url
stringlengths 31
264
| title
stringlengths 0
1.28k
⌀ | base_url
stringclasses 9
values | text
stringlengths 80
21.4k
| labels
sequencelengths 1
5
|
---|---|---|---|---|
https://newsbook.com.mt/e800000-ghall-ghaqdiet-volontarji-ghal-progetti-fil-komunita/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Kevin Abela / DOI 75 għaqda volontarja se jibbenefikaw minn total ta' €800,000 biex iwettqu proġetti differenti fil-komunità. Fost l-għaqdiet volontarji li kkwalifikaw għall-proġetti hemm numru ta' soċjetajiet mużikali, għaqdiet sportivi, għaqdiet li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u ta' persuni b'diżabilità, għaqdiet kulturali, organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tal-ewwel għajnuna u għaqdiet li jqajmu kuxjenza dwar mard u kundizzjonijiet mediċi. F'ċerimonja mtella' mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju, qabel tħabbru l-miżuri l-ġodda tal-COVID-19, li matulha tqassmu l-grant agreements, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima faħħar lill-għaqdiet volontarji għall-ħidma importanti li jwettqu biex itejbu l-ħajja tan-nies. "Dawn l-inizjattivi ilhom għal dawn l-aħħar snin isostnu proġetti fil-komunità mwettqa minn għaqdiet volontarji li jaħdmu fid-diversi oqsma tas-settur. Dawn l-iskemi llum saru parti minn kullana ta' inizjattivi li s-settur ikun qed jistenna ta' kull sena, skemi li jgħinu fit-twettiq ta' proġetti li dawn l-għaqdiet ikollom fi ħsiebhom iżda li mingħajr din l-għajnuna ma jkunux jistgħu iwettqu", saħaq is-segretarju parlamentari. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Noel Camilleri saħaq li l-volontarjat huwa l-pulmun li jagħti fibra lis-soċjetà inġenerali. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Mauro Pace Parascandalo saħaq li permezz ta' dawn il-fondi, is-settur tal-volontarjat irid jara li jwettaq proġetti sostenibbli u għall-ġid tal-komunità, filwaqt li jsaħħaħ il-kapaċità tiegħu. Fost dawn il-proġetti li jaqgħu taħt l-iskema tal-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPs) u s-Small Initiatives Scheme(SIS) hemm programmi ta' riċerka, proġetti infrastrutturali, u diversi proġetti oħra għas-soċjetà. Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-bqalb-mugugha-nitlob-mahfra-lil-dawk-li-batew-abbuzi-fil-knisja-l-isqof-teuma/ | newsbook.com.mt | L-Isqof t'Għawdex Anton Teuma qal li bħala saċerdot u ragħaj, "b'qalb muġugħa," jitlob maħfra lil dawk li xi darba jew oħra batew xi abbuż fil-kuntest tal-Knisja. Mons. Teuma kiteb ittra miftuħa b'rabta mal-allegati abbużi sesswali fid-Djoċesi t'Għawdex, li fi kliemu, qanqlu "uġigħ, rabja, inċertezza u sentimenti oħra." L-Isqof beda l-ittra tiegħu billi qal li l-ġudizzji personali li jsiru fuq każijiet bħal dawn aktar jistgħu jxekklu t-tiftix għall-verità milli jgħinu. Stqarr li jħoss li hu dmiru "bħala ragħaj u missier" li jirrifletti u jistaqsi dwar xi jrid Alla minna. Spjega li huma ħafna dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi li jaqdu l-ministeru tagħhom b'fedeltà u dedikazzjoni, imma jista' jiġri li wħud jispiċċaw biex jabbużaw minn persuni vulnerabbli. Għalhekk huwa talab maħfra lil dawk li setgħu sfaw vittmi ta' dan u lill-familji tagħhom. Minkejja l-kundanna tal-abbuż, l-Isqof wissa wkoll li fil-kundanna, m'għandhiex tinħoloq vittma oħra, din id-darba ta' abbuż li jsir bil-miftuħ u b'mod kollettiv. Spjega li min iwettaq l-abbuż x'aktarx li hu wkoll kien vittma ta' abbuż. "Għalhekk, bħal kull bniedem, anke min jabbuża għandu d-dmir li jħallas għall-għemil ħażin li għamel, imma għandu wkoll id-dritt li jingħatalu s-sapport meħtieġ biex jidħol fi proċess ta' konverżjoni u fejqan." Żied jgħid li jekk lil min jabbuża ma nagħtuhx iċ-ċans li jikkonverti, jaf inkunu qed nirrepetu fuqu dak li għamel hu fuq ħaddieħor. L-Isqof xeħet dawl ukoll fuq il-pubbliċizzazzjoni ta' każijiet bħal dawn fil-midja, u staqsa: "Min jaf ikunx aħjar jekk f'każi simili, l-awtorità assoluta tal-Qorti u l-manija li kollox u dejjem għandu jiġi kkomunikat fil-midja, jiġu ggwidati mill-esperjenza tax-xjenzi psikoloġiċi, biex tiġi mħarsa l-ewwel u qabel kollox l-integrità tal-persuna umana?" Id-Djoċesi t'Għawdex fuq il-każ "Il-Knisja impenjata li ħadd ma jkun vittma ta' xi abbuż" – Id-Djoċesi t'Għawdex "Is-skiet mhux virtù imma arma" Mons. Teuma ngħaqad mal-Papa fil-kundanna tiegħu ta' kull tip ta' abbuż. Huwa appella lil kull min jaf b'xi tip ta' abbuż biex jirrappurtah lill-Pulizija, u biex jekk l-abbuż ikun fil-kuntest tal-Knisja, isir rapport lill-Kummissjoni tas-Safeguarding tal-Kurja (22470950). Fi kliemu, "Fejn hemm l-abbuż, is-skiet mhux virtù iżda l-aktar arma addattata għal min irid ikompli jabbuża. Il-mixja tal-fejqan tal-vittma titlob li ssir ġustizzja u li min jabbuża jpatti għall-għemil ħażin tiegħu. Il-proċess tal-fejqan jitlob ukoll li min jiġi abbużat jidħol f'mixja ta' terapija u sapport psikoloġiku." Għal dan il-għan ġie mniedi helpline konness mas-Safeguarding of Minors – Gozo (79553492) sabiex il-vittmi u qrabathom isibu s-sapport psikoloġiku li għandhom bżonn. L-Isqof tkellem fuq ix-xogħol li qed twettaq is-Safeguarding of Minors – Gozo, fosthom programm ta' formazzjoni u edukazzjoni lit-tfal. Huwa qal li jifhem li aħbarijiet dwar abbużi fil-Knisja jqajmu dubji fil-ġenituri dwar jekk għandhomx jafdaw lil uliedhom biex iservu bħala abbatini, fil-lezzjonijiet tal-katekiżmu jew f'xi ħarġa mal-parroċċa. Hu assigurahom li f'sitwazzjoni bħal din, Alla jrid li s-saċerdoti jieħdu l-formazzjoni kontinwa tagħhom aktar bis-serjetà, u għalhekk, il-Kummissjoni Djoċesana tal-Kleru ħejjiet programm ta' formazzjoni biex is-saċerdoti jkomplu jikbru umanament, spiritwalment u pastoralment. Lil hinn minn dan, is-Safeguarding of Minors – Gozo qed tħejji politiki ċari biex il-ġenituri jkunu jistgħu jserrħu rashom meta jibagħtu lil uliedhom għal attivitajiet bħal dawn. Mons. Teuma temm l-ittra miftuħa tiegħu b'appell lill-ġenituri biex jibqgħu juruhom imħabba u ħeġġa tul ħajjithom kollha, u jibqgħu jindukraw ir-relazzjoni tagħhom magħhom. Intervista mal-Kap tal-Kummissjoni tas-Safeguarding Filmat: Riċerka turi li m'hemmx konnessjoni bejn iċ-ċelibat u l-abbuż Aqra l-ittra miftuħa kollha minn hawn Niżżel | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/torta-tal-fenek/ | newsbook.com.mt | Torta tal-fenek. Ritratt: Farah F / Flickr Ingredjenti 500g għaġina sfiljurata 400g laħam tal-fenek imqatta biċċiet żgħar 400g piżelli tal-friża 2 basliet 2 zunnarija mgħollija bajda ftit żejt bżar u melħ Metodu Aqli l-basla u l-fenek fi ftit żejt. Żid il-piżelli u z-zunnarija mqattgħa f'biċċiet. Iftaħ l-għaġina f'dixx. Ferrex it-taħlita tal-laħam u ħxejjex fuq l-għaġina. Ħalli d-dixx jibred ftit u iksi l-wiċċ bl-għaġina. Idlek l-għaġina bl-isfar tal-bajda. Taqqab l-għaġina b'furketta. Aħmi fil-forn għal madwar siegħa sakemm l-għaġina tismar u ssir sabiħa. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/ritratti-angela-ghaliex-inkiwetata/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Rewind Din il-ġimgħa Sorelle se jkompli jżid fl-eċċitament hekk kif fuq TVM jixxandru ħames puntati ġodda li żgur se jkunu qed joħolqu diskussjoni fuq il-midja soċjali fost issegwaċi ta' din is-sensiela popolari li bħalissa tinsab fit-tieni staġun. Ritratt: Rewind It-Tnejn 8 ta' Marzu Angela tinsab inkwetata ħafna għaliex irċeviet telefonata fejn qalulha li Martina tinsab gravi ħafna u għanda bżonn trapjant tal-mudullun immedjatament… Naomi ssuġġeriet xi ħaġa… xiex? Karly kienet sejra d-dar… x'ġaralha? Ritratt: Rewind It-Tlieta 9 ta' Marzu Neil mar jiltaqa' ma' Susan Bailey fil-lukanda tagħha… x'mar jagħmel? X'qalu dwar Lorraine? Xi staqsieha dwar id-djamanti? X'mar jagħmel Frederick għand Bella? X'qalilha dwar Leo u għaliex insista li lil Louisa ma kinitx qatlitha hi? Ritratt: Rewind L-Erbgħa 10 ta' Marzu Għaliex Frederick insista ma' Bella li jekk hi ma taħdimx miegħu jkun tassew diffiċli biex jerġgħu jitfgħu lil Leo l-ħabs… u Bella taqbel li tgħinu jew irrifjutat? U Frederick x'qalilha biex tgħid lil Brian? X'inhu jingħad dwar Louisa? Angela marret tiltaqa' ma' Michael biex jitkellmu dwar it-trappjant ta' Martina. Sully ċempel lil Samantha… x'qaltlu biex jagħmel? Ritratt: Rewind Il-Ħamis 11 ta' Marzu Sully ċempel lil Samantha waqt li Vince u Naomi kienu qed jissemmgħu… x'intqal? U Naomi x'talbitu jagħmel? Martina qed tħossha ma tiflaħx ħafna… xi trid tagħmel Angela u Michael għaliex qalilha li mhux għalissa? Susan marret għand Lorraine… x'qaltilha dwar Neil? Illum insiru nafu fiċ-ċert min kien qatel lil Pete. Ritratt: Rewind Il-Ġimgħa 12 ta' Marzu Susan Bailey tat ir-raġunijiet lil Lorraine għaliex kienet waslet biex tagħmel dak li kienet għamlet. X'wassalha tagħti s-sehem tad-djamanti ta' Pete lil Lorraine… u x'qaltilha din ta' l-aħħar? Aċċettathom jew le? Lorraine x'qaltilha dwar id-djamanti li kienu sehem Roy? Immorr lura fl-orfanotrofju… x'kien ġara bejn Franny u Jodi? Ritratt: Rewind Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Ritratt: Rewind Kull episodju jkollu repetizzjoni dak inhar fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am, filwaqt li l-puntati ta' ġimgħa sħiħa jixxandru nhar ta' Sibt mill-11am 'il quddiem fuq TVM2. Ritratt: Rewind | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/mizuri-covid-19-ahjar-saret-konsultazzjoni-mal-assocjazzjonijiet-sportivi/ | newsbook.com.mt | Christian Micallef Il-ġurnalist u preżentatur sportiv Christian Micallef stqarr li ma jaqbilx ma' waħda mill-miżuri dwar il-Covid-19 li ħabbar il-Gvern fil-jiem li għaddew, dik li persuni li m'għalqux l-età ta' 17-il sena ma jistgħux jipparteċipaw fl-isport ta' kuntatt. Enfasizza li kien ikun aħjar kieku dwar dan saret konsultazzjoni mal-assoċjazzjonijiet sportivi. Micallef, li huwa wkoll Minority Leader fil-Kunsill tal-Belt Valletta, irrikorra għall-Facebook, fejn kiteb li għall-Gvern, l-assoċjazzjonijiet sportivi mhumiex importanti, "u wisq aktar ma jifhimx ukoll li l-isport, hu mod b'saħħtu ta' kif nipprevjenu ċertu mard". Saħaq li jekk tkun tbati min ċertu mard u tkun pożittiv għall-Covid-19, se tkompli tikkomplika l-kundizzjoni ta' saħħet il-persuna. Skont rapport fil-media lokali, il-maġġoranza ta' pazjenti li għandhom età żgħira, u li huma pożittivi għall-COVID-19, u… Posted by Christian Micallef on Monday, March 8, 2021 Fuq il-mezzi soċjali, Christian Micallef fisser li l-maġġoranza ta' pazjenti żgħar pożittivi għall-Covid-19 u li spiċċaw jingħataw kura medika fl-ITU f'Mater Dei, għandhom problemi ta' obeżità. Huwa qal li anke jekk ikunu żgħar fl-età, pazjenti pożittivi għall-virus, qed ikollhom kumplikazzjonijiet aktar serji minn oħrajn. Jitħabbru miżuri ġodda b'effett mill-Ġimgħa Irrefera għal statistika li ġiet provduta fil-5 ta' Marzu u qal li "l-każijiet li ġejjin mill-isport huma l-inqas meta mqabbel ma' każijiet oħra rrappurtati. Micallef qal li l-aqwa mod ta' kif niġġieldu l-obeżità hu permezz ta' stil ta' ħajja b'saħħitha u bl-attività fiżika. Kompla jgħid li l-Gvern ma ħasibx fuq il-konsegwenzi l-oħra li deċiżjoni bħal din se ġġib magħha, inkluż stress psikoloġiku li żdied mhux ftit fl-atleti sportivi kollha madwar id-dinja, mill-bidu ta' din il-pandemija. Filwaqt li jinsab ċert li l-miżura tal-Gvern iddaħħlet biex jiġu protetti l-ħajjiet ta' kull persuna mill-coronavirus, insista li ma jistax ikun li jittieħdu deċizjonijiet bla ħsieb u mingħajr konsultazzjoni fejn jidħol l-isport. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol fl-aħħar jiem ħabbret li l-partiti tal-Youth League se jiġu posposti sal-aħħar tax-xahar. MFA: Posponiment tal-partiti tal-Youth League sal-aħħar tax-xahar | [
1,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/ftehim-bejn-il-fakulta-tat-teologija-u-l-arcidjocesi-ta-malta/ | newsbook.com.mt | Ritratt: https://www.um.edu.mt/ Ġie ffirmat ftehim bejn il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta' Malta u l-Arċidjoċesi ta' Malta li jipprovdi għal dar li tinsab fid-daħla tas-Seminarju tal-Arċisqof f'Tal-Virtù, ir-Rabat, biex tintuża bħala residenza għal studenti-saċerdoti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw. Id-dar fuq żewġ sulari bħalissa qed tiġi rranġata kompletament. Se jkun jista' jospita sa ħames saċerdoti li jkunu jaqraw għal Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali fil-Fakultà tat-Teoloġija f'Malta. Bħalissa hemm erba' studenti-qassisin jaqraw għal dan il-grad, tlieta minnhom huma miż-Żambja u wieħed mill-Malawi, iżda ġew offruti akkomodazzjoni temporanja billi laqgħu l-komunitajiet sakemm id-dar tlestiet. Il-komodatum (self għall-użu) jistipula li d-dar se tintuża esklussivament mill-Fakultà tat-Teoloġija kif deskritt hawn fuq għal perjodu ta' 15-il sena, u wara dan is-self jista' jiġġedded. Skont il-ftehim, ir-restawr u l-manutenzjoni tal-propjetà se jsiru mill-Fakultà stess, li se tkopri wkoll l-ispejjeż għat-tmexxija tad-dar, bħal dawk relatati mal-konsum tal-ikel, ilma, elettriku, u internet. Peress li d-dar tinsab fuq il-kampus tas-Seminarju, li jinkludi skola, ir-residenti tad-dar ikollhom bżonn jgħaddu mill-iskrining tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri kif meħtieġ mill-impjegati li jaħdmu fil-post. Il-ftehim ġie ffirmat fil-11 ta' Marzu mill-Professur Alfred Vella, Rettur tal-Università ta' Malta u Rev. Dr John Berry, Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija, f'isem l-Università ta' Malta u minn Roberto Buontempo, Kap tan-Non-Moveable Assets tal-Kurja, u Dun Dun Albert Buhagiar, Rettur tas-Seminarju, f'isem l-Arċidjoċesi ta' Malta. "Id-dar għandha tissejjaħ Casa Fratelli Tutti," qal Rev. Dr Berry, waqt li fakkar l-isem tal-enċiklika reċenti dwar il-fraternità u l-ħbiberija soċjali maħruġa mill-Papa Franġisku f'Ottubru li għadda. "Se jkun sinjal, u nisperaw li mhux biss sinjal, iżda wkoll strument, ta' fraternità fid-dinja f'diversi biċċiet u individwalista tal-lum." Ir-Rettur tal-Università, il-Prof Alfred J. Vella, qal li waħda mill-prijoritajiet tal-Università ta' Malta hija li tiffaċilita l-vjaġġ tal-istudenti internazzjonali tagħha. Huwa faħħar lill-Fakultà tat-Teoloġija talli pprovdiet lill-istudenti postgraduate b'post mgħammar b'mod adegwat li jarahom jimxu 'l quddiem permezz tal-istudji tagħhom fl-Università bl-iktar mod faċli possibbli. Dawk li jixtiequ jikkontribwixxu għal din il-kawża jistgħu jagħtu donazzjoni permezz tad-dettalji li ġejjin: Numru IBAN: MT81APSB77013000000035387310036 Kodiċi BIC: APSBMTMT Isem tal-kont: AOM – Fakultà tat-Teoloġija (Appoġġ għal Studenti-Saċerdoti Afrikani) | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/ilbierah-ma-kellix-xnitma-lil-uliedi-omm/ | newsbook.com.mt | "Ma ninsa qatt, tidwi ġo widinti, il-kelma t'omm li qaltli 'llum se jieklu t-tfal', u jien għedtilha x'jiġifieri u tgħidlek 'għax ilbieraħ ma stajtx nitmagħhom u ma kontx naf x'se nagħtihom illum'". Albert Debono, responsabbli mill-koordinament tal-Caritas mal-parroċċi rrakkonta r-realtà ħarxa ta' omm li ma kellhiex x'titma' lil uliedha f'intervista ma' Sylvana Debono fuq 103 Malta's Heart dwar il-kampanja Itma' u Libbes. Din il-kampanja hi maħsuba biex jinġabru l-flus għal ikliet għal dawk fil-bżonn, kif ukoll biex jinġabru ħwejjeġ li għadhom f'kundizzjoni tajba u jistgħu jerġgħu jintużaw. Mistoqsi dwar jekk il-faqar huwiex reali jew perċezzjoni, Debono stqarr li l-faqar m'għandux wiċċ u ssibu kullimkien. Saħaq li ghalkemm il-faqar ħafna drabi huwa moħbi, ma jfissirx li ma jeżistix. Żied jgħid li l-faqar huwa kkawżat minn diversi raġunijiet u m'eskludiex il-fatt li persuni li qed jesperjenzaw il-faqar jistgħu jagħmlu ħilithom biex joħorġu mill-kundizzjoni tagħhom u saħaq fuq l-importanza tal-edukazzjoni. Iżda Debono qal li "fl-istess ħin ma nistgħux ma nammettux" li l-faqar huwa realtà hekk kif irrakkonta storja ta' omm oħra li bagħtet lil uliedha jorqdu bla ma kienu kielu. "Nisma kollega għażiża tiegħi tirrakkonta storja simili fejn mamà tat-tfal qaltilha 'ilbieraħ filgħaxija raqqadthom ngħidilhom li l-ikel fuq in-nar, jgħiduli li bil-ġuħ u ngħidilhom iva l-ikel fuq in-nar, stennew ftit ieħor, ejja nilagħbu ftit ieħor, sakemm raqdu. Kont naf li m'hemm l-ebda ikel fuq in nar imma ma kellix il- guts ngħidilhom li m'għandix x'nitmagħkom'". Debono qal li din hija realtà li qed tolqot ħafna nies hekk kif kompla jgħid li aktar minn 1,500 familja fittxew għajnuna mill-parroċċi għall-ikel fl-aħħar ftit xhur. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-2020 kien hemm 82,700 persuna f'riskju ta' faqar filwaqt li 40,000 oħra qed jgħixu f'kundizzjonijiet ħżiena. "Niftakru li kollha kemm aħna, mingħajr eċċezzjoni, għandna l-potenzjal fina li nkunu benefatturi ta' xulxin u għandna r-realtà fina li nafu niġu bżonn inkunu benefiċjarji ta' xulxin," qal Debono. Itma' u Libbes hija inizjattiva tar-Randan 2021 organizzata mill-Arċidjoċesi ta' Malta permezz tal-Caritas Parish Diaconia Network, flimkien ma' Newsbook.com.mt u 103 Malta's Heart. Il-kampanja hija maħsuba biex tgħin lil dawk kollha li għaddejjin minn żminijiet diffiċli, speċjalment waqt il-pandemija li laqtet lid-dinja kollha. Itma' u libbes: lest tgħin lil persuni fil-bżonn? Il-kampanja se titmexxa b'mod innovattiv, totalment differenti mill-kampanji tradizzjonali ta' ġbir ta' fondi għall-ikel u l-ilbies, peress li d-dinjità ta' dawk li se jirċievu l-għajnuna se tkun fic-ċentru tal-inizjattiva. Tista' tisma' l-intervista kollha għada l-Erbgħa fil-5pm fuq Newsbook.com.mt waqt edizzjoni speċjali tal-programm Newsbook Q&A. Il-pubbliku huwa mistieden jikkontribwixxi biex jiġu pprovduti vawċers għal ikliet ta' kuljum għal dawk fil-bżonn. L-ikliet ikunu msajra minn kokijiet professjonali u se jinkludu l-ingredjenti meħtieġa għal dieta sana. Tista' tgħin biex titma': Billi tagħti €11.65 u titma' tifel għal ġimgħa (SMS 50619270) Billi tagħti €20 u titma' koppja anzjana għal 5 ijiem (ċempel fuq 51002037) Billi tagħti €50 u titma' familja ta' 4 għal 3 ijiem (ċempel fuq 51902072 Tista' tgħin biex tlibbes: Ħu l-ħwejjeġ il-Parroċċa tal-Iklin bejn it-8 u l-14 ta' Marzu f'ħin il-quddies Ħu l-ħwejjeġ fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Kalkara bejn it-8 u l-14 ta' Marzu bejn id-9am u l-11.30am Ħu l-ħwejjeġ il-Knisja tal-Qrendi bejn il-15 u l-21 ta' Marzu bejn il-5.30pm u s-7pm. Ħu l-ħwejjeġ fil-Knisja Arċipretali ta' Ħaż-Żebbuġ fil-ħin tal-quddies. Ħu l-ħwejjeġ fis-Sala San Ġwakkin Marsaskala t-Tlieta 16 ta' Marzu bejn is-6.30pm u s-7.30pm, il-Ħamis 18 ta' Marzu bejn is-6.30pm u s-7.30pm, u s-Sibt 20 ta' Marzu bejn is-6pm u t-8pm. Ħu l-ħwejjeġ fil-Parroċċa ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi fil-ħin tal-quddies. | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-mam-theggeg-lill-anzjani-u-l-vulnerabbli-biex-jibqghu-d-dar/ | newsbook.com.mt | L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) laqgħet il-miżuri li tħabbru lbieraħ filgħaxija li jidħlu fis-seħħ illum, u qalet li hi se ssegwi kif tevolvi s-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'Malta mill-viċin. Hija ħeġġet lill-anzjani u lill-persuni medikament vulnerabbli biex jibqgħu d-dar u jkollhom kuntatt soċjali mill-inqas minħabba l-Covid-19. Dan qalitu fi stqarrija maħruġa dalgħodu b'reazzjoni għall-miżuri mħabbrin mill-Prim Ministru Robert Abela, mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci lbieraħ. B'dawn il-miżuri se jingħalqu l-iskejjel mit-Tnejn li ġej, u mil-lum se jingħalqu l-ħwienet mhux essenzjali, il-pools, il-gyms, u se jieqfu l-funzjonijiet reliġjużi. Dan kollu jibqa' fis-seħħ sal-11 t'April. Il-MAM ħeġġet lin-nies biex isegwu dawn il-miżuri. Hija laqgħet it-tisħiħ tal-infurzar biex in-nies jimxu ma' dawn il-miżuri u saħqet li l-infurzar għandu jibqa' jsir. X'inhuma l-miżuri Il-PM iħabbar miżuri ġodda fosthom għeluq tal-iskejjel u ħwienet Apparti hekk, il-MAM ikkummentat fuq il-vaċċin u wriet sodisfazzjon li hemm provvista regolari tal-vaċċin. L-assoċjazzjoni inkoraġġiet lill-awtoritajiet tas-saħħa biex ilaqqmu lin-nies li għandhom bejn 60 u 80 sena malajr kemm jista' jkun. Qalet ukoll li jkun ta' benefiċċju jekk ikun hemm iżjed trasparenza fuq it-tqassim tal-vaċċin, u jekk il-helpline għan-nies ta' bejn is-60 u t-80 sena jkun effiċjenti. Fuq il-miżuri ta' ġimgħa ilu Il-MAM tikkritika l-miżuri; "Is-swali ta' Mater Dei mhux se jibqgħu jlaħħqu" | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/ic-cina-se-tkompli-tikkopera-mal-who-dwar-l-origini-tal-pandemija/ | newsbook.com.mt | Chinanews.com / China News Service - Wiki Commons Il-Prim Ministru Ċiniż Li Keqiang qal li l-pajjiż se jkompli jaħdem mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex bil-għan li tinstag l-oriġini tal-COVID-19. Huwa kien qed jitkellem bi tweġiba għal mistoqsija dwar il-kritika tal-Istati Uniti li l-pajjiż ma kienx trasparenti fil-għoti tal-informazzjoni dwar każijiet bikrin ta' Covid-19. Li, li tkellem aktar kmieni llum waqt mal-midja fi tmiem is-sessjoni annwali tal-parlament taċ-Ċina qal li l-pajjiż "aġixxa b'mod ibbażat fuq il-fatti u b'moħħ miftuħ, trasparenti u kooperattiv". | [
