url
stringlengths
31
264
title
stringlengths
0
1.28k
base_url
stringclasses
9 values
text
stringlengths
80
21.4k
labels
sequencelengths
1
5
https://www.gwida.mt/mt/imprezzabbli-illi-dan-il-missier-qed-jghaddi-tradizzjoni-u-parti-mill-kultura-taghna-lic-ckejken-lydon---gordon-bonello-dwar-ilbierah
"Imprezzabbli Illi Dan Il-Missier Qed Jgħaddi Tradizzjoni U Parti Mill-Kultura Tagħna Liċ-Ċkejken Lydon" - Gordon Bonello Dwar Ilbieraħ!
www.gwida.mt
Iċ-ċkejken Lydon ilbieraħ ġibed l-attenzjoni ta' Malta u Għawdex kollha u nistgħu ngħidu wkoll li seraq qalb kulħadd bit-tbissima mill-isbaħ tiegħu u bl-innoċenza ħelwa meta bla tlaqliq ta' xejn wieġeb għall-mistoqsijiet li għamlulu l-ġurja waqt Malta's Got Talent. Iċ-ċkejken Lydon flimkien ma' missieru Jomike esebixxew it-talent tal-għana fuq Malta's Got Talent. Dan hu talent purament Malti, talent tradizzjonali li hu tagħna. Lydon seraq l-attenzjoni ta' kulħadd għax mhux xi xena komuni li tara ġuvintur jgħannu llum il-ġurnata aħseb u ara tifel ta' ħames snin. Gordon tant kien impressjonat bit-talent taċ-ċkejken li kompla qisu raġel żgħir ma' missieru li spiċċa għafas il-golden buzzer għaċ-ċkejken u missieru. F'kumment li ħalla fuq il-midja soċjali tagħna Gordon qal, "Inħossni kburi wisq li f'programm bħal dan kelli ċ-ċans nara u niltaqa' ma' talent purament Malti." Hu jkompli jisħaq, "Hija xi ħaġa mill-isbaħ illi missier jgħaddi t-talent tiegħu lill-uliedu. U hija xi ħaġa aktar imprezzabbli illi dan il-missier qed jgħaddi tradizzjoni u parti mill-kulutra tagħna liċ-ċkejken Lydon, illu żgur mhux forsi ħafna Maltin iħossuhom kburin bih. Mument indimentikabbli li ħa nibqa' ngħożż għal ħajti kollha." Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/cans-zghir-li-l-vaccin-ikun-lest-qabel-il-milied---il-kap-tal-vaccin-ta-oxford-jistqarr
Ċans Żgħir Li L-Vaċċin Ikun Lest Qabel Il-Milied - Il-Kap Tal-Vaċċin Ta' Oxford Jistqarr
www.gwida.mt
Id-direttur tal-prova tal-vaċċin ta' Oxford jgħid li hemm "ċans żgħir" li l-vaċċin ikun lest qabel il-Milied. Andrew Pollard qal lill-Kumitat tax-Xjenza u t-Teknoloġija li huwa "ottimist" li l-vaċċin tal-Università ta' Oxford jista' jippreżenta r-riżultati tal-provi qabel l-aħħar tas-sena. Mistoqsi jekk il-vaċċin ikunx lest sal-Milied, huwa qal: "Hemm ċans żgħir." Preċedentement, il-kap eżekuttiv tal-NHS fl-Ingilterra qal li l-NHS qed iħejji ruħu biex jamministra l-vaċċin tal-Covid-19 qabel il-Milied jekk dan ikun lest. Sir Simon Stevens qal fuq programm ta' BBC Radio 4: "Hemm aktar minn 200 vaċċin fl-iżvilupp u nemmnu li nisperaw li jkollna waħda jew aktar minn dawk disponibbli mill-ewwel parti tas-sena d-dieħla. B'antiċipazzjoni ta' dan aħna qed inħejju wkoll lill-NHS biex ikunu lesti li jibdew jamministraw vaċċin tal-Covid-19 qabel il-Milied, jekk isiru disponibbli." Huwa qal li ntlaħaq "ftehim" mat-tobba biex jiżguraw li dan iseħħ. Tajjeb li nfakkru li vaċċin kontra l-Coronavirus għadu ma ġiex approvat u se jkollu jgħaddi minn regolaturi biex jikkonferma li huwa tassew effettiv qabel ma jkun jista' jiġi offrut lill-pubbliku. Xi ħaġa li ssir għal kull vaċċin ġdid! Jidher li hemm żewġ vaċċini li bħalissa jinsabu fi provi kliniċi lejn l-aħħar stadju u jistgħu jkunu qed jibagħtu data klinika lir-regolaturi fi żmien ġimgħat. Vaċċini potenzjali mid-ditta Ġermaniża BioNtech u l-kumpanija farmaċewtika Amerikana Pfizer, u hemm dik tal-Università ta' Oxford u AstraZeneca. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/lydon-l-g-annej-kejken-u-missieru-jirb-u-l-golden-buzzer-waqt-malta-s-got-talent
Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
www.gwida.mt
Dawn Lydon u missieru Jomike kantaw diski Maltin b'togħma ta' għana fuq Malta's Got Talent. Lydon beda ta' 3 snin u nofs b'kumbinazzjoni. "Lest komplut biex ngħaddi" jgħid Lydon Agius. Lydon għandu tbissima simpatika u b'enerġija liema bħala! Il-makjetti li għażlu dawn it-tnejn kienu wisq ħelwin! Trid tara lil Lydon jiżfen filwaqt jgħanni u jkanta. Wisq gustuż b'dawk il-mossi ħelwin u bi tbissima li tisraqlek qalbek. Lil Lydon u Jomike mhux l-ewwel li rajniehom, kienu parti mill-'Għanafest' ta' din is-sena fejn kienu issorprendew lil kulħadd bit-talent tagħhom! Dawn it-tnejn tant intgħoġbu li Gordon qabeż minn backstage u mar jagħfas il-Golden Buzzer. Gordon f'intervista ma' Gwida.mt kien qal li l-aktar ħaġa li aċċetta l-parti ta' preżentatur għax appuntu seta jagħfas il-Golden Buzzer waqt li jagħmel xi ħaġa li jħobb. "Kemm ħadt gost narakom" tgħid Sarah Zerafa filwaqt li tfaħħar lil dawn it-tnejn. Jomike jgħid li qabel jikteb il-lirika ifiehem kollox lil Lydon. Maxine tgħid li kienet prestazzjoni tal-ġenn, "Int stilla" filwaqt li tirreferi għal Lydon. Howard jgħid, "Ma nistax nemmen kif għandek 5 snin u tagħmel dawk il-mossi!". Viva Malta, Viva l-kultura Maltija! Tista' tara din il-prestazzjoni ħelwa hawn: Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/ew-pulizija-nisa-waqqfu-lit-tfal-a-na-u-sejrin-lura-lejn-il-karozza---omm
"Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm
www.gwida.mt
Ġest sabiħ ilbieraħ sar minn żewġ pulizija nisa ħdejn l-iskola tal-Fgura. Fuq il-paġna ta' 'The Malta Police Force', ġiet ippubblikata storja ħelwa ta' x'ġara lbieraħ f'Jum Halloween. Issoltu f'dan il-jum ikun hemm tfal iduru bieb bieb jitolbu l-ħelu, iżda minflok dawn il-pulizija bdew iqassmu l-ħelu lit-tfal. "Affaxxinawni 2 pulizija nisa li jżommu l-kontroll tat-traffiku ħdejn l-iskola tal-Fgura. Waqqfu lit-tfal aħna u sejrin lura lejn il-karozza. Tawhom 2 ħelwiet kull wieħed għax ma jistgħux igawdu 'Trick or Treat' din is-sena," tgħid din l-omm. Dawn iż-żewġ pulizija ta' kull filgħodu jawguraw il-ġurnata t-tajba lit-ftal li jkunu deħlin l-iskola. Ġest żgħir imma mill-isbaħ li jfisser ħafna. Din l-omm tgħid li t-tfal baqgħu jitkellmu fuq dan il-ġest sakemm it-tfal waslu d-dar. Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/kien-ilek-zmien-ma-tohrog-izda-dan-il-mishut-virus-kellu-jilhqek-xorta-ryan-borg
"Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg
www.gwida.mt
Ġuvni sellem lin-nanna tiegħu wara li din mietet bil-Covid-19. Huwa qal li n-nanna tiegħu kienet mimlija saħħa u qal ukoll li kienet ilha żmien imsakkra d-dar sabiex tipprova tevita l-virus, iżda dan laħaqha xorta waħda. Sorsi qrib il-vittma qalulna li hi kienet f'dar tal-anzjani maqfula fil-kamra tagħha, tant li l-familjari tagħha kienet ilha ma taraha żmien twil. Strieħ fis-sliem, Mary. Maria għandha 5 snin esperjenza fil-qasam tat-televiżjoni, il-ġurnaliżmu u l-komunikazzjoni. Il-ftit ħin liberu li għandha tqattgħu ssajjar jew tippjana s-safra li jmiss. Speċjalizzata fir-riċerka soċjoloġika u ppassjonata dwar diversi temi ta' ġustizżja soċjali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/l-ahbar-tal-mewta-tieghek-niftakarha-daqs-il-kristall---habib-ta-dun-rene-cilia-jfakkru-f-dan-il-jum-ikrah
"L-Aħbar Tal-Mewta Tiegħek Niftakarha Daqs Il-Kristall" - Ħabib Ta' Dun Rene Cilia Jfakkru F'Dan Il-Jum Ikrah!
www.gwida.mt
Antoine Galdes, ħabib kbir ta' Dun Rene Cilia ħalla messaġġ mill-isbaħ biex ifakkar lill-ħabib tiegħu! "Jumejn biss qabel kont miegħek…l-aħbar tal-mewta tiegħek niftakara daqs il-kristall," jistqarr Galdes. Hu jkompli jgħid, "Rajtni nikber fl-ambjent tal-knisja, urejt interess fija fiż-żgħożija sakemm ġiet din is-siegħa tal-mewt li ħaditek magħha… jekk snin qabel tlift min din id-dinja lil missieri meta min din id-dinja tlaqt int tlift fiżikament lil ħija il-kbir…" Antoine jistqarr, "Inġorrok dejjem f'qalbi għini inwettaq bil-ferħ ir-rieda tal-Missier Alla kif kont diġà qed tagħmel f'ħajtek miegħi. Dejjem f'qalbi u talbi għażiż ħija fi Kristu. Ħu ħsieb lill-għażiża ommok illi waqfet taħt is-salib tal-ħajja f'diversi mumenti, lil ħutek u oħrajn." Dun Rene kien tilef ħajtu ħabta u sabta f'inċident tat-traffiku fiż-Żejtun. Hu kien maħbub minn tant u tant nies u l-mewta tiegħu kienet ħasdet lil ħafna nies. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/burger-king-jibda-kampanja-fejn-jibg-at-lin-nies-g-and-ir-rivali-tag-hom-il-mcdonalds
Burger King Jibda Kampanja Fejn Jibgħat Lin-Nies Għand Ir-Rivali Tagħhom Il-McDonalds
www.gwida.mt
Ħsibna li qatt m'aħna se naraw din imma Burger King qed tħeġġeġ lill-klijenti jixtru mingħand ir-rivali tagħhom il-McDonald's. Il-katina tal-fast-food nediet kampanja ta' reklamar li ħasdet lil diversi nies, billi tħeġġeġ lin-nies jixtru minn ħwienet tal-ikel indipendenti sabiex jgħinu lill-mijiet ta' impjegati li qed ibatu minħabba l-pandemija preżenti. "Qatt ma ħsibna li konna nitolbukom tagħmlu dan. Bħalma qatt ma ħsibna li nkunu qed ninkoraġġukom biex tordnaw mingħand KFC, Pizza Hut, Subway, Domino's," qalu. "Ir-ristoranti jimpjegaw mijiet ta' impjegati u għandhom bżonn l-appoġġ tiegħek bħalissa." Minħabba r-restrizzjonijiet il-ġodda, snack bars irridu jagħlqu fil-23:00 u dan il-fatt jista' jaffettwa lill-impjegati. Burger King warrbu ir-rivalità tagħhom ma' ħaddieħor li jbigħ fast-food għall-aħjar tal-industrija! "Jekk trid tibqa' tittratta lilek innifsek għal ikliet fit-togħma… Li jkollok Whopper huwa dejjem l-aħjar, imma li tordna Big Mac ukoll mhix ħaġa ħażina daqshekk," qalet. Sabiħ li tara kompetitur kbar jinsew id-differenzi ta' bejnietom. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-il-brimbu-jaffaxxinani-g-ax-in-ossni-persuna-libera-bih---davide-tucci
Bil-Filmat: "Il-Brimbu Jaffaxxinani Għax Inħossni Persuna Libera Bih" - Davide Tucci
www.gwida.mt
Il-Brimbu, karattru fis-serje 'Division 7' hu għal qalb Davide Tucci għal ħafna raġunijiet. F'intervista li ġiet ippublikata fuq ir-rivista GWIDA, Davide qalilna li… "Il-Brimbu jaffaxxinani għax inħossni persuna libera bih. Bħala persuna m'iniexit-tip li nitkellem ħażin, inpejjep jew f'xi vizzju, lanqas qatt ma ħadt alkaħol f'ħajti, imma l-Brimbu dawn jagħmilhom kollha". Il-Brimbu beda xi 4 snin ilu. Jason (Id-direttur/Kittieb/Attur) kien kellem lil David bl-idea tal-Brimbu. "Xħin beda jispjegali x'għandu f'moħħu, bdejt inħoss ġibda lejh mill-ewwel. Sa dak iż-żmien qatt ma kont għamilt xi ħaġa simili tal-karattru. Il-karattri li kont għamilt dejjem kienu jinvolvu xi għarusa li jkollu jiġġieled għaliha, iżda dan differenti" jgħidilna Davide fl-intervista. Għal min isegwi dan is-serje, lil Brimbu narawh jitrasforma ruħu f'karattri biex jaħbi l-identità tiegħu meta jkun ser jagħmel xi waħda minn tiegħu! Fl-aħħar episodju rajnieh liebes ta' wieħed xiħ, fejn prova joqtol lil Tereż, spiċċa biex qatel pulizija u lill-gwardjana Vicky, kif ukoll qatel lit-tifel ta' Vicky. "Ħadilna ħafna sessjonijiet u ħin biex jirnexxielna nagħmlu dan ix-xiħ "bla ebla intezzjoni li jweġġa'". Provajna ħafna stili differenti sakemm wasalna għar-riżultat aħħari! Ikolli ngħid li għalija l-makeup vera ħin li nieħu pjaċir, avolja jeħodli 3 sigħat! Biex inneħħi l-makeup kollu jieħu ftit inqas! Imma trid tagħmel li hemm bżonn" jgħidlna Davide Tucci Illejla episodju ieħor mimli intriċċi u azzjoni! Se tarah? Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/fr-robbie-wirth-huwa-is-66-vittma-tal-covid-19---it-tielet-gizwita
Fr Robbie Wirth Huwa Is-66 Vittma Tal-Covid-19 - It-Tielet Ġiżwita Li Tilef Ħajtu Għal Dan Il-Virus
www.gwida.mt
It-tielet Ġiżwita li miet bil-Covid-19 huwa Fr Robbie Wirth. Skont it-Times of Malta hu sar is-66 persuna li miet waqt li kien infettat bil-virus fl-età ta' 86 sena. L-ordni fakkret lil Fr Robbie bħala "persuna ġuvinali u persuna li ħadmet bla waqfien biex tippromwovi l-Qalb ta' Ġesù, dejjem fakkarna x'festa kbira kienet li ċċelebrajna meta konna fil-Kulleġġ." Hu ingħaqad mal-Ġiżwiti meta kellu biss 17-il u għamel diversi snin jaħdem fl-Indja fejn saħansitra mexxa programm ta' tmexxija taż-żgħażagħ fl-iskejjel u l-kulleġġi. Żewġ Ġiżwiti oħra - Fr Lino Cardona u Fr Edward Mercieca, mietu bil-virus il-ġimgħa li għaddiet. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/l-ahhar-episodju-tat-tieni-stagun-ta-f-gie-l-imhabba-spiccajnieh---francesca-scerri
"L-Aħħar Episodju Tat-Tieni Staġun Ta' F'Ġieħ L-Imħabba Spiċċajnieh…" - Francesca Scerri
www.gwida.mt
Francesca Scerri, l-attriċi li tagħmel il-parti ta' Erminia F'Ġieħ L-Imħabba ħabbret li lestew l-iffilmjar tat-tieni staġin ta' din is-serje li baqgħet popolari tant magħkom. "Għamilt kważi sentejn nagħmel l-irwol ta' Erminia u kont privileġġat biżżejjed biex naħdem ma' nies u atturi kbar matul it-triq.." Hi tkompli tgħid, "Grazzi għal darb'oħra lil Rewind Productions talli pprovdejtulna din il-pjattaforma tal-arti u fdajtuni biex nagħti l-ħajja l-ideat tagħkom. Evelyn u Michael prattikament rajtini nikber magħkom mill-età ta' 16." Francesca tkompli tgħid, "Grazzi lil Amy u Mary Rose Vella tal-paċenzja kontinwa tagħhom bl-iskedar. Naf li kont daqsxejn diffiċli għalikom fl-aħħar nett - din il-pandemija bidlet ħafna affarijiet imma żgur li ma tfixkilx l-imħabba tagħna għall-arti…" Ovvjament għalkemm l-iffilmjar spiċċa, it-telespettaturi xorta jistgħu jgawdu din is-sensiela fuq it-televiżjoni tagħhom. Hemm ħafna affarijiet eċitanti preparati! Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/tghid-ghandna-nistennew-xita-u-maltemp-ghal-tmiem-il-gimgha
Tgħid Għandna Nistennew Xita U Maltemp Għal Tmiem Il-Ġimgħa?
www.gwida.mt
Għalkemm għadna f'nofs il-ġimgħa, ħafna minna diġà qed jaħsbu dwar il-pjanijiet ta' tmiem il-ġimgħa speċjalment meta wieħed irrid jara x'ħa jagħmel eżatt minħabba l-pandemija. Uħud min-nies qed jippreferu jmorru xi mixja fil-kampanja imma jidher li aħjar dak li jkun jaħseb f'attivitajiet li jista' jagħmel ġewwa! View this post on Instagram A post shared by Robert Govus (@robertgovus) on Sep 14, 2020 at 4:09am PDT Id-deċiżjonijiet tagħna żgur ħa jibdew iduru madwar it-temp, mil-lum sal-Ġimgħa, għandna nistennew temp imsaħħab b'aktar sħab, b'temperaturi li jilħqu l-ogħla ta' 24°Ċ u l-inqas 16°Ċ. Imma jidher li t-temp ħa jieħu vija oħra nhar is-Sibt li ġej, ma' t-tmiem il-ġimgħa! Ritratt: maltairport.com Wieħed jista' jara li hemm previst il-possibilità ta' xita għal tmiem il-ġimgħa kollha mis-Sibt sa nhar it-Tnejn. It-temperaturi se jilħqu l-ogħla ta' 22°Ċ u l-inqas jibqgħu ta' 16°Ċ bil-forza tar-riħ titla' ftit nhar is-Sibt għal Forza 5 u wara jmut għal Forza 2/3. View this post on Instagram A post shared by Sonia Pronine (@artsypro9) on Nov 10, 2019 at 8:43am PST Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/posposti-c-cerimonji-ta-gradwazzjoni-fl-universita-ta-malta---x-ha-jigri-ezatt
Posposti Ċ-Ċerimonji Tal-Gradwazzjoni Fl-Università Ta' Malta - X'Ħa Jiġri Eżatt?
