Waqt l-intervista huwa deher imbikkem u filwaqt li faħħar lill-President Alexander Lukashenko, ammetta li pprova jagħmel ħsara lill-gvern immexxi minnu. Il-familja tal-ġurnalist qalu illi l-intervista saret taħt pressjoni u għalhekk ingħataw x'jifhmu li l-Protasevich ġie mġiegħel jgħid dak li ntqal fl-intervista. L-aħbar tar-rebħa ta' Lukashenko fl-elezzjoni presidenzjali li saret fid-9 ta' Awwissu tas-sena li għaddiet kienet wasslet għal numru ta' protesti. L-awtoritajiet kienu rażżnu l-protesti filwaqt li l-mexxejja tal-Oppożizzjoni kienu ntbagħtu l-ħabs jew saħansitra eżiljati.
[ 10 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/l-indja-tordna-300-miljun-doza-ta-vaccin-li-ghadu-mhux-approvat/
null
inewsmalta.com
L-Indja tordna 300 miljun doża ta' vaċċin li għadu mhux approvat L-Indja ordnat 300 miljun doża ta' vaċċin kontra l-virus tal-covid-19 li għadu ma ġiex approvat, bit-tama li tikontrolla t-tieni mewġa ta' infezzjonijiet li ħalliet impatt devstanti fil-pajjiż. Il-vaċċin li qed jiġi żviluppat mill-kumpanija Indjana Biological E jinsab fit-tielet stadju u skont il-Gvern Indjan "ta riżultati tajbin ħafna fl-ewwel żewġ fażijiet". Dan se jkun l-ewwel vaċċin li se jkun qed jingħata fl-Indja mingħajr m'għandu l-approvazzjoni b'emerġenza biex jibda jintuża. Din id-deċiżjoni qed issir hekk kif il-programm tat-tilqim fl-Indja għadu lura. Hu stmat li s'issa ngħataw ftit aktar minn 220 miljun tilqima minkejja li ħafna mill-popolazzjoni ta' madwar 1.4 biljun issa huma eleġibbli għat-tilqima. Dan ifisser li fl-Indja anqas minn 10 fil-mija tal-popolazzjoni għadhom tlaqqmu minn tal-inqas bl-ewwel doża, riżultat ta' nuqqas qawwi ta' dożi. Il-Gvern Indjan immexxi mill-Prim Ministru Narendra Modi qed jiġi kkritikat talli ma ordnax biżżejjed vaċċin minn qabel.
[ 10 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/kelli-nkun-xoghol-il-lukanda-u-skorjajt-il-gowl-tar-rebha-michael-degiorgio/
null
inewsmalta.com
"Kelli nkun xogħol il-lukanda u skorjajt il-gowl tar-rebħa" – Michael Degiorgio Minn Cristian Muscat Kif bdiet l-imħabba tie­għek lejn il-football? Niftakar li missieri kien dilettant kbir tal-football u apparti li kien jilgħab, kien jeħodni miegħu il-ground. Min-naħa tiegħi, jien kont immur l-iskola l-Marsa u l-bitħa kienet l-ewwel post fejn konna nilagħbu dan l-isport tant sabiħ. Imbagħad niftakar li kien hemm Dun Anton Portelli li kien jieħu ħsieb iċ-ċentru tal-abbatini tal- knisja ta' San Gejtanu u dak iż-żmien kien jorganizza bosta kampjonati tal-football. Aktar tard ħafna minna konna sseħibna ma' Hamrun Liberty li dak iż-żmien kien qisu team taż-żgħ­ażagħ. Irrid infakkar li ma kienx għad hawn nurseries f'pajjiżna u għalhekk meta xi żagħżugħ kien jingħaqad ma' xi team, kienu jkunu l-coaches stess li jiskopru xi talent. Fl-antik kienu jsiru wkoll tournaments żgħar fin-naħa t'isfel ta' Malta bħal Junior Friendship Soccer League li normalment kienu jintlagħbu fil-Fgura u Ħaż-Żabbar. Dak iż-żmien ma kienx hawn grounds tal-ħaxix u għalhekk konna nilagħbu fuq iż-żrar. Kien żmien ieħor li madankollu kellu l-faxxinu tiegħu. Tiftakar id-debutt tiegħek fil-kampjonat Premier ma' Hamrun Spartans? Iva niftakar dan id-debutt ċar daqs il-kristall. Kien għad kelli biss 17-il sena u kont dħalt waqt logħba kontra Zebbug Rangers. Dak iż-żmien konna nilagħbu fl-Empire Stadium, il-Gżira. Niftakar li kont ferm kburi li lgħabt għall-ewwel darba mat-team tal-lokalitá tiegħi. Magħhom lgħabt għal 16-il sena fejn tista' tgħid li rbaħt kull unur li joffri l-football Malti. Hemm xi goal jew xi logħba partikolari li tibqa' tiftakar? Hemm diversi logħbiet li nibqa' niftakar għalkemm partita partikolari li tiġini f'moħħi u fiha ċertu valur kienet dik li lgħabna kontra Valletta fl-istaġun 1978-79. Niftakar li dak iż-żmien kont naħdem f'lukanda partikolari u d-direttur kien Belti. Niftakar li dakinhar tal-logħba kienet se ssir okkażjoni fil-lukanda u jien kont se nkun imsejjaħ għax- xogħol. Nistqarr li ma xtaqtx nit­lef din il-logħba iżda fl-is­tess ħin ma xtaqtx immur kontra r-rieda tad-direttur. Madankollu kien hemm membru ieħor fil-bord tal- istess lukanda li ħeġġeġ lill-ieħor sabiex iħallini mmur. Niftakar li din il-persuna kienet mill-Ħamrun u għalhekk ma xtaqx itellifni din l-opportunitá. U tabilħaqq li f'din il- logħba kelli x-xorti nilgħab verament tajjeb tant li spiċ­ċajt skorjajt il-goal tar-reb­ħa. Matul dak l-istaġun, Valletta kienu rebħu l- kampjonat u aħna kellna s-sodisfazzjon li rbaħna liċ- champions. Matul il-karriera glorjuża tiegħek kellek iċ-ċans tilgħab ma' xi timijiet oħra barra Hamrun Spartans? Apparti Hamrun Spartans kelli ċ-ċans nilgħab ukoll ma' Naxxar Lions. Kien l-istaġun 1994-95 meta l-president ta' dak iż-żmien, Michael Zammit Tabona, kien ċempilli għax xtaq is-servizzi tiegħi. Kien żmien verament sabiħ dak li qattajt mal-Lions għax niftakar li għenthom jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni sabiex fl-istaġun ta' wara ġejna promossi. Fil-veritá ma' Naxxar kelli żewġ esperjenzi separati fejn fit-tieni darba bejn l-1997 u l-1999 komplejt ngħin lit-team iżid fil-livell tiegħu. Nirritornaw għaż-żmien meta kont tilgħab ma' Hamrun Spartans. Qatt ma kellek iċ-ċans tilgħab speċi ta' logħba testimonjali għal dan it-team li tak tant sodisfazzjon? Iva, fil-fatt lgħabt din il-logħba testimonjali li ġiet proposta mill-president ta' dak iż-żmien Victor Tedesco. Niftakar li din il-logħba kienet saret kontra Floriana. Kien żmien ukoll meta qlajt rigal sabiħ mill-club u li jien għadni napprezzah sal-ġurnata tal-lum. Aktar tard jien bdejt naqdi rwol ta' player-coach fiż-żmien meta Hamrun kellhom lil Atanas Marinov bħala coach ewlieni. Nitkellmu dwar il-pre­żent. Kemm għadek issegwihom lil Hamrun Spartans? Hekk kif f'dawn l-aħħar xhur ma kienx permess li jkun hemm partitarji fil-ground, segwejt kemm-il darba lit-team minn fuq is-sett tat-televiżjoni kif ukoll minn fuq l-internet meta l-MFA kienet qed ixxandar l-logħob b'mod dirett. Iva bqajt insegwihom għax dan hu club li lili tani ħafna sodisfazzjon. Naf li hu daqsxejn diffiċli iżda taħseb li tista' tipparaguna lit-team ta' dak iż-żmien meta kont tilgħab int ma' dan tal-lum il-ġurnata? Ma tistax tikkumpara dak iż-żmien mal-lum il- ġurnata. Dak iż-żmien kellna biss żewġ barranin fit-team waqt li llum jistgħu jilagħbu aktar minn hekk. Dak iż-żmien meta kien jiġi player barrani jilgħab, normalment kien ikun ta' livell tajjeb. Aħna kellna lill-goalkeeper, Ian Leigh, kif ukoll lil Barry Gallagher li kienu fi klassi għalihom. Iżda jekk nikkomparaw iż-żmien li kont tilgħab fih int ma' dak tal-lum, taħseb li l-livell naqas jew żdied? Jien tal-opinjoni li ma tantx żdied ħafna. Forsi wkoll għax hemm iktar players barranin li mhux bilfors ikollhom il-poten­zjal meħtieġ. Illum forsi hemm iktar professjonalitá minn dak iż-żmien iżda jekk tara l-ismijiet tal-players li kellna fis-snin 80 u 90, wieħed jinduna li l-football kien jintlagħab aktar mill-qalb. Jien inxebbaħ ħafna l- logħob li kont tilgħab int ma' dak ta' Dodo Soares ma' Hamrun Spartans. Jien personalment Dodo Soares jogħġobni ħafna jilgħab għax wera li kull meta lagħab hu beda jagħmel id-differenza fil-goals li kien jiskorja u l-assists li kien iwettaq. Madankollu ma tantx nis­ta' nikkompara l-logħob li kont nilgħab jien ma' dak ta' Dodo. Biss biss aħna konna nilagħbu b'sistema ta' 3-5-2 fejn dak iż-żmien kellna dawk li jsejħulhom stopper u libero . Illum Hamrun jilagħbu iktar b'metodu tattiku ta' 4-3-3 u għalhekk mhux sistema eżatta ta' kif kont nilgħab jien. Tista' tiddeskrivi l-esperjenza li kellek mat-team nazzjonali Malti? Mat-team nazzjonali Malti lgħabt 78 partita u skorjajt erba' goals. Kont iddebuttajt fl-4 ta' April 1981 f'partita kontra l-Ġermanja tal-Lvant. Dakinhar konna tlifna 2-1 iżda ma nistax ninsa l-mumenti meta missejt il-ballun u ppruvajt noħloq xi azzjonijiet offensivi. Jien lgħabt għal diversi drabi bil-flokk aħmar ta' pajjiżi għalkemm kieku tistaqsini liema kienet l-iktar logħba li nibqa' niftakar, insemmilek dik li lgħabna f'Lisbona kontra l-Portugall fejn konna tlifna 3-2. Din kienet logħba speċjali għalija meta skorjajt it-tieni goal. Ma nistax ninsa wkoll l-logħbiet li lgħabna kontra l-Ġermanja tal-Pu­nent u l-Islanda. Jekk inkomplu nitkellmu dwar it-team nazzjonali, kif tarah dak preżenti li hu mmexxi mill-coach Devis Mangia? Nista' ngħid li dan it-team għamel progress kbir li eventwalment effettwaw ir-riżultati li kiseb. Dan il-coach ġab miegħu mentalitá pożittiva u qed nara entużjażmu kbir li jawgura għall- futur. Nitkellmu dwar l-esperjenza tiegħek mat-tfal fi ħdan diversi clubs li għandhom in-nurseries tagħhom. X'tista tirrakkuntali dwar dawn l-esperjenzi li kellek? L-ewwel u qabel kollox ngħid li hu ferm importanti li qabel ma wieħed ikun coach tat-tfal, irid ikun lagħab qabel bħala player. Jien kont head coach ma' diversi clubs fosthom Tar­xien Rainbows, Fgura Uni­ted, Valletta u preżentement ma' Lija Athletic. Dejjem rajt li nuża l-esperjenza tiegħi ma' dawn it-tfal li għandhom l-għatx li jitgħallmu dejjem aktar. Hu l-gost u l-pjaċir tiegħi li nagħmilha magħhom kif ukoll nara li jkolli coaches dedikati li jħobbu xogħlhom. Madankollu qatt għad­dietlek minn rasek li tikkowċja team tal-kbar? Kif għedtlek, kelli ċ-ċans li nikkowċja lil Hamrun Spartans meta kienu fl-Ewwel Diviżjoni. Madankollu llum il-ġurnata nippreferi li nikkowċja lit-tfal milli l- kbar. Hu veru li t-tfal tal-lum huma differenti minn ta' qabel. Forsi żdied il-fsied u l-attitudni tagħhom inbidlet. Illum kulħadd jiġi għat-taħriġ bl-aqwa żarbun possibbli, forsi wkoll bl-aħħar wieħed li jkun libes Cristiano Ronaldo! Illum mhux kulħadd għandu l-paċenzja li jitla' grad wara l-ieħor bħalma għamilna aħna. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li jixtiequ jaqbdu karriera fil-football. Kif għadni kemm għedt, hu importanti li dak li jkun hemm dak l-element ta' sag­rifiċċju sabiex tirnexxi. Barra minn hekk, importanti li jkollhom id-dedikazzjoni neċessarja filwaqt li jekk il-football isir b'imħabba, hemm garanzija li se tkun player ta' eżempju u ta' karattru sod li fuq kollox tikseb ir-rispett ta' kulħadd.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/sinjali-ta-rkupru-fil-box-office/
null
inewsmalta.com
Sinjali ta' rkupru fil-box office Tmiem il-ġimgħa li għaddiet fl-Istati Uniti kien wieħed twil għax it-Tnejn kienet btala pubblika (Memorial Day). Normalment f'dan il-weekend kien joħroġ wieħed mill-blockbusters ewlenin tas-sajf. Wara sena ta' inċertezza u għeluq tat-teatri minħabba l-pandemija, il-box office Amerikana bdiet tieħu r-ruħ b'sfida bejn żewġ films li kellhom il-potenzjal li jiġbdu udjenzi kbar. "A Quiet Place Part II", li ktibt fuq l-ġimgħa l-oħra, rebaħ din l-isfida b'dħul ta' $58 miljun sat-Tnejn. F'dan is-sequel Emily Blunt hi mġegħla tmexxi familja f'ambjent fejn ma tistax tagħmel ħoss jekk trid tibqa' ħajja. "A Quiet Place Part 2" kellu l-vantaġġ li kien esklussivament fit-teatri. L-isfidant ewlieni fil-box office kien il-film tal-kumpanija Disney, "Cruella". Sat-Tnejn kellu dħul ta' kważi $27 miljun. "Cruella" kien ukoll disponibbli fuq Disney Plus għall-prezz ta' $30. Mis-swieq internazzjonali, fejn ħareġ f'29 pajjiż, "Cruella" hu stmat li kellu dħul ta' madwar $16-il miljun oħra. L-ewwel reazzjoni tas-sidien tat-teatri Amerikani hi pożittiva billi għall-ewwel darba f'aktar minn sena, l-films kollha li kienu qed jintwerew fit-teatri kellhom dħul ta' aktar minn $100 miljun. Films oħra li qed jintwerew fit-teatri Amerikani jinkludu "Spiral" (b'Chris Rock u Samuel L. Jackson), "Wrath of Man" (Jason Statham) u film ieħor tad-Disney, "Raya and the Last Dragon". F'Malta, is-swali taċ-ċinema huma mistennija jiftħu min-nhar it-Tnejn. Il-karattru ta' Cruella de Vil ħolqitu l-kittieba Ingliża Dodie Smith permezz tal-ktieb tagħha 'The Hundred and One Dalmations' li kien ippubblikat fl-1956. Ħames snin biss wara, Walt Disney għamel il-famuż film animat "One Hundred and One Dalmations". Il-karattru ta' Cruella de Vil kompla jiġi immoratliżżat permezz tal-interpritazzjoni ta' Glenn Close f'"101 Dalmations" li hawn Malta kien beda jintwera fil-jiem ta' qabel il-Milied tal-1996. Erba' snin eżatt wara kien ħareġ is-sequel "102 Dalmations", b'Glenn Close għal darba fil-parti ta' Cruella de Vil. Is-sequel ma kienx suċċess fil-box office. Din id-darba, il-kumpanija Disney qed toħloq prequel għall-istorja, li jagħti lok sabiex il-karattru ta' Cruella jiżviluppa f'aktar films fil-futur. Emma Stone tidħol fiż-żarbun u fil-libsa ta' Estella/Cruella. Il-mod kif id-direttur Craig Gillespie żviluppa dan il-karattru ifakkrek sa ċertu punt f'Joker ta' Joaquin Phoenix. Dan il-paragun sar minn bosta fuq il-midja soċjali malli ħareġ it-trailer. Id-direttur Gillespie, huwa kkwotat li qal li hu jifhem li l-udjenza għandha bżonn punt kulturali ta' referenza imma emfasiżża li Cruella f'dan il-film turina l-ikrah fil-karattru tagħha imma b'mod ġenerali l-film hu divertenti u fih element umoristiku. Għalhekk bħala films, ma tistax tipparaguna "Cruella" ma' "Joker". Ċertament li "Cruella" mhux "Maleficent". Filwaqt li l-film ta' Angelina Jolie ssogra jtappan il-memorja ta' "Sleeping Beaty", "Cruella" hu wieħed kreattiv żviluppat b'mod inġenjuż meta jimmaġina lil Cruella qabel qabel bdiet tirrakkonta l-kittieba Dodie Smith. Ir-rakkont jeħodna f'Londra tas-sebgħinijat. It-tfulija ta' Cruella, jew aħjar ta' Estella kien wieħed kiefer, qiesu ta' xi wieħed mill-karattri mill-kotba ta' Charles Dickens. Il-ħolma tagħha sa minn ċkunitha kienet li ssir disinjatriċi tal-ħwejjeġ. Din l-ambizzjoni ġġib lil Estella f'kuntatt ma' mal-Barunessa von Hellman (Emma Thompson). Il-barunessa kienet mara dejjem liebsa b'mod eleganti imma bħalha disinjatriċi, kienet waħda egoċentrika u stinata apparti li kellha isem f'din l-industrija. It-tip ta' relazzjoni li tiżviluppa bejniethom iġġiegħel joħroġ il-parti kattiva tal-karattru ta' Estella. B'hekk titwieled il-famuża Cruella li nafu. It-trio Aline Brosh McKenna, Kelly Marcel u Steve Zissis li ħolqu din l-istorja jimmerithom applaws għal mod intelliġenti kif sawwru l-istorja. Insiru nafu minn fejn hi ġejja ukoll l-antipatija ta' Estella lejn il-klieb tad-dalmati. "Cruella" (Walt Disney: 12A) fih aktar sew minn sagħtejn, ippakkjati bl-avventura. Għandna wkoll dettal tal-ħajja parallela mad-dinja tal-kriminali dilettanti. Estella u sħabha l-orfni Jasper (Joel Fry) u Horace (Paul Walter Hauser) ikunu kontinwament jagħmlu serqiet żgħar u kultant kbar, għalkemm it-tir ta' Estella kien li jkollha suċċess leġġitimu bħala disinjatriċi tal-ħwejjeġ. Imma dawn il-ħiliet li takkwista ta kif taljena u ta travestiment, jgħinuha meta tiġi biex tħalli mpressjoni tagħha. Il-film għandu diversi xeni spettakolari imma l-akbar waħda hi meta Estella tinvadi rirċeviment tal-Barunessa.