1,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-kyle-george-jniedi-kanzunetta-miktuba-minnu-stess/ | newsbook.com.mt | Tiftakruh lil Kyle li kien mal-ewwel 4 waqt it-tieni staġun ta' X Factor Malta? Din il-ġimgħa Kyle George għamel id-debutt tiegħu fuq ir-radjijiet lokali bil-kanzunetta tiegħu Back To You miktuba minnu stess bl-aħħar irtokki ta' Micimago, wieħed mill-iktar produtturi rinomati f'Malta. Kyle qal li 'Back To You' hija kanzunetta estremament personali u speċjali li kiteb ftit tax-xhur ilu. Id-debutt tiegħu qed jimmarka futur mimli suċċess għal dan il-kantant żagħżugħ. Huwa qed jaħdem fuq ħafna iktar materjal li bla dubju se jinżel tajjeb ħafna mas-segwaċi tiegħu li kienu affaxxinati b' leħnu waqt il-vjaġġ tiegħu fil-kompetizzjoni ta' X Factor Malta. Kyle George Cutajar | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/imhabbra-sitt-progetti-urbani-godda-fil-komunita/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Omar Camilleri/ Doi Il-lokalità tal-Mosta se tibbenefika minn proġetti ta' tisbiħ fl-urban li jinkludi l-pavimentar tat-toroq u l-ħolqien ta' outdoor gym iffinanzjati permezz tad-Development Planning Fund (DPF). Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia li spjega li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat u ffinanzjat 13-il proġett li jiswew ftit iktar minn miljun ewro. Dawn jinkludu l-iffirmar ta' sitt proġetti – erbgħa minnhom se jkopru t-tisbiħ u l-pavimentar ta' toroq dojoq f'żoni differenti tal-lokalità, fosthom Triq Charles J Vassallo, Sqaq Xorxa, Triq Dun Mikiel Xerri, u Triq San Anton Abbati Sqaq Nru 3. Iż-żewġ proġetti l-oħrajn jinkludu l-installazzjoni ta' outdoor gym u l-bdil tal-lampi eżistenti għal oħrajn aktar effiċjenti fil-konsum tal-elettriku. Il-ministru spjega li saru diversi investimenti permezz tad-Development Planning Fund biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u biex joħolqu ambjent aktar sostenibbli. Huwa spjega kif dan il-fond jippromwovi proġetti ta' tisbiħ f'żoni urbani li jkunu ta' benefiċċju għar-residenti tal-komunità, b'fondi disponibbli għall-kunsilli lokali, NGOs, u entitajiet oħra. Dan il-fond huwa wkoll l-ikbar injezzjoni kapitali fi proġetti li, b'mod partikolari, jippromwovu t-tħaddir fl-urban u jappoġġjaw setturi vulnerabbli fis-soċjetà. Il-fondi sottomessi ġew użati primarjament għal proġetti għall-komunitajiet immirati biex inaqqsu l-effetti ħżiena tal-iżvilupp fl-urban. Dan il-kontribut, għalhekk, jinżamm fil-lokalità u jista' jintuża għal proġetti li jtejbu l-faċilitajiet fil-lokalità u ż-żoni ħodor. Sa minn Jannar tal-2017, l-awtorità ffirmat 129 kuntratt mal-kunsilli lokali u NGOs li jkopru total ta' aktar minn €12.7 miljun. Wara proċess ta' konsultazzjoni, il-ministru ħabbar numru ta' tibdiliet fid-DPF, bil-għan li jinkoraġġixxu lill-kunsilli lokali, NGOs, u għaqdiet terzi biex jissottomettu proġetti li l-ippjanar tagħhom ikun aktar ambjentali u li jkun għall-ġid tas-soċjetà. "Dawn it-tibdiliet huma parti minn bidla olistika f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunċett ta' pjanar – il-bidla lejn pjanar intelliġenti u viżjoni ambjentali għal-lokalitajiet tagħna", qal il-ministru. Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/id-danimarka-tissospendi-l-ghoti-tal-vaccin-astrazeneca/ | newsbook.com.mt | AstraZeneca HQ in Cambridge UK - D Wells - CC - via Wikimedia Commons Id-Danimarka waqqfet temporanjament l-użu tal-vaċċin COVID-19 prodott minn AstraZeneca wara li rreġistrat diversi każijiet ta' emboli tad-demm (bloodclots) fost persuni mlaqqma b'dan il-vaċċin. Dan tħabbar mill-awtorità tas-saħħa Daniża. Il-Ministru tas-Saħħa tal-pajjiż, Magnus Heunicke, fi tweet qal li l-awtoritajiet tas-saħħa tal-pajjiż, minħabba miżuri ta' prekawzjoni, issospendew it-tilqima tal-AstraZeneca wara sinjal ta' effett serju possibbli fil-forma ta' tagħqid tad-demm fatali. Vi handler tidligt, det skal undersøges grundigt #COVID19dk — Magnus Heunicke (@Heunicke) March 11, 2021 'Bħalissa mhux possibbli li jiġi konkluż jekk hemmx konnessjoni. Id-deċiżjoni kienet li naġixxu kmieni u kollox jiġi investigat bir-reqqa.' L-EMA, iktar kmieni, ħabbret li ma kienx hemm evidenza bejn il-vaċċin tal-AstraZeneca u każijiet simili fl-Awstrija. Aqra aktar L-Awstrija tissospendi konsenja tal-vaċċin tal-AstraZeneca | [
1,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/gheluq-tal-iskejjel-decizjoni-iebsa-caruana-ma-tghallimna-xejn-puli/ | newsbook.com.mt | Xellug: Miguela Xuereb / Lemin: Luke Zerafa Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li kienet deċiżjoni iebsa ħafna li jingħalqu l-iskejjel, filwaqt li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli qal li s-sitwazzjoni tal-edukazzjoni fil-pajjiż qiegħda fi kriżi, għax ma tgħallimna xejn minn meta ngħalqu l-iskejjel is-sena l-oħra. Dan intqal waqt dibattitu politiku fil-Parlament dalgħodu dwar il-miżuri restrittivi ġodda li tħabbru lbieraħ fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li d-deċiżjoni li mit-Tnejn li ġej jingħalqu l-iskejjel kienet l-iżjed waħda diffiċli li kellu jieħu l-Gvern. Min-naħa tagħha l-Ministru qalet li għandna napprezzaw kif minkejja li Malta hi l-iċken pajjiż fl-Unjoni Ewropea, "irnexxielna nżommu l-iskejjel miftuħin sakemm kien possibbli." Qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet wara diskussjonijiet mal-unjin tal-għalliema (MUT) u ma' partijiet konċernati oħra. Stqarret li l-akbar kisba kienet it-tagħlim online iżda hemm bżonn iżjed investiment u ħidma biex dan ikun verament tagħlim ta' kwalità. Qalet ukoll li l-Gvern qed jevalwa s-sitwazzjoni tal-Year 11s u l-Year 13s u dawk li qegħdin jagħmlu l-eżamijiet tal-Mocks. Temmet tgħid li jeħtieġ li jaraw kif il-pandemija affettwat l-edukazzjoni tat-tfal billi tilfu parti mill-esperjenza edukattiva tagħhom. Id-dibattitu fil-Parlament Filmat: "Kellna nieħdu deċiżjonijiet li jaqsmulek qalbek imma konna dejjem trasparenti" – Il-PM "Ma tgħallimna xejn minn sena ilu" – Puli Min-naħa tiegħu, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli semma kif il-pajjiż jinsab fi kriżi, u l-istess l-edukazzjoni, għax issa rġajna "back to square one," billi bil-miżuri l-ġodda, Malta spiċċat xi ftit jew wisq fl-istess sitwazzjoni li kienet sena ilu, iżda issa għandha ħafna iżjed każijiet attivi ta' Covid-19. Puli kkundanna l-mod kif donnu "ma tgħallimna xejn" mill-għeluq tal-iskejjel sena ilu, u kif il-Gvern ma preparax għall-eventwalità li jerġgħu jagħlqu l-iskejjel. Huwa semma wkoll kif ikkuntattjawh għalliema u ġenituri u qalulu li għad hemm skejjel li sal-lum, ħadd għadu ma tlaqqam fihom. L-iskejjel se jagħlqu nhar it-Tnejn li ġej u għandhom jerġgħu jiftħu fil-11 t'April, meta jintemmu l-vaganzi tal-Għid il-Kbir. Ilbieraħ Filmat: Il-PM iħabbar miżuri ġodda fosthom għeluq tal-iskejjel u ħwienet | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-can-yaman-illejla-fche-dio-ci-aiuti/ | newsbook.com.mt | Ultimo imperdibile appuntamento con la nostra serie preferita angioletti, non mancate! #CheDioCiAiuti6 Posted by Che Dio Ci Aiuti on Saturday, March 6, 2021 L-aħħar episodju mis-sensiela Che Dio Ci Aiuti se jixxandar illejla fuq Rai Uno fid-9.25pm u se jkun qed jidher bħala mistieden l-attur Tork Can Yaman, protagonisti tas-sensiela popolari DayDreamer li tixxandar fuq Canale 5. Il-parteċipazzjoni ta' Can Yaman f'din is-sensiela Taljana ġiet bħala sorpriża għal ħafna iżda bla dubju se tintlaqa' tajjeb mill-eluf ta' fans li dan l-attur għandu. Is-sensiela Che Dio Ci Aiuti għandha produzzjoni ta' Lux Vide, l-istess kumpanija li se tkun qed tipproduċi s-sensiela Sandokan u li wkoll se jkollha lil Can Yaman fil-parti li kienet kisbet suċċess internazzjonali għal Kabir Bedi. Aqra: Il-wiċċ ġdid ta' Sandokan Fl-aħħar episodju tal-lejla minn Che Dio Ci Aiuti lil Can Yaman se narawh jispiċċa fil-kunvent u l-preżenza tiegħu tħawwad lil Azzurra, soru novizza li tħoss li jkun aħjar jekk tevita milli tarah. Iżda d-destin donnu li jrid ilaqqagħhom f'diversi sitwazzjonijiet. Ritratt: Facebook Dan huwa l-filmat li jeħodna minn wara 'l kwinti tal-episodju tal-lejla mis-sensiela Che Dio Ci Aiuti li jinkludi s-sehem tal-attur Tork. | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/awdjo-bhal-lum-kate-bush-kienet-fil-quccata-tal-klassifika/ | newsbook.com.mt | Bħal-lum fl-1851 ittelgħet għall-ewwel darba l-opra Rigoletto ta' Ġiuseppe Verdi, f'teatru ġo Veneżja. Id-diska numru wieħed fl-Ingilterra bħal-lum fl-1978 kienet Wuthering Heights ta' Kate Bush. Ritratt: Torley / flickr Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fl-istorja. | [
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-epilessija-mill-aspett-mediku/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Gerd Altman / Pixabay Għada l-Ġimgħa 12 ta' Marzu fid-6pm, il-Caritas Malta Epilepsy Association se tkun qed torganizza laqgħa tal-membri permezz ta' webinar bl-isem When Sparks Fly li se jkun indirizzat minn Dr Anna Micallef. Hija se titkellem fuq l-epilessija mill-aspett mediku. L-epilessija u t-tipi differenti ta' aċċessjonijiet se jiġu spjegati f'termini sempliċi ħafna. Is-sessjoni naturalment tkun waħda interattiva u l-mistoqsijiet jiġu indirizzati. It-tabiba Anna Micallef hija tabiba tal-familja. Hija gradwat mill-Università ta' Malta fl-2015 u għamlet sentejn taħdem fl-Isptar Mater Dei. Wara bdiet il-programm ta' taħriġ għall-Ispeċjalisti fil-Mediċina tal-Familja li għadha kemm temmet. Għal aktar informazzjoni u dettalji biex taċċessaw il-webinar bla ħlas fuq zoom, ibagħtu email lill- maltaepilepsy@gmail.com . Il-laqgħa issir f'kunfidenzjalità sħiħa. Ritratt: Caritas Malta | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/wara-sena-jergghu-jaghtu-bewsa-lil-xulxin/ | newsbook.com.mt | Ritratt: minn filmat / ABC6 Kien mument emozzjonanti hekk kif nhar il-Ħadd li għadda koppja li tgħix f'Doylestown, Pennsylvania, fl-Istati Uniti reġgħu ltaqgħu wara sena u taw l-ewwel bewsa lil xulxin. Bill Fuller u martu Lola għandhom 93 sena u ilhom miżżewġa għal dawn l-aħħar 72 sena. Minħabba fil-pandemija u fil-kundizzjoni f'saħħithom, il-koppja ma setgħux jaraw lil xulxin iżda l-Ħadd li għadda binthom Ann irranġat il-laqgħa bejn il-ġenituri tagħha li ilhom mill-2012 jgħixu fil-Wesley Enhanced Living. Minkejja li jgħixu fl-istess faċilità, il-koppja madanakollu jgħixu f'sezzjonijiet differenti ta' din il-faċilità minħabba li l-mara għandha bżonn kura aktar speċifika minħabba fil-kundizzjonijiet f'saħħitha. "Nista' nbusha?" staqsa l-anzjan meta ra lil martu wara sena. Binthom fakkritu li issa ħadu l-vaċċin u seta jbus lil martu, li tinsab fuq siġġu tar-roti. Ix-xena tal-ewwel tgħanniqa u bewsa tagħhom wara sena ħolqot emozzjonijiet kbar u bdiet tinxtered fuq diversi siti tal-aħbarijiet madwar id-dinja. Ritratt: minn filmat / ABC6 Wara l-koppja anzjana gawdiet minn ikla romantika flimkien. Aqra wkoll: Il-coronavirus ma twaqqafx koppja anzjana milli jagħtu bewsa sinċiera lil xulxin | [
1,
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/malta-rceviet-il-konsenja-tal-astrazeneca-sospiza-f6-pajjizi/ | newsbook.com.mt | Fi stqarrija l-Gvern qal li f'Malta, it-tilqim tal-AstraZeneca se jibqa' jingħata kif ippjanat. Żiedu li ma kienx hemm rapporti ta' reazzjonijiet minn dawk li ħadu t-tilqima tal-AstraZeneca bħalma huwa rrappurtat li kien hemm fl-Awstrija. Huwa żied li f'Malta l-lott li minnu ġiet sopiża konsenja fl-Awstrija ġie mogħti kollu. L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li huma talbu d-direzzjoni tal-Awtorità Maltija tal-Mediċini dwar l-użu ta' dan il-vaċċin li min-naħa tagħha rrakkomandat li l-programm ta' tilqim tal-AstraZeneca jissokta kif ippjanat. L-Awtorità Ewropea għall-Mediċini saħqet li m'hemm ebda indikazzjoni li l-vaċċin kien il-kawża tal-kumplikazzjonijiet tas-saħħa rrappurtati fl-Awstrija, anke għaliex il-kumplikazzjonijiet tas-saħħa rrappurtati mhumiex imniżżla bħala sintomi tal-vaċċin. L-istqarrija temmet li l-Awtoritajiet tas-Saħħa qegħdin isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib u jisħqu li ma hemmx lok ta' allarm għall-pazjenti li rċivew il-vaċċin minn din il-konsenja. Aktar kmieni Malta huwa wieħed mill-pajjiżi li għandu tilqimiet mill-konsenja tal-AstraZeneca li ġiet sospiża temporanjament f'sitt pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, wara li wħud min-nies li tlaqqmu biha żviluppaw emboli tad-demm (bloodclots) u persuna fl-Awstrija mietet bi trombożi, iżda għadha ma ġietx stabbilita rabta ċara bejn l-AstraZeneca u dawn il-każijiet. L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) ilbieraħ kitbet li l-konsenja tan-numru ABV5300 ġiet sospiża fl-Awstrija wara li persuna kellha trombożi, li sseħħ meta jiffurmaw ħafna emboli tad-demm fiċ-ċelloli, u mietet 10 ijiem wara li ħadet il-vaċċin. Persuna oħra fl-Awstrija li ħadet it-tilqima kellha tittieħed l-isptar għal emboliżmu pulmonarju, u qiegħda tirkupra. Minkejja dan, s'issa għad m'hemm l-ebda indikazzjoni li kien il-vaċċin li kkawża dawn il-kundizzjonijiet, li mhumiex imniżżlin bħala sintomi għall-vaċċin. Il-każ fl-Awstrija L-Awstrija tissospendi konsenja tal-vaċċin tal-AstraZeneca Din il-konsenja ngħatat lil 17-il pajjiż fl-Unjoni Ewropea, fosthom Malta. Xi pajjiżi ssospendew l-użu ta' din il-konsenja bħala miżura ta' prekawzjoni, filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet. Dawn il-pajjiżi huma d-Danimarka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Awstrija, u l-Lussemburgu. Is-17-il pajjiż tal-UE li rċivew din il-konsenja huma l-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, Franza, il-Greċja, l-Iżlanda, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, Spanja u l-Iżvezja. Dwar id-Danimarka Id-Danimarka tissospendi l-għoti tal-vaċċin AstraZeneca | [
1,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/ippubblikati-mizuri-ghall-knejjes-minhabba-l-covid-19/ | newsbook.com.mt | Kurja – knisja.mt/ritratti Read in English . L Arċidjoċesi ta' Malta ppubblikat miżuri ġodda li se jidħlu fis-seħħ mil-Ħamis, 11 ta' Marzu u se jibqgħu fis-seħħ sal-Ħadd, 11 ta' April 2021. Fi stqarrija ġie spjegat li dan se jkun qiegħed jiġri wara li lbieraħ filgħaxija tħabbar li fis-sitwazzjoni preżenti l-Knisja waqqfet il-funzjonijiet reliġjużi biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-poplu. Ara x'inhuma l-miżuri ta' prevenzjoni għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa Dawn id-direttivi l-ġodda jistabilixxu li l-knejjes jistgħu jiftħu għall-qima tal-pubbliku iżda mhux permess li jsir quddies jew xi attività reliġjuża oħra bil-preżenza tan-nies. L-Arċidjoċesi spjegat li jistgħu jsiru biss funerali u żwiġijiet b'numru ristrett ta' nies waqt li jitħarsu l-miżuri kollha stipulati għall-quddies. L-ammont ta' nies li jistgħu jattendu jvarja skont il-kobor tal-knisja iżda m'għandux ikun ta' aktar minn 100 persuna. Rigward, il-magħmudijiet, il-Knisja qed tħeġġeġ lill-ġenituri sabiex dawn isiru wara l-11 ta' April, 2021. Jekk għal xi raġuni l-magħmudija trid issir qabel din id-data, għandu jsir biss ir-rit tal-magħmudija mingħajr il-quddiesa u b'numru żgħir ta' nies. L-istqarrija kompliet tispjega li t-tqarbin tal-morda fid-djar ser jibqa' sospiż ħlief f'każijiet fejn il-kundizzjoni medika tal-persuna tkun kritika. L-uffiċini parrokkjali se jiftħu u joffru biss servizzi essenzjali, preferibilment b'appuntament. Fejn hu possibbli s-servizz għandu jingħata permezz tat-telefown jew online. Fuq il-website uffiċjali tal-Arċidjoċesi ta' Malta Knisja.mt qed tiġi ppubblikata lista aġġornata bil-Ħinijiet tal-Ftuħ tal-Knejjes prinċipali. Filmat: Il-PM iħabbar miżuri ġodda fosthom għeluq tal-iskejjel u ħwienet | [
1,
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/zieda-fit-telework-tohloq-dizgwid-bejn-il-haddiema-clyde-caruana/ | newsbook.com.mt | Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana qal li żieda fit-teleworking b'mod permanenti jista' jwassal għall-animożità bejn il-ħaddiema li għandhom dan il-benefiċċju u l-oħrajn li minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom iridu jmorru fuq il-post tax-xogħol. Caruana li kien qed iwieġeb serje ta' mistoqsijiet supplimentari tad-deputat Nazzjonalista David Thake, qal li l-aċċess għat-teleworking fis-servizz ċivili jista' jkun detrimentali għaliex joħloq diżgwid u għandu bżonn jinstab bilanċ. Il-mistoqsija oriġinali ta' David Thake kienet dwar l-ispiża li qed jonfoq il-Gvern fuq miżuri biex titnaqqas il-firxa tal-pandemija fis-settur pubbliku. Il-Ministru spjega li ma kellux figuri f'idejh waqt li kkonferma li l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu fosthom JobsPlus implimentaw il-miżuri meħtieġa. Huwa qal li fid-dawl tal-miżuri mħabbra l-ġimgħa li għaddiet, iktar ħaddiema fis-settur ċivili qed jingħataw l-opportunità li jaħdmu fit-telework għal darb'oħra. Thake argumenta li t-telework fejn hu possibbli għandu jkun "mandatorju jekk xejn". Huwa qal b'hekk tonqos ukoll il-konġestjoni tat-traffiku u allura l-emissjonijiet. Mandanakollu, il-Ministru qal li mill-esperjenza tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-JobsPlus, it-teleworking jista' joħloq problemi fuq il-post tax-xogħol. "Jekk it-telework jidher bħala soluzzjoni ottimali, din tista' toħloq diżgwid bejn il-ħaddiema u tista toħloq sitwazzjonijiet inġusti," hu stqarr. Huwa qal li mhux kulħadd jista' jibbenefika minn telework – l-istaff front office ovvjament iridu jkunu preżenti l-ħin kollu u jekk il-kollegi tagħhom jitħallew jaħdmu mid-dar, dan jista' jwassal għal xi ilmenti. Caruana stqarr li l-unjins kien ilmentaw fuq din il-kwistjoni għax din toħloq problemi bejn ħaddiema tal-istess gradi. Thake imbagħad staqsa dwar il-pjanijiet tal-Gvern li jindirizza din is-sitwazzjoni. Caruana qal li l-argumenti spiċċaw retorika u saħaq dwar il-bżonn ta' bilanċ "Qed ngħixu f'dinja ta' umani u jrid jinħoloq sens ta' ugwaljanza jekk jiżdiedu l-problemi fuq il-post tax-xogħol. "Id-domanda tiegħi hi kif se ssolvi din il-problema u tħeġġeġ it-teleworking?" insista Thake. "Jidher li l-membru parlamentari m'għandu l-ebda esperjenza biex imexxi n-nies fuq il-post tax-xogħol tagħhom u ma jifhimx il-problemi li jistgħu jqumu fuq il-post tax-xogħol," il-Ministru stqarr. "Jekk ma jistax jifhem, problema tiegħu," ikkonkluda l-Ministru. Din it-tweġiba ġabet reazzjoni qawwija minn Thake li pprotesta dwar kif kien qed iwieġeb il-Ministru. | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/heritage-malta-twettaq-idea-ta-impjegat-taghha-ghal-ambjent-aktar-hadrani/ | newsbook.com.mt | Heritage Malta qed twettaq idea ta' wieħed mill-impjegati tagħha u tniedi inizjattiva fejn il-ħaddiema jiżirgħu żrieragħ ta' siġar u arbuxxelli fi djarhom u jindokrawhom sakemm ikunu kibru biżżejjed biex jitħawlu f'siti ta' Heritage Malta stess. "L-idea mill-ewwel intgħoġbot mill-amministrazzjoni ta' Heritage Malta, billi tinkwadra b'mod sħiħ fil-missjoni tagħna li nħarsu mhux biss il-patrimonju kulturali iżda wkoll il-wirt naturali ta' pajjiżna," qal Noel Zammit, Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta. "Din l-inizjattiva hija mezz kif l-impjegati tagħna jieħdu sehem f'attivitajiet ekstrakurrikulari li huma ta' siwi kbir kemm għall-aġenzija nfisha kif ukoll għall-ambjent." Il-mixtla ta' Heritage Malta f'Għar Dalam għandha sehem ewlieni f'din l-inizjattiva billi tipprovdi ż-żerriegħa lill-impjegati li juru interess f'dan il-proġett volontarju. Is-siġar u l-arbuxxelli li se jikbru minn din iż-żerriegħa huma kollha indiġeni. Minn meta ġew mgħarrfa bis-suġġeriment li ħareġ bih il-kollega tagħhom, diversi impjegati esprimew interess biex jiżirgħu ż-żerriegħa f'darhom u jindokraw ixxtieli li jinbtu minnha għal sena jew sentejn, sakemm dawn ikunu lesti biex jittieħdu lura fil-mixtla fejn isibu min jieħu ħsiebhom qabel jasal iż-żmien li jitħawlu fis-siti rispettivi. Għalkemm min jidħol għal dan l-impenn m'hemmx bżonn ikollu esperjenza filħarsien tal-pjanti, u ż-żerriegħa biex tikber tirrikjedi biss rokna xemxija fejn tkun imħarsa mir-riħ u mix-xita qalila, il-mixtla ta' Għar Dalam qed toffri pariri lillimpjegati dwar il-kura ta' dawn il-pjanti. Dan it-tagħrif twassal minn Heritage Malta. Heritage Malta | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/b-e100-tista-tixtri-l-medicina-u-tghin-10-familji-robert-farrugia/ | newsbook.com.mt | Għada s-Sibt 13 ta' Marzu Missio Malta se tkun qed ittella' l-maratona ta' gbir ta' fondi sabiex ikunu jistgħu jitkomplew aktar proġetti f'artijiet missjunarji. Għal Missio Malta dawn il-proġetti huma sfida iktar mis-soltu minħabba fil-pandemija li laqtet id-dinja kollha. Madanakollu il-ħidma ta' Missio Malta tkompli, speċjalment f'din is-sena li timmarka d-90 sena mindu twaqqaf l-ewwel uffiċju tal-Missio f'Malta. Tul din is-sena d-dħul naqas iżda d-domanda għall-għajnuna żdiedet u għal dan il-għan il-Missio Malta qed torganizza din l-attività li bdiet sitt snin ilu bl-isem ta "Hope" (tama). Din is-sena it-tema hija "Il-Missio Int". Fil-ħidma tagħha Missio Malta taħdem biex tibni orfanatrofji, clinics, farms, greenhouses u anke tieħu ħsieb l-edukazzjoni ta' bosta tfal. "Il-maratona ma nagħmluhiex biss biex niġbru l-flus iżda hija okkażjoni biex nuru lill-poplu Malti f'hiex qed jintefqu l-flus permezz ta' diversi proġetti," jgħidilna Robert Farrugia minn Missio Malta. "Meta mort l-Etjopja skoprejt li kelli ngħaddi bi flixkun ilma ta' litru u nofs. U dan biex ninħasel u nixrob," spjega Robert li enfasizza wkoll li l-Missio qed taħdem fuq proġetti biex jinbnew boreholes sabiex ikun hemm iktar aċċess għall-ilma. Il-prijorità tal-Missio din is-sena hija l-mediċina. "B' €100 tista' tixtri l-mediċina u tgħin 10 familji" jispjega Robert. Robert Farrugia jgħidilna wkoll li din is-sena Missio Malta se taħdem fuq proġett biex tibni villaġġ bl-isem ta' MissioMalta fejn ikunu qed jgħixu 20 familja. Jekk dan il-proġett jirnexxi Missio Malta tibda taħseb beix testendi dan il-proġett mhux biss fl-Afrika iżda fl-artijiet tal-Missjoni. Segwi l-intervista sħiħa hawn taħt: Għalkemm il-maratona tal-Missio Malta se tittella' għada s-Sibt 13 ta' Marzu, il-linji tad-donazzjonijiet huma diġà miftuħa: Ritratt: Facebook – Missio Malta | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/minkejja-l-ghajdut-mhemmx-ippjanata-konferenza-mill-pm/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Miguela Xuereb Minkejja għajdut fuq il-midja soċjali matul il-ġurnata tal-lum, li l-Prim Ministru Robert Abela se jsejjaħ konferenza tal-aħbarijiet fit-3pm, s'issa m'hemm l-ebda konferma uffiċjali li dan se jsir. L-għajdut qed isir fid-dawl tan-numru rekord ta' każi ġodda tal-Covid-19, fejn kmieni wara nofsinhar tħabbar li tela' għal 510. Intant, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħassar konferenza tal-aħbarijiet li kienet se ssir fis-2pm. Hu mifhum li dan minħabba l-pressjoni li l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qed taffaċċja mill-unions tal-għalliema biex tmexxi it-tagħlim online. Aktar informazzjoni "Qegħdin qrib li s-servizz fl-iskejjel ma jkunx jista' jiġi sostnut aktar" – MUT L-Union tal-Edukaturi Professjonali (UPA) kienet se tindirizza konferenza fit-3.30pm, iżda tħassret minħabba "li l-Prim Ministru se jindirizza konferenza fit-3pm". Ma' Newsbook.com.mt l-unjin qalet li se toħroġ stqarrija bil-pożizzjoni tagħha. | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-torta-tal-bounty-maghmula-mhux-fil-forn/ | newsbook.com.mt | Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti (Għal 8-10 persuni) Għall-bażi 28 (308g) gallettini Oreo 70g butir bla melħ Milli tal-ġewż tal-Indi 400ml ħalib tal-ġewż tal-Indi tal-bott (Jekk trid veġan) 200g frak tal-ġewż tal-Indi 3 mgħaref zokkor Għall-ganache ta' ċikkulata skura 80ml ħalib tal-ġewż tal-Indi tal-bott (Jekk trid veġan) 115g ċikkulata sewda (Jekk trid veġan) nofs mgħarfa butir mingħajr melħ (Jekk trid veġan) Għal wiċċ frak tal-ġewż tal-Indi Metodu Għalli 400ml ħalib tal-ġewż tal-Indi tal-bott u żid it-3 mgħaref zokkor. Ħawwad tajjeb u ħalli fuq nar bati sakemm il-ħalib jonqos bin-nofs u b'hekk ikollok ħalib magħqud tal-ġewż tal-Indi. Farrak il-gallettini Oreo f'mixer sakemm jiġu frak żgħar. Dewweb il-butir u żidu mal-frak tal-gallettini. Ippressa t-taħlita fil-qiegħ ta' landa tat-torti ta' 22ċ dijametru li jkollha l-qiegħ jinqala'. Saħħan it-80ml ħalib tal-ġewż tal-Indi tal-bott f'banju marija u meta jisħon żid iċ-ċikkulata. Ħalli ċ-ċikkulata fil-ħalib sħun u wara ħawwad sakemm iċ-ċikkulata ddub kollha. Żid il-butir u ħallat tajjeb sakemm il-ganache taċ-ċikkulata jkollu dehra tleqq. Żid il-frak tal-ġewż tal-Indi mal-ħalib magħqud tal-ġewż tal-Indi. Ħallat tajjeb u ferra t-taħlita fuq il-bażi tat-torta. Daħħal fil-friġġ għal 3-4 sigħat. Meta toħroġha mill-friġġ neħħi t-torta mil-landa u ferrex ftit fak tal-ġewż tal-Indi fil-wiċċ. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/nathan-anthony-pace-jirbah-il-juvenes-translatores-ghall-junior-college/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Nathan Anthony Pace Il-Kummissjoni Ewropea ferħet lis- 27 rebbieħ tal-kompetizzjoni tat-traduzzjoni tagħha, Juvenes Translatores . Għal Malta, ir-rebbieħ huwa Nathan Anthony Pace mill-Junior College li, flimkien mal-parteċipant Litwan, ġab l-ogħla marka mill-Unjoni Ewropea kollha (39 minn 40) għal traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti. Il-parteċipanti kellhom l-għażla li jittraduċu bejn kwalunkwe żewġ lingwi uffiċjali tal-UE . Mill-552 kombinazzjoni ta' lingwi possibbli, dawn it-tradutturi promettenti użaw 150, għadd tassew impressjonanti. Għal Malta u Għawdex, ħadu sehem sitt Sixth Forms b'total ta' 27 student. Irriżulta li t-tema magħżula għal din l-edizzjoni, " Ninnavigaw fi żminijiet ta' sfida — flimkien aħna aktar b'saħħitna " kienet riflessjoni preċiża tal-Ewropa tul is-sena li għaddiet. Il-Kummissarju għall-Baġit u l-Amministrazzjoni, Johannes Hahn, qal: "Nixtieq nifraħ lill-istudenti li laqgħu l-isfida tat-traduzzjoni f'ċirkostanzi tant diffiċli. Nifraħ ukoll lill-għalliema tagħhom, li kienu ddeterminati li jorganizzaw il-kompetizzjoni waqt li kienu għaddejjin bit-tagħlim online. Dawn kollha wrew passjoni ta' veru għal-lingwi u l-multilingwiżmu." It-tradutturi tal-Kummissjoni għażlu 27 rebbieħ (wieħed għal kull pajjiż tal-UE) minn fost il-kważi 2 800 parteċipant mill-Ewropa kollha. Barra minn hekk, 248 student irċevew aċċenn speċjali għal traduzzjonijiet straordinarji. Anki f'dan il-każ, l-istudenti Maltin kienu fost l-aktar li ġabu dan ir-rikonoxximent speċjali għall-kwalità tat-traduzzjoni tagħhom. L-aqwa tradutturi żgħażagħ minn kull pajjiż tal-UE se jiġu mistiedna għal ċ erimonja ta' premjazzjoni online nhar il-Ġimgħa 2 ta' Lulju 2021. Ir-rebbieħa u l-għalliema tagħhom se jkunu jistgħu wkoll jiltaqgħu ma' traduttur professjonali mill-Kummissjoni Ewropea biex isiru jafu aktar dwar it-traduzzjoni u l-lingwi. Id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni ilu jorganizza l-kompetizzjoni Juvenes Translatores ("tradutturi żgħażagħ" bil-Latin) kull sena mill-2007. Tul is-snin, il-kompetizzjoni saret esperjenza li biddlet il-ħajja ta' ħafna mill-parteċipanti u r-rebbieħa. Uħud minnhom iddeċidew li jistudjaw it-traduzzjoni l-università, u wħud daħlu mal-Kummissjoni bħala apprendisti jew saħansitra tradutturi full-time. Ritratt: ec.europa.eu L-għan ta' Juvenes Translatores huwa li tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi fl-iskejjel, u biex tagħti togħma ta' x'inhi l-ħajja tat-traduttur liż-żgħażagħ. Il-kompetizzjoni hija miftuħa għall-istudenti ta' 17-il sena fl-iskejjel (post)sekondarji, u ssir fl-istess ħin fl-iskejjel kollha li jkunu qegħdin jieħdu sehem madwar l-UE. L-użu ta' diversi lingwi għall-komunikazzjoni – li naturalment jinkludi t-traduzzjoni – ilu parti integrali tal-UE sa mill-ħolqien tagħha. Dan ġie minqux fl- ewwel Regolament tal-UE li qatt ġie adottat , fl-1958. Minn dakinhar 'l hawn, l-għadd ta' ilsna uffiċjali tal-UE żdied minn 4 għal 24, hekk kif aktar pajjiżi ssieħbu. Dan it-tagħrif twassal mill-European Commission Representation in Malta. Aqra wkoll: Studenta tal-Junior College tirbaħ unur Ewropew għat-traduzzjoni | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/covid-19-248-kaz-gdid-persuna-tmut/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Miguela Xuereb Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li nstabu 248 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 390 persuna oħra. Tħabbar ukoll li miet raġel bil-coronavirus f'dawn l-aħħar 24 siegħa. Ir-raġel, ta' 88 sena, miet fir-residenza privata tiegħu. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw minn 4,470 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa u b'hekk s'issa hawn total ta' 3,035 każijiet attivi. Sal-bieraħ kienu ngħataw 101,776 tilqima kontra l-coronavirus, li 34,181 minnhom kienu tat-tieni doża. OFFICIAL COVID-19 figures for 09•03•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Tuesday, March 9, 2021 Ilbieraħ Covid-19: 201 każ ġdid, l-ebda mwiet | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-morda-bil-kliewi-jinhtiegu-trasfuzjonijiet-tad-demm-ukoll/ | newsbook.com.mt | Ritratt: worldkidneyday.org Illum il-Ħamis 11 ta' Marzu madwar id-dinja ġie mfakkar il-Jum Dinji tal-Kliewi, b'tema li din is-sena tenfasizza li l-morda bil-kliewi għandhom kemm jista' jkun jagħmlu l-almu tagħhom biex ikampaw sew mal-marda tagħhom. B'rabta ma' dan il-Jum, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq ifakkar li bħalissa f'Malta u Għawdex hawn madwar 300 pazjent morda bil-kliewi, u li apparti li jirċievu trattamenti regolari permezz ta' magni tad-dijalisi, spiss jirċievu trasfużjonijiet tad-demm ukoll. Dan l-ammont f'termini ta' persentaġġ hu ta' madwar 7% tad-demm li jipprovdi l-Bank tad-Demm. Għaldaqstant dawk li jixtiequ jgħinu lil dawn il-morda bl-għoti tad-demm għandhom jirrikorru: Dawk li jixtiequ jgħinu bl-għoti tad-demm ukoll għandhom jersqu: fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa li jiftaħ Kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa, inkluż fil-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 14 ta' Marzu ser ikun viċin il-Knisja Parrokkjali ta' Pembroke. Dakinhar il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 14 ta' Marzu se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm. Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll. Kulmin ser jersaq biex jagħmel is-swab test tal-coronavirus jew qed jistenna r-riżultat tiegħu ma jkunx jista' jagħti demm sakemm joħroġ r-riżultat li hu negattiv għall-virus. Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/sejha-ghal-mizuri-aktar-stretti-fl-italja/ | newsbook.com.mt | Il-grupp espert konsultattiv tal-gvern Taljan li jagħti pariri lill-gvern dwar ir-rispons tiegħu għall-pandemija COVID-19 ippropona li jingħalqu l-ħwienet u l-attivitajiet kollha mhux essenzjali fi tmiem il-ġimgħa, bħal ma kien ġara matul il-vaganzi tal-Milied, minħabba ż-żieda fil-każijiet ta' Covid-19. L-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA irraportat li l-għan huwa li jiġi evitat il-kuntatt bejn in-nies, l-uniku mod effettiv li bih tista tiġi miġġielda l-infezzjoni, anke f'żoni b'riskju moderat ta' koronavirus. Skont l-ANSA, l-esperti pproponew ukoll miżuri aktar stretti f'żoni ħomor fejn hemm riskju għoli ta' tixrid tal-virus bħal dawk adottati sena ilu fil-belt tat-Tramuntana ta' Codogno, li ġiet issiġillata wara li saret waħda mill-ewwel hotspots tal-coronavirus. L-esperti enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li l-kampanja ta' tilqim tiġi estiża għal kemm jista' jkun nies malajr kemm jista' jkun. | [
1,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/39-persuna-jmutu-wara-li-gherqu-zewg-dghajjes-tal-immigranti-fit-tunezija/ | newsbook.com.mt | 39 persuna mietu meta żewġ dgħajjes għerqu barra mill-kosta tat-Tuneżija. Il-ministeru tad-difiża Tuneżin qal li l-grupp ta' migranti kienu qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran għall-gżira Taljana ta' Lampedusa. Il-gwardja tal-kosta Tuneżina salvat 165 oħra. Il-persuni mejta kollha kienu mill-Afrika. Fl-2019, madwar 90 persuna Afrikana għerqu meta dgħajsa nqalbet barra mill-kosta Tuneżina wara li telqet lejn l-Ewropa mill-ġirien tal-Libja, f'wieħed mill-agħar diżastri bħal dawn li l-awtoritajiet Tuneżini kellhom jittrattaw. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/bazwartuna-haddiem-fil-qasam-tas-sahha-lill-pubbliku/ | newsbook.com.mt | Facebook - Johan Briffa Diversi ħaddiema tas-saħħa fuq il-profil ta' Facebook qasmu l-frustrazzjoni tagħhom għal mod kif il-pubbliku qiegħed jonqos milli jħares il-miżuri maħruġa mill-Awtoritajiet biex titrażżan l-imxija tal-Covid-19. Johan Briffa jaħdem fis-sezzjoni tal-Ambulanzi fl-Emerġenza fuq Facebook kiteb dwar dak li għaddejjin minnu l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Huwa indirizza lill-pubbliku inġenerali u qallhom, "bażwatuna" minħabba n-numru ta' każijiet li qegħdin jiżdiedu fl-isptarijiet. Huwa saħaq li għalkemm iċ-ċapċip tal-pubbliku bħala ringrazzjament ma dejjaqhomx madankollu jkun unutli jekk ma jiġux irrispettati. Briffa enfasizza li wieħed m'għandux iwaħħal f'dak u l-ieħor iżda għandu jara fejn żbalja hu. Il-ħaddiem kompla li mingħajr sagrifiċċju, is-sitwazzjoni mhux se tittranġa u tista' tmur għal-agħar. Żied li jekk il-pajjiż jikkrolla unutli wieħed joqgħod jibki wara għax jaf ikun tard wisq. Mhux ghax iddejjaqna li tirringrazzjawna, imma ma tistawx tirringrazzjawna minghajr ma… Posted by Johan Briffa on Wednesday, 10 March 2021 Infermier fl-ITU appella biex kulħadd iżomm moħħu hemm. Huwa spjega li nfetaħ ir-raba' ITU u ma fadallux wisq biex jimtela. L-infermier tkellem dwar kif qegħdin iħossuhom l-infermiera li qegħdin jieħdu ħsieb lil dawn il-pazjenti. Huwa appella biex il-pubbliku ma jkomplix jgħaffeġ lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Messaġġ minn Facebook Newsbook.com.mt ħa permess mill-persuna li tellgħet il-post qabel ippubblikaha Infermiera oħra għamlet diversi mistoqsijiet dwar lill-pubbliku fosthom għala wieħed jibqa' jilbes il-maskra b'mod ħażin u ma jobdix il-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. Hija kompliet li filwaqt li l-każijiet qegħdin dejjem jitilgħu l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa qed iħossuhom iktar għajjenin. | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/187-persuna-jiddahhlu-fil-port-ta-lampedusa/ | newsbook.com.mt | 187 persuna iddaħħlu f'Lampedusa wara li ġew salvati abbord minn tliet dgħajjes tal-pulizija tal-finanzi u l-gwardji tal-kosta f'erba 'sigħat. L-ewwel li żbarkaw kienu 53 immigrant sub-Saħarjan, inklużi 25 mara u 10 minuri. Id-dgħajsa li fuqha kienu qed jivvjaġġaw ġiet salvata madwar 12-il mil mill-gżira ta' Lampedusa mill-gwardji tal-kosta. Ftit tal-ħin wara, dgħajsa tal-pulizija tal-finanzi salvat, dgħajsa żgħira li kienet qed iġġorr 19-il Tuneżin, inklużi 15-il mara u tfal. Dgħajsa oħra, li kienet twila 14-il metru, bi 115-il migrant abbord, inklużi 43 mara u sitt minuri kienet it-tielet dgħajsa salvata. Wara l-ewwel kontroll mediku fil-port, il-gruppi kollha ġew trasferiti għall-Imbriacola. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/en/pm-robert-abela-calls-for-political-unity-in-fight-against-covid-19/ | newsbook.com.mt | Diskors tal-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament. Diskors tal-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament. Dan id-dibattitu qed isir kontra x-xewqa tal-Gvern Dan id-dibattitu qed isir kontra x-xewqa tal-Gvern. Qed isir bis-saħħa tat-talba li għamilna aħna. Li kien għal Robert Abela, illum kollox huwa business as usual. | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/gascoigne-fost-il-partecipanti-ta-lisola-dei-famosi/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - L'Isola dei Famosi Ir-reality show Taljan L'Isola dei Famosi li se jibda jixxandar mil-lejla fuq l-istazzjon Canale 5 se jkollu ħadd ħlief lil Paul Gascoigne, li huwa wkoll magħruf bil-laqam ta' Gazza. L-eks plejer tal-futbol beda' l-karrieta tiegħu fl-1987 man-Newscastle. Tliet snin wara huwa nbiegħ lil Tottenham Hotspur għal £2.2 miljun. Huwa rebaħ l-FA Cup ma' Spurs fl-1991, qabel ma nbiegħ lill-klabb Taljan Lazio għal £5.5 miljun. Fl-1995, ġie ttrasferit għand Rangers għal £4.3 miljun u għen lill-klabb għal żewġ titli tal-kampjonat, Tazza Skoċċiża u Tazza tal-Lega Skoċċiża. Gascoigne ddebutta fil-Premier League fl-istaġun 1998–99, wara li diġà kien ħa sehem fil-finali tat-Tazza tal-Football League 1998. Huwa bidel għal Everton fl-2000, u wara kellu perjodi ma' Burnley, Gansu Tianma, u Boston United. Gascoigne kien parti mit-tim Ingliż li fl-1990 ġie fir-raba' post fil-Fifa World Cup. L'Isola dei Famosi se jkun immexxi minn Ilary Blasy u jixxandar mil-lejla fid-9.25pm fuq Canale 5. Ma' Gascoigne se jkunu qed jipparteċipaw l-atturi Vera Gemma, Brando Giorgi u Roberto Ciufoli, il-komiċi Valentina Persia u Beppe Braida. Ritratt: isoladeifamosi.org | [
10,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/ritratti-sorelle-gurnata-bgurnata-8/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Rewind Din il-ġimgħa Sorelle se jkompli fuq TVM b'ħames puntati ġodda li żgur se jkunu qed joħolqu diskussjoni fuq il-midja soċjali fost is-segwaċi ta' din is-sensiela popolari li bħalissa tinsab fit-tieni staġun. Ritratt: Rewind It-Tnejn 15 ta' Marzu Illum Martina qed tħossha ħafna aħjar… x'qaltilha Angela dwar id-donatur li għandha bżonn u għaliex Martina rrabjat ħafna magħha… x'inhi l-opinjoni ta' Michael dwar is-sitwazzjoni kollha? Lorraine kellmet lil Malcolm dwar id-djamanti ta' Roy u ta' Pete ukoll… x'jaħseb? Fejn marret Samantha… x'taha? Għaliex ċemplet lil Sully? Ritratt: Rewind It-Tlieta 16 ta' Marzu Malcolm ta parir lil Lorraine x'għandha tagħmel bid-djamanti… taqbel jew le? Maxine qalet lil Vince biex jibqa' ma' Meg għaliex hi kellha ħafna qadjiet x'tagħmel… fejn beħsiebha tmur u Meg x'qaltlu? Bella ċemplet lil Steve għaliex riedet tiltaqa' miegħu…tgħid imur jew le? Frederick x'qalilha? Patricia ċemplet lil Kelly biex jiltaqgħu… x'qaltilha u min mar id-dar tagħha jħabbat? Ritratt: Rewind L-Erbgħa 17 ta' Marzu Bella marret tistenna lil Steve wara l-kappella… tgħid imur jew iħalliha hemm għalxejn? Waqt li kienet tistenna ċemplilha… x'ried jgħidilha? Frederick reġa' ċemplilha… x'reġa' ried jgħidilha? X'ġara minnha Kelly… fejn qiegħda? Neil mar id-dar ta' Lorraine… għaliex irrabjat miegħu u keċċietu 'l barra? Fejn sejra Samantha? Ritratt: Rewind Il-Ħamis 18 ta' Marzu Samantha marret tiltaqa' ma' Sully … x'ġara u għaliex kienet irrabjata għalih? X'qalilha u min kien hemm ukoll? Samantha spjegat lill-ħutha l-pjan li kienet ħejjiet… flimkien naraw eżatt x'kellha f'moħħa. Meta ltaqgħu Sully uriehom xi ħaġa li ħasdithom… għaliex Maxine irrabjat miegħu? Ritratt: Rewind Il-Ġimgħa 19 ta' Marzu X'inhu jiġri bejn Sully u s-Sorelle… x'se jagħmlu issa? Fejn hi Kelly u min hemm ħdejha? Patricia marret l-għassa tal-Pulizija biex tammetti dak li kienet għamlet lil Kelly u r-raġuni għaliex kienet għamlet hekk… iżda hi qalet xi ħaġa oħra mportanti wkoll… x'kienet? Ritratt: Rewind Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Ritratt: Rewind Kull episodju jkollu repetizzjoni dak inhar fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am, filwaqt li l-puntati ta' ġimgħa sħiħa jixxandru nhar ta' Sibt mill-11am 'il quddiem fuq TVM2. Aqra wkoll: Awguri Mandy! | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/live-intervista-ma-bernard-grech/ | newsbook.com.mt | Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech intervistat mill-Kap tal-Aħbarijiet ta' TVM Norma Saliba Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech intervistat mill-Kap tal-Aħbarijiet ta' Television Malta Norma Saliba Posted by Partit Nazzjonalista on Sunday, March 14, 2021 Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li m'għandiex nibżgħu nieħdu d-deċiżjonijiet biex nikkontrollaw in-numri tat-trasmissjoni tal-coronavirus. Hu qal dan waqt intervista, l-Ħadd filgħodu, li saritlu mill-Kap tat-taqsima tal-aħbarijiet ta' TVM, Norma Saliba. Dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija Bernard Grech qal li l-gvern imexxi minn Robert Abela għandu jerfa' r-responsabilità għas-sitwazzjoni li ġab lill-pajjiż fiha. "Fl-ITU t-tobba se jkollhom jagħżlu min jingħata kura speċjalizzata" – PN Grech qal li filwaqt li jsir dan irridu nirriġeneraw l-ekonomija tal-pajjiż għaliex il-pajjiż ma jistax iserraħ biss fuq il-fondi li nirċievu mill-Unjoni Ewropea allokati minħabba l-pandemija. Il-Kap tal-PN qal li l-gvern l-unika niċċa ekonomika li għandu hi dik tal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti u li hemm bżonn li liż-żgħażagħ intuhom setturi ġodda fejn jistghu jimirħu. Ċifri: Min u kemm qed jitlaqqmu f'Malta? Mistoqsi x'passi se jieħu dwar id-deputat Nazzjonalista tal-PN Jason Azzopardi dwar il-kwistjoni ta' ħlas tard ta' taxxi u dwar ċanfira li ngħata mill-Qorti wara li għadda kumment fil-konfront ta' studenta tal-liġi li taħdem bħala reġistratur fil-qorti, Bernard Grech qal li fejn hemm bżonn jieħu l-passi neċessarji kontra deputati li jonqsu f'dik li hi etika, m'għandux problema li jagħmel dan. Hawn semma' l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Rosianne Cutajar u kif il-Prim Ministru naqas milli jieħu deċiżjonijiet dwar l-aġir tagħha u kif allura żgur li mhux se jħalli lill-gvern ta' Robert Abela jiddetta x'jagħmel hu. Stenniet lil Jason biex tagħtih xebgħa handbag – Yorgen Fenech F'Diċembru 2020, it-Times of Malta u l-MaltaToday ippubblikaw stejjer fejn qalu li Rosianne Cutajar ħadet €46,500 fi flus kontanti għal senserija ta' propjetà fl-Imdina lil Yorgen Fenech, u mbagħad ma ddikjarathomx lill-Kabinett. Farrugia, it-Tikka, ukoll issemma fir-rapporti, li ħa €46,500 ukoll. Skont ir-rapporti, sid il-proprjetà talab il-flus lura, wara li l-ftehim għall-bejgħ ma nżammx. "Rosianne Cutajar ġabet l-interessi tal-pajjiż qabel tagħha" – Abela Il-ftehim ġie ffirmat f'Mejju tal-2019, meta Fenech kien ġa magħruf bħala s-sid ta' 17 Black. Il-ftehim eventwalment spiċċa fix-xejn meta Fenech ġie arrestat. Hu kien ħallas depożitu ta' €300,000. Rosianne Cutajar tirriżenja minn Segretarju Parlamentari Waqt l-intervista semma' anke l-proposti tal-PN fis-settur tal-enerġija li tħabbru fil-ġimgħat li għaddew. Filmat: L-enerġija ġġenerata mir-riħ parti mill-viżjoni tal-PN fil-qasam tal-enerġija Mistoqsi x'inhi l-pożizzjoni tal-PN fuq ir-reklamazzjoni tal-art, Bernard Grech qal li jwieġeb għal din il-mistoqsija hekk kif toqrob l-elezzjoni ġenerali. | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/jithabbru-l-mistiedna-ghal-muzika-muzika/ | newsbook.com.mt | Ritratti - muntaġġ - Facebook Waqt li għaddejjin il-provi għall-festival Mużika Mużika li se jkun qed isir bejn il-Ħamis 18 u s-Sibt 20 ta' marzu, fl-aħħar ġranet tħabbru wkoll il-mistiedna ta' kull serata għal dan il-festival. Il-Ħamis 18 ta' Marzu The Travellers huma grupp ta' ħbieb li ingħaqdu fl-2013 biex joħolqu mużika b'laqta kontemporanja li tenkorpora l-istrumenti tal-brass u l-lirika Maltija. L-ewwel single tagħhom 'Sempliċita' kellha suċċess fenomenali fuq l-istazzjonijiet tar-radju lokali u b'hekk, il-grupp iddeċidew li joħorġu l-EP tagħhom b'ħames diski bil-Malti. Minn hawn ħarġu t-tlett diski tant maħbubin 'Sempliċita', 'Dak li Int' u 'Xemx u Xita'. l-Album tagħhom, 'Iljuni fis-Silġ' ġie mniedi f'April tal 2018 u jirrifletti l-kapaċita tal-grupp biex joħloq materjal ġdid u ta' suċċess bil-Malti. Is-single famuża 'Ħafi Paċi Kuluri', li ħarġet minn dan l-album hija prova ta' dan. The Travellers magħmul minn Clayton (bassist), Joseph (Trumpet), Chris (Main Vocals) u Andrew (Guitarist); li kienu l-fundaturi oriġinali tal-grupp. Sylvano (Saxophone) u Michael (Drummer) ingħaqdu magħhom aktar tard fl-2013. Il-Ġimgħa 19 ta' Marzu Olivia Lewis hija kantanta veterana minn Ħal Qormi li magħrufa għas-sehem tagħha fil-Malta Song For Europe fejn rebħet il-konkors fl-2007 bid-diska 'Vertigo'. Hi marret tirrappreżenta lil Malta bl-istess diska fil-Eurovision Song Contest f'Helsinki fil-Finlandja. Apparti min hekk, Olivia hija wkoll magħrufa fix-xena mużikali lokali għad-diski bil-Malti, fejn ħadet sehem f'diversi konkorsi lokali fosthom Ġensna. Is-Sibt 20 ta' Marzu Emma Muscat kisbet suċċess kbir wara s-sehem tagħha fil-programm televiżiv Amici u minn dak iż-żmien il-karriera tagħha ħadet spinta 'l quddiem b'bosta suċċessi anke fl-Italja. Imwielda f'familja mużikali, Emma wirtet passjoni bla waqfien għall-mużika u bdiet titgħallem il-pjanu fl-età ta' ħames snin. Hija għandha kapaċità vokali qawwija u versatili, li tgħinha tadatta għal numru kbir ta 'stili u ġeneri differenti. Ta' 14-il sena ngħaqdet mal-kitarrist u l-produttur Keith 'Kiko' Muscat bdiet tesperimenta aktar il-kapaċitajiet mużikali tagħha. Fl-2016 Emma kienet ukoll mistiedna tesegwixxi l-Innu Nazzjonali lill-Kapijiet tal- Istati Barranin u l-Kabinett Malti biex tiċċelebra l-450 Anniversarju tar-Rebħa ta' Malta fl-Assedju l-Kbir tal-1565. Fost l-aktar suċċessi riċenti tagħha insibu Sangria. Aqra: Filmat: Sangria ta' Emma Muscat ċertifikata bħala diska tad-deheb Il-festival Mużika Mużika se jkun qed isir mill-MFCC f'Ta' Qali u kull serata se tkun qed titwassal f'xandira diretta fuq TVM. Aqra: Filmat: L-Orkestra Filarmonika ta' Malta fil-fażi finali tal-provi għal Mużika Mużika Il-festival se jkun ppreżentat minn Sarah-Lee Zammit, Keith Demicoli, Claire Agius Ordway u Lara Azzopardi. Aqra: L-aħħar preparamenti għall-Festival Kanzunetta Maltija Mużika Mużika F'dan il-festival, li jimmarka r-ritorn tal-festival tal-kanzunetta Maltija wara nuqqas ta' tmien snin se jkun hemm jikkompetu 16-il kanzunetta. Aqra wkoll: Ritratti: Hawn hu l-palk tal-Festival Kanzunetta Maltija 2021 | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-inkunu-boloh-jekk-liz-zghazagh-naghtuhom-il-valenu-tad-dipendenza-l-arcisqof-scicluna/ | newsbook.com.mt | "Kemm inkunu boloh jekk lil uliedna minflok nagħtuhom il-ħobż bnin tat-tjieba, tal-kontroll tagħna nfusna u tad-dixxiplina, nagħtuhom il-ġebel jew il-velenu tad-dipendenza. Ħudha, ma jiġrilek xejn! Ma tmurx il-ħabs, anzi tista' tixtriha! Veru se toqtlok, veru se tkisser ħajtek u ħajjet in-nies ta' madwarek, imma ndawru r-rota." Hekk qal l-Arċisqof Charles Scicluna waqt l-omelija tal-quddiesa ċċelebrata fil-Kappella taċ-Ċentru Terapewtiku ta' San Blas. Tul l-istess omelija l-Arċisqof ta spjega ta' xi tfisser il-komunità ġewwa San Blas. Spejga li min jiġi hawn huwa vittma ta' sistema li offrietlu d-dlam tad-droga bħala serħan. X'deċiżjonijiet qegħdin nagħmlu? "X'deċiżjonijiet qegħdin nagħmlu? X'deċiżjonijiet se nieħdu? Ma ninsewx li Alla, jekk irid ikun f'għemilna, irid ikun preżenza ta' mħabba li hija l-verità ta' dak kollu li hu ta' ġid għall-bniedem", sostna l-Arċisqof L-Arċisqof Scicluna rrefera għas-sagrifiċċji li qed jitolbna nagħmlu l-awtoritajiet tas-saħħa u hawn staqsa "Imma allura ma nistgħux nifhmu li s-saħħa taż-żgħażagħ u tal-adulti titlob deċiżjonijiet għaqlin? U mhux li nagħmlu d-dipendenza mid-droga iżjed faċli!" Hu kompla jgħid li se jħalli dan il-kliem għal min irid jifhem u awgura li nkunu soċjetà li ma nibżgħux mid-dawl ta' Ġesù u li nwarrbu d-dlamijiet tal-ħażen minn ġo qalbna. It-tieni parti tal-mixja tar-Randan Waqt l-omelija l-Arċisqof Scicluna ffoka fuq kif l-Evanġelju tal-lum, hekk kif il-Knisja bdiet it-tieni parti tal-mixja tar-Randan, jagħti l-aħbar tajba u sabiħa li twassalna biex niċċelebraw il-misteru kbir tal-Għid. Spjega kif meta Ġesù ried iħabbar il-missjoni tiegħu uża kelma 'evanġelju,' kelma ġejja mill-Grieg u tfisser 'aħbar tajba'. "Din hija l-aħbar it-tajba li għandna bżonn niftakru dejjem hi li Alla huwa mħabba u mhux biss fil-ħajja tiegħu: il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, imma anke meta jħares lejn kull wieħed u waħda minna," sostna l-Arċisqof. Proposta biex in-nies jersqu lejn id-dawl fid-dlam Semma' wkoll kif l-istedina, f'dan ir-Raba' Ħadd tar-Randan, trid tkun il-proposta li nersqu lejn id-dawl fid-dlam. Qal li Ġesù jfakkar li għalkemm l-aħbar tiegħu, hija dawl fid-dlam, uħud minna jibqgħu jħobbu d-dlam iżjed mid-dawl, anzi naħarbu mid-dawl, naħarbu mill-verità, naħarbu mill-ġustizzja, u naħarbu mis-sewwa. Għaliex fejn qegħdin forsi jogħġobna jew inkella nibżgħu mid-dawl. Din hija stedina li la toqtol il-libertà la tiegħi u lanqas tiegħek. Hija proposta imma hija proposta ta' mħabba, sostna l-Arċisqof Scicluna li rrefera għal espressjoni li jixtieq li n-nies jirriflettu fuqha."