www.gwida.mt
Iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni tal-Università ta' Malta ġew posposti biex jiġi evitat li jiġu esklużi l-ħbieb u l-familja ta' dawk li ħa jkunu qed jiċċelebraw! Dan ġie kkonfermat mir-rettur Alfred Vella. The Third Eye, il-pubblikazzjoni tal-istudenti irrapportat li ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni x'aktarx se jsiru f'April u Mejju 2021 iżda d-dati għadhom ma ġewx ikkonfermati u wieħed irrid jara s-sitwazzjoni kif ser tkun. Vella kiteb li bħailissa jridu jimxu mad-direttivi maħruġa mid-dipartiment tas-saħħa u b'hekk ma jistax ikun hemm aktar minn 100 persuna fuq ġewwa. Għalkemm iċ-ċerimonji ħa jkunu qed isiru aktar tard is-sena d-dieħla, dawk li ħa jiggradwaw ħa jkunu jistgħu jiġbru ċ-ċertifikat tagħhom fil-jiem li ġejjin. Ir-rettur għalaq billi qal, "Meta eventwalment isiru ċerimonji ta 'gradwazzjoni, aħna niċċelebraw kull okkażjoni kbira u nagħmlu ħilitna biex nagħmluha speċjali u memorabbli kif jixraq l-avveniment." Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/ufficjalment-jithabbru-zew-mewtiet-ta-anzjani-pozittivi-bil-covid-19
Uffiċjalment Jitħabbru Żewġ Mewtiet Ta' Anzjani Pożittivi Bil-Covid-19!
www.gwida.mt
Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kif informa lill-midja lokali li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. L-ewwel każ hu ta' anzjan ta' 86 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta' Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess miet aktar kmieni llum f'Mater Dei. Dan hu l-ġiżwita li ħabbarna aktar kmieni. It-tieni każ hu dak ta' anzjan ta' 87 sena li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta' Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada, 2 ta' Novembru li wkoll miet aktar kmieni llum. Fiż-żewġ każijiet, l-anzjani kienu jbatu minn mard kroniku ieħor. Il-Ministeru għas-Saħħa jagħti l-kondoljanzi lill-familjari u jibqa' jappella biex il-poplu jkun prudenti u jobdi l-miżuri ta' prevenzjoni. L-ilbies tal-maskra u d-distanza soċjali huma fundamentali biex nipproteġu lill-vulnerabbli. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-x-esperjenzat-clare-agius-waqt-il--bid-tal-programm
Bil-Filmat: X'Esperjenzat Clare Agius Waqt Il-Ġbid Tal-Programm?
www.gwida.mt
Ilbieraħ beda programm ġdid fl-iskeda ta' ONE bl-isem ta' 'The Local Traveller'. Clare Agius ser tkun qed iddawwarna f'postijiet interessanti madwar Malta. Fl-ewwel programm daħlitna ġewwa t-tempji tal-Mnajdra kmieni filgħodu. Apparti minn dawn ħaditna ġewwa l-Maqluba, fejn kienet daqsxejn avventuruża… Segwi l-filmat: Tempju uniku fid-dinja mibni bi preċiżjoni fejn ix-xemx tgħaddi direttament ġot-tempju. In-neolitiċi użaw ix-xemx biex ikunu jafu liema perjodu tas-sena jkun. Clare waqt il-programm ħadet gost tisma' barrani jitkellem b'tant passjoni dwar dawn it-tempji hekk sbieħ. The Local Traveller kull nhar ta' Erbgħa, fit-8:30 ta' filgħaxija b'repetizzjoni s-Sibt fit-3:00pm fuq ONE. Il-ġimgħa d-dieħla Clare ser teħodna Kemmuna u ser narawha taħt lenti differenti! Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/christopher-il-kabocc-ghal-fuq-it-televizjoni---le-mhux-f-malta-got-talent
Christopher Il-Kaboċċ Għal Fuq It-Televiżjoni - Le, Mhux F'Malta Got Talent
www.gwida.mt
Christopher il-Kaboċċ avża s-segwaċi tiegħu li nhar l-Erbgħa li ġej hu ħa jkun qed jingħaqad ma' Andreana u Melanie Kelly fuq il-programm FITam. Jidher li dan hu t-tieni programm li ħa nkunu qed naraw lil Kaboċċ fih. Dan għaliex aktar kmieni ħabbar li ħa jkun qed jieħu sehem fil-programm televiżiv ta' Television Malta, Malta's Got Talent. Jidher li hu ħa jkun qed juri t-talent tal-kant, infatti dan l-aħħar anke beda xi lezzjonijiet fi ħdan La Voix Academy taħt id-direzzjoni ta' Gillian Attard. Lura għal FITam, dan huwa programm televiżiv li jiffoka fuq suġġetti bħall-fitness, il-kura personali u l-kunċett li wieħed iżomm ruħu attiv. Il-programm huwa ppreżentat minn Melanie Kelly u Andreana Debattista. Il-programm FIT am se jibda fuq TVM mit-Tnejn 5 ta' Ottubru. FIT am mit-Tnejn sal-Gimgha fl-10:00 ta' filghodu. Tajjeb li ngħidu li l -programm għandu rokna ta' eżerċizzju ta' madwar 15-il minuta fejn professjonist jigwida lis-segwaċi. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-ron-iwie-eb-fuq-il-qlajjiet-li-jinvolvu-lilu-u-jacqui-losco-ara-x-qalilna
Bil-Filmat: Ron Iwieġeb Fuq Il-Qlajjiet Li Jinvolvu Lilu U Jacqui Losco! Ara X'Qalilna…
www.gwida.mt
Ron illejla ser ikun qed jippreżenta l-programm ġdid 'Serataron' fid-8:50pm fuq TVM. Irnexxielna nieħdu kumment mingħand Ron fuq il-kontenut tal-programm u l-involviment ta' Jacqui Losco li aktarx ser tkun l-ispalla tiegħu fil-programm. Ron kien ftit misterjuż b'din it-tewġiba. Ara x'qalilna… Jidher li l-kurżità ser inkunu nafuha mija fil-mija fil-programm tal-lejla. Iżda Ron jiżvela li ħa jkun hemm bosta affarijiet, elementi u mumenti "eye-candy" waqt il-programm. Fil-programm tal-lejla jidher li ser ikun hemm mistiedna li qed tagħmel/jagħmel suċċess fuq bażi lokali u internazzjonali. Ron qalilna li għandna nistennew programm 'ħafif'' għall-ġimgħa filgħaxija fejn kulħadd jista' jieħu gost u jiddeverti. Fil-programm ser ikun hemm banda bl-isem ta' 'Ronnies' li ser ikunu qed janimaw il-programm. Illejla 'Serataron' b'intervisti qosra, logħob differenti mal-parteċipanti u b'ħafna kurżitajiet. Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/illejla-se-titbissem-ftit-zewg-programmi-tal-genn-ghall-maltin-fil-jum-dinji-tat-tbissima
Illejla Se Titbissem Ftit? Żewġ Programmi Tal-Ġenn Għall-Maltin Fil-Jum Dinji Tat-Tbissima
www.gwida.mt
Illum huwa l-Jum Dinji tat-Tbissima, li l-għan tagħha hu li f'din il-ġurnata wieħed jipprova jbissem jew idaħħak lil ta' madwaru. Dan ħabat tajjeb għall-Maltin, għax illejla se nibdew il-weekend bit-tajjeb, b'żewġ programmi tajbin, mimlijin daħk, gost u divertiment. Filwaqt li llejla se jibda l-programm ġdid Serataron fuq TVM fid-20:50pm, se tibda wkoll sensiela ġdida ta' Min Imissu?! fuq ONE fit-20:30pm. Naturalment, għalkemm huma żewġ programmi differenti, jiġu kompetituri ta' xulxin peress li jixxandru fl-istess jum tal-ġimgħa u fl-istess ħin. Hekk kif qal tajjeb Ronald Briffa f'filmat li ppubblikajna aktar kmieni llum, nhar ta' Ġimgħa filgħaxija tajjeb li nibdew il-weekend tagħna b'mod "ħafif", u fejn kulħadd ikun jista' jieħu gost u jiddeverti. U għalhekk dawn iż-żewġ programmi maħsubin li jbissmu u jġibu daħka fuq fomm dawk kollha li jsegwuhom fil-Jum Dinji Tat-Tbissima. Allura se tibda l-weekend bit-tajjeb illejla? U liem programm se tara? Iktbilna fil-kummenti! Nicole hija tfajla mimlija enerġija u kurzità dwar x'kapaċi joffri l-univers. Meta ma tkunx qed taqra xi ktieb jew tlieta, issibha mqajma sat-tlieta ta' filgħodu tħares lejn il-pjaneti u l-kostellazjonijiet u tikteb fid-djarju tagħha. Toħduhiex bi kbira biex filli tarawha hawn, u filli tarawha li spontanjament ħarbet fuq xi avventura f'pajjiż ieħor! Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-il-muzika-rock-tiehu-l-hajja-permezz-ta-spettaklu-mill-aqwa
Bil-Filmat: Il-Mużika Rock Tieħu L-Ħajja Permezz Ta' Spettaklu Mill-Aqwa!
www.gwida.mt
Ilbieraħ fuq Malta's Got Talent rajna lil Clayton u lil Daphne mal-grupp ta' Kinetic Dance Academy li taw spettaklu mill-aqwa bit-tema Kinetic Rocks. Spettaklu li nkorporaw diversi stili ta' żfin flimkien, mhux hekk biss imma kellhom ukoll etajiet differenti! L-iżgħar ta' 7 snin u l-ikbar waħda ta' 32 sena. Kif tistgħu taraw fil-filmat t'hawn taħt huma taw impressjoni tajba mmens bil-kostumi sbieħ li kellhom iżda meta beda ż-żfin, il-ġurija kienu impressjonati b'dak li raw quddiehom. Il-grupp irċieva iva mingħand kull membru fuq il-panel tal-ġurija biex b'hekk jgħaddi għal fażi li jmiss. Tassew interessanti naraw x'ħa jkunu qed iħejju aktar 'il quddiem. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/gimaghtejn-ohra-mhux-ha-jintwera-l-ispettur---x-ha-jkun-qed-jigri
Ġimagħtejn Oħra Mhux Ħa Jintwera L-Ispettur - X'Ħa Jkun Qed Jiġri?
www.gwida.mt
Ġimagħtejn oħra mhux ħa nkunu qed insegwu s-sensiela L-Ispettur dan minħabba li ftit tal-ħin ilu għadu kif tħabbar li ħmistax oħra, proprja fid-19 ta' Ottubru ħa jkun preżentat il-baġit. It-tħabbira saret illum wara nofsinhar bħala laqgħa tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, qabel l-ewwel seduta tal-Kamra tad-Deputati wara l-vaganza tas-sajf. It-tweġiba tal-kap tal-Oppożizzjoni ssir ġimgħa wara fis-26 ta' Ottubru bir-rimarki mill-Prim Ministru jsegwu l-għada. Dan ifisser li d-drama l-Ispettur tkompli fit-2 ta' Novembru 2020. L-iskeda tal-televiżjoni kull darba tiġi affetwata minħabba l-baġit. Xi ħaġa differenti mis-soltu hi li l-membri tal-pubbliku mhux se jitħallew fil-gallerija tal-barranin skont ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19. Intant, illejla tkompli din is-sensiela li ħafna nies qed jistennew b'ħerqa wara s-suċċess tal-ġimgħa li għaddiet! Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-janvil-bi-stedina-specjali-ghalik-u-l-familja-tieghek
Bil-Filmat: Janvil Bi Stedina Speċjali Għalik U L-Familja Tiegħek
www.gwida.mt
Issa li bdiet il-ħarifa u beda jinbidel it-temp, ħafna jippreferu li joqogħdu u jqattgħu tmiem il-ġimgħa flimkien ma' dawk l-aktar għeżież. Bis-sitwazzjoni preżenti, din hi żgur waħda mill-aktar deċiżjonijiet għaqlija li wieħed jista' jagħmel. Janvil flimkien mat-tim kollu ta' Spiteri Lucas Entertainment qed jagħmlulek stedina biex ta' kull nhar ta' Sibt tingħaqad magħhom waqt il-programm The Entertainers fuq Net TV. Programm divertenti b'mużika live fejn wieħed ikollu ċ-ċans li jgawdi wħud mill-aqwa talent li għandna fil-pajjiż. Barra minn hekk, tul il-programm wieħed ikollu ċ-ċans li jsegwi The Entertainers Singing Challenge, kompetizzjoni tal-kant ta' artisti promettenti. Fost il-kantanti li dehru fil-passat insibu lil Michela Pace, Justine Shorfid, Demi Galea, Rachel Lowell, Samira Cauchi, Eliana Gomez Blanco fost ħafna oħrajn. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nieħdu l-opportunità nawguraw lit-tim ta' The Entertainers. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/hafna-jikkummentaw-dwar-l-audtion-ta-nicole-hammett-li-rajna-lbiera---x-ara-e-att
Ħafna Jikkummentaw Dwar L-Audition Ta' Nicole Hammett Li Rajna Lbieraħ - X'Ġara Eżatt?
www.gwida.mt
Ilbieraħ filgħaxija rajna episodju ieħor ta' Malta's Got Talent u wirja li tinsab fuq fomm ħafna nies hija dik tat-tfjala Nicole Hammett li rċeviet il-Golden Buzzer wara li saħħret lill-ġurija b'wirja mill-aqwa fejn kellha l-element tar-rock imħallat ma' dak tal-opra. Jidher li madwar erba' snin ilu kien hemm wirja simili fuq l-istess tip ta' programm fi Spanja. Ħafna telespettaturi bdew jikkummentaw fuq dan il-fatt! Nicole kellha kummenti mill-isbaħ mingħand il-ġurija, b'Howard Keith jgħid li qabditu l-bard! Il-polemilka qamet għax Nicole kellha wirja simili mmens għal dik ta' Cristina Ramos li rebħet l-edizzjoni ta' Spain's Got Talent fl-2016! Fost il-ħafna kritika li kien hemm, ħafna kkummentaw li fl-aħħar mill-aħħar Nicole xorta għamel wirja spettakolari fejn it-talent tagħha tassew spikka. Il-kritika bħal dejjem ma tonqosx, s'issa rajna tifel żgħir li jaf il-pajjiżi bl-amment, fejn ħafna qalu li jekk wieħed jistudja faċli jagħmel l-istess. Rajna lil grupp ta' żeffien b'korjografija mill-aqwa fejn ukoll kien hemm min għadda xi tip ta' kritika u din il-ġimgħa kien imiss lil Nicole. Barra minn Malta rajna kantanti jagħmlu cover version normali li ħadu l-golden buzzer għax it-talent tagħha kien spettakolari. Din mhux kompetizzjoni ta' kemm tkun oriġinali fl-aħħar mill-aħħar, għalkemm dak l-element taf ikun importanti sabiex jgħinek tikseb suċċess. Nistennew li naraw xi ħaġa spettakolari minn Nicole Hammett fil-fażi li jmiss tal-live shows. Ninsabu ċerti li wara dal-kummenti ta' kritika ħa nkunu qed naraw xi ħaġa spettakolari fil-fażijiet li jmiss minn Nicole Hammet. It-talent qiegħed hemm u kif! Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/division-7-illum-ghandhom-celebrazzjoni-specjali-mmens-li-ma-tantx-naraw-bhala-lokalment
Division 7 Illum Għandhom Ċelebrazzjoni Speċjali Mmens Li Ma Tantx Naraw Bħala Lokalment!
www.gwida.mt
Illum ta' Division 7 ħa jkunu qed jiċċelebraw xi ħaġa speċjali! Huma ħabbru dan fuq il-midja soċjali tagħhom fejn qalu, "Illejla niċċelebraw il-100 episodju ta' Division 7! Grazzi talli dejjem kontu konsistenti u tas-sapport tagħkom! Fadal biss għoxrin episodju wara tal-lum biex intemmu dan il-vjaġġ flimkien!" Din mhux ħaġa li rajnieha spiss fuq it-televiżjoni tagħna, Division 7 jibqa' popolari fost diversi telespettaturi! X'ħa naraw illejla? Karl ħeles minn Miss Chew u Felic se jasal jeħles mic-Ċiċċa wkoll? Il-Brimbu kif tafu spiċċa maqful ġo ċella, u n-Niċċa issa jidher li għandu problemi ħafna akbar milli deher li se jkollu. Dan kollu wara li Matthew Cachia u Robbie sabulu ħafna droga moħbija f'waħda mill-moħbiet tiegħu, u anke xi katavri fil-friża. Kif ser joħroġ minnha? Roderick qed jibża' għal ħajtu għax issa daħal f'wisq basal. Se jasal jikxef minn għand min jixtri s-sapun? Dan u aktar illejla fuq Division 7! Se tarawh? Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-jigi-zvelat-il-filmat-tal-ewwel-darba-li-madre-tereza-giet-malta-fl-1967
Bil-Filmat: Jiġi Żvelat Il-Filmat Tal-Ewwel Darba Li Madre Tereża Ġiet Malta Fl-1967!