[ 10 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/chelsea-fit-tellieqa-biex-jiffirmaw-lid-difensur-ta-inter-achraf-hakimi/
null
inewsmalta.com
Chelsea fit-tellieqa biex jiffirmaw lid-difensur ta' Inter, Achraf Hakimi Ir-rebbieħa taċ-Champions League, Chelsea, ngħaqdu fit-tellieqa biex jiffirmaw lid-difensur ta' Inter, Achraf Hakimi. Iċ-champions tas-Serie A huma maħsuba li qed ifittxu li jakkwistaw madwar £80 miljun f'valuri ta' plejers tal-ewwel team dan is-sajf sabiex jibbilanċjaw il-kotba tagħhom, fattur ewlieni għat-tluq ta' Antonio Conte matul ix-xahar li għadda. Inter jivvalutaw lid-difensur Marokkin għal madwar £70 miljun u Chelsea saru l-aħħar club, flimkien mar-rivali ta' Londra Arsenal u Paris Saint-Germain, li rreġistraw l-interess tagħhom. Il-manager li għadu kemm ġie maħtur Simone Inzaghi huwa ħerqan li Hakimi jibqa' mal-ġganti Taljani l-istaġun li ġej, iżda l-club jista' kontra qalbu jaċċetta kwalunkwe offerta kbira ta' flus li kieku kellha ssir waħda matul dan is-sajf. Hakimi kellu staġun ta' debutt impressjonanti għal Inter hekk kif kien strumentali ewlieni fil-magna ta' Conte biex għen lin-Nerazzurri jirbħu l-ewwel titlu tas-Serie A f'disa' snin. Iż-żagħżugħ ta' 22 sena, li ngħaqad ma' Inter mingħand Real Madrid fis-sajf li għadda għal madwar £40 miljun, għamel 37 dehra fis-Serie A, skorja seba' goals u pprovda 10 assists.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/arsenal-lesti-li-jbighu-lill-midfielder-matteo-guendouzi-ghal-8-6-miljun/
null
inewsmalta.com
Arsenal lesti li jbigħu lill-midfielder Matteo Guendouzi għal £8.6 miljun Arsenal huma lesti li jbigħu lill-midfielder Matteo Guendouzi għal £8.6 miljun biss fit-tieqa tat-trasferimenti ta' dan is-sajf. Il-Franċiż irritorna għand il-Gunners wara li qatta' l-aħħar staġun b'self mal-club mill-Bundesliga Hertha Berlin, fejn għamel 24 dehra u rreġistra żewġ gowls u tliet assists. Madankollu, il-manager Mikel Arteta qed jippjana reviżjoni maġġuri tal-iskwadra tal-ewwel team qabel ma jibda l-istaġun il-ġdid u Guendouzi huwa maħsub li huwa wieħed minn bosta players li se jħalli l-club. Huwa mifhum li Arsenal se jkunu qed jaċċettaw kwalunkwe offerta fir-reġjun ta' £8.6m għaż-żagħżugħ ta' 22 sena dan is-sajf. Il-club mil-Ligue 1 Marseille kien marbut ħafna ma' ċaqliq għal Guendouzi, li fadallu biss 12-il xahar fil-kuntratt tiegħu, u kien ġie rrappurtat li l-Franċiżi kienu qablu li jiffirmawh. Sa minn meta ngħaqad ma' Arsenal mingħand Lorient f'Lulju 2018, Guendouzi għamel 82 dehra għall-Gunners fil-kompetizzjonijiet kollha u rebaħ l-FA Cup fl-2020.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/ftehim-bejn-atletico-madrid-u-arsenal-ghal-tpartit-bejn-kieran-trippier-u-hector-bellerin/
null
inewsmalta.com
Ftehim bejn Atletico Madrid u Arsenal għal tpartit bejn Kieran Trippier u Hector Bellerin Atletico Madrid qed jesploraw il-possibbiltà ta' ftehim ta' tpartit ma' Arsenal li jinvolvi lil Kieran Trippier u Hector Bellerin. Wara li tilef postu bħala d-difensur tal-ewwel għażla tal-Gunners quddiem Calum Chambers matul it-tieni nofs tal-istaġun 2020-21, Bellerin mistenni jtemm l-esperjenza tiegħu ta' 10 snin ma' Arsenal dan is-sajf. Sadanittant, Trippier qed ikun marbut ħafna ma' pass lura lejn l-Ingilterra fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, minkejja li kellu rwol ewlieni taħt Diego Simeone fit-trijonf tat-titlu La Liga ta' Atletico. Bellerin qed iqis ir-ritorn lejn Spanja fost spekulazzjoni persistenti dwar ċaqliq lejn l-ex club ta' Barcelona, ​​iżda ftehim ta' tpartit ma' Atletico li jinvolvi lil Trippier jista' jkun possibbiltá. Manchester United huma maħsuba li huma favoriti għall-firma ta' Trippier, għalkemm huwa mifhum li l-ex player ta' Tottenham Hotspur irid jibqa' fil-kapitali Spanjola. Bellerin iskorja goal wieħed u pprovda tliet assists f'25 dehra fil-kampjonat matul l-istaġun li għadda, filwaqt li Trippier pprovda sitt assists fi 28 logħba matul l-istaġun trijonfanti tagħhom tal-La Liga, minkejja l-projbizzjoni twila tiegħu hekk kif instab ħati li kiser ir-regoli marbuta mal-betting.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/inter-vicin-li-jiksbu-ftehim-mal-goalkeeper-ta-crotone-alex-cordaz/
null
inewsmalta.com
Inter viċin li jiksbu ftehim mal-goalkeeper ta' Crotone, Alex Cordaz Hemm aktar minn raġuni waħda għaliex Inter jinsabu viċin li jiksbu ftehim mal-goalkeeper ta' Crotone, Alex Cordaz, bħala t-tielet goalkeeper tal-għażla tagħhom. Huwa ilu ma' Crotone sa mill-2015 u għenhom biex jiksbu l-promozzjoni fis-Serie A, għalkemm reġgħu ġew relegate għas-Serie B staġun biss wara. Il-kuntratt ta' sena ma' Inter huwa maħsub li jiswa €150,000. Aktar importanti minn hekk, Cordaz beda fl-akkademja ta' Inter u saħansitra għamel dehra waħda għall-club fil-Coppa Italia kontra Juventus fi Frar 2004. Dan huwa ta' valur għax inkella Inter jitħabtu biex jimlew il-kwota tagħhom ta' players li bħalissa jinsabu fl-iskwadra li kienu prodotti tal-akkademja. Dan hekk kif skond ir-regoli tas-Serie A, kull club jeħtieġ li jkollu ċertu numru ta' players li jkunu prodotti tal-akkademja tagħhom.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/chelsea-ftahdidiet-ma-atletico-madrid-rigward-ftehim-ghal-saul-niguez/
null
inewsmalta.com
Chelsea f'taħdidiet ma' Atletico Madrid rigward ftehim għal Saul Niguez Chelsea jinsabu f'taħdidiet ma' Atletico Madrid rigward ftehim għal Saul Niguez. Iċ-champions ta' La Liga huma maħsuba li huma miftuħa għall-bejgħ tal-player ta' 26 sena dan is-sajf, b'Saul jibda 22 mit-38 logħba ta' Atletico fit-triq lejn it-titlu tal-ogħla diviżjoni Spanjola għall-istaġun 2020-21. Manchester United, Liverpool u Bayern Munich huma kollha fit-taqtiegħa għas-servizzi ta' Saul, iżda Chelsea huma mifhuma li li jisnabu favoriti fit-tellieqa għall-midfielder. Il-Blues ikkuntattjaw lil Atletico dwar il-possibbiltà ta' ftehim tas-sajf għal Saul, iżda l-prezz mitlub tal-Colchoneros jista' jkun ta' ostaklu. Iżda jkun hemm bżonn ta' somma ta' £68.8 miljun biex Saul iħalli l-Wanda Metropolitano – prezz li Chelsea mhumiex lesti li joħorġu waqt li jagħtu prijorità lil attakkant tal-ogħla klassi. Il-kuntratt ta' Saul ma' Atletico jiskadi ħames snin oħra, u huwa tħalla barra mill-iskwadra ta' Spanja għall-Euro 2020.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/juventus-jibqghu-jittamaw-li-jakkwistaw-lil-memphis-depay/
null
inewsmalta.com
Juventus jibqgħu jittamaw li jakkwistaw lil Memphis Depay Juventus ma ċedewx it-tama fl-offerta tagħhom biex jiffirmaw lill-attakkant ta' Lyon, Memphis Depay. Bil-kuntratt tiegħu mal-club mil-Ligue 1 jiskadi dan is-sajf, l-internazzjonali Olandiż kien marbut ħafna ma' trasferiment lejn Barcelona. L-attakkant versatili huwa ħerqan li jirrappreżenta lill-ġganti Katalani u jilgħab taħt il-gwida tal-ex coach tat-team nazzjonali Olandiż, Ronald Koeman. Madankollu, Juventus għadhom qed jikkontemplaw jekk jagħmlux approċċ formali għall-player ta' 27 sena. Huwa mifhum li kwalunkwe mossa tiddependi fuq il-bejgħ ta' Cristiano Ronaldo, li dalwaqt jidħol fl-aħħar 12-il xahar tal-kuntratt tiegħu, bil-coach Massimiliano Allegri jiġi rrapurtat li qal lill-uffiċjali tal-club li jixtieq isaħħaħ l-għażliet tiegħu fl-attakk.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/hirving-lozano-fir-radar-ta-real-madrid/
null
inewsmalta.com
Hirving Lozano fir-radar ta' Real Madrid Il-coach ta' Real Madrid, Carlo Ancelotti, irid jakkwista lill-attakkant ta' Napoli, Hirving Lozano. Dan hekk kif L-ex coach ta' Napoli beda jfittex rinforzi fis-suq tat-trasferimenti. Il-Merengues għalhekk qed iħejju offerta biex jikkonvinċu lil Napoli biex ibiegħu lill-Messikan, li kien konvinċenti għall-Azzurri fit-tieni nofs tal-istaġun 2020-21. Lozano, li skorja 11-il goal fi 32 logħba tas-Serie A fl-istaġun li għadda, huwa marbut mal-Partenopei sa Ġunju 2024, iżda inizjalment kien ġie akkwistat minn Napoli minn Ancelotti f'Awwissu 2019. Offerta ta' bejn €50m u €60m tkun biżżejjed biex tikkonvinċi lil Aurelio De Laurentiis biex ibiegħ lill-internazzjonali Messikan. Iżda s-sid ta' Napoli qed jittama li jżomm lil Lozano fi Stadio Diego Maradona, għax irid jipprovdi lil Luciano Spalletti bi skwadra kompetittiva biex jiġġieled għal ritorn fiċ-Champions League. Napoli spiċċaw il-ħames fis-Serie A, u tilfu l-post fiċ-Champions League wara draw kontra Hellas Verona proprju fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/inter-iwissu-lil-psg-li-achraf-hakimi-jiswa-e80-miljun/
null
inewsmalta.com
Inter iwissu lil PSG li Achraf Hakimi jiswa €80 miljun Inter reġgħu wissew lil Paris Saint-Germain li l-proposta ta' €60m għal Achraf Hakmi mhix biżżejjed, minħabba li Achraf Hakimi mhux se jiċċaqlaq għal inqas minn €80m. Huwa mifhum li n-Nerazzurri huma determinati li jżommu lill-internazzjonali Marokkin sakemm kważi ma jirdoppjawx il-flus minfuqa biex iffirmawh sena ilu. Iż-żagħżugħ ta' 22 sena sewa €45 miljun biex ingħaqad ma' Inter mingħand Real Madrid f'Settembru 2020 u kien figura ewlenija fir-rebħ tal-Iscudetto, fejn skorja seba' goals u pprovda 11-il assist f'45 logħba kompetittiva. PSG għamlu offerta ta' €60m, iżda Inter huma lesti li jitolbu s-somma ta' €80m, li tista' tinkludi bonuses relatati mal-prestazzjoni biex jitnaqqas id-distakk.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/marco-verratti-mistenni-jissejjah-ghall-italja-kontra-l-isvizzera-nhar-l-erbgha/
null
inewsmalta.com
Marco Verratti mistenni jissejjaħ għall-Italja kontra l-Isvizzera nhar l-Erbgħa Il-playmaker tal-Italja, Marco Verratti, lagħab 20 minuta f'logħba ta' ħbiberija kontra t-team ta' Pescara Primavera u mistenni jissejjaħ kontra l-Isvizzera nhar l-Erbgħa. Verratti tilef il-logħba tal-ftuħ tal-Euro 2020 b'injury fl-irkoppa li sofra f'waħda mill-aħħar logħbiet tal-istaġun ma' PSG. Roberto Mancini inkludieh fl-iskwadra tal-Euro 2020 tal-Azzurri għalkemm kien jaf li l-midfielder ma kienx ikun disponibbli għall-ewwel logħob tal-fażi tal-gruppi. Madankollu, il-player ta' 28 sena ngħaqad ma' sħabu għal 20 minuta f'logħba ta' ħbiberija kontra t-team ta' Pescara Primavera f'Coverciano, nhar il-Ħadd. Verratti jista' jkun disponibbli kontra l-Iżvizzera fit-tieni logħba tal-fażi tal-gruppi nhar l-Erbgħa, iżda mhux probabbli li jkun qed jibda l-logħba. Manuel Locatelli mistenni jibda f'nofs il-ground flimkien ma' Jorginho u Nicolò Barella kontra l-Isvizzeri, filwaqt li Alessandro Florenzi se jitlef il-logħba minħabba injury fil-pexxul u minfloku mistenni jibda Giovanni Di Lorenzo.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/alvaro-morata-jinsisti-li-l-hatra-ta-allegri-mhux-se-tbiddel-il-futur-tieghu-ma-juventus/
null
inewsmalta.com
Alvaro Morata jinsisti li l-ħatra ta' Allegri mhux se tbiddel il-futur tiegħu ma' Juventus Alvaro Morata insista li l-ħatra ta' Massimiliano Allegri bħala coach ta' Juventus mhux se tbiddel il-futur tiegħu mal-Bianconeri. Morata irritorna ma' Juventus b'self mingħand Atletico Madrid sena ilu. Il-Bianconeri jistgħu iħallsu €10m biex jestendu l-esperjenza temporanja tiegħu għal staġun ieħor jew jagħmlu l-mossa waħda permanenti għal €45m. Huwa mifhum li l-Bianconeri se jħallsu din is-somma biex jestendu l-perjodu tas-self tiegħu u Morata żvela li diġà tkellem mal-club dwar il-futur tiegħu. "Tkellimt mad-direttur sportiv tal-club, Federico Cherubini, din il-ġimgħa, imma ma nista' ngħid xejn sakemm ma jkunx kollox uffiċjali." Massimiliano Allegri rritorna fil-club wara li tkeċċa sentejn ilu, iżda l-attakkant Spanjol jinsisti li l-futur tiegħu mhux se jinbidel bil-coach Toskan fit-tmun tal-club. "Kollox jinsab bħal qabel. Kien staġun stramb; nittamaw li dak li jmiss ikun aħjar."
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/gianluigi-buffon-vicin-li-jirritorna-ma-parma-fejn-iddebutta-maghhom-fis-serie-a-26-sena-ilu/
null
inewsmalta.com
Gianluigi Buffon viċin li jirritorna ma' Parma fejn iddebutta magħhom fis-Serie A 26 sena ilu Gianluigi Buffon jinsab viċin li jirritorna ma' Parma fejn iddebutta fis-Serie A 26 sena ilu. ll-goalkeeper ta' 43 sena jinsab viċin li jirritorna fil-club preċedenti tiegħu, din id-darba fis-Serie B. Parma ġew relegati mis-Serie A fl-istaġun 2020-21, iżda għandhom l-ambizzjoni li jirritornaw immedjatament fis-Serie A. Buffon jista' jmur jilgħab fi Stadio Tardini bħala free agent minħabba li l-kuntratt tiegħu ma' Juventus jiskadi f'Ġunju 2021 u mhux se jestendih. Huwa mifhum li r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja mal-Italja fl-2006 wasal biex jilħaq ftehim mal-ex club tiegħu. Buffon iddebutta fis-Serie A bil-flokk tal-Gialloblu 26 sena ilu. Huwa lagħab 220 logħba ma' Parma bid-Ducali jirbħu t-Tazza UEFA, is-Super Cup Taljana u l-Coppa Italia. Huwa ħalla Stadio Tardini fl-2001 biex jingħaqad ma' Juventus għas-somma ta' €50m. Buffon għandu r-rekord tal-iktar dehriet fis-Serie A b'657 partita.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/poloz-ucl-hibernians-kontra-flora-tallinn/
null
inewsmalta.com
Poloz UCL: Hibernians kontra Flora Tallinn Hibernians se jkunu qed jilagħbu kontra FC Flora Tallinn tal-Estonja fl-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Il-polza telgħet nhar it-Tlieta fil-Kwartieri tal-UEFA f'Nyon, l-Iżvizzera. Hibernians, li se jkunu qed jilagħbu l-ewwel leg barra minn darhom, qed jirrappreżentaw lil Malta fil-kompetizzjoni hekk kif iċ-champions Hamrun Spartans ġew iddikjarati ineliġibbli biex jipparteċipaw mill-Bord tal-Appelli tal-UEFA "talli kienu involuti direttament / jew indirettament f'attività mmirata biex tirranġa jew tinfluwenza r-riżultat ta' partita" fil-Kampjonat Premier fl-istaġun 2012/13. FC Flora kienu lagħbu kontra Floriana s-sena l-oħra fit-tielet round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, u għelbu lill-Greens bil-penalties wara draw ta' mingħajr goals fil-partita li ntlagħbet f'Ta' Qali. FC Flora Tallinn huma wieħed miż-żewġ clubs li qatt ma ġew relegati mill-ogħla diviżjoni Estonjana. Huma rebħu aktar trofej minn kwalunkwe club ieħor fil-football Estonjan, b'rekord ta' 13-il titlu, tmien Tazzi tal-estonja u rekord ta' 11-il Super Cup. L-istaġun li għadda, FK Flora ġew eliminati mill-ewwel round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League wara li tilfu bil-penalties kontra FK Suduva tal-Litwanja iżda mbagħad eliminaw lil KR Reykjavik tal-Islanda u Floriana fit-tieni u t-tielet round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, u sfaw eliminati mill-kompetizzjoni wara telfa ta' 3-1 kontra Dinamo Zagreb fir-round tal-play-off. Din se tkun it-tieni darba, li l-Pawlsiti se jivvjaġġaw lejn l-Estonja hekk kif kienu eliminaw lil FCI Tallinn fl-ewwel round ta' kwalifikazzjoni taċ-Champions League fl-istaġun 2017, u rebħuhom 2-0 f'darhom u 1-0 barra minn darhom. Il-partiti se jkunu qed jintlagħbu fis-6/7 u fit-13/14 ta' Lulju, bil-ħin barrani u penalties jekk ikun meħtieġ. Ir-rebbieħa jgħaddu għat-tieni round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League; il-clubs kollha telliefa, minbarra t-telliefa ta' Slovan Bratislava v Shamrock Rovers, javvanzaw għat-tieni round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League Champions Path. Ferencvarosi TC (HUN) vs Rebbieħa tar-Round Preliminari Intant, telgħu ukoll il-poloz tal-UEFA Conference League fejn Gzira United se jkunu qed jilagħbu kontra UE Sant Julia ta 'Andorra għat-tieni darba f'erba' snin, Birkirkara jaffrontaw lil La Fiorita ta' San Marino filwaqt li Mosta se jilagħbu kontra Spartak Trnava tas-Slovakkja. Il-poloz tal-ewwel round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League ttellgħu nhar it-Tlieta fil-Kwartieri tal-UEFA f'Nyon, l-Iżvizzera. It-tliet timijiet se jkunu qed jilagħbu l-ewwel leg tagħhom barra minn darhom u għalhekk il-UEFA mistennija taqleb mill-inqas waħda mill-fixtures biex team Malti jilgħab l-ewwel leg ġewwa daru. Il-partiti mill-ewwel round ta' kwalifikazzjoni jintlagħbu fit-8 u l-15 ta' Lulju. Ir-rebbieħa jgħaddu għat-tieni round ta 'kwalifikazzjoni, li għalih it-tlugħ se jsir nhar l-Erbgħa. Gzira United, Birkirkara u Mosta qed jieħdu sehem fil-UEFA Europa Conference League wara li kklassifikaw it-tielet, ir-raba' u s-sitt rispettivament. Mosta, fil-fatt, kienu t-team li jmiss wara li Sliema Wanderers, li jinsabu fil-ħames post, irtiraw l-applikazzjoni tagħhom għal-liċenzja tal-UEFA.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/ixorbu-ilma-mhux-coca-cola-cristiano-ronaldo/
null
inewsmalta.com
'Ixorbu ilma, mhux Coca-Cola' – Cristiano Ronaldo Ritratt: TWITTER @THE SPORTSMAN Il-kwistjonijiet fit-tul tal-captain tal-Portugall Cristiano Ronaldo mal-Coca-Cola komplew f'konferenza stampa wara li deher iċaqlaq il-fliexken tax-xorb barra mill-vista u ta parir lin-nies biex jixorbu l-ilma minflok. Ronaldo qabel kien ilmenta li ibnu Cristiano Junior kellu l-potenzjal li jsegwi l-passi tiegħu imma jixrob wisq Coca u jiekol wisq pakketti ta' crips. Nhar it-Tnejn, Ronaldo kien qed jindirizza konferenza stampa qabel l-ewwel partita tal-Portugall minn Euro 2020 kontra l-Ungerija u żewġ fliexken tal-Coca tpoġġew quddiemu għal raġunijiet promozzjonali. Coca-Cola huwa sieħeb uffiċjali tal-Euro 2020 – u l-club ta' Ronaldo, Juventus – iżda wara li ħbiehom mill-vista, huwa żamm flixkun ilma minflok u qal 'ixorbu ilma, mhux Coca-Cola.'