Ġesù jitkellem fuq dawk li Alla juruh permezz tal-għemil tagħhom. Imma din xi tfisser? Xi jfisser li fl-għemil tiegħi ikun hemm Alla? Jiena naħseb nistgħu kull fejn hemm Alla li huwa mħabba, nifhmu li l-għemil tiegħi biex ikun għemil ta' dawl irid ikun hemm l-imħabba." F'dawn il-mumenti ta' diffikultà fis-soċjetà faċli nintelqu lejn id-dlamijiet tal-frustrazzjoni, tar-rabja, u ta' qtigħ il-qalb imm l-Mulej illum ifakkarna fl-imħabba tiegħu biex jagħtina tama, biex jagħmlilna kuraġġ, biex ifakkarna li ma nistgħux nirbħu mument diffiċli weħidna, imma flimkien. Li jekk hemm d-dlamijiet fostna rridu niċħduhom: id-dlamijiet tal-inġustizzji, tal-korruzzjoni, tal-vjolenza, u d-dlam ta' min jisfrutta lil ħutna, saħaq l-Arċisqof Charles J Scicluna. | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/jitfakkru-l-51-vittma-tal-attakk-terroristiku-fi-new-zealand/ | newsbook.com.mt | Ritratt: BBC News Għaddew kważi sentejn minn wieħed mill-agħar attakki li qatt għadda minnu New Zealand. Minn tal-inqas raġel wieħed armat b'arma tan-nar qatel 49 persuna u darab 40 oħra waqt li kienu qed jitolbu Fil-15 ta' Marzu 2019, raġel b'arma tan-nar qatel 51 persuna f'żewġ moskej fi Christchurch waqt li ħareġ live fuq Facebook. L-artiklu oriġinali: Aġġornata(2): Ritratti: Jattakka 2 moskej fi New Zealand; 49 mejta u 40 midruba Iktar tard, ir-raġel ta' 30 sena wieġeb ħati, u ġie kkundannat għall-għomor il-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta' parole. Illum, il-Prim Ministru ta' New Zealand, Jacinda Ardern, u l-gvernatur ġenerali, Patsy Reddy, ingħaqdu ma' madwar 1,000 membru tal-komunità fl-arena ta' Christchurch fil-Horncastle nhar is-Sibt għas-servizz biex jiftakru l-vittmi. Ardern qalet li s-servizz – li kien jinkludi diskorsi mill-familja u l-ħbieb ta' dawk maqtula – jista' jgħin biex ifiequ l-feriti profondi kkawżati mill-attakk. There… Posted by Jacinda Ardern on Friday, March 12, 2021 Attakk terroristiku New Zealand: Dil-ġimgħa mistennija tinqata' s-sentenza | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/ir-rabtiet-bejn-yorgen-u-r-ragel-tieghi-affetwawli-hajti-justyne-caruana/ | newsbook.com.mt | Li l-eks raġel tagħha kien ivvjaġġa barra minn Malta ma' Yorgen Fenech, il-persuna akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, biex jara logħba tal-futbol, affetwat il-ħajja personali tagħha, qalet illum il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana. "Hija kwistjoni sensittiva li ħalliet impatt fuq il-ħajja personali tiegħi. Issa jien separata, nemmen li dik tgħid ħafna," stqarret waqt intervista ma' Prof. Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart. Meta r-rabta bejn l-eks raġel tagħha, l-eks-deputat kummissarju tal-pulizija Silvio Valletta, u Fenech żvelat is-sena l-oħra, Caruana rriżenjat mill-kariga tagħha bħala Ministru għal Għawdex. Fl-ittra tar-riżenja tagħha, hija kienet qalet li kienet "totalment estranja" għal dak li kien irrappurtat u ma kellha "l-ebda konnessjoni mal-fatti". Hija reġgħet lura fil-Kabinett meta l-Prim Ministru ħabbar tibdil f'Novembru li għadda. Waqt li kienet qed tixhed fil-każ tal-qtil tal-Bidnija din il-ġimgħa, Vince Muscat, il-Koħħu, semma li wieħed mill-irġiel akkużati bil-qtil, Alfred Degiorgio, f'ħin minnhom kien qed jirċievi informazzjoni minn Valletta. Valletta, li rtira mill-forza fis-sajf tal-2019, jiċħad kategorikament li għadda informazzjoni relatata mal-investigazzjoni tal-qtil. Silvio Valletta jiċħad li għadda informazzjoni fl-assassinju ta' Daphne Muscat ġie kkundannat 15-il sena ħabs wara li wieġeb ħati għall-qtil ta' Caruana Galizia wara arranġament li jobbligah jgħid dak kollu li jaf dwar il-karozza bomba u dwar il-qtil tal-avukat Carmel Chircop. Filmat: Vince Muscat jingħata sentenza ta' 15-il sena ħabs "I walk the talk" qalet il-Ministru Caruana meta Andrew Azzopardi staqsieha jekk tħossx li l-Prim Ministru ttrattatha b'mod differenti minn Rosianne Cutajar. Il-mistieden l-ieħor fil-program kien id-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli. Huwa qal li huwa normali li l-politiċi jiltaqgħu ma' persuni fin-negozju. Mistoqsi dwar il-fatt li wieħed mill-eks kollegi tiegħu, Pierre Portelli, kien qed jinnegozja kwistjonijiet ta' finanzjar ma' Fenech, Puli rrimarka li Portelli insista li kollox sar skont il-liġi. L-eks kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u Portelli aktar kmieni din il-ġimgħa xehdu fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Caruana Galizia. Adrian Delia u Pierre Portelli jixhdu quddiem il-bord tal-inkjesta pubblika Portelli, li telaq mill-eżekuttiv tal-PN fi Frar, qabel kien serva bħala l-kap tal-Media.Link, kif ukoll l-id il-leminija ta' Delia. Dwar liema, fil-fehma tagħha, kienu l-isfidi ewlenin fl-edukazzjoni, il-Ministru Caruana qalet li, matul is-snin, iż-żewġ partiti politiċi taw l-importanza dovuta lill-edukazzjoni u investew fis-settur. Qalet li l-edukazzjoni għandha bżonn tkompli titjieb u tadatta għar-rekwiżiti l-ġodda tal-pajjiż. Kellu jkun hemm approċċ inklussiv u olistiku, insistiet Caruana. | [
14
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-min-jaghmel-is-sewwa-jersaq-lejn-id-dawl/ | newsbook.com.mt | Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Sr Natalie Abela u l-attur Daniel Chircop. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 3, 14-21 Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id- dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta' Alla. U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja, imma l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar md-dawl, għax l-għemil tagħhom kien ħażin. Għax kull min jagħmel il-ħażen jobgħod id-dawl, u ma jersaqx lejn id dawl, biex għemilu ma jinkixifx. Imma min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl, biex juri li hemm Alla f'għemilu. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/jithabbru-ir-rebbieha-tas-61-edizzjoni-tal-isportmalta-awards/ | newsbook.com.mt | Is-Sibt filgħaxija waqt xandira diretta fuq TSN1 u l-paġni soċjali ta' facebook, tħabbru r-rebbieħa tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Il-61 edizzjoni kienet ikkaratterizzata mill-fatt li minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid19 is-serata ma setatx issir bħas-soltu fil-preżenza ta' dawk kollha involuti. Minflok saret edizzjoni virtwali konformi ma' l-aħħar avviż legali maħruġ mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. Kelliema waqt din ix-Xandira kienu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSport, Rikreazzjoni u Organiżazzjonijiet Volontarji l-Onor Clifton Grima, iċ-Chairman ta' SportMalta Dr Luciano Busuttil, il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar u l-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef. Għal sena oħra din is-serata kienet organizzata b'mod konġunt mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma' SportMalta bl-appoġġ sħiħ tas-Segretarjat responsabbli mill-isport. Waqt din ix-xandira li kienet ippreżentata minn Lorraine Cunningham u Chris Cauchi ġew mqassma 11-il unur – sebgħa fuq votazzjoni tal-ġurija, wieħed fuq vot popolari tan-nies, wieħed għażla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tnejn fuq suġġeriment ta' Special Olympics. L-unuri kollha mqassma kienu dawn: Sportiv tas-Sena – Dejan Grech (Eight Ball Pool) Sportiva tas-Sena – Haley Bugeja (Futbol) Żagħżugh tas-Sena – Richard Schultheis (Ibburdjar) Żagħżugħa tas-Sena – Tenishia Thornton (Weightlifting) Tim tas-Sena – Tim Nazzjonali tal-Futbol tan-Nisa (Futbol) Kowċ tas-Sena – Devis Mangia (Coach Tim Nazzjonali tal-Futbol Irġiel) Uffiċjal tas-Sena – Joseph Muscat (Segretarju Ġenerali Malta Basketball Association) Avveniment Internazzjonali tas-Sena – Kampjonat Ewropej tal-Eight Ball Pool People's Choice Award – Mark Marlow (President Malta Employers Sport Association) Unur Special Olympics Atleta Maskili – Mark Serge (Ten Pin Bowling) Unur Special Olympics Atleta Femminili – Klara Zammit (Għawm) Dan it-tagħrif twassal minn SportMalta. | [
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-vassalli-ta-dun-karm-issir-kanzunetta-minn-skald/ | newsbook.com.mt | Vassalli Il-patrijott Malti Mikiel Anton Vassalli kieku illum għalaq 257 sena!! 🎂 Din hi d-diska Vassalli mill-poezija, lil Mikiel Anton Vassalli tal-poeta nazzjonali 🇲🇹 Dun Karm Psaila. 🎶😊 Grazzi lil Festivals Malta ta' l-appoġġ 🙏Sebio Aquilina - Audiovisual Productions 🎥 Ivan Sciberras 🎨 Posted by Skald on Thursday, March 4, 2021 Il-patrijott Malti Mikiel Anton Vassalli din is-sena kieku kien jagħlaq 257 sena! Il-grupp Skald, b'appoġġ min Festivals Malta, addatta f'kanzunetta l-poeżija Lil Mikiel Anton Vassalli tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila. Skald huwa grupp mużikali ffurmat minn ħames mużiċisti b'passjoni lejn l-ilsien Malti. Permezz ta' strumenti akustiċi kif ukoll eletroniċi, joħolqu tiżwieq ta' lwien mużikali li jolqot l-ispettru varjat tal-widna. Sfumar bejn stili differenti – dawk kontemporanji kif ukoll moderni – irendi ħoss uniku mgħejun bi strumenti bħal vjolin, kitarri, il-baxx u għodod perkussivi. Lirika li tniġġes il-kuxjenza, tpitter stejjer deskrittivi ta' ġrajjiet personali u kif ukoll dawk ta' blugħa. Skald huma Gabriel Gauci (vjolin), Aaron Debattista (kitarra u vuċi), Simon Bezzina (bass), Jesmar Bezzina (kitarra) u Bertu Aquilina (perkussjoni). Ritratt: mill-filmat | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-princep-philip-jinhareg-mill-isptar/ | newsbook.com.mt | Il-Prinċep Philip. Ritratt: Facebook - The Royal Court Wara 28 lejl l-isptar fejn kien qiegħed taħt kura medika, il-Prinċep Philip li għandu 99 sena tħalla joħroġ mill-isptar. Id-Duka kien ġie rikoverat fl-isptar King Edward VII fis-16 ta' Frar filwaqt li fl-1 ta' Marzu ġie trasferit fl-isptar St Bartholomew. Li fih jemm Barts Heart Centre, l-akbar servizz kardjovaskulari speċjalizzat fl-Ewropa. Charles, il-Prinċep ta' Wales żar lil missieru fl-isptar fl-20 ta' Frar, u għamel vjaġġ ta' 200 mil mid-dar tiegħu, Highgrove, fi Gloucestershire, sabiex ikun jista' jżuru. Il-Prinċep Philip se jkun qed jagħlaq 100 sena nhar l-10 ta' Ġunju u jgħix fil-palazz ta' Windsor. Tul il-lockdown ma ħariġx mir-residenza. Il-Prinċep Philip irtira mill-ħajja pubblika f'Awwissu tal-2017 fl-età ta' 96 sena. Aqra wkoll: Il-Prinċep Philip jiddaħħal l-isptar | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-jiftah-centru-tat-tilqim-gdid-fl-mcast/ | newsbook.com.mt | Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana żaru ċentru ġdid tat-tilqim fl-MCAST f'Raħal Ġdid, biex issa f'Malta u Għawdex hawn madwar 40 ċentru tat-tilqim fejn in-nies jistgħu jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19. "L-għan tagħna huwa li kemm jista' jkun malajr ikollna kemm jista' jkun nies li jkunu ħadu l-vaċċin kontra l-Covid-19, biex b'hekk nilħqu l-herd immunity tal-popolazzjoni sal-aħħar tas-sajf. Dan jista' jsir b'kollaborazzjoni sħiħa bejn l-entitajiet kollha tagħna. Fil-fatt, minbarra ċ-ċenru ta' tilqim fl-MCAST u ieħor fl-Università ta' Malta, għandna wkoll ċentru fil-Water Services u ċentru fil-Barracks tal-Forzi Armati ta' Malta f'Ħal Luqa," qal id-Deputat Prim Ministru. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li l-Ministeru qed jaħdem b'sinerġija sħiħa mal-Ministeru għas-Saħħa fil-kampanja ta' tilqim nazzjonali. Hija qalet li, "Għalhekk qed noffru wkoll postijiet li għandna bħala Ministeru u Dipartiment tal-Edukazzjoni biex dawk li qed jissejħu ħalli jieħdu l-vaċċin ikunu jistgħu jattendu f'dawn iċ-ċentri li qegħdin jinħolqu apposta, bħalma għamilna bil-koperazzjoni sħiħa tad-diriġenti tal-MCAST u ftaħna sala mgħammra b'kollox f'Raħal Ġdid". Sal-bieraħ kienu ngħataw it-tilqima 'l fuq minn 122,000 ruħ. Aqra wkoll 10 pajjiżi quddiem Malta fit-tqassim tal-vaċċin | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/ara-liema-ferghat-tal-bov-se-jinghalqu-bmod-temporanju/ | newsbook.com.mt | Il-Bank of Valletta ħabbar aktar miżuri relatati mal-Covid-19, fosthom li mil-lum jinbidlu l-ħinijiet tal-kaxxiera fil-fergħat u li se jingħalqu żewġ fergħat u aġenzija tal-Bank temporanjament. Ġie spjegat li wara li daħlu l-aħħar miżuri restrittivi kontra l-coronavirus, il-BOV ħtieġlu jintroduċi miżuri ġodda hu wkoll, partikolarment peress li dawn il-miżuri affettwawh billi hemm għadd ta' ħaddiema kwarantina u xi ħaddiema kellhom jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb uliedhom. Il-miżuri jidħlu fis-seħħ illum u jibqgħu fis-seħħ sakemm jinħareġ avviż ieħor. Dawn il-miżuri jinkludu: Reviżjoni tas-servizzi offruti mill-fergħat; Tibdil fil-ħinijiet tas-servizz tal-kaxxiera: mid-9am sal-11am; Il-fergħat tal-BOV ikomplu joffru servizzi essenzjali; Ċentri oħra se joperaw bil-bibien magħluqa iżda se jibqgħu joffru servizzi lill-klijenti; L-ATMs se jkomplu joperaw b'mod normali. Aqra wkoll Il-fergħa tal-BOV fi Fleur De Lys magħluqa minħabba każ ta' Covid-19 Il-Bank qed jillimita l-firxa ta' servizzi pprovduti minn ċerti fergħat, anke għaliex hemm il-ħtieġa li jitnaqqas il-kuntatt mhux essenzjali biex jiġi limitat kemm jista' jkun it-tixrid tal-Covid-19. Se jkompli jiġi provdut is-servizz ta' kaxxiera minn 32 fergħa bejn id-9am u l-11am. Is-servizzi tal-kaxxiera mhux se jkunu disponibbli fil-fergħat ta' Ħal Luqa, Marsaxlokk, l-Imsida, l-Imqabba, Santa Venera u Tas-Sliema. Il-fergħat tal-Bank f'San Ġiljan u l-Mellieħa u l-Aġenzija tiegħu tax-Xewkija f'Għawdex se jingħalqu b'mod temporanju. Il-ġbid ta' flus kontanti mingħand il-kaxxiera ġol-fergħat għandu jsir mill-inqas possibbli u se jkunu jistgħu jinġibdu biss ammonti minn €700 'il fuq. Il-klijenti huma mitlubin jużaw l-ATMs biex jiġbdu flus kontanti. Klijenti li m'għandhomx card tal-bank u għandhom inqas minn €700 fil-kont xorta jkunu jistgħu jiġbdu l-flus mingħand il-kaxxiera tal-fergħat. Klijenti li m'għandhomx card qed jiġu mħeġġa għal darb'oħra biex japplikaw għall-BOV Cashlink Card b'xejn. Aqra wkoll Il-BOV jissospendi tariffi fuq kontijiet li ma jintużawx Servizzi li mhumiex relatati ma' ġbid ta' flus, tisrif ta' ċekkijiet u depożiti se jiġu offruti biss b'appuntament. Klijenti li jeħtieġu dawn is-servizzi, inklużi investimenti, self għad-djar, self personali, skedar mill-ġdid ta' ħlasijiet lura ta' self u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma ġentilment mitluba jagħmlu appuntament minn fuq is-sit , billi jibagħtu email fuq info@bov.com jew iċemplu fuq 2131 2020. In-numru ta' klijenti fil-fergħat se jkun ristrett. Klijenti li ma jkunux qed jinqdew, se jkollhom jistennew barra l-fergħa. Impjegati minn fergħat jew uffiċċini oħra mhux se jitħallew iservu f'fergħat oħra sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' tixrid bejn tim u ieħor. Il-BOV avża li dan jista' jirriżulta f'dewmien fis-servizz f'ċertu fergħat. L-ATMs tal-Bank madwar Malta u Għawdex se jibqgħu joperaw b'mod normali. Sakemm ma jinħarġux notifiki oħra, il-Business Centres, Investment Centres, Wealth Management, Corporate Centre u l-International Corporate Centre se jipprovdu s-servizzi tagħhom lill-klijenti permezz tat-telefown, b'email u mezzi elettroniċi oħra. Klijenti li jiġu bżonn servizzi minn dawn iċ-ċentri huma mitlubin jikkuntattjaw lir-Relationship Managers u l-Konsulenti Finanzjarji permezz tal-email jew tat-telefown. In-numru ta' persuni fiżikament preżenti waqt kuntratt fl-Uffiċċju Legali tal-Bank, inkluż in-nutar tal-pubblikazzjoni, se jkun limitat għal erbgħa. Klijenti li l-preżenza fiżika tagħhom hija meħtieġa għall-pubblikazzjoni tal-att, u fil-limitu ta' numru msemmi hawn fuq, jitħallew jidħlu fl-Uffiċċju Legali meta l-kuntratt tagħhom ikun għall-pubblikazzjoni. Il-BOV appella lill-klijenti biex ma jżurux il-fergħat bla bżonn u fejn jistgħu, jużaw l-ATMs. Aqra wkoll Il-Fergħa tal-BOV tal-Mellieħa tingħalaq temporanjament | [
1,
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/mhemmx-indikazzjoni-li-l-astrazeneca-tikkaguna-demm-maghqud-u-trombozi-ema/ | newsbook.com.mt | Ritratt Sam Moqadam fuq Unsplash L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċina (EMA) għadha kif ħabbret li ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-vaċċin tal-AstraZeneca tikkaġuna demm magħqud u trombożi. Fi stqarrija stampa, l-Aġenzija qalet li n-numru ta' demm magħqud u trombożi f'persuni li ħadu l-vaċċin ma jidhirx li hu aktar min-numru li jkun irrapurtat mill-popolazzjoni ġenerali. Qalu kif il-kumitat espert tal-EMA qed jinvestiga kull każ u li se jiltaqa' nhar il-Ħamis biex jikkonkludu s-sejbiet tagħhom u jagħtu parir dwar jekk għandhiex tittieħed aktar azzjoni. "L-ewwel irridu jkollna l-fatti, ma nistgħux naslu għal konklużjoni qabel ma nagħmlu analiżi xjentifika bir-reqqa," qalet id-Direttur Eżekuttiv Emer Cooke. Qalet kif fil-preżent, m'hemm l-ebda indikazzjoni li t-tilqima kkawżat dawn il-kundizzjonijiet. Cooke qalet kif l-EMA tibqa' "konvinta sew" li l-benefiċċji tal-vaċċin AstraZeneca huma akbar mir-"riskji ta' dawn l-effetti sekondarji". Ħeġġet lil kull min jissuspetta li kellu effett wara li rċieva l-vaċċin biex jikkuntattja lill-professjonisti tas-saħħa rilevanti tiegħu. Mistoqsija dwar rapporti simili mill-vaċċini Pfizer u Moderna dwar demm magħqud, Cooke qalet li l-EMA qed tinvestiga l-każijiet assoċjati mall-vaċċini kollha iżda bħalissa qed jiffokaw fuq il-vaċċin AstraZeneca. Dan wara li lbieraħ, Franza, l-Italja, il-Ġermanja u Spanja ssospendew il-vaċċin tal-AstraZeneca, bil-WHO u esperti mediċi jgħidu li dan il-vaċċin hu sigur u ma jikkawża l-ebda riskju. X'ġara lbieraħ Franza, l-Italja, il-Ġermanja u Spanja jissospendu l-vaċċin tal-AstraZeneca X'qalet il-WHO Il-WHO tħeġġeġ lill-pajjiżi ma jwaqqfux l-għoti tal-vaċċin minn AstraZeneca | [
1,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/triq-imsemmija-ghal-p-donat-spiteri/ | newsbook.com.mt | Ritratt ta' Anna Spiteri Il-Kunsill Lokali tal-Marsa għadu kif ta rikonoxximent lill-ħidma tal-eks kappillan ta' Trinita' Qaddisa, Patri Donat Spiteri OFMCap fejn twieled, għex u trabba billi semmew għalih Triq Patri Donat Spiteri. Is-saċerdot Kapuċċin kien kappillan tal-parroċċa ta' Trinita' Qaddisa, il-Marsa fl-1958 fejn dam iservi disgħa snin sal-1967. Il-parrokkat ta' Patri Donat jibqa' mmarkat bl-interess kbir tiegħu għall-formazzjoni tal-poplu tal-Marsa ta' dak iż-żmien fejn ta importanza kbira lill-Katekeżi u l-mod kif kienet tiġi ċċelebrata l-liturġija fi żmien meta l-Konċilju Vatikan II kien għadu jibda. Patri Donat ra li jħalli Monument, l-Istitut San Piju X fi Triq Balbi il-Marsa li kellu jservi bħala Ċentru għall-Parroċċa fejn jistgħu jiltaqgħu l-għaqdiet reliġjużi u żgħażagħ tal-Marsa. Minkejja l-qagħda finanzjarja ta' dak iż-żmien, Patri Donat irnexxielu jżejjen l-artal maġġur bl-isbaħ tabernaklu li nsibu fil-knejjes Maltin flimkien is-sett twieqi tal-ħgieġ imlewwen għal fuq kull artal tal-ġenb . Fost ħafna kotba li kiteb, fl-għeluq il-50 sena 'Il-50sena mit-twaqqif tal-parroċċa ppubblika l-ktieb', 'Il-Marsa – Storja ta' Ħamsien sena (1913-1963)' li fih ġabar għadd ta' informazzjoni utli u nteressanti dwar il-lokalità u l-knisja tagħha. Patri Donat minbarra li kien Kappillan tat-Trinita' Qaddisa, l-Marsa u Kappillan tal-Madonna ta' Lourdes f'San Ġwann kien għalliem u Professsur fl-Università ta' Malta fid-Dipartment tal-Iskrittura u fil-Fakultà tat-Teoloġija, studjuż tal-Kotba Mqaddsa u fundatur ta' 'Kliem il-Ħajja'. Peress li l-Kelma t'Alla kienet ħajtu ħa ħsieb li l-Kelma t'Alla jkollha d-dar tagħha, fejn waqqaf 'Dar il-Bibbja' fil-Furjana għall-Appostolat Bibliku u biex l-Għaqda Biblika Maltija jkollha is-Sede tagħha meta kien President tal-Għaqda. Patri Donat Spiteri miet fid-19 ta' Diċembru 2011 fl-età ta 89 sena. Fis-sena 2000 kien ingħata "Ġieħ il-Marsa" b'turija ta' rikonoxximent, fejn issa ssemmiet ukoll Triq Patri Donat Spiteri bħala apprezzament tal-ħidma tiegħu bħala kappillan tal-Paroċċa tal-Marsa. Dan it-tagħrif twassal minn Anna Spiteri, in-neputija ta' Patri Donat Spiteri . | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/liema-sport-jista-jigi-prattikat/ | newsbook.com.mt | Ritratt ta' kinkate minn Pixabay L-awtoritajiet tas-Saħħa f'avviż legali spjegaw li jistgħu jsiru diversi attivitajiet sportivi. L-awtoritajiet tas-Saħħa żiedu li ma jistgħux jiltaqgħu gruppi ta' iktar minn erba' persuni sakemm ma jkunux joqogħdu fl-istess dar biex jagħmlu attivitajiet sportivi flimkien. Ġie spjegat li l-maskri għandhom jintlibsu l-ħin kollu ħlief meta tkun qiegħda isiru attivitajiet fiżiċi intensivi. L-avviż legali jgħid li ma tistax issir kull forma ta' kompetizzjoni. L-isport li huwa permess isir huwa mixi, ġiri u attivitajiet atletiċi, fitness u klassijiet taż-żfin iżda trid tinżamm distanza ta' żewġ metri, ġiri, ċikliżmu, golf, tennis, għum, weightlifting, skateboarding, scuba diving u sparar bil-qaws fost oħrajn. L-avviż legali jgħid li l-attivitajiet tat-tim Nazzjonali huma eżentati minn dawn il-kundizzjonijiet meta jkollhom kompetizzjonjiet internazzjonali. | [