www.gwida.mt
Kont taf li l-missjunarja li saret qaddisa Madre Tereża żaret Malta mhux darba biss iżda fi tliet okkażjonijiet differenti? Filmat nostalġiku li ttella' mill-paġna ta' Facebook Malta Audio Visual Memories juri lil Madre Tereża tasal f'Malta għall-ewwel darba fl-1967. Il-filmat issegwiha tinżel l-ajruplan, fejn hi tiġi milqugħa b'entużjażmu minn folla żgħira, inkluż il-mibki qassis Charles Vella, li huwa magħruf sew fost il-Maltin talli waqqaf il-Moviment ta' Kana. Madre Tereża sabet ruħha lura Malta fl-1971, iżda r-raġuni għall-ewwel u t-tieni żjarat tagħha f'pajjiżna mhix magħrufa. Persuna ssuġġeriet fil-kummenti li Madre Tereża kienet mistiedna għal ikla personali minn Mrs Audrey Pisani. Dan jikkuntrasta mal-vjaġġ tagħha fl-1976, meta ġiet Malta biex tindirizza s-Sitt Kungress Dinji tal-Federazzjonijiet Lasalljani. Din tal-aħħar kienet l-aħħar żjara magħrufa tagħha qabel Madre Tereża ħallietna fl-1997. Nicole hija tfajla mimlija enerġija u kurzità dwar x'kapaċi joffri l-univers. Meta ma tkunx qed taqra xi ktieb jew tlieta, issibha mqajma sat-tlieta ta' filgħodu tħares lejn il-pjaneti u l-kostellazjonijiet u tikteb fid-djarju tagħha. Toħduhiex bi kbira biex filli tarawha hawn, u filli tarawha li spontanjament ħarbet fuq xi avventura f'pajjiż ieħor! Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-ara-din-il-wirja-b-arran-ament-vi-wali-uniku-ta-mu-i-ist-malti-li-jarawha-l-fuq-minn-elf-ru-fi-ftit-in
Bil-Filmat: Ara Din Il-Wirja B'Arranġament Viżwali Uniku Ta' Mużiċist Malti Li Jarawha 'L Fuq Minn Elf Ruħ Fi Ftit Ħin
www.gwida.mt
Nhar il-Ġimgħa li għadda fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, l-arpist Jacob Portelli tella' filmat tiegħu idoqq il-verżjoni tiegħu ta' Sinfonia Concerto ta' JC Bach. Din l-interpretazzjoni hi unika f'Malta! Dan minħabba l-arranġament viżwali li sar. Hawn nistgħu naraw lil Jacob idoqq l-istrumenti kollha li jinstemgħu f'din is-silta fl-istess ħin; żewġ vjolini, vjola, vjolinċell, Kuntrabaxx u l-arpa. Jikteb ukoll li din hi dedikazzjoni speċjali għas-segwaċi kollha. "Niddedika din il-wirja lil dawk kollha li ilhom isegwu l-quddiesa ta' kuljum fuq TVM2 u fuq il-midja soċjali għal dawn l-aħħar 4 xhur. L-appoġġ tagħkom hu apprezzat ħafna" jikteb Jacob fuq il-paġna tiegħu. Fil-fatt din l-interpretazzjoni ntlaqtet minn bosta u r-rispons kien kbir. Ara u tpaxxa bit-talent Malti! Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/8-xhur-li-fizikament-m-ghadekx-mieghi-mir-mhux-tort-taghna-li-nfridna---carmel-pace-ir-ragel-ta-miriam
"8 Xhur Li Fiżikament M'Għadekx Miegħi. Mir Mhux Tort Tagħna Li Nfridna…" - Carmel Pace, Ir-Raġel Ta' Miriam
www.gwida.mt
Carmel Pace, ir-raġel ta' Miriam kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu status ta' qsim il-qalb. Ġa għaddew tmien xhur minn dik il-ġurnata kerha fejn Miriam, omm ta' żewġt itfal intradmet ħajja taħt it-tifrik ta' darha stess. Carmel kiteb, "‌8 xhur li fiżikament m'għadekx miegħi. Mir mhux tort tagħna li nfridna… Kemm ħdimna u ħsibna flimkien biex iż-żwieġ tagħna jibqa' ħaj u sabiħ. Bla tlaqliq nista' ngħid li rnexxielna, sakemm minħabba l-egoiżmu u r-rebgħa għall-flus lilek radmuk taħt borġ ġebel u rnexilhom jifirduna. Firduna fiżikament biss, ghax int tibqa' għal dejjem f'qalbi u f'moħħi." ‌ Hu jkompli jikteb, "‌Issa nistennew biss. Stennija li l-ġustizzja tieħu l-kors tagħha. Stennija li jiġu ppublikati r-riformi mwegħda. Stennija li tinstema' l-karba tagħna biex issir inkjesta pubblika għalkemm qed nikkonvinċi ruħi li lanqas biss ġiet ikkunsidrata." Bl-ikltar mod sinċier Carmel jikteb, "L-akbar stennija hi li nerġgħu niltaqgħu u ngħannqu lil xulxin. Il-vojt li ħallejt huwa kbir wisq. ‌Dan l-aħħar ġietni tentazzjoni. Ma nafx għalfejn, iżda ħin minnhom ġie n-numru tiegħek fuq il-mobile u ttantajt li nċempillek. Emozzjonijiet imħallta. Naf fiċ-ċert li mhux ħa tirrispondi iżda fl-istess ħin bdejt nittama xorta li nisma' leħnek." "Ovvjament kulma ġie lura kien leħen ta' mara kieku, 'the person you're calling is not in a position to respond,' mank kont tista' tirrispondini, min jaf kemm dħakt bija. ‌8 xhur li ma għaddietx minuta minnhom li ma naħsibx fik. F'kulma nagħmel u f'kulma naħseb dejjem nevalwa kif kont taħsiba int ukoll. Daqs li kieku għadni nistenna l-pariri siewja tiegħek." ‌ ‌Carmel jagħlaq billi jgħid, "Iva ħi, ghandna hafna uġigħ - uġigħ ghax tibda tara l-mostru tar-regħba jqajjem rasu u jiġi jitnejjek mid-diżastru li ġab lil din il-familja għażiża tagħna.Kun l-anġlu Kustodju tal-għeżież uliedna u taffilhom l-imrar li ġà daqu. Inħobbok Mir…" Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/b-filmati-esklussivi-zewg-sorprizi-fit-tieg-ta-mark-u-karen---wahda-mill-gharusa-ghall-gharus
B'Filmati Esklussivi: Żewġ Sorpriżi Fit-Tieġ Ta' Mark U Karen - Waħda Mill-Għarusa Għall-Għarus!
www.gwida.mt
Meta kantanta tiżżewweġ kompożitur tistenna li l-element tal-mużika b'xi mod jew ieħor ħa jidħol fiċ-ċelebrazzjoni tagħhom. Fil-quddies, l-omelija kienet ibbażata fuq sinfonija tal-mużika li tinstema' sabiħa jekk ir-rabta tal-kliem mal-kompożizzjoni tkun waħda b'saħħitha u daqshekk hi l-imħabba. Kif ħabbarna dalgħodu HAWN , Mark Scicluna u Karen DeBattista lbieraħ qalu s-signor si. Karen, iddeċidiet li tkanta kanzunetta lill-maħbub tagħha fil-ġurnata speċjali tagħhom. Il-kanzunetta li għażlet kienet I'll Be Waiting For You iżda din il-kanzunetta spiċċat qatt ma tkantat fit-tieġ tagħhom. Dan għaliex Karen, minn wara dahar Mark ikkomponiet kanzunetta fuq lirika tal-kollega tagħha Paul Ellul. Din kienet l-ewwel kompożizzjoni tal-kantanta weħidha u ddeċidiet li tagħmel dan bħala sorpriża lill-maħbub tagħha Mark li jidher li ħa gost bis-sorpriża. Iżda din ma kinitx l-unika sorpriża waqt it-tieġ. Il-koppja ddeċidew li l-ewwel żifna tagħhom għandha tkun għal kanzunetta li ħadmu fuqha huma stess. B'hekk qabdu lill-ħabib kbir tagħhom Emil Calleja Bayliss jikteb il-lirika u l-għarajjes malajr raw kif żewqu dawk il-kliem ma' melodija mill-isbaħ flimkien. L-aħħar pass kien li jqabdu l-kantanti li kien ħa jkollhom ikantawlhom fit-tieġ biex jinterpretaw din il-kanzunetta ladarba Karen kienet se tkun qed tiżfen. Pamela Bezzina u Glen Vella li kienu qed janimaw lill-mistednin interpretaw il-kanzunetta Biswitek għall-ewwel żifna tal-kopja waqt it-tieġ tagħhom. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/l-attur-taljan-gigi-proietti-jmur-proprju-f-gheluq-sninu---ghalaq-80-sena
L-Attur Taljan Gigi Proietti Jmut Proprju F'Għeluq Sninu - Għalaq 80 Sena!
www.gwida.mt
L-attur famuż Taljan Gigi Proietti miet aktar kmieni llum proprju f'għeluq it-80 sena tiegħu. Dan irrapportatu l-midja Taljana. Jidher li Proietti kien qed jirkupra fi sptar ġewwa Ruma wara li kellu xi problemi tal-qalb! L-attur kellu 50 sena ta' karriera mill-aqwa fejn ħa sehem ġo films, serje differenti tat-TV u anke numru ta' produzzjonijiet teatrali. L-attur minn Ruma barra dan kollu, mhux l-ewwel darba li spiċċa jidderiċi wkoll uħud mill-produzzjonijiet. Hu twieled fl-1940 u kien l-aktar famuż għar-rwoli tiegħu f'Il Maresciallo Rocca fuq Rai TV, fejn aktar minn 16-il miljun telespettatur kien jsewgu ta' kull ġimgħa. Fatt kurjuż hu li hu kien ħareġ 10 albums tal-mużika u anke dderieġa numru ta' opri. Lura fl-1983 l-attur prominenti kien ħa l-irwol ta' preżentatur fuq Rai grazzi għall-programm Fantastico 4. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/jekk-m-ahniex-se-nobdu-l-mizuri-allura-n-numri-jibqghu-joghlew---il-professur-charmaine-gauci
"Jekk M'aħniex Se Nobdu L-Miżuri, Allura N-Numri Jibqgħu Jogħlew" - Il-Professur Charmaine Gauci
www.gwida.mt
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qed twissi lill-Maltin u Għawdxin li n-numri se jkomplu jiżdiedu jekk ma nobdux ir-restrizzjonijiet preżenti. Illum, Malta rreġistrat numru rekord ġdid ta' każijiet ġodda, 218, li ġġib in-numru ta' każijiet attivi eqreb lejn il-marka 2000. Il-Professur Gauci nnotat li r-rata ta' infezzjoni tista' tiżdied jekk il-miżuri ma jkunux imħarsa minn kulħadd. Hi qalet li ġew introdotti aktar miżuri wara li l-ECDC bassret żieda qawwija f'każijiet madwar dan iż-żmien. "Hemm diversi raġunijiet għaż-żieda fin-numri, ma tistax tgħid li ħabba raġuni waħda," qalet, u enfasizzat li miżuri bħal dawn huma maħsuba biex irażżnu l-firxa mingħajr ma jġiegħlu l-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol jagħlqu. "Sfortunatament, filwaqt li ħafna nies adattaw għal restrizzjonijiet il-ġodda u sabu modi kif iżommu kuntatt mal-familji tagħhom madwarhom, oħrajn le, u dan huwa rifless fl-infurzar tagħna stess." "L-impatt ta' dak li ġara dan il-weekend jidher fil-ġimgħa li ġejja u fil-ġimgħa ta' wara. Hekk jiżdiedu n-numri: jekk mhux se nobdu l-miżuri, allura n-numri se jibqgħu jogħlew," qalet, waqt li rreferiet għal ritratti ta 'spots ta' divertiment iffullati li dawru fuq il-midja soċjali fi tmiem il-ġimgħa. "Numru inkwetanti ta 'nies bħalissa jinsabu l-isptar jew f'kura intensiva. Mhux il-pjaċir tagħna li niddisponu multi. Kulħadd jeħtieġ li jkun responsabbli u jifhem li dawn il-miżuri huma fis-seħħ biex jikkontrollaw it-tixrid tal-mard u l-impatt tal-virus fuq kulħadd." Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/xi-gwaj-gie-fuqna-issa-itlob-ghar-ragel-tieghi-hareg-pozittiv-u-kellu-jidhol-l-isptar---it-tabib-frank-portelli-jircievi-dal-messagg
"Xi Gwaj Ġie Fuqna Issa… Itlob Għar-Raġel Tiegħi. Ħareġ Pożittiv U Kellu Jidħol L-Isptar" - It-Tabib Frank Portelli Jirċievi Dal-Messaġġ
www.gwida.mt
Is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna hi li hi! Mara imħassba dwar il-qagħda ta' żewġha bagħtet lit-tabib Portelli sabiex iżomm lil żewġha fit-talb tiegħu. Hu qasam din l-istorja biex aktar nies jitolbu għal żewġha li bħalissa jinsab rikoverat fl-isptar jirċievi l-ossiġnu. Il-mara tgħidlu, "Xi gwaj ġie fuqna issa… itlob għar-raġel tiegħi, ħareg pożittiv u kelllu jidħol l-isptar, qiegħed jieħu l-ossiġnu. Ħin minnhom jitla' ħafna d-deni… qaluli li niżel fil-pulmun. Inħossni mwerwra. Grazzi ħafna." It-tabib Portelli bil-kalma kollha weġibha u għamillha kuraġġ, "la għandu sintomi ta' nifs bilfors l-isptar fejn ser jirċievi l-aħjar trattament, jistgħu jagħtuh id-dexamethasone li tgħin ħafna ir-remdesivir fil-vina u l-ossiġnu. Naf x'jiġifieri għaliex kelli lil oħti ma kontx qed ngħaġġibha, marda kiefra imma taqtax qalbek niġġildulha aħjar illum." Segwaċi tat-tabib Portelli għaddiet messaġġ ta' kuraġġ minħabba li hi wkoll kienet fl-istess żarbun ta' dik il-mara iżda b'xorti tajba r-raġel tagħha wara li ġie mogħti l-kura meħtieġa fieq mill-Covid-19. Stejjer ta' suċċess qed ikun hemm ukoll. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nittamaw li dawn il-pazjenti jeqilbu għall-aħjar u jirkupraw ma jdumux. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/l-egoizmu-tal-bniedem-anke-f-mewtkom-firidni-minnkom---toni-busuttil
"L-Egoiżmu Tal-Bniedem Anke F'Mewtkom Firidni Minnkom" - Toni Busuttil
www.gwida.mt
Ilbieraħ f'pajjiżna ġie ċċelebrat jum l-erwieħ kollha u bħala tradizzjoni numru ta' nies iżuru l-qraba tagħhom fiċ-ċimiterju u jgħidu xi talb fuq il-post. Sfortunatament, il-personalità lokali Toni Busuttil ma jistax jagħmel dan. Dan għaliex il-fdalijiet tal-għeżież tiegħu kienu tmexxew mingħajr anqas kien infurmat. Din ġrat lil diversi nies. Toni ħa l-lapida ta' ommu u ta' missieru miegħu d-dar biex b'hekk ikunu miegħu dejjem. Fuq il-mezzi soċjali hu kiteb, "Din is-sena ma ġejtx inżurkom kif nagħmel issoltu, għax l-egoiżmu tal-bniedem anke f'mewtkom firidni minnkom, imma xorta waħda sibt mezz kif inżejinkom bil-fjuri u x-xemgħat." Għalaq il-messaġġ tiegħu billi qal, "Strieħu fil-paċi għeżież tiegħi, inħobbkom ħafna għax jien parti minnkom, sa ma nerġa' nkun ħdejkom." Kuraġġ Ton ċerti li jinsabu miegħek u qegħdin iħarsuk f'kull ħin. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/ghandom-jiddistingwixxu-certu-kazi---min-hu-genwin-u-min-hu-bi-qziz--il-kabocc-jehel-multa-u-jaghmel-appell
"Għandhom Jiddistingwixxu Ċertu Każi - Min Hu Ġenwin U Min Hu Bi Qżież" - Il-Kaboċċ Jeħel Multa U Jagħmel Appell
www.gwida.mt
Il-Kaboċċ dalgħodu fuq il-grupp Il-Kaboċċ u X-Xwejħa xeħet li tawh multa għax ma kienx liebes il-maskra sewwa. Hu beda billi qal, "Għax trid ma tgħid xej… Mela jien naħdem grass cutter. Kont ili biss 10 minuti li qbadt naħdem u anqas f'100 metru ma kien hemm nies ħdejja għax waħdi f'daħna tal mutur naħdem." Ikompli billi jispjega eżatt l-affarijiet, "Iwwaqqafni warden u qalli għala għandek nofs imnieħrek mikxuf (neħlef li nofs imnieħri) u jien m'għandix għalfejn nigdeb u ħsibt ili tal-LESA ħa jarah li każ ġenwin. Għidtlu għax ġieli nniżżlu sa nofs imnieħri biex jiċċarali n-nuċċali għax ma nara xejn u bħalisa qed naħdem fejn il-karrozi u ntajjar skoss ġebel jekk ma narax sew x'jien nagħmel." Il-Kaboċċ jagħlaq billi jgħid, "Insomma u tahieli xorta… M'għandi xejn kontra l-warden għax jidher raġel OK imma għandhom jiddistingwixxu ċertu każi - min hu ġenwin u min bi qżież…" Hu jagħmel appell biex dak li jkun joqgħod moħħu hemm u ma jpaxxi lil ħadd. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/ghandi-ommi-mhux-qed-tinghata-t-terapija-li-ghandha-bzonn---mara-inkwetata-dwar-ommha-u-pazjenti-ohra
"Għandi Ommi Mhux Qed Tingħata T-Terapija Li Għandha Bżonn" - Mara Inkwetata Dwar Ommha U Pazjenti Oħra!
www.gwida.mt
Ma' Gwida.mt għamlet kuntatt bint li għandha ommha anzjana li bħalissa mhux qed tirċievi t-terapija li għandha bżonn minħabba d-direttivi mogħtija t-terapisti li huma impjegati minn Steward Health Care System ġol-isptar Karen Grech. Jidher li hemm xi diżgwit minħabba li t-terapisti li huma mpjegati mill-gvern għandhom kundizzjonijiet aħjar u dawn it-terapisti li bħalissa jinsabu jimxu mad-direttivi kienu mwiegħda numru ta' kundizzjonijiet li qatt ma mmaterjalizzaw. F'kuntatt ma' Gwida.mt, din il-bint qalet li tinsab tassew frustrata minħabba li taf li ommha bħalissa ma tistax tirċievi t-terapija li tant għandha bżonn biex is-sitwazzjoni tagħha titjieb. Din il-bint ma tagħtix tort lit-terapisti anqas anzi tgħid li dejjem għamlu xogħol mill-aqwa. Hi tagħme appell sabiex il-partijiet rilevanti jiddiskutu l-problema li hemm u jsibu soluzzjoni għad-diskrepanza li nħolqot bejn dawn il-ħaddiema. Dawn id-direttivi ilhom għaddejjin xahar u s-sitwazzjoni tal-pazjenti tista' biss tmur lura flok 'il quddiem. Din il-bint qaltilna, "Ilhom isegwu direttivi għal madwar xahar sabiex iżda sal-lum l-ilmenti tal-familjari tal-pazjenti u l-pazjenti nfushom ma jidhrux li huma importanti għall-awtoritajiet rispettivi." Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/jekk-ikollhom-joqoghdu-kwarantina-avolja-ma-jkunux-pozittivi-qed-jigu-mhedda-minghand-min-ihaddimhom---belle-titkellem-fuq-realt-pre-enti
"Jekk Ikollhom Joqogħdu Kwarantina Avolja Ma Jkunux Pożittivi Qed Jiġu Mhedda Mingħand Min Iħaddimhom" - Belle Titkellem Fuq Realtà Preżenti
www.gwida.mt
Belle mhux l-ewwel darba jew tnejn li tkellmet fuq sitwazzjonijiet preżenti. Fuq il-paġna tagħha hi tkellmet dwar sitwazzjoni li diversi mpjegati qed isibu ruħhom fiha, sitwazzjoni kemxejn xokkanti meta tikkunsidra dak kollu li għaddejjin minnu bħalissa. Hi tibda tispjega, "Smajt ħafna nies jilmentaw li jekk ikollhom joqogħdu kwarantina avolja ma jkunux pożittivi, qed jiġu mhedda mingħand min iħaddimhom! Dan mhux aċċetabbli qatt! Għax għalhekk ukoll qiegħed jinxtered il-virus! Jew inkella jgħidulhom li mhux ħa jħallsuhom tal-kwarantina!" Belle tkompli tgħid, "Nixtieq inkun naf għalfejn hawn ċertu nies qed jirraġunaw b'dan il-mod qisu aħna ġibnieh il-virus! Mhux id-dinja kollha qiegħda tbati? Għalfejn qegħdin tagħmlu l-ħajja ta' ċertu nies aktar diffiċli milli hi bħalissa!" Tindirizza lil dawn in-nies imbagħad anke lill-awtoritajiet! "Possibbli m'għandkomx qalb? Tafu x'inhi is-sitwazzjoni tal-kwarantina u tal-virus! Min jiġrilu dawn l-affarijiet ċemplu lil tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u staqsu għad-dritijiet tagħkom għax mhux sew li jsiru dawn l-affarijiet u nixtieq li xi ħadd mill-awtoritajiet jiċċekkjaw fuqha din il-ħaġa u jieħdu passi!" Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/zball-iwassal-biex-missier-jitlef-it-twelied-ta-ibnu---ghaliex-hadd-m-ghamel-xejn
Żball Iwassal Biex Missier Jitlef It-Twelied Ta' Ibnu - Għaliex Ħadd M'Għamel Xejn?