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/youri-tielemans-ma-liverpool-bhalissa-qed-jikkoncentra-biss-fuq-il-euro2020/
null
inewsmalta.com
Youri Tielemans ma' Liverpool? …. bħalissa qed jikkonċentra biss fuq il-Euro2020 Youri Tielemans sostna li mhux qed jiffoka fuq l-ebda spekulazzjoni ta' trasferiment hekk kif qed ikomplu x-xnigħat dwar pass potenzjali lejn Liverpool. Il-midfielder ta' Leicester City gawda minn staġun pożittiv fil-Premier League, u temm l-istaġun b'goal mill-isbaħ fil-finali tal-FA Cup f'Wembley. Minn dak iż-żmien 'l hawn huwa ġie promoss bħala sostitut possibbli għal Georginio Wijnaldum wara li l-internazzjonali Olandiż ħalla l-club fi tmiem l-istaġun. Jurgen Klopp x'aktarx ikun fis-suq għall-player ta' nofs il-ground ċentrali hekk kif Liverpool qed ifittxu li jerġgħu lura għar-rebħ tat-titlu fl-istaġun li ġej. Madankollu, Tielemans ċaħad kwalunkwe rabta ma' Liverpool, u saħaq li bħalissa l-konċentrazzjoni massima tiegġu hija biss fuq l-Euro 2020. 'Kulma nista 'nagħmel hu li niżgura li jkemm jista' jkun inkun tajjeb fil-ground.' Tielemans fadallu sentejn fil-ftehim tiegħu fil-King Power Stadium, iżda tenna li m'għandux xewqa li jiddiskuti l-futur tiegħu sakemm il-Belġju tikkonkludi l-impneji tagħha f'Euro 2020.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/matul-is-snin-kukkudrill-fl-uganda-qatel-madwar-80-persuna/
null
inewsmalta.com
Matul is-snin kukkudrill fl-Uganda qatel madwar 80 persuna Fl-Uganda, kukkudrill, imsemmi għall-eks-Kap tal-Al-Qaeda Osama Bin Laden, matul is-snin kiel u qatel madwar 80 persuna. Ir-rettil, li huma maħsub li għandu madwar 75 sena, ilu snin jitterrorizza ir-residenti li jgħixu qrib Lake Victoria fl-Uganda. Minkejja li r-residenti riedu lil "Osama" maqtul, l-awtoritajiet għaddew lill-kukkudrill lil organizzazzjoni li tieħu ħsieb programm ta' tgħammir tal-kukkudrilli.
[ 10 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/fir-renju-unit-haddiem-tat-tifi-tan-nar-li-kien-mghajjat-biex-jassisti-fhabta-jsib-lil-bintu-bla-hajja-fit-tifrik/
null
inewsmalta.com
FIR-RENJU UNIT – Ħaddiem tat-tifi tan-nar li kien mgħajjat biex jassisti f'ħabta jsib lil bintu bla ħajja fit-tifrik Adrian Smith, ħaddiem tat-tifi tan-nar fir-Renju Unit, kien mgħajjat biex flimkien mat-tim tiegħu jassisti f'ħabta kerha li kienet għadha kemm seħħet bejn żewġ vetturi. Minkejja li sitwazzjoni bħal din hija waħda komuni fil-linja tax-xogħol ta' Adrian, żgur li qatt ma basar x'kien se jsib quddiem wiċċu. Sfortunatament, appena beda l-proċess, biex il-vittmi jinħarġu mit-tifrik tal-karozzi, Adrian skopra li waħda mil-vittmi hija bintu, Ella. L-inċident seħħ wara li l-karozza li fiha kienet Ella, Ford Ka, inqalbet u ħabtet ma' vettura oħra li kienet ġejja fid-direzzjoni opposta.
[ 10 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/kont-konvint-li-se-mmut-ghaddas-jirrakonta-kif-belghatu-balena-ghal-40-sekonda-shah/
null
inewsmalta.com
"Kont konvint li se mmut" – Għaddas jirrakonta kif belgħatu balena għal 40 sekonda sħaħ Għaddas għal-lobsters, irrakonta kif balena tal-ispeċi Humpback Whale, belgħatu għal madwar 40 sekonda, qabel ma telgħet fil-wiċċ tal-baħar u reġgħet beżqitu. Intervistat mill-ġurnalisti, Michael Packard, spjega kif dawk ll-40 sekonda f'ħalq il-balena kienu l-itwal sekondi f'ħajtu, tant li "kont konvint li se mmut". Mistoqsi x'kienu l-aħħar ħsibijiet li għaddew minn moħħu, Packard semma' kif huwa beża' li mhux se jerġa' jara lil martu u lil uliedu iktar. Jidher li din mhux l-ewwel esperjenza xokkanti li għadda minnha Packard, hekk kif fl-2001, huwa salva kraxx ta' ajruplan fil-Costa Rica. Fuq nota aktar umoristika, Packard semma' kif appena ddaħħal l-isptar kien hemm xi infermiera li marru fuqu biex jitilbuh in-numri għal-lotterija, minħabba l-fatt li l-għaddas jista' jqies ruħu bħala furtunat għal darba, dabtejn.
[ 10 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/marko-arnautovic-jista-jigi-sospiz-mill-euro-2020-minhabba-kummenti-razzjali/
null
inewsmalta.com
Marko Arnautovic jista' jiġi sospiż mill-Euro 2020 minħabba kummenti razzjali Il-UEFA ħatret bord tal-etika u d-dixxiplina biex tinvestiga r-reazzjoni tal-attakkant Awstrijak Marko Arnautovic wara l-goal tiegħu kontra l-Maċedonja ta' Fuq. U jekk element razzista jiġi ppruvat fiċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu, Arnautovic jista' jkun sospiż mill-kumplament tal-kampjonat. L-ex attakkant ta' Stoke u West Ham, li bħalissa qed jilgħab fiċ-Ċina ma' Shanghai Port, ġie mrażżan mill-captain David Alaba waqt li esprima rabja wara li skorja tard fir-rebħa ta' 3-1 kontra r-Rumanija nhar il-Ħadd li għadda. Huwa allegatament għamel mossa razzjali wara l-goal tiegħu, u qal 'Jien qed naħseb li jkolli x'naqsam ma' ommok l-Albaniża' fid-direzzjoni ta' Ezgjan Alioski. Fi stqarrija tal-UEFA intqal li: 'Skond l-Artikolu 31 (4) tar-Regolamenti Dixxiplinari tal-UEFA, inħatar Bord tal-Etika u d-Dixxiplina biex imexxi investigazzjoni rigward l-inċident li jinvolvi lill-player Marko Arnautovic li seħħ matul il-grupp tal-Kampjonat Ewropew 2020 – partita bejn it-timijiet nazzjonali tal-Awstrija u l-Maċedonja ta' Fuq fit-13 ta' Ġunju 2021. "Aktar informazzjoni dwar din il-kwistjoni tkun disponibbli fiż-żmien dovut." L-inċident wasal fid-89 minuta tal-logħba fl-Arena Nazzjonali f'Bukarest meta, wara li għeleb lill-goalkeeper tal-Maċedonja ta' Fuq, Stole Dimitrievski, Arnautovic, li huwa ta' nisel Serb, deher jagħmel kummenti lejn il-players avvesrarji u mbagħad anke dar lejn l-ispettaturi. Rapporti allegaw li l-kummenti inizjali tiegħu kienu mmirati lejn id-difensur Egzon Bejtulai u Gjanni Alioski, li t-tnejn għandhom għeruq Albaniżi. Ir-raġuni għall-kummenti tiegħu tidher li għandha x'taqsam mal-Gwerra tal-Kosovo, li fiha s-Serbja u l-Albanija daħlu f'kunflitt dwar ir-reġjun tal-Kosovo. Arnautovic, li missieru huwa Serb, deher li kellu kunflitt ma' Alioski, li jaf jitkellem bl-Albaniż.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/l-isbah-fjura-kanzunetta-bmessagg-ta-wens-lil-dawk-li-tilfu-lil-missierhom/
null
inewsmalta.com
L-isbaħ fjura: Kanzunetta b'messaġġ ta' wens lil dawk li tilfu lil missierhom Il-kantanta Charlene Rae, imwielda fi New York iżda residenti f'Għajnsielem, għamlet id-debutt tagħha b'kanzunetta bl-isem ta' 'L-isbaħ Fjura'. Din hija kanzunetta b'messaġġ personali iżda li l-messaġġ tagħha japplika għal kulħadd u waslet proprju fl-okkażjoni ta' Jum il-Missier. Charlene Rae, flimkien mat-tim tagħha ħasbu li l-messaġġ ta' din il-kanzunetta jista' joffri wens lil dawk li tilfu lill-għażiż missierhom. Fuq il-paġna tal-midja soċjali tagħha, Charlene qalet: "Il-messaġġ tagħha huwa personali għalija, iżda japplika għal kulħadd. Din hija dedikazzjoni għal missieri, bniedem li għalkemm ħalla ħafna swied il-qalb, tani ħafna kuraġġ tul ħajti " Il-kanzunetta fuq ġeneru pop/rock għanda kompożizzjoni ta' Glen Vella, lirika ta' Emily Calleja Bajliss u produzzjoni ta' Matteo Depares. Il-kanzunetta L-Isbaħ Fjura, hija akkumpanjata minn vidjo ta' lirika, maħdum minn Angie u Duane Laus ta' Lava Graphics, fejn l-iskop hu li wieħed jifhem aktar r-relazzjoni bejn missier u bint, permezz tal-lirika mirquma bl-aktar mod sentimentali.
[ 2 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/real-madrid-jikkunsidraw-li-jaghmlu-offerta-ghal-raphael-guerreiro/
null
inewsmalta.com
Real Madrid jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Raphael Guerreiro Huwa rrappurtat li Real Madrid qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għad-difensur xellugi ta' Borussia Dortmund, Raphael Guerreiro. Il-player internazzjonali Portugiż wasal għall-anniversarju ta' ħames snin tiegħu bħala player ta' Dortmund sa minn meta ngħaqad magħhom mingħand Lorient fl-2016, u huwa stabbilixxa lilu nnifsu bħala parti integrali mal-Blacks and Yellows. Guerreiro temm l-istaġun tal-Bundesliga 2020-21 b'ħames goals u 11-il assist f'27 dehra, u l-wirjiet tiegħu ma għaddewx inosservati minn timijiet oħra madwar il-kontinent. Il-manager ta' Real Madrid Carlo Ancelotti huwa ammiratur ta' Guerreiro u jrid iġib lill-player ta' 27 sena fil-Bernabeu għall-istaġun 2021-22. Guerreiro għad fadallu sentejn fil-kuntratt tiegħu ma' Dortmund, u jidher li l-club mill-Bundesliga mhux se jkun qed jaċċetta somma ta' inqas minn €60m għad-difensur xellugi. Guerreiro lagħab id-90 minuta sħaħ fiż-żewġ logħbiet tal-Portugall tal-Euro 2020 s'issa, u sab ix-xibka kontra l-Ungerija qabel ma ċ-champions renjanti tilfu bl-iskor ta' 4-2 kontra l-Ġermanja nhar is-Sibt.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/carlo-ancelotti-herqan-li-jakkwista-lill-attakkant-ta-everton-dominic-calvert-lewin/
null
inewsmalta.com
Carlo Ancelotti ħerqan li jakkwista lill-attakkant ta' Everton, Dominic Calvert-Lewin Il-manager ta' Real Madrid, Carlo Ancelotti, huwa ħerqan li jakkwista lill-attakkant ta' Everton, Dominic Calvert-Lewin, matul il-perjodu tat-trasferimenti ta 'dan is-sajf. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena eċċella taħt il-gwida tal-ex manager tiegħu f'Goodison Park matul l-istaġun 2020-21, u skorja 21 goal f'39 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi 16-il goal fil-Premier League. Ancelotti riċentement ħalla lit-Toffees biex jiżgura ritorn lejn il-kapitali Spanjola, u t-Taljan ħeġġeġ lid-diriġenti tal-Madrileni biex jimmiraw għal offerta għal Calvert-Lewin. Offerta ta' £50 miljun tista' tkun biżżejjed biex tikkonvinċi lill-club minn Merseyside biex iċedi lill-attakkant, li bħalissa jinsab mal-iskwadra Ingliża fil-Kampjonat Ewropew. Timo Werner ta' Chelsea huwa wkoll maħsub li huwa mira għal Real Madrid, bil-club jidher li qed ifittex li jikseb appoġġ għal Karim Benzema qabel l-istaġun 2021-22. Calvert-Lewin, li għandu kuntratt f'Goodison Park sa Ġunju 2025, skorja 53 goal u rreġistra 15-il assist f'173 dehra għall-club attwali tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/euro-2020-l-italja-bi-tliet-rebhiet-minn-daqstant-partiti/
null
inewsmalta.com
Euro 2020: L-Italja bi tliet rebħiet minn daqstant partiti Italja ……….1 Wales ………0 L-Italja għelbu lil Wales bl-iskor ta' 1-0 biex temmew il-Fażi tal-Gruppi b'punti massimi. Barra minn hekk, filwaqt li huma rreġistraw rekord ta' 30 partita mingħajr telfa din hija l-11-il darba konsekuttiva mingħajr ma sofrew l-ebda goal. Għal dan il-konfront il-coach Taljan, Roberto Man­cini, serraħ xejn inqas minn tmien players biex prattikament niżel b'team mibdul. Min-naħa ta' Wales, minkejja din it-telfa huma xorta waħda għaddew mal-Aħħar 16. Sa mill-bidu tal- logħba t-Taljani bdew jikkontrollaw lill-avversarji iż­da ftit li xejn impenjaw lill-goalkeeper avversarju. Min-naħa ta' Wales, l-ewwel darba li daħlu fil-kaxxa avversarja kien fit-22 minuta iżda t-tentattiv ta' Ethan Ampadu kien erratiku. Żewġ minuti wa­ra, wasal l-aħjar ċans għat-Taljani meta Federico Bernardeschi għadda lejn Andrea Belotti li l-cross tiegħu għadda tul il-lasti iżda ma kien hemm l-ebda player biex ikomplih għal ġewwa. Fid-29 minuta kien imiss lil Federico Chiesa li jfalli ċans faċli minn taħt il-lasti. Fid-39 minuta, l- Azzurri fetħu l-iskor meta rebħu foul wara li Marco Verratti ġie mwaqqa' minn Joe Allen. Il-free-kick fil-baxx ingħata mill-istess Verratti fejn MATTEO PESSINA qarraq għal kollox bil-goalkeeper, Danny Ward, li b' first-timer bid-dawra xeħet fir-rokna tax-xibka. Fit-52 minuta, it-Taljani resqu viċin li jirduppjaw meta l-free-kick ta' Federico Bernardeschi ħabat ma sieq il-lasta. Żewġ minuti wara, Wales spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Ampadu wara daħla kerha fuq Bernardeschi. Fl-64 minuta, il-goalkeeper ta' Wales dawwar f'corner ix-xutt mill-viċin ta' Andrea Belotti. Fil-75 minuta, Gareth Bale falla ċans tad-deheb li jikseb id-draw meta minn azzjoni ta' free-kick, il-ballun wasal f'saqajh iżda xeħet għoli. Assistenti : Radu Ghinguleac, Sebastian Gheorghe (Rumanija) Raba' Uff. : Orel Grinfeeld (Iżrael) Tkeċċa : E. Ampadu 55 (W)
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/euro-2020-l-isvizzera-jeghlbu-lit-turkija-izda-jkollhom-jistennew/
null
inewsmalta.com
Euro 2020: L-Isvizzera jegħlbu lit-Turkija … iżda jkollhom jistennew Svizzera …..3 Turkija ……1 Minkejja li l-Isvizzera għelbu lit-Turkija bl-iskor ta' 3-1 u spiċċaw punti ndaqs ma' Wales (li temmew fit-tieni post), huma jridu jistennew biex jaraw jis­piċċawx fost l-aħjar erba' timijiet fit- tielet post. Il-partita kellha bidu qaw­wi meta hekk kif fir-raba' minuta t-Turkija resqu viċin b'xutt qawwi ta' Kaan Ayhan iżda daqstant ieħor kien tajjeb is-save ta' Yann Sommer. Madankollu minuta wara l-Isvizzeri fetħu l-iskor meta HARIS SEFEROVIC rebaħ ballun barra l-kaxxa u b'xutt imdawwar fil-baxx xeħet il-ballun fir-rokna tax- xibka għas-sorpriża tal-players Torok. B'dan il-goal, Seferovic sar it-tielet player Svizzeru li skorja kemm fil-Euros kif ukoll fit-Tazza tad-Dinja, wara Xherdan Shaqiri u Admir Mahmed Fis-26 minuta, huma rduppjaw meta minn 35 metru bogħod XHERDAN SHAQIRI fajjar xutt imdawwar li spiċċa fir-rokna tas-saqaf tax-xibka fejn il-goalkeeper, Ugurcan Cakir, ma kellu l-ebda ċans li jsalva. Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Isvizzera setgħu kabbru l-iskor meta f'temp ta' żewġ minuti Steve Zuber falla żewġ ċansijiet faċli meta ż-żewġ tentattivi tiegħu kienu ċentrali minn pożizzjoni ideali. Għal dan in-nuqqas hu­ma pattew qares minħabba li fil-61 minuta, it-Turkija daħlu fil-partita meta minkejja li kien issikkat, IRFAN CAN KAHVECI venven xutt li spiċċa fis-saqaf tax-xib­ka. Iżda l-ferħ tat-Torok ma tantx dam minħabba li sitt minuti wara, l-Isvizzeri kabbru l-iskor meta minn kontrattakk veloċi, XHER­DAN SHAQIRI b'xutt qawwi faqa' x-xibka! Fis-77 minuta, Granit Xhaka kien sfortunat meta ġie mċaħħad mil-lasta. Kollox ma' kollox, dan kien tournament diżappuntanti għat-Turkija li sofrew tliet telfiet minn daqstant partiti. Raba' Uff. : Andreas Ekberg (Svezja)
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/boris-johnson-jikkonferma-dewmien-ta-erba-gimghat-fir-rilaxx-tar-restrizzjonijiet-kontra-l-covid-19/
null
inewsmalta.com
Boris Johnson jikkonferma dewmien ta' erba' ġimgħat fir-rilaxx tar-restrizzjonijiet kontra l-COVID-19 Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson, ikkonferma li r-restrizzjonijiet fil-ġlieda kontra l-COVID-19 se jkunu qed jibqgħu minn tal-inqas għal erba' ġimgħat li ġejjin. Dan kien imħabbar hekk kif, ir-Renju Unit reġa' ra żieda fil-każijiet tal-pandemija COVID-19 u anke fin-numru ta' mwiet kawża tal-istess imxija. Dan ifisser li l-limitu fuq kemm jista' jkun hemm nies f'barijiet, restoranti u attivitajiet tal-massa se jibqgħu. Ir-rilaxx tal-miżuri kien se jimmaterjalizza fil-21 ta' Ġunju.
[ 1, 10 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/ir-rabtin-jiccelebraw-il-festa-ta-corpus/
null
inewsmalta.com
Ir-Rabtin jiċċelebraw il-festa ta' Corpus Ritratti: Above the Horizon Hekk kif ninsabu ħerġin mill-pandemija, fir-Rabat ir-Rabtin iċċelebraw il-festa ta' Corpus. Mhux biss saru l-funzjonjiet fil-knisja, imma anke ħarġet il-purċissjoni tant devota kemm il-Ħadd filgħodu u anke l-Ħadd filgħaxija. Fir-Rabat, Corpus hi festa prinċipali tal-parroċċa. L-armar fil-knisja, b'mod partikulari l-altar, hu frott il-ħidma ta' nies tas-sengħa u artisti ta' ħila li x-xogħlijiet tagħhom huma wirt apprezzat mill-ġenerazzjonijiet tal-lum, Maltin u barranin. Il-Bażilika ta' San Pawl fir-Rabat, hi magħrufa għall-altar uniku tagħha armat għal din il-festa. Dan hu meqjus bħala patrimonju artistiku. Fil-parti ċentrali l-ġilandra tal-fidda, il-post li jilqa' l-Ewkaristija. Din ilha tintrama mill-1889. Jispikkaw imbagħad ix-xemgħat fejn hemm 22 gandilabru bi tlett xemgħat kull wieħed. B'kollox dan l-artal għandu 66 xemgħa.
[ 2 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/chelsea-binteress-konkret-fjack-grealish/
null
inewsmalta.com
Chelsea b''interess konkret' f'Jack Grealish Chelsea għandhom 'interess konkret' fl-iffirmar tal-playmaker ta' Aston Villa, Jack Grealish, matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Il-Blues huma mistennija li jsegwu lil numru ta' players ta' profil għoli wara li rebħu ċ-Champions League għat-tieni darba fl-istorja tagħhom. Filwaqt li jiżguraw l-firma ta' Erling Braut Haaland li huwa fil-quċċata tal-lista ta' xewqat ta' Roman Abramovich, jidher li s-sid ta' Chelsea huwa wkoll ħerqan li jara lil Grealish jasal fi Stamford Bridge. Abramovich ħabbar li huwa lest li jilħaq il-prezz mitlub minn Villa għall-internazzjonali Ingliż. Chelsea jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jikkompetu ma' Manchester City għas-servizzi ta' Grealish, li eventwalment jista' tiswa madwar £100 miljun. Minkejja li ma jridux ibiegħu lill-aħjar player tagħhom, Villa qed jevalwaw l-għażliet tagħhom fis-suq tat-trasferimenti wara li diġà ffirmaw lil Emiliano Buendia mingħand Norwich City.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/ritorn-ghal-adama-traore-ma-barcelona/
null
inewsmalta.com
Ritorn għal Adama Traore ma' Barcelona? Il-winger ta' Wolverhampton Wanderers, Adama Traore, issuġġerixxa li r-rappreżentanti tiegħu qed jissorveljaw kwalunkwe żvilupp f'Barcelona dan is-sajf. Wara li tela' fis-sistema tal-akkademja tal-club mill-Camp Nou, Traore għamel erba' dehriet għall-ewwel team qabel ma nbiegħ lil Aston Villa fl-2015. L-attakkant, li issa għandu 25 sena, huwa player internazzjonali stabbilit ma' Spanja, li jsita' jitqies bħala premju għall-wirjiet tiegħu matul l-aħħar tliet snin fil-Molineux Stadium. Madankollu, meta fadallu sentejn biss fil-kuntratt tiegħu, Traore qed ikun marbut ma' trasferiment ma' xi club ieħor, u jidher li ritorn ma' Barcelona huwa fuq l-aġenda tiegħu. Fil-fatt, Traore qal: "Barċellona hija d-dar tiegħi. Jien kbirt hemm, fejn domt nilgħab 10 snin. "Minn hawn 'il quddiem se jkollna nimmaniġġjaw mal-aġenti tiegħi u naraw liema rwol iridu Barcelona." Traore baqa' biss sostitut mhux utilizzat waqt l-ewwel żewġ logħbiet ta' Spanja f'Euro 2020.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/atletico-madrid-interessati-fhector-bellerin/
null
inewsmalta.com
Atletico Madrid interessati f'Hector Bellerin Atletico Madrid qed jikkontemplaw jekk jagħmlux offerta għad-difensur ta' Arsenal, Hector Bellerin. Wara li qatta' l-maġġoranza tal-karriera professjonali tiegħu mal-Gunners, iż-żagħżugħ ta' 26 sena jingħad li huwa miftuħ għal sfida ġdida. Numru ta' clubs madwar l-Ewropa, inklużi Paris Saint-Germain u Real Betis, ġew marbuta ma' pass għall-Ispanjol. Madankollu, Atletico Madrid se jissieħbu fit-tellieqa għad-difensur lemini jekk iċedu lil Kieran Trippier jew Sime Vrsaljko, dan is-sajf. Filwaqt li ċ-champions tal-La Liga jippreferu jżommu s-servizzi ta' Trippier, l-Ingliż jidher li ftit għandu interess li jestendi l-kuntratt tiegħu wara tmiem l-istaġun li ġej. Sitwazzjoni tista' timmaterjalizza b'mod realistiku fejn Bellerin jieħu post Trippier b'Atletico Madrid jagħmlu profitt żgħir.