1,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/tmut-is-sewwieqa-tal-karozzi-sabine-schmitz/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Sabine Schmitz Motorsport Sabine Schmitz, l-unika rebbieħa femminili tat-24 Hours of Nürburgring mietet fl-età ta' 51 sena. Hija kienet ukoll magħrufa għall-programm Top Gear li kienet tippreżenta fuq il-BBC. Is-sena li għaddiet hija kienet tkellmet li sa mill-2017 kienet qed tiġġieled kanċer rari. L-Għaqda tat-tlielaq tal-karozzi Ġermaniża ħarġet stqarrija fejn tat ġieħ lis-sewwieq. "In-Nürburgring tilef l-iktar sewwieq femminili tat-tlielaq tagħha. Se nimmissjawha u n-natura ferrieħa tagħha. Strieħ fil-paċi Sabine!" L-ewwel trijonf ta' Schmitz kien fl-1996 ma' Johannes Scheid u Hans Widmann fil-BMW M3. Hija reġgħet rebħet is-sena ta' wara ma' Scheid, Hans-Jürgen Tiemann u Peter Zakowski. Schmitz kienet magħrufa bħala "Ir-Reġina ta' Nürburgrin"g. Flimkien ma'żewġha, Klaus Abbelen kienet għaqdet it-tim tagħha għal-tiġrijiet tal-karozzi bl-isem ta' Frikadelli Racing. | [
10,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/kemm-hawn-persuni-li-ghalqu-l-100-sena-fmalta/ | newsbook.com.mt | Pawla Mizzi ,Rożina Zammit, Maria Farrugia, li lkoll qabżu l-100 sena Huma 97 persuni residenti f'Malta li għalqu l-100 sena. Din l-istatistika toħroġ mill-mistoqsija parlamentari tal-Onorevoli Ivan Bartolo li għaliha wieġeb l-Onorevoli Clyde Caruana. "Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont stimi tal-popolazzjoni li jirreferu għall-31 ta' Diċembru 2019, in-numru ta' persuni residenti f'Malta li kellhom 100 sena jew aktar kien ta' 97. Din hija l-aktar informazzjoni reċenti li għandu disponibbli l-NSO." L-ixjeħ mara ta' Malta hija Maria Farrugia mill-Ħamrun. Hija għandha 109 snin. Aqra wkoll: L-ixjeħ mara ta' Malta tagħlaq 109 snin. Warajha hemm Karmen Pulo li għandha 108 snin. Hija twieldet fis-27 ta' Novembru tal- 1912. Minn informazzjoni li newsbook.com.mt jidher li l-iktar persuna Maltija li qatt għexet kienet Connie Galea li kellha 109 sena u 275 ġurnata. Hija kienet twieldet nhar il-31 ta' Diċembru tal-1890 u ħallietna nhar l-1 ta' Ottubru tas-sena 2000. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/is-sorijiet-karmelitani-jhabbru-l-mewt-ta-sr-paula-brincat/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - St Theresa School Kercem Is-Sorijiet Sorijiet Karmelitani Missjunarji Ta' Santa Tereza Tal-Bambin Ġesù ħabbru l-mewt ta' Sr Paula Brincat li kienet tgħix fil-komunità tagħhom fi Triq it-Telgħa tal-Katidral, Rabat, Għawdex. Fl-avviż tagħhom ħabbru li l-funeral se jsir illum il-Ġimgħa 19 ta' Marzu fl-4.00pm fil-Knisja Katidrali ta' Għawdex. Is-Sorijiet Karmelitani b'niket ihabbru l-mewt ta' Sr Paula Brincat li kienet tghix fil-komunita' taghhom fir-Rabat,… Posted by St Theresa School Kercem on Thursday, March 18, 2021 Agħtiha Mulej il-mistrieħ ta' dejjem. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/terrimot-fl-algerija-jigi-registrat-fic-centru-sizmiku-ta-malta/ | newsbook.com.mt | Grabscreen - Seismic Centre Malta Terremot qawwi, li kellu saħħa ta' 6.2 ġie rreġistrat għal habta tas-siegħa u ħames minuti ta' dalgħodu (ħin lokali u Malta) flit 'il barra mill-kosta tal-Alġerija. Skont informazzjoni provduta mill-Istitut Nazzjonali Taljan tal-Ġeofiżika u l-Vulkanoloġija (Ingv) u s-servizz ta' monitoraġġ ġeoloġiku tal-Istati Uniti USGS, it-terremot kellu l-epiċentru 20 km minn Bejaia. Ftit wara segwew żewġ theżżiżiet ta' saħħa 5.2 u 4.7 stond iċ-Ċentru Alġerin għar-Riċerka fl-Astronomija, Astrofiżika u Ġeofiżika (Craag). it-terrimot nħass ukoll fl-Italja, fejn numru ta' ċittadini rraportaw t-theżżiża fosthom Sardinja u l-Ligurja. It-terremot ikkawża paniku fost il-popolazzjoni iżda ma kienx hemm vittmi jew ħsara strutturali qalet il-Protezzjoni Ċivili Alġerina fi stqarrija. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/imutu-4-anzjani-u-jinstabu-211-il-kaz-gdid-tal-coronavirus/ | newsbook.com.mt | Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar il-mewt ta' erba' persuni bil-coronavirus, filwaqt li nstabu 211-il każ ġdid. Fiequ wkoll 193 persuna. Għalhekk, issa hawn 3,127 każ attiv fil-komunità. Il-każijiet il-ġodda nstabu mill-4,053 swab test li saru. L-aħħar vittmi kienu tliet irġiel ta' 62, 68, 83 sena u mara ta' 84 sena, li kollha mietu fl-Isptar Mater Dei. Issa kien hawn 361 vittma tal-coronavirus f'Malta. OFFICIAL COVID-19 figures for 17•03•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Wednesday, March 17, 2021 Sal-bieraħ kienu ngħataw 130,861 doża tal-vaċċin kontra l-coronavirus, li 40,859 minnhom kienu tat-tieni doża. Il-każijiet tal-bieraħ Imutu 3 persuni oħra bil-Covid-19; 313-il każ ġdid | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-installazzjoni-s-salib-gesu-u-int/ | newsbook.com.mt | L-idea tal-installazzjoni hija li l-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem jgħaqqdu r-realtà u s-sitwazzjoni li qed ngħixu bħalissa maż-żmien tar-Randan, billi jfakkru kif Ġesù bil-passjoni u l-mewt tiegħu, fdiena minn dnubietna. Ilkoll qegħdin immissu b'xi mod ma' din il-pandemija, fejn ħafna familji qegħdin jgħaddu minn żmien diffiċli u anke saħansitra tilfu lil xi ħadd għażiż qrib tagħhom. Din l-installazzjoni hija ddedikata lill-vittmi li mietu bil-Covid-19 u lill-familjari tagħhom, kif ukoll lil kull min b'xi mod għaddej minn żmien diffiċli fil-ħajja tiegħu jew tagħha. Il-proġett jikkonsisti f'aktar min 800 salib magħmulin mill-injam irriċiklat. Dawn is-slaleb qegħdin jeħlu mat-taraġ taz-zuntier tal-knisja fejn se jiġu mixgħula sabiex joħolqu atmosfera partikolari wara nżul ix-xemx. Fin-nofs taz-zuntier se jitħalla forma ta' salib kbir li jirrappreżenta lil Ġesù. In-numru tal-vittmi li dejjem qiegħed jiżdied, se jkun simbolizzat fi slaleb miżbugħin b'kulur abjad – kull salib abjad se jkun qiegħed jirrappreżenta persuna mejta bil-Covid-19. Din l-installazjoni saret bl-għajnuna ta' diversi voluntiera mill-Għaqda Drammatika Għajnsielem u Għaqda Armar bl-idea u l-ħsieb tal Viċi Sindku Franco Ciangura megħjun minn Joseph Ciantar. Grazzi bħal dejjem lil Kunsill Lokali t'Għajnsielem tas-sapport finanzjarju, kif ukoll lil arċipriet u il-paroċċa tal-kollaborazzjoni. Dan it-tagħrif twassal mill – Kunsill Lokali ta' Għajnsielem. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/xghandek-tkun-taf-jekk-se-taghti-d-demm-fi-zmien-il-pandemija/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Robert DeLaRosa / Pixabay Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ilu mill-bidunett tal-pandemija jieħu miżuri xierqa ta' mitigazzjoni biex kull min jersaq biex jagħti d-demm ikun protett. Fid-dawl ta' din is-sigurtà, is-Servizz qed jerġa' jitlob il-koperazzjoni tal-pubbliku biex fis-siti kollha tal-għoti tad-demm jirrikorru biss dawk il-persuni li għandhom l-intenzjoni li jagħtu d-demm. Mill-banda l-oħra dawk li jħossu li għandhom bżonn is-sapport ta' persuna oħra, it-tali persuna, jekk ma tkunx ser tagħti d-demm, għandha tibqa' tistenna fuq barra u b'hekk ikunu evitati sitwazzjonijiet ta' ffullar. Ta' min jgħid ukoll li fiċ-ċirkostanzi preżenti mhux għaqli li wieħed jieħu miegħu tfal żgħar. Dawk li jixtiequ jgħinu bl-għoti tad-demm ukoll għandhom jersqu: fil-mobile blood donation unit li nhar il- Ġimgħa 19 ta' Marzu ser ikun quddiem il-Bażilika tal-Mosta. Dakinhar il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 21 ta' Marzu ser ikun fil-wesgħa ta' quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Qawra. Dakinhar il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 21 ta' Marzu ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mi t – 8 :00 a m sa s – 1 :00 pm, segwita minn sessjoni oħra nhar It-Tlieta 23 ta' Marzu mi s – 1 :00 p m sa l – 5 :00 pm. Noti importanti! Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll. Kulmin ser jersaq biex jagħmel is-swab test tal-coronavirus jew qed jistenna r-riżultat tiegħu ma jkunx jista' jagħti demm sakemm joħroġ r-riżultat li hu negattiv għall-virus. Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-ministru-tispjega-liema-skejjel-se-jaghmlu-ezamijiet-u-liema-le/ | newsbook.com.mt | Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li għadha ma ttiħditx deċiżjoni jekk l-eżamijiet tal-primarja u tas-sekondarja jsirux jew le din is-sena minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Hija elenkat liema skejjel postsekondarji se jagħmlu l-eżamijiet u liema le, filwaqt li qalet li l-eżamijiet tal-MATSEC se jsiru. Fil-Parlament il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius staqsa lill-Ministru x'inhi d-deċiżjoni fuq l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena fl-iskejjel, fuq dawk tal-MATSEC, tal-postsekondarja u tal-Università. Fil-primarja u s-sekondarja Dwar l-eżamijiet fil-primarja u fis-sekondarja, il-Ministru Caruana qalet li "bħalissa qed nitkellmu dwar l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena fl-iskejjel u se jkollna pożizzjoni fuqha." Tal-MATSEC Il-Ministru qalet li l-Bord tal-MATSEC skeda żewġ sessjonijiet tal-eżamijiet, kemm fil-livell tas-SEC, jiġifieri tal-O'Levels, kif ukoll fil-livell tal-Matrikola, jiġifieri tal-A'Levels. Diskussjoni mal-President tal-KSU Filmat: X'alternattiva hemm f'każ li ma jsirux l-eżamijiet? Skejjel postsekondarji Fil-każ tal-iskejjel postsekondarji, id-deċiżjoni tvarja skont l-iskola. Fil- Junior College mhux se jsiru l-eżamijiet ta' Ġunju; l-istudenti se jitilgħu għat-tieni sena abbażi tal-assessjar Fl- MCAST se jibqa' jsir l-assessjar kif isir normalment F' Giovanni Curmi Higher Secondary għall-istudenti tal-ewwel sena l-eżamijiet se jsiru kif ippjanati fil-bidu ta' Ġunju, għal tat-tieni sena se jitqies l-assessjar, mhux se jkollhom eżamijiet F' Sir MA Refalo Sixth Form f'Għawdex l-eżamijiet annwali għall-istudenti tal-ewwel sena se jsiru f'Ġunju kif ippjanat u l-eżamijiet tat-tieni sena qed isiru bħalissa; F' GEM16+ l-eżamijiet mock se jsiru bejn is-26 u d-29 t'April. Is-sajf li għadda Petizzjoni biex l-eżamijiet tal-MATSEC isiru online L-Università L-Università ddeċidiet li tħalli f'idejn kull fakultà biex tieħu d-deċiżjoni hi dwar jekk l-eżamijiet isirux online jew fuq il-kampus. Il-Ministru spjegat li f'każ ta' eżamijiet li jsiru fl-Università stess, mhux online, se tinżamm id-distanza soċjali u se jkun hemm il-miżuri kontra l-Covid-19 f'posthom. Is-sena li għaddiet L-Università b'miżuri għal waqt l-eżamijiet f'Settembru Dan jew Dak? fuq 103 Eżamijiet jew assessjar matul is-sena skolastika? Taqbel ma' dawn id-deċiżjonijiet? Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt | [
1
] |
|
https://newsbook.com.mt/grazzi-lill-frontliners-kollha-maltin-biss-mill-gdid-fuq-103/ | newsbook.com.mt | 18-il siegħa sħaħ ta' mużika minn kantanti u mużiċisti Maltin se jiddominaw il-jum tat-Tnejn li ġej fuq 103 Malta's Heart. Wara s-suċċess kbir f'Novembru li għadda, Maltin Biss qed jirritorna fuq il-frekwenza ta' 103FM, fejn din id-darba se jkun iddedikat għall-frontliners kollha madwar Malta u Għawdex. 🚨MALTIN BISS nhar it-Tnejn 22 ta' Marzu🚨🇲🇹Ġurnata ddedikata għal artisti Maltin❗️🇲🇹Mużika minn artisti Maltin tul… Posted by 103 on Friday, March 5, 2021 Iċ-Channel Manager ta' 103 Malta's Heart Arthur Caruana stqarr ma' Newsbook.com.mt, li f'dan il-jum il-preżentaturi tal-istazzjon se jkunu qed isellmu lill-frontliners kollha li qed jaħdmu bla heda f'dan iż-żmien diffiċli ta' pandemija. "Meta ngħid frontliners, qed nirreferi għat-tobba, infermiera, spiżjara, ħaddiema tas-supermarkets u diversi oħrajn li jaħdmu f'oqsma essenzjali fil-komunità", żied jgħid Caruana. Huwa ħeġġeġ biex nhar it-Tnejn 22 ta' Marzu kulħadd jisma' 103 Malta's Heart bejn is-6am u nofsillejl, f'jum li matulu l-playlist se tkun iddominata kollha minn artisti lokali. Aktar kmieni llum ħabbarna li l-ġurnata speċjali 'Maltin Biss' se tkun iddedikata lill-frontliners kollha! Ittegjawh/a hawn taħt 👇👇Segwina live nhar it-Tnejn 22 ta' Marzu fuq: 103.mt/103-player#maltinbiss #wereallinthistogether #103maltasheart #onlyon103 Posted by 103 on Monday, March 15, 2021 "Agħtu s-sapport tagħkom lill-frontliners f'Malta u ċċelebra magħna din il-festa ta' 200 kanzunetta minn Malta, ta' kull żmien u stil", temm jgħid Caruana. Għidilna liema kanzunetti tixtieq tisma' Ibagħtilna messaġġ fuq What's App (79238103) jew fuq il-paġna ta' Facebook ta' 103 | [
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-awtopsja-ma-turi-l-ebda-sinjal-ta-rabta-bejn-il-mewt-tal-ghalliem-taljan-u-l-vaccin/ | newsbook.com.mt | Photo_ PX Here L-awtopsja fuq l-għalliem mill-Piemonte, li miet nhar il-Ħadd li għadda, inqas minn 24 siegħa wara li kien ħa l-ewwel doża tal-vaċċin AstraZeneca COVID-19 ma sabet l-ebda sinjal ta' rabta bejn il-mewt tiegħu u l-vaċċin. Skond sorsi kkwotati mill-aġenzija ANSA il-mewt kienet kkawżata minħabba attakk tal-qalb. Dan il-każ wassal lir-reġjun tal-Piemonte biex jissospendi l-użu ta' lott tal-vaċċin AstraZeneca. Sospiż l-għoti tal-vaċċin fil-Pjemonte Reġjun fl-Italja jwaqqaf konsenja tal-AstraZeneca wara li miet għalliem li ħa t-tilqima L-Italja ssospendiet it-tilqim kollu bil-vaċċin AstraZeneca aktar tard it-Tnejn, bħal Numru ta' pajjiżi oħra tal-UE, sakemm tkun ikkonfermata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li hija sigura, fost il-biżgħat li hija marbuta ma' trombożi u tagħqid tad-demm. | [
1,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/tqassim-tal-ikel-ghaddej-gmielu-fil-kampanja-itma-u-libbes/ | newsbook.com.mt | Il-voluntiera tal-Caritas huma impenjati jqassmu ikliet imsajra minn kokijiet professjonali lil dawk fil-bżonn bħala parti mill-kampanja tar-Randan Itma 'u Libbes organizzata mill-Arċidjoċesi ta' Malta, permezz tal-Caritas Parish Diaconia Network, ma 'Newsbook.com.mt u 103 Malta's Heart. Hekk kif il-kampanja daħlet fl-aħħar ġimgħatejn tagħha, il-voluntiera qed jahħmu qatigħ fit-tliet ċentri ta 'distribuzzjoni, fejn jiġi kkunsinnat ikel frisk u bnin u mbagħad ippreparat minn koki professjonali. L-ikliet ippakkjati mbagħad jitqassmu lil dawk fil-bżonn minn għadd ta' voluntiera. LIVE: Għadhom kemm ġabru l-ikel biex jitqassam lill-familji u l-parroċċi Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, March 17, 2021 Apparti ġbir ta 'fondi biex jitħallsu ikliet tajbin għas-saħħa li jingħataw lil dawk fil-bżonn, il-kampanja Itma' u Libbes qed tiġbor ukoll ħwejjeġ li jistgħu jerġgħu jintużaw li għadhom f'kundizzjoni tajba. Ara fejn tista' tagħti ħwejjeġ użati Iż-żewġ inizjattivi huma ġestiti b'mod kompletament innovattiv, billi jiġi żgurat li d-dinjità tan-nies tkun fiċ-ċentru tal-inizjattiva. Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jikkontribwixxi għall-kampanja billi jgħin biex jipprovdi vawċers għal mezzi ta 'kuljum, għal dawk fil-bżonn. In-nies jistgħu jgħinu billi jibagħtu SMS jew iċemplu fuq: 5061 9270 (SMS) biex tagħti donazzjoni ta '€ 11.65 u titma' tarbija għal ġimgħa 5100 2037 (telefon) biex tagħti € 20 u titma 'koppja anzjana għal ħamest ijiem 5190 2072 (telefon) biex tagħti € 50 u titma 'familja ta' erbgħa għal tlett ijiem | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/iz-zeppoli/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Alpha / flickr Ingredjenti Għall-għaġin 200ml ħalib 1 kuċċarina zokkor nitfa melħ 100g butir jew marġerina 120g dqiq plain 5 bajdiet żejt veġetali għall-qali Għall-mili 500g irkotta 100g icing sugar Qoxra ta' larinġa 1 kuċċarina essenza tal-vanilla 65g ċikkulata skura, imqattgħa 50g pistaċċi, imqattgħin 1⁄2 kuċċarina kannella 2 mgħaref likur tal-aniżetta 150ml krema friska Ikollok bżonn ukoll 2 mgħaref għasel 1 mgħarfa pistaċċi mqattgħin 1 mgħarfa icing sugar għal wiċċ Metodu Ibda r-riċetta billi tipprepara l-mili tal-irkotta. Poġġi l-irkotta, il-krema mħabbra, l-icing sugar, il-qoxra tal-larinġ u l-essenza tal-vanilla flimkien fi skutella u ħawwad flimkien billi tuża kuċċarina kbira. Fl-aħħar nett żid il-biċċiet taċ-ċikkulata, il-kannella, il-pistaċċi mqattgħin u l-likur tal-aniżetta. Għatti l-iskutella bi cling film u qiegħed fil-friġġ waqt li tipprepara ż-żeppoli. Biex tagħmel l-għaġina għaż-żeppoli dewweb flimkien il-butir jew il-marġerina, il-ħalib, iz-zokkor u l-melħ ġo kazzola żgħira. Meta t-taħlita tibda tagħli, żid id-dqiq u ħawwad sakemm ikollok taħlita lixxa. Naqqas in-nar u sajjar it-taħlita għal ftit minuti waqt li tħawwad kontinwament sakemm l-għaġina tinqata' mill-ġnub tal-kazzola. Żid il-bajd, waħda waħda, u ħabbat sewwa. Ħalli l-għaġina tiksaħ waqt li ssaħħan iż-żejt ġo kazzola. Meta ż-żejt ikun jaħraq biżżejjed biex taqli itfa' bil-galbu kollu kuċċarini tal-għaġina fiż-żejt. Dawwar bir-reqqa z-żeppoli biex jieħdu kulur uniformi. Meta ż-żeppoli jkunu kannella dehbi, neħħihom miż-żejt jaħraq u ħallihom jiksħu fuq kitchen towels biex tneħħi ż-żejt żejjed. Meta ż-żeppoli jiksħu għal kollox tista' timlihom jew b'mgħarfa jew b'piping bag. Jekk qed tuża mgħarfa kun żgur li ttaqqab iż-żeppoli min-nofs u timla bil-mili tal-irkotta. Jekk qed tuża piping bag agħmel toqba żgħira fil-ġenb taż-żeppoli qabel timla. Poġġi ż-żeppoli mimlija fuq platt u żejjen bl-għasel, pistaċċi mgħaffġa u icing sugar. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/dinja-ewropa-xfutur-ghall-unjoni/ | newsbook.com.mt | Il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru tal-Portugall u l-President tal-Kummissjoni Ewropea ffirmaw Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Din id-dikjarazzjoni twitti t-triq għat-tnedija ta' sensiela ta' dibattiti u diskussjonijiet li jippermettu lin-nies minn kull rokna tal-Ewropa jikkondividu l-ideat tagħhom biex jgħinu fit-tiswir tal-ġejjieni tal-Ewropa. What's on Newsbook: Dinja Ewropa janalizza l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta. Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn | [
3
] |
|
https://newsbook.com.mt/mill-kant-ghall-politika/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook Skont rapporti fil-midja l-kantanta Julie Zahra se tkun qed ittiha għall-politika u se tkun kandidata mal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali li ġejja. Qed tissemma' li se tkun qed tikkontesta fuq l-1 u fuq ir-4 distrett. Julie, li hija gradwata mill-Università ta' Malta fis-soċjoloġija, irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2004 bil-kanzunetta On Again… Off Again ma' Ludwig Galea. Fl-2015 hija reġgħet misset mal-Eurovision meta qrat il-punti għal Malta. Julie mhix l-unika kantanta mill-Eurovision li se tkun qed tikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali. Claudette Buttigieg née Pace diġà hija eletta fil-Parlament u hija wkoll id-Deputat Speaker. Hija kienet irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision tas-sena 2000 bil-kanzunetta Desire. Lynn Faure Chircop li r-rapreżentat lil Malta fl-2003 fil-Eurovision bil-kanzunetta To Dream Again se tkun qed tikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali mal-Partit Laburista. Julie Ann Zahra bdiet tinteressa ruħha fil-mużika minn età żgħira u kienet tħobb timita ħafna lil Enya. Ommha Monica kienet tħeġġiġha ħafna biex tkompli din it-triq iżda sfortunatament mietet proprju fl-istess sena li Julie kienet iddebuttat fuq it-televiżjoni meta kellha 13-il sena. Julie ġiet skoperta miz-ziju tagħha, l-awtur Joe Julian Farrugia. Apparti l-mużika Julie kienet ukoll tirreċta u tieħu sehem f'bosta reklami promozzjonali. Għal perjodu ta' żmien kienet tgħix fir-Renju Unit fejn kienet taħdem fil-qasam tal-mużika, u fl-istess waqt baqgħet titħarreġ fil-mużika. Hemmhekk ħarġet ukoll EP bl-isem ta' No Loving. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/ara-kif-tista-tixtri-l-pudina-ta-mount-st-joseph/ | newsbook.com.mt | Bosta huma dawk li ġieli daqu l-pudina li jaf jagħmel Jes, il-kok ta' Mount St Joseph u issa wieħed għandu ċ-ċans li jixtri din il-pudina u jgawdiha flimkien ma' belgħa te fil-kumdità tad-dar tiegħu. Hekk kif in-numri ta' każijiet ġodda tal-Covid-19 żdiedu u l-miżuri restrittivi reġgħu daħlu fis-seħħ, Mount St Joseph kellha terġa' tagħlaq il-bibien tagħha għal dawk il-persuni li f'dan iż-żmien xtaqu li jmorru hemmhekk għal xi irtir. Ġewwa Mount St Joseph isiru bosta rtiri matul is-sena b'mod speċjali fi żminijiet ta' tħejjija bħar-Randan u l-Avvent. F'din id-dar isiru wkoll diversi seminars minn gruppi differenti. Newsbook.com.mt tkellem mal-Ġiżwita Fr Michael Bugeja SJ, is-superjur ta' Mount St Joseph u spjega li dan iż-żmien huwa żmien diffiċli hekk kif għat-tieni sena din id-dar kellha tagħlaq il-bibien tagħha fi żmien tar-Randan. Huwa żied li bosta huma dawk li bħala parti mit-tħejjija għall-Għid il-Kbir jagħżlu li jmorru jagħmlu rtir f'din id-dar. Fr Michael spjega li bejn Ġunju u Settembru, bdew jiġu aċċettati gruppi żgħar ħafna u persuni individwali biex jagħmlu esperjenza tas-silenzju. Żied li bejn Ottubru u l-bidu ta' Marzu s-sitwazzjoni tjiebet ftit iżda n-nies kienu ferm inqas minn meta kkumparat ma' snin ta' qabel. Bugeja enfasizza li minkejja li kienu qegħdin jaċċettaw gruppi ta' persuni għall-irtiri, huma ħadu l-miżuri kollha meħtieġa fosthom li ma jaċċettawx iktar minn 25 persuna, kif ukoll li jkollhom l-affarijiet neċessarji fosthom hand sanitizers u l-post kien jitnaddaf b'mod frekwenti biex ma jkun hemm lok ta' tixrid tal-virus. Fr Michael kompla li din id-dar timpjega n-nies u minkejja l-wage suppliment li huwa importanti madankollu mhux biżżejjed. Żied li apparti l-pagi, biex iżżomm id-dar f'kundizzjoni tajba trid flus kbar. Huwa semma li l-għan tad-dar huwa li tagħti servizz lin-nies u li dak li jkun ifittex il-verità tal-ħajja u jqatta' ħin fis-silenzju. Minkejja li d-dar ma tagħmilx profitt madankollu jridu jaraw li jkopru l-ispejjeż biex tinżamm din id-dar. Bugeja spjega li wara li reġgħu ngħalqu l-bibien ta' din id-dar ħarġu bl-inizjattiva jbiegħu l-pudina, il-biskuttini tar-raħal u l-figolli, f'dan iż-żmien sabiex il-flus li jinġabru jgħinu biex tkompli tinżamm din id-dar. Għal dawk li ġieli marru Mount St Joseph jafu li l-pudina u l-biskuttini tar-raħal huma fost l-akar imfittxija u għalhekk wieħed se jkun jista' jgawdi l-pudina u l-biskuttini tar-raħal fid-dar tiegħu. Kull biċċa pudina jew pakket biskuttini tar-raħal jiswa €5 filwaqt li kull figolla tiswa €10. Kull min jixtieq jordna jista' jibgħat email fuq info@mtsjoseph.org jew iċempel 22760000. Fr Michael Bugeja f'isem il-komunità tal-Ġiżwiti rringrazzja lil dawk kollha li se jgħinu biex tibqa' tinżamm din id-dar. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-mara-li-tghin-lill-ommijiet-tqal-fdiffikulta/ | newsbook.com.mt | Kull tqala għandha tkun esperjenza sabiħa għall-omm. Iżda mhux dejjem jiġri hekk. Ikun hemm każi fejn l-omm, għax ma tkunx miżżewġa jew għal xi raġuni oħra, jkollha diffikultajiet kbar. Id-Djoċesi ta' Għawdex kienet innutat li nisa tqal imorru Għawdex biex ifittxu l-għajnuna għax kienu jispiċċaw imkeċċija mid-dar jew iħallihom l-għarus. Għalhekk id-djoċesi kienet irrispondiet għal din il-problema u fetħet Dar Ġużeppa Debono biex tgħin lil dawn in-nisa, fil-problemi li jista' jkollhom. Il-mara li b'dedikazzjoni tieħu ħsieb din id-dar hija Maria Attard. Owen Teuma intervistaha għall-programm Newsbook Q&A li jixxandar il-Ġimgħa fil-5pm. Għala diversi nisa jfittxu kenn f'Dar Ġużeppa Debono? X'diffikultajiet ikollhom? X'għajnuna tipprovdi d-dar? Il-Ġimgħa stess se ssir il-laqgħa ġenerali annwali fis-6pm u ħa sseħħ fuq Zoom. Se jkun hemm preżenti l-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preco u l-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma. It-tema ta' din is-sena se tkun 'It-tfajla omm tal-bieraħ u llum. Liema kienu u liema huma l-isfidi tat-tfajla omm?' Kull min jixtieq jattendi jista' jibgħat messaġġ fuq in-numru 79386233. Il-Ġimgħa fil-5pm fuq Newsbook.com.mt Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn | [
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-tfal-u-anki-adulti-jghajjruni-ghax-intemtem-christian/ | newsbook.com.mt | "Kienu jgarawli l-ġebel u jgħajjruni għax intemtem." Christian Brincat UMANI Posted by Maria La Barokka Muscat on Thursday, March 18, 2021 Sa minn meta kien tifel u anki sakemm kiber, Christian Brincat sofra minn bullying qawwi għax itemtem. Christian li huwa iben Lorenza u Rita Brincat li nafuhom fl-ispettakli tal-maġija, illum se jkun qed jaqsam l-istorja tiegħu fil-programm Umani li jixxandar fl-4.30pm fuq TVM. Hija storja ta' qsim il-qalb, tat-tbatija li għaddha minnha għax itemtem. Kien hemm mumenti f'ħajtu fejn Christian li konna rajna wkoll fil-programm Malta's Got Talent, li ħassu li ma jixtieqx jgħix iktar, imma llum irnexxielu jegħleb l-uġiegħ li sofra matul iż-żmien u qal li jrid jagħti risposta lil kull min insulentah minħabba t-temtim. Il-programm Umani għandu produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat, u direzzjoni ta' Godfrey Smith. | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/casa-jikkritika-kliem-agius-saliba-kontra-dibattitu-fuq-daphne-fil-pe/ | newsbook.com.mt | Facebook Il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa kkritika l-kliem li uża l-MEP Laburista Alex Agius Saliba biex jopponi dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar l-aħħar żviluppi fuq l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Agius Saliba ħareġ stqarrija permezz tal-Partit Laburista li fiha qal li filwaqt li l-Unjoni Ewropea ffukata fuq il-ġlieda kontra l-pandemija, l-MEPs Nazzjonalisti Maltin David Casa u Roberta Metsola huma medhijin jaraw kif se jagħmlu l-ħsara lir-reputazzjoni ta' Malta. Agius Saliba dan sejjaħlu "attakk bla bżonn." Qal "over our dead bodies" li jsir dibattitu bħal dan. David Casa rrikorra għal Facebook biex jirreaġixxi għall-għażla ta' kliem ta' Agius Saliba. Huwa sejjaħ dan l-iżjed mument tal-mistħija fil-karriera politika qasira tal-MEP relattivament ġdid, li ilu sentejn fil-kariga. Casa, li huwa voċiferu fuq il-ħtieġa li ssir ġustizzja dwar dan l-assassinju, qal lil Agius Saliba, "Daphne biss tilfet ħajjitha f'dan l-iżjed episodju iswed li qatt ra pajjiżna. Hi l-vittma, mhux int u l-kodardi kollegi tiegħek li jdejjaqkom anke isimha. Meta tgħaddi minn dak li għaddiet minnu Daphne, imbagħad ejja kellimna fuq 'your dead body.' Tal-mistħija." "Over our dead bodies."Hekk qal Alex Agius Saliba dwar it-talba biex il-Parlament Ewropew jiddiskuti l-iżviluppi ġodda… Posted by David Casa on Friday, March 19, 2021 Min-naħa tiegħu, Agius Saliba reġa' wieġeb għall-kritika u żamm mal-punt tiegħu li dan mhux żmien li jsir dibattitu fuq l-assassinju meta fl-Unjoni Ewropea trid tiġi diskussa l-pandemija. Kompla jgħid, "Over my dead body illi tkomplu tattakaw ir-reputazzjoni ta' pajjiżna b'reżoluzzjonijiet u diskussjonijiet bla ebda skop fi żmien meta l-istituzzjonijiet qed jaħdmu, jagħmlu xogħlhom u jaraw illi l-ġustizzja ma tħares lejn wiċċ ħadd! L-ebda attakk, tgħajjir jew intimidazzjoni mhu se jwaqqafni milli nkompli nagħmel xogħli u niddefendi isem pajjiżi!" Qed jitkażaw David Casa u ta' Repubblika għaliex ilbieraħ għidt – "Over my dead body" illi nħalli Maltin bħali jippruvaw… Posted by Alex Agius Saliba on Friday, March 19, 2021 Il-President tal-NGO Repubblika Robert Aquilina indirizza lil Agius Saliba u qallu, "Int u l-partit tiegħek m'intomx Malta." Issokta jgħidlu li missu jistħi juża kliem bħal dak fuq l-assassinju ta' ġurnalista. Alex Agius Saliba, ifhem dal-kliem:Inti u l-partit tiegħek m'intomx Malta. Int u min jaħsibha bħalek intkom waħda… Posted by Robert Aquilina on Friday, March 19, 2021 Lura fl-2019 Filmat: Assassinju Daphne: L-MEPs Maltin jaqblu dwar inkjesta pubblika? | [
3
] |
|
https://newsbook.com.mt/imut-emidio-grech-eks-plejer-ta-lija-athletic/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook: Lija Athletic FC Miet fl-età ta' 70 sena Emidio Grech, eks plejer ta' Lija Athletic. Huwa kien lagħab ma' dan il-klabb fl-istaġuni 1965/66, 1971/72, 1978/79 u 1979/80. B'kollox kien lagħab 38 partita. Emidio Grech kien ukoll mat-tim ta' St George's Football Club tal-Kottonera u kien jagħmel parti mill-istorja tal-klabb meta dan it-tim rebaħ il-kampjonat tal-1973/74. Strieħ fis-sliem! Kondoljanzi lil familjari kollha ta' Emidio Grech. Strieh fis-sliem Emi Posted by Cospicua Rangers on Thursday, March 18, 2021 | [
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/qaghqa-helwa/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Tanya Zammit Riċetta u ritratt: Tanya Zammit Ingredjenti 500g dqiq plain 100g marġerina 4 kuċċarini ħmira 100g zokkor qoxra maħkuka ta' larinġa qoxra maħkuka ta' lumija 2 mgħaref żerriegħa tal-kemmun nofs kuċċarina trab tal-imsiemer tal-qronfol nofs kuċċarina kannella mgħarfa ilma żahar mgħarfa aniżetta 275ml ilma fietel Biex iżżejjen 4 mgħaref ġunġlien lewż Metodu Saħħan il-forn għal 200 ̊Ċ. F'mixer tal-elettriku poġġi d-dqiq, il-marġerina, iz-zokkor, il-qxur tal-lumija u l-larinġa, il-ħmira, il-kemmun, l-imsiemer tal-qronfol u l-kannella. Ħawwad bil-mod. Żid l-ilma żahar, l-aniżetta u l-ilma fietel u ħawwad għal 3 minuti. Idlek bowl oħra biż-żejt, poġġi l-għaġina fiha, għatti bil-plastic wrap u ħallieha toqgħod għal 30 minuta. Oħroġha u aħdimha bil-mod u fformaha f'ċirku. Poġġi fuq tilar tal-ħami fuq karta strazza. Idlika bl-ilma, poġġi l-lewż u roxx il-ġunġlien. Aħmi għal 35 minuta. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-dan-l-unur-mhux-tieghi-biss-glen/ | newsbook.com.mt | Grazzi mill-qalb Posted by Glen Vella on Saturday, March 20, 2021 "Dan l-unur mhux tiegħi iżda ta' dawk kollha li jappoġġjaw il-mużika Maltija," – hekk ikkummenta Glen Vella fuq il-midja soċjali ftit minuti wara li ntemmet l-ewwel edizzjoni tal-festival Mużika Mużika li huwa rebaħ bil-kanzunetta Ħarsa Biss ta' Philip Vella u Joe Julian Farrugia. Il-kanzunetta ġabet total ta' 78 punt u rebħet grazzi għall-vot tal-pubbliku, wara li l-kanzunetta fit-tieni post, Għajjejt Inħobb, ġabet l-istess ammont ta' punti. Aqra: Glen Vella jirbaħ Mużika Mużika Fil-messaġġ tiegħu Glen irringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti fl-organizzazzjoni tal-festival, kif ukoll lil sħabu u t-tim tiegħu speċjalment lir-raġel tiegħu Sandro Zammit. Glen faħħar ukoll is-serata tal-Ġimgħa u saħaq li ħa pjaċir li kellu l-opportunità li jkanta ma' Paul Giordimaina. Huma interpretaw il-kanzunetta Kliem ta' Paul Giordimaina stess flimkien ma' Fleur Balzan. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/l-innovazzjoni-digitali-ta-mcdonalds-fir-ristorant-il-gdid-tal-mia/ | newsbook.com.mt | McDonald's għadhom kemm fetħu mill-ġdid ir-ristorant tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta wara proġett ta' ristrutturazzjoni li kien jinvolvi investiment konsiderevoli f'soluzzjonijiet diġitali maħsuba sabiex itejbu l-esperjenza tal-klijenti. Ir-ristorant issa jinkludi l-aktar speċifikazzjonijiet riċenti ta' McDonald's u jintroduċi Self-Ordering Kiosks, Servizz mal-Mejda u counter maqsum fi tnejn sabiex il-klijenti jkunu jistgħu jordnaw u jiġbru l-ikel b'mod iżjed faċli jew b'mod li l-ikel jinġieb lilhom fuq il-mejda. It-tqassim tal-kċina skond l-aktar konfigurazzjoni riċenti ta' McDonald's ifisser li l-klijenti se jgawdu wkoll minn iżjed effiċjenza. Għalissa, il-klijenti se jkunu jistgħu jinqdew biss bis-servizz ta' takeaway , mill-McDrive u McDelivery hekk kif McDonald's se tkompli timxi mad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet, jiġifieri għalissa, l-ikel ġewwa r-ristorant mhuwiex permess. Il-klijenti li jżuru r-ristorant ta' McDonald's fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta issa se jkunu jistgħu jesperjenzaw l-aktar innovazzjonijiet diġitali riċenti mingħand l-akbar kumpanija ta' ristoranti fid-dinja. B'dehra kollha kemm hi ġdida, l-esperjenza ta' McDrive ġiet kollha kemm hi mibdula sabiex ikun żgurat servizz iżjed mgħaġġel. McDrive fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta issa jinkludi menu boards diġitali, fejn l-ordnijiet tal-klijenti jkunu jidhru fuq il-menu boards. It-teknoloġija ġdida tippermetti lill-klijenti li jiskennjaw l-offerti mill-app ta' McDonald's direttament fil-post fejn jagħmlu l-ordni tagħhom fil-McDrive, fis- self-ordering kiosks jew mal- counter . B'hekk is-servizz kollu issa kapaċi jkun wieħed bla kuntatt ta' xejn kemm fir-ristorant kif ukoll fil-McDrive. U bħala parti mill-impenn tagħha li toffri ospitalita' aqwa fir-ristoranti, McDonald's se jkollha wkoll Guest Experience Leaders imħarrġa sew sabiex eventwalment jibdew jilqgħu lill-kllijenti fir-ristorant u jgħinuhom jużaw it-teknoloġija l-ġdida. Dawn se jkunu qed jiżguraw ukoll li s-servizz ikun iżjed personaliżżat biex b'hekk, il-klijenti kollha, kemm jekk ikunu waħedhom jew mal-familja, igawdu l-esperjenza kollha li McDonald's kapaċi toffri f'ambjent sigur u divertenti. Dan it-tagħrif twassal minn McDonalds. | [
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-hayley-bugeja-timmarka-r-ritorn-taghha-fis-serie-a/ | newsbook.com.mt | Posted by Sports Pro Management & Consultancy on Sunday, March 21, 2021 Hayley Bugeja immarkat ir-ritorn tagħha fis-Serie A fil-partita U.S. Sassuolo kontra San Marino Accademy, billi 4 minuti wara li daħlet fil-grawnd bħala sostituta skurjat gowl. Bugeja, li dan l-aħħar rebħet l-unur ta' L-Isportiva tas-Sena waqt l-IsportMalta Awards, kienet neqsa mill-futbol minħabba li kienet imweġġa'. Il-gowl ta' Bugeja jfisser is-seba' wieħed mit-12-il logħba li hija lagħbet fis-Serie A Femminile. Ritratt: Facebook – Sassuolo Women | [
10,
15
] |
|
https://newsbook.com.mt/ritratti-is-sorelle-se-jaharbu/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Rewind Din il-ġimgħa Sorelle se jkompli fuq TVM b'ħames puntati ġodda li żgur se jkunu qed joħolqu diskussjoni fuq il-midja soċjali fost is-segwaċi ta' din is-sensiela popolari li bħalissa tinsab fit-tieni staġun. Ritratt: Rewind It-Tnejn 22 ta' Marzu X'inhu jiġri bejn Sully u s-Sorelle… x'se jagħmlu issa? Fejn hi Kelly u min hemm ħdejha? Patricia marret l-għassa tal-Pulizija biex tammetti dak li kienet għamlet lil Kelly u r-raġuni għaliex kienet għamlet hekk… iżda hi qalet xi ħaġa oħra mportanti wkoll… x'kienet? Ritratt: Rewind It-Tlieta 23 ta' Marzu Sfortunatament is-Sorelle għandhom marbutin… x'se jagħmlu biex jippruvaw jinħelsu? Patricia lil min ċemplet forsi jaf x'kien ġara minnha Kelly? Angela ċemplet lil Vince għaliex kienet inkwetata ħafna… x'inhu jiġri?… Sully x'qed jagħmel u x'ġara? Ritratt: Rewind L-Erbgħa 24 ta' Marzu Kif qed iħossu Vince… għaliex Samantha qalet li dak li kien ġara kien kollu tort tagħha. Vince interroga lil Samantha… x'qaltlu? X'ġara bejn Vince u Maxine? Għaliex irrabjat u x'deċiżjoni ħa? Ritratt: Rewind Il-Ħamis 25 ta' Marzu Maxine għandha sitwazzjoni fuq idejha… x'qalulha Jodi u Lorraine? Kif qed tħossha u għaliex Lorraine insistiet li aħjar li Sully jinsab mejjet issa b'hekk ħelsu minnu. Franco ċempel lil Neil… x'qalu fuq Valerie Balzan u Neil x'qalilha xħin raha? Lorraine indunat li xi ħadd kien daħlilha id-dar tagħha… x'ġara? X'insteraq mid-dar tagħha? Ritratt: Rewind Il-Ġimgħa 26 ta' Marzu Lorraine ċemplet lil Malcolm biex tgħidlu b'dak li kien ġara. Immorru lura fl-orfanatrofju meta Franny u Maddy kellhom ġlieda kbira… dwar xiex u Jodi fiex tidħol? Sadanittant Samantha riedet tkun taf għaliex Jodi kienet inkwetata… tgħidilha? Sully kien għallem xi ħaġa lil Samantha… xiex? Ritratt: Rewind Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Kull episodju jkollu repetizzjoni dak inhar fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am, filwaqt li l-puntati ta' ġimgħa sħiħa jixxandru nhar ta' Sibt mill-11am 'il quddiem fuq TVM2. Ritratt: Rewind | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/fr-hilary-jiccelebra-63-sena-ta-sacerdozju/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - The Millennium Chapel / Muntaġġ Għal Fr Hilary Tagliaferro il-jum ta' 22 ta' Marzu huwa wieħed speċjali. Mhuwiex għeluq sninu imma huwa l-jum li jiċċelebra l-anniversarju tas-saċerdozju tiegħu. Illum, it-22 ta' Marzu tal-2021, Fr Hilary qed jiċċelebra 63 sena ta' saċerdozju. Fr Hilary ġie ordnat fit-22 ta' Marzu 1958 fil-Bażilika ta' San Pietru f'Ruma. Huwa il-fundatur tal-Millennium Chapel. Il-Patri Agostinjan li llum jgħodd 86 sena ta snin twal ta' kontribut fil-qasam sportiv u saħansitra bejn l-1964 u l-1970 kien ukoll il-kowċ tal-Hibernians u kien ukoll jifforma parti mill-amministrazzjoni tat-tim nazzjonali tal-futbol. Fr Hilary trabba f'Ħal Tarxien u dejjem kien attiv fis-soċjetà u kien ukoll parti mill-organizzazzjoni tal-Oratorju ta' Ħal Tarxien. Ta' 16-il sena ħass il-vokazzjoni biex isir patri. Għal bosta snin huwa kien ukoll kummentatur sportiv fuq l-istazzjon televiziv Nazzjonali. Congratulations and prayers to FR HILARY TAGLIAFERRO OSAFounder and Director of the Millennium Chapel who is… Posted by Millennium Chapel on Sunday, March 21, 2021 | [
2,
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/dan-kien-biss-il-bidu-ta-avventura-twila-flimkien-kantera/ | newsbook.com.mt | "M'għandniex kliem biex niddeskrivu kemm ninsabu kuntenti u onorati! Għalkemm din hija l-ewwel prestazzjoni tagħna bħala band, ikklassifikajna fit-tielet post grazzi għall-fiduċja tagħkom. Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija ġie fi tmiemu imma dan kien biss il-bidu ta' avventura twila flimkien," hekk ikkummentaw Kantera fuq il-paġna tagħhom ta' Facebook wara s-suċċess li kisbu fi tmiem il-ġimgħa li għadda. Aqra wkoll: Filmat: "Dan it-trofew mhux tiegħi biss!" – Glen Huma awguraw ukoll lil Glen Vella li rebaħ il-festival bil-kanzunetta Ħarsa Biss. Aqra: Għajjejt Inħobb tirbaħ żewġ unuri waqt Mużika Mużika Il-kanzunetta ta' Kantera, L-Ewwel Jien, hija miktuba minn Joe Julian Farrugia b'mużika ta' Elton Zarb. Aqra: Sinfonija Ħiemda tirbaħ L-Aqwa Arranġament Mużikali Il-band Kantera twieldet fl-2020 bl-għan li tressaq il-ġeneru folk tradizzjonali Malti ma' dak modern. Fl-istil mużikali ta' Kantera, strumenti marbuta mal-folklor mużikali Malti u strumenti mużikali elettroniċi moderni jiġu flimkien biex jinħoloq ħoss uniku — mużika tal-preżent li titkellem fl-istess waqt mill-ġejjieni u mal-imgħoddi. L-istil ta' kanzunetta li qed tipproduċi Kantera maħdum fuq lirika Maltija li tmiss temi soċjali u kulturali tal-mument u dak passat, bl-użu ukoll ta' qwiel Maltin u b'involviment ta' talent minn Malta u minn Għawdex. L-istrumenti li jiffurmaw Kantera huma l-piano-accordion, it-tastiera, is-sassofonu, l-ajrofonu, il-mandolina, il-vjolin, il-kitarra elettrika u dik bass, il-flejguta, iż-żafżafa u l-perkussjoni, flimkien mal-kantant ewlieni u l-backing vocals. L-istil ta' Kantera nħoloq sabiex iressaq żgħażagħ u adoloxxenti qrib aktar tal-folk u t-tradizzjoni Maltija permezz tal-mod kif l-istrumenti u l-lirika fil-kanzunetti tagħhom jaħdmu ma' xulxin. Din mużika fejn l-imgħoddi jżur il-preżent, u jingħaraf fil-waqtiet li ngħixu aħna u nivjaġġaw mal-ħoss folk modern. M'għandniex kliem biex niddeskrivu kemm ninsabu kuntenti u onorati!Għalkemm din hija l-ewwel prestazzjoni tagħna bħala… Posted by Kantera on Saturday, March 20, 2021 | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/is-summit-tal-ue-se-jsir-bmod-virtwali/ | newsbook.com.mt | Charles Michel - Ritratt: Kunsill tal-Ewropa Il-laqgħa tal-mexxejja tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skedat għal din il-ġimgħa se jsir permezz ta' vidjokonferenza minħabba ż-żieda fl-infezzjonijiet tal-koronavirus madwar l-Ewropa. Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel ħa d-deċiżjoni li jmexxi din il-laqgħa b'mod virtwali minħabba "ż-żieda fil-każijiet tal-COVID-19 fl-istati membri". It-tielet mewġa ta' COVID-19 qed tkompli tgħolli rasha minħabba il-varjanti ta' coronavirus u li qed jixterdu b'rata kbira ħafna li qed iwasslu lill-gvernijiet jerġgħu jirrestrinġu l-ħajja kif konna nafuha. Is-27 mexxej tal-UE ser jkunu qed jiddiskutu kif iħaffu t-tilqim madwar il-kontinent, kif ukoll il-politika industrijali u r-relazzjonijiet mat-Turkija u r-Russja. | [
3,
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/kumpanija-lokali-tipprovdi-iktar-minn-100-idea-ta-innovazzjoni-fl-ippakkjar-ghall-industrija-tas-sbuhija/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Jason Borg (DOI) "Hija kburija ta' nazzjon sħiħ li tara kumpanija Maltija b'bażi internazzjonali bħal Toly, li ilha tforni ppakkjar ta' lussu lill-industrija tas-sbuħija għal aktar minn 50 sena, li tinsab konsistentament fuq quddiem f'dan is-settur bis-saħħa tal-innovazzjoni", qal il-Ministru Owen Bonnici waqt żjara fil-binja ċentrali tal-kumpanija. "It-tim tal-iddisinjar tal-Kunċett fi ħdan Toly jippreżenta aktar minn 100 innovazzjoni ġdida ta' ippakkjar kull sena lill-klijenti tagħha fil-kategoriji kollha – kartun, għamla, kura tal-ġilda, fwieħa u dekorazzjonijiet ġodda. Hawnhekk it-tim jaħseb, ifassal, iħejji u joħloq mudelli 3D, kollha bħala parti mill-proċess kreattiv", żied il-ministru. Dr Bonnici spjega li l-kumpanija tikkollabora kull sena, kemm mal-Università kif ukoll mal-MCAST, fuq proġetti tal-istudenti, filwaqt li turi xogħolhom u tinkoraġġihom bħala s-sors tal-kreattività futura. "Inħossni kburi li nara l-approċċ persistenti ta' kumpanija bħal din biex timmira li tkun l-iktar kumpanija kreattiva u dinamika fl-industrija tas-sbuħija li tippermetti li l-ideat kreattivi jinbidlu fi proġetti eċitanti ġodda. Kif jemmnu f'Toly, u aħna nissapportjaw din il-politika wkoll, l-innovazzjoni hija l-munita ewlenija tal-futur", qal il-Ministru Bonnici. Toly hija d-dar ta' klijentela globali bħar-Renju Unit, l-Istati Uniti, Franza, il-Belġju, Hong Kong u l-Korea u għandha impjanti wkoll fiċ-Ċina (Shenzhen) u fil-Korea ta' Isfel (Bucheon u Ansan), apparti Malta. "Il-kumpanija għandha ċentru ta' innovazzjoni proprju fil-qalba tal-uffiċċji korporattivi ta' Toly. Dawn l-uffiċċji nfetħu uffiċjalment fl-2015 wara investiment ta' €2.5 miljun. Iċ-ċentru tal innovazzjoni jinkludi u juri x-xejriet differenti, il-firxa sħiħa tal-ippakkjar standard fil-kategoriji kollha, it-teknoloġiji tagħhom kif ukoll l-innovazzjoni tagħhom stess", spjega l-ministru. Il-Kap Eżekuttiv Andy Gatesy qal, "Dan iċ-ċentru huwa r-riżultat ta' bosta snin ta' riċerka ffukata fuq ippakkjar ġdid u applikaturi ġodda għas-settur tal-fwieħa u tal-kożmetiċi. Il-klijenti għandhom aċċess għal numru kbir ta' mudelli għall-wiri, jippruvawhom u jittestjawhom". Wieħed għandu jinnota wkoll l-inġinerija tal-innovazzjoni li tinkludi faċilitajiet ta' stampar u prototipar ta' 3D avvanzat li tagħtihom firxa wiesgħa ta' kapaċitajiet biex jgħinu jaċċelleraw l iżvilupp tagħhom mill-kunċetti nfushom għal pilot tooling. Fi ħdan l-uffiċċji korporattivi, il-kmamar ġew ristrutturati biex joħolqu studio ta' produzzjoni interna, imsejjaħ Toly Studio. Hemmhekk jiġu prodotti filmati b'mod kontinwu li jappoġġaw innovazzjonijiet u żviluppi ġodda. Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. | [