www.gwida.mt
Koppja Maltija kellhom ħolma li saret realtà, huma saru ġenituri għall-ewwel darba iżda l-missier spiċċa ma kienx preżenti għal dan il-mument imporanti f'ħajtu. Is-sit Lovin' Malta tkellem mal-missier fejn qal li t-tabib tagħhom issuġġerixxa li jagħmlu test tal-Covid-19 biex jikkonfermaw li t-tnejn huma negattivi, u b'hekk jippermetti lil Colin jakkumpanja lil martu waqt il-ħlas. Jumejn wara, il-koppja rċevew ir-riżultati tagħhom, u r-raġel wera li kien pożittiv għall-Covid-19. "F'Awwissu li għadda kont diġà ttestjajt pożittiv għall-virus, u minkejja li bilkemm kelli sintomi, ma kinitx eżattament esperjenza faċli," qal Colin lis-sit Lovin' Malta. Hu jkompli jgħid li, "Ftit wara, huma ċemplu lil marti u qalulha li wara li twelled, l-isptar ikollu jneħħi t-tarbija għal 15-il jum." Wara li kien jaf dan, Colin ra x'għamel biex jerġa' jiġi ttestjat, u bbukja rapid test - erbat ijiem qabel martu kellha twelled! It-test ħareġ negattiv. Colin irnexxielu jkollu test ieħor tal-gvern li ħareġ ukoll negattiv iżda xorta baqa' mitllub li jibqa' taħt kwarantina. Hu prova jagħmel kuntatt mat-tim tal-Professur Charmaine Gauci u wkoll mal-Ministru Chris Fearne iżda baqa' bla tweġiba. Hu jgħid li ma setax ikun hemm għall-isbaħ mument ta' ħajtu. Minkejja dan martu welldet tifel bnin u b'saħħtu wara 24 siegħa. Hu xorta ma jistax jingħaqad magħhom għax għadu taħt kwarantina. Kurraġġ Colin! Wieħed jista' jsegwi l-istorja fuq HAWN . Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/taqla-multa-talli-harget-bla-maskra-biz-zibel-biex-thallih-wara-l-bieb
Taqla' Multa Talli Ħarġet Bla Maskra Biż-Żibel Biex Tħallih Wara L-Bieb!
www.gwida.mt
Li nobdu r-regolamenti huwa importanti ferm iżda meta l-affarijiet jispiċċaw imorru minn estrem għall-ieħor, wieħed bla ma jrid iqarras wiċċu. Fuq il-grupp popolari Are You Being Served? ilbieraħ filgħaxija ittella' ritratt fejn persuna li tgħix ġo Birżebbuġa qalet li ingħatat ċitazzjoni għax ma kinitx libsa maskra meta ħarġet biż-żibel wara l-bieb. Facebook / Are You Being Served? L-istess persuna tkompli tisħaq li ċ-ċitazzjoni ħarġet fi triq ħażina u mhux fi triq li toqgħod fiha hi. Ovvjament din il-persuna għandha d-dritt li tikkontesta din iċ-ċitazzjoni u tara x'deċiżjoni jieħu t-tribunal dwar dan il-każ. Iżda minnu wieħed għandu jieħu tagħlima importanti. Meta tkun ħa toħroġ barra darek, huwa importanti mmens li tilbes il-maskra. Jekk kemm ħriġt iż-żibel jew jekk ħriġt iġġib xi ħaġa mill-karozza, importanti li jkollok il-maskra ma' wiċċek. Din qed tipproteġi lilek u lil dak li kapaċi tiltaqa' magħhom bla ħsieb. Nota importanti ukoll hija li dawk li jgħixu f'xi appartament, tajjeb li jilbsu l-maskra qabel joħorġu mill-appartament tagħhom biex fil-komun ikun protetti. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/diego-maradona-jidda-al-g-al-operazzjoni-serja-mmens-fil-mo
Diego Maradona Jiddaħħal Għal Operazzjoni Serja Mmens Fil-Moħħ!
www.gwida.mt
L-istilla tal-futbol Arġentin, Diega Maradona tard ilbieraħ iddaħħal għall-operazzjoni tassew serja fil-moħħ. L-operazzjoni jidher li kienet waħda ta' suċċess għall-futboller ta' 60 sena. L-operazzjoni li saritlu hija minħabba blood clot fil-moħħ. Dan ġie kkonfermat mit-tabib personali tiegħu kmieni llum stess. Jidher li l-operazzjoni marret tajjeb ħafna u l-futboller qam minnha bla problemi ta' xejn. Skont ħafna mediċi, din l-operazzjoni hija waħda mill-aktar kundizzjonijiet qattiela fir-ras. Din tirriżulta minn xi trawma serja fir-ras iżda mhux l-ewwel darba li ġiet ikkawżata wkoll minn ġrieħi ħfief u persuna taf idum ġranet jekk mhux ġimgħat sabiex jinduna biha. Tant hu hekk li tista' tkun fatali. Maradona ddaħħal l-isptar inizjalment bħala miżura preventiva, iżda malajr spiċċa ġie trasferit għal sptar ieħor fejn spiċċa taħt is-sikkina. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/il-familja-ta-kikka-jinsabu-nkwetati-ferm---ilbierah-intilfet-u-l-kelba-truxa
Il-Familja Ta' Kikka Jinsabu Nkwetati Ferm - Ilbieraħ Intilfet U L-Kelba Truxa!
www.gwida.mt
Ir-residenti kollha taż-Żejtuni kapaċi jgħinu lil din il-familja li tilfet il-kelba tagħhom ilbieraġ! Kikka, kelba tal-familja, sparixxiet u s-sidien tagħha qed jitolbu l-għajnuna ta' kulħadd biex din il-kelba tar-razza Westie tirritorna d-dar bla periklu. Rajtuha? "Il-kelb Kikka tagħna żgur li ħarġet mill-bieb ta' barra," qasmet Vanessa Harmsworth fuq Facebook ilbieraħ. "Hija xiħa ħafna issa u mhux daqstant tajba u tinsab fuq medikazzjoni", qalet dwar il-West Highland Terrier tal-familja. "Sfortunatament, hija truxa u allura se tkun diffiċli. Hija ċċippjata iżda sfortunatament mhix liebsa l-kullar tagħha." Ftit wara, Vanessa ktibet aġġornament. "Ma nistax nimxi aktar illejla. Fittixt kullimkien. Il-pulizija taż-Żejtun kien tassew ħelwin u ta' għajnuna verament napprezza," taqsam hi. "Grazzi lil kull min qasam il-post tiegħi u offra l-għajnuna! Napprezza ħafna. Nispera biss li hi sigura xi mkien. Se nfittex mill-ġdid filgħodu imma huwa inutli issa nibqa' ndur f'ċirku li qed nfittex kullimkien u nħossni fiżikament marida," qalet minn qalbha. Qed nittamaw li Kikka tasal id-dar bla periklu! Xerred il-kelma! Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/jintilfu-numru-ta-testijiet-tal-covid-19---tifla-ta-tmien-snin-fil-g-ama-jekk-hux-po-ittiva-jew-le
Jintilfu Numru Ta' Testijiet Tal-Covid-19 - Tifla Ta' Tmien Snin Fil-Għama Jekk Hux Pożittiva Jew Le!
www.gwida.mt
Omm u bint kellhom jagħmlu swab test minħabba li r-raġel u missier it-tifla nstab pożittiv għall-Covid-19. L-omm spiċċat imħassba ħafna wara li r-riżultat ta' bintha baqa' ma ħareġ qatt, fl-aħħar lil din l-omm qalulha li bintha kellha terġa' tiġi ttestjata wara li lott ta' testijiet tħalla mingħajr ebda tikketta. Hi provat tagħmel kuntatt biex tippriva tifhem x'ġara iżda sfortunatament tħalliet bla risposta dwar ir-riżultat tat-tifla. Dak li ħawwad aktar lill-omm kien li hi għamlet it-test fl-istess ċentru u fl-istess ħin ma' bintha iżda r-riżultat tagħha ħareġ ftit iktar minn 24 siegħa wara bla problemi ta' xejn. Is-sit Lovin' Malta li għamel kuntatt mal-omm irrapporta HAWN li l-omm qalet li fl-aħħar irnexxielha taqbad mal-laboratorju fejn qalulha li kien hemm lott ta' testijiet li ntilfu minħabba li ma kellhomx tikketta fuqhom. L-omm qalet lill-istess sit, "Issa, tifla ta' tmien snin imbeżża' ħa jkollha terġa' tgħaddi mill-dan kollu sempliċement minħabba inkompetenza." Dalgħodu jidher li t-tifla għamlet it-tieni swab tagħha f'Mater Dei u għat-tieni darba qed jistennew ir-riżultat! Nittamaw li t-tifla tinstab negattiva għal dan il-virus ukoll! Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/il-professur-charmaine-gauci-tispjega-g-ala-hu-importanti-li-nilbsu-l-maskri-kullimkien-anke-meta-nkunu-we-idna-fil-kampanja
Il-Professur Charmaine Gauci Tispjega Għala Hu Importanti Li Nilbsu L-Maskri Kullimkien Anke Meta Nkunu Weħidna Fil-Kampanja!
www.gwida.mt
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci enfasizzat l-importanza tal-ilbies tal-maskra meta nkunu barra d-dar u dan għandu jsir il-ħin kollu - anke meta nkunu barra fil-kampanja. Waqt li wieġbet għal waħda mill-mistoqsijiet tagħha fir-rokna tagħha fuq Times of Malta, il-Professur Gauci spjegat ir-raġunament wara dan ir-regolament impost reċentement. "L-iskop ewlieni tal-ilbies tal-maskra huwa li tipproteġi lil ħaddieħor," bdiet twieġeb hi. Kompliet tispjega, "Dan huwa hekk għaliex issa nafu li porzjon sinifikanti ta' nies bil-Coronavirus huma bla sintomi. Ħafna għandhom sintomi ħfief jew l-ebda sintomi u anke jekk xi ħadd jiżviluppa sintomi aktar severi, jistgħu jittrasmettu l-virus qabel ma jidhru dawk is-sintomi. Dan ifisser li n-nies jistgħu jxerrdu l-virus lil ħaddieħor mingħajr ma jkunu jafu li għandhom," tinnota hi. "Huwa veru li fil-kampanja hemm inqas nies madwar, imma ma tkunx taf min jista' jiġi fil-viċinanza fi kwalunkwe ħin. Wieħed għandu jżomm il-maskra ma' wiċċu u jillimita milli joqgħod jilbisiha u jneħħija sabiex jiġi evitat l-awtokontaminazzjoni," hija tgħaddi dal-parir. L-ilbies obbligatorju tal-maskra ġie introdott madwar tliet ġimgħat ilu f'sett ta' miżuri ġodda biex jgħinu fit-trażżin tat-tixrid tal-virus. Ċerti persuni b'kundizzjonijiet ta' saħħa u tfal żgħar ħafna huma eżenti milli jilbsu maskra. Allura, jekk ma taqax taħt dawn il-kategoriji, l-ilbies tal-maskra huwa obbligatorju. Aħjar maskra minn multa ħarxa li minnhom ġa nħarġu aktar minn 1,000. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/chris-pratt-gej-malta-biex-jiffilmja-l-film-popolari-jurrasic-world-dan-ix-xahar
Chris Pratt Ġej Malta Biex Jiffilmja L-Film Popolari Jurrasic World Dan Ix-Xahar
www.gwida.mt
L-istilla tal-films ta' Hollywood u ċ-ċelebrità Chris Pratt ma għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni! Hu se jkun ġewwa pajjiżna aktar tard dan ix-xahar sabiex jiffilmjaw it-tielet film Jurrasic World. Tingħaqad ma' Pratt, Bryce Dallas Howard. Huma għandhom il-karattri ewlenin ta' Owen u Claire. View this post on Instagram A post shared by Johann Grech (@johanngrech) on Aug 3, 2020 at 2:02am PDT Fid-dawl tal-pandemija preżenti, diġà qed jiġu implimentati miżuri stretti ta' saħħa u sigurtà, inklużi postijiet ta' ttestjar fuq il-post fejn se jikkalkulaw li jagħmlu madwar 5,000 test fil-ġimgħa. Aktar minn 1,000 membru tal-ekwipaġġ lokali u barranin huma mistennija li jaħdmu fuq il-film tal-blockbuster. View this post on Instagram A post shared by Formally jurassic_world2018 (@jurassic_world_fandom) on Jul 25, 2020 at 10:01am PDT Il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli qalet li "l-Kumissjoni Maltija għall-Films qed tistenna 9 produzzjonijiet internazzjonali għal din is-sena. Bl-ewwel produzzjoni tkun Jurassic World: Dominion, proġetti oħra multi miljunarji ser jitkomplew matul din is-sena, b'investiment kbir fl-ekonomija ta' Pajjiżna. Dan ifisser li anke ser naraw effetti pożittivi anke fil-ħolqien t'impjiegi f'Pajjiżna". Tgħid Malta se tidher bħala Malta din id-darba jew se tkun qed tidher f'isem pajjiż ieħor? Nistennew u naraw! Li nafu żgur li d-dinosawri jinsabu fi triqthom lejn pajjiżna! Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-jithabbar-festival-prestiggjuz-muzika-muzika-festival-kanzunetta-maltija-jirritorna
Bil-Filmat: Jitħabbar Festival Prestiġġjuż - Mużika Mużika; Festival Kanzunetta Maltija Jirritorna!
www.gwida.mt
Ftit tal-ħin ilu għadu kif tħabbar minn Festivals Malta li ser jirritorna l-Festival Kanzunetta Maltija bl-isem ta' 'Mużika Mużika' . Dan ser isir bejn it-18 u l-20 ta' Marzu 2021. Ir-regolamenti u aktar linji gwida għall-kantanti, awturi u kompożituri jistgħu jiġu aċċessati minn https://www.muzikamuzika.org. L-applikazzjonijiet ser jinfetħu bejn it-28 u t-30 ta' Ottubru 2020. Din hija aħbar sabiħa għalina. Inħeġġukom tkun parti minn dan il-festival ta' mużika Maltija! Dan il-proġett seta' jkun possibbli bil-għajnuna tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, L-Arti u L-Gvern Lokali (KulturaMalta). Ritratt: Facebook/ Mużika Mużika - Festival kanzunetta Maltija Mingħajr tbissima jħossu b'xi ħaġa nieqsa. L-istorja ta' Malta hija mwaħħda miegħu. Is-safar mhux inqas fejn l-hena tiegħu jiskopri kulturi differenti fejn hemm jintilef f'dinja ta' memorji u nostalġiji li biddlet id-dinja tul iż-żmien. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/10-000-fi-premju-ghar-rebbieh-ta-muzika-muzika-festival-kanzunetta-maltija
€10,000 Fi Premju Għar-Rebbieħ Ta' Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija
www.gwida.mt
18-il sena ilu, rajna l-aħħar edizzjoni tal-Festival Kanzunetta Maltija, festival li fetaħ bibien internazzjonali għal kantanti, awturi u kompożituri Maltin biex jesebixxu kompożizzjonijiet Maltin f'kompetizzjonijiet prestiġjużi barra minn xtutna. Barra minn hekk serva wkoll bħala pjattaforma għall-kanzunetta Maltija u minnu ħarġu kanzunetti klassiċi Maltin. Dan il-festival kellu ritorn qasir fl-2013 u mill-ġdid fl-2016, iżda qatt ma reġa' stabilixxa ruħu bħala festival ewlieni fil-kalendarju kulturali Malti. Issa, bl-inizjattiva tal-Prim Ministru u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali; Festivals Malta qed tniedi uffiċjalment ir-ritorn ta' dan il-festival tant prestiġjuż, bl-isem il-ġdid ta' Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija. Il-Ministru Dr José Herrera spjega li dan il-festival ħa jkompli jmexxi 'l quddiem il-kanzunetta Maltija u tenna wkoll li t-talent mużikali ġewwa pajjiżna huwa wieħed ta' livell, iżda hemm il-bżonn li nsaħħuh u noffru aktar opportunitajiet lill-kompożituri, awturi u kantanti Maltin. "Dan il-festival ċertament ser ikun qiegħed jattira l-aqwa talent f'pajjiżna fejn permezz ta' din l-inizjattiva ser inkomplu nagħtu aktar opportunitajiet kemm lil dawk stabbiliti fix-xena mużikali kif ukoll dawk ġodda," sostna l-Ministru Herrera. Iċ-Ċerman ta' Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija, is-Sur Raymond Buġeja sostna, "Ilna issa għal ħafna snin, b'dispjaċir, inħossu n-nuqqas ta' vetrina xierqa għall-kanzunetti miktuba u kantati b'ilsien pajjiżna. Hija tassew ħasra li x-xena mużikali lokali, bil-mod il-mod, kienet qiegħda tiġi mċaħħda minn kanzunetti bil-Malti." Fost l-oħrajn hu jżid, ""Għalhekk, bħala tim, inħossuna kburin inħabbru li l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali għoġbu jafdalna f'idejna t-tnedija mill-ġdid ta' festival maħsub biss għall-kanzunetti miktubin b'ilsienna. Dan se jassigura li l-kanzunetta Maltija titpoġġa mill-ġdid f'postha, bil-ġieħ u d-dinjità kollha li jixirqilha." Iċ-Ċerman ta' Festivals Malta, is-Sur Norman Hamilton qal, "Dan il-Festival – li huwa vetrina u pjattaforma unika għall-kompożituri, awturi, kantanti, gruppi u mużiċisti kemm Maltin kif ukoll Għawdxin – mill-lum 'il quddiem ser ikollu l-isem ta' 'Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija." Hu kompla jżid, "Jien kburi li l-ħolma tiegħi u ta' l-Hon. Ministru fl-aħħar ser issir realtà. Dan il-Festival tal-Kanzunetta Maltija tant popolari ser jerġa' jirritorna, u din id-darba ser jibqa', bħala parti mill-kalendarju kulturali tal-Aġenzija Festivals Malta.", ikkonkluda s-Sur Hamilton." Dan il-festival ser jittella' uffiċjalment f'Marzu tas-sena 2021 fejn diversi kanzunetti bil-lingwa Maltija, b'lirika u kompożizzjoni ta' artisti lokali, ser ikunu qed jikkompetu. Ir-regolamenti, kif ukoll aktar linji gwida dwar il-proċedura ta' dan il-festival jinstabu fuq is-sit elettroniku www.muzikamuzika.org . Is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal dan il-festival jistgħu jsiru fuq is-sit elettroniku tal-festival jew bl-idejn fl-uffiċini ta' Festivals Malta fil-Furjana bejn it-28 u t-30 ta' Ottubru 2020. Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/il-kunsill-lokali-ta-bormla-ser-itella-l-cospicua-short-play-festival-bil-mizuri-mehtiega
Il-Kunsill Lokali Ta' Bormla Ser Itella' L-Cospicua Short Play Festival Bil-Miżuri Meħtieġa
www.gwida.mt
Fuq il-paġna ta' facebook tal-Kunsill Lokali ta' Bormla tħabbar li wara li ġiet evalwata tajjeb is-sitwazzjoni, ittieħdet id-deċiżjoni li għal din is-sena jittella' hekk kif ippjanat il- Cospicua Short Play Festival . Intqal ukoll li ser jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi assigurata s-saħħa u s-sigurtà tal-atturi, il-crew u l-viżitaturi. Dan l-avveniment ser ikun illimitat għal 250 individwu biss. L-attendenza mhix miftuħa għal kulħadd bħas-snin ta' qabel iżda wieħed irid jibbukkja. Tfakkar ukoll li kull min se jattendi jrid josserva l-miżuri li se jkun qed jimponi l-kunsill lokali. Ara d-dettalji ta' kif u x'għandek tagħmel jekk tixtieq tattendi! B'kwatela, dan il-kunsill qed juri li qed jieħu ħsieb is-sitwazzjoni qabel jorganizza attività. Prosit! Ritratt: Facebook/ Bormla Local Council Mingħajr tbissima jħossu b'xi ħaġa nieqsa. L-istorja ta' Malta hija mwaħħda miegħu. Is-safar mhux inqas fejn l-hena tiegħu jiskopri kulturi differenti fejn hemm jintilef f'dinja ta' memorji u nostalġiji li biddlet id-dinja tul iż-żmien. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-tifla-ta-ghaxar-snin-tfakkar-lin-nanna-taghha-li-mietet-waqt-li-kienet-qed-tghum-maghha
Bil-Filmat: Tifla Ta' Għaxar Snin Tfakkar Lin-Nanna Tagħha Li Mietet Waqt Li Kienet Qed Tgħum Magħha
www.gwida.mt
Maria Curmi tilfet lin-nanna tagħha bl-iktar mod traġiku. It-tifla ta' għaxar snin kienet qiegħda fil-bajja tax-Xwejni tgħum man-nanna tagħha Clara. Clara jidher li tagħha attakk tal-qalb waqt li qiegħda tgħum u sfortunatament ħalliet lil din id-dinja. Maria xtaqet li tagħmel kanzunetta b'dedikazzjoni speċjali lin-nanniet tagħa, partikolarment lin-nanna Clara, infatti l-filmat tal-kanzunetta mużikali inġibed fl-istess post stess fejn ftit tal-ġimgħat ilu, nannitha għaddiet għall-ħajja ta' dejjem. Il-familja flimkien mat-tifla għarfu kif idawru esperjenza ta' dieqa, f'memorja ħelwa u b'dedika ta' kanzunetta ħelwa għall-età ta' Maria. Ninsabu ċerti li n-nanna tagħha tinsab kburija biha mmens. Il-kanzunetta għandha kliem tal-Muxu, b'mużika ta' Gillian Attard filwaqt li l-kanzunetta inħadmet ġewwa Gilkicker Studios bil-filmat miġbud minn Ricky Bugeja Studios. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/esklussiva-l-artist-henry-galea-jiffirma-ma-clubhouse-fl-amerka
Esklussiva: L-Artist Henry Galea Jiffirma Ma' ClubHouse Fl-Amerka…
www.gwida.mt
L-Artist tal-irtokk Henry Galea diġà qed ikun introduċut bil-mod fuq it- tiktok ta' ClubHouseNext ; kumpanija kbira u b'saħħitha fejn 'insta creators' jgħixu flimkien u jipproduċu kontenut artistiku fuq dan il-mezz tal-midja soċjali. ClubHouse twaqqaf minn Daisy Keech u spara 'l fuq fil-popolarità tiegħu. Diġà ffirma l-kuntratt u ser nisimgħu dalwaqt fuq launch qawwija min-naħa ta' ClubHouseNext fejn ser jagħtu merħba lil Henry. @clubhousenext 🧟‍♂️🧟‍♂️🧟‍♂️ @henrygalea ♬ original sound - clubhousenext Tassew kburin bik Henry. Min isir jaf lil Henry, isir jaf ukoll kemm huwa umli u saqajh mal-art. Minn Gwida.mt , nawgurawlek ħafna affarijiet sbieħ u aktar suċċessi! Kburin bik! Ritratt: Instagram/ D_Real_Henry Mingħajr tbissima jħossu b'xi ħaġa nieqsa. L-istorja ta' Malta hija mwaħħda miegħu. Is-safar mhux inqas fejn l-hena tiegħu jiskopri kulturi differenti fejn hemm jintilef f'dinja ta' memorji u nostalġiji li biddlet id-dinja tul iż-żmien. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/isma-il-kanzunetti-finalisti-tal-ghanja-tal-poplu-ta-din-is-sena
Isma' Il-Kanzunetti Finalisti Tal-Għanja Tal-Poplu Ta' Din Is-Sena
www.gwida.mt
Minħabba s-sitwazzjoni preżenti il-finali ta' L-Għanja tal-Poplu 2020 se tkun biss għat-televiżjoni bi produzzjoni televiżiva mill-PBS. Din is-serata li intom ilkoll tistgħu taraw ħa tkun trażmessa nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru. Fl-aħħar ta' dan il-festival jitħabbru r-rebbieħa ta' L-Għanja tal-Poplu 2020. Hekk it-telespettaturi se jgawdu minn xalata ta' kanzunetti oriġinali bil-Malti, b'messaġġi li jolqtu lilna wkoll. Il-mistieden speċjali ta' dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-kantawtur lokali is-sena l-oħra rebaħ l-edizjoni bil-kanzunetta Il-Verità. Agħfas fuq isem il-kanzunetta biex tkun tista' tismaha: Anġli Żgħar – Kayley Cuschieri (Joe Julian Farrugia, Philip Vella) F'Dirgħajk – Jean Claude Vancell (Kantawtur) Fittixtek – Ruth Portelli (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna) Ftakru – Charisse Ann Vassallo (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna) Ħass u Basal – Kemmuna Airways (Rita Pace) Il-Fqir – Catriona Brincat u Mario Debono (Mario Debono – Kantawtur) Il-Passat Mhux Garanzija tal-Futur – Charlene Mercieca Magro (Rita Pace) Jien u Int – Marilyn Aquilina (Kantawtriċi) Mediterran – Amber Marie Coleiro (Joe Julian Farrugia, Andrew Zammit) Minn Taħt l-Ilsien – Amber Grace (Rita Pace, Marco Debono) Missier Aħfrilhom – Christabelle Scerri (Rita Pace, Augusto Cardinali) Mobile – Natalie Naudi (Kantawtriċi) Normalità Ġdida – Jamm Band (Mark Cachia – Kantawtur) Professuri – Rachel Lowell (Emil Calleja Bayliss, Rachel Lowell, Philip Vella) Sakemm Sibt Garaxx – Sarah Micallef Muscat (Frederick Camilleri, Augusto Cardinali) Sant'Antnin – Rita Pace (Kantawtriċi) Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/filmat-sorpriza-ghal-belle-li-llum-taghlaq-29-sena
Filmat Sorpriża Għal Belle Li Llum Tagħlaq 29 Sena!