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/euro-2020-l-ingilterra-jirbhu-grupp-d/
null
inewsmalta.com
Euro 2020: L-Ingilterra jirbħu Grupp D Ingilterra ……………1 Repubblika Ċeka …0 L-Ingilterra qamu għall-okkażjoni biex għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta' 1-0 biex rebħu Grupp D u li jfisser li fl-Aħħar 16 se jilagħbu kontra t-tieni post ta' Grupp F filwaqt li ċ-Ċeki spiċċaw fit-tielet post. L-Ingilterra kellhom bidu qawwi meta wara biss minuta u 50 sekonda huma ġew imċaħħda milli jiftħu l-iskor meta, wara li Raheem Sterling rċieva mingħand Luke Shaw, huwa antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper Tomas Vaclik billi llobja l-ballun iżda bl-għajta tal-goal, ħabat mal-lasta. Mandankollu, fit-12-il minuta l-Ingliżi fetħu l-iskor meta azzjoni mibdija minn Bukayo Saka, Jack Grealish xeħet cross insidjuż biex fuq it-tieni lasta kien hekk RAHEEM STERLING li bir-ras tefa' fix-xibka. Fil-25 minuta, Harry Ka­ne rċieva mingħand Harry Maguire fil-kaxxa … ik­kon­trol­la l-ballun iżda x-xutt bid-dawra ra lill-goalkeeper Ċek iwettaq save kbir. Fis-36 minuta, iċ-Ċeki resqu viċin meta x-xutt ta' Tomas Soucek għadda jħakkek mal-wieqfa, b'Jordan Pickford megħlub għal kollox. Fl-ewwel karta tat-tieni taqsima, iċ-Ċeki kienu spustati aħjar biex l-Ingliżi naqqsu l-momentum tar-ritmu li bih ġiegħlu lill-avversarji jirtiraw lura matul l-ewwel taqsima. Peró, eventalment l-Ingliżi reġgħu sabu l-forma biex ikkontrollaw mingħajr tant tbatija lill-avversarji. Fil-85 minuta, l-Ingliż ħasbu li skorjaw it-tieni goal meta Jude Bellingham għadda lejn Jordan Henderson li xeħet fix-xibka iżda kien f'pożizzjoni ta' offside u ġustament it-tentattiv tiegħu ġie mħassar. Bil-ħin għaddej, iċ-Ċeki dehru frustrati li ma setgħux isibu l-goal tad-draw fejn anke bdew jirrikorru għal daħliet xejn kumplimentużi. Din ir-rebħa għall-Ingliżi tfisser ukoll li huma se jilagħbu l-partita li jmiss f'Wembley Stadium biex se jkollhom il-vantaġġ home. Ammoniti : J. Boril (RĊ)
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/euro-2020-il-kroazja-fit-tieni-post-l-iskoccizi-eliminati/
null
inewsmalta.com
Euro 2020: Il-Kroazja fit-tieni post … l-Iskoċċiżi eliminati Kroazja ……..3 Skozja ………1 L-Iskoċċiżi temmew l-impenji tagħhom fil-Euro 2020 meta sfaw megħluba mill-Kroazja bl-iskor ta' 3-1 biex dawn tal-aħħar spiċċaw fit-tieni post u għaldaqstant fir-round tal-Aħħar 16 se jilagħbu kontra t-team li jispiċċa fit-tieni post ta' Grupp E. L-Iskoċċiżi ħarġu b'entużjażmu kbir u fis-sitt minuta huma resqu viċin li jiftħu l-iskor meta John McGinn xeħet cross pe­ri­koluż iżda Che Adams naqas li jikkonnettja mal-ballun minn taħt il-lasti. Mal-ħin, il-Kroati bdew jissetiljaw u fis-17-il minuta fetħu l-iskor meta Josip Juranovic xeħet fil-kaxxa avversarja fejn Ivan Perisic rebaħ id-dwell bir-ras kontra Stephen O'Donnell biex niżżel lejn NIKOLA VLASIC li laħaq qabel Callum McGregor u għeleb lil David Marshall. Wara dan il-goal, il-Kroati bdew jiddettaw il-logħob filwaqt li l-Iskoċċiżi sabuha diffiċli biex jirriorgnizzaw sakemm, fit-42 minuta, dawn tal-aħħar kisbu d- draw, mea d-difiża Kroata kklerjat qasir il-cross ta' Andy Robertson biex il-ballun waqa' f'saqajn Callum McGregor f'tarf il-kaxxa li b'xutt li ma jaħfirx xeħet fir-rokna tax-xib­ka. Erba' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-goalkeeper Skoċċiż wettaq save importanti fuq Josko Gvar­diol biex evita goal ċert. B'mod gradwali, il-Kroati reġgħu rebħu l-inizjattiva biex ma kienet l-ebda sorpriża li, fit-62 minuta, irduppjaw LUKA MODRIC irċieva l-ballun 20 metru bogħod mil-lasti u b'xutt imdawwar xeħet fix-xibka. Fis-77 minuta, il-Kroati għalqu l-partita meta skorjaw it-tielet goal meta IVAN PERISIC ikkonkluda bir-ras mill- corner ta' Modric li bla dubju kien l-aħjar player tal-logħba. Minkejja din it-telfa, l-Iskoċċiżi xorta waħda ingħataw ovazzjoni mill-partitarji tagħhom preżenti. Assistenti : Juan Pablo Belatti, Diego Bonfa (Arġentina)
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/euro-2020-spanja-jirbhu-partita-eccitanti/
null
inewsmalta.com
Euro 2020: Spanja jirbħu partita eċċitanti Kroazja ……..3 Spanja ………5 Spanja għaddew għall-kwarti-finali meta f'partita spettakolari għelbu lill- Kroazja bl-iskor ta' 5-3 liema partita marret fil-ħin barrani. Kienet partita mill-aktar eċċitanti li kien fiha xejn inqas minn tmien goals. L-ewwel ċans denju wasal mal-kwarta logħob min-naħa ta' Spanja meta Pedri fetaħ għal kollox lid-difiża Kroata bi through pass lejn Koke li quddiem il-goalkeeper, Dominik Livakovic, ixxuttja dgħajjef biex falla goal ċert. Fis-17-il minuta, l-Ispanjoli reġgħu resqu viċin meta Ferran Torres xeħet fuq it-tieni lasta fejn Alvaro Morata seta' għamel aħjar meta d-daqqa ta' ras tiegħu niżżilha 'l isfel minflok xeħet fix- xibka. Ta' dawn in-nuqqasijiet, l-Ispanjoli pattew qares għax fl-20 minuta, il-Kroati fetħu l-iskor … mingħajr ma kienu għadhom bnew attakk wieħed! Dan minħabba li min-nofs il-ground Pedri xeħet pass lura lejn sieħbu l-goalkeeper, li deher li kien se jikkontrolla l-ballun iżda qarraq bih biex ħabat ma siequ u baqa' sejjer fir-rokna tax-xibka. Dan il-goal kien doċċa kiesħa għall-Ispanjoli iżda ma damux ma jirriorganizzaw u fit-38 mi­nuta kisbu d-draw minn PABLO SARABIA wara sensiela ta' karamboli fil-kaxxa avversarja u minn sitt metri bogħod sammar il-ballun fix-xibka. Wara l-mistrieħ, Spanja baqgħu l-aħjar team u ma kienet l-ebda sorpiża li huma marru fil-vantaġġ, meta fis-57 minuta, Pedri beda l-azzjoni fejn avvanza sal-kaxxa u għadda lejn Torres fuq ix-xelluġ li xeħet cross insidjuż fejn CESAR Azpilicueta kkonkluda bir-ras. Fis-77 minuta, huma skorjaw it-tielet goal meta FERRAN TORRES dar mad-di­fensur Simon Sluga u b'xutt angolat xeħet fix-xibka. Izda l-Kroati għam­lu ri­mon­ta u skorjaw darbtejn biex il-partita marret fil-ħin barrani. Fil-85 minuta, MISLAV OR­SIC skorja wara taħwida quddiem il-lasti u fid-92 mi­nuta kien MARIO PASALIC li kkonkluda bir-ras mill-cross ta' Orsic. Iżda l-ferħ tal-Kroazja ma tantx dam minħabba li l-Ispanjoli skorjaw darbtejn minn Alvaro Morata (100) mill-cross ta' Dani Ol­mo u MIKEL OYARZABAL issiġilla r-rebħa (103) meta skorja wara cross perfett tal- istess Olmo. Raba' Uff. : Andreas Ekberg (Svezja) Ammoniti : M. Brozovic, Caleta-Car (K)
[ 15 ]
https://inewsmalta.com/2021/06/euro-2020-l-ukrajna-jikkwalifikaw-bgoal-fil-120-minuta/
null
inewsmalta.com
Euro 2020 – L-Ukrajna jikkwalifikaw b'goal fil-120 minuta Svezja ……..1 Ukrajna ……2 (wara l-ħin barrani) -Ukrajna għelbu lill- Isvezja bl-iskor ta' 2-1 liema partita marret fil-ħin barrani biex għaddew għall- kwarti-finali tal-Euro 2020, bl-avversarji li jmiss issa hu­ma l-Ingilterra. Sa mis-suffara inizjali, l- Is­vediżi ħarġu fuq l-offensiva biex ifittxu goal kmieni u fetħu pressjoni fuq id-difiża avversarja iżda mingħajr ma heddew serjament. Fuq in-naħa l-oħra, minn azzjoni mejta, fit-13-il minuta l-Ukreni resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Roman Yaremchuk irċieva l-ballun, u bid-difiża Svediża statika għall-aħħar, ġiegħel lill- goalkeeper Robin Olsen jinxteħet minn tulu biex evita goal ċert. Fis-27 minuta, l-Ukreni fetħu l-iskor meta Taras Stepanenko beda l-azzjoni lejn Andriy Yarmolenko li bl- outstep xeħet cross fuq it-tieni lasta hekk kif OLEKSANDR ZINCHENKO kien ġej bil-ġirja u venven xutt qawwi biex għeleb għal kollox lil Olsen. Żewġ minuti biss wara, minn azzjoni ta' corner, Sebastian Larsson ta l-impres­sjoni li seta' kiseb id-draw iżda sab lill-goalkeeper, Geor­giy Bushchan, attent. Imma tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Bushchan ma seta' jagħmel xejn mill-kanunata ta' Emil Forsberg li ġiet devjata minn Illia Zabarnyi. Fl-54 minuta, l-Ukreni kienu sfortunati meta laqtu l-lasta minn Sergiy Sydorchuk … u minuta wara, l-Isvediż Forsberg ġie mċaħ­ħad minn sieq il-lasta. Fil-65 minuta, Bushchan kien providenzjali meta salva b'diffikultá x-xutt ta' Kulusevski li deher destinat għas-saqaf tax-xib­ka … u tliet minuti wara Forsberg għeleb lill-istess Bushschan iż­da ġie mċaħħad mill-mimduda. Sad-90 minuta, l-is­kor baqa' l-istess biex il-partita marret fil-ħin barrani. Fid-99 minuta, l-Isvezja spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċ­ċa Marcus Danielson għal foul ikrah fuq Artem Besedin. U bil-partita kienet tidher li se tmur għall-għoti tal-penalties, proprju fil-120 minuta, l-Ukreni skorjaw il-goal tar-rebħa minn daqqa ta' ras tas-sositut Artem Dovbyk. Raba' Uff. : Davide Massa (Italja) Tkeċċa : M. Danielson 99 (S)
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/04/covid-19-il-portugall-jikkuntesta-t-tnehhija-mill-green-list-tar-renju-unit/
null
netnews.com.mt
L-awtoritajiet fil-Portugall qed jikkuntestaw id-deċiżjoni tar-Renju Unit biex pajjiżhom jitneħħa mill-Green List ta' pajjiżi ftit jew wisq 'sikuri' u, minflok, jitqiegħed fil-kategorija 'Amber' f'dak li jirrigwarda l-ivvjaġġar. It-trasferiment tal-Portugall għal 'Amber' ifisser li t-turisti Britanniċi mgħandhomx iżuru dan il-pajjiż fid-dawl tat-theddida mill-varjanti tal-Covid. Fl-istess ħin, il-Britanniċi li jirritornaw pajjiżhom mill-Portugall ikunu jridu jgħixu f'iżolament għal għaxart ijiem. Is-Segretarju Britanniku għat-Trasport, Grant Schapps, meta tkellem dwar din is-sitwazzjoni, irrefera għal żieda fil-każi tal-Covid fil-Portugall kif ukoll għal varjant – jew mutation – partikulari tal-virus li nstab f'dak il-pajjiż. Dan meta l-kumpanija Britannika tal-ivvjaġġar Tui qalet li mal-50 fil-mija tal-klijenti tagħha li mistennija jżuru l-Portugall matul dan ix-xahar mhumiex beħsiebhom iħassru din is-safra. Sadanittant, l-awtoritajiet u deputati tal-Gvern fil-Portugall qalu li ma jistgħux jaraw il-loġika għalfejn ir-Renju Unit neħħa pajjiżhom mill-Green List ta' pajjiżi. Din il-lista tirrikjedi li n-nies li jivvjaġġaw mill-Istati f'din il-kategorija isirulhom it-testijiet li hemm bżonn iżda mingħajr il-ħtieġa li huma jinżammu taħt kwarantina malli jitilqu lura lejn id-dar. Uħud mid-deputati Portugiżi qalu li filwaqt li kien hemm żieda tal-każi tal-virus fil-kapitali Lisbona, ir-rata tat-trasmissjoni 'hi ftit jew wisq simili għal tar-Renju Unit' u meta l-Portugiżi qegħdin iħarsu l-kriterji tas-sigurtà kollha fiċ-ċirkustanzi. Intant, seba' pajjiżi – l-Afganistan, il-Bahrain, il-Kosta Rika, l-Eġittu, is-Sri Lanka, is-Sudan u Trinidad & Tobago – żdiedu mar-Red List tar-Renju Unit li tfassal għall-pajjiżi 'fejn is-sogru relatat mal-firxa tal-coronavirus ilaħħaq mal-massimu'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/mason-greenwood-jirtira-mill-iskwadra-ingliza-ghall-euro-2020-minhabba-injury/
null
netnews.com.mt
L-attakkant ta' Man Utd Mason Greenwood irtira mill-iskwadra proviżorja tal-Ingilterra minħabba injury li qed isofri bħalissa. Gareth Southgate mistenni jħabbar l-iskwadra finali tal-Ingilterra għall-Euro 2020 fil-ħin li ġej. Southgate irid iħalli barra sitt plejers oħra biex jnaqqas l-iskwadra finali għal 26 plejer.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/03/imprendituri-maltin-jinsistu-li-jithallsu-ghal-xoghol-li-wettqu-fil-libja/
null
netnews.com.mt
Jason Azzopardi, PN Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzoppardi qal fil-parlament llejla li numru ta' imprendituri Maltin ilhom jistennew li jitħallsu għal xogħol li huma wettqu fil-Libja. Hu sostna li dawn għandhom jieħdu l-miljuni iżda huma jħossuhom abbandunati mill-gvern. Id-deputat Nazzjonalista qal li issa kien rapportat li Malta m'għandhiex diffikultajiet li jkunu rilaxxati madwar biljun dinar lill-gvern Libjan iżda l-gvern Malti għandu obbligu li l-Maltin jitħallsu mill-iktar flus qabel Malta tirrilaxxa l-biljun dinar Libjan. Jason Azzopardi kompla li dan hu legalment, moralment u politikament ġust mal-Maltin li ilhom jistennew is-snin biex jitħallsu.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/04/covid-19-il-white-house-jiddefendi-lil-anthony-fauci-fost-allegazzjonijiet-li-seta-heba-l-veru-rwol-tac-cina-fil-firxa-tal-virus/
null
netnews.com.mt
Il-White House ta' Washington qed jiddefendi lil Anthony Fauci – il-konsulent ewlieni tal-President tal-Istati Uniti dwar il-pandemija — fost allegazzjonijiet li hu seta' kien parti minn 'kumplott' biex ma jkunx żvelat 'il-veru sehem taċ-Ċina fil-firxa fatali tal-Covid-19'. Dan meta l-kritiċi konservattivi fl-Istati Uniti qed jissuġġerixxu li Fauci – li għal xhur sħaħ kien involut fil-battibekki mal-eks President Amerikan Donald Trump – seta kien parti minn 'cover up', b'uħud anki jallegaw li dan l-espert ewlieni spiċċa wkoll jieħu ġurament falz meta kien qed jaġġorna lill-Kungress Amerikan dwar l-impatt tal-virus. Anthony Fauci, mill-bidu tal-pandemija 'il hawn, kien 'il-wiċċ' tal-kampanja tal-Istati Uniti fil-konfront tal-Covid-19 u fejn hu kien imfaħħar u kritikat fuq l-istess livell. Intant, u filwaqt li s-Segretarju Stampa tal-White House, Jen Psaki, qalet li Fauci kien strumentali fl-impenji tal-Istati Uniti biex trażżan l-effetti tal-coronavirus, numru ta' emails ta' Fauci li kienu żvelati xi jiem ilu qajjmu dubji jekk hu appoġġjax 'b'ċerta qawwa' iċ-ċaħda taċ-Ċina li l-coronavirus seta ħareġ minn laboratorju fl-inħawi ta' Wuhan. L-emails ta' Fauci fir-rigward tal-pandemija ħarġu din il-ġimgħa għall-iskrutinju tal-media u dan l-espert ewlieni, issa, qed jgħid li uħud mill-emails partikulari kienu interpretati b'mod qarrieqi u li hu 'dejjem żamm miftuħa kull possibbiltà' dwar l-oriġini tal-virus' Intant, il-White House – 'b'mod partikulari l-President tal-Istati Uniti ( Joe Biden)' – stqarr li 'Antony Fauci kellu rwol inkredibbli fl-isforzi biex il-pandemija tinġieb taħt kontroll u fejn hu (Fauci) serva wkoll bħala kuntatt siewi mal-pubbliku fl-aħħar xhur diffiċli'. Madankollu – u filwaqt li mhemm l-ebda prova li l-Covid-19 oriġina f'laboratorju Ċiniż għall-iżvilupp tal-armi biokimiċi – il-President Biden ordna li ċ-ċirkustanzi jkunu suġġetti għal analiżi oħra bir-reqqa, fost ir-rabja taċ-Ċina li qed tiċħad assolutament għat-teorija speċifika. L-awtoritajiet Ċiniżi għadhom qed jorbtu l-ewwel każi tal-Covid-19 ma' suq li jbiegħ il-ħut u speċi ta' annimali slavaġ fl-inħawi ta' Wuhan. Dan ukoll meta x-xjenzati, fl-aħħar xhur, studjaw bir-reqqa t-teorija li l-virus qattiel kien trasmess lill-bniedem mill-annimali. Iżda hu minnu wkoll li l-aħħar rapporti mill-Istati Uniti indikaw aktar sinjali' li l-virus, minflok, seta' ħareġ minn laboratorju ta' Wuhan – u fejn mhux qed jiġi eskluż li l-oriġini vera tal-pandemija seħħet minn xi leak aċċidentali. Min-naħa tiegħu, l-eks President Amerikan, Donald Trump, ma tilifx żmien biex jikkummenta dwar l-aħħar żviluppi u qed isostni li 'Fauci, issa, għandu r-responsabbiltà li jwieġeb għal ħafna domandi'. Dan meta Trump, is-sena l-oħra, kien ikkritikat u kkundannat minn diversi esperti u awtoritajiet wara li hu qajjem il-possibbiltà li l-Covid-19 ħareġ 'speċifikament' mil-laboratorju ta' Wuhan. Fl-istess ħin Trump qed jissuġġerixxi li 'iċ-Ċina għandha tħallas somma ekwivalenti għal għaxar triljun dollaru lill-Istati Uniti u lid-dinja għall-imwiet u l-qerda li kkaġunat' – bil-Gvern komunista Ċiniż qed ikompli jiċħad it-teorija dwar il- leak mil-laboratorju bħala 'estremament impossibbli'.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/04/belarus-ifahhar-lil-lukashenko-waqt-ammissjoni-xaktarx-li-dovuta-ghal-tortura/
null
netnews.com.mt