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-kemm-jien-kuntent-li-l-progett-tieghi-qed-jiehu-l-hajja-aidan/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook - Mużika Mużika / Festivals Malta Permezz ta' Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija, il-kantant Aidan esperimenta b'kanzunetti bil-lingwa Maltija. Fil-festival huwa ppreżenta Naħseb Fik li kiteb, ikkompona u interpreta, kif ukoll kiteb u kkompona l-kanzunetta Vizzju li interpretat Raquel. Iż-żewġ kanzunetti għaddew għall-finali. Naħseb Fik kienet it-tieni kanzunetta li l-aktar li ġabet voti mill-pubbliku u issa hemm ukoll domanda mill-istazzjonijiet lokali tar-radju sabiex ikunu jistgħu idoqqu kemm Naħseb Fik, kif ukoll Vizzju. "Kemm jien kuntent li l-proġett tiegħi qed jieħu l-ħajja. Il-Mużika Maltija jixirqilha kull tifħir" ikkummenta Aidan fuq il-profil tiegħu ta' Facebook. Il-kanzunetta Naħseb Fik tant marret tajjeb li diġà telgħet fl-ewwel post fil-klassifika tal-iTunes ta' Malta. GRAZZI MALTA 🇲🇹👏🏻 Posted by AIDAN on Sunday, March 21, 2021 Fuq is-sit ta' muzikamuzika.org Aidan kien ikkummenta li "Ilni ħafna nixtieq naħdem fuq kanzunetta Maltija b'dan l-istil u namalgama dan il-ħoss mal-lingwa Maltija. Nemmen ħafna li biex inżommu l-kanzunetta Maltija ħajja għandna nevolvu u nimxu ma' ħsejjes moderni". Naħseb Fik hija kanzunetta bi stil pop kummerċjali li titratta dwar kif l-awtur qed jikteb rima fuq l-imħabba bħala turija ta' kemm jaħseb f'dil-persuna speċjali. Bi ħsejjes moderni u ħjiel ta' stil reggaeton . Naħseb Fik tappella għal ħafna nies li qegħdin 'l bogħod mill-maħbubin tagħhom. "Naħseb Fik" hija miktuba fuq stil differenti minn dak li s-soltu mdorrijin nisimgħu – rittmu mgħaġġel li jikkumplimenta dan l-istil, u jagħmel il-kanzunetta iżjed friska u tajba għar-radju. Il-kantawtur Aidan, li għandu 21 sena, beda jikkomponi l-mużika lura fl-2015 waqt workshop f'Londra. Minn hemm, hu kiteb bosta singles , 5 minnhom jagħmluha fl-ewwel post tal-klassifiċi lokali, bl-aktar waħda riċenti tidħol anke fi klassifika fil-Messiku. Fl-2018, Aidan kiteb kanzunetta għall-għażla tal-Malta Eurovision Song Contest u kklassifika fit-tielet post mill-ġurija u ddominat fil-klassifiċi lokali u Spotify matul dik il-ġimgħa. Aidan jispira ruħu minn artisti internazzjonali bħal Zak Abel, James Smith, Leon, Dua Lipa u Justin Bieber, fost l-oħrajn. Il-mużika tiegħu hi ispirata mill-akkwati u esperjenzi tal-ħajja, li jġegħluh jibdel l-emozzjonijiet f'kanzunetti. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-hamis-il-parlament-ewropew-se-jiddibatti-l-izviluppi-fuq-il-qtil-ta-daphne/ | newsbook.com.mt | Nhar il-Ħamis li ġej, il-Parlament Ewropew se jiddiskuti l-aħħar żviluppi b'rabta mal-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-Kummissjoni Ewropea mistennija toħroġ stqarrija fuq il-kwistjoni. Saret oġġezzjoni bil-qawwa għal dan id-dibattitu mill-MEPs Maltin Alex Agius Saliba u Cyrus Engerer. Agius Saliba qal li "over our dead bodies" isir dibattitu bħal dan, filwaqt li Engerer qal li jekk il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jsir id-dibattitu, ikun qed jaġixxi b'mod insensittiv. Minkejja l-fehma ta' dawn l-MEPs, id-dibattitu se jsir. L-MEP Malti David Casa, li kien wieħed minn dawk li stinka biex dan id-dibattitu jsir, laqa' din l-aħbar u qal li Malta trid tiġi protetta mill-Gvern tagħha, u mhux li l-Gvern jipproteġiha. The European Parliament has decided that a debate on the latest revelations on the Daphne Caruana Galizia murder case… Posted by David Casa on Tuesday, March 23, 2021 L-MEP Sven Giegold kiteb li nħasset il-ħtieġa għal dan id-dibattitu speċjalment wara l-arrest ta' Keith Schembri l-ġimgħa li għaddiet, li kien iċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Schembri qed jinżamm arrestat fuq korruzzjoni, ħasil tal-flus u frodi, flimkien ma' disa' persuni oħra. Ġie spjegat li l-Kummissjoni Ewropea se tkun preżenti fil-plenarja, imma l-Kunsill irrifjuta li jipparteċipa. Fil-plenarja t'April se jittieħed vot fuq il-qagħda tas-Saltna tad-Dritt f'Malta. Aqra wkoll Casa jikkritika kliem Agius Saliba kontra dibattitu fuq Daphne fil-PE Fl-aħħar xahar kien hemm żviluppi kbar fl-investigazzjoni ta' dal-każ li bdew propju bħal-lum xahar meta Vince Muscat il-Koħħu, wieħed mill-irġiel akkużati, wieġeb ħati għall-involviment tiegħu. Hu ngħata 15-il sena ħabs u beda jixhed kontra l-aħwa Alfred u George Degiorgio, ukoll akkużati fil-każ. Apparti hekk, ġew arrestati l-aħwa Adrian u Robert Agius magħrufin bħala Ta' Maksar, akkużati li provdew il-bomba li qatlet lill-ġurnalista. Illum l-aħwa Degiorgio talbu maħfra presidenzjali bil-patt li jgħidu dak li jafu fuq il-qtil, inkluż min kien l-eks Ministru li ordna li tinqatel il-ġurnalista. Aqra aktar L-aħwa Degiorgio jitolbu maħfra biex jiżvelaw min hu l-politiku li ordna l-qtil ta' Daphne | [
3
] |
|
https://newsbook.com.mt/imut-l-attur-george-segal-ta-the-goldbergs/ | newsbook.com.mt | George Segal. ritratt: Facebook - The Goldbergs Tħabbret il-mewt tal-attur George Segal. Skont martu Sofia, l-attur li kien jinterpreta lil Pops Solomon fis-sensiela The Goldbergs miet minn kumplikazzjonijiet ta' operazzjoni tal-Bypass. L-attur Amerikan kellu karriera twila fil-films u kien nominat għall-Oscar għall-interpretazzjoni tiegħu fil-film Who's Afraid of Virginia Woolf? Huwa kien magħruf ukoll għall-parti ta' jack Gallo fis-sensiela Just Shoot Me! | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/din-il-kantanta-llum-taghlaq-52-sena-gharaftha/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief il-kantanta u preżentatriċi Debbie Scerri li llum tagħlaq 52 sena. Debbie twieldet f'Toronto fil-Kanada u hija l-kbira fost iż-żewġt ulied ta' Carmelo (illum mejjet) u Lina Scerri. Warajha hemm ħuha Jason. Il-familja kienet ġiet lura Malta meta Debbie kellha tliet snin. Debbie kienet irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1997 bil-kanzunetta Let Me Fly. Hija kklassifikat fid-disa' post. Ħadet sehem f'diversi festivals f'Malta u barra fosthom is-Cyprus Song Festival. Debbie, li hij wkoll preżentatriċi u attriċi, hija miżżewġa lil Matthew Vella, u għandhom tifla, Nicola, li rrappreżentat lil Malta fil-konkors tal-Miss World. Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. Ritratt: Facebook Debbie Scerri | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/qorti-fir-renju-unit-tisma-kif-allegat-qattiel-beda-hajja-gdida-fmalta/ | newsbook.com.mt | police.uk Il-Qorti fir-Renju Unit semgħet kif raġel ta' 43 sena ħarab mir-Renju Unit biex jibda' ħajja ġdida f'Malta, wara li ttortura u qatel raġel f'razzett fuq dejn ta' droga. Il-każ seħħ 16-il sena ilu, bi Christopher Guest More Jr akkużat bil-qtil tan-negozjant tal-kannabis Brian Waters ta' 44 sena, jirrapporta l-BBC. F'Marzu tas-sena l-oħra, Christopher Guest More Jr kien estradit lejn ir-Renju Unit wara li s-sena ta' qabel nstab f'Malta wara li ħareġ mandat t'arrest Ewropew għalih. Aqra aktar Estradit lejn ir-Renju Unit wara li ġie arrestat f'Malta Fil-qorti ntqal li t-tifel ta' Waters, Gavin, li dak iż-żmien kellu 25 sena, u t-tifla, Natalie ta' 21 sena, kienu wkoll fir-razzett u martu Julie, ta' 42 sena, inħatfet mid-dar tal-familja tagħhom f'Nantwich u ttieħdet hemm. More ċaħad l-akkużi kontrih. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/dinja-ewropa-qed-isir-bizzejjed-skrutinju-dwar-il-vaccin/ | newsbook.com.mt | What's on Newsbook: Dinja Ewropa jħares lejn l-aħħar żviluppi li seħħew fil-Parlament Ewropew dwar l-iskrutinju kontinwu li qed isir fuq il-proċess tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Insegwu wkoll intervista mal-MEP Josianne Cutajar dwar l-aħħar proposti marbutin maċ-ċertifikat diġitali li għandu jiffaċilita s-safar fil-kontinent. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta. | [
3
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-bank-medirect-iniedi-s-servizz-ta-self-ghad-djar-fis-suq-malti/ | newsbook.com.mt | Ritratt: MeDirect MeDirect, il-bank diġitali Malti li diġa joffri lill-konsumatur aċċess għal diversi prodotti finanzjarji ewlenin fis-suq, qed ikompli jespandi u issa qed iniedi s-servizz tas-self għax-xiri tad-djar fis-suq Malti, jew kif inhuma magħrufa aħjar – il-home loans. Din it-tnedija hi parti mill-istrateġija ta' MeDirect li jiddiversifika l-għażla tal-prodotti tiegħu fis-suq lokali. Kemm jekk il-klijenti qed ifittxu li jixtru proprjetà ġdida kif ukoll jekk qed jiffinanzjaw mill-ġdid is-self eżistenti tagħhom, MeDirect lest jgħinhom u joffrilhom soluzzjoni faċli. Il-Bank se jipprovdi servizz personalizzat, effiċjenti u fost l-aqwa li hawn fis-suq, u kommess li jagħtihom risposta malajr, anke biex tinħareġ l-ittra ta' konferma, magħrufa aħjar bħala s-sanction letter. MeDirect japprezza li meta tkun qed tixtri dar, din hija waħda mill-iktar esperjenzi stressanti f'ħajtek, pero l-konsulenti ta' MeDirect se jkunu hemm f'kull pass li tagħmel biex jgħinuk u se jkunu flessibbli anke fil-ħinijiet li se jiltaqgħu miegħek skont l-iskeda tiegħek u fil-lokalita' preferuta minnek. Illum il-ġurnata l-ħin ta' kulħadd huwa prezzjuż u għalhekk, il-bank ħoloq proċess ħafif ħafna li bih inti, bħala klijent, tkun jista' tibgħat id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa b'mod elettroniku, u naqqas id-drabi li fihom jkollok bżonn tmur il-bank fiżikament. MeDirect Bank se jkun qed joffri lill-klijenti tiegħu il-possibilta' li jixtru l-ewwel jew it-tieni propjetà residenzjali tagħhom b'rati kompetittivi. MeDirect mhux se jżomm tariffi għall-ipproċessar, prenotazzjoni, għall-obbligu jew miżati legali (jew kif inhuma magħrufin processing, booking, commitment u legal fees) li normalment huma assoċjati mas-self għax-xiri tad-djar. Barra minn hekk, il-Bank se jkun qed jirrifondi parzjalment il-miżati nutarili u / jew tal-periti lill-klijent, li jkun qed jissellef. Arnaud Denis, il-Kap Eżekuttiv ta' MeDirect qal: "Li noffru self għax-xiri ta' djar b'mod innovattiv u attraenti fis-suq Malti hija parti mill-istrateġija ewlenija tagħna biex inkomplu niżviluppaw u nwessgħu il-prodotti u r-relazzjoni tagħna mal-klijenti lokali." Hu żied jgħid: "L-enfasi tagħna hi li nipprovdu servizz differenti milli qed joffru l-banek l-oħra fis-suq bħalissa, primarjament, billi noffruh b'mod diġitali, b'risposta f'inqas ħin, waqt li nagħmlu dan b' rati tal-imgħax mill-aktar kompetittivi. Dan se nwassluh permezz ta' impjegati li se jkunu speċjalizzati u kwalifikati apposta fuq dan ix-xogħol , kif ukoll b'tariffi raġjonevoli u trasparenti." Dawk kollha li huma nteressati jistgħu jikkuntattjaw lill-bank MeDirect fuq 25574400 jew fuq is-sit tagħhom. Barra minn hekk, tista' ssib aktar tagħrif mis-sit tagħhom , fejn tista' tikkalkula wkoll il-massimu li tista' tissellef permezz ta' home loan calculator , bl-għan li tieħu wkoll idea ta' kemm se jkunu l-pagamenti li tkun trid tagħmel kull xahar. MeDirect jagħmel parti minn grupp bankarju li qed ikompli jikber madwar l-Ewropa u huwa wieħed mill-akbar banek f'Malta. Il-Bank huwa mpenjat li jaqdi l-ħtiġijiet tal-klijenti tiegħu permezz ta' soluzzjonijiet bankarji diġitali utli, moderni u avvanzati waqt li joffrilhom esperjenza tajba u faċli. Dan it-tagħrif twassal minn MeDirect Malta. | [
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/go-ghadha-kemm-irrevediet-il-pakkett-tas-servizzi-tal-mobile/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Go Mobile GO għadha kemm irrevediet il-pakkett tas-servizzi tal-mobile biex b'hekk issa, il-klijenti jistgħu jagħmlu ferm iżjed bil-mobile bundle tagħhom, issa li d-data plans huma bla limitu u bl-għola speed possibbli. "Id-data plans bla limitu tagħna se jippermettu lill-klijenti li jgawdu b'mod sħiħ l-aqwa network f'Malta, u b'moħħhom mistrieħ. Jistgħu iżommu kuntatt ma kull min iridu huma, kemm billi jaċċessaw in-networks soċjali, billi jkellmu lill-familjari u lill-ħbieb tagħhom barra minn Malta, iżommu lit-tfal tagħhom okkupati b'divertiment, jisimgħu il-mużika favorita tagħhom jew jaraw il-programm tat-televiżjoni li jippreferu b'moħħhom mistrieħ," qalet is-Senior Marketing Manager ta' GO Alison Mercieca. B'iżjed u iżjed negozji li qed imexxu l-operat tagħhom online, u iżjed nies li qed jaħdmu b'mod remot, GO iddeċidiet li ssaħħaħ il-mobile plans għall-komunità ta' negozju biex b'hekk kulħadd ikun jista' verament igawdi l-vantaġġi ta' dawn il-plans ġodda. "Dan huwa pass kbir 'il quddiem fl-impenn tagħna li nkomplu ngħinu lin-negozji bl-għodda u s-servizzi li għandhom bżonn biex l-operat tagħhom isir iżjed diġitali malajr," kompla jispjega Neil Francalanza, Marketing Manager ta' GO Business. "Il-fatt li iżjed negozji qed ikunu favur ir-remote working, dan il-pass tagħna li nwasslu data u veloċità bla limitu bi prezzijiet kompetittivi ħafna huwa sforz sabiex insawwru ambjent ta' negozju verament kollaborattiv," temm jgħid Neil Francalanza. Żur is-sit ta' GO sabiex issir taf iżjed dwar il-mobile plans il-ġodda. Dan it-tagħrif twassal minn GO . | [
4
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-kwarezimal/ | newsbook.com.mt | Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti Tagħmel 4 250g lewż inkaljat 100g zokkor 100g zokkor ismar 200g dqiq plain 75g għasel 2 kuċċarini ilma 2 kuċċarini ilma żahar 1 qoxra maħkuka ta' lumija 1 qoxra maħkuka ta' larinġa 1 qoxra maħkuka ta' mandolina 1 kuċċarina msiemer tal-qronfol maħkuk nofs kuċċarina kannella 4 folji karti tal-ostji Għal wiċċ għasel lewż imfarrak Metodu Għaqqad flimkien id-dqiq, iz-zokkor, l-imsiemer tal-qronfol mitħun, il-kannella u l-qxur tal-tal-lumija, larinġa u mandolina. Ħawwad tajjeb. Fl-aħħar żid il-lewż imfarrak. Ħawwad kollox b'idejk. Żid l-għasel, l-ilma żahar u l-ilma u erġa' ħawwad b'idejk. Aħdem l-għaġina bil-mod fuq mejda bid-dqiq imferrex fuqha. Bil-lembuba ifrex l-għaġina għal wisa' ta' dijametru ta' 5ċm. Qatta' l-għaġina f'4 biċċiet indaqs. Iċċattja b'idejk u poġġi fuq pjanċa tal-forn fuq 2 karti tal-ostji. Aħmi f'forn diġà msaħħan għal 180 ̊Ċ għal 12-15-minuta. Ħallihom jiksħu għal 15-il minuta, ippinzella bl-għasel u żejjen il-wiċċ bil-lewż imfarrak. Kwareżimal. Ritratt: Wayne Cutajar / Crafted Foods | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/imut-dr-khan-tabib-mahbub-frahal-gdid-u-l-mosta/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Facebook Fl-aħħar sigħat bosta kienu xxukjati bl-aħbar tal-mewt ta' Dr Amanulla Khan li għal żmien twil kien iservi fil-berġa tas-saħħa ta' Raħal Ġdid u aktar tard il-Mosta. Today I lost a good friend Khan Amanulla Khan, our family doctor, a wise man, a mentor, and a man with thousand values,… Posted by Tonii Aquilina on Friday, March 26, 2021 Fuq il-midja soċjali ma waqfux il-kummenti u kliem ta' tifħir għal Dr Khan, li bosta ddeskrivewh bħala tabib li kien dedikat ferm f'xogħlu. Oħrajn iddeskrivewh bħala wieħed mill-aqwa tobba li kellna f'Malta. You was a… Posted by Joan Agius on Friday, March 26, 2021 Dr Kahn, kien miżżewweġ lil Carmen, u kellhom żewġ ulied, Yuri u Lara. Strieħ fis-sliem. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/fjura-ohra-maqtugha-mil-gnien-taghna-nakita/ | newsbook.com.mt | Nakita Grima man-nanna Lilian. Ritratt: Facebook Ftit żmien biss wara l-mewt ta' missierha, l-attriċi Nakita Grima ħabbret il-mewt tan-nanna Lilian, li kienet dehret fis-sigla tas-sensiela popolari Ħbieb u Għedewwa. "Kemm kont kburija meta saqsejtek biex niġi għalik ħa tieħu s'hemm fis-sigla ta' Ħbieb u Għedewwa. Fil-verità Malta kollha kienet issaqsi, imma min hi dik l-mara anzjani għaddejja bil-bastun tippassiġġa fil-knisja fis-sigla ta' Ħbieb u Għedewwa? Mur għidilhom li kont int," kitbet fuq il-profil tagħha fuq Faceboook l-attriċi Nakita Grima. "Kemm taf tkun kiefra l-ħajja. Fjura oħra maqtugħa mill-ġnien tagħna. Il-Mulej għandu anġlu ieħor fis-sema. Wara telfa ta l-għażiż missieri, illum tlifna lilek nanna Lilian. Kemm kont kburija b'kull ma nagħmlu," kompliet tikteb l-attriċi li rrimarkat kif in-nanna Liliana kienet tieħu gost tmur id-dar u tisma' b'dak kollu li jkunu qed jagħmlu. Nakita, li tinterpreta lil Samantha fis-sensiela Sorelle li tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM fakkret kif il-ħajja kienet kiefra man-nanna Lilian. "Sfortunatament kellek tattendi għal funeral ta ibnek. Mhux faċli għall-ebda omm li tidfen lil uliedha. Imma issa tista' terġa' tingħaqad mal-għażiż ibnek u ziju mario, mal-maħbub tiegħek in-nannu Joey u ma ommok u missierek," qalet hi "Mil-lum kull ma nistgħu ngħożżu huma l-memorji sbieħ li gawdejna tul iż-żmien. Tibqa' dejjem f'moħħna u f'qalbna. Strieħ fi-sliem għażiża Nanna. Kompli hu ħsibna minn hemm fuq mad-daddy u n-nannu Joey," temmet tikteb Nakita fil-messaġġ tagħha. Kemm taf tkun kiefra l-ħajja. Fjura oħra maqtugħa mil-ġnien tagħna. Il-mulej għandu anġlu ieħor fis-sema. Wara telfa ta… Posted by Nakita Grima on Saturday, March 27, 2021 | [
2,
6
] |
|
https://newsbook.com.mt/imutu-32-persuna-fhabta-bejn-zewg-ferroviji-fl-egittu/ | newsbook.com.mt | Ritratt meħud minn clip fuq l-istazzjon nazzjonali tal-Eġittu Mill-anqas 32 persuna mietu u 165 persuna kienu midruba f'inċident bejn żewġ ferroviji fl-Eġittu. Iż-żewġ ferroviji ħarġu minn fuq il-linji u nqalbu hekk kif ħabtu viċin Tahta, fil-provinċja ta' Sohaq fl-Eġittu, madwar 365km mill-kapitali ta' Cairo. Persuni mhux magħrufa attivaw il-brakes tal-emerġenza fil-ferrovija ta' quddiem, biex b'hekk il-ferrovija ta' wara daħlet ġo ta' quddiem, qalet l-awtorità tal-ferroviji tal-pajjiż. Il-President Abdul Fattah al-Sisi wiegħed kastig iebes għal dawk responsabbli. Fuq tweet qal kif il-persuni li kkawżaw l-aċċident permezz ta' negliġenza jew korruzzjoni jridu jirċievu piena deterrenti mingħajr eċċezzjoni jew dewmien. Waħda mill-ferroviji kienet għaddejja bejn Luxor u l-port ta' Alexandria, filwaqt li l-oħra kienet għaddejja bejn il-kapital Cairo u Aswan fin-nofsinhar tal-Eġittu. Issejħu aktar minn 70 ambulanza fuq il-post u ħafna persuni ttieħdu l-isptar. Persuna fuq il-post qalet lill-Reuters li ma setgħux ineħħu persuni minn taħt il-ferrovija u li kien hemm bżonn crane biex ikomplu l-isforzi ta' salvataġġ. Il-Prim Ministru Mostafa Madbouly żar is-sit u wiegħed kumpens finanzjarju lill-familji tal-vittmi. Madbouly qal li l-gvern se jkompli jaġġorna l-proġetti tal-ferroviji biex jipprevjeni inċidenti fatali simili, skont is-sit tal-Eġittu Ahramonline. L-Eġittu jara inċidenti frekwenti fuq is-sistema tal-ferroviji tiegħu parzjalment minħabba manutenzjoni ħażina u nuqqas ta' investiment. Fl-2017 20 mejta u 80 midruba wara li żewġ ferroviji daħlu f'xulxin fl-Eġittu | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/il-belarussja-skwalifikata-mill-eurovision-minhabba-l-lirika-tal-kanzunetta/ | newsbook.com.mt | Twitter Il-Belarussja ġiet skwalifikata mill-Eurovision Song Contest wara li l-lirika tal-kanzunetta tagħha ġiet meqjusa bħala mhux xierqa għall-kompetizzjoni minħabba t-temi politiċi tagħha. L-elezzjoni presidenzjali li seħħet fil-Belarussja f'Awwissu li għadda wasslu għal protesti kbar fil-pajjiż. Alyaksandr Lukashenka, li ilu president tal-Belarussja mill-1994, ġie ddikjarat ir-rebbieħ b'aktar minn 80% tal-vot, imma dan ir-riżultat ġie meqjus bħala fażull mill-avversarji politiċi tiegħu, kif ukoll mill-Unjoni Ewropea. Il-grupp Galasy ZMesta twaqqaf fl-isfond ta' dawn il-protesti, u l-kanzunetti tiegħu ġeneralment jikkritikaw jew iżebilħu l-protesti u l-avversarji ta' Lukashenka. Aktar kmieni dan ix-xahar, ix-xandir tal-istat tal-Belorussja kkonferma li l-grupp se jirrappreżenta lil pajjiż fl-edizzjoni tal-2021 tal-Eurovision Song Contest. Però l-kanzunetta tagħhom, li ġġib l-isem Ya nauchu tebya (Issa ngħallmek jien) qajmet kontroversja, hekk kif il-lirika tagħha dehret li kienet qed turi appoġġ għat-trażżin vjolenti tal-protesti. B'hekk, il-European Broadcasting Union, li torganizza l-Eurovision, tat lil Belorussja l-opportunità biex tippreżenta kanzunetta oħra, u l-pajjiż għamel dan b'diska oħra tal-Galasy ZMesta. Però din ukoll kella lirika li ġiet meqjusa mhux xierqa, u minħabba f'hekk, il-pajjiż ġie skwalifikat mill-kompetizzjoni. | [
10
] |
|
https://newsbook.com.mt/filmat-nahdmu-wkoll-qrib-ma-dawk-li-tilfu-lil-xi-hadd-bil-covid/ | newsbook.com.mt | Hospice Malta bħalissa bdiet tespandi s-servizzi tagħha u qed toffri bereavement support mhux biss lil min qed jgħaddi minn kanċer iżda wkoll lill-familji tal-vittmi kollha tal-Covid-19. Gloria Spiteri u Christian Debono ilhom għal bosta snin jaħdmu mal-Hospice Malta biex jgħinu familji u l-pandemija tal-Covid-19 offriet sfida ġodda. Ma' Newsbook.com.mt iż-żewġ social workers jitkellmu dwar il-ħidma tagħhom u s-servizzi li qed toffri l-Hospice. "Ridna naddattaw għas-sitwazzjoni u ngħinu lill-familji jaddottaw għal sitwazzjonijiet mhux tas-soltu minħabba li twaqqfu l-viżti l-isptar," tgħidilha Christina. "Bħala Hospice aħna miftuħin biex ngħinu familja li ġarrbu t-telfa bil-Covid," tikkummenta wkoll Gloria. Dawk il-familji li bħalissa jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz li qed toffri l-Hospice Malta għandhom jagħmlu kuntatt ma' din l-NGO fuq 21440085/6 jew jibgħat email fuq info@hospicemalta.org . Aktar dettalji jinkisbu mis-sit www.hospicemalta.org jew inkella permezz tal-paġna Facebook ta' Hospice Malta . Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat hawn taħt: Intervista: Frederick Zammit; Muntaġġ: Sarah Salafia. | [
2
] |
|
https://newsbook.com.mt/helicopter-parenting/ | newsbook.com.mt | Ritratt: Shutterstock fuq Flimkien Magazine Issib ġenituri li jkunu stretti ħafna: tista' ssejħilhom "dittaturi". Hawn oħrajn permissivi u kollox jgħaddi; insejħulhom "laissez-faire". Imbagħad hawn min irabbi b'mod "demokratiku", fejn kulħadd jista' jitkellem u jiddiskuti bla biża'. Ma hemmx dubju li dan hu l-aħjar stil ta' trobbija. Iżda llum se nitkellmu fuq stil ieħor li nassoċjawh maż-żgħażagħ: il-helicopter parenting. Kien Dr Haim Ginott li fl-1969 ħareġ b'dan il-kunċett. Nafu kif itir ħelikopter – itir fil-baxx u minn fuqu tista' tara tajjeb l-art taħtek. Minn fuqu tista' tara x'qed jiġri, fejn hemm in-nies, eċċ. u għalhekk jintuża f'xi emerġenza jew salvataġġ. Imma dan x'għandu x'jaqsam mat-trobbija tat-tfal? Ħafna żgħażagħ iħossu li l-ġenituri tagħhom jikkontrollawhom iżżejjed. Jipproteġuhom iżżejjed u ma jħallulhomx spazju biex jikbru. Imma, kif ngħidu, iż-żejjed ħu n-nieqes – u din l-eżaġerazzjoni tista' tagħmel aktar ħsara milli ġid. Meta l-ġenituri jikkontrollaw iżżejjed, uliedhom żgħażagħ iħossuhom li għadhom qed jiġu stmati ta' tfal żgħar, li l-ġenituri ma jafdawhomx. Dan jista' jwassal biex ikissrilhom l-istima tagħhom infushom u hekk jitilfu l-kunfidenza fihom infushom. Dawn huma żewġ ħiliet importanti ħafna fl-adolexxenza biex uliedna jkunu jistgħu jkampaw ma' sħabhom. Dan in-nuqqas ta' fiduċja jweġġagħhom u jista' jwassal għal ribelljoni – li mhi ħaġa sabiħa xejn. G ħ al iex xi ġ enituri jkunu ħ elikopters fuq uliedhom? Bi ż a' mill-konsegwenzi : Il-ġenituri jibżgħu li wliedhom jista' jkollhom xi falliment u li dan se jdejjaq lil uliedhom, jew iġegħelhom jaqgħu għaċ-ċajt quddiem l-oħrajn, u għalhekk iħossu li għandhom jindaħlu u jipproteġuhom. L-intenzjoni tal-ġenituri tkun tajba, imma l-metodu ma jkunx. A n s jetà ż ejda fil- ġ enituri stess: Din l-ansjetà tista' tkun dwar l-ispejjeż, il-futur jew ix-xogħol tat-tfal fil-futur. Din l-ansjetà żejda tista' twassal il-ġenituri biex jippruvaw jieħdu kontroll sħiħ tal-ħajja ta' wliedhom, u b'hekk l-adolexxenti jibqgħu lura. O vercompensation : Hawnhekk il-ġenituri jippruvaw ipattu għal dak li ma kellhomx huma fi tfulithom, iżda dan jagħmluh b'mod eżaġerat. Ġenituri influwenzati minn ġenituri oħra: Jistgħu jkunu qed jiġu influwenzati minn ġenituri oħra li jkunu qed jikkontrollaw iżżejjed lil uliedhom u jippruvaw jikkupjawhom inkella jħossuhom li qed jonqsu. Fi ftit kliem, meta l-ġenituri ma jibdewx jersqu lura u jagħtu aktar spazju lil uliedhom adolexxenti jista' jseħħ propju dak li jkunu xtaqu jevitaw – kif ngħidu bil-Malti: iġibu l-ġebla fuq saqajhom għax it-tfal xorta waħda jitilfu l-istima tagħhom infushom, ma jiżviluppawx ċerti ħiliet importanti għall-ħajja, tiżdied l-ansjetà fihom, u jħossuhom falliment u ddiżappuntati. Kif ma nsirux ħ elikopters? Nagħmlu dan billi nħarrġuhom f'ħiliet importanti bħas-sens ta' responsabbiltà. Ngħinuhom isaħħu l-istima tagħhom infushom billi minflok nikkritikawhom noffru inkuraġġiment u nagħtuhom spazju jikbru. Insemmulhom it-tajjeb li għandhom. Nippruvaw nifhmu l-emozzjonijiet tagħhom u nisimgħuhom mingħajr ma mmaqdru. Fuq kollox, bħala ġenituri rridu jkollna u nżidu l-fiduċja fina nfusna. Uliedna qed jikbru u ftit ieħor se jtiru mill-bejta bħalma għamlu oħrajn qabilhom. Mhux sew inżommuhom imwaħħlin magħna, li ma nippreparawhomx għall-ħajja, li ma ngħinuhomx ifendu għal rashom. Niftakru li mhux dak li nagħmlu għal uliedna li se jġibilhom suċċess fil-ħajja imma dak li ngħallmuhom jagħmlu għalihom infushom! Tista' tara l-verżjoni diġitali ta' FLIMKIEN billi tagħfas hawn. | [