www.gwida.mt
Illum, propju fid-29 tax-xahar t'Awwissu Belle tagħlaq 29 sena. B'hekk dan huwa l-faqsitu speċjali tagħha. Il-ħabib ta' Belle, Ryan, ħadem filmat bħala sorpriża għaliha fejn fih isemmi ftit mill-aqwa karatteristiċi li jagħmlu lil Belle il-persuna li hi. Fost l-oħrajn Ryan jiddeskriviha bħala stilla, omm u persuna b'qalb tad-deheb li hija mimlija enerġija u ferħ u li hi maħbuba minn bosta persuni. Ryan jagħlaq il-filmat permezz ta' filmati ta' Christabelle, fost l-oħrajn b'siltiet mill-live shows li hi tagħmel fuq Facebook. Tista' tara l-filmat HAWN . Il-Live Shows ta' Belle saru famużi waqt il-pandemija tal-Covid-19, meta Belle bdiet toħroġ live fuq Facebook b'mod regolari bil-għan li żżomm kumpanija li dawk li kienu qed iqattgħu siegħat twal mgħaluqin fi djarhom. Maria għandha 5 snin esperjenza fil-qasam tat-televiżjoni, il-ġurnaliżmu u l-komunikazzjoni. Il-ftit ħin liberu li għandha tqattgħu ssajjar jew tippjana s-safra li jmiss. Speċjalizzata fir-riċerka soċjoloġika u ppassjonata dwar diversi temi ta' ġustizżja soċjali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-tkanta-the-prayer-man-nannu-ta-82-sena
Bil-Filmat: Tkanta The Prayer Man-Nannu Ta' 82 Sena
www.gwida.mt
Davinia Pace li hija artista Maltija li qed tistudja d-drama u l-palk fl- American Academy of Dramatic Arts tellgħet filmat fuq il- facebook tagħha fejn kantat 'The Prayer' flimkien man-nannu tagħha. In-nannu għandu 82 sena. Saħqet li dan huwa mument li se tgħożż għal dejjem! Insellmu lin-nanniet kollha; kemm dawk li għadhom magħna u anke dawk li ħallewna! Dawn huma mumenti li għandhom ituna l-iżjed ferħ; mhux il-materjal biss, imma l-imħabba ta' bejnietna u mal-familji tagħna. Prosit Davinia! Ritratt: Facebook/ Davinia Pace Mingħajr tbissima jħossu b'xi ħaġa nieqsa. L-istorja ta' Malta hija mwaħħda miegħu. Is-safar mhux inqas fejn l-hena tiegħu jiskopri kulturi differenti fejn hemm jintilef f'dinja ta' memorji u nostalġiji li biddlet id-dinja tul iż-żmien. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/jekk-taraw-xini-lejn-ic-cirkewwa-tihdux-qatgha
Jekk Taraw Xini Lejn Iċ-Ċirkewwa Tiħdux Qatgha…
www.gwida.mt
Bħalissa għaddej il-ġbid ta' film - dokudrama bl-isem ta' God's Soldier fiċ-Ċirkewwa li huwa bbażat fuq storja mill-Assedju l-Kbir tal-1565. Dan il-film qed jinħadem f'Malta, fit-Turkija, l-Ingilterra u anke fl-Awstrija. Ta' unur il-fatt li kważi l-'cast' huwa kollu Malti b'atturi bravissimi bħal Davide Tucci, Sinclair Mifsud u Rudy Emmanuel Catania. Din il-produzzjoni interessanti mistennija tixxandar anke fis-swieq internazzjonali lejn l-aħħar tas-sena 2020. Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli tenniet li dan jagħmilha kburija b'pajjiżna fejn apparti li Malta se tintwera quddiem udjenzi internazzjonali, dan ix-xogħol se jkompli jkabbar l-għarfien dwar l-istorja u ġrajjiet pajjiżna. Prosit u awguri lill-kast kollu kif ukoll lil dawk kollha involuti! Ritratt: Facebook/ Elizabeth Schuch Mingħajr tbissima jħossu b'xi ħaġa nieqsa. L-istorja ta' Malta hija mwaħħda miegħu. Is-safar mhux inqas fejn l-hena tiegħu jiskopri kulturi differenti fejn hemm jintilef f'dinja ta' memorji u nostalġiji li biddlet id-dinja tul iż-żmien. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/jirb-u-l-konkors-kanzunetta-indipendenza-junior-d-dwett-rihana-u-katrina---segwi-aktar-hawn
Jirbħu L-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior D-Dwett Katryna u Rihana - Segwi Aktar Hawn!
www.gwida.mt
Illejla waqt KKI Junior li xxandar fuq NET Television u ġie ppreżentat minn Mark Azzopardi u Emma Cutajar, kantaw total ta' 20 finalist/a. Kull kanzunetta kellha l-ispeċjalità tagħha u kellna varjetà kbira ta' stili u vuċijiet. Minn dawn l-20 kanzunetti, rebħet Tfixkluniex Tħawduniex ta' Katryna u Rihana fuq kliem ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Kaya. Ir-rebbieħa tat-televoting kienet il-kanzunetta Nixtieq kantata minn Rihanna Marie fuq kliem ta' Rita Pace u mużika ta' Marco Debono. Il-kanzunetta Stennew Ftit ta' Eve Tabone miktuba minn Emil Calleja Bayliss u kompożizjoni ta' Mark Spiteri Lucas rebħet il-kategorija tal-kantanti minn 11-il sena 'l isfel. Fit-tieni post ġiet Żarbuna Waħda ta' Kayleen Mercieca miktuba minn Rita Pace u mużika ta' Marco Debono segwita fit-tielet post minn M'Hemmx Kliem ta' Marija Djinovic fuq kliem ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Mark Spiteri Lucas. Il-kanzunetta Tfixkluniex Tħawduniex ta' Katryna u Rihana bi kliem ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Kaya rebħet il-kategorija tal-kantanti sa 15-il sena. Fit-tieni post ġiet Nixtieq kantata minn Rihanna Marie u miktuba minn Rita Pace u mużika ta' Marco Debono segwita minn Għażiż Pittur ta' Luana Schembri fuq kliem ta' Rita Pace u mużika ta' Mark Spiteri Lucas, fit -tielet post. Nifirħu lil dawn il-kantanti bravissimi kollha u nittamaw li nerġgħu narawhom ixerrdu t-talent tagħhom ma ndumux! Prosit kbira mill-ġdid lid-dwett Katryna u Rihana, kif ukoll lit-tim mill-aqwa tagħhom Emil Calleja Bayliss U Kaya! Issa jmiss għada l-KKI fl-istess ħin fuq NET Television. Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/50-inkredibbli-f-mohhi-ghadni-zaghugha-ismi-jghidli-mod-iehor---stephanie-spiteri
"50!! Inkredibbli: F'Moħħi Għadni Żagħżugħa… Ġismi Jgħidli Mod Ieħor" - Stephanie Spiteri
www.gwida.mt
Għada tiċċelebra għeluq sninha l-preżentatriċi Stephanie Spiteri u fuq il-profil tagħha hi qasmet status tassew mill-qalb! Stephanie tgħid, "50! Inkredibbli: f'moħħi għadni żagħżugħa… ġismi jgħidli mod ieħor. Kuljum aktar u aktar ngħożż in-nies f'ħajti: ommi li għall-ewwel darba mhix hawn biex tawgurali f'għeluq snini, missieri li ilni xhur ma nara, iż-żewġ ħuti speċjali tiegħi Anna Muscat u Magda Spiteri, ibni Michael Bugeja, is-sieħeb u l-imħabba tiegħi Kartal Turkdogan, ħija "l-adottat" tiegħi Anton Grech." Jidher li f'ħajjitha għandha numru ta' nies speċjali! "Jiena mbierka b'kemm intom ħbieb li jimpurtahom, li jgħożżuni għal dak li jien, u li jsaħħu ħajti bl-affezzjoni ġenwina tagħhom. Tafu min intom… tgħanniqa virtwali kbira u ħerqana għal waħda vera li Alla jrid tkun dalwaqt!" Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlek ġurnata mill-isbaħ Stephanie. Nittamaw li tgħaddiha bl-aħjar mod possibbli f'dan iż-żmien straordinarju. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/ahna-nargumentaw-dwar-kollox-taht-ix-xemx---ira-losco-dwar-sean
"Aħna Nargumentaw Dwar Kollox Taħt Ix-Xemx" - Ira Losco Dwar Sean
www.gwida.mt
Illum qed jiċċelebra għeluq sninu Sean Gravina! F'din il-ġurnata speċjali Ira ħalliet messaġġ mill-isbaħ lir-raġel tagħha! Ira kitbet, "Awguri f'għeluq sninu lill-aqwa sieħeb tiegħi. Aħna nargumentaw dwar dak kollu taħt ix-xemx, imma nħobbu wkoll il-kumpanija ta'xulxin." Ira li kif tafu x-xahar li ġej flimkien ma' żewġha ħa jkunu qed jilqgħu lit-tarbija ċ-ċkejkna tagħhom tkompli tgħid, "Ix-xahar id-dieħel int tkun missier mhux biss għal Harry imma wkoll għat-tifla żgħira tagħna. Inħobbok. Għal ħafna aktar għeluq snin flimkien!" Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Sean f'għeluq sninu u lill-koppja li dalwaqt jilqgħu f'din id-dinja t-tieni wild tagħhom. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-qed-ingorr-ir-responsabbilt-ghaliex-se-nsajjar-ghall-familja-jien---gwen
Bil-Filmat: "Qed Inġorr Ir-Responsabbiltà Għaliex Se Nsajjar Għall-Familja Jien!" - Gwen
www.gwida.mt
Wisq ħelwa din it-tifla. Ma nafx qatt inzertajtux xi filmat jew riċetta minn tagħha. Jisimha Gwen; bravissima mmens. Titkellem Malti tajjeb u rraġunat kif ukoll l-Ingliż b'aċċent perfett ukoll. U xi ngħidu għat-tisjir! Tinqala' ta' veru! Imma ggustajna wkoll kemm tirraġuna! Araw il-filmat; jitkellem waħdu... għidulna taqblux magħna?! Brava Gwen! Għad narawk fuq it-televiżjoni lokali. Insellumlek minn Gwida.mt Ritratt: Facebook/ Gwen's Cooking Club
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-x-gara-ezatt-meta-biedet-il-fekruna-fuq-il-bajja-jumejn-ilu
Bil-Filmat: X'Ġara Eżatt Meta Biedet Il-Fekruna Fuq Il-Bajja Jumejn Ilu?
www.gwida.mt
Dalgħodu, Mr. Lelio minn Gozo College Rabat Primary mar bla ħsieb Ramla Bay fejn hemm tkellem f'intervista ma' Angelique, membru minn Nature Trust Malta. Angelique tispjega eżatt dwar x'ġara meta koppja li kienu fuq il-bajja ċċumbaw fekruna tiela mill-baħar u hekk kif innutawha ser tbid, kienu pronti ċemplu Nature Trust. Angelique tisħaq li "konna xxurtjati ħafna ħafna ħafna" li setgħu ikunu xhieda ta' dan il-kors tan-natura fuq il-bajja Maltija. Tispjega aktar fid-dettall bosta informazzjoni dwar il-bajd li biedet il-fekrunau u l-proċess li tgħaddi minnu. Tagħlaq billi tirringrazzja għall-appoġġ li dejjem rċevew f'xogħolhom kif ukoll tistieden lil kull min jixtieq jingħaqad ma' Nature Trust bħala volontarjat biex jagħmel kuntatt magħhom minnufih. Mr. Lelio lest li jingħaqad magħkom ukoll!
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/na-seb-int-kapaci-tkanta-bil-maskra-hux---ludwig-jircievi-telefonata
"Naħseb Int Kapaċi Tkanta Bil-Maskra Hux?" - Ludwig Jirċievi Telefonata
www.gwida.mt
Il-kantant lokali Ludwig Galea, qasam episodju ħelu li kellu aktar kmieni llum meta persuna ċempillu sabiex jara kieku jressaq it-tieġ tiegħu għal dan iż-żmien ikunx jista' jkantalu waqt il-quddies. Waħda mir-regoli fil-quddies hi li tintlibes il-maskra, is-sinjur li ċempel lil Ludwig b'hekk staqsieh jekk hux kapaċi jkanta liebes maskra. Jidher li din mhux l-unika telefonata li rċieva l-kantant. Hu jispiċċa l-koversazzjoni tiegħu bil-kelma, "Għajjejt." Insomma tul l-imxija tal-Covid-19, inħolqu episodji ħelwin bħal dawn! Nittamaw li nisslu tbissima fuq fomm dak li jkun ukoll!
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/esklussiva-beda-jinhadem-ic-caqqufa-u-ser-ikompli
Esklussiva: Beda Jinħadem Iċ-Ċaqqufa U Ser Ikompli!
www.gwida.mt
Tiftakruha lit-tabiba Rose (Lara Azzopardi)? In-nanna Karla (Veronica Farrugia) u n-Nannu Ninu (Paul Caruana)? Kull nhar ta' Tlieta kulħadd kien ikun imwaħħal mas-sett tat-televiżjoni u jistenna liċ-Ċaqqufa jibda. Fl-2013 rajna l-ewwel episodju taċ-Ċaqqufa minn hemm sploda fil-popolarità u kien jikklassifika bħala l-aktar drama segwita ta' dak iż-żmien! Iċ-ċaqquffa kienu għamlu 3 staġuni tiegħu u kien spiċċa fl-2016. Iżda kienu wiegħdu li ser ikompli fl-2022! Minn tagħrif li kiseb Gwida.mt, jidher li ċ-Ċaqqufa ser ikompli tassew! Bħalissa qed jinkitbu x-xeni. Mhux magħruf fuq liema stazzjon ser jixxandru u meta ser jibdew. Imma nwiegħdukom li aħna ser inkunu minn tal-ewwel li ngħidulkom. Pierre Portelli, l-awtur u l-producer ta' din id-drama jikkonferma magħna li diġa beda jikteb ir-raba' sensiela ta' din id-drama. Staqsejnieh jekk hux ser ikompli 2022 u qalilna... "M a jfissirx li se jkun on air 2022. Dik hi d-data meta seħħet l-aħħar xena li dehret. Dak li wassal għaliha seħħ qabel u ma niddejjaq xejn li l-istorja se tkompli fil-futur sa 2030. Bhalma immorru lura bil-flashbacks ma narax għaliex ma nistawx nagħmlu flashforward". Għal min ma jiftakarx l-istorja! L-istorja iddur fuq Rose, mara li ma taqta' qalbha minn xejn! L-unika darba li beżgħet kienet meta weldet l-ewwel tarbija tagħha Michael. Fl-ewwel episodju kienet qalet, "Qatt ma bżajt mill-ebda sitwazzjoni li sibt ruħi fiha, imma li nwelled ma kontx preparata għaliha". It-tifel tagħha Michael ġie wara li Rose ġiet stuprata minn ħu r-raġel tagħha. Lil Michael dejjem rabbietu b'għożża, iżda x-xogħol u l-politika kienu rikbuha! Rose kienet tħalli lil Michael man-nanna Karla. Mara li ma kinitx taf turi imħabba, dixxiplinata u ta stoffa. Fl-ewwel episodju rajna wkoll it-twelid ta' Rose fejn in-nanna Karla ma kienet kuntenta xejn biha! "Twieldet Ċaqqufa" hekk kienet issejħilha. Ċaqqufa hija tifla fost is-subien, tifla li skont Karla ħasritilha il-pjanijiet tagħha. In-nanna Karla riedet tifel. L-istorja kienet għalqet b'dan il-mod. In-nanna Karla kienet ħallietna u Rose iżżewġet lis-Sur Alex Mamo (Davide Tucci) bla ħsieb. It-tifel ta' Rose, Michael kien mar jistudja barra u Rose minħabba kwistjoni ma setgħetx tmur tarah. Fis-sena 2022 Rose tidher b'tarbija. Imma din hija tagħha jew tat-tifel tagħha Michael? Liema tarbija Michael ma jieħu pjaċir xejn biha! Iżda xi ġralu Michael u għaliex qiegħed fi sptar tal-moħħ? Ara kif spiċċa... Ħerqan biex iċ-Ċaqquffa jkompli? Tgħid l-istorja ser tirrepeti ruħha?