Il-ġurnalista tal-Belarus li kien arrestat f'Minsk xi jiem ilu 'ammetta', waqt xandira, li kien strumentali fl-organizzazzjoni ta' protesti kontra l-Gvern ta' pajjiżu. Madankollu, qrabatu, wara, insistew hu kien sfurzat biex jgħid hekk, fost indikazzjonijietli l-ġurnalista kien qed ibati mill-'effetti ta' tortura'. Roman Protasevich, il-ġurnalista ta' 26 sena, kien arrestat f'Minsk ix-xahar li għadda wara li l-ajruplan li kien qed iwasslu lejn il-Litwanja ddawwar lura lejn il-Belarus bl-iskuża li kien hemm bomba abbord. Protasevich, magħruf bħala kritiku kbir tal-President tal-Belarus, Alexander Lukashenko, inżamm mill-qawwiet tas-sigurtà dritt wara l-inżul tal-ajruplan f'dak il-pajjiż u meta hu mniżżel fuq lista ta' Minsk 'għal individwi involuti f'attivitajiet terroristiċi'. Ftit tas-sigħat ilu, Protasevich tkellem fi stat imbikkem fuq it-Televiżjoni tal-Istat, fejn, faħħar lil Lukashenko u qal li hu kien ipprova jwaqqgħu mill-poter. Waqt l-intervista, il-ġurnalista deher bil-marki viżibbli ma' idejh – bl-attivisti tal-Oppożizzjoni flimkien mad-difensuri tad-drittijiet umani qed jabqlu li Protasevich spiċċa suġġett għal tortura. Fl-intervista, Protasevich qal li kien qed jitkellem volontarjament u li għalkemm hu, fil-passat, kien ikkritika lil Lukashenko, 'illum qed jirrispetta lill-President għaliex jifhem li hu qed jaġixxi bl-aħjar mod għal pajjiżu'. Fl-aħħar tal-intervista, il-ġurnalista infexx f'bikja u esprima tama li hum, xi darba, ikun jista' jiżżewweġ u jrabbi familja.. Il-Belarus ilu maħkum mit-tensjoni politika mis-sajf li għadda, meta Lukashenko insista li kien rebaħ l-elezzjoni għall-Presidenza minkejja l-akkużi (anki fuq livell internazzjonali) li l-vot kien imbagħbas. Ir-riżultat wassal għal protesti tal-massa fil-Belarus, bil-qawwiet tas-sigurtà jrażżnu d-dimostrazzjonijiet u b'diversi kapijiet tal-Oppożizzjoni jispiċċaw il-ħabs inkella kostretti għal ħajja f'eżilju.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/04/hong-kong-arrestata-fl-anniversarju-tal-massakri-tal-1989-fbeijing/
null
netnews.com.mt
Attivista favur id-demokrazija spiċċat arrestata mill-pulizija ta' Hong Kong waqt it-32 anniversarju tal-massakri fi Pjazza Tiananmen, f'Beijing. F'dak il-jum fatali – l-4 ta' Ġunju tal-1989 — l-Armata taċ-Ċina kienet qatlet numru kbir ta' studenti u attivisti huma u jipprotestaw għal sistema ta' ħajja aktar ħielsa. Il-mara arrestata, Chow Hang Tung, hi viċi-chairwoman tal-Hong Kong Alliance li jorganizza l-vejl annwali għall-vittmi tal-protesti storiċi tal-1989. Dan fost rapporti li hi nżammet mill-pulizija bħala persuna 'li kienet strumentali għall-attivitajiet pubbliċi li ma kenux awtorizzati'. It-tmexxija f'Hong Kong, għat-tieni sena konsekuttiva, ipprojbiet il-vejla għall-vittmi ta' Tiananmen fit-territorju partikulari u fejn issemmew 'ir-restrizzjonijiet għall-coronavirus' bħala raġuni. Il-pulizija fl-aħħar sigħat għalqu Victoria Park fejn is-soltu kienu jsiru l-avvenimenti sinboliċi fid-data tal-anniversarju, bil-qawwiet tal-liġi jibqgħu fuq standby biex jevitaw dimostrazzjonijiet illegali. Hong Kong u l-Makaw huma l-uniċi zoni fit-territorji amministrati miċ-Ċina fejn ir-residenti jistgħu jfakkru l-anniversarju ta' Tiananmen. Intant, l-awtoritajiet fil-Makaw ukoll ma permettewx li l-vejla ssir din is-sena.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/03/talba-lill-qorti-minn-brian-tonna-u-karl-cini-biex-jithallew-imorru-jghumu/
null
netnews.com.mt
Quddiem il-Maġistrat Donatello Frendo Dimech fejn kompliet tinstema' l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta' Brian Tonna, Karl Cini, saret talba minnhom biex ikunu jistgħu jmorru l-baħar u għalhekk jinħallu mir-restrizzjonijiet tagħhom li ma jersqux lejn il-kosta. Permezz tal-Avukat tagħhom Stephen Tonna Lowell huma ressqu applikazzjoni dwar il-curfew li kien imponut lilhom meta tressqu l-Qorti, dik li ma jitħallewx jersqu lejn xatt tal-baħar, bl-avukat tagħhom jgħid li ma kien hemm l-ebda riskju li dawn jaħarbu. Tonna u Cini, li huma sħab fil-kumpanija Nexia BT kienu tressqu l-Qorti f'Marzu li għadda flimkien ma' diversi persuni oħra u fost oħrajn qed jiġi mixlija bi frodi, korruzzjoni u ħasil ta' flus. Huma talbu wkoll biex jinbidel il-ħin ta' meta għandhom ikun ġewwa d-dar tagħhom. Il-Qorti qalet li ma kienx hemm oġġezzjoni mill-Avukat Ġenerali sakemm ma joħorġux l-barra aktar minn 100 metru u li ma jirkbux kull tip ta' opra tal-baħar. Il-Qorti mistennija tiddeċiedi dwar jekk tilqax it-talba jew le fi stadju ulterjuri. Tonna u Cini jridu jiffirmaw fl-għassa tal-Pulizija kuljum u jibqgħu ġewwa bejn it-8pm u s-7am. Biex ingħataw il-pleġġ Tonna u Cini iddepożitaw is-somma €60,000 kull wieħed u joqgħodu għal garanzija personali ta' €90,000 kull wieħed. Mill-investigazzjonijiet li saru ħareġ li Keith Schembri silef lil Brian Tonna €350,000 minħabba li dan kien għaddej minn proċeduri ta' separazzjoni, ma kienetx kredibbli u jirriżulta li Nexia BT kienet qed tagħmel accounting falz u esperti kkonkludew li l-kumpanija Willerby kienet qed tirċievi fondi b'mod mhux trasparenti. Apparti il-paga, l-impjegati ta' Nexia BT kienu jitħallsu ammont ta' flus kontanti, u li ma kienu jidhru f'ebda kont ieħor. Fost dawn Brian Tonna li kien jitħallas b'ċekkijiet u flus kontanti ta' xogħolu. F'kont fil-Lombard Bank hu kellu €624,000, flimkien ma depożiti f'żewġ kumpaniji oħra. L-Ispettur qalet li dan juri li l-verżjoni ta' Tonna, li silef xi flus mingħand Schembri, ma kienetx tagħmel sens, skont il-Prosekuzzjoni. Keith Schembri, missieru, Scerri u Zammit Sadanittant l-istess Maġistrat ippresiedit wkoll il-kumpilazzjoni separata tal-provi kontra Keith Schembri, missieru Alfio Schembri, l-impjegat tal-Kasco Limited Malcolm Scerri u l-kontrollur finanzjarju Robert Zammit. Huma wkoll jinsabu akkużati b'korruzzjoni, ħasil ta' flus u frodi. L-eks Chief of Staff reġa' ma kienx preżenti fil-qorti wara li kien eżentat milli jagħmel dan għal raġunijiet mediċi. Żewġ impjegati minn kumpaniji tal-istampar differenti xehdu dwar kif l-istamperiji tagħhom kienu jaħdmu u ħallsu skont il-klikks, ibbażati fuq kemm fil-fatt użaw il-magna tal-istampar HP li kienu xtraw mingħand il-Grupp Kasco. Eric Debono, direttur ta' stamperija f'Għawdex, qal li l-kumpanija tiegħu xtrat karti, magni u provvisti għall-istampar mingħand Kasco Paper u Kasco Engineering Ltd. Huwa spjega li ma xtrawx oġġetti tal-konsum għall-magni tagħhom minħabba li l-ispiża tagħhom kienet inkorporata fil-prezz li l-istamperija ħallset kull klikk. "Aħna nħallsu kull klikk mhux skont il-konsumabbli li huma inklużi fil-prezz għal kull klikk. Kull klikk tinħadem fuq is-saffi tal-kuluri użati. Hemm rata għal kull klikk. Il-magni huma konnessi direttament ma' HP u tinħareġ fattura fl-aħħar ta' kull xahar skont l-użu, "qal Debono. Waqt il-kontro eżami, huwa kkonferma li l-pulizija kienu tkellmu miegħu l-ewwel darba fit-13 ta 'Mejju, ħafna wara li l-akkużati tressqu l-qorti. F'dan il-punt, l-avukati Mark Vassallo u Edward Gatt ilmentaw li x-xhieda ġew avviċinati u mitkellma mill-pulizija waqt li l-proċeduri kontra l-klijenti tagħhom kienu diġà għaddejjin. "Għalkemm legalment ammissibbli, huwa deplorabbli minħabba li d-deċiżjoni li tittieħed kawża ttieħdet mill-pulizija qabel ma l-pulizija saħansitra kellhom l-evidenza kollha f'idejha," ilmenta Gatt. Gatt qal li d-difiża kienet qed tirriżerva d-dritt tagħha dwar ksur possibbli tad-drittijiet tal-bniedem għax ix-xhieda ġew interrogati wara li nħarġu l-akkużi. Ron Mifsud, id-direttur maniġerjali ta' Impressions Limited fil-Marsa, kumpanija li toffri stampar, disinn u sinjali diġitali, ikkonferma wkoll li ġie msejjaħ minn spettur tal-pulizija u mistoqsi fuq telefonata. Il-każ ikompli fit-12 ta' Lulju. L-avukati tal-Avukat Ġenerali Antoine Agius Bonnici, Andrea Zammit u Sean Scerri de Caro mħarrka, megħjuna mill-ispetturi Anne Marie Xuereb u Leanne Bonello. L-avukati Steve Tonna Lowell, Franco Debono, Michael Schiriha u Matthew Xuereb kienu wkoll avukati difensuri.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/petra-kvitova-kostretta-tirtira-mir-roland-garros/
null
netnews.com.mt
Wara li Naomi Osaka rtirat mir-Roland Garros minħabba l-kontroversja wara li qalet li ma kinitx lesta tagħti kummenti lill-midja, it-tennista numru ħdax fit-dinja, Petra Kvitova kienet kostretta tirtira wkoll wara li weġgħat wara inċident sfortunat il-Ħadd li għadda. Kvitova ħabbret dan fuq il-midja soċjali tagħha fejn qalet li huwa ta' dispjaċir li kellha tiritira minn dan it-tournament prestiġjuż. Fl-ewwel u l-unika partita tagħha fl-Open ta' Franza, Kvitova għelbet lil Greet Minnen 6-7 7-6 6-1. Intant Rafael Nadal beda t-triq tiegħu lejn l-14-il titlu tar-Roland Garros b'rebħa konvinċenti kontra Alexei Popyri fejn għalbu 6-3 6-3 7-6.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/03/psg-vicin-li-jiffirmaw-lil-gianluigi-donnarumma/
null
netnews.com.mt
Rapporti fil-midja Ingliża qed jindikaw li PSG jinsabu viċin li jiffirmaw lil Gianluigi Donnarumma, hekk kif fi tmiem dan l-istaġun jintemm il-kuntratt tiegħu ma' Milan. Madankollu, PSG mistennija jisilfu lil Donnarumma lura ma' tim fis-Serie A. Donnarumma naqas milli jilħaq ftehim ma' Milan dwar estensjoni tal-kuntratt u għalhekk se jkun jista' jingħaqad ma' min irid, hekk kif jintemm il-kuntratt fit-30 ta' Ġunju. Donnarumma għamilha ċara li jrid jilgħab fiċ-Champions League, bl-alternattivi fl-Italja jkunu Inter, Juventus u Atalanta, li flimkien ma' Milan ikkwalifikaw għall-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/02/carmelo-abela-mhux-lest-jiffaccja-lill-ahwa-degiorgio/
null
netnews.com.mt
Il-Ministru Carmelo Abela llum fil-parlament ma weġibx għall-isfida mill-PN biex jffaċċja lill-aħwa Degiorgio li qed isostnu li hu kien involut fl-attentat ta' hold-up fl-HSBC u ma ċaħadx li kien ta r-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru Robert Abela. Fil-parlament llejla d-deputat Nazzjonalista David Thake rrifera għall-gazzetti tal-lum fejn hemm rapport dwar l-ittra li nktibet lill-Kummissarju Ewropej dwar l-allegat involviment tal-Ministru Abela f'attentat ta' hold-up f'bank u staqsa jekk f'ġieħ l-integrità tal-gvern, tal-parlament u tal-isem tal-pajjiż l-Ministru Abela jħossx li l-pożizzjoni tiegħu mhix tenibbli u jekk hux se jagħmel libell lill-aħwa Degorgio. Għaliex għandek diffikultà tiffaċċja lill-aħwa Degiorgio; għax hemm ir-reputazzjoni tiegħek u ta' pajjiżna fin-nofs!, irrimarka David Thake, li sostna li l-parlament għandu dritt ma jkollux dellijiet. Il-Ministru Carmelo Abela qal li din hi gidba fabbrikata ta' storja ineżistenti 11-il sena wara li ġrat. Hu sostna li kien fetaħ libell lil min akkużah dwarha u kien se jieħu l-pariri. Jien ma nitkellimx mal-kriminali; jien nibqa' niġġieled mal-kriminali u nieħu l-pariri dwar il-pożizzjoni tiegħi, sostna l-Ministru Carmelo Abela. Il- Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li l-Ministru Abela għajjar żibel u kriminali lill-Oppożizzjoni u sostna li dan mhux aċċettabbli u għalhekk għandhom ikunu irtirati. L- Ispeaker qal li kull kelma li ntqalet mid-deputati jridu jkunu irtirati kemm mill-Gvern kif ukoll mill-Oppożizzjoni. Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal li huma kienx qed jirreferi għall-Ministru Carmelo Abela waqt li l-Ministru Abela qal li ma kellu porblema jirtira l-kliem li hu jħoss li mhux xieraq. Hu sostna li l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Ministru Abela huma serji ħafna iżda s'issa għadu ma għamilx libell lill-aħwa Degiorgio. Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni David Agius ressaq point of order fuq l-allegazzjonijiet tal-Ministru Carmelo Abela u sostna li Carmelo Abela għandu jispeċifika dwar liema deputati tal-PN jiltaqgħu mal-kriminali. Il-Ministru Abela wieġeb li hu kien qed jirreferi għal elementi mill-Oppożizzjoni. Mistqosi jekk offriex ir-riżenja tiegħu wara r-rapporti tal-lum, il-Ministru Carmelo Abela qal li hu jitkellem mal-Prim Ministru fuq kull ħaġa li jħoss.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/02/shevchenko-jsejjah-is-26-player/
null
netnews.com.mt
Andriy Shevchenko sejjaħ 26 player għall-fażi finali tal-Euro 2020 wara li kien minn tal-ewwel li sejjaħ skwadra proviżorja. Fost il-player li jispikkaw hemm id-difensur ta' Manchester City Oleksandr Zinchenko li lagħab fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea u l-midfielder ta' West ham Andriy Yarmolenko. L-Ukranja se tkun qed tilgħab fi Grupp Ċ mal-Olanda, il-Maċedonja ta' Fuq u l-Awstrija.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/02/rebhiet-ghall-ingilterra-u-franza-fil-partiti-ta-hbiberija-bi-preparazzjoni-ghall-euro-2020/
null
netnews.com.mt
L-Ingilterra kisbu rebħa ta' 1-0 kontra l-Awstrija f' Middlesbrough, fl-ewwel partita tagħhom bi preparazzjoni għall-Euro 2020. L-iskwadra żagħżugħa sabitha xi ftit diffiċli biex toħloq ċansijiet perikolużi, b'bosta mill-plejers magħżula minn Gareth Southgate ma kienux disponibbli. L-aħbar ewlenija minn din il-partita kienet l-injury ta' Trent Alexander-Arnold. Minkejja dan u minkejja d-diversi plejers neqsin għall-Ingilterra, kien Bukayo Saka li fis-56 minuta skorja mill-viċin wara azzjoni maħduma tajba bejn Jack Grealish u Jesse Lingard, għal skor finali ta' 1-0. L-Olanda iddiżappuntaw xi ftit hekk kif temmew fi draw ta' 2-2 kontra l-Iskozja. L-Iskozja marru fil-vantaġġ fil-15-il minuta meta minn pass ta' Stuart Armstrong kien Jack Henry li kkonkluda ġewwa. Madankollu l-Olanda ġabu l-gowl tad-draw żewġ minuti wara permezz tal-attakkant prolifiku Memphis Depay. Iżda l-Iskoċċiżi reġgħu ħadu l-vantaġġ meta minuta biss wara li daħal fil-ground Kevin Nisbet gġeleb lil Tim Krul wara cross ta' Andrew Robertson. Iżda l-Olanda għal darb'oħra permezz ta' Memphis Depay ġabu d-draw fid-89 minuta biex salvaw draw fl-ewwel partita ta' ħbiberija tagħhom qabel il-Euro 2020. Iċ-champions mondjali Franza għelbu lil Wales bl-iskor ta' 3-0. Franza fetħu l-iskor fil-35 minuta meta x-xutt ta' Adrien Rabiot kien salvat parzjalment minn Wayne Hennessey, b'Kylian Mbappe jirreaġixxi qabel kulħadd u b'volley tajjeb tefa' fix-xibka. Franza irdoppjaw fit-48 minuta meta minn pass ta' Kylian Mbappe, din id-darba kien l-attakkant ta' Barcelona Antoine Griezmann li b'xutt minn mid-distanza ikkonkluda ġewwa. Ousmane Dembele żied it-tielet gowl għall-Franza fid-79 minuta. Il-Ġermanja kienu miżmuma fi draw ta' 1-1 mid-Danimarka. Il-Ġermanja marru fil-vantaġġ fit-48 minuta meta wara żball fid-difiża ta' Daniża kien Florian Neuhaus li approfitta u bil-lemin tefa' fil-lasta għal 1-0. Madankollu id-Danimarka kisbu l-gowl tad-draw fil-71 minuta meta wara pass preċiż ta' Christian Eriksen, kien Yussuf Poulsen li skorja, għal skor finali ta' 1-1.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/appell-biex-ma-tinqeridx-il-bajja-tal-balluta-bfast-ferry-service/
null
netnews.com.mt
Karl Gouder, PN Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex il-Bajja tal-Balluta ma tinqeridx bil-proġett tal -fast ferry service li se jsir; dan hu l-aħħar ċans biex tissolva din il-bajja. Fl-Aġġornament tal-parlament illejla Karl Gouder qal li fast ferry service li se jsir fil-Balluta se jikkaġuna sfreġju bil-moll li qed jinbena. Dan is-servizz m'għandux jgħaddi mill-Bajja tal-Balluta għaliex hemm alternattivi oħra. Il-PN qed jipproponi l-pixxina tal-klabb tal- waterpolo ta' San Ġiljan issir bil-livelli skont il-kapaċitajiet tal- waterpolo fil-pajjiż. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-problema li hemm hi l- fast ferry service li se jibqa' dieħel fil-Bajja tal-Balluta qrib il-klabb ta' San Ġiljan. Il-post fejn se jieqaf dan is-servizz hi bajja naturali li titgawda mill-komunità ta' San Ġiljan. Dan is-servizz se jkollu effetti fuq din il-bajja bil-vapur li jidħol u joħroġ xi 20 darba kuljum. Hu appella lill-gvern għas-sens komun biex dan l-isfreġju ma jsirx f'din il-Bajja iżda jsir f'post ieħor; il-PN mhux kontra s-servizz iżda hu għajb li l-gvern se jibqa' jwebbes rasu li jirrovina bajja darba għal dejjem. Dan is-servizz se jkollu impatt fuq it-traffiku fi triq traffikuża fiċ-ċentru ta' San Ġiljan u li diġà hi traffikuża ħafna. Issa se jiżdiedu l- coaches li jwasslu lit-turisti. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-bini tal-pixxina hi biss skuża biex tinqered il-Bajja tal-Balluta; anki l-kunsill lokali tkellem fuq alternattivi għall- fast ferry service li għandu jsir biex jitnaqqas it-traffiku u l- istress mit-toroq. Dan il-proġett se jwassal għal iktar pressjoni fuq it-toroq tal-madwar, sostna Karl Gouder.