2,
13
] |
|
https://newsbook.com.mt/id-duluri-tfakkarni-fkemm-nies-waqfu-mieghi-s-sena-l-ohra-fr-martin/ | newsbook.com.mt | It-tifkira ta' Marija Addolorata li f'Malta tradizzjonalment niċċelebraw b'tant devozzjoni l-ġimgħa ta' qabel il-Ġimgħa l-Kbira, din is-sena għalija personali, inħoss li għandha tifsira differenti ferm minn qatt qabel. Din is-sena Marija "wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù" (Ġw. 19:25) tfakkarni f'kemm nies waqfu miegħi s-sena l-oħra meta kont għaddej mit-tbatija tat-trattament tal-kanċer. Marija qrib binha Ġesù msallab isir eżempju mill-isbaħ għalina lkoll, eżempju mill-aqwa tal-qalb kbira tas-samaritan it-tajjeb li fi kliem il-Papa Franġisku fl-Enċiklika riċenti tiegħu, Fratelli Tutti jgħid, "waqaf, resaq qrib tiegħu, dewwielu l-ġrieħi b'idejh stess, ħallas minn butu u ħa ħsiebu." (63) Imma l-Papa jkompli jgħid li, "fuq kollox tah ħaġa li f'din id-dinja mgħaġġla l-inqas li għandna: tah mill-ħin tiegħu." (63). Kemm hi sabiħa din li tagħti ftit mill-ħin tiegħek għal xi ħadd li għaddej mill-mard, mis-solitudni jew minn xi forma ta' tbatija. Fil-ministeru pastorali tiegħi rajt wiċċ it-tbatija f'tant persuni morda fosthom tfal u żgħażagħ, ġenituri li tilfu lil binhom jew binthom f'età żgħira, b'mard jew diżgrazzja, żgħażagħ mifnija bil-vizzju tad-droga, fost oħrajn. Quddiem dawn is-sitwazzjonijiet tad-Duluri ta' żmienna dejjem fhimt il-bżonn li nkun qrib ta' dawn in-nies f'dawn il-mumenti diffiċli. Madanakollu, qatt daqs illum ma nista' napprezza li l-isbaħ rigal li tista' tagħti lill-bniedem li qed ibati hu li tagħtih ftit minn ħinek, tagħtih il-preżenza tiegħek u fejn possibbli l-id tal-għajnuna tiegħek. Tbatija doppja Li tkun marid bil-kanċer l-isptar waqt din il-pandemija, għalija kien ifisser tbatija doppja billi l-viżti l-isptar kienu pprojbiti. Dawk li setgħu jkunu qrib tiegħi fiżikament kien limitat ħafna, imma ngħid li dan in-nuqqas għamlu tajjeb għalih l-ispeċjalisti, it-tobba, nersis, il-patrijiet u ħaddiema oħra fis-sala tal-Ħematoloġija. Id-dedikazzjoni, l-attenzjoni u l-imħabba li wrewni kienet xi ħaġa li ma ninsiha qatt. Li tabib, ners jew ħaddiem ieħor jidħol fil-kamra tiegħek b'sempliċiment tbissima jew b'sempliċi mistoqsija jekk għandekx bżonn xi ħaġa, kienet tfisser ħafna għalija. Kont inħosshom jgħiduli, "Aħna qegħdin hawn għalik!" Kemm hi ħaġa sabiħa din li tkun bħal Marija qrib binha li qed ibati. "Ma nistgħux inħallu lil xi ħadd fil-ġenb tal-ħajja" Hawn għalik bħal Marija, kienu wkoll diversi nies li kienu jċempluli biex jaraw kif jien jew sempliċiment jibagħtuli messaġġ. F'qalbi kont ngħid, "Ara dan ftakar fija! Ara din ftakret fija!" Hawn għalik bħal Marija, kienu wkoll qraba, tobba u nersis u nies li jafuni li dejjem kienu hemm għalija f'dak kollu li kelli bżonn. L-istorja ta' Fr Martin Filmat: "Jekk Alla jrid din il-ġlieda nirbaħha" – Fr Martin dwar il-kanċer Hawn għalik bħal Marija, kienu dawk li tul il-marda tiegħi, b'solidarjetà miegħi u ma' nies oħra li minħabba t-trattament tal-kanċer ikollhom bżonn id-demm, għażlu li jmorru jagħtu borża demm. Hawn għalik bħal Marija, kienu wkoll dawk kollha li sostnewni bit-talb tagħhom. Hawn għalik bħal Marija, nistgħu nagħmluhom b'ġesti żgħar ta' solidarjetà, imma li min qed ibati japprezzahom immens. Marija taħt is-salib għalkemm ma setgħet tagħmel xejn, żgur li ma kinitx il-ħall morr tal-indifferenza, imma kienet id-duwa tal-imħabba, tal-kuraġġ, tas-solidarjetà. Jien ukoll illum nixtieq noffri kelma ta' kuraġġ u mħabba lil tant morda u nies oħra li bħalissa għaddejjin minn xi forma ta' tbatija. Illum nista' nifhimkom ftit aktar u bħalma ħafna kienu dawk li talbu għalija, inwegħedkom li jien ukoll ninsab qrib ħafna tagħkom bit-talb tiegħi lill-Mulej bl-interċessjoni ta' ommu Marija. Maria Addolorata kontinwament tistedinna nagħmlu bħalha billi nkunu qrib ta' min qed ibati għax "mhuwiex possibbli li nagħżlu li ngħixu indifferenti quddiem it-tbatija; ma nistgħux inħallu li xi ħadd jibqa' 'fil-ġenb tal-ħajja'. (Fratelli Tutti, 68) | [
13
] |
|
https://www.gwida.mt/mt/il-milied-dejjem-ghamilt-minn-kollox-biex-inkunu-d-dar---e-t-dr-george-vella | "Il-Milied Dejjem Għamilt Minn Kollox Biex Inkunu D-dar" - E.T. Dr. George Vella | www.gwida.mt | "Għalina dan se jkun l-ewwel Milied fil-Presidenza. Ma nafx kif se jkun. Li naf huwa li sa issa, sar it-tiżjin li s-soltu jsir fil-Palazz" hekk qalilna fil-bidu tal-intervista, l-President ta' Malta, E.T. Dr George Vella. Iżda jistqarr magħna li... "Fil-kwartieri tagħna, kif konna nagħmlu d-dar, waqqafna Christmas tree, għamilna l-Bambin bil-ġulbiena, u sett figuri mlibbsa tal-Madonna, il-Bambin, San Ġużepp, il-maġi, in-nagħaġ u l-anġli". Minkejja dan il-president jgħidilna li għandu dispjaċir wieħed, ..."Id-dispjaċir li għandi huwa li l-prespeju tipiku Malti li kont narma d-dar għal snin twal ma stajtx inġibu hawn". Għall-president il-Milied iffisser ħafna u mistenni li llum... "jiġu t-tfal u t-tfal tat-tfal bil-boyfriends tagħhom u nieklu flimkien l-ikla tal-Milied". "Il-Milied dejjem għamilt minn kollox biex inkunu d-dar. Qatt ma konna msefrin fil-Milied. Minn tfuliti, niftakar fil-familja konna nħobbu niċċelebrawh il-Milied. Kull Milied kien ikun esperjenza sabiħa. Anke meta mietu l-ġenituri, ġimgħat 'il bogħod mill-Milied, xorta ltqajna għall-ikla tal-Milied u ċċelebrajna l-memorja tagħhom" - E.T. Dr. George Vella. Jirrakontalna li meta kien iżgħar ... "Jiena u ħija, il-pjaċir tagħna kien li narmaw il-presepju fid-dar tan-nanniet. Għadni nara lin-nannu nieżel bl-iskutelli tal-qastan imsajjar imbuljuta biex jagħtihulna. Ovvjament konna nifirħu wkoll meta konna ningħataw ir-rigali". U r-rigali jemmen fihom? "Bla dubju ta' xejn il-Milied ma jmurx mingħajr rigali" jgħidilna. E.T. iżżid jgħid... "Li jnikkitni fil-Milied huwa l-ħsieb li filwaqt li għall-grazzja t'Alla, jiena u wliedi ninsabu komdi, naf li hemm ħafna li forsi lanqas ħadd ma jaf bihom li għandhom ħafna nuqqasijiet. Hemm min qiegħed nieqes minn ħafna affarijiet, u forsi jistħi jitlob". "Ikiddni wkoll il-ħsieb li f'dan iż-żmien ta' ferħ, hemm min ma jistax jifraħ minħabba mard, inkwiet fil-familji, u ħafna problemi oħra. Fl-aħħar imma mhux l-inqas, inġib quddiem għajnejja li aħna mdawrin bil-familja, imma hemm min jinstab waħdu bla familja, bla ħbieb, fis-solitudni " - E.T. Dr. George Vella. Il-President jagħlaq b'messaġġ għalik, " Il-messaġġ tiegħi huwa li jekk jirnexxilna naħsbu biss f'dawn il-kategoriji ta' nies li semmejt iktar 'il fuq, il-Milied tagħna jkun ferm u ferm aktar sabiħ, jekk noffru l-għajnuna jew l-id tal-ħbiberija lil dawn ħutna inqas ixxurtjati minna". Aħna nħeġġukhom li għada fl-Istrina inti wkoll tgħati sehmek billi ċċempel! Il-Milied u l-festi t-tajba lil kulħadd! | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/stephanie-chircop-titkellem-maghna-dwar-l-irwoli-different-f-hajjitha | Stephanie Chircop – Titkellem Magħna Dwar L-Irwoli Different F'Ħajjitha | www.gwida.mt | Omm, preżentatriċi, kantanta, żeffiena u stilista tax-xagħar huma fost l-irwoli ta' Stephanie Chircop. Ir-ritorn tagħha fuq il-midja wassalha għall-programm fuq ir-radju u t-televiżjoni. Stephanie tgħidilna li minkejja dawn iż-żewġ programmi jirrikjedu ħafna xogħol u impenn, xogħolha tagħmlu b'dedikazzjoni u passjoni kbira. Hekk hu! Erġajt għamilt ir-ritorn tiegħi fuq Net Tv ma' Medialink Communications bil-programm Sorsi Infurmati. Ilni naħdem fil-midja għal dawn l-aħħar 17-il sena. Ippreżentajt u pproduċejt programmi varji, l-iktar fil-ġeneru tal-entertainment. Sorsi Infurmati jista' jkun il-vuċi tal-Maltin u l-Għawdxin, taċ-ċittadini kollha, u li permezz tiegħu wieħed jista' jintebaħ bir-realtà li tagħmel parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum u forsi ma nagħtux kasha jew inkunu aljenati Sorsi Infurmati hu programm ta' ċerta stoffa li jirrekjedi ħafna xogħol ta' produzzjoni, ġurnaliżmu investigattiv, kreattivià, ħin u riċerka. Jien insertajt persuna li dawn l-affarijiet nikolhom u nidħol għalihom b'ruħi u ġismi diment li l-intenzjoni tkun waħda ġusta. L-esperjenza tiegħi f'dan s'issa hi waħda indimentikabbli u m'għandi l-ebda rimors li qed naħdem fuqu għaliex ir-riżultat jidher. Iva, esperjenza ġdida li laqqagħtni ma' dinja oħra li dejjem xtaqt nesplora, ir-radju. Il-breakfast xow tar-radju Net Fm Wake Up Call, għalkemm igerbibni mis-sodda fl-erbgħa ta' filgħodu, intlaqa' tajjeb ħafna u kuntenta ħafna li nħossni kumpanija għas-semmiegħa kollha li jisimgħuna. Il-mużika hija l-mediċina tiegħi! Nista' ngħid li evolvejt b'mod naturali fejn jidħol il-kant. Kull meta skoprejt b'talent ġewwa fija, qatt ma tajtu bis-sieq, anzi dejjem rajt x'għamilt biex inkabbru. Il-kant illum huwa xogħol part-time tiegħi, u emminni, m'hemmx isbaħ meta jkollok xogħol li jkun il-passatemp tiegħek. Iż-żfin jeħodni lura bosta snin. Kien proprju miż-żfin li ġejt introdotta għall- midja. Niftakar kelli 21 sena meta Ray Calleja avviċinani biex inkun parti mit-tim ta' Is-Sibt fuq TVMFih kont niżfen u niċċaċċra mal-bqija ta' sħabi biex konna nwasslu magazine xow mill-iktar divertenti u li kien jinżel għasel ma' kulħadd is-Sibt wara nofsinhar! L-iskola nħobbha ferm u dak hu l-uniku dispjaċir li għandi, li ma studjajtx minn età żgħira. Tfuliti ma kienet xejn faċli u s-sitwazzjoni familjari kienet tirrikkjedi li noħroġ naħdem. Però baqgħet f'moħħi u bqajt sakemm qtajt xewqti. Sentejn ilu ħadt deċiżjoni li nibda nistudja u dħalt part-time l-Università nistudja Studji Diplomatiċi. Il-kors kien intensiv b'suġġetti bħal liġi internazzjoni, relazzjonijiet internazzjonali u l-makroekonomija. Lanqas naf kif taru sentejn u jekk Alla jrid niggradwa f'Diċembru li ġej. Nixtieq ħafna li nkompli navvanza u naf li fiż-żmien qarib din il-ħolma se ssir realtà ukoll. Ġejt iġġudikata għal ħafna raġunijiet, però ż-żejt dejjem jitla' f'wiċċ l-ilma. Jien ma ngħix biex nogħġob lil kulħadd! Kulħadd għandu l-personalità u d-dinjità tiegħu u kulħadd huwa uniku u sabiħ bil-mod tiegħu. Aħna ngħixu għalina, ħajjitna hija tagħna u mhux tan-nies u għaldaqstant aħna nagħmluha u kif irridu aħna, issa min irid jogħġbu u min irid ma jogħġbux :) L-isport bħall-mużika, mediċina. Bih neżawrixxi l-enerġija li tkun akkumulat ġo fija u nirrilaxxa l-istress kollu li dejjem jinġema'. Iva sa minn mindu kont żgħira kont sportiva. Bdejt biż-żfin, għawm, volleyball, arti marzjali, sparar u futbol. Xejn xejn inżomm fiżikament b'saħħti nieħu ħsieb il-figura tiegħi li għan-natura tax-xogħol tiegħi nemmen li hija importanti ferm. Fejn jidħol l-isport ukoll dejjem ħadtu bis-serjetà. Illum nilgħab il-volleyball ma' Sliema Kavallieri u nilgħab il-futbol mal-MFA Team MT għall-karità, biex niġbru fondi għal min hu inqas ixxurtjat. Kien l-ewwel xogħol tiegħi. Ommi kienet bil-ħanut u meta kelli noħroġ mill-iskola ta' 15-il sena kienet faċli għalija li nidħol naħdem magħha. Tista' tgħid li ili stilista tax-xagħar 24 sena u tibqa' dejjem passjoni fija. Għadni nipprattikaha ħafna avolja l-iskarpan dejjem jispiċċa biż-żarbun imqatta' :) Omm ta' tlett itfal, il-mimmi t'għajnejja. Kien hemm mumenti f'ħajti fejn ma kontx inħossni kapaċi għalxejn, fejn ħsibt li mingħajri l-ħajja se timxi aħjar, iżda meta kont inħares f'għajnejn uliedi kont nara xaqq ta' tama. Nixtieq nagħtihom kollox u ma nixtiqhomx jgħaddu minn dak li għaddejt jien. Għalkemm il-ħajja kienet waħda kiefra u kellhom ibatu wkoll, ma jfissirx li ma jistax ikollna futur sabiħ. Dan jibqa' jqawwili qalbi biex nirsisti ħalli nagħmel il-ħolm tagħhom realtà. Il-familja għalija hija kollox! U kollox lesta li nċedi għaliha! Il-familja tista' tieħu forma ta' ħafna nies u affarijiet oħra. Il-familja tibda minn ġewwa fik! F'ħajjitna kollox huwa għażla. Għandi motto wieħed li ngħożż ħafna, ħalli nbati għax inkun għamilt il-ġid milli għax inkun għamilt id-deni! F'qalbi m'għandi xejn għal ħadd, ma nżommx, m'għandix mibgħeda u b'xi mod jirnexxili nħares lejn persuna negattiva bħala persuna marida u għaldaqstant ma niddisprax. Madanakollu kulħadd uman u kulħadd dgħajjef. Ikolli mumenti ta' qtiegħ il-qalb ukoll iżda nibqgħu nissieltu hux, wara kollox il-ħajja sabiħa fis-sempliċità tagħha. | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/fatt-kurjuz-dwar-kif-insahhu-l-immunita-ta-gisimna---titkellem-it-tabiba-dr-antonella-grima | Fatt Kurjuż Dwar Kif Insaħħu L-Immunità Ta' Ġisimna - Titkellem It-Tabiba Dr. Antonella Grima | www.gwida.mt | Fuq il-midja soċjali, it-tabiba u nutrizzjonista Dr. Antonella Grima tkellmet dwar metodi nteressanti kif nistgħu naħdmu biex ikollna immunità b'saħħitha. Hi tibda b'fatt kurjuż dwar l-ikbar alleat f'ġisimna li jaħdem kontra l-mard, li hu l-hekk imsejjaħ microbiome. Dan huwa sistema f'ġisimna li jgħin biex aħna nikkumbattu kontra l-mard li għandu għamla ta' grupp ta' mikrobi. Dr. Grima tisħaq li għandna nieħdu ħsiebu permezz ta' ikel sustanzjuż. Tisħaq ukoll li aktar kemm nieħdu frott u ħaxix, aktar insaħħu l-immunità ta' ġisimna. Tinkoraġġina niddedikaw aktar ħin għal eżerċizzju; anke sempliċiment li tmur mixja kuljum. Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Il-Familjari Kollha Ta' Fabrizio Faniello Kburin Bil-Bidu Ta' Ħajja Ġdida - X'Kien Dan Il-Bidu? "Lanqas Differenza Ma Nagħmel Bejn Chad u T-Tfal tiegħi" - Daniel B'Messaġġ B'Saħħtu Fuq TVAM Il-Professur Charmaine Gauci B'Dehra Differenti - Tassew Impressjonanti! "Ma Nafx Kif Hawn Nies Għadhom Jibagħtu Hekk" - Valentina Rossi | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/ira-losco-b-punti-pozittivi-li-jghinuna-nhossuna-ahjar | Ira Losco B'Punti Pożittivi Li Jgħinuna Nħossuna Aħjar | www.gwida.mt | Ira Losco fuq il-paġna ta' facebook tagħha kitbet 10 punti importanti li ta' min nixtarruhom u nitgħallmu nadattawhom għal ħajjitna. Ira bdiet billi qalet li l-karriera li għażlet qabel xejn trid tferraħ lilha nnifisha li mbaghad tgħinnha tferaħ lill-oħrajn biha. Tkellmet dwar l-attitudni pożittiva fil-ħajja li kapaċi tbiddel kollox. "Kollox jiġri għal raġuni", saħqet Ira Losco. Enfasizzat li għandna napprezzaw kull mument u anke bis-sempliċità li toffri l-ħajja. Saħansitra tenneit li għandna nieħdu gost għal xulxin kif ukoll li nempatizzaw ma' xulxin. Fil-ħajja tista' tkun int li tgħaddi minn mumenti fejn qabel tkun rajthom jiġru lill-oħrajn. Ira semmiet ukoll li għandna nkunu kapaċi nitbissmu bina nfusna biex meta ħaddieħor jagħmel hekk bina, ma nieħdux tant għalina. U l-iżjed li laqtitna kien li għandna ninjoraw lil min jipprova jweġġgħana u jkun krudili magħna. Ira Losco qalet li forsi meta jiltaqgħu magħha personalment, jibdlu l-fehma tagħhom. U hekk hu. Lil Ira Losco huwa unur li tkun tafha, mhux għax biss hija stilla Maltija iżda l-umiltà tagħha tissorprendik u ġġiegħelek tirrealizza kemm għandna nżommu saqajna mal-art, nagħmlu x'nagħmlu f'ħajjitna u jkun kemm ikun ta' suċċess. Bħal dejjem, nammirawk Ira! Ritratt: Facebook/ Ira Losco Mingħajr tbissima jħossu b'xi ħaġa nieqsa. L-istorja ta' Malta hija mwaħħda miegħu. Is-safar mhux inqas fejn l-hena tiegħu jiskopri kulturi differenti fejn hemm jintilef f'dinja ta' memorji u nostalġiji li biddlet id-dinja tul iż-żmien. Il-Familjari Kollha Ta' Fabrizio Faniello Kburin Bil-Bidu Ta' Ħajja Ġdida - X'Kien Dan Il-Bidu? "Lanqas Differenza Ma Nagħmel Bejn Chad u T-Tfal tiegħi" - Daniel B'Messaġġ B'Saħħtu Fuq TVAM Il-Professur Charmaine Gauci B'Dehra Differenti - Tassew Impressjonanti! "Ma Nafx Kif Hawn Nies Għadhom Jibagħtu Hekk" - Valentina Rossi | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/illum-kienet-gurnata-mimlija---kylie-coleiro-titkellem-dwar-taghlima-li-hadet-illum | "Illum Kienet Ġurnata Mimlija..." - Kylie Coleiro Titkellem Dwar Tagħlima Li Ħadet Illum. | www.gwida.mt | Illum kienet ġurnata pożittiva mill-bidu sal-aħħar għal Kylie u l-għarus tagħha Clint! Il-kantanta tħoss li tgħallmet xi ħaġa pożittiva wkoll dwar kif wieħed għandu jħares lejn il-ħajja. " Kemm hu sabiħ li tkun taf tieħu gost b'kollox. Illum kienet ġurnata mimlija b'enerġija ta nies u affarijiet pożittivi". Hi tgħid li llum għamlitilha xagħarha ħabibtha bħas-soltu. Tgħid ukoll li flimkien mal-għarus tagħha ċċelebrat għeluq sninu f'kamra bażika ġewwa lukanda mingħajr ħafna spejjeż żejda. Kif daħlu fil-kamra ndunaw xi tfisser meta ma tistenna xejn u tirċievi lura! "fil-kamra sibna inbid , uppgradjaw il-kamra , biċċa kejk u platt kollu frott B'XEJN." Tagħlaq billi ssemmi t-tagħlima li ħadet illum: "Tagħlima :- tistenna qatt xejn u affarijiet sbieħ jiġu għalik". Għandha raġun u j'Alla lkoll inkunu kapaċi napprezzaw l-iktar affarijiet sempliċi f'ħajjitna. Awguri lil Clint u nittamaw li kellu ġurnata mill-isbaħ flimkien ma' Kylie! Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Il-Familjari Kollha Ta' Fabrizio Faniello Kburin Bil-Bidu Ta' Ħajja Ġdida - X'Kien Dan Il-Bidu? "Lanqas Differenza Ma Nagħmel Bejn Chad u T-Tfal tiegħi" - Daniel B'Messaġġ B'Saħħtu Fuq TVAM Il-Professur Charmaine Gauci B'Dehra Differenti - Tassew Impressjonanti! "Ma Nafx Kif Hawn Nies Għadhom Jibagħtu Hekk" - Valentina Rossi | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-kwazi-meta-naghmlu-xi-haga-hazina-kwazi-dejjem-ikun-it-tort-taghna-izda---chris-fearne | Bil-Filmat: "Kważi Meta Nagħmlu Xi Ħaġa Ħażina Kważi dejjem Ikun It-Tort Tagħna Iżda..." - Chris Fearne | www.gwida.mt | "...Iżda kull darba li nagħmlu xi ħaġa tajba jkun grazzi għall-ġenituri tagħna; il-mama u l-papa", tenna l-Ministru Fearne fejn qallu "Pà, Kburi ħafna bik!" Fil-filmat jidhru bosta persuni anke mill-qasam mediku jirringrazzjaw lil missierhom tal-mod kif rabbewhom u tellgħuhom b'valuri sodi, b'imabba u rispett! F'ħin minnhom, l-ulied isaqsu lil missierhom "Da, jien nagħmlek kburi?" X'mumenti sbieħ! Kemm hu sabiħ li napprezzaw lil dawk li ħejjewlna t-triq biex aħna ngħixu ħajja tajba u komda b'valuri sbieħ! Li tkun missier hija responsabbiltà u piż imma daqstant ieħor huwa unur u rigal. Inkomplu nawguraw lill-missierijiet kollha u lilek ukoll Ministru Fearne! Ritratt: Facebook/ Chris Fearne Mingħajr tbissima jħossu b'xi ħaġa nieqsa. L-istorja ta' Malta hija mwaħħda miegħu. Is-safar mhux inqas fejn l-hena tiegħu jiskopri kulturi differenti fejn hemm jintilef f'dinja ta' memorji u nostalġiji li biddlet id-dinja tul iż-żmien. Il-Familjari Kollha Ta' Fabrizio Faniello Kburin Bil-Bidu Ta' Ħajja Ġdida - X'Kien Dan Il-Bidu? "Lanqas Differenza Ma Nagħmel Bejn Chad u T-Tfal tiegħi" - Daniel B'Messaġġ B'Saħħtu Fuq TVAM Il-Professur Charmaine Gauci B'Dehra Differenti - Tassew Impressjonanti! "Ma Nafx Kif Hawn Nies Għadhom Jibagħtu Hekk" - Valentina Rossi | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-effiena-maltin-jag-tu-spettaklu-fit-toroq-vojta-tal-kottonera | Bil-Filmat: Żeffiena Maltin Jagħtu Spettaklu Fit-Toroq Vojta Tal-Kottonera! | www.gwida.mt | Il-grupp ta' żeffiena Maltin minn Dancel Dance Studio ħejjew filmat fuq korjografija ta' Celaine Buhagiar fejn żifnu fit-toroq siekta ġewwa l-Kottonera. Fil-fatt, il-filmat jixhed kemm f'dawn l-aħħar jien kien qed ikun hawn toroq vojta ġewwa pajjiżna minħabba s-sitwazzjoni li qed naffaċjaw. Madanakollu dawn iż-żeffiena ma waqqafhom xejn milli jkomplu juru t-talenti tagħhom u ħarġu b'din iż-żifna li propju sejħulha "The final Covid-19 dance". Celaine flimkien mat-tim kollu jinsabu ħerqana mmens biex jerġgħu jagħmlu dak li tant għandhom passjoni għalih waqt għadd kbir ta' avvenimenti li jkollhom madwar Malta kif ukoll barra minn xtutna. Tista' ssegwi l-filmat HAWN . Minn qalbna nawgurawlhom aktar suċċessi u ngħidulhom prosit talli bil-ħiliet tagħhom qed jagħtu isem sabiħ lil pajjiżna anke f'dawn il-mumenti diffikultużi! Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Il-Familjari Kollha Ta' Fabrizio Faniello Kburin Bil-Bidu Ta' Ħajja Ġdida - X'Kien Dan Il-Bidu? "Lanqas Differenza Ma Nagħmel Bejn Chad u T-Tfal tiegħi" - Daniel B'Messaġġ B'Saħħtu Fuq TVAM Il-Professur Charmaine Gauci B'Dehra Differenti - Tassew Impressjonanti! "Ma Nafx Kif Hawn Nies Għadhom Jibagħtu Hekk" - Valentina Rossi | [
2
] |
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-michelle-muscat-taghmel-is-6-maratona-tal-ghawm-b-differenza | Bil-Filmat: Michelle Muscat Tagħmel Is-6 Maratona Tal-Għawm B'Differenza | www.gwida.mt | Michelle Muscat se tkun qed tagħmel is-6 maratona fil-11 ta' Lulju li ġej li qed tissejjaħ 'swimathon' u li se tkun qed tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-pubbliku li huma mħeġġa jieħdu sehem u jagħtu donazzjoni lill- Marigold Foundation. Dan l-avveniment huwa wkoll miftuħ għall-pubbliku li għandu sfidi ta' mobilità fejn ser ikun hemm karreġġjati aċċessibbli li jwasslu għall-baħar u anke bi 'floating wheelchairs' matul il-ġurnata. L-Assoċjazzjoni akkwatika tal-isports ukoll se tipparteċipa bl-involviment tal-plejers tal-waterpolo. L-għan tal-Fondazzjoni Marigold huwa li jagħti kuraġġ lin-nies biex jgħolli l-istandards tagħhom, tissapportja inizjattivi u ssaħħa il-vuċijiet fi sferi differenti. Dan b'mod speċjali f'aspetti partikolari bħall-imġieba soċjali, suġġetti relatati ma' saħħa, bżonnijiet speċjali u edukazzjoni. Awguri Michelle! Ritratt: Facebook/ The Marigold Foundation-Malta Mingħajr tbissima jħossu b'xi ħaġa nieqsa. L-istorja ta' Malta hija mwaħħda miegħu. Is-safar mhux inqas fejn l-hena tiegħu jiskopri kulturi differenti fejn hemm jintilef f'dinja ta' memorji u nostalġiji li biddlet id-dinja tul iż-żmien. Il-Familjari Kollha Ta' Fabrizio Faniello Kburin Bil-Bidu Ta' Ħajja Ġdida - X'Kien Dan Il-Bidu? "Lanqas Differenza Ma Nagħmel Bejn Chad u T-Tfal tiegħi" - Daniel B'Messaġġ B'Saħħtu Fuq TVAM Il-Professur Charmaine Gauci B'Dehra Differenti - Tassew Impressjonanti! "Ma Nafx Kif Hawn Nies Għadhom Jibagħtu Hekk" - Valentina Rossi | [
2
] |