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/fejn-tahseb-li-sebah-dalghodu-il-prim-ministru-ta-malta-robert-abela
Fejn Taħseb Li Sebaħ Dalgħodu Il-Prim Ministru ta' Malta Robert Abela?
www.gwida.mt
Jidher li dalgħodu, il-Prim Ministru beda l-ġurnata tiegħu ġewwa l-gym flimkien mas-Segretarja Parlamentari l-Onorevoli Rosianne Cutajar. L-Onorevoli Cutajar qasmet dan ir-ritratt fuq il-mezzi soċjali tagħha ftit tal-ħin ilu. Hekk kif illum tneħħew ħafna mill-miżuri imposti fil-pajjiż, jidher li l-Prim Ministru għal darb'oħra mexa bl-eżempju u mal-ftuħ tal-gyms hu beda jidħol għar-rutina normali tiegħu. L-Onorevoli Cutajar kitbet, "Lura għan-normalità b'attenzjoni lejn ir-regoli tad-distanza soċjali!"
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/niftakar-li-hassejt-li-din-kienet-l-akbar-udjenza-li-qatt-kont-se-nkanta-ghaliha---ira-losco-b-harsa-lura-lejn-l-2002
"Niftakar Li Ħassejt Li Din Kienet L-Akbar Udjenza Li Qatt Kont Se Nkanta Għaliha" - Ira Losco B'Ħarsa Lura Lejn L-2002
www.gwida.mt
Iddominat ix-xena lokali għal dawn l-aħħar snin, iżda wieħed jista' jgħid li dan il-lejl maġiku, 18-il sena ilu kien il-lejl li qaleb il-karriera ta' Ira ta' taħt fuq. It-tfajla ta' 20 sena kienet fuq il-palk tal-Eurovision f'isem pajjiżna u wara wirja mill-aqwa, pajjiżna spiċċa jiġġieled għall-premju finali. Iżda dakinhar spiċċajna 12-il punt 'il bogħod fit-tieni post. F'dak il-mument wieħed jista' jgħid li twieldet stilla, still mhux biss minħabba r-riżultat imma Ira bdiet taħdem bla waqfien sabiex tibnu karriera. Hi tħares lura lejn dak il-lejl maġiku, hi tgħid li għalkemm kellha biss 20 sena, "niftakar li ħassejt li din kienet l-akbar udjenza li qatt kont se nkanta għaliha, kelli 20 sena biss, imma ħassejtni kalma, komposta, preparata." Hi tgħid li kienet innoċenti u ġdida fix-xena, ma kinitx taf ħażen u riedet biss li tkanta u n-nies ikunu jafu li Ira Losco teżisti. Losco tistqarr, "Xtaqt nagħmel lil pajjiżna kburi u kont naf li ħafna nies kellhom fiduċja fija u li ħafna tfal, il-ġenerazzjoni żagħżugħa f'Malta dak iż-żmien kienu tassew ħerqana għalija." Ira tkompli, "Imma jien tant grata li dak il-lejl fetaħ daqstant bibien għalija u ħejja triq tiegħi għal dak li kellu jiġi. Naf li ma ridtx inkun kantant ta' darba li nkanta dik il-kanzunetta biss għall-bqija ta' ħajti. Xtaqt nikteb kanzunetti, album, ndoqq f'kunċerti, nkanta fuq palk internazzjonali, nikkollabora ma' artisti oħra u sempliċement ngħix il-mużika." Ira tkompli l-messaġġ tagħha li kienet iffurtunata li ntaqgħet ma' nies li kellhom l-istess viżjoni tagħha. B'ċajta tgħid li xi ħadd qal li hi n-nanna tal-mużika Maltija, temmen li għadha ma waslitx f'dak l-istat imma tittama li meta tkun nanna ukoll tkun għadha għaddejja tagħmel il-mużika. Min jaf tkunx għadha tkanta 7th Wonder? F'dan il-filmat riċenti tidher tkanta l-kanzunetta li tista' tgħid kienet il-bidu tal-karriera tagħha u l-istorja ta' suċċess ta' Ira Losco. Waħda mill-ftit okkażjonijiet li erġajna rajnieha tkanta din il-kanzunetta li kellha kliem ta' Gerard James Borg u mużika ta' Philip Vella.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/mananni-tridha-tal-pulita-fit-tmeninijiet
Mananni Tridha Tal-Pulita... Fit-Tmeninijiet!
www.gwida.mt
Norma Cristina, bint l-attriċi bravissima Vitorin Galea tefgħet ritratt fuq facebook ta' ommha flimkien mal-attur bravu ieħor Josie Coppini. Norma stqarret li dan ir-ritratt inġibed waqt play li kitbet hi stess bl-isem ta' Mananni tridha tal-pulita. Ritratt nostalġiku li jqanqal emozzjonijiet sbieħ. Fl-istess waqt ifakkarni f'dawn l-atturi tant maħbuba mill-poplu li llum m'għadhomx magħna, kif ukoll niftakru meta l-palk kien l-aqwa mument wara ġimgħa ta' xogħol. Id-divertiment dari, kien jinkludi bosta drabi li wieħed imur jara xi dramm. Żmien sabiħ! Ritratt: Facebook/ Norma Cristina
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-id-drop-out-dj-brass-u-mike-spiteri-iferrhu-lir-residenti-ta-zammit-clap
Bil-Filmat: Id-Drop Out Dj Brass U Mike Spiteri Iferrħu Lir-Residenti ta' Zammit Clap
www.gwida.mt
Id-Drop Out Dj Brass fuq idea ta' Mro. Joseph Chircop u Justin Azzopardi ilhom li bdew imorru jdoqqu fit-toroq biex iferrħu lill-poplu Malti waqt din il-pandemija tal-covid 19. Intlaqgħu tajjeb u Joseph Chircop ġietu idea li jkellem lil Mike Spiteri biex jingħaqad magħhom u jibdew imorru jdoqqu wkoll fir-residenti tal-anzjani, fosthom Roseville f' Ħ'Attard u Zammit Clap f' Tas-Sliema. Dawn il-mużiċisti qegħdin jagħmlu dan kollu b'mod volontarju u mhux talli hekk, talli qed jiġbru wkoll il-flus li qed imorru għall-Annimali. Wara kull attività saħansitra jtellgħu l-irċevuti fuq il-Paġna tagħhom ta' facebook. Ritratt: Facebook/ Joseph Chircop
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/b-filmat-esklussiv-ira-cemplitli-xahrejn-qabel-it-tieg-rosemarie-il-mohh-wara-l-libsa-t-ira
B'Filmat Esklussiv: "Ira Ċemplitli Xahrejn Qabel It-Tieġ" Rosemarie, Il-Moħħ Wara L-Libsa T'Ira
www.gwida.mt
Gwida.mt tkellem ma' Rosemarie Abela, d-disinjatriċi tal-libsa tat-tieġ t'Ira Losco. Ira żżewġet lil Sean Gravina fit-30 ta' Novembru, 2019. Kien proprju xahrejn qabel li Ira bdiet tikkuntatja n-nies għat-tieġ tagħha. "Ira ċemplitli xahrejn qabel it-tieġ u qaltli "Ro għandi sorpriża għalik". Is-sorpriża t'Ira lil Rosemarie kienet li ser tagħmilha l-libsa tat-tieġ! Probabbli l-aktar libsa tat-tieġ popolari tal-2019. Libsa sempliċi b'dettall interessanti. Rosemarie tistqarr magħna li Ira riedet libsa sempliċi, "Morna għal dan is-satin li hu ddettaljat ħafna fl-għamla tiegħu imma fl-istess ħin ma jleqqx biex ma tispikkax iżżejjed". Dakinhar tat-tieġ, Ira kienet eċitata immens tant li infaqgħet tibki ma' Rosemarie. Rosemarie dakinhar offriet lil Ira tlibbisha ħalli tkun moħha mistrieħ: "Il-ġurnata tat-tieġ għad-disgħa u nofs morna għandha, rajna li kulħadd orrajt u ma jonqsu xejn. Libbisna lil bridesmaids, lil ommha Maggie, imbagħad libset Ira. Kellna naqra buttuni x'naqflu, istimjajna l-libsa tat-tieġ eżatt qabel libsitha wkoll u ħareġ kollox tajjeb! Thank God ma nqala xejn dakinhar". Libsa tat-tieġ sabiħa mingħajr ebda xenxilli, ideali għal artista bravissima bħal Ira. Segwi l-intervista li għamel Gwida.mt ma' Ira f'dan il-filmat: L-intervista ma' Rosemarie tkompli...
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/id-debutt-tat-tifel-ta-clayton-u-lenies-fi-ftit-hin-iehor
Id-Debutt Tat-Tifel Ta' Clayton U Lenies Fi Ftit Ħin Ieħor
www.gwida.mt
Ftit tax-xhur ilu l-atturi Clayton Pace u Lenies Gauci kellhom tifel ġustużinu li semmewh Noah. U bħal ommu u missieru jidher li Noah se jkun involut ħafna fix-xena televiżiva, propju propju għax sa llejla stess se jkun qed jidher għall-ewwel darba fuq is-serje televiżiv Fattigi! Fuq il-medja soċjali, Clayton kiteb: "Ninsabu diġà bit-televiżjoni mixgħul biex naraw id-debutt ta' Noah fil-finale tat-tieni staġun tas-serje Fattigi. Nisperaw wara dawk ir-rehearsals kollha li għamilna miegħu jien u Lenies joħroġna ta' nies." Tgħid se jagħmel parti tajba Noah? Illejla Fattigi se jkun qed jintwera fuq NET fid-9:00pm.
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/ir-ragel-iz-zghir-tieghi-illum-jaghlaq-23---moira-delia
"Ir-Raġel Iż-Żgħir Tiegħi Illum Jagħlaq 23" - Moira Delia
www.gwida.mt
Kull min ikollu t-tfal kulħadd jgħidlek... it-tfal jikbru malajr! U jidher li hekk ġralu t-tifel ta' Moira, Gianni Delia. Illum Gianni kien qed jiċċelebra l-23 sena tiegħu. B'sens ta' nostalġija, fuq il-medja soċjali Moira żvelat żewġ ritratti - wieħed ta' meta Gianni kien għadu kif twieled u ieħor ta' Gianni kif jidher illum il-ġurnata. X'differenza! Aħna minn Gwida.mt nittamaw li Gianni kellu ġurnata mill-isbaħ u gawdiha kif seta. Awguri Gian!
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/success-ghall-kantanti-maltin-f-festivals-barra-minn-xtutna
Suċċess Għall-Kantanti Maltin F'Festivals Barra Minn Xtutna
www.gwida.mt
F'festival 'online' fil-Belarus bl-isem ta' Lemari kien hemm 200 kantant minn 21 pajjiż differenti. Il-Maltin ħarġu rebbieħa sew: Ritratt: Facebook/ Malta Talents 🏆🥇Kaya Gouder Curmi – l-ewwel post u 'overall winner' fil-kategorija ta' bejn it-8-9 snin. 🏆🥇Neil Sant – L-ewwel post fil-kategorija ta' bejn l-10-11-il sena. 🏆🥇Mychael Bartolo Chircop – L-ewwel post fil-kategorija ta' bejn it-12 u l-14-il sena. 🏆🥈Leah Cauchi – It-tieni post tal-kategorija ta' bejn it-12-14- il sena. 🏆🥇Nicole Hammett – L-ewwel post tal-kategorija ta' bejn il-15-17-il sena. 🏆🥈Michelle – 2nd Degree Diplomant fil-kategorija minn 18-il sena 'il fuq. Waqt li fil-festival Good Vibes 2020 fir-Rumanija, 3 finalisti minn 16-il kantant huma Maltin: Beppe Caruana, Mychael Bartolo Chircop u Nicole Hammet. Dawn ikkwalifilkaw minn 130 kantant. Mychael Bartolo Chircop rebaħ il-Junior Gran Prix filwaqt li Nicole Hammet kienet 2 punti biss 'il bogħod milli tirbaħ il-Gran Prix tal-kategorija tal-adulti! Awguri lilkom ilkoll mingħandna ta' Gwida.mt! Ritratt: Facebook/ Malta Talents
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-ma-kontx-naf-hux-hajja-jew-mejta---augusto-cardinali-b-kanzunetta-ghal-ommu
Bil-Filmat: "Ma Kontx Naf Hux Ħajja Jew Mejta" - Augusto Cardinali B'Kanzunetta Għal Ommu
www.gwida.mt
Ilbieraħ waqt Xarabank, Augusto Cardinali qasam magħna memorja mill-karriera tiegħu meta waqt li ommu kienet qiegħda fl-aħħar mumenti, hu kien qiegħed fuq il-palk ikanta kanzunetta għaliha. 'Tereża' kienet kanzunetta bi kliem indirizzat lil ommu fejn Augusto jesprimi mħabbtu lejha. Huwa tkellem ma' Peppi dwar kemm ma kinitx faċli għalih ikanta kanzunetta bħal dik għal ommu waqt li "ma kontx naf hux ħajja jew mejta". Segwu l-prestazzjoni ta' 'Tereża' hawn hekk:
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-corazon-tispicca-l-vittma-ta-neville-u-angie
Bil-Filmat: Corazon Tispiċċa L-Vittma Ta' Neville U Angie
www.gwida.mt
Angie waqt Noli ddeċidiet li flimkien ma' Neville tagħmel ċajta lil Corazon. Angie talbet lil Neville jċempel lil Corazon biex jgħidilha li daħal spettaklu kbir u dan l-ispettaklu ħa jħallsuhom sewwa. L-unika ħaġa li għal dan il-kunċert kien se jkollhom ikantaw kanzunetti differenti u jilbsu kostumi li mhux imdorrijin jilbsu ssoltu. Corazon baqgħet kalma u bdiet tistaqsi lil Neville għal aktar dettalji! Neville aktar ma jitkellem magħha, donnu beda jbiddel fehmtu u ma kienx daqshekk ċert li ħa jagħmel dan l-ispettaklu. Corazon qaltlu sabiex jaraw l-affarijiet u jitkellmu mal-organizzaturi u jimxu minn hemm. Iktar kienet inkwetata li l-kanzunetti li għażlu u l-kostumi li kienu qed jitolbuhom jilbsu ma għadhomx daqshekk moda u jekk hu xi spettaklu għat-tfal dawn mhux ħa jieħdu gost bih, milli l-fatt li kellha tilbes dawn il-kostumi u tkanta dawn il-kanzunetti. Insomma donnha emmnet kollox u ma ndunatx li kienet ċajta minn Angie u Neville. Angie ma felħitx aktar u qalet lil Neville jgħidilha li kienet ċajta. Timmaġinaw lil Neville u lil Corazon ikantaw dawk il-kanzunetti?
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/hara-kelma-baxxa-jew-maltija
Ħâra - Kelma Baxxa Jew Maltija?
www.gwida.mt
F'Għawdex hemm triq jisimha Triq ir-Rokon li qabel kienet magħrufa bħala l-Ħâra tar-Rikin. Imma l-kelma ħâra hija baxxa jew waħda Maltija li ntilfet matul iż-żmien? Fil-verità, dil-kelma tfisser pjazza jew fetħa, u l-ewwel 'a' hija tintqal fit-tul: 'ħaara'. Fil-lingwa Maltija l-uniku aċċent li żammejna fuq l-ittra 'a' huwa à bħal meta ngħidu pereżempju solidarjetà. Kull aċċent ieħor ġie null. B'dan il-mod il-kelma ħâra waqfet tkun parti mill-lingwa Maltija moderna.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-ilbierah-kieku-sar-il-eurovision-din-is-sena-sar-b-mod-differenti
Bil-Filmat: Ilbieraħ Kieku Sar Il-Eurovision... Din Is-Sena Sar B'Mod Differenti!
www.gwida.mt
Il-jum tal-bieraħ is-soltu jkun ikkaraterizzat b'tant mistennija, b'bosta familji jinġabru għand xulxin jaraw l-ispettaklu li joffri l-Eurovision ta' kull sena. Spettaklu kontroversjali imma maħbub. Aħna l-Maltin irridu nammettu, li aħna ħafna li nħobbuh. Destiny kieku kienet se tirrappreżenta lil pajjiżna. Iżda lbieraħ sar programm speċjali minħabba li din is-sena ma sarx bħas-soltu minħabba l-pandemija tal-Covid-19 bl-isem ta' "Eurovision: Europe shine a light" fejn intwerew filmati ta' bosta kanzunetti minn pajjiżi fosthom minn pajjiżna. Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina kiteb fuq facebook li jħossu kburi li lbieraħ waqt l-ispettaklu, dehret il-Kalkara f'isem Malta li spikkat mal-ibliet mill-pajjiżi Ewropej u oħrajn. Tenna li jħossu komoss li minn fost tant żoni, kellha tkun din il-binja storika ta' Bighi fil-Kalkara li tħalli l-marka tagħha. Prosit tassew u għall-sena oħra... Kuraġġ lill-artsiti kollha u lil dawk li għandhom il-Eurovision tant għal qalbhom! Ritratt: Facebook/ Wayne Aquilina
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/l-avventura-ta-liquorish-mhux-ser-tibqa-tixxandar-aktar-nhar-ta-tnejn
L-Avventura Ta' Liquorish Mhux Ser Tibqa' Tixxandar Aktar Nhar Ta' Tnejn Għal Dawn Il-Ġimagħtejn
www.gwida.mt
Aħbar li żgur ħa tissorpendi xi ftit lis-segwaċi ta' dan il-programm, iżda jidher li minħabba xandiriet li huma skedati, il-programm popolari Liquorish ħa jkun qed imexxi l-ġurnata li fih jixxandar sabiex jibqa' għaddej u jispiċċa fil-ħin. Minn kull nhar ta' Tnejn, għal ġimagħtejn li ġejjin ħa jkun qed jixxandar l-Erbgħa fid-20:45. Ir-repetizzjoni tal-programm ħa tibqa' ssir il-Ġimgħa, kif kienet qabel. Jekk taf xi ammiratur ta' dan il-programm aħjar tinformah u tgħaddilu waħda dan l-artiklu.