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/messagg-emozzjonali-minn-karim-benzema/
null
netnews.com.mt
Hekk kif reġa kien imsejjaħ fl-iskwadra ta' Franza għall-ewwel darba wara sitt snin waqt konferenza tal-aħbarijiet, Benzema rringrazzja lill-kowċ ta' Franza Didier Deschamps tal-fiduċja li wera fih. Fl-istess konferenza, Benzema għadda messaġġ emozzjonali lil ommu fejn qalilha li jħobba u rringrazzja ta' dak kollu li għamlet miegħu.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/illejla-fl-azzjoni-hames-timijiet-finalisti-tal-euro-2020/
null
netnews.com.mt
Għaxar t'ijiem biss 'il bogħod mill-bidu tas-16-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-UEFA, u fil-jiem ta' qabel il-bidu ta' dan it-turnament, ta' kuljum qed ikomplu jintlagħabu aktar partiti ta' ħbiberija. Illejla se jkunu fl-azzjoni xejn inqas minn ħames pajjiżi finalisti, b'tnejn minn dawn saħansitra se jkunu qed jilgħabu kontra xulxin. Fis-6pm | Kroazja kontra Armenja Il-Kroazja se tkun qed tilgħab l-ewwel logħba tagħha minn wara l-aħħar partita li lagħbet, f'Marzu li għadda kontra Malta. Dak in-nhar il-Kroati rebħu 3-0 iżda kellhom jitħabtu mhux ftit kontra l-iskwadra taħt it-tmexxija tal-kowċ Devis Mangia. Kontra l-Armenja, il-Kroati jibdew bħala favoriti, hekk kif din se tkun l-ewwel darba li dawn iż-żewġ pajjiżi se jilgħabu kontra xulxin. Ta' min jinnota li preżentament, l-Armenja hi waħda mill-attrazzjonijiet l-aktar interessanti tal-futbol Ewropew, fejn rebħu dejjem fl-aħħar ħames partiti, inkluż kontra l-Maċedonja ta' Fuq, l-Iżlanda u aktar riċenti r-Rummanija. Fis-6pm | Slovakkja kontra Bulgarija It-tim nazzjonali Slovakk, li f'Marzu li għadda ukoll lagħab kontra Malta u għal ftit ma tilifx il-partita ukoll, illum se jkun qed jilgħab l-ewwel minn żewġ partiti ta' ħbiberija qabel il-bidu tal-Euro 2020, kontra l-Bulgarija. Wara d-dro ta' 2-2 kontra Malta, is-Slovakki kienu rebħu 2-1 kontra r-Russja, biex għollew il-moral tagħhom. L-avversarji tagħhom, il-Bulgarija, li m'humiex wieħed mill-pajjiżi finalisti tal-Euro 2020, ilhom ħames partiti konsekuttivi ma' jirbħu. Fis-6pm | Maċedonja ta' Fuq kontra Slovenja Il-captain tal-Maċedonja ta' Fuq, Gorand Pandev jiċċelebra wara gowl Il-Maċedonja ta' Fuq hu wieħed miż-żewġ pajjiżi li se jkun qed jagħmel id-debutt fil-fażi finali tal-Euro. Illum fis-6pm, din l-iskwadra se tkun qed tilgħab partita ta' ħbiberija kontra s-Slovenja, wara li fl-aħħar ħarġa tagħha, fil-31 ta' Marzu li għadda, kienet wetqet sorpriża kbira b'rebħa ta' 2-1 kontra l-Ġermanja, fil-grupp ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li jmiss. Slovenja, m'humiex wieħed mit-timijiet finalisti tal-Euro 2020, iżda jinsabu fil-grupp ta' Malta, għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja li jmiss. Huma rebħu logħba minn tlieta, kontra l-Kroazja, iżda tilfu fit-tnejn ta' wara kontra r-Russja u Ċipru rispettivament. Fid-8:45pm | Polonja kontra Russja Din il-partita għandha tkun waħda interessanti bejn żewġ pajjiżi li se jkunu fost l-24 tim finalist tal-Euro 2020. Il-Polonja għandhom ranking tal-FIFA ħafna aħjar minn tar-Russi u t-tnejn li huma ftit i xejn kellhom riżultati tajba fl-aħħar partiti li lagħbu. Immexxija mill-kowċ Portugiż, Paulo Sousa, il-Polonja qed jaspiraw li jkunu wieħed miż-żewġ timijiet li jgħaddu mill-grupp rispettiv tagħhom għal mal-aħħar sittax tal-Euro 2020. Fuq il-karta, l-iskwadra tal-iskorer prolifiku, Robert Lewandowski huma favoriti li javvanzaw fil-Euro 2020, ferm iktar milli huma favoriti li jagħmlu dan, ir-Russja. Immexxija minn Stanislav Cherchesov, l-istess kowċ li kien fit-tmun tat-tim meta r-Russi waslu sal-kwarti tal-finali fl-aħħar Tazza tad-Dinja, ir-Russja se jkunu qed jilgħabu f'grupp, fil-fażi finali tal-Euro 2020, li ma jpoġġihomx fost il-favoriti li javvanzaw. Huma se jkunu qed jilgħabu fl-istess grupp tal-Belġju, Danimarka u l-Finlandja.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/cillessen-mhux-se-jilghab-fil-euro-2020-wara-li-rrizulta-pozittiv-ghall-covid-19/
null
netnews.com.mt
Il-goalkeeper tal-Olanda Jasper Cillissen mhux se jkun qed jilgħab fil-Euro 2020 wara li rriżulta pożittiv għall-Euro 2020. Cillissen irriżulta pożitti il-ġimgħa li għaddiet bil-kowċ tal-Olanda Frank de Boer jagħżel li jħalli barra lill-istess goalkeeper. Cillissen kien se jkun il-goalkeeper numru wieħed tal-Olanda biex b'hekk issa il-goalkeeper ta' AZ Alkmaar Marco Bizot jissejjaħ minfloku.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/03/christian-spiteri-hu-r-rebbieh-malta-bov-epremier-league-2020-21/
null
netnews.com.mt
Għat-tieni sena konsekuttiva, Christian Spiteri f'isem Santa Lucia F.C. huwa r-rebbieħ tal-Malta BOV ePremier League għall-istaġun 2020/21. B'hekk Spiteri ma tilef qatt f'żewġ staġuni, fejn minn 32 partita, rebaħ 29 partita u kiseb 3 draws.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/03/l-aqwa-xi-li-mhux-se-jilaghbu-fil-euro-2020/
null
netnews.com.mt
Fil-Euro 2020 se jkunu qed jilagħbu fost l-aqwa talenti fl-Ewropa, iżda uħud minn dawn il-players se jkunu qed jitilfu dan it-tournament minħabba injury jew inkella għax it-tim nazzjonali ta' pajjiżhom ma kwalifikax. Goalkeeper | Marc Ter-Stegen (Ġermanja) Il-goalkeeper ta' Barcelona Marc Ter-Stegen se jkun qed jitlef il-Euro 2020 minħabba injury li sofra lejn tmiem l-istaġun, liema injury se tkun qed tħallih barra minn dan it-tournament. Right-back | Aaron Wan-Bissaka (Ingilterra) Id-difensur laterali ta' Manchester United mhux se jkun qed jilgħab wara li ma kienx magħżul minn Gareth Southgate. Il-kowċ nazzjonali Ingliż għażel li jsejjaħ erba' right-back għal dan it-tournament, b'Wan-Bissaka jitħalla barra minkejja l-istaġun pożittiv li kellu mar-Red Devils. Difensur Ċentrali | Dayot Upamecano (Franza) Id-difensur il-ġdid ta' RB Liepzig, Dayot Upamecano ma kienx magħżul mill-kowċ Franċiż Didier Deschamps minkejja li kellu wieħed mill-aqwa staġuni fil-karriera tiegħu. Id-difensur ta' 22 sena qed ikkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa difensuri fl-Ewropa. Difensuri | Virgil Van Dijk (Olanda) Id-difensur ta' Liverpool mhux se jkun qed jilgħab fil-Euro 2020 wara injury li sofra injury f'irkopptu f'Ottubru li għadda fid-Derby ta' Merseyside kontra Everton. Van Dijk kien se jkun il-captain tal-Olanda f'dan it-tournament. Difensur Ċentrali | Sergio Ramos (Spanja) Id-difensur ta' Real Madrid ma kienx magħżul mal-24 player imsejjħa minn Luis Enrique. Ramos li lagħab f'kull tournament internazzjonali sa mill-2004, kellu staġun imtappan minn injury u b'hekk ma tantx lagħab f'dan l-istaġun tant li kellu effett fuq l-għażla tal-kowċ Spanja. Minkejja li t-tim tiegħu fil-Premier League ma kellux staġun mill-aqwa, id-difensru ta' 24 sena ħalla l-impatt tiegħu f'dan l-ewwel staġun tiegħu fl-Ingilterra. Midfielder | Saul Niguez (Spanja) Minkejja li rebaħ il-kampjonat fi Spanja, Niguez ma kienx imsejjaħ fil-lista finali ta' Spanja hekk kif Enrique għażel li jmur għall-midifelder żagħżugħ ta' Barcelona Pedri. Midfielder | Eduardo Camavinga (Franza) Iż-żagħżugħ ta' 18-il sena Eduardo Camavinga ma kienx imsejaħ fil-lista finali ta' Didier Deschamps minkejja li qed ikun ikkonsidrat bħala wieħed mill-aqwa żagħżagħ fis-snin li ġejjin fost l-interess ta' bosta klabbs ewlenin minn madwar l-Ewropa. Midfielder | Marco Reus (Ġermanja) Il-midfielder ta' esperjenza Marco Reus iddeċieda li ma jkunx fl-iskwadra tal-Ġermanja hekk kif qal li jrid jirkupra minn staġun intensiv li għadu kemm kellu. Fil-passat Reus sofra bost injuries li ċaħħduh minn numru ta' partiti. Attakkant | Mason Greenwood (Ingilterra) L-attakkant Ingliż ta' 19-il sena kellu jiritra mill-iskwadra proviżorja tal-Ingilterra jum wieħed biss qabel ma' Gareth Southgate sejjaħ l-iskwadra finali. Greenwood li kellu staġun mill-aqwa ma' Manchester United kien wieħed mill-players li kien viċin ferm li jagħmilha għall-Euro 2020. Attakkant | Zlatan Ibrahimovic (Żvezja) L-attakkant veteran Zlatan Ibrahimovic wara li għamel ir-ritorn tiegħu mat-tim nazzjonali mhux se jkun qed jilgħab wara li ma rkuprax fil-ħin għall-Euro 2020.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/itennu-l-appell-biex-il-progett-ikun-irrifjutat/
null
netnews.com.mt
Ma jistax ikun li jsir żvilupp industrijali f'zona barra mill-iżvilupp bħal din u b'qerda għall-uniku pulmun li fadal f'Ħal Farruġ. Din hi r-reazzjoni tar-residenti ta' din iz-zona, li qed jesprimu d-diżappunt tagħhom għall-fatt li l-proġett ta' żvilupp ippjanat quddiem iz-Zona Residenzjali. Fosthom Kevin Bonanno, li tkellem ma' NET News. Ir-residenti ilhom għal dawn l-aħħar tliet snin jgħidu li l-iżvilupp mhux aċċettabbli wkoll għax hu protett bħala wied, iżda wkoll għax hu razzett li sal-applikazzjoni kien għadu qed jopera u allura ma jistax jinqaleb l-użu tiegħu. Fil-fatt – bl-appoġġ ukoll ta' għadd ta' NGOs – ir-residenti ressqu l-ilment tagħhom bit-tama li jsalvaw dak li fadal minn din il-medda agrikola ta' madwar 18,600 metru kwadru, fejn hu ppjanat li z-zona mibnija se tkun tammonta għal aktar minn 2,300 metru kwadru. Wara li kienu nnutati dawn il-punti u oħrajn, l-iżviluppatur ċekken il-proġett, iżda għal darb'oħra l-Case Officer irrifjuta din l-applikazzjoni. Għaldaqstant, Kevin tenna l-appell tar-residenti, li l-applikazzjoni għandha tiġi deċiża abbażi tar-regolamenti preżenti, fosthom dawk tekniċi ta' żvilupp u rurali. Dan hekk kif qed jistennew id-deċiżjoni fis-seduta tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar skedata għall-Ħamis li ġej. Ir-resident qal li huma jemmnu li jekk dan il-proġett jiġi approvat, ikun il-bidu tat-tmiem ta' dan il-wied u ta' widien oħra.
[ 7 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/is-settur-pubbliku-jrid-ikun-ghas-servizz-tac-cittadin-u-jelimina-l-burokrazija/
null
netnews.com.mt
Joe Ellis, PN Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis sostna fil-parlament li s-settur pubbliku jrid ikun għas-servizz taċ-ċittadin u jelimina l-burokrazija Joe Ellis qal li l-iskop tad-direttiva tal-UE jinkludi wkoll is-settur ekonomiku u staqsa għaliex il-gvern ma daħħalx din id-direttiva qabel kif għamlu pajjiżi barranin billi fetħu dibattitu fis-soċjetà. L-informazzjoni tas-settur pubbliku hi kbira ħafna u għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd, hemm għall-akkademiċi kif ukoll għas-settur kummerċjali. Id-deputat Nazzjonalista kompla li d-direttiva trid tkun implimentat sas-16 ta' Ġunju 2021 u appella biex is-settur pubbliku jagħmel użu minn din id-direttiva. Joe Ellis kompla li fis-settur pubbiku mhux kollox perfett għaliex hemm ħafna problemi b'nuqqas ta' riżorsi. Hu qal li l-Qorti ta' Għawdex hi bla ħaddiema waqt li f'Malta hemm problemi simili; f'ħafna postijiet kritiċi m'hemmx nies biżżejjed. Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-settur pubbliku għandu juża t-teknoloġija għall-ġid taċ-ċittadin għandu juża' l-informazzjoni li diġà għandu flok jitlobha liċ-ċittadin. Jeħtieġ li l-burokrazija żejda tinqata', sostna Joe Ellis, li kompla li l-ħaddiema tal-parlament huma mill-iktar effiċjenti u għandhom ikunu l-mudell tas-settur pubbliku Ikkummenta //= $special ?>
[ 12 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/02/is-slovakkja-minghajr-l-attakkant-david-strelec-ghall-euro-2020/
null
netnews.com.mt
L-Islovakkja se jkollhom jmorru għall-Euro 2020 mingħajr l-attakkant żagħżugħ Dávid Strelec wara li weġġgħa fid-draw ta' 1-1 kontra l-Bulgarija. Il-coach Slovakk Stefan Tarkovic sejjaħ l-iskwadra finali ta' 26 plejer ġurnata wara l-partita ta' ħbiberija fl-Awstrija, fejn it-tim jinsab għaddej bil-kamp ta' taħriġ. Minkejja dan il-veteran Marek Hamsík, id-difensur ta' Hertha Berlin Peter Pekarik, id-difensur Juraj Kucka kif ukoll il-midfielder Vladimir Weiss, kollha huma parti mill-iskwadra finali.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/il-prosekuzzjoni-tiddikjara-li-ghalqet-il-provi-fil-qtil-ta-lassana-cisse/
null
netnews.com.mt
Sentejn mill-qtil tal-immigrant Ivorjan Lassana Cisse, il-prosekuzzjoni li ressqet l-akkużi kontra żewġ eks suldati akkużati bil-qtil, qalet lill-Qorti li m'għandhomx provi oħra xi jressqu. Francesco Fenech ta' 22 sena u Lorin Scicluna ta' 23 sena t-tnejn qed iwieġbu mhux ħatja għal dak li jidher li huwa l-ewwel qtil ta' Malta mmotivat mir-razziżmu. Il-vittma kien miexi lejn id-dar eżatt qabel il-11: 00pm f'dak il-lejl tas-6 ta' April fl-2019 wara li segwa logħba futbol, ​​meta seħħ l-isparar fatali. Iż-żewġ eks suldati tal-AFM jinsabu wkoll akkużati bl-attentat ta' qtil ta' żewġ migranti oħra li sofrew ġrieħi gravi fl-istess inċident ta' sparar li seħħ dak il-lejl fatali fi Triq il-Ġebel, Birżebbuġa. Iż-żewġ akkużati ilhom bil-libertà proviżorja minn Diċembru 2019 wara li l-Qorti tal-Maġistrati ordnat il-ħelsien tagħhom mill-kustodja preventiva taħt sensiela ta' kundizzjonijiet. Dak id-digriet ġie sussegwentement ikkonfermat mill-Qorti Kriminali, wara appell ippreżentat mill-Avukat Ġenerali li qajjem numru ta 'argumenti inkluż ir-riskju ta' diżordni pubblika maħluqa mill-allegat reat. Madanakollu l-Imħallef Edwina Grima kienet iddikjarat li biex argument bħal dan ikun ġustifikabbli, kellu jkun hemm "biża 'vera" aktar milli waħda li kienet ta' fantasija jew ipotetika. Meta l-każ tagħhom kompla, iż-żewġ eks suldati semgħui lill-Maġistrat Ian Farrugia jittratta xi rekwiżiti formali li saru mill-Avukat Ġenerali. Kienet sessjoni qasira li matulha uffiċjal tal-pulizija, s-Surġent Antoine Fenech, irritorna fuq il-pedan a tax-xhieda biex jippreżenta paġna waħda li dehret li kienet nieqsa minn rapport tekniku sottomess qabel. Dak ir-rapport kien jinkludi ritratti u immaġni fissi flimkien ma' spjegazzjoni teknika dwar kif dawn inkisbu u ntużaw mill-investigaturi. Meta eżamina r-rekords tal-każ, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien innota li paġna partikolari waħda kienet nieqsa. Dik il-paġna, li fiha "immaġni mtejba", ġiet ippreżentata kif suppost mill-uffiċjal li kkonferma li kienet parti integrali tar-rapport. Wara li ttrattaw numru ta' formalitajiet oħra, u b'hekk żguraw li r-rekords kienu sħaħ u intatti, is-Supretendenti Keith Arnaud u Trevor Micallef infurmaw lill-qorti li l-prosekuzzjoni kienet għalqet b'mod definittiv l-istadju tal-provi tagħha. Il-każ ikompli f'Lulju. L-avukati Giannella de Marco u Stephen Tonna Lowell assistew lil Fenech. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Kris Busietta assistew lil Scicluna.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/02/il-partitarji-li-se-jmorru-baku-se-jkunu-ezentati-milli-jaghmlu-kwarantina/
null
netnews.com.mt
Il-partitarji ta' Wales, it-Turkija, l-Iżvizzera u r-Renju Unit se jkunu eżentati milli jagħmlu kwarantina malli jaslu f'Baku l-Azerbaijan biex isegwu l-partiti tal-Euro 2020. Baku se jospita erba' partiti, Wales v Żvizzera, Turkija v Wales, Żvizzera v Turkija u Kwartifinali. Partitarji mit-Turkija, l-Iżvizzera u r-Renju Unit kif ukoll l-partitarji ta' dawk it-timijiet li jagħmluha sal-kwartifinali se jkunu jistgħu jirċievu visa speċjali mal-wasla tagħhom f'Baku bil-partitarji se jkunu mitluba li juru l-biljett tal-partita. L-Azerbaijan bħalissa għandu waħda mill-anqas rati ta' każijiet ta' Covid-19 kif ukoll programm ta' vaċċinazzjoni b'saħħtu. Dan se jwassal biex l-istadium ta' Baku se jkun qed jospita sa 50% tal-kapaċita għall-partita tal-Euro 2020 Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/il-kummssjoni-venezja-tagthi-ragun-lill-oppozizzjoni/
null
netnews.com.mt
Il-Kummissjoni Venezja llum ħarġet opinjoni li biha qalet lill-Gvern ta' Malta li ma jistax ibiddel il-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali dwar pieni amministrattivi ħlief b' emenda Kostituzzjonali li għandha bżonn maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Membri Parlamentari kollha. Il-każ qam meta l-Gvern ried b' sempliċi liġi ordinarja, mingħajr żewġ terzi, jemenda t-tifsira ta' kliem tal-Kostituzzjoni sabiex pieni amministrattivi, li wħud minnhom jammontaw għal miljuni ta' liri, ikunu jistgħu jiġu imposti minn organi li mhumiex Qrati. Il-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta f'diversi sentenzi kienet qalet li dan ma jistax isir. Il-Gvern l-ewwel prova jemenda l-Kostituzzjoni sabiex dan ikun jista' isir. Meta l-Oppożizzjoni oggezzjonat għal dan, u ra li ma kellux allura ż-żewġ terzi meħtieġa, prova jemenda b'liġi ordinarja t-tifsira tal-kliem tal-Kostituzzjoni biex iwaqqa' s-sentenzi tal-ogħla Qorti tal-pajjiż. Meta qamet kontroversja dwar dan, ġuristi magħrufa bħal l-ex-Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Giovanni Bonello, l-ex-Kummissarju Ewropew Tonio Borg, l-ex Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja u ex l-Avukat Ġenerali Anthony Borg Barthet, sostnew li dan kien jimmina is-supremazija tal-Kostituzzjoni. Il-Gvern , maqbud f'dil-kontroversja li ħoloq hu stess, iddeċieda li jitlob hu stess il-parir tal-Kummissjoni Venezja. Il-Kummissjoni Venezja llum tat raġun lill-Oppożizzjoni u lill-imsemmija esperti tal-liġi. Ebda tibdil ma jista' jsir tal-każijiet tal-Qorti Kostituzzjonali ħlief b'emenda Kostituzzjonali li teħtieġ l-appoġġ ta' mill-inqas żewġ terzi tad-Deputati tal-Parlament. Din l-opinjoni hija konferma ta' kemm kellha raġun l-Oppożizzjoni, u turi l-arroganza tal-Gvern li prova jwaqqa' is-supremazija tal-Kostituzzjoni bi strataġemma li ma rnexxietx bis-saħħa tar-reżistenza tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Ikkummenta Tags gvern Kostituzzjoni kummissjoni venezja lig ligi ligijiet oppożizzjoni Tibdil //= $special ?>