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/min-qatt-kellu-jghidilna-x-sena-konna-se-naffacjaw---pamela-bezzina
"Min Qatt Kellu Jgħidilna X'Sena Konna Se Naffaċjaw?" - Pamela Bezzina
www.gwida.mt
Il-kantanta Maltija Pamela Bezzina sabet ruħa f'nostalġija hekk kif illum tellgħet żewġ ritratti taċ-ċelebrazzjonijiet li kienu saru għas-sena ġdida 2020 sitt xhur ilu. B'referenza għall-pandemija, Pamela qalet "Min qatt kellu jgħidilna x'sena konna se naffaċjaw? Nimmisja nkanta quddiem in-nies, minix ċerta jekk nimmisjax nipprepara għax indum siegħat sħaħ biex inlesti!" Tgħid se nkunu nistgħu niċċelebraw lejliet tas-sena l-ġdida 2021?
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-smajtu-lil-kabo-jag-mel-dwett-ma-parte-ipant-tal-x-factor
Bil-Filmat: Smajtu Lil Kaboċċ Jagħmel Dwett Ma' Parteċipant Tal-X Factor?
www.gwida.mt
Għal dawn in-nies li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta 'Xemx' ser tuġagħhom ftit qalbhom. Wara li tara l-filmat t'hawn taħt, il-kaboċċ iddeċieda li jagħmel dwett ma' Chaz. Chaz hua tiktoker magħruf ħafna u popolari! Għal min jiftakar fit-tieni staġun ta' X Factor Malta kien kanta quddiem il-ġurija! Iżda l-popolarita tiegħu splodiet! Imsomma dan hu d-dwett ta' dawn it-tnejn! Tieħdux qatgħa!
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-bdejt-na-dem-fuq-din-il-ver-joni-fi-mien-ikrah---amber-tifta-qalbha
Bil-Filmat: "Bdejt Naħdem Fuq Din Il-Verżjoni Fi Żmien Ikrah" - Amber Tiftaħ Qalbha
www.gwida.mt
Illum tista' tgħid li bdejna t-triq tan- normalità u għadd ta' restrizzjonijiet ġew imneħħija. Ftit ġranet oħra u anke l-ajruport ser jinfetaħ. Għamilna passi tajbin u f'waqthom. "Huwa grazzi għalikom li pajjiżna qed jirritorna għan-normalit à tal-ħajja sempliċi kif lkoll inħobbuha" hekk kitbu l-paġna tal-Covid-19. Amber illum ħarġet il-music video b'ħafna Maltin ikantaw 'Viva Malta'. Amber tgħid li din il-verżjoni hija wisq għal qalbha u "Bdejt naħdem fuq din il-verżjoni fi żmien ikrah, fi żmien li konna għadna għaddejjin minn din il-burraxka...". Għal Amber u ħafna, "L-esperjenza tal-Covid-19 kienet waħda diffiċli... Laqtitna ħabta u sabta, u tgerfixna". Iżda llum qed niċċelebraw jum storiku. Minkejja li ħafna pajjiżi kienu fi kriżi matul din il-pandemija Malta dejjem ħarġet bl-unuri. Amber hija waħda mill-kantanti li nhar it-Tlieta ser tkun magħna fil-kunċert tal-GWIDA b'risq Dar Bjorn. Fit-8:30 ta' filgħaxija fuq il-paġna tagħna.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/flop-kbir-ha-nghidlek-kemm-kienet-flop---andreana-debattista-fuq-bejnietna
"Flop Kbir. Ħa Ngħidlek Kemm Kienet Flop..." - Andreana DeBattista Fuq Bejnietna
www.gwida.mt
Nhar it-Tnejn li għadda, Andreana DeBattista kienet mistiedna flimkien ma' Melanie Kelly fuq il-programm Bejnietna flimkien ma' Stephanie Chircop u Dulcima Aquilina. Wieħed jista' jidħol isegwi l-programm HAWN Fost l-affarijiet li ddiskutew, Andreana DeBattista u Stephanie Chircop spiċċaw jiddiskutu l-avventura tagħhom meta kantaw bħala Foxy Federation flimkien ma' Claudia Calleja u magħhom tiżfen fuq il-palk kellhom lil Sarah Agius. Ritratt: NetOnDemand / Bejnietna Andreana tgħid li għalkemm huma ħadu ħafna gost u t-tfajliet għadha ħabiba magħhom u kieku kellha taħdem mat-tim terġa' taħdem bla problemi ta' xejn għax vera ħadu gost, hi tgħid li kienet "flop kbira." Tant hu hekk li ħafna kienu baqgħu impressjonati, inkluż ħuha stess meta semagħha tkanta fl-ewwel programm ta' Min Imissu? Carlos kien qallha ma kontx naf li taf tkanta daqshekk. Stephanie tgħid li dik is-sena kien hemm ħafna affarijiet kontriehom. Tant u hekk li huma jistqarru li l-esperjenza kienet tal-ġenn sakemm bdew deħlin il-punti u baqgħu b'xejn. Hi tgħid, "ma morniex tajjeb dakinhar... imma morna ħażin." Il-kanzunetta żgur li tibqa' guilty pleasure!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/ara-x-ser-ji-rilu-l-qamar-illejla-ser-tara
Ara X'Ser Jiġrilu L-Qamar Illejla! Ser Taraħ?
www.gwida.mt
Għall-ħabta tat-7:45 ta' filgħaxija, ser jibdew l-eklissi tal-qamar (Penumbral Lunar Eclipse). Matul dawn l-eklissi, id-dell tad-dinja jaħkem kompletament il-Qamar bhekk tinħoloq l-eklissi. B'dan l-effett il-qamar se jkun tanti mitfi li ser tkun impossibli li tara l-qamar sħiħ sakkemm il-qamar jitla' aktar 'l fuq. Sad-9:24 id-dell tad-dinja jkun għadda sa nofs il-qamar u fil-11 ta' filgħaxija dawn l-eklissi jispiċċaw. Matul l-"Eclipse Moon Moon", 57% tal-qamar huwa mistenni li jgħaddi fil-penumbra tad-Dinja. Għalkemm diffiċli li taraha din tkun affaxxinati għal min għandu għal qalbu dan is-suġġett. Jekk tinteressa ruħek agħfas HAWN
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt//attent-is-sintomi-tal-virus-mhux-deni-biss-i-da-sabu-li-hemm-aktar
Attent! Is-Sintomi Tal-Virus Mhux Deni Biss Iżda Sabu Li Hemm Aktar...
www.gwida.mt
Hemm idea żbaljata ta' Co-Vid19 tgħidilna t-tabiba Dr. Georgiana! Mhux veru li biex wieħed ikun qed iġorr il-virus ikollu sempliċi ta' riħ. Hemm aktar sintomi li wieħed iħoss biex jinduna li għandu l-virus. Evidenza turi li ċertu pazjenti jistgħu lanqas ikollhom deni! Filfatt ikollhom sintomi żgħar ħafna bħal uġiegħ fil-griżmejn, bidla fit-tonalità, nuqqas ta' togħma u xamm jew inkella anke imnieħer iqattar (Runny Nose). Dawn ikunu sintomi tal-bidu, iżda imbagħad jeskalaw għall-sintomi agħar bħal nuqqas ta' nifs u deni. Ftakar li ma hemmx għalfejn li jkollok id-deni sabiex tittrasmetti l-virus lil ħaddieħor. Jekk tkun qed tbati minn dawn is-sintomi jaqbillek tagħraf lit-tabib tiegħek. Jew ċempel 111 sabiex jgħinuk iżjed.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/rieghdni-mill-qiegh-u-nezzaghni-mill-kumditajiet-kollha-corazon
"Riegħdni Mill-Qiegħ U Neżżagħni Mill-Kumditajiet Kollha" Corazon
www.gwida.mt
Corazon tħabbar messaġġ imqanqal fuq il-profil ta' Facebook tagħha. Għandkom tkunu tafu li d-Dar tan-Nanna inbiegħet u m'għadiex teżisti aktar. Min xtraha tal-anqas ħallieha kif kienet qabel għajr xi tibdiliet żgħar. Ix-xerrej ma kien ħadd ħlief Corazon. Corazon tixtri d-Dar tan-Nanna tagħha u titrasformah bħala uffiċju notarili. Għal Corazon din ma kinitx faċli xejn anzi tistqarr li "...kien l-akbar sfida li qatt kelli f'ħajti: li riegħdni mill-qiegħ u neżżagħni mill-kumditajiet kollha li kont ingawdi. Ma kinitx triq facli, iżda dak hu parti mill-gost". Fuq din id-dar, Corazon iżżid tgħid li, "Illum din id-dar tagħtini sens ta' mistrieħ fil-valur u r-rispett għal dak li kien, u tixgħelni bl-eċitament għal dak li għad irid jiġi". Dil-kantanta u nutara temmet billi irringrazzjat lil ħafna nies li għenuha tlesti dan il-proġett fosthom l-għarus tagħha Neville Refalo u l-ġenituri tagħha li "minghajrkom ma jien xejn". Aħna ta' Gwida.mt nawguraw lil Corazon aktar suċċess bħala nutara issa li qed tipprattika mill-aktar dar magħrufa fil-kanzunetta Maltija.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-fr-gordon-j-ewwe-lil-daniel-u-sarah-fit-triq-fil-jum-li-proprju-kellhom-ji-ew-u
Bil-Filmat: Fr Gordon Jżewweġ Lil Daniel U Sarah Fit-Triq Fil-Jum Li Proprju Kellhom Jiżżewġu
www.gwida.mt
Fr Gordon il-kappillan tal-Parroċċa Laburista Tas-Sliema dejjem moħħu kif idawwar lira. Fi 23 ta' Mejju kellu jżewweġ koppja Sarah u Daniel, iżda minħabba l-imxija kellhom jikkanċellaw kollox. Għal Daniel l-għarus dan kien dispjaċir kbir. Iżda Fr Gordon ma jaqta' qalbu minn xejn. Kif qed taraw fil-filmat, Fr Gordon ħasseb f'kollox, saħansitra fl-lifter biex jagħti ċ-ċurkett lill-għarusa, stieden lil tal-catering kif ukoll kellu mistieden speċjali għal Sarah! Ħadd ħlief Fabrizio Faniello li kien ser ikantalhom fit-tieġ! Ma jistax jinqos rigal minn Fr Gordon nnifsu! Aħna nifirħu lil din il-koppja ġdida aktar snin ta' mħabba! Awguri
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/sfidi-kbar-u-esperjenza-unika---din-is-sena-liqourish-mar
"Sfidi Kbar U Esperjenza Unika" - Din Is-Sena Liqourish Mar...
www.gwida.mt
Dawk kollha li din is-sena ħa jpoġġu sabiex kull nhar ta' Tnejn isegwu Liquorish jidher biċ-ċar li ħa jkollhom xalata. Andrea Cassar fetħet il-programm b'libsa mill-isbaħ disinn ta' Cessani u ftit wara malajr skoprejna d-destinazzjoni li din is-sena ħa naraw lill-parteċipanti jissieltu sabiex jirbħu l-isfida li l-programm ħa jkun qed jippreżentalhom! Ritratt: ONE / Liquorish Il-parteċipanti din is-sena ħa jmorru ġewwa l-Indoneżja. Pajjiż inkreddibli li żgur mhux forsi ħa joffri avventura mill-isbaħ. Ovvjament bħal kull avventura din iġġib magħha tant u tant sfidi imma żgur li dawn l-isfidi kienu sfidi li l-parteċipanti flimkien mal-krew ta' dan il-programm laqgħu fi ħdanhom sabiex l-edizzjoni ta' din is-sena terġa' tkun waħda ta' suċċess. Ritratt: ONE / Liquorish Mill-ftit ritratti li tistgħu taraw hawn, jidher biċ-ċar li ħa tkun sensiela li impossibbli li ninsew!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/money-heist---l-istorja-mahbuba-ma-tant-u-tant-maltin-tkompli-llum
Money Heist - L-Istorja Maħbuba Ma Tant U Tant Maltin Tkompli Llum
www.gwida.mt
Is-segwaċi ta' Money Heist - La Casa De Papel żgur li jinsabu ħerqana mmens dan għaliex din is-sensiela tirritorna proprju llum llum fuq Netflix. Kriminal magħruf bħala l-Professur għandu pjan sabiex jikser ir-rekord ta' kemm jipprintja biljun ġewwa Spanja. Sabiex jasal għal pjan tiegħu, jqabbad tmien persuni b'abiltajiet varji u li ma għandhom xejn x'jitilfu. Il-grupp ta' ħallelin jieħdu numru ta' ostaġġi biex jgħinu fin-negozjati tagħhom mal-awtoritajiet, li minn naħa tagħhom iħejju sabiex isibu mod kif jaqbdu lill-Professur. Il-ħallelin jispiċċaw jippreparaw ruħhom għall-konfrantazzjoni mal-pulizija. Dan hu t-tieni staġun ta' din is-sensiela u r-raba' parti li ħafna u ħafna segwaċi madwar id-dinja kienu qed jistennew. Ma setgħetx ġiet f'ħin aħjar. Tgħid l-istorja kif ħa tkompli?
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-hu-tnax-il-sena-izghar-minni---abigail-mallia-tinsab-f-relazzjoni
Bil-Filmat: "Hu Tnax-il Sena Iżgħar Minni" - Abigail Mallia Tinsab F'Relazzjoni
www.gwida.mt
Abigail Mallia kienet waħda mill-mistiedna ta' Sibtek fil-ġimgħat li għaddew u flimkien ma' Ryan hi tkellmet dwar ir-relazzjoni tagħha ma' Lee. Hi tgħid li l-ġuvni tagħha tnax-il sena iżgħar minnha u għal bidu kienu iddubitaw minħabba dan il-fatt imma donnha li l-affari ħadmet għax huma ilhom flimkien għal dawn l-aħħar ħames snin. Meta Abigail staqsewha jekk għadx tiżżewweġ qalet le, imma qalet ma tafx x'għad jiġri iżda stqarret li ma timmaġinax xi tieġ tradizzjonali b'ħafna nies etċ... għax mhux xi ħaġa li timmaġinaha tagħmel! Awguri Abigail għal aktar snin ta' kuntentizza ma' Lee.
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/griz-b-messa-lit-tfal-kollha
Griz B'Messaġġ Lit-Tfal Kollha
www.gwida.mt
Illum kien hemm programm ieħor ta' NETLIVE, fejn kien hemm intervista mal-karattru popolari u tant għal qalbna Griz. Waqt il-programm, Griz kellu messaġġ x'jgħid lit-tfal kollha li qegħdin isegwuh. "Lit-tfal ngħidilhom biex jagħtu daqqa t'id lil mama, jaħslu naqra l-platti u naqra l-art u jgħinuha. Lit-tfal ngħidilhom biex joqgħodu bilgħaqal u ma joqodux imqarbin. U jqattgħu ħafna ħin mal-ġenituri u jitgħallmu jagħmlu xi ħaġa aktar differenti mis-soltu." Idea tajba din Griz! Intom it-tfal tagħkom qed ikunu mqarbin?
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/jekk-tixtieq-tara-de-eduti-issa---ans
Jekk Tixtieq Tara Deċeduti Issa Ċ-Ċans!
www.gwida.mt
Ħafna staqsewna jekk hux ser jidher Deċeduti bhala parti mir-repetizzjonijiet fuq it-TV. Deċeduti, s-sitcom li ġibed qalb kulħadd bid-daħk ta' Gladys u l-intriċċi tal-ispirti! Kif tista' tinsa dawk il-karattri ħelwin! Tista' tara Deċeduti mill-bidu nett, xħin trid fuq GO Stars. Mhux Deċeduti biss, hemm l-Evanġelisti, Merjen, Il-Miraklu ta' Ħal Saflieni. Kif ukoll Min Imissu (it-tieni u t-tielet staġun). Dawn kollha xogħol tal-bravissimi Take 2, li dejjem kienu minn ta' quddiem biex jgħollu l-prodott Malti. Biex tara dawn is-sensiliet trid tkun abbonat mal-GO.
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/dan-il-filmat-taf-inissillek-demgha---il-qawwa-tal-muzika
Dan Il-Filmat Taf Inissillek Demgħa - Il-Qawwa Tal-Mużika Kbira Wisq!
www.gwida.mt
F'nofs il-ġenn tal-Covid-19 beda l-programm popolari Britain's Got Talent li fih kellna x-xorti li naraw lil Destiny Chukunyere, lil Amy Borg u s-sena li għaddiet Giorgia Borg irnexxielha wkoll tikseb il-Golden Buzzer ta' Alesha Dixon. Filmat li ġibed l-attenzjoni tad-dinja kien dan li hawn mehmuż f'dan l-artiklu. Fil-filmat naraw l-audition ta' grupp b'abiltajiet differenti li lkoll jingħaqdu flimkien sabiex ikantaw il-klassika minn The Greatest Showman, This Is Me. Kanzunetta li saret titqies bħala innu għal diversi minoranzi differenti fis-soċjetajiet madwar id-dinja. Jidher li l-udjenza preżenti kienet imbellħa b'dak li qed tara quddiemha u David Walliams ma damx wisq biex għafas il-Golden Buzzer. B'hekk dan il-grupp li s'issa l-audition tiegħu rawha aktar minn 14-il miljun persuna jgħaddi direttament għas-Semi-Finali ta' dan il-programm. Nistqarru li waqt li qed insegwu dan kollu, niżżlitilna demgħa. Il-qawwa tal-mużika sabiħa wisq speċjalment meta tara l-għaqda li ġġib magħha.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-minibugz-se-jerga-jirritorna
Bil-Filmat: MINIBUGZ Se Jerġa' Jirritorna?
www.gwida.mt
Ftit tal-jiem ilu l-paġna Noli fuq Facebook staqsiet liem kienu l-karattri favoriti ta' kull min kien jara l-programm MINIBUGZ, li kien beda fis-sena 2000. Daniel Chircop minn Danusan mar jiltaqa' mal-iktar karatti favoriti skont il-voti tan-nies. Fil-ħames post hemm Mr. BLU li ġie jidher flimkien ma' Bryan Muscat, li dak iż-żmien kien il-producer ta' MINIBUGZ u li ġie bl-idea tal-karattru ta' Mr.BLU. Fir-raba' post hemm Bruce, li jiġi ħu Griz. Fit-tielet post hemm il-karattru tal-Profs, li kien jiġi nterpretat minn Chrysander Agius li llum huwa parti mid-duo ta' Danusan. Fit-tieni post ġiet Mini u bla dubju ta' xejn li fl-ewwel post ġie Griz! Fl-aħħar tal-filmat Daniel qal li sema' li wara l-Coronavirus dawn il-karattri kollha qed jippjanaw reunjoni! Intom issegwu programmi ġodda ta' MINIBUGZ kieku kellu jerġa jitfaċċa?