[ 3 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/02/il-kumpilazzjoni-ta-adrian-hillman-fuq-hasil-ta-flus-u-frodi-se-tibda-l-hamis/
null
netnews.com.mt
Il-kumpilazzjoni li xogħolha hu li tiġbor il-provi fil-konfront ta' l-eks Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers, Adrian Hillman akkużat b'ħasil ta' flus frodi u reati oħra se tibda l-Ħamis, 3 ta' Ġunju wara nofs inhar quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech. Hillman li tressaq nhar is-Sibt li għadda ngħata l-ħelsien mill-arrest mill-Maġistrat Doreen Clarke. L-akkużi huma kontrih personali u bħala rappreżentant tal-kumpaniji Overseas Ltd u Lester Holdings. Huwa tressaq il-Qorti wara li nhar il-Ġimgħa ġie estradit lejn Malta mir-Renju Unit fejn kien qed jgħix mal-familja tiegħu. L-allegat akkużi fil-konfront tal-eks Direttur tat-Times, ħarġu wara Inkjesta dwar ix-xiri ta' tliet magni tal-istampar ta' Progress Press mill-kumpanija Kasco Ltd ta' Keith Schembri. Fil-Qorti kien diġa' ħareġ li Progress Press spiċċaw ħallsu madwar sitt miljuni aktar milli kellhom iħallsu filwaqt li Keith Schembri u persuni oħrajn allegatament għamlu aktar minn ħames miljun Ewro profitt minn fuq id-deal. Vincent Buhagiar, li kien chairman tal-Progress Press meta sar dan id-deal qed jiġi akkużat ukoll li rċieva backhanders mill-eks Chief of Staff ta' Kastilja. Skont rapporti leaked , mill-ġurnal TheTimes ħareġ li Schembri allegatament iffiltra 'l fuq minn €650,000 lil Hillman f'aktar minn 30 "tranżazzjoni suspettuża" bejn l-2011 u l-2015. Allegatament ingħad ukoll li Hillman iddepożita €225,000 fi flus kontanti fil-kont HSBC tiegħu bejn Jannar 2011 u Frar 2016. L-allegazzjonijiet ta' reat finanzjarju bejn dawn it-tnejn kienu ġew irrappurtati għall-ewwel darba mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fl-2016. Nhar is-Sibt il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta' Hillman fuq depożitu ta' €50,000 u garanzija personali ta' €100,000 li tħallsu l-ġenituri u oħtu. Madankollu huwa qatta l-weekend li għadda l-ħabs peress li ma setgħux jiġu rilaxxati l-flus biex ikun jista' jingħaha l-pleġġ minħabba li l-banek kienu magħluqin. Il-Qorti kienet laqgħet it-talba minn naħa tal-Prosekuzzjoni biex jiġu sekwestrati l-assi kollha tiegħu u taż-żewġ kumpaniji, li wkoll qed jiffaċċaw il-proċeduri fil-Qorti. Il-Qorti, kif isir dejjem f'każijiet bħal dawn ordnat li Hillman għandu dritt jirċievi salarju ta mhux aktar minn 13-il elf ewro fis-sena biex ikollu biex jgħix. Kundizzjonijiet oħra li mponiet fuqu l-Qorti kienu sabiex jidher għal kull seduta tal-Qorti, ma jikkommettix delitt ieħor u ma javviċinax persuni relatati mal-każ. Apparti dan, Hilmann ma jistax joħroġ mid-dar bejn l-10pm u s-7am, ma jistax isiefer, jitla' fuq dgħajjes u jrid iżomm 100 metru 'l bogħod mill-kosta. Kundizzjoni oħra hija li kuljum irid jiffirma fl-għassa tal-Pulizija ta' San Ġiljan. Wara li lejn l-aħħar ta' Marzu kienet saret talba mill-Awtoritajiet Maltin biex Hillman jiġi estradit lejn Malta mir-Renju Unit, il-proċess biex l-eks Direttur tat-Times jinġieb Malta damet għal diversi ġimgħat minħabba li l-proċess huwa wieħed xi ftit kumplikat peress li r-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea. Il-Pulizija Maltija kellha tuża s- Surrender Agreement biex Hillman ikun jista' jinġieb Malta. Dan il-fethim jiskatta f'każ li pajjiż tal-UE u r-Renju Unit ikunu qed jikkoperaw fuq fast-tracking ta' estradizzjoni. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Joseph Xerri u Lianne Bonello, kif ukoll minn Antoine Agius Bonnici, Andrea Zammit u Sean Xerri de Caro mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Adrian Hillman qed ikun assistit mill-Avukati Stefano Filletti, Mark Refalo, Maurice Meli u Nicole Galea.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/id-direttur-tal-futbol-f-universita-ta-loughborough-jinghaqad-mal-mediterranean-college-of-sport/
null
netnews.com.mt
Id-Direttur tal-Futbol fl-Università ta' Loughborough, Richard Allen se jkun konsulent fil-Meditrranean College of Sport wara li ntlaħaq ftehin bejnu u bejn Learning Works li hija kumpanija ssussidjata minn Vassallo Group. Din l-Università hija n-numru wieħed fl-istudju relatat mal-isport fl-Ingilterra u fl-aħħar tliet snin kienet wkoll imsemmija bħala l-aqwa Università ma' suġġetti relatati mal-isport fil-klassifika tal-QS. Allen fil-passat kien involut fl-FA Ingliża fejn fl-2004 kellu l-kariga ta' Head of Talent Identification sabiex ikun jista' jiskopra l-aqwa talenti fil-futbol Ingliż. Fost it-talenti li ħadem magħhom Allen hemm il-players Ingliżi Phil Foden u Mason Greenwoord. Allen kien ukoll imexxi l-akkademja ta' QPR u kien scout ewlieni ma' Tottenham Hotspur. Il-Mediterranean College of Sport hija skola indipendenti fil-Kumpless Sportiv ta' San Alwiġi f'Birkirkara. Il-Kumpanija Vassallo Group se flimkien mal-Kulleġġ se jkunu qed jagħmlu rinovazzjoni fl-infrastruttura tal-Kumpless permezz tal-kumpanija Learning Works. Fix-xhur li ġejjin aktar speċjalisti fil-logħba tal-futbol mistennija jingħaqdu f'dan il-proġett hekk kif il-Mediterranean College of Sport tinsab għaddeja b'diskussjonijiet ma' diversi esperti.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/02/l-izvizzera-bi-skwadra-bsahhitha-fi-grupp-kompetittiv/
null
netnews.com.mt
Il-kowċ tal-Iżvizzera Vladimir Petkovic sejjaħ skwadra b'saħħitha hekk kif fi Grupp A, se jkun qed jaffaċċja lil wieħed mill-faovriti li jirbħu din il-kompetizzjoni, l-Italja kif ukoll lit-Turkija u Wales. Fost il-players imsejħa hemm il-midfielder ta' Arsenal Granit Xhaka li se jkun il-captain tat-tim matul l-Euro 2020 kif ukoll il-wigner ta' Liverpool Xherdan Shaqiri.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/18-il-xahar-habs-fuq-serqa-minn-mini-market/
null
netnews.com.mt
Taljan ta' 38 sena li ma jaħdimx ġie kundannat 18-il xahar ħabs wara li ammetta li fis-7 ta' Ottubru li għadda wettaq serqa ta' €900 fi flus kontanti u b'kemm jiswew €100 f'sigaretti minn Mini Market f'San Pawl il-Baħar. Gabriele Moccia minn Ferrara u li f'Malta huwa resdenti San Pawl il-Baħar ma kienx ammetta meta tressaq il-Qorti ħamest ijiem wara li wettaq din is-serqa. Huwa wara ammetta li kien li għall-ħabta tas-6.45pm. għadda mill-ħanut A and Z Mini Market permezz ta' 'hold-up.' Waqt il-kumpilazzjoni ammetta wkoll li ssekwestra mara kontra l-volontà tagħha u li kellu fil-pusses tiegħu sikkina mingħajr liċenzja tal-Pulizija. L-Ispettur Mario Xiberras kien ikkonferma li minn analiżi li sar minn fuq is-CCTV tal-ħanut u ta' ħwienet oħra fil-madwar huma waslu għal min kienet il-persuna li wettqet is-serqa. Tenna wkoll li l-Pulizija ma kinitx taf fejn kien qed jirrisejedi sakemm daħlet informazzjoni lill-Pulizija li hu kien jgħix f'residenza f'San Pawl il-Baħar u ġie arrestat flimkien ma' ħabib tiegħu. Moccia ġie mmultat ukoll €116.47 u li jħallas lura d-€900 li seraq.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/alexander-arnold-jaghmilha-mal-iskwadra-finali-lingard-jithalla-barra/
null
netnews.com.mt
Gareth Southgate ħabbar l-iswkadra finali ta' 26 plejer għall-Euro 2020, fejn ħalla barra lil Ollie Watkins, Jesse Lingard, Ben Godfrey, Aaron Ramsdale, James Ward Prowse, Ben White, u Mason Greenwood li rtira mill-iskwadra minħabba injury. L-inklużjoni ta' Trent Alexander-Arnold hija l-aħbar ewlenija wara l-ispekulazzjoni fl-aħħar ġimgħat li Southgate kien se jħallih barra mill-iskwadra finali, b'Jesse Lingard jitħalla barra minkejja l-forma pożittiva li kellu fit-tieni nofs tal-istaġun ma' West Ham.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/illum-it-timijiet-kollha-jridu-jikkonfermaw-l-listi-finali-tal-players-ghall-euro-2020/
null
netnews.com.mt
Illum it-timijiet kollha jridu jikkonfermaw l-listi finali tal-players għall-Euro 2020. Minkejja li wħud mill-iskwadri diġa nfurmaw lill-UEFA bil-lista ta' 26 player, uħud mit-timijiet sejjħu skwadri proviżorji minħabba xi dubji li l-kowċis setgħa kellhom. L-iskwadri li għad iridu jiġu finalizzati huma tal-Italja, Żvizzera, Turkija, Fillandja, Russja, Maċedonja, Ukranja, Ingilterra, Ungerija u Slovakkja.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/kahn-mistenni-jiehu-post-rummenigge-bhala-ceo-ta-bayern-munich/
null
netnews.com.mt
L-eks gowlkiper internazzjonali Ġermaniż Oliver Kahn mistenni jieħu post Karl-Heinz Rummenigge bħala CEO ta' Bayern Munich. Rummenigge li ilu jokkupa din il-kariga sa mill-2002 ittermina l-kuntratt tiegħu aktar kmieni minkejja li l-kuntratt kien fadallu sal-aħħar tas-sena. Kahn qal li jinsab onorat li se jkun avdat b'din il-kariga fit-tim ta' Bayern u rringrazzja lill-bord li kien imexxi minn Uli Hoeneß għall-fiduċja tiegħu. Fil-passat Kahn lagħab 781 partita ma' Bayern Munich fejn rebaħ tmien darbiet il-Bundesliga, sitt darbiet d-DFP Pokal kif ukoll darba ċ-Champions League u l-UEFA Cup.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/02/partitarji-skoccizi-minghajr-biljett-mhegga-ma-jivvjaggawx-ghall-partita-kontra-l-ingilterra/
null
netnews.com.mt
Il-partitarji Skoċċiżi huma mħeġġa li ma jivvjaġġawx għall-partita kontra l-Ingilterra f'Wembley Stadium, jekk m'għandhomx biljett u jekk mhux se jkun qed jarawha f'post sigur. L-Iskozja jilagħbu t-tieni partita tagħhom minn Grupp D kontra l-Ingliżi fit-18 ta' Ġunju, fejn ġew allokati 2,600 ticket, mill-21,500 biljett li kienu allokati għal din il-partita. Il-partitarji Skoċċiżi normalment jiltaqgħu fi Trafalgar Square, iżda din is-sena dan mhux se jkun possibli, hekk kif se tkun qed tospta 'fan zone' bil-miżuri tad-distanza soċjali. Dwar dan ikkummenta ukoll is-Sinku ta' Londra Sadiq Khan fejn qal li l-partitarji m'għandhomx jivvjaġġaw lejn Londra jekk m'għandhomx biljett fl-istadium, minħabba l-firxa l-Covid 19.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/l-istat-dizastruz-fil-qorti-ta-ghawdex-iwassal-biex-avukati-ma-jkomplux-bix-xoghol-taghhom/
null
netnews.com.mt
Minħabba l-istat diżastruż numru kbir ta' Avukati li jaħdmu fil-Qorti ta' Għawdex iddeċidew li ma jkomplu bix-xogħol tagħhom u ftehmu li sakemm ma jkunx hemm titjieb tas-sitwazzjoni huma mhumiex se jkomplu jaqdu d-doveri tagħhom f'sitwazzjoni diżastruża. Dan wassal biex numru kbir ta' kawżi t-Tlieta ġew differiti wara verbal li sar li wera f'liema stat tinsab is-sitwazzjoni ġudizzjarja f'Għawdex li qed twassal ukoll biex numru ta' ħaddiema għamlu talba biex jiġu trasfertiti mill-Qorti u jmorru jaħdmu x'imkien ieħor. Minbarra l-avukati u l-ġukdikanti l-istaff ukoll qed iħoss id-daqqa fejn in-nuqqas ta' staff li fost oħrajn jinkludu marixalli qed joħloq kaos fejn ta' spiss mhux qed jinstabu files ta' xhieda u rikorsi li ma jinstabux qed jagħmilha impossibbli li dawn ikompliu bix-xogħol tagħhom. Huma 20 avukat li għamlu verbal konġunt fejn semmew diversi problemi li qed tiffaċċa l-Qorti ta' Għawdex fejn qegħdin jitolbu li n-nuqqasijiet amministrattivi jiġu rranġati. Fil-fatt il-kawżi kollha li kellhom jinstemgħu quddiem il-Maġistrat Simone Grech ġew differiti. Il-verbal jgħid li t-taħkiriet mhumiex qegħdin jiġu proċessati, kif l-istess qed jiġri fid-dokumenti kollha, fosthom rikorsi, risposti u noti. It-traskrizzjonijiet mhumiex qegħdin isiru fil-ħin u lanqas mhuwa aċċettabbli li dawn isiru minn avukati li jidhru quddiem l-istess Qorti. Huma lmentaw ukoll mill-fatt li l-proċessi u d-dokumenti qed jintilfu mis-sistema msejjħa Lecam, li suppost xogħolha hu li tintraċċa d-dokumenti. Qalu wkoll li xejn mhuwa jiġi skennjat, u li d-digrieti mhumiex qegħdin jiġu komunikati mill-ewwel, kif kien isir qabel. Problema kbira oħra hija li d-Deputati ma jistgħux jaħdmu peress li ma hemm l-ebda ħaddiem fir-reġistru, l-avukati qed ikollhom jirrikorru fis-sigrieta u jitolbu dak li jkollhom bżonn direttament lid-deputati, meta l-istess proċessi jkunu għadhom fir-reġistru, u mhux fis-sigrieta. Il-verbal jgħid ukoll li d-Deputati qed jiġu nfurmati mill-avukati li hemm rikorsi pendenti u jkollhom huma stess ifittxu fil-munzell ta' atti sabiex jsibu r-rikorsi u jgħadduhom lill-ġudikant. Għal dawn ir-raġunijiet u ħafna oħrajn id-deputati u ħaddiema oħra qegħdin jitolbu li jiġu trasferiti minn mal-Aġenzija tal-Qorti. Sadanittant fil-Qorti ta' Għawdex ma jeżistiex Assitent Reġistratur u għalhekk hemm problemi oħra kif qed jiġu proċessati l-mandati, tant li l-mandati urġenti bħal dawk ta' sekwestru, jdumu ferm biex jgħaddu għand il-ġudikant. Ingħad ukoll li jeżistu nuqqasijiet fis-sistema elettronika, tant li s-seduta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud ta' nahr it-Tnejn, damet aktar minn nofs siegħa biex tibda. Jeżistu wkoll nuqqasijiet kbar fil-kommunikazzjoni permezz tal-internet tant li l-website tal-Qorti lanqas biss hija aċessibbli mill-Qorti stess. Il-verbal isemmi wkoll in-nuqqasijiet serji li hemm fil-binja tal-Qorti li ġew identifikati f'rapporti separati ,li għadhom kemm tlestew mill-Kummissjoni għall-persuni b'Diżabilità u mill-Awtorità tas-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol. Fid-dawl ta' dan kollu l-Avukati qalu li qed jinfurmaw lill-Qorti li sakemm ikun hemm risposti ċari dwar kif u meta se jiġu rimdejati dan in-nuqqasijiet biex ix-xogħol ikun jista' jimxi b'mod normali, qed jieħdu azzjoni b'effett immedjat li ma jattendux għas-seduti fil-Qorti ta' Għawdex. Qalu li dan mhux qed isir b'disprezz lejn l-Awtorità tal-Qorti, jew il-klijenti tagħhom, iżda għax jemmnu li dan biss huwa l-uniku mod, li l-klijenti, huma u l-ħaddiema ta' Għawdex u l-Maġistrati li jppresiedu l-Qorti ta' Għawdex, biex jiġu ndirizzati l-problemi f'qasir żmien biex is-sistema tal-Ġustizzja f'Għawdex tkun tista' taħdem b'mod normali. L-Avukati talbu biex dan il-verbal jiġi kommunikat lill-Prim Imħallef, lill-Kamra tal-Avukati, lill-Ministru tal-Ġustizzju, lill-Kap Eżekuttiv Euenice Fiorini Grech, lid-Direttur Ġenerali Mary Debono Borg u lill-Ministru għal Għawdex għal kull interess.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/josh-fleck-pozittiv-ghall-covid-19-fil-kamp-tal-iskozja/
null
netnews.com.mt
Il-winger Skoċċiż Josh Fleck irriżulta pożittiv għall-Covid 19 fil-kamp tal-Iskozja, biex b'hekk mhux se jkun qed jivvjaġġa mal-kumplament tat-tim għall-partita ta' ħbiberija kontra l-Olanda, fil-Portugall. L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Skoċċiż ħabbret li l-bqija tal-iskwadra u l-istaff tekniku kollha ħarġilhom riżultat negattiv. Fleck issa se jidħol f'perjodu ta' iżolazzjoni skond il-protokolli tas-saħħa fi Spanja, fejn bħalissa qed jitħarreġ it-tim nazzjonali Skoċċiż.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/02/antonio-conte-vicin-li-jinghaqad-ma-tottenham/
null
netnews.com.mt
Rapporti fil-midja internazzjonali qed jindikaw li Antonio Conte jinsab viċin li jingħaqad ma' Tottenham Hotspurs fl-Ingilterra. Dan wara li ntemmet ħesrem l-avventura tiegħu fl-Italja ma' Inter, ftit jiem wara li rebħu is-Serie A. Flimkien ma' Conte, Tottenham qed jevalwaw ukoll il-possibilita' li jerġa' jissieħeb magħhom il-coach ta' PSG Mauricio Pocchetino, wara li mexxa lil Tottenham bejn l-2014 u l-2019. Jekk Conte jingħaqad ma' Tottenham, din tkun it-tieni esperjenza tiegħu fl-Ingilterra hekk kif fl-2016 kien mexxa lil Chelsea għar-rebħ tal-Premier League fl-ewwel staġun tiegħu kif ukoll rebaħ l-FA Cup fl-istaġun ta' wara.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/03/fgura-united-bdiversi-attivitajiet-socjali-u-edukattivi-ghat-tfal-li-jitharrgu-maghhom/
null
netnews.com.mt