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/ftaht-kaxxa-mill-passat-naf-il-karriera-tieghi-lil-dan-il-post---chrysander-agius
"Ftaħt Kaxxa Mill-Passat... Naf Il-Karriera Tiegħi Lil Dan Il-Post" - Chrysander Agius
www.gwida.mt
Post ħelu fuq facebook minn Chrysander abbli fakkarna wkoll fit-tfulija tagħna meta dlonk konna nerħulha lejn ir- Rinella Movie Park nhar ta' Ħadd. Ħasra li m'għadux part tad-divertiment kif kien qabel! Imma l-iżjed li qanqal nostalġija kien lil Chrysander Agius innifsu. "Naf il-karriera tiegħi lil dan il-post, lill-kollegi kollha li ħadmu hemm... Xiftijiet twal imma servew ta' frott!", kiteb Chrysander li aktar nafuh bħala Sander. Illum Sander, qas tgħaddielna minn moħħna li nintroduċuh għax kulħadd jafu; attur, preżentatur u komiku prim. Artist Malti ta' veru! Insellmulek u nawgurawlek dejjem ħabib! Ritratt: Facebook/ Chrysander Agius
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/zewg-muzicisti-maltin-jispiccaw-fi-dwett-mal-leggendarju-bon-jovi
Żewġ Mużiċisti Maltin Jispiċċaw Fi Dwett Mal-Leġġendarju Bon Jovi!
www.gwida.mt
Il-kantant leġġendarju Jon Bon Jovi reċentement ħareġ sfida għall-mużiċisti biex ikantaw il-verżjoni tagħhom stess tal-kanzunetta msejħa "Do What You Can", kanzunetta li tidher li ġiet ispirata minn stejjer waqt il-pandemija tal-Covid-19. Fl-ewwel jumejn, il-kantant irċieva 6,000 sottomissjoniniet minn fans tiegħu. Il-mużiċisti Maltin Glenn Sacco u Keith Rollin kienu fost dawk l-iffurtunati li l-filmat tagħhom ġie magħżul! Mhux ċajta meta kien hemm tant u tant għażla. "Minn eluf minn madwar id dinja... diska li kien hemm kollaborazzjoni bejni u sieħbi intagħżlet u qiegħda fuq is-sit ta' Bon Jovi," qalilna b'eċitament Glen Sacco. Hi aħbar sabiħa mhux biss għax suċċess għal Glen u Keith imma wkoll suċċess għal pajjiżna u riklam mill-aqwa. Prosit Glen! Prosit Keith! Ċertament li din żgur ħa tibqa' fil-memorja tagħkom!
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bhal-daz-zmien-sena-konna-ghaddejjin-bil-provi-ghal---teatru-malta
"Bħal Daż-Żmien Sena Konna Għaddejjin Bil-Provi Għal..." - Teatru Malta
www.gwida.mt
Is-sena l-oħra f'Malta iċċelebrajna l-100 sena anniversarju minn meta ġraw l-avveniment tas- Sette Gugnio fejn 4 Maltin inqatlu u oħrajn kienu feruti li spiċċaw mietu aktar tard. The New Victorians fuq kitba ta' Erin Carter u Simon Bartolo tellgħu produzzjoni mill-isbaħ li kienet fuq fomm kulħadd: VII (SETTE). Issa ser ikollkhom iċ-ċans terġgħu tarawh! Dan il-proġett sar b'kummissjoni ta' FCN b'kollaborazzjoni ma' ŻfinMalta. Titilfuħx! Nhar il-Ġimgħa li ġej fid-21.00 fuq il-paġna ta' facebook: Teatru Malta. Araw l-istorja ta' pajjiżna rrakontata b'arti mill-ifjen ippreżentata mill-artisti Maltin! Ritratt: Facebook/ Teatru Malta
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/ara-xi-spettaklu-preparaw-j-anvil-u-christina-magrin-aktar-kmieni-llum
Ara Xi Spettaklu Preparaw J Anvil U Christina Magrin Aktar Kmieni Llum!
www.gwida.mt
Ġewwa t-toroq ta' Swatar aktar kmieni llum kien hemm il-kantanti J Anvil u Christina fejn taw wirja mill-aqwa. Il-kantanti għażlu xi kanzunetti li jogħġbu lil kulħadd u interpretawhom barra fit-triq. Bosta kienu qed jarawhom u jieħdu pjaċir bl-ilħna tant sbieħ. Swata Qanpiena Street Events tellgħu filmat ta' J Anvil u Christina ikantaw u jagħtu spettaklu lin-nies li preżenti. F'din is-serata inġabru flus għall-Hospice, tul is-serata inġabret is-somma sabiħa €650. Din mhux l-ewwel darba li saret, fuq inizjattiva tar-residenti fi Triq Grosseto u Triq il-Qanpiena, ilbieraħ ġiet organizzata serata ta' kant u divertiment b'għan nobbli wkoll. Fit-toroq ikkuluriti bi bżieżaq u tiżjin ta' kull tip.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-g-andi-sa-na-kbira-fuqi---x-inhi-l-problema
Bil-Filmat: "Għandi Saħna Kbira Fuqi..." - X'Inhi L-Problema?
www.gwida.mt
Ftit tal-ħin ilu jidher li t-temperatura ta' ċertu persuni telgħet waħda tajba! L-istorja tinvolvi lil din il-klijenta barranija li marret s'għand il-mekkanik biex isewwilha l-karozza. Minħabba li għandha daqsxejn diffikulta ta' kif tispjega l-problema, il-mekkanik spiċċa mbellagħ b'dak li qalet li għandha bżonn din il-mara. Ara kif spiċċat l-istorja tas-saħna kbira li kellha fuqha! L-istorja kibret hawn...
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/destiny-fit-tielet-post-mal-gurati-svedizi
Destiny Fit-Tielet Post Mal-Ġurati Svediżi
www.gwida.mt
U Destiny terġa' tikklassifika minn ġurati differenti. Din id-darba kien imiss il-ġurati Svediżi. Bla ma trid taħseb li kieku l-Eurovision sar kif kien ippjanat, Malta kienet ser taqta' figura eċċellenti. Imma m'hemmx x'tagħmel; Covid-19 ħassar ħafna pjanijiet. Ritratt: Facebook/ Loredana Pace Madanakollu, Destiny xorta waħda qed tmur tajjeb u qed tagħmilna kburin. Aħna minn qalbna, inkomplu nawgurawlha aktar suċċessi f'ħajjitha. Ritratt: Facebook/ Destiny Chukunyere
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/7-films-godda-li-se-johorgu-din-is-sena
7 Films Ġodda Li Se Joħorġu Din Is-Sena
www.gwida.mt
Ċertament, films ta' Walt Disney huma ferm segwiti kemm minn tfal kif ukoll adulti, għaldaqstant għandna xalata ta' films li ħerġin dalwaqt li se jinżlu għasel ma' ħafna u jqanqlu nostalġija. Ħruġ internazzjonali: 24 ta' Mejju 2019 Miktub minn John August u Vanessa Taylor, b'direzzjoni ta' Guy Ritchie, hu addattament għal-live-action tal-film animat Aladdin tal-1992. Mena Massoud se jkun qed jinterpreta l-parti ta' Aladdin filwaqt li l-parti ta' Jasmine se tkun interpretata minn Naomi Scott. Will Smith, li se jkun qed jagħmel il-vuċi tal-Genie kien l-ewwel membru tal-kast ta' dan il-film, minkejja li ġie offrut li jinterpreta parti fil-film Dumbo, għażel Aladdin. Ħruġ internazzjonali: 31 ta' Mejju 2019 Idderiġit u ko-miktub minn Michael Dougherty. Dan il-film hu sequel għal Godzilla tal-2014 u se jkun il-35 film fil-Godzilla franchise. L-istorja ssegwi l-isforzi erojċi tal-aġenzija crypto-zoological fejn ikollhom jiffaċċjaw u jikkumbattu ma' mostri kbar inkluż Godzilla. Hu mistenni li Godzilla: King of the Monsters iwitti t-triq għall-konfrontazzjoni li Godzilla se jkollu ma' King Kong fil-film Godzilla vs Kong li mistenni joħroġ is-sena li ġejja. Ħruġ internazzjonali: 21 ta' Ġunju 2019 Ir-raba' wieħed mis-serje ta' films tat-Toy Story u huwa kontinwazzjoni ta' Toy Story 3 li kien ħareġ fl-2010. Fir-raba' film tad-dinja tal-ġugarelli naraw kif ġugarell ġdid bl-isem ta' Forky jingħaqad ma' Woody u l-klikka, għall-vjaġġ fejn fih, flimkien ma' ħbieb antiki u oħrajn ġodda, jiskopru kemm tista' tkun kbira d-dinja għal ġugarell. Ħruġ internazzjonali: 5 ta' Lulju 2019 L-istorja ta' dan il-film tibda minn wara l-avvenimenti li jseħħu f'Avengers 4, li mistenni joħroġ f'Mejju ta' din is-sena. Wara dawn l-avvenimenti partikolari, Peter Parks (Spider-Man), parti interpretata minn Tom Holland, flimkien ma' sħabu iżuru l-Ewropa għall-btala tas-Sajf u hemmhekk isib ruħu jipprova jsalva lil sħabu minn villain magħruf bħala Mysterio. Ħruġ internazzjonali: 19 ta' Lulju 2019 B'direzzjoni ta' Jon Favreau u korruzzjoni ta' Walt Disney, dan il-film fotorealistiku kompjuter animat hu maħdum mill-ġdid bi storja ibbażata tal-istess film tal-1994. Se jimmarka proprju l-25 anniversarju mill-ewwel film. James Earl Jones, Hans Zimmer u Elton John huma l-uniċi persuni li żammu r-rwoli tagħhom mill-film oriġinali, b'tal-ewwel għall-vuċi ta' Mufasa, Hans Zimmer bħala l-kompożitur tal-film u Elton John bħala songwriter. Ħruġ internazzjonali: 4 ta' Ottubru 2019 Miġjub minn Warner Bros u bbażat fuq il-karattru tal-Joker, tal-komiks ta' DC, hu dderiġit minn Todd Philips. Miktuba minn Philips stess flimkien ma' Scott Silver, il-qofol tal-istorja se ddur madwar dan l-istand up comedian li jfalli tant li jitlef id-direzzjoni tiegħu u jinbidel f'qattiel psikopatiku. Il-parti prinċipali tal-Joker se tiġi interpretata minn Joaquin Phoenix. Ħruġ internazzjonali: 20 ta' Diċembru 2019 Miktub minn J.J Abrams, Chris Terrio, Colin Trevorrow u Derek Connoly, ibbażat fuq karattri maħluqa minn George Lucas. Il-kitba ma kinitx l-uniku xogħol għal J.J Abrams f'dan il-film għaliex f'idejh għandu wkoll il-produzzjoni u d-direzzjoni. Dan se jkun it-tielet u l-aħħar wieħed mis-sequel trilogu ta' Star Wars, u d-disa' u l-aħħar wieħed mis-saga Star Wars Skywalker. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuh a għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-jibzghu-u-jaharbu-il-boghod-minn-ray-attard
Bil-Filmat: Jibżgħu U Jaħarbu 'Il Bogħod Minn Ray Attard
www.gwida.mt
Jidher li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kien hawn min diġa' jaf biha. Minħabba din il-pandemija sa nqala' pandimonju sħiħ ġewwa din il-famuża klassi hekk kif kulħadd beda jibża' jkun viċin tal-għalliem (Ray Attard) waqt li beda jispjega. Tiftakruha din?!
[ 6 ]
https://www.gwida.mt/mt/adele-titlef-aktar-minn-40-kilo---rajtuha-t-trasformazzjoni-taghha
Adele Titlef Aktar Minn 40 Kilo! - Rajtuha T-Trasformazzjoni Tagħha?
www.gwida.mt
Illum il-kantanta Adele għalqet 32 sena u xeħtet ritratt li ħalla lil ħafna sorpriżi bid-dehra l-ġdida tagħha! Adele tista' tgħid li tul dawn l-aħħar snin kellha trasformazzjoni kompluta, hi dehret li tilfet aktar minn 40 kilo. Hi kitbet, "Grazzi għall-imħabba ta' għeluq snini. Nispera li intom tinsabu siguri u sani f'dan iż-żmien ta' ġenn." Adele, jidher li għamlet dieta ta' 1000 kaloriji kuljum u qed tagħmel ukoll Pilates. Il-kantanta saret aktar konxja tas-saħħa tagħha matul dawn l-aħħar xhur u ddixxiplinat ruħha sew. Jindika li l-kantanta qed tmur f'gyms differenti. Tagħmel dan filgħodu kmieni u tiltaqa' mat-trainer tagħha. Dan kien l-ewwel ritratt li rajna fuq il-mezzi soċjali tal-kantanta mill-Milied fejn kienet ġa ħasdet lid-dinja bit-trasformazzjoni tagħha! Iżda ma kinitx ċara daqs kemm hi f'dan ir-ritratt li xeħtet proprju llum. Ħafna kienu dawk li kkumentaw dwar id-dehra tagħha! Jidher li din it-trasformazzjoni ġiet wara li sseparat minn mar-raġel tagħha, fejn il-kantanta xtaqet li tkun aktar b'saħħitha sabiex tkun tista' tieħu ħsieb aktar lil binha. Tajjeb li ngħidu li t-trasformazzjoni tal-kantanta ma ġietx mil-lum għal għada imma tul dawn l-aħħar snin għamlet bidla radikali.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/mark-doneo-imnalla-sema-minn-martu-louise-ghax-gie-fi-kliemha---xi-gralu
Mark Doneo Imnalla Sema' Minn Martu Louise Għax Ġie Fi Kliemha! - Xi Ġralu?
www.gwida.mt
Mark Doneo aktar kmieni dalgħodu ħa lil missieru jagħti d-demm u Mark insista ma' missieru li jibqa' hemm miegħu, għalkemm missieru qalu li m'hemmx bżonn jistennieh. Sakemm Mark mar jistenna barra jilmaħ xwejjaħ ferħan li donnu fil-ferħ tiegħu jew nesa dwar il-miżuri li huma imposti bħalissa jew inkella ma kienx jaf aħjar. Wara li mess lil żewġt iħbieb tiegħu li dawn mil-ewwel inġibdu imma hu ma tantx induna, Mark rah riesaq lejh u rnexiellu jersaq fil-ħin. Mark induna li kien mal-poġġaman u b'hekk ir-raġel kien miexi fid-direzzjoni tiegħu. Mark jirrakkonta, "'Grazzi,' qalli minn taħt il-maskra. Veru raġel ħelu. Anka oħtu jew il-mara, tbissmitli ukoll. 'Bonġu,' għidtilom, 'moħħok hemm...' 'Bonġu,' qalli lura. U taptapli fuq idi l-leminija!" Mark ftakar li qabel telaq mid-dar aktar kmieni filgħodu, Louise kienet insistiet miegħu li jieħu l-handsanitizer u mnalla għax ġie bżonnu. "Ħlejt 3 kwarti minnu s-sanitizer, nogħrok", spiċċa jgħid Mark.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/it-tama-li-nergghu-naraw-il-eurovision-song-contest-izzid-kieku-min-ser-jirrapre-entana
It-Tama Li Nerġgħu Naraw Il-Eurovision Song Contest Iżżid! Kieku Min Ser Jirrapreżentana?
www.gwida.mt
Għadu kemm tħabbar mill-awtoritajiet li hemm tama dwar jekk il-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla hux ħa jsir. Kif kien tħabbar iktar kmieni tul dan ix-xahar, xorta waħda jeħtieġ li jitlesta l-vaċċin kontra l-Covid-19 biex wieħed ikun jista' jgħid fiċ-ċert jekk avvenimenti kbar isirux. Jidher li s-Superviżur Eżekuttiv tal-European Broadcasting Union, Jon Ola Sand, jinsab ċert li l-awtoritajiet jinsabu aktar lesti għall-Eurovision tas-sena d-dieħla jekk is-sitwazzjoni tkun aħjar. Bħal bosta pajjiżi oħra, għalina tibqa' biss kurżità oħra. Min ser jirrapreżenta lil Malta kieku jsir is-sena d-dieħla? Għidulna x'taħsbu!
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-baqa-sakemm-sab-kif-jerga-jghannaqha-mieghu
Bil-Filmat: Baqa' Sakemm Sab Kif Jerġa' Jgħannaqha Miegħu!
www.gwida.mt
Waħda mill-aktar affarijiet li weġġgħet lil ħafna f'dawn iż-żminijiet kien il-fatt li ma setgħux iħaddnu magħhom lil dawk lill-qraba anzjani tagħhom. Fil-fatt naħseb li din kienet l-aktar miżura rilaxxata li ġabet tbissima fuq bosta. Huwa sabiħ immens li ngawduhom kemm nistgħu lill-anzjani tagħna, però huwa mportanti li nieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa wkoll biex nibżgħu għalihom. Ġewwa l-Ingilterra hekk għamel Antony waqt li reġa' għannaq lil nanntu miegħu. Araw x'għamel!
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/jekk-se-jinfetah-l-ajruport-f-lulju-il-kuncert-ta-celine-dion-se-jsir
Jekk Se Jinfetaħ L-Ajruport F'Lulju, Il-Kunċert Ta' Celine Dion Se Jsir?
www.gwida.mt
F'nofs April l-organizzaturi tal-kunċert ta' Celine Dion NNG kienu qalulna, "inkunu nafu l-ġimgħa d-dieħla jekk hux ħa jkun postpost jew ikkanċellat. Iżda issa wasalna fl-aħħar ta' Mejju, madwar xahar u nofs wara, u għadna ma smajna b'xejn. Eluf ta' nies nefqu ħafna flus fuq il-biljetti għal dan il-kunċert u ħadd għadu ma ħa risposta. Imma issa ġie mħabbar li l-ajruport ta' Malta jaf jiftaħ f'Lulju... allura dan ifisser li se jħallu lil Celine Dion tiġi Malta u tagħmel il-kunċert? Hemm ħafna nies li qed isaqsu dwar x'se jiġri mill-kunċert, pero s'issa l-organizzaturi għadhom ma ħabbru xejn, avolja l-kunċerti l-oħra f'pajjiżi oħra ta' Celine Dion ġew ikkanċellati.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/dawn-huma-xi-ftit-nies-li-lbierah-dejjaqniehom-bil-muzika-taghna---dominic-cini
"Dawn Huma Xi Ftit Nies Li Lbieraħ Dejjaqniehom Bil-Mużika Tagħna!" - Dominic Cini
www.gwida.mt
Dominic Cini ħassu ftit iddispjaċut dalgħodu għall-fatt li lbieraħ xi nies kitbu fuq facebook li ddejqu bil-mużika li kienu qed jagħmlu. Dominic insista li biex għamlu dan, talbu permess u qalulhom li jistgħu jagħmlu dan bejn is-19.00 u d-21.00. "Fid-21.00 bumm, waqqaft il-mużika!" Fakkar li dan qed jagmluh bla ebda introjtu u l-mużika kienet sabiħa li jħobb kulħadd. Tenna wkoll li post li kitbet mara partikolari fejn ikkumentaw in-nies, sa ġimagħtejn ilu ħarġet fil-parapett tiżfen mar-raġel tagħha għall-kanzunetti tagħhom! Intom x'taħsbu dwar dan? Ritratt: Facebook/ Dominic Cini
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-ray-attard-fl-ahhar-ipattiha-lil-diane---ara-x-ghamel-u-xi-zvela
Bil-Filmat: Ray Attard Fl-Aħħar Ipattiha Lil Diane - Ara X'Għamel U Xi Żvela!
www.gwida.mt
Ray iddeċieda li waqt li Diane qed tirċievi pedicure imur u jaħsadha. Jidher li meta Diane tkun qed tirċievi xi servizz jew ieħor, inkluż għand id-dentist, Diane jirnexxilha torqod. B'hekk Ray iddeċieda li jmur u jtiha ħasda taparsi għandha n-nies. Ray jgħidilha li qed jiffilmja sabiex ipattilha ftit ta' kull meta tagħmillu xi waħda jew inkella tikkritikah ftit, jew ħaġa jew oħra. Insomma, fil-filmat tagħhom dawn it-tnejn idaħħkuna mmens u dejjem b'xi waħda ġdida. Nistennew u naraw x'ħa jivvintaw.
[ 2 ]
https://www.gwida.mt/mt/bil-filmat-fonzu-u-s-abu-kif-qatt-ma-rajtuhom-qabel
Bil-Filmat: Fonzu U Sħabu Kif Qatt Ma Rajtuhom Qabel!
www.gwida.mt
Adrian Zammit tista' tgħid li jurina biċ-ċar l-imħabba u r-rispett li għandu lejn l-annimali u m'hemmx dubju li Fonzu w l-oħrajn iħossuhom siguri ma' sidhom, u żgur li jħobbuh lura. F'dan il-filmat mtella' minn 'Seqer Malti' tistgħu timmaġinaw kieku kellhom jitkellmu jew ikantaw, x'kienu jiddedikawlu:
[ 2 ]