Matul l-istaġun li għadda Fgura United F.C. organizzaw diversi attivitajiet soċjali u edukattivi għat-tfal li jitħarrġu magħhom. Permezz ta' dawn l-attivitajiet Fgura United riedu joħolqu għarfien dwar l-importanza ta' dawn l-aspetti fil-formazzjoni tat-tfal li jattendi xi għaqdiet jew nurseries tal-futbol. Fost dawn l-attivitajiet Fgura organizzaw sessjoni ta' taħriġ f'Forti Sant'Anġlu, b'kollaborazzjoni ma' Heritage Malta, kif ukoll organizzaw diversi attivitajiet b'rabta mal-European Sports Week, flimkien ma' SportMalta. Fgura esponew lit-tfal li jattendu l-club tagħhom ukoll għall-attivatajiet u laqgħat organizzati minn Sedqa fuq bosta suġġetti fosthom il-bullying kif ukoll dwar l-abbuż minn sutanzi fil-futbol. Minkejja il-pandemija u r-restrizzjonijiet li ġabet magħha Fgura United ħadu l-opportunita' u organizzaw ukoll laqgħat online permezz ta' Zoom flimkien ma' Aġenzija Żgħażagħ, dwar l-importanza li jqassmu l-ħin aħjar. Fost l-oħrajn, it-tfal kellhom ukoll laqgħat dwar kif jistgħu jevitaw ċertu injuries kif ukoll dwar in-nutrizzjoni fil-futbol.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/02/serena-williams-u-alexander-zverev-jghaddu-ghat-tielet-round-tar-roland-garros/
null
netnews.com.mt
Is-seed numru 7 Serena Williams għaddiet għat-tielet round tar-Roland Garros wara li eliminat lir-Rumen Mihaela Buzarnescu 6-3, 5-7, 6-1. Fir-round li jmiss Williams se tilgħab kontra l-Amerikana Danielle Collins. Daria Kasatkina wettqet is-sorpriża tal-ġurnata hekk kif għelbet lis-seed numru 10 Belinda Bencic. Victoria Azarenka u Marketa Vondrousova ukoll għaddew għar-round li jmiss. Mill-kategorija tal-irġiel Alexander Zverev Roman Safiullin 7-6 7-4 6-3 7-6 7-1 biex għamilha għat-tielet round. L-istess għamel Stefanos Tstsipas li fi straight sets għeleb lill-Ispanjol Pedro Martinez. Il-Ġappuniż Kei Nishikori għeleb lil Karen Khachanov 4-6 6-2 2-6 6-4 6-4 u avvanza għar-round li jmiss.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/01/l-ghazla-ta-mancini-ma-kinitx-meritkoratika-angelo-ogbonna/
null
netnews.com.mt
Id-difensur ta' West Ham, Angelo Ogbonna qal li l-għażla tal-kowċ Roberto Mancini ma kinitx waħda meritkoratika. F'intervistà mal-Corriere della Sera, il-player ta' 33 sena qal li jinsab iddispjaċut li ma kienx imsejjaħ fl-iskwadra proviżorja ta' Mancini. Ogbonna qal li l-isport huwa dixxiplina ta' meritokrazija iżda dan ma kienx applikat minn Mancini. Fl-istess intervistà Ogbonna qal li Jorginho ma jingħatax ir-rikonoxximent li jixraqlu hekk kif għat-tim Taljan huwa fundamentali minħabba l-abbilità tiegħu li jaqra l-logħba tal-futbol b'mod tajjeb. Angelo Ogobnna lagħab tlettax-il partita mal-Italja sa mill-2011.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/06/imut-edward-aquilina-eks-coach-ta-valletta-u-sliema-wanderers-fost-l-ohrajn/
null
netnews.com.mt
Tħabbret il-mewt tal-eks plejer internazzjonali u coach ta' suċċess Edward Aquilina fl-età ta' 75 sena. Aquilina jibqa' mfakkar għas-suċċessi miksuba ma' Sliema Wanderers FC fejn rebaħ tliet kampjonati konsekuttivi bejn l-2002 u l-2005, fejn dawn kienu l-aħħar tliet kampjonati tal-klabb u fuq kollox għadu sa llum l-aħħar kowċ li rebaħ tliet kampjonati infila. Aquilina jibqa' mfakka r għas-suċċessi miksuba ma' Sliema Wanderers FC fejn rebaħ tliet kampjonati kon sekuttivi bejn l-2002 u l-2005 Aquilina, kiteb ukoll l-istorja ta' Valletta Football Club, fosthom iż-żewġ kampjonati tal-1996/97 u l-1997/98 kif ukoll tliet FA Trophies fl-istess perjodu. Bħala plejer, Aquilina ddebutta fl-1962 ma' Sliema Wanderers FC u fl-istaġun ta' wara skorja wieħed minn żewġ gowls fil-finali tal-FA Trophy biex ta rebħa lill-klabb kontra Hibernians F.C. B'kollox, bħala plejer, hu rebaħ tliet FA Trophies flimkien ma' dawk tal-1964/65 u 1972/73. Rebaħ ukoll tliet kampjonati, Independence Cup, Scicluna Cup, l-MFA League, Testaferrata Cup u Christmas Cup. Aquilina mexxa wkol lil Qormi, Senglea Athletic, Marsa kif ukoll kien parti mill-istaff tekniku tal-MFA. Wara l-karriera tiegħu bħala coach, Aquilina kienu kollu kummentatur sportiv fuq it-televiżjoni lokali. Aquilina kellu esperjenza wkoll mat-tim ta' Qormi Net News jingħaqad ma' bosta oħrajn u jagħti l-kondoljanzi lill-familja u l-qraba ta' Edward Aquilina.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/06/repubblika-irlandiza-arresti-wara-lejl-iehor-ta-inkwiet-fdublin/
null
netnews.com.mt
Il-Pulizija Irlandiża arrestat madwar 20 ruħ wara li l-uffiċjali tal-korp spiċċaw attakkati, f'Dublin, għat-tieni lejl konsekuttiv. L-inkwiet seħħ meta l-pulizija kienu qed jippruvaw imexxu lin-nies 'il hinn minn xi zoni ewlenin – fosthom St Stephen's Green u Temple Bar – bil-membri tal-korp jispiċċaw mira għal burraxka ta' fliexken u oġġetti oħra waqt li kienu għaddejjin minn South Anne Street fil-kapitali. Ir-rapporti qalu li l-attakk tmexxa minn grupp ta' xi 200 żgħażagħ u bir-riżulutat li ndarbu żewġ pulizija — b'vettura tal-qawwiet tal-ordni ġġarrab il-ħsarat. Il-pulizija, wara, stqarrew li l-membri tagħhom spiċċaw "taħt xita ta' fliexken' minn diversi lokalitajiet u li persuna li ma kenitx involuta fid-diżordni pubblika wkoll tispiċċa aggredita, bir-riżultat li kellha tittieħed l-isptar għall-kura. Intant, mas-17-il adult u żewġ minorenni sfaw arrestati dwar il-ksur tal-bwon ordni.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/06/venezja-protesta-kontra-t-tluq-tal-ewwel-bastiment-tal-cruises-wara-l-fazi-tal-covid/
null
netnews.com.mt
Numru kbir ta' residenti ta' Venezja ħarġu bid-dgħajjes u wettqu dimostrazzjonijiet ta' protesta fit-toroq waqt li l-ewwel bastiment tal-cruises beda ħiereġ mill-belt li qed tibda fażi ġdida ta' 'qawmien' wara xhur ta' restrizzjonijiet dovuti għall-Covid. F'Marzu, l-awtoritajiet ta' Venezja kienu pprojbew il-movimenti tal-bastimenti l-kbar, fosthom vapuri tal-cruises, minħabba t-tħassib tar-residenti dwar it-tniġġiż u l-impatt negattiv mill-movimenti tal-vapuri għall-fondazzjonijiet ta' din il-belt taħt l-ilma. Intant, il-projbizzjoni tidħol fis-seħħ biss ladarba jinbnew it-terminals li jippermettu għal rotot ġodda madwar iċ-ċentru ta' Venezja. U filwaqt li kienu għaddejjin il-protesti, residenti oħra ta' Venezja laqgħu b'sodisfazzjon ir-ritorn tal-istaġun tat-turiżmu u l-flus li dan mistenni li jiġġenera fil-ġimgħat li ġejjin.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/06/burkina-faso-il-fuq-minn-130-maqtula-waqt-attakk-fuq-villagg/
null
netnews.com.mt
Grupp ta' irġiel armati attakkaw villaġġ lejn in-naħa ta' fuq ta' Burkina Faso fejn ħallew warajhom 'il fuq minn 130 mejtin u numru ta' midruba. L-attakk, fil-villaġġ ta' Solhan, kien l-agħar wieħed għal snin f'dan il-pajjiż u l-President ta' Burkina Faso, Roch Kabore, iddikjara tlett ijiem ta' luttu nazzjonali. Filwaqt li l-pajjiż jinsab taħt xokk, il-President ħareġ messaġġ ċar u tond li 'il-poplu kollu jeħtieġ jirreżisti lill-qawwiet tal-ħażen', bl-ebda grupp ma jassumi responsabbiltà għall-massakru. Għalkemm numru ta' gruppi armati qed jiddisassoċjaw ruħhom mill-attakk hu minnu li l-attakki mill-movimenti Iżlamiċi saru komuni ħafna f'dan il-pajjiż, b'mod partikulari qalb iz-zoni viċin il-fruntiera. Fl-attakk fuq Solhan, l-aggressuri armati taw in-nar lil diversi djar u anki suq lokali, bis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres, ukoll jesprimi għadab u niket għat-telf ta' ħajja fuq dik l-iskala inkredibbli. Fil-fatt, Guterres ħareġ messaġġ biex 'jikkundanna l-attakk infami' waqt li enfasizza l-ħtieġa urġenti biex il-komunità internazzjonali żżid b'mod sostanzjali l-appoġġ tagħha lill-Istati-membri biex dawn jirreżistu aħjar l-estremiżmu vjolenti li qed jissarraf f'telf ta' ħajja 'inkalkulabbli'. Fl-aħħar sigħat, il-qawwiet tas-sigurtà ta' Burkina Faso kienu qed ifittxu lill-grupp li wettaq il-massakru. Dan meta Burkina Faso – l-istess bħal diversi Stati ġirien — qed jiffaċċja kriżi tas-sigurtà dejjem akbar fejn il-gruppi armati qegħdin imexxu dejjem aktar rejds madwar ir-reġjun, bir-riżultat li aktar nies qegħdin jinqatlu jew jinħatfu mill-aggressuri.
[ 10 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/06/sergio-busquets-pozittiv-ghall-covid-19/
null
netnews.com.mt
Il-midfielder Spanjol Sergio Busquets irriżulta pożittiv għall-Covid-19. Busquest jinsab fi stat ta' saħħa tajba u jinsab f'iżolament. Il-player ta' Barcelona lagħab fil-partita ta' ħbiberija ta' nhar il-Ġimgħa kontra l-Portugall u mistenni jitlef l-ewwel partita tal-grupp li Spanja tilgħab nhar it-Tnejn 14 ta' Ġunju kontra l-Iżvezja.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/05/jew-issa-jew-qatt-ghall-inglizi-jose-mourinho/
null
netnews.com.mt
Il-coach ta' Roma Jose Mourinho qal li dan huwa l-aħjar ċans għall-Ingilterra li jirbħu kompetizzjoni internazzjonali maġġuri, wara li l-aħħar titlu wasafl-l 1966, aktar minn 55 sena ilu. Mourinho stqarr li l-fatt li l-Ingilterra se jilagħbu l-maġġoranza tal-partiti tagħhom f'Wembley Stadium, f'Londra, jista' jkun kemm ta' vantaġġ kif ukoll ta' żvantaġġ għat-tim immexxi minn Gareth Southgate. Minkejja, dan Jose Mourinho jemmen li Franza huma l-favoriti li jirbħu din il-kompetizzjoni, wara s-suċċess li kellhom fit-Tazza tad-Dinja tal-2018.
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/04/draw-bejn-spanja-u-l-portugall-rebha-kbira-ghall-macedona/
null
netnews.com.mt
Spajna 0 Portugall 0 F'partita ta' ħbiberija, Spanja u l-Portugall temmew fi draw ta' 0-0. Biż-żewġ timijiet jibdew bl-aqwa ħdax possibli bil-kowċis rispettivi jieħdu dan il-konfront bis-serjeta, l-partita kienet waħda bilanċjata bi ftit azzjonijiet rispettivi lejn il-lasti oppost biex b'hekk il-partita ntemmet fi draw ta' mingħajr gowls. Agħfas fil-link biex issegwi siltiet mill-partita bejn Spanja v Portugall Italja 4 Repubblika Ċeka 0 L-Italja kompliet bil-preparazzjonijiet tagħha bl-aħjar mod possibli hekk kif għelbet lir-Repubblika Ċeka 4-0. Ciro Immobile fetaħ l-iskor wara 23 minuta biex Nicolo Barella għamilhom 2-0 fit-42 minuta. Lorenze Insigne fit-tieni taqsima għamilhom 3-0 biex ikkonferma rebħa komda għall-Italja. L-Italja baqgħu dominanti u fit-73 minuta kien Domenico Berardi li għamilhom 4-0. Agħfas hawn biex issegwi siltiet mill-partita Italja v Repubblika Ċeka Maċedonja ta' Fuq 4 Kazakhstan 0 Il-Maċedonja ma setgħax kellhom bidu aħjar fil-preparamenti għad-debutt tagħhom fil-Euro 2020 hekk kif għelbu lil Kazakhstan 4-0. Ezgjan Alioski fetaħ l-iskor wara 35 minuta permezz ta' penalty. Il-Kazakhstan sfaw jilagħbu bi player anqas fil-45 minuta meta tkeċċa Serikzhan Muzhikov. Ivan Trickovski irdoppja għall-Maċedonja fis-57 minuta b'Milan Ristovski jagħmilhom 3-0 fit-73 minuta. Tliet minuti wara Darko Churlino għamilhom 4-0. Agħfas hawn biex issegwi siltiet mill-partita bejn Maċedonja ta' Fuq v Kazakhstan Fillandja 0 Estonja 1 Il-Fillandja sofrew it-tieni telfa konsekuttiva f'partita oħra ta' ħbiberija meta tilfu 1-0 kontra l-Estonja. Il-gowl deċiżiv f'din il-partita wasal fid-59 minuta permezz ta' penalty ta' Rauno Sappinen fid-59 minuta. Agħfas hawn biex issegwi siltiet mill-partita bejn Fillandja v Estonja Ungerija 1 Ċipru 0 L-Ungerija kisbet rebħa minima ta' 1-0 fl-ewwel partita ta' ħbiberija bi tħejjija għall-Euro 2020. Il-gowl li ddeċieda dan il-konfront wasal fis-36 minuta permezz ta' Andras Schafer. Agħfas hawn biex issegwi siltiet mill-partita bejn Ungerija v Ċipru Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/04/hamsa-akkuzati-fuq-glieda-bsikkina-fuq-il-bahar/
null
netnews.com.mt
Żewġ sajjieda ngħataw il-libertà proviżorja u tliet baħrin Eġizzjani nżammu arrestati wara ġlieda fuq il-baħar li ħalliet raġel wieħed ferut b'daqqiet ta' arma bil-ponta. L-aħwa Jonathan Caruana ta' 33 sena u Adrian Caruana ta' 47 sena minn Marsaxlokk ġew akkużati li taw daqqiet ta' sikkina lil wieħed mill-baħrin f'argument dwar servizzi. L-aħwa Il-Caruana isostnu li kienu qed jaġixxu biex jiddefendu lilhom infushom. Fil-qorti, huma wieġbu mhux ħatja ta' akkużi ta' ħsara fuq il-ġisem u ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €1,000 u garanzija personali ta' €7,000. Il-baħrin l-oħra involuti fil-ġlieda ġew akkużati l-Ħamis. Ahmed Abdelshafy Farid Kiwan, Ahmed Hossny Ali Elkhamisy u Mohammad Zakaria Abdelkhalek Abdelwahab wieġbu mhux ħatja ta' akkużi li kkawżaw ferita ħafifa, attakkaw u heddew lill-aħwa. Il-garanzija ġiet miċħuda f'dan il-każ minħabba li l-irġiel ma kellhomx indirizz fiss fuq l-art, peress li kienu jgħixu fuq il-bastiment tas-sajd. Għall-aħwa Caruana dehru l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri. L-Avukat Martin Fenech kien l-avukat tal-għajnuna legali għall-baħrin.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/05/claire-azzopardi-tirbah-il-midalja-tad-deheb-fsan-marino/
null
netnews.com.mt
L-atleta Claire Azzopardi kisbet riżultat prestiġjuż f'San Marino, hekk kif rebħet il-midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar. B'qabża ta' 6.02 metri Azzopardi kisbet l-aqwa riżultat personali u kompliet iżżid mas-suċċessi tagħha fil-long jump. Sadanittant fl-istess avveniment tal-long jump, l-atleta Maltija Rachel Pace spiċċat fir-raba' post. Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/04/hasla-lill-prosekuzzjoni-mill-qorti-fil-kaz-tal-ahwa-dalli/
null
netnews.com.mt
Il-Qorti li qed tisma' l-evidenza fil-konfront tat-tfal bniet tal-eks Kummissarju għal Unjoni Ewropea John Dalli fuq akkużi ta'miżappropjazzjoni ta' fondi, frodi, li għamlu dikjarazzjoni falza lil awtorita' pubblika u falsifikazzjoni ta' dokumenti tagħat ħasla lill Prosekuzzjoni għall-fatt li huma tressqu l-qorti għal xejn peress li la l-Avukat Ġenerali u lanqas il-Pulizija ma kienu konxji ta' x'evidenza għad trid tiġi ppreżentata. L-akkużati Louise Dalli u Claire Gauci Borda huma mixlija bl-hekk imsejjħa skema ponzi ( li hija scam ta' investimenti ta' frodi fuq investituri preċedenti bi flus meħuda minn aktar tard). Separatament Claire Gauci Borda qed tiġi mixlija li kisret l-Att Dwar il-Ħasil ta' Flus u li ffinanzjat it-terroriżmu. Hija mixlija wkoll li naqqset milli taqdi dmirijieta b'mod professjonali bħala "accountant" u awditur. Dwar l0iskema ponzi din kienet irrappurtata għall-ewwel darba mill-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia lura fl-2015, u li kienet allegatament immexxija minn Marie Eloise Corbin Klein, li operat taħt numru ta' psewdonimi. Il-mara ġiet investigata aktar tard mill-FBI talli allegatament b'qerq iffrodat numru ta' Amerikani b'madwar $600,000 billi ppożatat bħala missjunarja Nisranija u kkonvinċithom biex jinvestu t-tfaddil tagħhom fi proġett tal-minjieri Afrikani. Minflok il-flus inġabru f'żewġ kumpaniji Maltin – Tire Ltd u Corporate Group – proprjetà ta' Louise Dalli u Claire Gauci Borda, iż-żewġt itfal ta' Dalli, u li huma rreġistrati fl-indirizz tad-dar ta' John Dalli f'Portomaso. Il-Qorti għandha tiddeċiedi fuq talba mressqa mill-avukat difensur Stefano Filletti biex l-prosekuzzjoni turi ittra mibgħuta mill-OLAF, li fetħet l-investigazzjoni. Fl-aħħar seduta, il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo semgħet lill-prosekuzzjoni tiddikjara li kellha fil-pussess tagħha numru ta' kaxxi ta' provi ssiġillati, iżda ma kinitx taf x'kien fihom jew jekk il-kontenut tagħhom kienx relevanti għall-każ in kwistjoni. L-Ispettur tal-prosekuzzjoni ddikjara li l-każ ġie mgħoddi lilhom u għadhom ma kinux aġġornati dwar il-fatti u l-provi li kellhom jiġu ppreżentati. Il-qorti ġiet infurmata wkoll li l-AG ma kinitx taf b'dawn il-problemi. Il-Prosekuzzjoni ddikjarat li kienet ippreżentat applikazzjoni li titlob kopja tal-atti tal-inkjesta Maġisterjali u li għadha ma ngħatatx ​​lilha. Filwaqt li ddeplorat l-fatt li s-seduta saret għal xejn, il-Qorti ċanfret lill-prosekuzzjoni talli ġabet il-partijiet lura l-qorti għal xejn, u rrimarkat li l-akkużi li l-imputati kienu qed jiffaċċjaw kienu serji. Il-Qorti ordnat lill-Prosekuzzjoni tipprovdiha b'lista tal-provi u x-xhieda kollha li għad iridu jinstemgħu f'dan il-każ mis-seduta li jmiss.
[ 0 ]
https://netnews.com.mt/2021/06/04/ed-sheeran-se-jkun-qed-iniedi-l-kanzunetta-l-gdida-tieghu-waqt-kuncert-brabta-mal-euro-2020/
null
netnews.com.mt
Il-kantant ta' fama internazzjonali Ed Sheeran ħabbar li se jkun qed iniedi l-kanzunetta l-ġdida tiegħu waqt kunċert b'rabta mal-Euro 2020 fil-ground ta' Ipswich Town, kunċert li se jixxandar fuq l-account ta' Tiktok tal-istess kantant. Portman Road se jkun qed jospita kunċert tal-Euro 2020 aktar tard dan ix-xahar Dan il-kunċert se jkun qed isir wara li l-istess kantant aktar kmieni ħabbar b'mod uffiċjali li se jkun qed ikun l-isponsor uffiċjali ta' Ipswich Town fl-istaġun li ġej.
[ 15 ]